ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.336.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 336

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
16 ta' Novembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 336/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 325, 9.11.2013

1

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 336/02

Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja

2

2013/C 336/03

Elezzjoni tal-presidenti tal-Awli bi tliet imħallfin

2

2013/C 336/04

Deċiżjonjiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2013

2

2013/C 336/05

Listi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti

3

2013/C 336/06

Deċiżjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-24 ta’ Settembru 2013

3

2013/C 336/07

Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

4

2013/C 336/08

Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

4

2013/C 336/09

Għażla tal-Ewwel Avukat Ġenerali

4

2013/C 336/10

Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

4

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 336/11

Kawża C-15/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 — Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Dumping — Regolament (KE) Nru 826/2009 — Importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw miċ-Ċina — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 2(10)(b) — Paragun ġust — Artikolu 11(9) — Eżami mill-ġdid interim parzjali — Obbligu li jiġi applikat l-istess metodu bħal fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju — Bdil fiċ-ċirkustanzi)

5

2013/C 336/12

Kawża C-64/13 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2013 minn H-Holding AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-27 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-672/11, H-Holding AG vs Il-Parlament Ewropew

5

2013/C 336/13

Kawża C-342/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Törvényszék (l-Ungerija) fl-24 ta’ Ġunju 2013 — Sebestyén vs Kővári et

5

2013/C 336/14

Kawża C-424/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerische Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Lulju 2013 — Zuchtvieh-Export GmbH vs Stadt Kempten

6

2013/C 336/15

Kawża C-433/13: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovakkja

6

2013/C 336/16

Kawża C-464/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Awwissu 2013 — Europäische Schule München vs Silvana Oberto

7

2013/C 336/17

Kawża C-465/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Awwissu 2013 — Europäische Schule München vs Barbara O’Leary

7

2013/C 336/18

Kawża C-467/13 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2013 minn Industries Chimiques du Fluor (ICF) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-18 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-406/08, ICF vs Il-Kummissjoni

8

2013/C 336/19

Kawża C-472/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerisches Verwaltungsgericht München (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Settembru 2013 — Andre Lawrence Shepherd vs Bundesrepublik Deutschland

9

2013/C 336/20

Kawża C-473/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Settembru 2013 — Adala Bero

10

2013/C 336/21

Kawża C-474/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Settembru 2013 — Thi Ly Pham

10

2013/C 336/22

Kawża C-478/13: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

10

2013/C 336/23

Kawża C-509/13 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2013 minn Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-11 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-197/12 — Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

11

2013/C 336/24

Kawża C-513/13 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-11 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-358/08, Spanja vs Il-Kummissjoni

11

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 336/25

Kawża T-462/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Galp Energia España et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet — Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju — Kalkolu tal-ammont tal-multa)

13

2013/C 336/26

Kawża T-482/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Nynäs Petroleum u Nynas Petróleo vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet — Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju — Kalkolu tal-ammont tal-multa)

13

2013/C 336/27

Kawża T-495/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — PROAS vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol għall-bitum ta’ penetrazzjoni — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ftehim annwali tat-tqassim tas-suq u l-koordinazzjoni tal-prezzijiet — Traduzzjoni tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Terminu raġjonevoli — Awtorità ta’ res judicata)

14

2013/C 336/28

Kawża T-496/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Repsol Lubricantes y Especialidades et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni — Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet — Drittijiet tad-difiża — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Awtorità ta’ res judicata)

14

2013/C 336/29

Kawża T-497/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — CEPSA vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni — Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet — Traduzzjoni tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Terminu raġonevoli — Prinċipju ta’ imparzjalità — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Awtorità ta’ res judicata)

15

2013/C 336/30

Kawża T-338/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Müller-Boré & Partner vs UASI — Popp et (MBP) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark verbali MBP — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ip_law@mbp./email — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Sinjal nazzjonali użat fil-kummerċ mbp.de — Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009))

15

2013/C 336/31

Kawża T-79/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Colt Télécommunications France vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku fil-kuntest ta’ proġett ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-département des Hauts-de-Seine — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna — Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji)

16

2013/C 336/32

Kawża T-164/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2013 — Pioneer Hi-Bred International vs Il-Kummissjoni (Approssimazzjoni tal-liġijiet — Rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament fl-ambjent — Proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq — Nuqqas tal-Kummissjoni li tressaq quddiem il-Kunsill abbozz ta’ deċiżjoni — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni)

16

2013/C 336/33

Kawża T-200/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Avery Dennison vs UASI — Dennison Hesperia (AVERY DENNISON) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AVERY DENNISON — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DENNISON — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Suġġett tat-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell)

17

2013/C 336/34

Kawża T-250/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Settembru 2013 — Knut IP Management vs UASI — Zoologischer Garten Berlin (KNUT — DER EISBÄR) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali KNUT-DER EISBÄR — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KNUD — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

17

2013/C 336/35

Kawża T-258/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Orange vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku fil-kuntest ta’ proġett ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna — Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Sentenza Altmark — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Falliment tas-suq — Kumpens żejjed)

18

2013/C 336/36

Kawża T-325/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Iliad et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku fil-kuntest ta’ proġett ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-département des Hauts-de-Seine — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna — Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Sentenza Altmark — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Nuqqas fis-suq — Kumpens eċċessiv)

18

2013/C 336/37

Kawża T-97/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Rovi Pharmaceuticals vs UASI — Laboratorios Farmaceuticos Rovi (ROVI Pharmaceuticals) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROVI Pharmaceticals — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ROVI u trade mark nazzjonali verbali preċedenti ROVIFARMA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament)

19

2013/C 336/38

Kawża T-437/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Golden Balls vs UASI — Intra Presse (GOLDEN BALLS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOLDEN BALLS — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BALLON D’OR — Xebh tas-sinjali — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Talba għal annullament imressqa mill-intervenjenti — Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell — Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar l-appell kollu — Artikolu 8(5), Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

19

2013/C 336/39

Kawża T-448/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Settembru 2013 — Golden Balls vs UASI — Intra-Presse (GOLDEN BALLS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOLDEN BALLS — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BALLON D’OR — Xebh tas-sinjali — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Talba għal annullament mressqa mill-intervenjent — Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Estent tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell — Obbligu li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors kollu — Artikolu 8(5), Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

20

2013/C 336/40

Kawża T-569/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Gitana vs UASI — Teddy (GITANA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GITANA — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti KiTANA — Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identiċità jew xebh tal-prodotti — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni)

20

2013/C 336/41

Kawża T-284/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Oro Clean Chemie vs UASI — Merz Pharma (PROSEPT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PROSEPT — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Pursept — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Drittijiet tad-difiża — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

21

2013/C 336/42

Kawża T-243/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2013 — Rungis express vs UASI — Žito (MARESTO) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

21

2013/C 336/43

Kawża T-400/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 — Altadis vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwisti ta’ ishma barranin — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna — Att li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Assenza ta’ obbligu ta’ ħlas lura — Inammissibbiltà)

21

2013/C 336/44

Kawża T-429/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwisti ta’ ishma barranin — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna — Att li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Assenza ta’ kwalità ta’ benefiċjarju effettiv tal-iskema ta’ għajnuna — Assenza ta’ obbligu ta’ ħlas lura — Inammissibbiltà)

22

2013/C 336/45

Kawża T-430/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 — Telefónica vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwisti ta’ ishma barranin — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna — Att li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni — Nuqqas ta’ interess individwali — Assenza ta’ kwalità ta’ benefiċjarju effettiv tal-iskema ta’ għajnuna — Assenza ta’ obbligu ta’ ħlas lura — Inammissibbiltà)

22

2013/C 336/46

Kawża T-475/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Rimbors ta’ spejjeż li jistgħu jinġabru — Assenza ta’ interess ġuridiku — Appell manifestament inammissibbli)

22

2013/C 336/47

Kawża T-540/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2013 — Melkveebedrijf Overenk et vs Il-Kummissjoni (Rikors għad-danni — Taxxa fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib — Regolament (KE) Nru 1468/2006 — Inammissibbiltà manifesta)

23

2013/C 336/48

Kawża T-562/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2013 — Symbio Gruppe vs UASI (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Tħassir tar-reġistrazzjoni internazzjonali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

23

2013/C 336/49

Kawża T-211/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Hübner vs UASI — Silesia Gerhard Hanke (Original silicea Kieselsäure-Gel) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

23

2013/C 336/50

Kawża T-358/12 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Conticchio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Deċiżjoni li tikkonċerna l-kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

24

2013/C 336/51

Kawża T-489/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 — Planet vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni — Kuntratti dwar il-proġetti Ontogov, FIT u RACWeb — Spejjeż eliġibbli — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà)

24

2013/C 336/52

Kawża T-580/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Yaqub vs UASI — Turkey (ATATURK) (Trade mark Komunitarja — Ħatra ta’ rappreżentant ġdid — Nuqqas ta’ azzjoni mir-rikorrenti — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

24

2013/C 336/53

Kawża T-31/13 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Bouillez vs Il-Kunsill (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2007 — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 266 TFUE — Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal — Kontradizzjoni ta’ motivi — Eżami komparattiv tal-merti — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

25

2013/C 336/54

Kawża T-113/13 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2013 — Van Neyghem vs Il-Kunsill (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2007 — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 266 TFUE — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

25

2013/C 336/55

Kawża T-477/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2013 — Syrian Lebanese Commercial Bank vs Il-Kunsill

25

2013/C 336/56

Kawża T-479/13: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2013 — Marchiani vs Il-Parlament

26

2013/C 336/57

Kawża T-481/13: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2013 — Systran vs Il-Kummissjoni

27

2013/C 336/58

Kawża T-489/13: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 — La Rioja Alta vs UASI — Aldi Einkauf (VIÑA ALBERDI)

27

2013/C 336/59

Kawża T-501/13: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2013 — May vs UASI — Constantin Film Produktion (WINNETOU)

28

2013/C 336/60

Kawża T-510/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

28

2013/C 336/61

Kawża T-513/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — Braun Melsungen vs UASI (SafeSet)

28

2013/C 336/62

Kawża T-515/13: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

29

2013/C 336/63

Kawża T-202/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2013 — Aeroporia Aigaiou Aeroporiki u Marfin Investment Group Symmetochon vs Il-Kummissjoni

29

2013/C 336/64

Kawża T-222/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — National Trust for Scotland vs UASI — Comhairle nan Eilean Siar (ST KILDA)

30

2013/C 336/65

Kawża T-549/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2013 — Nemeco vs UASI — Coca-Cola (NU)

30

2013/C 336/66

Kawża T-14/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2013 — Seal Trademarks vs UASI — Exel Composites (XCEL)

30

2013/C 336/67

Kawża T-212/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2013 — Madaus vs UASI — Indena (ECHINAMID)

30

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2013/C 336/68

Kawża F-111/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2013 — Nardone vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Ex uffiċjal — Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra — Mard ikkaġunat mix-xogħol — Inċident — Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Kumitat Mediku — Motivazzjoni — Rikors għad-danni — Tul tal-proċeduri)

31

2013/C 336/69

Kawża F-63/13: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs ENISA

31

2013/C 336/70

Kawża F-86/13: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Parlament

31

2013/C 336/71

Kawża F-92/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

32

2013/C 336/72

Kawża F-93/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

32

2013/C 336/73

Kawża F-94/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kunsill

32

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/1


2013/C 336/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 325, 9.11.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 313, 26.10.2013

ĠU C 304, 19.10.2013

ĠU C 298, 12.10.2013

ĠU C 291, 5.10.2013

ĠU C 284, 28.9.2013

ĠU C 274, 21.9.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/2


Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tal-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 336/02

Wara l-ħatra tiegħu bħala mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Ġunju 2013 (1), għall-perijodu mis-6 ta’ Ottubru 2013 sas-6 ta’ Ottubru 2015, F. Biltgen ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2013.


(1)  ĠU L 179 tad-29.06.2013, p. 94.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/2


Elezzjoni tal-presidenti tal-Awli bi tliet imħallfin

2013/C 336/03

Fil-laqgħa tal-1 ta’ Ottubru 2013, l-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-Artikolu 12(2) tar-Regoli tal-Proċedura, lil A. Borg Barthet, bħala President tas-Sitt Awla, lil J. L. Da Cruz Vilaça bħala President tas-Seba’ Awla, lil C. G. Fernlund, bħala President tat-Tmien Awla, lil M. Safjan, bħala President tad-Disa’ Awla, u lil E. Juhász, bħala President tal-Għaxar Awla, għall-perijodu mit-8 ta’ Ottubru 2013 sas-6 ta’ Ottubru 2014.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/2


Deċiżjonjiet adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2013

2013/C 336/04

Waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tassejna lil F. Biltgen lill-Ewwel u s-Sitt Awli.

Konsegwentement, l-Ewwel u s-Sitt Awli huma komposti kif ġej:

 

L-Ewwel Awla

 

A. Tizzano, President tal-Awla,

 

A. Borg Barthet, E. Levits, M. Berger, S. Rodin u F. Biltgen, Imħallfin.

 

Is-Sitt Awla

 

A. Borg Barthet, President tal-Awla,

 

E. Levits, M. Berger, S. Rodin u F. Biltgen, Imħallfin.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/3


Listi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti

2013/C 336/05

Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2013, il-listi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Awla Manja, kif ġej:

 

A. Rosas

 

F. Biltgen

 

E. Juhász

 

S. Rodin

 

G. Arestis

 

C. Vajda

 

A. Borg Barthet

 

J. L. Da Cruz Vilaça

 

J. Malenovský

 

C.-G. Fernlund

 

U. Lõhmus

 

E. Jarašiūnas

 

E. Levits

 

S. Prechal

 

A. Ó Caoimh

 

M. Berger

 

J.-C. Bonichot

 

D. Šváby

 

A. Arabadjiev

 

M. Safjan

 

C.Toader

Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2013, il-listi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Ewwel Awla b’ħames imħallfin kif ġej:

 

A. Borg Barthet

 

F. Biltgen

 

E. Levits

 

S. Rodin

 

M. Berger

Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Ottubru 2013, il-listi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tas-Sitt Awla bi tliet imħallfin kif ġej:

 

E. Levits

 

M. Berger

 

S. Rodin

 

F. Biltgen


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/3


Deċiżjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja waqt il-laqgħa ġenerali tagħha tal-24 ta’ Settembru 2013

2013/C 336/06

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, waqt il-laqgħa tagħha tal-24 ta’ Settembru 2013, li tassenja lill-Viċi President lil Awla b’Ħames Imħallfin għall-kawżi kollha li fihom dan tal-aħħar jeżerċita l-funzjonijiet ta’ mħallef Relatur u li jintbagħtu mill-Qorti tal-Ġustizzja quddiem tali kulleġġ ġudikanti.

Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tassenja lil K. Lenaerts lit-Tieni Awla għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2013 sas-6 ta’ Ottubru 2015.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/4


Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 336/07

Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa tagħha tal-24 ta’ Settembru 2013, għażlet, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2013 sas-6 ta’ Ottubru 2014, lit-Tielet Awla sabiex, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, tkun l-awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 107 ta’ dawn ir-regoli.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/4


Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 336/08

Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa tagħha tal-24 ta’ Settembru 2013, għażlet, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2013 sas-6 ta’ Ottubru 2014, lill-Ħames Awla sabiex, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regoli tal-Proċedura, tkun l-awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 193 ta’ dawn ir-regoli.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/4


Għażla tal-Ewwel Avukat Ġenerali

2013/C 336/09

Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa tagħha tal-1 ta’ Ottubru 2013, għażlet lil P. Cruz Villalón bħala l-Ewwel Avukat Ġenerali, għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2013 sas-6 ta’ Ottubru 2014.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/4


Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2013/C 336/10

Wara l-ħatra tiegħu bħala mħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tas-16 ta’ Settembru 2013 (1), għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2019, J. Svenningsen ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2013.


(1)  ĠU L 247 tat-18.09.2013, p. 37.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 — Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-15/12 P) (1)

(Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 826/2009 - Importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 2(10)(b) - Paragun ġust - Artikolu 11(9) - Eżami mill-ġdid interim parzjali - Obbligu li jiġi applikat l-istess metodu bħal fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju - Bdil fiċ-ċirkustanzi)

2013/C 336/11

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd (rappreżentanti: J.-F. Bellis u R. Luff, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat, u N. Chesaites, Barrister), Il-Kummmissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla), tas-16 ta’ Diċembru 2011, Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il-Kunsill (T-423/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 826/2009, tas-7 ta’ Settembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 240, p. 7) — Paragun bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-pajjiż ta’ oriġini — Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat waqt l-investigazzjoni inizjali — Żbalji ta’ liġi

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta ma’ din il-proċedura.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 89, 24.3.2012.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/5


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2013 minn H-Holding AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-27 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-672/11, H-Holding AG vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-64/13 P)

2013/C 336/12

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: H-Holding AG (rappreżentant: R. Závodný, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Settembru 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Törvényszék (l-Ungerija) fl-24 ta’ Ġunju 2013 — Sebestyén vs Kővári et

(Kawża C-342/13)

2013/C 336/13

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Katalin Sebestyén

Konvenuti: Zsolt Csaba Kővári, OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt., Raiffeisen Bank Zrt.

Domandi preliminari

(1)

Għandha titqies bħala inġusta fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), klawżola kuntrattwali li abbażi tagħha l-ġurisdizzjoni għal kull kawża rigward kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u bank tingħata esklużivament lil bord ta’ tliet arbitri tat-Tribunal ta’ arbitraġġ permanenti tas-suq finanzjarju u tal-kapital (Pénz- és Tőkepiaci Állandó Választottbíróság)?

(2)

Klawżola kuntrattwali li abbażi tagħha l-ġurisdizzjoni għal kull kawża rigward kuntratt ta’ self konkluż bejn konsumatur u bank tingħata esklużivament lil bord ta’ tliet arbitri tat-Tribunal ta’ arbitraġġ permanenti tas-suq finanzjarju u tal-kapital, bir-riżervi previsti mill-imsemmi kuntratt, għandha titqies bħala inġusta fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13, minkejja l-fatt li l-imsemmi kuntratt jinkludi informazzjoni ġenerali dwar id-differenzi li jeżistu bejn il-proċedura rregolata mil-Liġi Nru LXXI tal-1994, dwar l-arbitraġġ, u l-proċedura ġudizzjarja ordinarja?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerische Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Lulju 2013 — Zuchtvieh-Export GmbH vs Stadt Kempten

(Kawża C-424/13)

2013/C 336/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zuchtvieh-Export GmbH

Konvenut: Stadt Kempten

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ vjaġġi twal ta’ Equidae domestiċi u ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-ifrat, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tal-ħnieżer, fejn il-post ta’ tluq ikun jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea iżda l-post ta’ destinazzjoni jkun f’pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq tista’ tittimbra l-ġurnal tal-abbord ippreżentat mill-organizzatur skont l-Artikolu 14(1)(c) biss jekk il-ġurnal tal-abbord jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(1)(a)(ii) għall-vjaġġ kollu mill-post tat-tluq sal-post tad-destinazzjoni, jiġifieri fir-rigward ukoll tal-partijiet tal-vjaġġ li jsiru kompletament barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea?

(2)

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità tal-post tat-tluq, li għandha kompetenza skont din id-dispożizzjoni, tista’ tobbliga lill-organizzatur tat-trasport, skont l-Artikolu 14(1)(b) tar-Regolament, jemenda l-arranġamenti tal-vjaġġ twil b’mod li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jiġu osservati għall-vjaġġ kollu mill-post tat-tluq sal-post tad-destinazzjoni, anki jekk ċerti partijiet tal-vjaġġ isiru esklużivament f’pajjiżi terzi?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU 2005 L 3, p. 1)


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/6


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovakkja

(Kawża C-433/13)

2013/C 336/15

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Tokár u F. Schatz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovakkja

Talbiet

tiddikjara li, billi rrifjutat li tagħti lill-benefiċjarji residenti fi Stat Membru ieħor minbarra r-Repubblika tas-Slovakkja, l-allowances ta’ dipendenza, assistenza u kumpens ta’ spejjeż addizzjonali previsti mil-Liġi Nru 447/2008 Ġabra, ir-Repubblika tas-Slovakkja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 7 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’sistemi ta’sigurtà soċjali;

tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovakkja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tiddikjara li l-allowances ta’ dipendenza, assistenza u kumpens ta’ spejjeż addizzjonali previsti mil-Liġi Nru 447/2008 huma benefiċċji għall-mard fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a), tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, li għandhom jitħallsu wkoll lill-benefiċjarji li ma humiex residenti fl-Istat Membru kkonċernat (f’dan il-każ ir-Repubblika tas-Slovakkja). Għalhekk, il-liġi nazzjonali ma għandhiex tillimita d-dritt tal-benefiċjarji li ma humiex residenti fit-territorju Slovakk, li jirċievu dawn l-allowances. Għaldaqstant il-liġi Slovakka, li tipprevedi tali restrizzjoni, ma hijiex konformi mal-Artikolu 48 TFUE u mal-Artikoli 7 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Awwissu 2013 — Europäische Schule München vs Silvana Oberto

(Kawża C-464/13)

2013/C 336/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Europäische Schule München

Konvenuta: Silvana Oberto

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej tal-21 ta’ Ġunju 1994 (1) (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni”), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-għalliema rreklutati minn Skola Ewropea u li ma jkunux ikkollokati mill-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala inklużi fost il-persuni koperti mill-Konvenzjoni u bħala persuni li ma humiex esklużi mill-applikazzjoni tagħha, b’differenza mill-persunal amministrattiv u anċillari?

(2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għad-domanda 1:

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri wkoll il-legalità ta’ att li jikkawża preġudizzju li jkun ibbażat fuq il-Konvenzjoni jew fuq ir-regoli adottati skont din il-konvenzjoni, u li jkun adottat fir-rigward tal-għalliema mid-direttur ta’ Skola fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu?

(3)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għad-domanda 2:

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-konklużjoni ta’ ftehim bejn id-direttur ta’ Skola Ewropea u għalliem, dwar il-limitazzjoni tat-tul tar-relazzjoni ta’ xogħol tal-għalliem, tikkostitwixxi att adottat mid-direttur fir-rigward tal-għalliem li jikkawża preġudizzju lil dan tal-aħħar?

(4)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta negattiva għad-domandi 2 jew 3:

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Bord tal-Ilmenti hemm imsemmi għandu ġurisdizzjoni esklużiva fl-ewwel u fl-aħħar istanza sabiex jiddeċiedi, wara l-eżawriment tar-rimedji amministrattivi, dwar it-tilwim li jikkonċerna l-limitazzjoni tat-tul ta’ kuntratt ta’ xogħol li d-direttur ta’ Skola jikkonkludi ma’ għalliem f’sitwazzjoni fejn dan il-ftehim ikun essenzjalment ibbażat fuq il-kriterju stabbilit mill-Kunsill Superjuri msemmi fil-punt 1.3 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-għalliema tal-Iskejjel Ewropej irreklutati wara l-31 ta’ Awwissu 1994, li jipprevedi kuntratti ta’ xogħol annwali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, p. 16.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Awwissu 2013 — Europäische Schule München vs Barbara O’Leary

(Kawża C-465/13)

2013/C 336/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Europäische Schule München

Konvenuta: Barbara O’Leary.

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni li tiddefinixxi l-Istatut tal-Iskejjel Ewropej tal-21 ta’ Ġunju 1994 (1) (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni”), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-għalliema rreklutati minn Skola Ewropea u li ma jkunux ikkollokati mill-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala inklużi fost il-persuni koperti mill-Konvenzjoni u bħala persuni li ma humiex esklużi mill-applikazzjoni tagħha, b’differenza mill-persunal amministrattiv u anċillari?

(2)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għad-domanda 1:

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri wkoll il-legalità ta’ att li jikkawża preġudizzju li jkun ibbażat fuq il-Konvenzjoni jew fuq ir-regoli adottati skont din il-konvenzjoni, u li jkun adottat fir-rigward tal-għalliema mid-direttur ta’ Skola fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tiegħu?

(3)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fl-affermattiv għad-domanda 2:

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-konklużjoni ta’ ftehim bejn id-direttur ta’ Skola Ewropea u għalliem, dwar il-limitazzjoni tat-tul tar-relazzjoni ta’ xogħol tal-għalliem, tikkostitwixxi att adottat mid-direttur fir-rigward tal-għalliem li jikkawża preġudizzju lil dan tal-aħħar?

(4)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta negattiva għad-domandi 2 jew 3:

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Bord tal-Ilmenti hemm imsemmi għandu ġurisdizzjoni esklużiva fl-ewwel u fl-aħħar istanza sabiex jiddeċiedi, wara l-eżawriment tar-rimedji amministrattivi, dwar it-tilwim li jikkonċerna l-limitazzjoni tat-tul ta’ kuntratt ta’ xogħol li d-direttur ta’ Skola jikkonkludi ma’ għalliem f’sitwazzjoni fejn dan il-ftehim ikun essenzjalment ibbażat fuq il-kriterju stabbilit mill-Kunsill Superjuri msemmi fil-punt 1.3 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-għalliema tal-Iskejjel Ewropej irreklutati wara l-31 ta’ Awwissu 1994, li jipprevedi kuntratti ta’ xogħol annwali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, p. 16.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/8


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2013 minn Industries Chimiques du Fluor (ICF) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-18 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-406/08, ICF vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-467/13 P)

2013/C 336/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Industries Chimiques du Fluor (ICF) (rappreżentanti: P. Wytinck, D. Gillet, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Ġunju 2013, mogħtija fil-kawża T-406/08, Industries Chimiques du Fluor (ICF) vs Il-Kummissjoni Ewropea, u, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li hija għandha l-elementi kollha neċessarji sabiex tiddeċiedi hija stess definittivament fuq il-mertu tal-kawża, tannulla l-multa ta’ EUR 1 700 000 imposta lil ICF fid-deċiżjoni appellata jew, mill-inqas, tnaqqas l-ammont ta’ din il-multa;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet aggravji.

Fl-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, jew, mill-inqas, wettqet ineżattezza materjali fil-konstatazzjoni tal-fatti, jew żnaturament fl-evalwazzjoni tagħhom, billi ddeċidiet li l-fatt li l-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni kkontestata fuq dokumenti mhux imsemmija fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma kienx jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1).

L-appellanti tqis ukoll li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset li t-tnaqqis mill-Kummissjoni tan-numru ta’ persuni involuti fil-ksur bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma kinitx ippreġudikat l-interessi tal-appellanti u lanqas kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha, inkwantu din tal-aħħar ma setgħetx tispjega ruħha fir-rigward ta’ dan it-tnaqqis qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Fit-tieni aggravju tagħha, l-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Fil-fatt il-Qorti Ġenerali adottat interpretazzjoni żbaljata tal-paragrafu 18 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi billi interpretat l-espressjoni “il-valur totali tal-bejgħ ta’ beni jew servizzi b’relazzjoni mal-ksur” [traduzzjoni mhux uffiċjali] bħala li jkopri biss il-valur totali tal-bejgħ tal-impriżi li jipparteċipaw fil-ksur, u mhux bħala l-valur totali tal-bejgħ f’dan is-suq.

L-appellanti tilmenta wkoll li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni, billi ma weġbitx b’mod rilevanti u suffiċjenti għall-argument tagħha li l-Kummissjoni ma mxietx skont il-prassi deċiżjonali tagħha fil-qasam tal-iffissar tal-ammont tal-multa.

Fit-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tqis li t-tul tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali jikkostitwixxi terminu eċċessiv, u għaldaqstant, tikser l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, meta, fil-fehma tagħha, din tikkonċerna kwistjoni sempliċi li tinvolvi ftit dokumenti. Konsegwentement, l-appellanti titlob, bis-saħħa tal-ġurisprudenza Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni (2), tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta lilha.

Fl-aħħar nett l-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Fil-fatt il-Qorti Ġenerali ma eżerċitatx korrettament il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha billi ma evalwatx hi nnifisha u billi ma ġġustifikatx għalfejn, f’dan il-każ, il-multa imposta kienet ġustifikata. F’dan ir-rigward, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali ma weġbitx l-argumenti differenti mqajma minnha fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitoliu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  Sentenza tas-17 ta’ Diċembru 1998, Baustahlgewebe vs Il-Kummissjoni, C-185/95 P, Ġabra p. I-8417.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerisches Verwaltungsgericht München (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Settembru 2013 — Andre Lawrence Shepherd vs Bundesrepublik Deutschland

(Kawża C-472/13)

2013/C 336/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerisch Verwaltungsgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Andre Lawrence Shepherd

Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni tirrigwarda biss il-persuni li s-settur konkret ta’ attività militari tagħhom jimplika l-parteċipazzjoni diretta f’operazzjonijiet ta’ ġlied, għaldaqstant missjonijiet armati, jew li għandhom is-setgħa li jordnaw tali interventi (l-ewwel parti), jew membri oħra tal-forzi armati jistgħu huma wkoll jiġu protetti permezz ta’ din id-dispożizzjoni meta s-settur ta’ attività tagħhom ikun limitat għas-sostenn loġistiku tekniku tat-truppa, barra mill-ġlied attwali, u jkollu biss effett indirett fuq il-ġlied innifsu (it-tieni parti)?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tingħata fis-sens tat-tieni parti:

l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizz militari f’każ ta’ kunflitt (nazzjonali jew internazzjonali) għandu, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet jew sistematikament, iwassal għal jew jeżiġi t-twettiq tad-delitti jew tal-atti msemmija fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/83/KE (l-ewwel parti), jew huwa biżżejjed li l-applikant għall-ażil juri li delitti msemmija fl-Artikolu 12(2)(a) tad-Direttiva 2004/83/KE twettqu f’ċerti każijiet, fiż-żona tal-operazzjonijiet fejn ġie ngaġġat, mill-forzi armati li jagħmel parti minnhom, sew minħabba li ċerti ordnijiet ta’ missjoni rriżultaw li huma kriminali f’dan is-sens, jew inkella minħabba li huwa eċċess imwettaq minn individwi (it-tieni parti)?

(3)

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda għandha tingħata fis-sens tat-tieni parti:

l-istatus ta’ refuġjat jingħata biss meta huwa probabbli, mingħajr l-ebda dubju raġonevoli, li l-ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju ser iseħħ, fil-ġejjieni, jew huwa biżżejjed li l-applikant għall-ażil isemmi fatti li juru li tali delitti qed iseħħu (inevitabbilment jew probabbilment) fil-kunflitt inkwistjoni, u li għaldaqstant ma tistax tiġi eskluża l-possibbiltà li huwa jista’ jiġi implikat fih?

(4)

In-nuqqas ta’ tolleranza jew ir-repressjoni tal-ksur tad-dritt internazzjonali umanitarju mit-tribunali militari jeskludu protezzjoni inkwantu refuġjat skont l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83, jew huwa dan l-element irrilevanti?

Huwa meħtieġ li kien hemm ukoll sanzjoni adottata mill-Qorti Kriminali Internazzjonali?

(5)

Il-fatt li t-tqegħid fil-pożizzjoni tat-truppi jew l-istatut ta’ okkupazzjoni ġew approvati mill-Komunità internazzjonali jew huma bbażati fuq mandat mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jeskludi kull protezzjoni inkwantu refuġjat?

(6)

Huwa meħtieġ, sabiex il-protezzjoni inkwantu refuġjat tingħata lill-applikant għall-ażil skont l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2004/83, li huwa jista’ jiġi kkundannat, jekk iwettaq id-dmirijiet tiegħu, skont l-istatuti tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (l-ewwel parti), jew il-protezzjoni inkwantu refuġjat tingħata meta dan il-limitu ma jintlaħaqx, u l-applikant għall-ażil ma għandux għaldaqstant jibża’ li tiġi imposta fuqu sanzjoni kriminali, iżda madankollu ma jkunx jista’ jirrikonċilja l-obbligi tas-servizz militari mal-kuxjenza tiegħu (it-tieni parti)?

(7)

Jekk ir-risposta għas-sitt domanda għandha tingħata fis-sens tat-tieni parti:

il-fatt li l-applikant għall-ażil ma għamilx użu mill-possibbiltà li jsegwi proċedura normali ta’ objettur tal-kuxjenza, meta kellu l-possibbiltà li jagħmel dan, jeskludi kull protezzjoni inkwantu refuġjat fis-sens tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, jew il-protezzjoni inkwantu refuġjat hija wkoll possibbli fil-każ ta’ deċiżjoni partikolari bbażata fuq il-kuxjenza?

(8)

It-tkeċċija infami mill-armata, il-kundanna għal piena ta’ ħabs u l-ostraċiżmu soċjali u l-iżvantaġġi li jirriżultaw minnu jikkostitwixxu att ta’ persekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 9(2)(b) jew (ċ), tad-Direttiva 2004/83?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KEE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Settembru 2013 — Adala Bero

(Kawża C-473/13)

2013/C 336/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Adala Bero

Konvenut: Regierungspräsidium Kassel

Domanda preliminari

Mill-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1) jista’ jiġi dedott id-dmir ta’ Stat Membru li jwettaq id-detenzjoni għal finijiet ta’ tneħħija f’ċentri ta’ detenzjoni speċjalizzati anki fil-każ li fl-imsemmi Stat Membru l-imsemmija ċentri jeżistu biss f’xi wħud mill-entitajiet territorjali tal-istruttura federali tiegħu u f’oħrajn le?


(1)  ĠU L 348, p. 98.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Settembru 2013 — Thi Ly Pham

(Kawża C-474/13)

2013/C 336/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Thi Ly Pham

Awtoritajiet intervenjenti: Stadt Schweinfurt, Amt für Meldewesen und Statistik

Domanda preliminari

Iż-żamma f’ħabs ma’ priġunieri ordinarji ta’ persuna mqiegħda taħt detenzjoni għall-finijiet ta’ tneħħija, meta din il-persuna tkun tat il-kunsens tagħha għal tali żamma, hija kompatibbli mal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1)?


(1)  ĠU L 348, p. 98.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/10


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-478/13)

2013/C 336/22

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u M. Owsiany Hornung, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, billi ma stabbilietx fl-ordinament ġuridiku intern tagħha obbligu li tinforma lill-awtoritajiet kompetenti Pollakki fuq il-post fejn jinsabu l-uċuħ tar-raba ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament (GMO), skont il-parti C tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (1), billi ma stabbilietx reġistru tal-postijiet fejn jinsabu dawn l-uċuħ tar-raba GMO u billi ma tatx lill-pubbliku informazzjoni dwar il-postijiet fejn jinsabu l-imsemmija uċuħ tar-raba GMO, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 31(3)(b) tad-Direttiva 2001/18/KE;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttvia 2001/18/KE skada fis-17 ta’ Ottubru 2012.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/11


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2013 minn Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-11 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-197/12 — Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-509/13 P)

2013/C 336/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija fil-11 ta’ Lulju 2013 mit-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-197/12 u tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Komunitarja Nru 7585045 METRO għal servizzi li jaqgħu fil-klassi 36;

tikkundanna lill-partijiet l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell ippreżentat kontra s-sentenza ċċitata iktar ’il fuq tal-Qorti Ġenerali huwa bbażat, essenzjalment, fuq it-tliet aggravji li ġejjin:

L-ewwel nett, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1). Fil-fehma tagħha, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat is-servizzi koperti mit-trade marks kunfliġġenti u astjeniet ruħha milli twettaq eżami globali tat-trade marks inkwistjoni.

It-tieni nett, l-appellanti ssostni li s-sentenza appellata tikkontradixxi sentenza oħra mogħtija mill-Qorti Ġenerali f’kawża li kienet tinvolvi l-istess partijiet u li kienet tirrigwarda kwistjonijiet identiċi dwar trade marks simili (Kawża T-284/11). L-appellanti tqis li din is-sentenza, marbuta b’mod indissolubbli ma’ din il-kawża, ma ttiħditx inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali minkejja li hija fil-fatt informat lil din tal-aħħar biha debitament u fil-ħin.

It-tielet nett, l-appellanti ssostni li l-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali hija vvizzjata b’irregolaritajiet li ppreġudikaw l-interessi tagħha u li ċaħħduha ripetutament minn protezzjoni ġuridika. B’mod partikolari, l-appellanti ssostni li s-seduta żvolġiet mingħajr il-parteċipazzjoni tagħha, minkejja li hija kienet talbet li s-seduta tiġi posposta għal motiv serju u kienet ipprovat debitament l-eżistenza ta’ dan il-motiv.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226).


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/11


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-11 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-358/08, Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-513/13 P)

2013/C 336/24

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tilqa’ dan l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2013, fil-Kawża T-358/08, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 3249, tal-25 ta’ Ġunju 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mogħtija taħt il-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġett Nru 96/11/61/018 — “Tindif ta’ Zaragoza” permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(96) 2095, tas-26 ta’ Lulju 1996.

tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Żball ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-effetti tat-terminu previst fl-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni (1). Mal-iskadenza tal-imsemmi terminu l-Kummissjoni ma tista’ tadotta ebda miżura ta’ korrezzjoni finanzjarja u, għaldaqstant, hija obbligata tagħmel il-ħlas u l-korrezzjoni applikata hija illegali.

(2)

Żball ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ xogħol, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li n-netwerk kollu jikkostitwixxi biċċa xogħol waħda fis-sens tal-Artikolu 1(ċ) tad-Direttiva tal-KunsilL 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (2). Is-sentenza appellata titbiegħed mill-ġurisprudenza li tinsab fis-sentenza tal-5 ta’ Ottubru 2000, Il-Kummissjoni vs Franza (C-16/98, Ġabra p. I-8315), sa fejn tħalli barra n-neċessità ta’ kontinwità ġeografika tax-xogħlijiet kollha u ta’ interdipendenza bejniethom, jiġifieri, in-neċessità ta’ interkonnessjoni sabiex is-servizz jiġi pprovdut.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163.


Il-Qorti Ġenerali

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Galp Energia España et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju - Kalkolu tal-ammont tal-multa)

2013/C 336/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Galp Energia España, SA (Alcobendas, Spanja); Petróleos de Portugal (Petrogal), SA (Lisbona, il-Portugall); u Galp Energia, SGPS, SA (Lisbona) (rappreżentanti: M. Slotboom u G. Gentil Anastácio, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit inizjalment minn J. Rivas Andrés, avukat, u minn M. Heenan Bróna, solicitor, sussegwentement minn J. Rivas Andrés)

Suġġett

Talba, prinċipalment, għall-annullament totali jew parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], huwa annullat sa fejn dan jikkonstata l-involviment ta’ Galp Energía España, SA, ta’ Petróleos de Portugal (Petrogal), SA, u ta’ Galp Energia, SGPS, SA, f’numru ta’ ftehim u ta’ prattiki miftiehma fis-suq Spanjol tal-bitum, sa fejn dan in-numru ta’ ftehim u ta’ prattiki miftiehma jinkludi, minn naħa, is-sistema ta’ sorveljanza tal-implementazzjoni tal-ftehim ta’ tqassim tas-suq u tal-klijentela u, min-naħa l-oħra, il-mekkaniżmu ta’ kumpens intiż sabiex jirrettifika d-differenzi li rriżultaw fir-rigward tal-ftehim ta’ tqassim tas-suq u tal-klijentela.

(2)

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni C(2007) 4441 finali huwa annullat sa fejn dan jobbliga lil Galp Energía España, lil Petróleos de Portugal (Petrogal) u lil Galp Energía, SGPS sabiex itemmu l-ksur kif ikkonstatat fl-Artikolu 1 tal-imsemmija deċiżjoni u sabiex jastjenu milli jirrepetu kull att jew aġir imsemmi f’dan l-artikolu jew li għandu għan jew effett simili, sa fejn dan il-ksur jinkludi, minn naħa, is-sistema ta’ sorveljanza tal-implementazzjoni tal-ftehim ta’ tqassim tas-suq u tal-klijentela u, min-naħa l-oħra, il-mekkaniżmu ta’ kumpens intiż sabiex jirrettifika d-differenzi li rriżultaw fir-rigward tal-ftehim ta’ tqassim tas-suq u tal-klijentela.

(3)

L-ammont tal-multa imposta fuq Galp Energía España u fuq Petróleos de Portugal (Petrogal), fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2007) 4441 finali, huwa stabbilit għal EUR 8 277 500, filwaqt li l-ammont tal-multa imposta fuq Galp Energía, SGPS, fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2007) 4441, hija stabbilita għal EUR 6 149 000.

(4)

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.

(5)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 51, 23.2.2008.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Nynäs Petroleum u Nynas Petróleo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-482/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju - Kalkolu tal-ammont tal-multa)

2013/C 336/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nynäs Petroleum AB (Stokkolma, l-Isvezja); u Nynas Petróleo, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: D. Beard, QC, u M. Dean, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis u F. Castillo de la Torre, sussegwentement F. Castillo de la Torre u J. Bourke, u finalment F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-ammont tal-multa imposta fuq Nynas Petróleo, SA, fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], huwa stabbilit għal EUR 10 406 000, filwaqt li l-ammont tal-multa imposta fuq Nynäs Petroleum, AB, fl-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni, huwa stabbilit għal EUR 10 164 000.

(2)

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 51, 23.2.2008.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — PROAS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-495/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol għall-bitum ta’ penetrazzjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ftehim annwali tat-tqassim tas-suq u l-koordinazzjoni tal-prezzijiet - Traduzzjoni tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Terminu raġjonevoli - Awtorità ta’ res judicata)

2013/C 336/27

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Productos Asfálticos (PROAS), SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment C. Fernández Vicién, A. Pereda Miquel u P. Carmona Botana, sussegwentement C. Fernández Vicién u A. Pereda Miquel u finalment C. Fernández Vicién, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit inizjalment minn J. Rivas Andrés, avukat, u minn M. Heenan Bróna, solicitor, sussegwentement minn J. Rivas Andrés u J. Gutiérrez Gisbert, avukati, u finalment minn J. Rivas Andrés)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali tat-3 ta’ Ottubru 2007 dwar proċedura għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [81] KE [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], kif ukoll ta’ talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

It-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiżdied l-ammont tal-multa huma miċħuda.

(3)

Productos Asfálticos (PROAS), SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Repsol Lubricantes y Especialidades et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-496/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni - Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet - Drittijiet tad-difiża - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Awtorità ta’ res judicata)

2013/C 336/28

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Repsol Lubricantes y Especialidades, SA, li kienet Repsol Lubricantes YPF y Especialidades, SA (Madrid, Spanja); Repsol Petróleo, SA (Madrid); u Repsol, SA, li kienet Repsol YPF, SA (Madrid) (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco, J. Buendía Sierra, M. Muñoz de Juan u Á. Givaja Sanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

It-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea intiżi għal żieda tal-ammont tal-multa huma miċħuda.

(3)

Repsol Lubricantes y Especialidades, SA, Repsol Petróleo, SA u Repsol, SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — CEPSA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-497/07) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tal-bitum ta’ penetrazzjoni - Ftehim annwali ta’ tqassim tas-suq u ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet - Traduzzjoni tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Terminu raġonevoli - Prinċipju ta’ imparzjalità - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Awtorità ta’ res judicata)

2013/C 336/29

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Compañía Española de Petróleos (CEPSA), SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment O. Armengol i Gasull, P. Pérez-Llorca Zamora u Á. Pascual Morcillo, sussegwentement O. Armengol i Gasull u J. Rodríguez Cárcamo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit inizjalment minn J. Rivas Andrés, avukat, u minn M. Heenan Bróna, solicitor, sussegwentement minn J. Rivas Andrés u J. Gutiérrez Gisbert, avukat, u finalment minn J. Rivas Andrés)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4441 finali, tat-3 ta’ Ottubru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/38.710 — Bitum (Spanja)], kif ukoll talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

It-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammont tal-multa huma miċħuda.

(3)

Compañía Española de Petróleos (CEPSA), SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 64, 8.3.2008.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Müller-Boré & Partner vs UASI — Popp et (MBP)

(Kawża T-338/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali MBP - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ip_law@mbp./email - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Sinjal nazzjonali użat fil-kummerċ mbp.de - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009))

2013/C 336/30

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Müller-Boré & Partner Patentanwälte. Rechtsanwälte (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Osterrieth u T. Schmitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement A. Pohlmann, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Eugen Popp (München, il-Ġermanja); Wolf E. Sajda (München); Johannes Bohnenberger (München); u Volkmar Kruspig (München) (rappreżentanti: C. Rohnke, M. Jacob u J. Herrlinger, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1176/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eugen Popp, Wolf E. Sajda, Johannes Bohnenberger, Volkmar Kruspig u Müller-Boré & Partner Rechstanwälte. Patentanwälte.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Müller-Boré & Partner Patentanwälte. Rechstanwälte hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 7.11.2009.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Colt Télécommunications France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/10) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku fil-kuntest ta’ proġett ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-département des Hauts-de-Seine - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji)

2013/C 336/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Colt Télécommunications France (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Debroux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u J. Gstalter, sussegwentement D. Colas, J. Bousin u J. S. Pilczer, aġenti); Sequalum SAS (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: L. Feldman, avukat); u d-Département des Hauts-de-Seine (Franza) (rappreżentanti: J. D. Bloch u G. O’Mahony, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7426 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar il-kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-département des Hauts-de-Seine (għajnuna mill-Istat N 331/2008 — Franza)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Colt Télécommunications France għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Repubblika Franċiża, Sequalum SAS u d-département des Hauts-de-Seine għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 113, 1.5.2010.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2013 — Pioneer Hi-Bred International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-164/10) (1)

(Approssimazzjoni tal-liġijiet - Rilaxx intenzjonat ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament fl-ambjent - Proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq - Nuqqas tal-Kummissjoni li tressaq quddiem il-Kunsill abbozz ta’ deċiżjoni - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni)

2013/C 336/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pioneer Hi-Bred International Inc. (Johnston, Iowa, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: J. Temple Lang, solicitor, u T. Müller-Ibold, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, N. Yerell u C. Zadra, aġenti)

Suġġett

Talba għal dikjarazzjoni, skont l-Artikolu 265 TFUE, li, billi naqset milli tressaq quddiem il-Kunsill abbozz ta’ miżuri li għandhom jiġu adottati b’applikazzjoni tal-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124), u billi naqset milli tadotta kwalunkwe miżura oħra li skont l-iżvilupp tal-proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tista’ tkun neċessarja sabiex tiżgura l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15 Vol. 6, p. 77), il-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2001/18.

Dispożittiv

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, billi naqset milli tressaq quddiem il-Kunsill abbozz ta’ miżuri b’applikazzjoni tal-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni.

(2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 19.6.2010.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Avery Dennison vs UASI — Dennison Hesperia (AVERY DENNISON)

(Kawża T-200/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AVERY DENNISON - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DENNISON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Suġġett tat-tilwima quddiem il-Bord tal-Appell)

2013/C 336/33

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Avery Dennison Corp. (Pasadena, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, A. Castán Pérez-Gómez u A. Sanz Cerralbo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dennison-Hesperia, SA (Torrejón de Ardoz, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Frar 2010, (Każ R 798/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dennison-Hesperia, SA u Avery Dennison Corp.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Avery Dennison Corp. hija ikkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 19.6.2010


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Settembru 2013 — Knut IP Management vs UASI — Zoologischer Garten Berlin (KNUT — DER EISBÄR)

(Kawża T-250/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali KNUT-DER EISBÄR - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KNUD - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2013/C 336/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Knut IP Management Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment C. Jaeckel, sussegwentement J. Steinberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zoologischer Garten Berlin AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Schulz u P. Vatankhah, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Mejju 2010 (Każ R 650/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Zoologischer Garten Berlin AG et Knut IP Management Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Knut IP Managment Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 31.7.2010.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Orange vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-258/10) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku fil-kuntest ta’ proġett ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Sentenza Altmark - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Falliment tas-suq - Kumpens żejjed)

2013/C 336/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Orange, li kienet France Télécom (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment M. van der Woude u D. Gillet, sussegwentement D. Gillet u H. Viaene, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u J. Gstalter, sussegwentement D. Colas u J. Bousin, aġenti); Dipartiment tal-Hauts-de-Seine (Franza) (rappreżentanti: J.-D. Bloch u G. O’Mahony, avukati); u Sequalum SAS (Puteaux, Franza) (rappreżentant: L. Feldman, avukat)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7426 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar il-kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija fid-dipartiment tal-Hauts-de-Seine, (għajnuna mill-Istat N 331/2008 — Franza).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Orange għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Id-dipartiment tal-Hauts-de-Seine, Sequalum SAS u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 234, 28.8.2010.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Iliad et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-325/10) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku fil-kuntest ta’ proġett ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-département des Hauts-de-Seine - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Sentenza Altmark - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Nuqqas fis-suq - Kumpens eċċessiv)

2013/C 336/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Iliad (Pariġi, Franza); Free infrastructure (Pariġi) u Free (Pariġi) (rappreżentant: T. Cabot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment G. de Bergues u J. Gstalter, sussegwentement D. Colas u J. Bousin, aġenti); ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment M. Szpunar u B. Majczyna, sussegwentement B. Majczyna, aġenti); u d-département des Hauts-de-Seine (Franza) (rappreżentanti: J. D. Bloch u G. O’Mahony, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7426 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar il-kumpens għal spejjeż ta’ servizz pubbliku għall-istabbiliment u l-użu ta’ netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi b’veloċità qawwija ħafna fid-département des Hauts-de-Seine (għajnuna mill-Istat N 331/2008 — Franza).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Iliad, Free infrastructure u Free għandhom ibatu kemm l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Id-département des Hauts-de-Seine, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Rovi Pharmaceuticals vs UASI — Laboratorios Farmaceuticos Rovi (ROVI Pharmaceuticals)

(Kawża T-97/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ROVI Pharmaceticals - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ROVI u trade mark nazzjonali verbali preċedenti ROVIFARMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament)

2013/C 336/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rovi Pharmaceuticals GmbH (Schlüchtern, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Berghofer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratorios Farmaceuticos Rovi, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: G. Marín Raigal, P. López Ronda u G. Macias Bonilla, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 500/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Farmacéuticos Rovi, SA u Rovi Pharmaceuticals GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Rovi Pharmaceuticals GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk li Laboratorios Farmacéuticos Rovi, SA sostniet matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 120, 16.4.2011.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Golden Balls vs UASI — Intra Presse (GOLDEN BALLS)

(Kawża T-437/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOLDEN BALLS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BALLON D’OR - Xebh tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talba għal annullament imressqa mill-intervenjenti - Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Portata tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar l-appell kollu - Artikolu 8(5), Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

2013/C 336/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Golden Balls Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, S. Smith, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intra-Presse (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: P. Péters, T. de Haan u M. Laborde, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1310/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intra-Presse u Golden Balls Ltd.

Dispożittiv

(1)

L-ewwel punt tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1310/2010-1) huwa annullat.

(2)

It-talba għal annullament imressqa minn Intra-Presse hija miċħuda.

(3)

L-UASI, minbarra l-ispejjeż tiegħu, għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Golden Balls Ltd, ħlief għall-ispejjeż sostnuti minn din tal-aħħar fir-rigward tat-talba għal annullament ibbażata fuq l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

(4)

Intra-Presse, minbarra l-ispejjeż tagħha, għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn Golden Balls Ltd fir-rigward tat-talba għal annullament ibbażata fuq l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura.


(1)  ĠU C 298, 8.10.2011


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Settembru 2013 — Golden Balls vs UASI — Intra-Presse (GOLDEN BALLS)

(Kawża T-448/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GOLDEN BALLS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BALLON D’OR - Xebh tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talba għal annullament mressqa mill-intervenjent - Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Estent tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Obbligu li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors kollu - Artikolu 8(5), Artikolu 64(1) u Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

2013/C 336/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Golden Balls Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, S. Smith, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Intra-Presse (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: P. Péters, T. de Haan u M. Laborde, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1432/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intra-Presse u Golden Balls Ltd

Dispożittiv

(1)

L-ewwel punt tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1432/2010-1) huwa annullat.

(2)

It-taba għal annullament ippreżentata minn Intra-Presse hija miċħuda.

(3)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Golden Balls Ltd, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ din tal-aħħar marbuta mat-talba għal annullament ibbażata fuq l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura.

(4)

Intra-Presse għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Golden Balls Ltd marbuta mat-talba għal annullament ibbażata fuq l-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura.


(1)  ĠU C 298, 8.10.2011.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Gitana vs UASI — Teddy (GITANA)

(Kawża T-569/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GITANA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti KiTANA - Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità jew xebh tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni)

2013/C 336/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gitana SA (Pregny-Chambésy, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Benech, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Teddy SpA (Rimini, l-Italja) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 1825/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rosenruist — Gestão e serviços, Lda u Gitana SA

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Gitana SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 7.1.2012.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Oro Clean Chemie vs UASI — Merz Pharma (PROSEPT)

(Kawża T-284/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PROSEPT - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Pursept - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

2013/C 336/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Oro Clean Chemie AG (Fehraltorf, l-Isvizzera) (rappreżentant: F. Ekey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Merz Pharma GmbH & Co. KGaA (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Hirsch u C. Mayerhöffer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Marzu 2012 (Każ R 1053/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merz Pharma GmbH & Co. KGaA u Oro Clean Chemie AG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Oro Clean Chemie AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 258, 25.8.2012


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2013 — Rungis express vs UASI — Žito (MARESTO)

(Kawża T-243/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 336/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rungis express AG (Meckenheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn U. Feldmann, sussegwentement minn O. Dimopoulou, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: B. Schmidt, R. Pethke u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Žito prehrambena industrija d.d. (Ljubljana, is-Slovenja) (rappreżentant: M. Praviček, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Marzu 2010 (Każ R 691/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Žito prehrambena industrija d.d. u Rungis express AG.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 234, 28.8.2010.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 — Altadis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-400/11) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwisti ta’ ishma barranin - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna - Att li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Assenza ta’ obbligu ta’ ħlas lura - Inammissibbiltà)

2013/C 336/43

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Altadis, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU L 135, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Altadis, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/11) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwisti ta’ ishma barranin - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna - Att li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Assenza ta’ kwalità ta’ benefiċjarju effettiv tal-iskema ta’ għajnuna - Assenza ta’ obbligu ta’ ħlas lura - Inammissibbiltà)

2013/C 336/44

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, M. Núñez Müller u J. Domínguez Pérez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C-45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU L 135, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 — Telefónica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-430/11) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwisti ta’ ishma barranin - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna - Att li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni - Nuqqas ta’ interess individwali - Assenza ta’ kwalità ta’ benefiċjarju effettiv tal-iskema ta’ għajnuna - Assenza ta’ obbligu ta’ ħlas lura - Inammissibbiltà)

2013/C 336/45

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado, M. Núñez Müller u J. Domínguez Pérez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C-45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU L 135, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Telefónica, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-475/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Rimbors ta’ spejjeż li jistgħu jinġabru - Assenza ta’ interess ġuridiku - Appell manifestament inammissibbli)

2013/C 336/46

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2011, Marcuccio vs Commission (F-67/10, għadha mhux ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 311, 22.10.2011


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2013 — Melkveebedrijf Overenk et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-540/11) (1)

(Rikors għad-danni - Taxxa fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib - Regolament (KE) Nru 1468/2006 - Inammissibbiltà manifesta)

2013/C 336/47

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Melkveebedrijf Overenk BV (Sint Anthonis, il-Pajjiżi l-Baxxi); Maatschap Veehouderij Kwakernaak (Oosterwolde, il-Pajjiżi l-Baxxi); Mulders Agro vof (Heerle, il-Pajjiżi l-Baxxi); Melkveebedrijf Engelen vof (Grashoek, il-Pajjiżi l-Baxxi); Melkveebedrijf De Peel BV (Heusden, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Mathijs Moonen (Nederweert, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Mazel u A. van Beelen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková u B. Burggraaf, aġenti)

Suġġett

Talba għal kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat lir-rikorrenti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1468/2006, tal-4 ta’ Ottubru 2006, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi levy fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU L 338M, p. 526).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

Melkveebedrijf Overenk BV, Maatschap Veehouderij Kwakernaak, Mulders Agro vof, Melkveebedrijf Engelen vof, Melkveebedrijf De Peel BV u Mathijs Moonen huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2013 — Symbio Gruppe vs UASI

(Kawża T-562/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Tħassir tar-reġistrazzjoni internazzjonali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 336/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Symbio Gruppe GmbH & Co. KG (Herborn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: R. Pethke u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ada Cosmetic GmbH (Kehl, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment H. Börjes-Pestalozza, sussegwentement R. Douglas Morton u E. Kessler, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 2121/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Symbio Gruppe GmbH & Co. KG u Ada Cosmetic GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 13, 14.1.2012.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Hübner vs UASI — Silesia Gerhard Hanke (Original silicea Kieselsäure-Gel)

(Kawża T-211/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 336/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Anton Hübner GmbH & Co. KG (Ehrenkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment A. Kirchgäßner, sussegwentement R. Kunz-Hallstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Silesia Gerhard Hanke GmbH & Co. KG (Norf, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Krieger, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Marzu 2012 (Każ R 351/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Silesia Gerhard Hanke GmbH & Co KG Anton Hübner GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 209, 14.7.2012.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Conticchio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-358/12 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Deċiżjoni li tikkonċerna l-kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2013/C 336/50

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanta: Rosella Conticchio (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Tortora, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Lulju 2012, Conticchio vs Il-Kummissjoni (F-22/11, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 295, 29.9.2012.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 — Planet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/12) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni - Kuntratti dwar il-proġetti Ontogov, FIT u RACWeb - Spejjeż eliġibbli - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà)

2013/C 336/51

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u B. Conte, aġenti, assistiti minn S. Drakakakis, avukat)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE intiż sabiex jiġi kkonstatat, minn naħa, li r-rifjut tal-Kummissjoni li tikkunsidra bħala spejjeż eliġibbli ċerti ammonti allokati b’implementazzjoni tal-kuntratti “Ontology enabled E-Gov Service Configuration (Ontogov)”, “Fostering self-adaptive e-government service improvement using semantic technologies (FIT)” u “Risk Assessment for Customs in Western Balkans (RACWeb)”, konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm-Qafas tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni jikkontribwixxu għat-twettiq taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2002-2006), jikkostitwixxi ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligi kuntrattwali tagħha u, min-naħa l-oħra, li dawn l-ammonti jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli u ma għandhomx jitħallsu lura.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Yaqub vs UASI — Turkey (ATATURK)

(Kawża T-580/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Ħatra ta’ rappreżentant ġdid - Nuqqas ta’ azzjoni mir-rikorrenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 336/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: J. Yaqub (Nottingham, ir-Renju Unit)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ir-Repubblika tat-Turkija

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2613/2011-2), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn, minn naħa waħda, ir-Repubblika tat-Turkija u, min-naħa l-oħra, J. Yaqub u G. Yaqub.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

(2)

J. Yaqub għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 79, 16.3.2013.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — Bouillez vs Il-Kunsill

(Kawża T-31/13 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2007 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 266 TFUE - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Kontradizzjoni ta’ motivi - Eżami komparattiv tal-merti - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2013/C 336/53

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Vincent Bouillez (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-14 ta’ Novembru 2012, Bouillez vs Il-Kunsill (F-75/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Vincent Bouillez għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 86, 23.3.2013.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2013 — Van Neyghem vs Il-Kunsill

(Kawża T-113/13 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2007 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AST 7 - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 266 TFUE - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2013/C 336/54

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Kris Van Neyghem (Tienen, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-12 ta’ Diċembru 2012, Van Neyghem vs Il-Kunsill (F-77/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Kris Van Neyghem għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/25


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2013 — Syrian Lebanese Commercial Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-477/13)

2013/C 336/55

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Syrian Lebanese Commercial Bank S.A. L. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentanti: P. Vanderveeren, L. Defalque u T. Bontinck, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tirrikonoxxi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tad-deċiżjonijiet ta’ inklużjoni u ta’ żamma tar-rikorrent fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill 36/2012/UE;

konsegwentement, tiddeċiedi l-kumpens adegwat u sħiħ tad-dannu subit mir-rikorrent minħabba l-aġir illegali tal-Unjoni li jammonta għal EUR 41 074 940, flimkien mal-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tagħha ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti perċentwali, u b’mod provviżorju tagħti kumpens li jammonta għal EUR 1 000 000, li għandu jiġi adattat skont l-infiq u l-investiment li r-rikorrent għandu jagħmel sabiex jistabbilixxi mill-ġdid l-immaġini u r-reputazzjoni tiegħu;

sussidjarjament, jekk jiġi kkunsidrat li l-ammont tad-dannu subit għandu jiġi evalwat mill-ġdid, tordna perizja skont l-Artikolu 65(d), l-Artikolu 66(1) u l-Artikolu 70 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, fir-rigward tal-aġir illegali li bih huwa akkużat il-Kunsill kemm fl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi kif ukoll fiż-żamma tagħhom mix-xahar ta’ Jannar 2012, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi bbażati fuq:

żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-involviment tar-rikorrent fil-finanzjament tar-reġim Sirjan;

nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti u preċiża tal-miżuri adottati mill-Kunsill kontra r-rikorrent;

ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u

difetti li jaffettwaw l-eżami mwettaq mill-Kunsill li jirrendu illegali l-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill.

Ir-rikorrent isostni li l-miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi adottati mill-Kunsill jikkostitwixxu l-kawża ta’ ċerti danni kemm materjali kif ukoll mhux materjali li hija subiet.

Mill-perspettiva materjali, ir-rikorrent jinvoka li subixxa telf operattiv u teknoloġiku kunsiderevoli minħabba, b’mod partikolari, it-telf ta’ relazzjonijiet ta’ negozju ma’ bosta banek Ewropej u Għarab, it-tnaqqis drastiku tar-riżultati operattivi tiegħu u t-telf ta’ ħafna assi bankarji mill-2012. Barra minn hekk, l-ex fornitur tiegħu ta’ software bankarju waqqaf kull relazzjoni miegħu.

Mill-perspettiva mhux materjali, ir-rikorrent jitlob il-kumpens għad-dannu li jirriżulta mill-preġudizzju għall-immaġini tiegħu minħabba l-miżuri illegali ta’ ffriżar tal-fondi adottati mill-Kunsill.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/26


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2013 — Marchiani vs Il-Parlament

(Kawża T-479/13)

2013/C 336/56

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Charles Marchiani (Toulon, Franza) (rappreżentant: C.-S. Marchiani, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2013;

tannulla n-nota ta’ debitu tal-5 ta’ Lulju 2013;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors, ir-rikorrent jikkontesta d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li jiġu rkuprati s-somom irċevuti mir-rikorrent bejn l-2001 u l-2004 bħala allowances ta’ assistenza parlamentari.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq irregolarità fil-proċedura, peress li d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-4 ta’ Lulju 2013 tmur kontra d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 li timplementa l-istatut tad-deputati fil-Parlament Ewropew, kif ukoll kontra l-prinċipju tal-kontradittorju u r-rispett tad-drittijiet tad-difiża.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tar-Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament (ir-Regolament IAM).

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-provi fil-fajl.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ imparzjalità tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew fl-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Lulju 2013.

(5)

Il-ħames u s-sitt motivi, ibbażati fuq il-preskrizzjoni tas-somom li huma s-suġġett tal-irkupru.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/27


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2013 — Systran vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-481/13)

2013/C 336/57

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Systran SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: J. Hoss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-5 ta’ Lulju 2013 u tal-21 ta’ Awwissu 2013 meħudin mill-Kummissjoni Ewropea, alternattivament mill-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li permezz tagħhom hija pproċediet, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ April 2013, Il-Kummissjoni vs Systran u Systran Luxembourg (C-103/11 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), għall-irkupru tal-interessi kumpensatorji flimkien mal-interessi moratorji mid-19 ta’ Awwissu 2013 fuq l-ammont li l-Kummisjoni kienet ħallset lir-rikorrenti bħala danni wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010, Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni (T-19/07, Ġabra p. II-6083), annullata permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlett motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tieħu d-deċiżjonijiet ikkontestati, sa fejn il-Kummissjoni ma kellhiex il-kompetenza sabiex tagħti interessi kumpensatorji lilha nnfisha, peress li dawn l-interessi jistgħu jingħataw biss minn qorti peress li dawn ikollhom l-għan li jagħmlu tajjeb għal dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni minn parti tal-obbligi tagħha. Ir-rikorrenti ssostni li l-għoti tal-interessi kumpensatorji ma jaqawx fil-likwidazzjoni tal-effetti ta’ sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew, kemm fir-rigward tal-għoti tal-interessi kif ukoll fir-rigward tal-prinċipju ġenerali tal-projbizzjoni tal-arrikkiment indebitu. Ir-rikorrenti ssostni li:

il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ġenerali tad-dritt Ewropew alternattivament il-prinċipju komuni għall-Istati Membri dwar l-għoti ta’ interessi kumpensatorji, fl-assenza totali ta’ fatt dannuż imputabbli lir-rikorrenti;

il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ġenerali tal-projbizzjoni tal-arrikkiment indebitu billi tefgħet ir-responsabbiltà ta’ persuna ġuridika rreġsitrata taħt id-dritt privat, obbligu mhux previst mit-trattati u, fi kwalunkwe każ, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ammont ta’ interessi, billi tat lilha nnifisha ammont ta’ interessi f’daqqa miżjud bi 2 % minħabba l-inflazzjoni.

(3)

It-tielet motiv huwa ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter imwettaq mill-Kummissjoni, sa fejn hi ma setgħetx tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 299 TFUE sabiex titlob l-ħlas ta’ interessi kumpensatorji fl-assenza ta’ bażi legali li tagħtiha din il-kompetenza u ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li tikkundanna lir-rikorrenti biex tħallashom.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/27


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 — La Rioja Alta vs UASI — Aldi Einkauf (VIÑA ALBERDI)

(Kawża T-489/13)

2013/C 336/58

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: La Rioja Alta, SA (Haro, Spanja) (rappreżentant: F. Pérez Álvarez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 1190/2011-4 tad-9 ta’ Lulju 2013;

tiddikjara l-validità tat-trade mark Komunitarja Nru 3189065 “VIÑA ALBERDI” għall-klassi 33 tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta’ Nice: “Xarbiet alkoħoliċi (minbarra birra), ħlief inbejjed tal-Italja”;

tikkundanna għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura lill-UASI u lill-partijiet l-oħra fil-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “VIÑA ALBERDI” għal prodotti fil-klassijiet 30, 32 u 33 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 189 065

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) u (b) tal-imsemmi regolament — Trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “VILLA ALBERTI”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) u (b) tal-isemmi regolament


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/28


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2013 — May vs UASI — Constantin Film Produktion (WINNETOU)

(Kawża T-501/13)

2013/C 336/59

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Karl May Verwaltungs- und Vertriebs- GmbH (Bamberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pejman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Constantin Film Produktion GmbH (München, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tad-9 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 125/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “WINNETOU” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 39, 41, 42 u 43 (Trade mark Komunitarja Nru 2 735 017)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Constantin Film Production GmbH

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u trade mark Komunitarja annullata parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-prinċipju tal-awtonomija u tal-indipendenza tat-trade mark Komunitarja u tas-sistemi tat-trade marks Komunitarji kif ukoll ksur tal-Artikolu 76 u tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/28


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-510/13)

2013/C 336/60

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/260/13, 262/13, 263/13, 264/13, 265/13, 266/13, sabiex jitfasslu listi ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tradutturi tal-lingwa Daniża, Ingliża, Franċiża, Taljana, Maltija, Olandiża, Slovena, ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Lulju 2013 Nru C 199 A;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-275/13, L-Italja vs Il-Kummissjoni.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/28


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — Braun Melsungen vs UASI (SafeSet)

(Kawża T-513/13)

2013/C 336/61

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: B. Braun Melsungen AG (Melsungen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Seiler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ġunju 2013;

temenda d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ġunju 2013, fis-sens li tiġi annullata d-deċiżjoni ta’ ċaħda preċedenti mogħtija mill-UASI fil-25 ta’ Jannar 2012;

temenda d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ġunju 2013, fis-sens li titkompla l-proċedura ta’ reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż inklużi dawk esposti matul il-proċedura tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SafeSet” għall-prodotti fil-klassi 10 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 549 368

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (c) u 7(2) kif ukoll tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/29


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-515/13)

2013/C 336/62

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, Abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4426 finali, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar is-sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ leasing finanzjarju magħrufa wkoll bħala sistema Spanjola ta’ leasing fiskali (SSLF) [Għajnuna mill-Istat SA.21233 C/2011 (ex NN/2011, ex CP 137/2006)]. Din id-deċiżjoni tikkunsidra li l-miżuri li jirriżultaw mill-Artikolu 115(11) tat-test ikkonsolidat tal-Liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (deprezzament antiċipat ta’ assi mikrija), mill-applikazzjoni tas-sistema ta’ taxxa bbażata fuq it-tunnellaġġ għal impriżi, bastimenti jew attivitajiet mhux eliġibbli, u milll-Artikolu 50(3) tar-Regolament dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat lill-gruppi ta’ interess ekonomiku li hija inkompatibbli mas-suq intern.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE, peress li l-miżuri eżaminati fid-deċiżjoni kkontestata ma jissodisfaw ebda wieħed mir-rekwiżiti sabiex jiġu kkunsidrati bħala għajnuna mill-Istat, peress li ma hemm ebda element ta’ selettività f’vantaġġ mogħti lill-investituri potenzjali kollha tas-setturi kollha tal-ekonomija, mingħajr impożizzjoni ta’ ebda prerekwiżit; lanqas ma hemm ebda distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, peress li jistax jiġi kkunsidrat li vantaġġ mogħti lil kulħadd mingħajr l-ebda diskriminazzjoni (lanqas minħabba n-nazzjonalità) jiffavorixxi jew jista’ jiffavorixxi l-pożizzjoni kompetittiva ta’ ċerti setturi jew impriżi għad-detriment tal-kompetituri tagħhom, peress li kull investitur jista’ jipparteċipa fl-istrutturi tal-hekk imsejħa SSLF u jikseb il-benefiċċji li din is-sistema toffri. Konsegwentement, lanqas ma huwa affettwat il-kummerċ bejn l-Istati Membri, peress li l-membri (jew l-azzjonisti) ta’ entità ma jeżerċitaw ebda attività fis-suq.

(2)

It-tieni motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, peress li skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE, ma hemmx lok li l-għajnuna tiġi rkuprata.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2013 — Aeroporia Aigaiou Aeroporiki u Marfin Investment Group Symmetochon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-202/11) (1)

2013/C 336/63

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 160, 28.5.2011.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — National Trust for Scotland vs UASI — Comhairle nan Eilean Siar (ST KILDA)

(Kawża T-222/12) (1)

2013/C 336/64

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 227, 28.7.2012.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2013 — Nemeco vs UASI — Coca-Cola (NU)

(Kawża T-549/12) (1)

2013/C 336/65

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 63, 2.3.2013.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2013 — Seal Trademarks vs UASI — Exel Composites (XCEL)

(Kawża T-14/13) (1)

2013/C 336/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 86, 23.3.2013.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2013 — Madaus vs UASI — Indena (ECHINAMID)

(Kawża T-212/13) (1)

2013/C 336/67

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 178, 22.6.2013.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/31


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2013 — Nardone vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-111/12) (1)

(Servizz pubbliku - Ex uffiċjal - Espożizzjoni għall-asbestos u għal sustanzi oħra - Mard ikkaġunat mix-xogħol - Inċident - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Kumitat Mediku - Motivazzjoni - Rikors għad-danni - Tul tal-proċeduri)

2013/C 336/68

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Albert Nardone (Piétrain, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)

Suġġett

Talba għal-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-konklużjonijiet tal-Kumitat Mediku li ddeċieda dwar ir-rata ta’ invalidità tar-rikorrent u dwar il-fatt li l-marda tiegħu hija kkaġunata mix-xogħol.

Dispożittiv

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil A. Nardone l-interessi moratorji għall-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu 2006 u l-15 ta’ Lulju 2010 fuq l-ammont ta’ EUR 8 448,51 bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet ewlenin ta’ finanzjament u applikabbli għall-perijodu inkwistjoni, miżjuda b’żewġ punti, kif ukoll is-somma ta’ EUR 3 000.

(2)

Il-kumplament tat-talbiet tal-appell huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż imġarrba minn A. Nardone.

(4)

A. Nardone għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 379, 8.12.2012, p. 35.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/31


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2013 — ZZ vs ENISA

(Kawża F-63/13)

2013/C 336/69

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni, meħuda wara s-sentenza tat-TSP fil-Kawża F-118/10, li jiġi maħtur membru tal-persunal ieħor fil-pożizzjoni ta’ kontabbilist. Fl-aħħar, kumpens għad-dannu morali allegatament subit.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-ENISA li tiċħad l-ilment tar-rikorrent, kif ukoll id-deċiżjonjiet kkontestati l-oħra, jiġifieri d-deċiżjoni tal-ENISA, tal-4 ta’ Settembru 2012, li tkeċċi lir-rikorrent u d-deċiżjoni tal-ENISA, tad-9 ta’ Ottubru 2012, li taħtar lil X fil-pożizzjoni ta’ kontabbilist, minflok lir-rikorrent;

tikkundanna lill-ENISA tħallas lir-rikorrent, fir-rigward tal-atti illegali kollha msemmija iktar ’il fuq, is-somma ta’ EUR 100 000 bħala kumpens għad-dannu morali;

tikkundanna lill-ENISA għall-ispejjeż.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/31


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-86/13)

2013/C 336/70

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: P. Bentley QC, Barrister, u R. Bäuerle, Rechtsanwalt)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tipprojbixxi lir-rikorrent milli jaċċetta l-post vakanti ta’ konsulent tal-Prim Ministru tal-Ukrajna matul perijodu ta’ sentejn wara d-data ta’ tmiem tal-funzjonijiet tiegħu fil-Parlament Ewropew.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tat-3 ta’ Jannar 2013 li tipprojbixxi lir-rikorrent milli jinħatar bħala Konsulent tal-Prim Ministru tal-Ukrajna, għal sentejn wara tmiem l-impjieg tiegħu mal-Parlament;

jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tal-24 ta’ Ġunju 2013 li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni tal-Parlament tat-3 ta’ Jannar 2013;

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż tal-kawża.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/32


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-92/13)

2013/C 336/71

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tiġi kkalkolata fuq il-bażi tad-DĠI l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

jiddikjara l-Artikolu 9 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal illegali u għaldaqstant, mhux applikabbli;

jannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Frar 2013 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom lejn l-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “SPIUE”), b’applikazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni (iktar ’il quddiem id-“DĠI”) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/32


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-93/13)

2013/C 336/72

Lingwa tal-kawża: il-Franciż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-DĠI l-ġodda li jirrigwardaw l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal illegali u, għaldaqstant, mhux applikabbli;

tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Ottubru 2012 li ssir l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem “SPIUE”), skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (iktar ’il quddiem id-“DĠI”) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/32


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-94/13)

2013/C 336/73

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: E. Marchal, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas u A. Coolen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Jannar 2013 fir-rigward tal-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul fis-servizz tiegħu fil-Kunsill,

sa fejn hemm bżonn, jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 li tiċħad l-ilment tiegħu li tistabilixxi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni u ta’ rati attwarjali fis-seħħ fil-mument tat-talba tiegħu għat-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni tiegħu,

jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.