ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.313.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 313

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
26 ta' Ottubru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 313/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 304, 19.10.2013

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 313/02

Elezzjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali

2

2013/C 313/03

Elezzjoni tal-Viċi-President tal-Qorti Ġenerali

2

2013/C 313/04

Elezzjonijiet tal-Presidenti tal-awli

2

2013/C 313/05

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

2

2013/C 313/06

Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli

4

2013/C 313/07

Seduta Plenarja

4

2013/C 313/08

Kompożizzjoni tal-Awla Manja

5

2013/C 313/09

L-Awla tal-Appell

5

2013/C 313/10

Nomina tal-Imħallef li jissostitwixxi lill-President tal-Qorti Ġenerali bħala Mħallef għal miżuri provviżorji

5

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

2013/C 313/11

Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-imħallfin lill-Awli

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 313/12

Kawża C-407/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-17 ta’ Lulju 2013 — Rotondo vs Rete Ferroviaria Italiana

7

2013/C 313/13

Kawża C-418/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (l-Italja) fit-23 ta’ Lulju 2013 — Napolitano et vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

7

2013/C 313/14

Kawża C-420/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Lulju 2013 — Netto Marken Discount AG & Co. KG vs Deutsches Patent und Markenamt

8

2013/C 313/15

Kawża C-421/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Lulju 2013 — Apple Inc. vs Deutsches Patent — und Markenamt

8

2013/C 313/16

Kawża C-428/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Lulju 2013 — Ministero dell’Economia e delle Finanze u AAMS vs Yesmoke Tobacco

9

2013/C 313/17

Kawża C-434/13 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2013 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-17 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-146/09, Parker ITR Srl u Parker-Hannifin Corp vs Il-Kummissjoni

9

2013/C 313/18

Kawża C-441/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fil-5 ta’ Awwissu 2013 — Pez Hejduk vs EnergieAgentur.NRW GmbH

10

2013/C 313/19

Kawża C-448/13: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2013 minn Delphi Technologies, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-515/11 — Delphi Technologies, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

10

2013/C 313/20

Kawża C-449/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal d’instance d’Orléans (Franza) fit-12 ta’ Awwissu 2013 — CA Consumer finance vs Ingrid Bakkaus et

11

2013/C 313/21

Kawża C-450/13 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2013 minn Donaldson Filtration Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-396/11 — ultra air GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

12

2013/C 313/22

Kawża C-454/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fit-13 ta’ Awwissu 2013 — Belgacom SA vs Commune d’Etterbeek

13

2013/C 313/23

Kawża C-466/13 P P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2013 minn Repsol, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-27 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-89/12, Repsol YPF vs OAMI — Ajuntament de Roses (R)

13

2013/C 313/24

Kawża C-496/13 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 minn GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-78/12 — GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)

13

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 313/25

Kawża T-73/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni (Għajnuna finanzjarja mħallsa fil-kuntest tal-programm Daphné II — Determinazzjoni tal-ammont tas-sussidju finali — Nota ta’ debitu — Att li jista’ jiġi kkontestat — Obbligu ta’ motivazzjoni — Smigħ xieraq — Żbalji ta’ evalwazzjoni)

15

2013/C 313/26

Kawża T-142/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (Sistema lingwistika — Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti — Pubblikazzjoni sħiħa fi tliet lingwi uffiċjali — Informazzjoni dwar l-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali — Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha — Lingwa tal-eżamijiet — Għażla tat-tieni lingwa minn tliet lingwi uffiċjali)

15

2013/C 313/27

Kawża T-164/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (Sistema lingwistika — Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ tobba — Pubblikazzjoni integrali bi tliet lingwi uffiċjali — Informazzjoni dwar l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — Pubblikazzjoni bil-lingwi uffiċjali kollha — Lingwa tal-eżamijiet — Għażla tat-tieni lingwa minn fost it-tliet lingwi uffiċjali)

15

2013/C 313/28

Kawża T-380/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Talba intiża li jinkiseb aċċess għal ċerti siltiet kunfidenzali tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni dwar akkordju — Rifjut ta’ aċċess — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u l-integrità tal-individwu — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni — Interess pubbliku ikbar — Kooperazzjoni leali)

16

2013/C 313/29

Kawża T-525/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Poste Italiane vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Remunerazzjoni ta’ fondi li joriġinaw mill-kontijiet kurrenti tal-posta u mqiegħda fit-Teżor Taljan — Deċiżjoni li tiddikjara l-għanjuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ)

16

2013/C 313/30

Kawża T-536/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Huvis vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Korea t’Isfel — Estensjoni tad-dazji kontra d-dumping wara reviżjoni interim parzjali — Rikors għal annullament — Interess dirett u individwali — Ammissibbiltà — Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni — Artikolu 9(5) u Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikoli 9(5) u l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

17

2013/C 313/31

Kawża T-537/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Cixi Jiangnan Chemical Fiber et vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ fibri mhux kontinwital-poliester li joriġinaw fiċ-Ċina — Proroga tad-drittijiet antidumping wara reviżjoni interim parzjali — Rikors għal annullament — Interess dirett u individwali — Ammissibbiltà — Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni — Artikolu 9(5) u Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar Artikolu 9(5) u Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru1225/2009))

17

2013/C 313/32

Kawża T-548/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Total vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xama’ tal-paraffin — Suq tal-gatsch — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ legalità tar-reati u tal-pieni — Preżunzjoni tal-innoċenza — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha — Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent — Preżunzjoni f’każ ta’ detenzjoni ta’ sehem viċin 100 %)

18

2013/C 313/33

Kawża T-566/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Total Raffinage Marketing vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Suq tax-xema’ ratba — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Prova tal-eżistenza ta’ akkordju — Kunċett ta’ ksur uniku u kontinwu — Tul tal-ksur — Interuzzjoni tal-ksur- Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi — Ugwaljanza fit-trattament — Preżunzjoni tal-innoċenza — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha — Influwenza determinata eżerċitata mill-kumpannija parent — Preżunzjoni fil-każ ta’ żamma ta’ sehem ta’ 100 % — Proporzjonalità — Metodu ta’ arrotondament — Ġurisdizzjoni sħiħa)

18

2013/C 313/34

Kawża T-126/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (Sistema lingwistika — Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi — Pubblikazzjoni sħiħa fi tliet lingwi uffiċjali — Informazzjoni dwar l-avviżi ta’ kompetizzjonijiet ġenerali — Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha — Lingwa tal-eżamijiet — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi uffiċjali)

19

2013/C 313/35

Kawża T-218/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (Sistema lingwistika — Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ assistenti — Lingwa tal-provi — Għażla tat-tieni lingwa minn tliet lingwi uffiċjali)

19

2013/C 313/36

Kawża T-347/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Trasferiment b’xejn ta’ ċerti żoni tal-patrimonju naturali nazzjonali — Miżuri intiżi għall-għajnuna finanzjarja ta’ proġetti kbar tal-ħarsien tal-ambjent — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuniet kompatibbli mas-suq komuni — Kunċett ta’ impriża — Obbligu ta’ motivazzjoni)

20

2013/C 313/37

Kawża T-320/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Fürstlich Castell’sches Domänenamt vs UASI — Castel Frères (CASTEL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali CASTEL — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ammissibbiltà — Raġuni assoluta għal rifjut mhux invokat quddiem il-Bord tal-Appell — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

20

2013/C 313/38

Kawża T-551/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Fri-El Acerra vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Sussidju previst għall-akkwist u għall-konverżjoni ta’ impjant termoelettriku f’impjant ta’ enerġija elettrika li titħaddem bil-bijokombustibbli — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Applikazzjoni ratione temporis tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali — Aspettattivi leġittimi — Effett ta’ inċentiv)

21

2013/C 313/39

Kawża T-111/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — ClientEarth vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Studji rċevuti mill-Kummissjoni rigward it-traspożizzjoni ta’ direttivi fil-qasam tal-ambjent — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika — Eżami konkret u individwali — Kompatibbiltà mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus — Interess pubbliku superjuri — Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu sabiex tiġi adottata deċiżjoni espliċita — Portata tal-obbligu li tixxandar b’mod attiv l-informazzjoni dwar l-ambjent)

21

2013/C 313/40

Kawża T-214/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — ClientEarth u PAN Europe vs EFSA (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Isem tal-esperti li ppreżentaw osservazzjonijiet dwar abbozz ta’ gwida dwar id-dokumentazzjoni xjentifika li għandha tiġi mehmuża mat-talbiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u ta’ sustanzi attivi li jinsabu f’dawn il-prodotti — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Protezzjoni tad-data personali — Regolament (KE) Nru 45/2001 — Obbligu ta’ motivazzjoni)

21

2013/C 313/41

Kawża T-264/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — De Nicola vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Promozzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2007 — Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell — Fastidju psikoloġiku — Terminu raġonevoli — Talba għal annullament — Talba għad-danni)

22

2013/C 313/42

Kawża T-331/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Besselink vs Il-Kunsill (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja l-ftehim ta’ adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali — Aċċess parzjali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew miżuri istruttorji — Inammissibbiltà)

22

2013/C 313/43

Kawża T-380/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Palirria Souliotis vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni fin-nomenklatura magħquda — Intestatura tariffarja — Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

23

2013/C 313/44

Kawża T-383/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Makhlouf vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Restrizzjonijiet tad-dħul u l-passaġġ fit-territorju tal-Unjoni — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet fundamentali)

23

2013/C 313/45

Kawża T-418/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — De Nicola vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Assigurazzjoni għall-mard — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mediċi — Talba għal ħatra ta’ tabib indipendenti — Terminu raġonevoli — Ċaħda ta’ talba għall-proċedura ta’ konċiljazzjoni — Talba għal annullament — Talba għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi — Lis alibi pendens)

23

2013/C 313/46

Kawża T-457/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Valeo Vision vs Il-Kummisjoni (Rikors għal annullament — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda — Intestatura tariffarja — Nuqqas ta’ interess individwali — Att leġiżlattiv li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

24

2013/C 313/47

Kawża T-492/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Rauscher Consumer Products vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ tampun) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tampun sanitarju — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

24

2013/C 313/48

Kawża T-563/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Anbouba vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Oneru tal-prova — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proċedura fil-kontumaċja — Talba għal intervent — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

24

2013/C 313/49

Kawża T-592/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Anbouba vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Oneru tal-prova — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni)

25

2013/C 313/50

Kawża T-618/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — De Nicola vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Promozzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2008 — Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell — Portata tal-istħarriġ — Rapport ta’ evalwazzjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Terminu raġonevoli — Talba għal annullament — Talba għal ħlas ta’ kumpens għad-danni — Litispendance)

25

2013/C 313/51

Kawża T-383/13: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 — Chatzianagnostou vs Il-Kunsill et

26

2013/C 313/52

Kawża T-386/13: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2013 — Kėdainių rajono Okainių ŽŪB et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

27

2013/C 313/53

Kawża T-402/13: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2013 — Orange vs Il-Kummissjoni

28

2013/C 313/54

Kawża T-406/13: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2013 — Gossio vs Il-Kunsill

28

2013/C 313/55

Kawża T-416/13: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2013 — Stanleybet Malta u Stanley International Betting vs Il-Kummissjoni Ewropea

29

2013/C 313/56

Kawża T-427/13: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2013 — Gruppo Norton vs UASI — Marín Nicolás (Gruppo Norton S.r.l.)

30

2013/C 313/57

Kawża T-428/13: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2013 — IOC-UK vs Il-Kunsill

30

2013/C 313/58

Kawża T-433/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2013 — Petropars Iran et vs Il-Kunsill

31

2013/C 313/59

Kawża T-453/13: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2013 — Klaes vs UASI — Klaes Kunststoffe (Klaes)

31

2013/C 313/60

Kawża T-458/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2013 — Larrañaga Otaño vs UASI (GRAPHENE)

32

2013/C 313/61

Kawża T-459/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2013 — Larrañaga Otaño vs UASI (GRAPHENE)

32

2013/C 313/62

Kawża T-467/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2013 — Arrow Group u Arrow Generics vs Il-Kummissjoni

32

2013/C 313/63

Kawża T-482/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2013 — MedSkin Solutions Dr. Suwelack vs UASI — Cryo-Save (CryoSafe)

33

2013/C 313/64

Kawża T-487/13: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2013 — Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni

34

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2013/C 313/65

Kawża F-83/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 — Gheysens vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt — Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ — Grupp ta’ funzjonijiet — Korrispondenza bejn tipi ta’ kompiti u gruppi ta’ funzjonijiet — Tul tal-impjieg)

35

2013/C 313/66

Kawża F-31/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors ippreżentat bil-faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors miżjud bit-terminu ta’ għaxart ijiem għal raġunijiet ta’ distanza — Rikors ippreżentat bil-posta fl-għaxart ijiem ta’ wara — Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor — Tardività tar-rikors)

35

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/1


2013/C 313/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 304, 19.10.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 298, 12.10.2013

ĠU C 291, 5.10.2013

ĠU C 284, 28.9.2013

ĠU C 274, 21.9.2013

ĠU C 260, 7.9.2013

ĠU C 252, 31.8.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/2


Elezzjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali

2013/C 313/02

Fil-laqgħa tas-16 ta’ Settembru 2013, l-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali eleġġew, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Imħallef M. Jaeger bħala President tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mis-16 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/2


Elezzjoni tal-Viċi-President tal-Qorti Ġenerali

2013/C 313/03

Fil-laqgħa tas-17 ta’ Settembru 2013, l-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali eleġġew, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9A tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-istess protokoll, lill-Imħallef H. Kanninen bħala Viċi-President tal-Qorti Ġenerali għall-perijodu mis-17 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/2


Elezzjonijiet tal-Presidenti tal-awli

2013/C 313/04

Fit-18 ta’ Settembru 2013, il-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 15 tar-Regoli tal-Proċedura, eleġġiet lil M. Martins Ribeiro, S. Papasavvas, M. Prek, A. Dittrich, S. Frimodt Nielsen, M. van der Woude, D. Gratsias u G. Berardis, bħala Presidenti tal-awli komposti minn ħames imħallfin u tal-awli komposti minn tliet imħallfin għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/2


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

2013/C 313/05

Fis-17 ta’ Settembru 2013, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li tikkostitwixxi fi ħdanha disgħa Awli komposti minn ħames Imħallfin u disgħa Awli komposti minn tliet Imħallfin għall-perijodu mis-17 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016 u, fit-23 ta’ Settembru 2013, li tassenja lill-Imħallfin għall-perijodu mit-23 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016 kif ġej:

 

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

H. Kanninen, Viċi-President, I. Pelikánová, K. Jürimäe, E. Buttigieg u S. Gervasoni, Imħallfin.

 

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

H. Kanninen, Viċi-President;

 

I. Pelikánová, Imħallef;

 

E. Buttigieg, Imħallef.

 

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

M. Martins Ribeiro, President tal-Awla, N. Forwood, K. Jürimäe, E. Bieliūnas u S. Gervasoni, Imħallfin.

 

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

M. Martins Ribeiro, President tal-Awla;

 

K. Jürimäe, Imħallef;

 

S. Gervasoni, Imħallef.

 

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

S. Papasavvas, President tal-Awla, N. Forwood, I. Labucka, E. Bieliūnas u V. Kreuschitz, Imħallfin.

 

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

S. Papasavvas, President tal-Awla;

 

N. Forwood, Imħallef;

 

E. Bieliūnas, Imħallef.

 

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

M. Prek, President tal-Awla, I. Labucka, J. Schwarcz, V. Tomljenović u V. Kreuschitz, Imħallfin.

 

Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

M. Prek, President tal-Awla;

 

I. Labucka, Imħallef;

 

V. Kreuschitz, Imħallef.

 

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

A. Dittrich, President tal-Awla, F. Dehousse, J. Schwarcz, V. Tomljenović u A. Collins, Imħallfin.

 

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

A. Dittrich, President tal-Awla;

 

J. Schwarcz, Imħallef;

 

V. Tomljenović, Imħallef.

 

Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, A. Collins u I. Ulloa Rubio, Imħallfin.

 

Is-Sitt Awla komposta minn tliet Imħallfin :

 

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla;

 

F. Dehousse, Imħallef;

 

A. Collins, Imħallef.

 

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

M. van der Woude, President tal-Awla, I. Wiszniewska-Białecka, M. Kancheva, C. Wetter u I. Ulloa Rubio, Imħallfin.

 

Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

M. van der Woude, President tal-Awla;

 

I. Wiszniewska-Białecka, Imħallef;

 

I. Ulloa Rubio, Imħallef.

 

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

D. Gratsias, President tal-Awla, O. Czúcz, A. Popescu, M. Kancheva u C. Wetter, Imħallfin.

 

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

D. Gratsias, President tal-Awla;

 

M. Kancheva, Imħallef;

 

C. Wetter, Imħallef.

 

Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin :

G. Berardis, President tal-Awla, O. Czúcz, I. Pelikánová, A. Popescu u E. Buttigieg, Imħallfin.

 

Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin :

 

G. Berardis, President tal-Awla;

 

O. Czúcz, Imħallef;

 

A. Popescu, Imħallef.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/4


Kriterji ta’ assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli

2013/C 313/06

Fit-23 ta’ Settembru 2013, il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet kif ġej il-kriterji għall-assenjazzjoni tal-kawżi lill-awli għall-perijodu mit-23 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016, skont l-Artikolu 12 tar-Regoli tal-Proċedura:

1.

L-appelli mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors, bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri tal-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-Awla tal-Appell.

2.

Il-kawżi l-oħra li ma jaqgħux taħt il-paragrafu 1 huma assenjati, mill-preżentata tar-rikors u bla ħsara għal applikazzjoni ulterjuri tal-Artikoli 14 u 51 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-awli komposti minn tliet Imħallfin.

Il-kawżi li jaqgħu taħt dan il-paragrafu jitqassmu bejn l-awli skont tliet listi differenti stabbiliti skont l-ordni ta’ reġistrazzjoni tal-kawżi fir-Reġistru:

għall-kawżi li jirrigwardaw l-implementazzjoni ta’ regoli ta’ kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi, ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u ta’ regoli dwar il-miżuri ta’ difiża kummerċjali;

għall-kawżi li jirrigwardaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali msemmija fl-Artikolu 130(1) tar-Regoli tal-Proċedura;

għall-kawżi kollha l-oħra.

Il-President tal-Qorti Ġenerali jista’ jidderoga minn dawn il-listi sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-konnessjoni ta’ ċerti kawżi jew sabiex jiżgura li x-xogħol jiġi assenjat b’mod ibbilanċjat.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/4


Seduta Plenarja

2013/C 313/07

Fit-23 ta’ Settembru 2013, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, għall-perijodu mit-23 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016 u skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li, jekk wara n-nomina ta’ Avukat Ġenerali skont l-Artikolu 17 tar-Regoli tal-Proċedura, l-imħallfin ikun b’numru żewġ fis-seduta plenarja tal-Qorti Ġenerali, il-lista stabbilita minn qabel, applikabbli matul il-perijodu ta’ tliet snin li għalih jiġu eletti l-Presidenti tal-Awli komposti minn ħames imħallfin, li biha l-President tal-Qorti Ġenerali jaħtar l-imħallef li ma huwiex ser jieħu sehem fl-għoti tad-deċiżjoni fuq il-kawża, tkun f’ordni invers għall-preċedenza li l-imħallfin jingħataw skont l-anzjanità fil-kariga tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura, ħlief jekk l-imħallef hekk maħtur ikun l-imħallef relatur. F’dan l-aħħar każ, ikun l-imħallef li jiġi minnufih qablu fl-ordni ta’ preċedenza li jinħatar.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/5


Kompożizzjoni tal-Awla Manja

2013/C 313/08

Fit-23 ta’ Settembru 2013, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, għall-perijodu mit-23 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016, it-tlettax-il imħallef li jifformaw l-Awla Manja skont l-Artikolu 10(1) tar-Regoli tal-Proċedura jkunu l-President tal-Qorti Ġenerali, il-Viċi-President, it-tmien Presidenti ta’ awla, iż-żewġ imħallfin tal-awla sedenti fil-kawża inkwistjoni li kieku l-kawża kienet ġiet assenjata lil awla komposta minn tliet imħallfin u mħallef ieħor. Dan tal-aħħar jintgħażel, skont l-ordni stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura u fuq bażi annwali, minn fost iż-żewġ imħallfin tal-awla sedenti fil-kawża inkwistjoni li kien ikollhom jikkompletaw formazzjoni bi tliet imħallfin li kieku l-kawża kienet ġiet assenjata lil awla komposta minn ħames imħallfin


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/5


L-Awla tal-Appell

2013/C 313/09

Fit-23 ta’ Settembru 2013, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Awla tal-Appell ser tkun komposta, għall-perijodu mit-23 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016, mill-President tal-Qorti Ġenerali u, skont sistema ta’ rotazzjoni, minn żewġ Presidenti ta’ awla jew, meta l-Viċi-President jissejjaħ fil-kulleġġ ġudikanti, mill-Viċi-President u minn President ta’ Awla.

L-imħallfin sedenti mal-President tal-Awla tal-Appell sabiex jifformaw il-kulleġġ estiż ta’ ħames Imħallfin huma t-tliet imħallfin tal-kulleġġ li lilu tkun ġiet assenjata inizjalment il-kawża u, skont sistema ta’ rotazzjoni, żewġ Presidenti ta’ awla jew, meta l-Viċi-President jissejjaħ fil-kulleġġ ġudikanti, mill-Viċi-President u minn President ta’ Awla.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/5


Nomina tal-Imħallef li jissostitwixxi lill-President tal-Qorti Ġenerali bħala Mħallef għal miżuri provviżorji

2013/C 313/10

Fit-23 ta’ Settembru 2013, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, skont l-Artikolu 106 tar-Regoli tal Proċedura, li tinnomina lill-Imħallef N. Forwood biex jissostitwixxi lill-President tal-Qorti Ġenerali fil-każ ta’ assenza jew ta’ impediment bħala Mħallef għal miżuri provviżorji għall-perijodu mit-23 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2016.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/6


Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-imħallfin lill-Awli

2013/C 313/11

B’deċiżjoni tat-30 ta’ Novembru 2005 (1), it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li jiltaqa’ fi tliet Awli u f’seduta plenarja. B’deċiżjoni tat-8 ta’ Ottubru 2013, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għall-perijodu mit-8 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014, assenja l-imħallfin lill-Awli kif ġej:

 

L-Ewwel Awla

 

H. KREPPEL, President tal-Awla

 

E. PERILLO u M. R. BARENTS, Imħallfin

 

It-Tieni Awla

 

M. I. ROFES I PUJOL, President tal-Awla

 

K. BRADLEY u M. J. SVENNINGSEN, Imħallfin

 

It-Tielet Awla, bi tliet imħallfin

 

S. VAN RAEPENBUSCH, President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

 

E. PERILLO, R. BARENTS, K. BRADLEY u J. SVENNINGSEN, Imħallfin

F’din l-aħħar Awla, il-President ipoġġi, f’alternanza, jew mal-Imħallfin E. Perillo u J. Svenningsen, jew mal-Imħallfin R. Barents u K. Bradley, bla ħsara għall-konnessjoni bejn il-kawżi.


(1)  ĠU 2005 C 322, p. 16.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fis-17 ta’ Lulju 2013 — Rotondo vs Rete Ferroviaria Italiana

(Kawża C-407/13)

2013/C 313/12

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Francesco Rotondo et

Konvenuta: Rete Ferroviaria Italiana SpA

Domandi preliminari

(1)

Il-klawżoli tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol għal terminu fiss [żmien determinat] riprodott fid-Direttiva 1999/70/KE (1) huma applikabbli għax-xogħol fis-settur marittimu? B’mod partikolari, il-klawżola 2(1) tikkonċerna wkoll il-ħaddiema għal żmien determinat irreklutati fuq laneċ li jwettqu vjaġġi ta’ kuljum?

(2)

Il-Ftehim qafas riprodott fid-Direttiva 1999/70/KE, u b’mod partikolari l-klawżola 3(1), jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (Artikolu 332 tal-Kodiċi ta’ Navigazzjoni) li tipprovdi li għandu jiġi indikat it-“tul” u mhux it-“tmiem” tal-kuntratt? Huwa kompatibbli mal-imsemmija direttiva li t-tul tal-kuntratt jiġi previst bl-indikazzjoni ta’ punt tat-tmien finali li huwa ċert fir-rigward tal-eżistenza tiegħu (“massimu ta’ 78 jum”) iżda inċert fir-rigward ta’ meta ser iseħħ?

(3)

Il-Ftehim qafas riprodott fid-Direttiva 1999/70/KE, u b’mod partikolari l-klawżola 3(1), jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (Artikoli 325, 326 u 332 tal-Kodiċi ta’ Navigazzjoni) li tikkunsidra li r-raġunijiet oġġettivi tal-kuntratt għal żmien determinat huma kkostitwiti mis-sempliċi indikazzjoni tal-vjaġġ jew vjaġġi li għandhom jitwettqu, b’mod li essenzjalment tekwipara s-suġġett tal-kuntratt (il-prestazzjoni) mal-kawża tiegħu (ir-raġuni għall-konklużjoni ta’ kuntratt għal żmien determinat)?

(4)

Il-Ftehim qafas riprodott fid-Direttiva jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (f’dan il-każ, il-Kodiċi ta’ Navigazzjoni) li, fil-każ li jintużaw kuntratti suċċessivi (ta’ natura li jikkostitwixxu abbuż fis-sens tal-klawżola 5), teskludi t-trasformazzjoni tagħhom f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat (miżura prevista fl-Artikolu 326 tal-Kodiċi ta’ Navigazzjoni biss fis-sitwazzjoni fejn il-persuna rreklutata taħdem b’mod mhux interrott għal iktar minn sena u fis-sitwazzjoni fejn bejn il-waqfien ta’ kuntratt u l-konklużjoni tal-kuntratt suċċessiv ma jkunux għaddew iktar minn sittin jum)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368)


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte costituzionale (l-Italja) fit-23 ta’ Lulju 2013 — Napolitano et vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

(Kawża C-418/13)

2013/C 313/13

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte costituzionale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Carla Napolitano, Salvatore Perrella, Gaetano Romano, Donatella Cittadino, Gemma Zangari

Konvenut: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

Domandi preliminari

(1)

Il-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas ETUC, UNICE u CEEP dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE (1), tat-28 ta’ Ġunju 1999, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-applikazzjoni tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(1) u tal-Artikolu 4(11) tal-Liġi Taljana Nru 124, tat-3 ta’ Mejju 1999, dwar l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet urġenti fil-qasam tal-persunal fl-iskejjel — li, wara li jistabbilixxu r-regoli għas-supplenti annwali għall-pożizzjonijiet “li huma effettivament vakanti u disponibbli qabel il-31 ta’ Diċembru”, jipprovdu li l-pożizzjonijiet jimtlew permezz ta’ supplenti annwali “fl-istennija tat-tmiem tal-proċeduri ta’ kompetizzjoni għar-reklutaġġ ta’ għalliema permanenti” — sa fejn din id-dispożizzjoni tippermetti li jintużaw kuntratti għal żmien determinat mingħajr ma jiġu indikati t-termini preċiżi għat-tmiem tal-kompetizzjonijiet u mingħajr ma tipprovdi d-dritt għall-kumpens għad-dannu?

(2)

Il-ħtiġijiet ta’ organizzazzjoni tas-sistema skolastika Taljana, kif deskritt hawn fuq, jikkostitwixxu raġunijiet oġġettivi fis-sens tal-klawżola 5(1) tad-Direttiva 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, b’tali mod li leġiżlazzjoni bħal dik Taljana, li ma tipprovdix d-dritt għall-kumpens għad-dannu fir-rigward tal-impjieg ta’ persunal fl-iskejjel għal żmien determinat, tkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368)


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Lulju 2013 — Netto Marken Discount AG & Co. KG vs Deutsches Patent und Markenamt

(Kawża C-420/13)

2013/C 313/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Netto Marken Discount AG & Co. KG

Konvenuta: Deutsches Patent- und Markenamt

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jkopri wkoll il-kummerċ bl-imnut ta’ servizzi?

(2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

L-Artikolu 2 tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li s-servizzi offruti mill-kummerċjant bl-imnut għandhom jiġu ppreċiżati daqstant tajjeb, fir-rigward tan-natura tagħhom, bħall-prodotti ddistribwiti minn kummerċjant bl-imnut?

(a)

Is-servizzi jkunu ppreċiżati biżżejjed jekk

(aa)

ikunu indikati biss it-tip ta’ servizz b’mod ġenerali jew kunċetti ġeneriċi,

(bb)

ikunu indikati biss il-klassi jew il-klassijiet, jew

(cc)

ikun indikat kull servizz b’mod konkret?

(b)

Dawn l-indikazzjonijiet jikkontribwixxu għalhekk sabiex tiġi stabbilita l-ġurnata tal-applikazzjoni jew inkella, meta l-indikazzjoni tikkonsisti f’kunċetti ġeneriċi jew fi klassijiet, ikun possibbli li ssir bidla jew żieda?

(3)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

L-Artikolu 2 tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-portata tal-protezzjoni tat-trade mark ta’ servizz tal-kummerċ bl-imnut tkopri wkoll is-servizzi li l-kummerċjant bl-imnut iwettaq huwa stess?


(1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25)


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Lulju 2013 — Apple Inc. vs Deutsches Patent — und Markenamt

(Kawża C-421/13)

2013/C 313/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Apple Inc.

Konvenuta: Deutsches Patent — und Markenamt.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/95/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-possibbiltà li l-protezzjoni ta’ “imballaġġ [ta’ prodott]” tkopri wkoll l-arranġament li fih huwa inkorporat is-servizz?

(2)

L-Artikoli 2 u 3(1) tad-Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li sinjal li jirriproduċi l-arranġament li fih huwa inkorporat is-servizz jista’ jiġi rreġistrat bħala trade mark?

(3)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rekwiżit tar-rappreżentazzjoni grafika ta’ trade mark huwa ssodisfatt b’sempliċi disinn jew b’addizzjonijiet oħra bħad-deskrizzjoni tal-arranġament jew indikazzjonijiet tad-dimensjonijiet assoluti f’metri jew tad-dimensjonijiet relattivi f’proporzjonijiet?

(4)

L-Artikolu 2 tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-portata tal-protezzjoni tat-trade mark għal servizzi bl-imnut testendi wkoll għall-prodotti mmanifatturati mill-kummerċjant innifsu?


(1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25)


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Lulju 2013 — Ministero dell’Economia e delle Finanze u AAMS vs Yesmoke Tobacco

(Kawża C-428/13)

2013/C 313/16

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS)

Konvenuta: Yesmoke Tobacco SpA

Domandi preliminari

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 95/59/KE (1) u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2011/64/UE (2), bil-fatt li jipprovdu, rispettivament, li, minbarra l-ammont tad-dazju tas-sisa speċifiku, ir-rata tad-dazju tas-sisa proporzjonali u r-rata tad-dazju tas-sisa ad valorem, “[…] għandhom ikunu l-istess għas-sigaretti kollha”, jipprekludu li dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 39g(4) tad-Digriet Leġiżlattiv tas-26 ta’ Ottubru 1995, Nru 504 [kif emendat bl-Artikolu 55(2a)(c) tad-Digriet-Liġi tal-31 ta’ Mejju 2010, Nru 78, ikkonvertit, b’emendi, fil-Liġi tat-30 ta’ Lulju 2010, Nru 122], tipprovdi li d-dazju tas-sisa dovut għas-sigaretti bi prezz tal-bejgħ lill-pubbliku iktar baxx minn dak tas-sigaretti fil-kategorija ta’ prezz li għaliha hemm l-ikbar domanda għandu jkun ta’ 115 % tal-ammont bażiku, u b’hekk tiffissa dazju tas-sisa b’rata fissa minima speċifika għas-sigaretti bi prezz tal-bejgħ iktar baxx u mhux ammont minimu ta’ dazju tas-sisa applikat għall-kategoriji kollha ta’ prezz tas-sigaretti, kif awtorizzat bl-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 95/59/KE u bl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2011/64/UE?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE, tas-27 ta’ Novembru 1995, dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 283).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE, tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, p. 24).


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/9


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2013 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-17 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-146/09, Parker ITR Srl u Parker-Hannifin Corp vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-434/13 P)

2013/C 313/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë, V. Bottka, R. Sauer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Parker ITR Srl, Parker-Hannifin Corp.

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn din tannulla d-deċiżjoni u taġġusta l-multa;

tiċħad ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali fl-intier tiegħu;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż kollha ta’ dawn il-proċeduri u tal-proċeduri tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tinvoka żewġ aggravji, u titlob li s-sentenza tiġi parzjalment annullata sa fejn din tanulla d-deċiżjoni fil-Każ COMP/39406 — Manek marittimi u taġġusta l-multa.

Fl-ewwel aggravju qed jiġi invokat li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi injorat jew applikat b’mod skorret il-ġurisprudenza dwar is-suċċessjoni ekonomika fi ħdan grupp minn naħa waħda u l-ġurisprudenza dwar it-trasferiment tar-responsabbiltà bejn impriżi konsekuttivi min-naħa l-oħra. Peress li t-trasferiment ta’ attiv minn ITR għal Parker ITR (li dak iż-żmien kien jisimha ITR Rubber) (fi ħdan il-grupp Saiag) u t-tranżazzjoni tal-azzjonijiet suċċessiva (it-trasferiment tal-azzjonijiet f’Parker ITR minn Saiag għal Parker-Hannifin) ġew ittrattati flimkien, il-Qorti Ġenerali tassumi b’mod skorrett trasferiment fi ħdan il-grupp tal-aġir ta’ ksur minn Saiag għal Parker-Hannifin. Il-Qorti Ġenerali tiżbalja billi tevalwa l-kontinwità ekonomika biss bħala l-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ responsabbiltà bejn il-kumpanniji indipendenti Saiag u Parker-Hannifin, peress li dan ma jiħux inkunsiderazzjoni s-suċċessjoni ekonomika fi ħdan il-grupp li diġà seħħet fir-rigward ta’ Parker ITR. Konsegwentement, is-sentenza tibbaża ruħha fuq intenzjonijiet suġġettivi, jiġifieri l-fatt li l-integrazzjoni tan-negozju tal-manek marittimi f’Parker ITR kien parti minn għan sabiex jinbiegħu azzjonijiet tas-sussidjarja lil terzi. Madankollu, tali intenzjonijiet tal-partijiet ma humiex ostaklu sabiex tiġi applikata l-ġurisprudenza dwar is-suċċesjoni ekonomika fi ħdan grupp (sentenzi tas-7 ta’ Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P, Ġabra p. I-123; tal-11 ta’ Diċembru 2007, ETI et, C-280/06, Ġabra p. I-10893; tat-13 ta’ Ġunju 2013, Versalis (li kienet Polimeri Europa) vs Il-Kummissjoni, C-511/11 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra; tas-27 ta’ Settembru 2006, Jungbunzlauer vs Il-Kummissjoni, T-43/02, Ġabra p. II-3435; tal-31 ta’ Marzu 2009, ArcelorMittal Luxembourg et vs Il-Kummissjoni, T-405/06, Ġabra p. II-771; tad-29 ta’ Marzu 2011, ArcelorMittal Luxembourg vs Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs ArcelorMittal Luxembourg, C-201/09 P u C-216/09 P, Ġabra p. I-2239), skont liema, is-suċċessjoni ekonomika sseħħ meta trasferment fi ħdan grupp sa fejn ikun hemm “irbiet strutturali” bejn it-trasferent (hawnhekk: Saiag/ITR) u l-entità riċeventi (hawnhekk: Parker ITR). Barra dan, hemm differenza fid-dritt bejn trasferiment ta’ attiv u trasferiment ta’ persuna ġuridika. F’dan l-aħħar każ, l-entità ttrasferita ġġorr ir-responsabbiltà tagħha stess għal kwalunkwe aġir illeċitu qabel it-trasferiment, u din tista’ tinkludi responsabbiltà bħala suċċesur ekonomiku għall-attiv ittrasferit lill-entità meta kienet għadha parti mill-impriża li wettqet il-ksur. Il-fatt li l-entitajiet legali l-oħra fi ħdan l-impriża setgħu ġew ikkunsidrati responsabbli (minkejja li ma ġewx immultati f’dan il-każ) ma hijiex raġuni valida sabiex jiġi eskluż li tiġi kkunsidrata responsabbli bħala suċċessur ekonomiku s-sussidjarja ttrasferita, Parker ITR.

It-tieni aggravju huwa li, fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti Ġenerali aġixxiet ultra petita u naqqset illegalment ir-rata’ ta’ żieda minħabba t-tul tal-multa li tikkorrispondi għal EUR 100 000 għall-kumpannija parent Parker Hannifin. La t-tul attwali tal-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur u lanqas il-fattur tat-tul korrispondenti fil-kalkolu tal-multa ma ġew ikkontestati minn Parker-Hannifin (jew Parker ITR). Filwaqt li Parker-Hannifin ikkontestat b’suċċess iċ-ċirkustanza aggravanti tar-rwol ta’ mexxej, li għaliha l-Qorti Ġenerali aġġustat il-multa, din ma għandhiex tiftaħ il-possibbiltà għall-Qorti Ġenerali, anki meta teżerċita l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, sabiex tbiddel aspetti oħra tal-multa (hawnhekk: il-fattur tat-tul) li fil-konfront tagħha l-appellanti ma invokat ebda aggravju.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fil-5 ta’ Awwissu 2013 — Pez Hejduk vs EnergieAgentur.NRW GmbH

(Kawża C-441/13)

2013/C 313/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pez Hejduk

Konvenuta: EnergieAgentur.NRW GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’kawża li tirrigwarda ksur ta’ drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur, imwettaq billi ritratt ġie magħmul aċċessibbli għal konsultazzjoni fuq sit tal-internet, u dan is-sit huwa operat taħt it-top-level domain ta’ Stat Membru differenti minn dak li fih il-proprjetarju tad-dritt għandu d-domiċilju tiegħu, teżisti ġurisdizzjoni biss:

fl-Istat Membru li fih il-persuna li allegatament wettqet il-ksur għandha s-sede tagħha; kif ukoll

fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri li għalih(hom) huwa dirett is-sit tal-Internet, skont il-kontenut tiegħu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/10


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2013 minn Delphi Technologies, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-6 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-515/11 — Delphi Technologies, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-448/13)

2013/C 313/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Delphi Technologies, Inc. (rappreżentanti: C. Albrecht, J. Heumann, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-515/11, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet l-appell imressaq mill-appellanti kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur tal-25 ta’ Awwissu 2010 u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa dirett kontra s-sentenza tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-515/11 li ċaħdet rikors għal annullament kontra deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell li kkonfermat iċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja “INNOVATION FOR THE REAL WORLD”.

L-appell huwa bbażat fuq tliet aggravji:

(1)

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) billi ma ddeterminatx sew il-pubbliku rilevanti u l-grad ta’ għarfien xieraq tagħhom. Il-prodotti huma intiżi esklużivament għal professjonisti li għandhom livell għoli ta’ għarfien fir-rigward ta’ slogans promozzjonali.

(2)

Il-Qorti Ġenerali kisret ukoll l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja bl-applikazzjoni ta’ kriterju strett wisq għall-evalwazzjoni dwar jekk it-trade mark li għaliha ntalbet ir-reġistrazzjoni kellhiex karattru distintiv. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin il-linji gwida stabbiliti fil-ġurisprudenza reċenti, u b’mod partikolari, fil-Kawża C-398/08 P, Audi vs UASI.

(3)

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba, li huma prinċipji bażiċi għall-amministrazzjoni xierqa tal-Unjoni. Il-fatt li l-UASI fil-passat irreġistra slogans bi struttura identika li fihom il-kelma “INNOVATION” għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, anki jekk id-deċiżjonijiet preċedenti ma jorbtux.

L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha, għaldaqstant, tiġi annullata u l- karattru distintiv inerenti tas-slogan “INNOVATION FOR THE REAL WORD” għandu jiġi kkonfermat.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal d’instance d’Orléans (Franza) fit-12 ta’ Awwissu 2013 — CA Consumer finance vs Ingrid Bakkaus et

(Kawża C-449/13)

2013/C 313/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance d’Orléans

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CA Consumer finance

Konvenuti: Ingrid Bakkaus, Charline Bonato, née Savary, Florian Bonato

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li huwa min isellef li għandu jipproduċi l-prova tal-eżekuzzjoni korretta u sħiħa tal-eżekuzzjoni tal-obbligi li jkun ġie inkarigat minnhom matul il-formazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ kreditu, li jirriżulta mid-dritt nazzjonali li jittrasponi d-direttiva ?

(2)

Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, tipprekludi li l-prova tal-eżekuzzjoni korretta u sħiħa tal-obbligi imposti fuq min isellef tista’ tiġi prodotta esklużivament permezz ta’ klawżola standard li tinsab fil-ftehim ta’ kreditu, li biha jkun hemm rikonoxximent mill-konsumatur tal-eżekuzzjoni tal-obbligi, li ma humiex ikkorroborati mid-dokumenti maħruġa minn min isellef u mogħtija lil min jissellef?

(3)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-verifika tas-solvibbiltà tal-konsumatur li għandha ssir biss abbażi tal-informazzjoni ddikjarata mill-konsumatur, mingħajr ma jsir stħarriġ effettiv ta’ din l-informazzjoni permezz ta’ fatti oħra ?

(4)

L-Artikolu 5(6), tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li min isellef ma setax ta spjegazzjonijiet xierqa lill-konsumatur jekk ma jkunx ivverifika s-sitwazzjoni finanzjarja u l-bżonnijiet tiegħu minn qabel ?

L-Artikolu 5(6), tad-Direttiva 2008/48/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-ispjegazzjonijiet xierqa pprovduti lill-konsumatur jirriżultaw biss minn informazzjoni kuntrattwali msemmija fil-ftehim ta’ kreditu, mingħajr ma jiġi redatt dokument speċifiku ?


(1)  Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/12


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2013 minn Donaldson Filtration Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-30 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-396/11 — ultra air GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-450/13 P)

2013/C 313/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Donaldson Filtration Deutschland GmbH (rappreżentanti: N. Siebertz, M. Teworte-Vey, A. Renvert, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), ultra air GmbH

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 fil-Kawża T-396/11 u għaldaqstant tiċħad ir-rikors ippreżentat minn ultra air GmbH kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tat-18 ta’ Mejju 2011 (Każ R 374/2010-4);

tikkundanna lil ultra air GmbH għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell mill-imsemmija sentenza tal-Qorti Ġenerali huwa essenzjalment ibbażat fuq l-aggravji li ġejjin:

(1)

Nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-eċċezzjoni ta’ abbuż ta’ dritt bħala prinċipju legali ġenerali

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi, kuntrarjament għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li quddiemha ġie ppreżentat dan l-appell, ma ħaditx inkunsiderazzjoni fis-sentenza appellata li l-prinċipju legali ġenerali ta’ abbuż ta’ dritt, li jippermetti u jeżiġi li ssir evalwazzjoni tal-fatti tal-każ inkwistjoni, għandu jiġi osservat anki fil-kuntest tad-dritt Komunitarju fil-qasam tat-trade marks. Minflok, il-Qorti Ġenerali llimitat ruħha biss li tiddikjara li l-proċedura skont l-Artikolu 52(1)(a), ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), hija azzjoni popolari, u li għaldaqstant il-fatti tal-każ inkwistjoni li ġew invokati ma għandhomx jiġu evalwati.

B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li, minkejja li l-leġiżlatur ikkonċepixxa l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità skont l-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 bħala proċedimenti li jistgħu jitressqu minn kulħadd, dan madankollu ma jipprekludix it-teħid inkunsiderazzjoni tal-eċċezzjoni ta’ abbuż ta’ dritt bħala prinċipju legali ġenerali, li għandu jiġi osservat anki fil-kuntest tad-dritt Komunitarju.

Fil-fatt, l-esklużjoni tat-talbiet ivvizzjati minn abbuż ta’ dritt ma hijiex paragunabbli mal-introduzzjoni tar-rekwiżit tal-prova tal-eżistenza ta’ interess ġuridiku min-naħa tal-parti li tressaq talba u, għaldaqstant, lanqas ma twassal għal limitazzjoni tad-dritt li titressaq talba permezz tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali partikolari. Barra minn hekk, jimmilita favur ir-rilevanza tal-eċċezzjoni ta’ abbuż ta’ dritt fil-kuntest tal-Artikolu 56(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 il-fatt li l-leġiżlatur ikkonċepixxa l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bħala proċedimenti li jinbdew fuq inizjattiva ta’ parti u li dikjarazzjoni ta’ invalidità ex officio ta’ trade mark irreġistrata hija assolutament impossibbli.

(2)

Nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-fatti konkreti tal-każ inkwistjoni

Billi l-Qorti Ġenerali ċaħħdet lill-appellanti mit-teħid inkunsiderazzjoni tal-eċċezzjoni ta’ abbuż ta’ dritt bħala prinċipju legali ġenerali, ma ġewx evalwati l-fatti partikolari tal-każ inkwistjoni, liema fatti kienu jiżvelaw li t-tressiq tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark “ultrafilter international”, CTM 001121839, min-naħa ta’ ultra air GmbH kienet ivvizzjata minn abbuż ta’ dritt.

Fil-fatt, permezz tal-użu tagħha stess tas-sinjal inkwistjoni, ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali tixtieq tistrumentalizza għall-benefiċċju tagħha r-reputazzjoni tat-trade mark ikkontestata minnha, billi tqarraq xjentement bil-pubbliku rilevanti, u tixtieq toħloq l-impressjoni żbaljata li din it-trade mark tagħmel parti mit-tradizzjoni tal-predeċessura magħrufa tal-appellanti.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma evalwatx b’mod suffiċjenti r-rwol tal-amministratur ta’ ultra air GmbH bħala l-parti li ressqet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark “ultrafilter international”, CTM 001121839, li matul il-funzjonijiet tiegħu mal-appellanti kien personalment u esklużivament responsabbli għar-reġistrazzjoni tat-trade mark li issa qiegħed jikkontesta. Id-dokumenti kollha prodotti fil-proċedimenti għar-registrazzjoni sabiex tiġi pprovata l-kisba tal-karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata ġew ippreżentati minnu stess u inparti saħansitra nħarġu minnu u kienu jinsabu għad-dispożizzjoni esklużiva tiegħu.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (verżjoni kodifikata) (ĠU L 78, p. 1).


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles (il-Belġju) fit-13 ta’ Awwissu 2013 — Belgacom SA vs Commune d’Etterbeek

(Kawża C-454/13)

2013/C 313/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Belgacom SA.

Konvenuta: Commune d’Etterbeek.

Domanda preliminari

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li leġiżlazzjoni ta’ awtorità nazzjonali jew ta’ awtorità lokali tistabbilixxi, għal finijiet baġitarji, taxxa fuq l-infrastrutturi ta’ komunikazzjonijiet mobbli li jkunu stabbiliti fuq proprjetà pubblika jew privata u li jintużaw fil-kuntest tal-isfruttament ta’ attivitajiet koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/13


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2013 minn Repsol, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-27 ta’ Ġunju 2013 fil-Kawża T-89/12, Repsol YPF vs OAMI — Ajuntament de Roses (R)

(Kawża C-466/13 P P)

2013/C 313/23

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Repsol, SA (rappreżentanti: L. Montoya Terán u J. Devaureix, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-89/12, tas-27 ta’ Ġunju 2013, innotifikata fit-28 ta’ Ġunju 2013;

tilqa’ t-talbiet kollha tar-rikorrenti mressqa fl-ewwel istanza.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Hemm lok li tittieħed azzjoni korrettiva fir-rigward ta’ prattika partikolari ta’ reġistrazzoni tal-UASI u fir-rigward tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, li tapplika b’mod effettiv ir-relazzjoni ta’ reċiproċità bejn il-karattru distintiv ta’ trade mark preċedenti u l-ambitu ta’ protezzjoni tagħha.

(2)

Il-Qorti Ġenerali, fis-sentenza appellata, għamlet diversi kontradizzjonijiet bejn ir-raġunament u l-konklużjonijiet adottati fir-rigward tan-nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali (hija tqis li hemm iktar differenzi milli xebh, iżda tiddetermina li huma simili) u fir-rigward tal-karattru distintiv żgħir jew ftit distintiv tat-trade mark preċedenti (hija tikkunsidra li din hija trade mark ta’ karattru distintiv żgħir, iżda ma tieħux inkunsiderazzjoni dan il-karattru distintiv żgħir fl-evalwazzjoni tal-eżistenza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.

(3)

Il-Qorti Ġenerali injorat il-fatt li l-karatteristiċi essenzjali u distintivi tat-trade mark ikkontestata (l-ittra “R” kapitali ġewwa ċirku) ma jistgħux jiġu mmonopolizzati minn terz, u għaldaqstant, l-obbligu ta’ disponibbiltà tas-sinjali konswetudinarji fis-suq ma ġiex osservat.

(4)

Il-Qorti Ġenerali injorat is-sentenzi tat-Tribunal Supremo Spanjol mogħtija f’kawżi simili, filwaqt li dawn is-sentenzi kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni peress li jadottaw il-perspettiva tal-konsumatur ikkonċernat: il-konsumatur Spanjol.

(5)

Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata bi żbalji ta’ liġi. Konsegwentement, din is-sentenza għandha tiġi annullata kif mitlub mir-rikorrenti.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/13


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 minn GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-78/12 — GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH vs Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)

(Kawża C-496/13 P)

2013/C 313/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (rappreżentanti: I. Memmler, S. Schulz, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni), Villiger Söhne GmbH

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2013 fil-Kawża T-78/12, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Diċembru 2011, fil-Każ R 2109/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-uniku aggravju tagħha, l-appellanti tinvoka l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) u n-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-provi fl-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjoni.

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka s-segwenti:

 

Meta pparagunat is-sinjali, il-Qorti Ġenerali ma applikatx b’mod korrett il-kriterju tal-evalwazzjoni globali, peress li pparagunat b’mod ġenerali l-komponenti “LIBERTAD” u “LIBERTE”, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-komponenti l-oħra kollha tat-trade marks.

 

B’mod partikolari, għall-applikazzjoni korretta tal-kriterju tal-evalwazzjoni globali, il-Qorti Ġenerali kellha tieħu inkunsiderazzjoni komponenti oħra tat-trade marks kunfliġġenti, fosthom, il-kombinazzjoni tal-kuluri tat-trade mark ikkontestata u tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni u d-denominazzjoni “LA” tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni, kif ukoll id-denominazzjoni “brunes” tat-trade mark ikkontestata.

 

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-prinċipji dwar ix-xebh kunċettwali, stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, peress li ma ħaditx suffiċjentement inkunsiderazzjoni l-lingwi differenti tat-trade marks.

 

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma osservatx ir-regoli fil-qasam tal-provi stabbiliti mir-Regoli tal-Proċedura, peress li għamlet preżunzjonijiet mingħajr ebda prova fir-rigward tal-pronunzja tat-trade mark “LA LIBERTAD” u peress li d-deċiżjoni tagħha kienet ibbażata fuq tali preżunzjonijiet.

 

B’mod ġenerali, il-Qorti Ġenerali għalhekk waslet għal riżultat żbaljat.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


Il-Qorti Ġenerali

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-73/08) (1)

(Għajnuna finanzjarja mħallsa fil-kuntest tal-programm Daphné II - Determinazzjoni tal-ammont tas-sussidju finali - Nota ta’ debitu - Att li jista’ jiġi kkontestat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Smigħ xieraq - Żbalji ta’ evalwazzjoni)

2013/C 313/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment B. Henning, sussegwentement U. Claus u M. Uhmann, u finalment C. Otto, S. Reichmann u L.-J. Schmidt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Grünheid u B. Simon, sussegwentement S. Grünheid u F. Dintilhac, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fin-nota ta’ debitu tas-26 ta’ Novembru 2007, li permezz tagħha hija talbet lir-rikorrent jirrimborsaha s-somma ta’ EUR 23 228,07 li hija kienet ħallsitu skont il-ftehim ta’ sussidju Daphné (JLS/DAP/2004-1/080/YC).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 107, 26.04.2008.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-142/08) (1)

(Sistema lingwistika - Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti - Pubblikazzjoni sħiħa fi tliet lingwi uffiċjali - Informazzjoni dwar l-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali - Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha - Lingwa tal-eżamijiet - Għażla tat-tieni lingwa minn tliet lingwi uffiċjali)

2013/C 313/26

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment F. Díez Moreno, sussegwentement N. Díaz Abad u J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali, minn naħa, EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministratturi (AD 8) u ta’ amministraturi prinċipali (AD 11) fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, u, min-naħa l-oħra, EPSO/AST/45/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 4) fl-istess qasam, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Jannar 2008 (ĠU C 16 A, rispettivament p. 1 u p. 16).

Dispożittiv

(1)

L-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministratturi (AD 8) u ta’ amministraturi prinċipali (AD 11) fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, u EPSO/AST/45/08, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 4) fl-istess qasam, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Jannar 2008, huma annullati.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 142, 7.6.2008.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-164/08) (1)

(Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ tobba - Pubblikazzjoni integrali bi tliet lingwi uffiċjali - Informazzjoni dwar l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali - Pubblikazzjoni bil-lingwi uffiċjali kollha - Lingwa tal-eżamijiet - Għażla tat-tieni lingwa minn fost it-tliet lingwi uffiċjali)

2013/C 313/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment F. Díez Moreno, sussegwentement N. Díaz Abad u J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/125/08 (AD 7 u AD 9), għall-istabbiliment ta’ lista’ ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tobba, ippubblikat fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Frar 2008 (ĠU C 48 A, p. 1).

Dispożittiv

(1)

L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/125/08 (AD 7 u AD 9) għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ tobba, ippubblikat fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Frar 2008, huwa annullat.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 158, 21.06.2008.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-380/08) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Talba intiża li jinkiseb aċċess għal ċerti siltiet kunfidenzali tad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni dwar akkordju - Rifjut ta’ aċċess - Obbligu ta’ motivazzjoni - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u l-integrità tal-individwu - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni - Interess pubbliku ikbar - Kooperazzjoni leali)

2013/C 313/28

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Mol u M. de Ree, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2008 li tirrifjuta l-aċċess għal ċerti siltiet kunfidenzali tad-Deċiżjoni C(2006) 4090 finali [Każ COMP/F/38.456 — Bitume (il-Pajjiżi l-Baxxi)].

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 285, 08.11.2008.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Poste Italiane vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-525/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Remunerazzjoni ta’ fondi li joriġinaw mill-kontijiet kurrenti tal-posta u mqiegħda fit-Teżor Taljan - Deċiżjoni li tiddikjara l-għanjuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ)

2013/C 313/29

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Poste Italiane SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Fratini, A. Sandulli u F. Filpo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/178/KE, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-istat li implimentat l-Italja biex tirremunera l-kontijiet kurrenti li Poste Italiane għandha mat-Teżor (C 42/06 (ex NN 52/06)) (ĠU 2009, L 64, p. 4).

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/178/KE, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-istat li implimentat l-Italja biex tirremunera l-kontijiet kurrenti li Poste Italiane għandha mat-Teżor (C 42/06 (ex NN 52/06)), hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ Poste Italiane.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Huvis vs Il-Kunsill

(Kawża T-536/08) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Korea t’Isfel - Estensjoni tad-dazji kontra d-dumping wara reviżjoni interim parzjali - Rikors għal annullament - Interess dirett u individwali - Ammissibbiltà - Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni - Artikolu 9(5) u Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikoli 9(5) u l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

2013/C 313/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Huvis Corp. (Séoul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: inizjalment J.-F. Bellis, F. Di Gianni u R. Antonini, sussegwentement J.-F. Bellis, F. Di Gianni u A. Scalini, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, sussegwentement G. Berrisch, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. França u H. van Vliet, sussegwentement M. França u J.F. Brakeland, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 893/2008, tal-10 ta’ Settembru 2008, li jżomm fis-seħħ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mill-Arabja Sawdija u mill-Korea wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45), għal dak li jirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Huvis Corp. għandha tbati minbarra l-ispejjeż tagħha dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 55, 7.03.2009.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Cixi Jiangnan Chemical Fiber et vs Il-Kunsill

(Kawża T-537/08) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ fibri mhux kontinwital-poliester li joriġinaw fiċ-Ċina - Proroga tad-drittijiet antidumping wara reviżjoni interim parzjali - Rikors għal annullament - Interess dirett u individwali - Ammissibbiltà - Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni - Artikolu 9(5) u Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar Artikolu 9(5) u Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru1225/2009))

2013/C 313/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cixi Jiangnan Chemical Fiber Co. Ltd (Cixi, iċ-Ċina); Cixi Santai Chemical Fiber Co. Ltd (Cixi); Cixi Sansheng Chemical Fiber Co. Ltd (Cixi); Jiangyin Changlong Chemical Fibre Co. Ltd (Jiangyin, iċ-Ċina); NingBo Dafa Chemical Fiber Co. Ltd (Cixi); Xiake Color Spinning Co. Ltd (Jiangyin); Zhejiang Waysun Chemical Fiber Co. Ltd (Cixi); u Zhejiang Anshun Pettechs Fibre Co. Ltd (Fuyang, iċ-Ċina) (rappreżentanti: inizjalment J. -F. Bellis, avukat, G. Vallera, barrister, sussegwentement J. -F. Bellis, A. Scalini u F. Di Gianni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. -P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement minn G. Berrisch)

Intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. França u H. van Vliet, sussegwentement M. França u J. F. Brakeland, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 893/2008, tal-10 ta’ Settembru 2008, li jżomm fis-seħħ dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mill-Arabja Sawdija u mill-Korea wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 247, p. 1), f’dak li jirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli minħabba li kien ippreżentat minn Cixi Santai Chemical Fiber Co. Ltd, Cixi Sansheng Chemical Fiber Co. Ltd, NingBo Dafa Chemical Fiber Co. Ltd, Zhejiang Waysun Chemical Fiber Co. Ltd u Zhejiang Anshun Pettechs Fibre Co. Ltd.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat peress li ġie ppreżentat minn Cixi Jiangnan Chemical Fiber Co. Ltd, Jiangyin Changlong Chemical Fibre Co. Ltd u Xiake Color Spinning Co. Ltd.

(3)

Cixi Jiangnan Chemical Fiber, Cixi Santai Chemical Fiber, Cixi Sansheng Chemical Fiber, Jiangyin Changlong Chemical Fibre, NingBo Dafa Chemical Fiber, Xiake Color Spinning, Zhejiang Waysun Chemical Fiber u Zhejiang Anshun Pettechs Fibre għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, in solidum, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Total vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-548/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xama’ tal-paraffin - Suq tal-gatsch - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ legalità tar-reati u tal-pieni - Preżunzjoni tal-innoċenza - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha - Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent - Preżunzjoni f’każ ta’ detenzjoni ta’ sehem viċin 100 %)

2013/C 313/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Total SA (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u A. Noël-Baron, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 — Xama’ tax-xemgħa), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tneħħija tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għal tnaqqis tal-ammont tagħha.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Total SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Total Raffinage Marketing vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-566/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xema’ tal-paraffin - Suq tax-xema’ ratba - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq - Prova tal-eżistenza ta’ akkordju - Kunċett ta’ ksur uniku u kontinwu - Tul tal-ksur - Interuzzjoni tal-ksur- Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi - Ugwaljanza fit-trattament - Preżunzjoni tal-innoċenza - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha - Influwenza determinata eżerċitata mill-kumpannija parent - Preżunzjoni fil-każ ta’ żamma ta’ sehem ta’ 100 % - Proporzjonalità - Metodu ta’ arrotondament - Ġurisdizzjoni sħiħa)

2013/C 313/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Total Raffinage Marketing (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: A. Vandencasteele, C. Falmagne, C. Lemaire u S. Naudin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u A. Biolan, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476, tal-1 ta’ Ottubru 2008, li tirrigwarda proċediment taħt l-Artikolu 81 (KE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 — Candle Waxex), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-ammont tal-multa imposta fuq Total Raffinage Marketing fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5476, tal-1 ta’ Ottubru 2008, li tirrigwarda proċediment taħt l-Artikolu 81 (KE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 — Candle Waxex) huwa ffissat għal EUR 125 459 842.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Total Raffinage Marketing għandha tbati disgħin fil-mija tal-ispejjeż tagħha u disgħin fil-mija tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati għaxra fil-mija tal-ispejjeż tagħha u għaxra fil-mija tal-ispejjeż sostnuti minn Total Raffinage Marketing.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/09) (1)

(Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi - Pubblikazzjoni sħiħa fi tliet lingwi uffiċjali - Informazzjoni dwar l-avviżi ta’ kompetizzjonijiet ġenerali - Pubblikazzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha - Lingwa tal-eżamijiet - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi uffiċjali)

2013/C 313/34

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u J. Baquero Cruz, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/144/09, fil-qasam tas-saħħa pubblika, EPSO/AD/145/09, fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel (politika u leġiżlazzjoni), u EPSO/AD/146/09, fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel (kontabbiltà, spezzjoni u evalwazzjoni), għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 5) ta’ ċittadinanza Bulgara, Ċiprijotta, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka, Slovena u Ċeka, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Jannar 2009 (ĠU C 9 A, p. 1).

Dispożittiv

(1)

L-avviżi tal-kompetizzjonijiet ġenerali EPSO/AD/144/09, fil-qasam tas-saħħa pubblika, EPSO/AD/145/09, fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel (politika u leġiżlazzjoni), u EPSO/AD/146/09, fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel (kontabbiltà, spezzjoni u evalwazzjoni), għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 5) ta’ ċittadinanza Bulgara, Ċiprijotta, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka, Slovena u Ċeka, ippubblikati fil-verżjoni Ġermaniża, Ingliża u Franċiża tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Jannar 2009, huma annullati.

(2)

Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibati l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 129, 06.06.2009.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-218/09) (1)

(Sistema lingwistika - Avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali għar-reklutaġġ ta’ assistenti - Lingwa tal-provi - Għażla tat-tieni lingwa minn tliet lingwi uffiċjali)

2013/C 313/35

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u J. Baquero Cruz, sussegwentement J. Curall u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentant: K. Drēviņa, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/91/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Offset”, u EPSO/AST/92/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Pre-press” [tħejjija għall-istampar], ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Marzu 2009 (ĠU C 63 A, p. 1).

Dispożittiv

(1)

L-avviżi ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/91/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Offset”, u EPSO/AST/92/09, sabiex issir lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3) fil-qasam “Pre-press”, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-18 ta’ Marzu 2009, huma annullati

(2)

Ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 180, 1.8.2009.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-347/09) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Trasferiment b’xejn ta’ ċerti żoni tal-patrimonju naturali nazzjonali - Miżuri intiżi għall-għajnuna finanzjarja ta’ proġetti kbar tal-ħarsien tal-ambjent - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuniet kompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ impriża - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 313/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment M. Lumma u B. Klein, sussegwentement A. Wiedmann u T. Henze, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment K. Gross, sussegwentement F. Erlbacher, A. Stobiecka-Kuik u P. Loewenthal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti); Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment C. Wissels, Y. de Vries u M. de Ree, sussegwentement C. Wissels, M. de Ree, J. Langer u M. Noort, aġenti); u Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5080 finali, tat-2 ta’ Lulju 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat NN 8/2009 mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u li tikkonċerna s-sistema ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonsisti, minn naħa, fit-trasferiment b’xejn ta’ ċerti żoni tal-patrimonju naturali nazzjonali u, min-naħa l-oħra, f’miżuri intiżi għall-għajnuna finanzjarja ta’ proġetti kbar tal-ħarsien tal-ambjent (ĠU C 230, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Fürstlich Castell’sches Domänenamt vs UASI — Castel Frères (CASTEL)

(Kawża T-320/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali CASTEL - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ammissibbiltà - Raġuni assoluta għal rifjut mhux invokat quddiem il-Bord tal-Appell - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 313/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell (Castell, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger u T. Wittmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (rappreżentanti: P. Geroulakos et G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Castel Frères SAS (Blanquefort, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2010 (Każ R 962/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell u Castel Frères SAS.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Mejju 2010 (Każ R 962/2009-2) hija annullata.

(2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell.

(3)

Castel Frères SAS għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 260, 25.9.2010.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Fri-El Acerra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-551/10) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Sussidju previst għall-akkwist u għall-konverżjoni ta’ impjant termoelettriku f’impjant ta’ enerġija elettrika li titħaddem bil-bijokombustibbli - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Applikazzjoni ratione temporis tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali - Aspettattivi leġittimi - Effett ta’ inċentiv)

2013/C 313/38

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Fri-El Acerra Srl (Acerra, l-Italja) (rappreżentanti: M. Todino u P. Fattori, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u P. Manzini, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/110/UE, tal-15 ta’ Settembru 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 8/09 (ex N 357/08) li l-Italja beħsiebha tagħti lil Fri-El Acerra Srl (ĠU 2011, L 46, p. 28).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Fri-El Acerra Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 29.1.2011.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/11) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Studji rċevuti mill-Kummissjoni rigward it-traspożizzjoni ta’ direttivi fil-qasam tal-ambjent - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika - Eżami konkret u individwali - Kompatibbiltà mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus - Interess pubbliku superjuri - Konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu sabiex tiġi adottata deċiżjoni espliċita - Portata tal-obbligu li tixxandar b’mod attiv l-informazzjoni dwar l-ambjent)

2013/C 313/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver u C. ten Dam, sussegwentement P. Oliver u C. Zadra, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri mad-dritt ambjentali tal-Unjoni Ewropea, imbagħad talba għall-annullament tad-deċiżjoni espliċita ulterjuri, tat-30 ta’ Mejju 2011, li tirrifjuta parzjalment l-aċċess għal parti minn dawn id-dokumenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

ClientEarth u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — ClientEarth u PAN Europe vs EFSA

(Kawża T-214/11) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Isem tal-esperti li ppreżentaw osservazzjonijiet dwar abbozz ta’ gwida dwar id-dokumentazzjoni xjentifika li għandha tiġi mehmuża mat-talbiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u ta’ sustanzi attivi li jinsabu f’dawn il-prodotti - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Protezzjoni tad-data personali - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 313/40

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit); u Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentant: D. Detken, aġent)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver, P. Ondrůšek u C. ten Dam, sussegwentement P. Oliver, P. Ondrůšek u B. Martenczuk, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EFSA, tal-10 ta’ Frar 2011, li tirrifjuta talba għall-aċċess, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), għal ċerti dokumenti tax-xogħol li jikkonċernaw gwida, ippreparata mill-EFSA, għall-attenzjoni tal-awturi ta’ talbiet għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, u sussegwentement talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EFSA, tat-12 ta’ Diċembru 2011, li tirtira d-deċiżjoni preċedenti u li tagħti aċċess lir-rikorrenti għall-informazzjoni kollha mitluba, bl-eċċezzjoni ta’ isem l-esperti esterni li għamlu xi osservazzjonijiet dwar l-abbozz ta’ gwida.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

ClientEarth u Pesticide Action Network Europe (PAN Europe), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Kummissjoni Ewropea għandhom, kull waħda minnhom, ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  DO C 130, de 30.4.2011.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — De Nicola vs BEI

(Kawża T-264/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2007 - Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell - Fastidju psikoloġiku - Terminu raġonevoli - Talba għal annullament - Talba għad-danni)

2013/C 313/41

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Parti oħra fil-proċeduri: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment T. Gilliams u F. Martin, sussegwentement T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Marzu 2011, De Nicola vs BEI (F-59/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż li jannulla din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Marzu 2011, De Nicola vs BEI (F-59/09), hija annullata, sa fejn hija tiċħad, minn naħa, it-talbiet ta’ C. De Nicola intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u, min-naħa l-oħra, it-talbiet tiegħu intiżi għal kumpens għad-danni allegati minħabba fastidju li allegatament wettaq il-BEI fil-konfronti tiegħu.

(2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

(3)

Din il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 211, 16.07.2011.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Besselink vs Il-Kunsill

(Kawża T-331/11) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja l-ftehim ta’ adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali - Aċċess parzjali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Talba għal miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew miżuri istruttorji - Inammissibbiltà)

2013/C 313/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Leonard Besselink (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: O. Brouwer, J. Blockx u E. Raedts, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Fekete, P. Plaza García u J. Hermann, sussegwentement P. Plaza García, J. Herrmann u B. Driessen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-1 ta’ April 2011, li tirrifjuta l-aċċess komplet għad-dokument Nru 9689/10, li tinkludi abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja l-ftehim ta’ adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-1 ta’ April 2011, li tirrifjuta l-aċċess komplet għad-dokument Nru 9689/10 hija annullata sa fejn din tiċħad l-aċċess għad-direttiva ta’ negozjati Nru 5 u għall-partijiet mhux żvelati tad-dokument mitlub, li jfakkru l-prinċipji stabbiliti mit-Trattat UE li għandhom jirregolaw in-negozjati intiżi għall-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, jew li jindikaw biss il-kwistjonijiet li għandhom ikunu indirizzati matul in-negozjati.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Palirria Souliotis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-380/11) (1)

(Rikors għal annullament - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni fin-nomenklatura magħquda - Intestatura tariffarja - Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)

2013/C 313/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Anonymi Viotechniki kai Emporiki Etairia Kataskevis Konservon — Palirria Souliotis AE (Politika, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Keppenne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2011, tas- 6 ta’ Mejju 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 122, p. 63).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Anonymi Viotechniki kai Emporiki Etairia Kataskevis Konservon — Palirria Souliotis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-383/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Restrizzjonijiet tad-dħul u l-passaġġ fit-territorju tal-Unjoni - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet fundamentali)

2013/C 313/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eyad Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: inizjalment P. Grollet u G. Karouni, sussegwentement G. Karouni u C. Rygaert, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Parti konvenuta in sostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u S. Pardo Quintillán, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/302/PESK, tat-23 ta’ Mejju 2011, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 136, p. 91), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782 (ĠU L 330, p. 21) sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Eyad Makhlouf huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — De Nicola vs BEI

(Kawża T-418/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Assigurazzjoni għall-mard - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż mediċi - Talba għal ħatra ta’ tabib indipendenti - Terminu raġonevoli - Ċaħda ta’ talba għall-proċedura ta’ konċiljazzjoni - Talba għal annullament - Talba għar-rimbors tal-ispejjeż mediċi - Lis alibi pendens)

2013/C 313/45

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment T. Gilliams u F. Martin, sussegwentement T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011, De Nicola vs BEI (F-49/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011, De Nicola vs BEI (F-49/10), hija annullata, sa fejn hija tiċħad it-talbiet ta’ C. De Nicola intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li tiċħad it-talba tiegħu għal ħatra tat-tielet tabib.

(2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

(3)

Id-deċiżjoni tal-BEI li tiċħad, minħabba tardività, it-talba ta’ C. De Nicola sabiex taħtar it-tielet tabib hija annullata.

(4)

C. De Nicola u l-BEI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta kemm mal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll ma’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — Valeo Vision vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-457/11) (1)

(Rikors għal annullament - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda - Intestatura tariffarja - Nuqqas ta’ interess individwali - Att leġiżlattiv li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)

2013/C 313/46

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Valeo Vision (Bobigny, Franza) (rappreżentant: R. Ledru, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. R. Killmann u L. Keppenne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 603/2011, tal-20 ta’ Ġunju 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 163, p. 10)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Valeo Vision hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 298, 8.10.2011.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2013 — “Rauscher” Consumer Products vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ tampun)

(Kawża T-492/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tampun sanitarju - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 313/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti:“Rauscher” Consumer Products GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Stütz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-20 ta’ Lulju 2011 (Każ R 2168/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta tampun sanitarju bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

“Rausche” Consumer Products GmbH għandha tbati l-ispejjeż.


(1)  ĠU C 355, 03.12.2011.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Anbouba vs Il-Kunsill

(Kawża T-563/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Oneru tal-prova - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proċedura fil-kontumaċja - Talba għal intervent - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 313/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Issam Anbouba (Homs, is-Sirja) (rappreżentanti: M.-A. Bastin, J.-M. Salva u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Liudvinaviciute-Cordeiro u M.-M. Joséphidès, sussegwentement R. Liudvinaviciute-Cordeiro u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 247, p. 17), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u [li] tħassar id-Deċiżjoni 2011/273 (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), sa fejn isem ir-rikorrent jinsab fil-lista tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u, min-naħa l-oħra, talba għall-ħlas ta’ danni bħala kumpens għad-dannu mġarrab.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx kemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud.

(3)

Issam Anbouba għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 — Anbouba vs Il-Kunsill

(Kawża T-592/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Oneru tal-prova - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 313/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Issam Anbouba (Homs, is-Sirja) (rappreżentanti: M.-A. Bastin, J.-M. Salva u J.-N. Louis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Liudvinaviciute-Cordeiro u M.-M. Joséphidès, sussegwentement R. Liudvinaviciute-Cordeiro u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 269, p. 33), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u [li] tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 269, p. 18), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 (ĠU L 126, p. 3), sa fejn l-isem tar-rikorrent jinsab fil-lista tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u, min-naħa l-oħra, talba għall-ħlas ta’ danni bħala kumpens għad-dannu mġarrab.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Issam Anbouba huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 — De Nicola vs BEI

(Kawża T-618/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2008 - Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell - Portata tal-istħarriġ - Rapport ta’ evalwazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Terminu raġonevoli - Talba għal annullament - Talba għal ħlas ta’ kumpens għad-danni - Litispendance)

2013/C 313/50

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Appellat: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Gilliams u F. Martin, sussegwentement minn T. Gilliams u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011, De Nicola vs BEI (F-13/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u bil-għan tal-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011, De Nicola vs BEI (F-13/10) hija annullata, sa fejn din tiċħad it-talbiet ta’ Carlo De Nicola bil-għan tal-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).

(2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

(3)

Ir-rikors ippreżentat minn C. De Nicola quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-13/10 huwa miċħud.

(4)

C De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti mill-BEI relatati mal-proċeduri kemm quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll tal-istanza preżenti.

(5)

Il-BEI għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu relatati kemm mal-proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll ma’ dawk tal-istanza preżenti.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/26


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2013 — Chatzianagnostou vs Il-Kunsill et

(Kawża T-383/13)

2013/C 313/51

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Antonios Chatzianagnostou (Serres, il-Greċja) (rappreżentant: Ch. Makris, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Eulex Kosovo, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla fl-intier tagħhom, l-ewwel nett, id-deċiżjoni tal-kap ta’ EULEX Kosovo, tal-10 ta’ Mejju 2013, intitolata “Deċiżjoni finali fil-każ dixxiplinari 02/2013” u nnotifikata lir-rikorrent fis-16 ta’ Mejju 2013, u, it-tieni nett, id-deċiżjoni tal-kap ta’ EULEX, tal-10 ta’ Mejju 2013, intitolata “Deċiżjoni finali fil-każ dixxiplinari 06/2013” u nnotifikata lir-rikorrent fis-16 ta’ Mejju 2013;

tiskaġuna lir-rikorrent minn kull akkuża dixxiplinari fformulata minn Eulex fil-konfront tiegħu;

torna lil Eulex jipprovdi lir-rikorrent, fil-kuntest ta’ din il-kawża, kopja tad-dokumenti kollha li jinsabu fil-fajls dixxiplinari kontenzjużi li jikkonċernawh; u

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż esposti mir-rikorrent, inklużi l-onorarji tal-avukat mandatarju ad litem tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba n-nuqqas totali ta’ motivazzjoni tal-atti kkontestati u wkoll minħabba l-ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Istati Membri tal-UE, li jistabbilixxu li l-atti amministrattivi kollha sfavorevoli għall-individwu għandhom ikunu motivati b’mod suffiċjenti, komplet u speċifiku. F’dan il-każ, ir-rikorrent isostni li l-motivazzjoni tal-atti kkontestati hija totalment ineżistenti, minkejja li din hija ġuridikament indispensabbli u obbligatorja.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur mill-konvenuti, permezz tal-atti kkontestati, ta’ numru ta’ drittijiet tad-difiża tar-rikorrent li joħorġu mill-KEDB u mill-prinċipji ġenerali tad-dritt li huma komuni għall-Istati Membri tal-UE. Fil-kuntest tal-każ dixxiplinari 6/2013 li jikkonċernah quddiem EULEX, ġiet imposta fuq ir-rikorrent sanzjoni dixxiplinari għal att li huwa wettaq, li dwaru huwa qatt ma ġie mistieden jippreżenta d-difiża tiegħu u qatt ma ngħata l-possibbiltà li jagħmel dan. Barra minn hekk, ir-rikorrent ġie mċaħħad mid-dritt tiegħu li jkollu aċċess f’ħin xieraq, mingħajr restrizzjonijiet u effikaċji għal assistenza legali sabiex ikun jista’ jiddefendi ruħu faċilment permezz ta’ avukat mandatarju tal-għażla tiegħu li jkun ippreparat b’mod adegwat billi jkollu għarfien sħiħ tal-akkużi dixxiplinari fil-konfront tiegħu fil-kuntest ta’ EULEX.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-iżball ta’ fatt li bih jinsabu vvizzjati l-atti kkontestati. Ir-rikorrent isostni li t-tieni att ikkontestat ġie bbażat fuq premessi u fuq motivazzjoni kontradittorja jew insufffiċjenti, bi ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza tar-rikorrent u tad-dritt tiegħu li ma jinkriminax lilu nnifsu. Barra minn hekk, l-istess att ikkontestat huwa vvizzjat minn żball sa fejn dan ma jirrikonoxxix li r-rikorrent wettaq żball ta’ dritt skużabbli jew sa fejn huwa ma jaċċettax, tal-inqas, l-elementi li jiskaġunaw marbuta mal-kollaborazzjoni attiva u mal-pentiment.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tal-Patt dwar id-drittijiet ċivili u politiċi, tal-Artikolu 10 tal-KEDB, tal-Artikolu 15 TFUE, tar-Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 (1), tad-Direttiva Nru 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 (2) u tal-Artikoli 41 u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-kap ta’ EULEX li jikkonfermaw is-sanzjonijiet dixxiplinari proposti fil-konfront tar-rikorrent huma vvizzjati minn żball ta’ liġi sa fejn, li kieku dawn kienu korretti, huma kienu jilqgħu rikorsi mressqa mir-rikorrent sabiex is-sanzjonijiet dixxiplinari jiġu annullati minħabba, b’mod partikolari, il-ksur tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq dwar id-dritt tar-rikorrent li jkollu aċċess għad-dokumenti kontenzjużi taż-żewġ każi dixxiplinari li jikkonċernawh fil-kuntest ta’ EULEX.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur, permezz tal-atti kkontestati, tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ekwità dwar l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet dixxiplinari fil-konfront tar-rikorrent.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 701).


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/27


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2013 — Kėdainių rajono Okainių ŽŪB et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-386/13)

2013/C 313/52

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Kėdainių rajono Okainių ŽŪB (Distrett ta’ Kėdainiai, il-Litwanja) u 134 persuna oħra (rappreżentant: I. Vėgėlė, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors tar-rikorrenti ammissibbli;

skont l-Artikolu 263 TFUE, tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4391 finali, tat-2 ta’ Lulju 2012 li tawtorizza li jseħħu pagamenti komplementari nazzjonali fil-Litwanja għall-2012 [innotifikata taħt id-dokument nru K (2012) 4391];

fl-Artikolu 132 tar-Regolament Nru 73/2009, artikolu li jirregola l-pagamenti nazzjonali diretti komplementari u pagamenti diretti, tiddikjara inapplikabbli, skont l-Artikolu 277 TFUE, l-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 2 li jipprovdi li “[l]-appoġġ dirett totali li bidwi jista’ jingħata fl-Istati Membri ġodda wara l-adeżjoni skont il-pagament dirett rilevanti, inkluż kull pagament dirett nazzjonali komplementari, ma għandux jaqbeż il-livell ta’ appoġġ dirett li bidwi jkun intitolat jirċievi skont il-pagament dirett korrispondenti applikabbli għall-Istati Membri fl-Istati Membri għajr l-Istati l-Membri l-ġodda, mill-2012, b’kont meħud tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7 flimkien mal-Artikolu 10”;

fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 73/2009, artikolu li jistabbilixxi regoli speċjali għal aġġustament fl-Istati Membri ġodda, jiddikjara inapplikabbli, skont l-Artikolu 277 TFUE, il-provvediment fil-paragrafu 1 “[…]filwaqt li jittieħed kont ta’ kull tnaqqis applikat skont l-Artikolu 7(1)”;

tordna lill-konvenuti jbatu l-ispejjeż tar-rikorrenti, li fil-konfront tagħhom ser jiġu prodotti provi lill-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, infondatezza tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4391 finali

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4391 finali, tat-2 ta’ Lulju 2012 hija nieqsa minn motivazzjoni u infondata għaliex ma hemm l-ebda tagħrif li jikkonferma li fl-2012, il-livell ta’ pagamenti diretti fi Stati Membri ġodda u qodma tal-Unjoni Ewropea huwa uniformi (ugwalizzat).

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq livell ta’ pagamenti diretti fir-Repubblika tal-Litwanja li ma jikkorrispondix mal-livell mifthiem fl-Att ta’ Adeżjoni u mal-livell ta’ pagamenti diretti fl-Istati Membri qodma

Il-livell attwali ta’ pagamenti diretti tar-Repubblika tal-Litwanja ma jikkorrispondix mal-livell mifthiem fl-Att ta’ Adeżjoni tat-23 ta’ Settembru 2003. Bi ksur tal-Att ta’ Adeżjoni, ir-Regolament Nru 583/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004, adotta emendi għar-Regolament Nru 1782/2003, li jistabbilixxi limiti ta’ appoġġ agrikolu nazzjonali għall-Istati Membri ġodda (Artikolu 71c ta’ u l-Anness VIIIa għar-Regolament Nru 1782/2003).

Fl-2012, il-perċentwali ta’ pagamenti diretti fir-Repubblika tal-Litwanja ma kinitx ugwali għal dik tal-livell ta’ pagamenti diretti tal-Istati Membri qodma tal-Unjoni Ewropea: fl-Istati Membri qodma l-aġġustament jiġi applikat biss għal ammonti iktar minn EUR 5 000 u dan ifisser li mhux il-pagamenti diretti kollha allokati lill-bdiewa tal-Istati Membri qodma huma adattati (imnaqqsa) b’10 %, iżda biss dawk iktar minn EUR 5 000. Għalhekk, huwa infondat u illegali l-argument li fl-2012 il-livell ta’ pagamenti diretti fl-Istati Membri qodma huwa ta’ 90 % (“100 % mnaqqas 10 % aġġustament”). Il-livell ta’ pagamenti diretti fl-Istati Membri l-qodma huwa ogħla minn 90 % għaliex proporzjon tas-somom — sa mhux iktar minn EUR 5 000 — ma huwiex adattat.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq differenzi fl-ammont ta’ pagamenti diretti fir-Repubblika tal-Litwanja, ipparagunati mal-Istati Membri qodma

Pagamenti diretti attwalment magħmula lil bdiewa Litwani mill-baġit tal-Unjoni Ewropea fl-2012 huma fost l-iktar baxxi, li jammontaw għal inqas minn nofs dawk irċevuti fl-Istati Membri qodma minkejja l-aġġustament ta’ 10 % ta’ dawk tal-aħħar.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Att ta’ Adeżjoni bil-kliem konklussiv tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 73/2009, bis-subparagrafu finali tal-Artikolu 132(2) tar-Regolament Nru 73/2009, u bid-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4391 finali, tat-2 ta’ Lulju 2012 adottata abbażi ta’ dak is-subparagrafu

L-Att ta’ Adeżjoni ma jipprovdix għall-aġġustament ta’ pagamenti diretti introdotti u/jew tnaqqis fil-Litwanja ta’ pagamenti nazzjonali diretti kumplementari.

Il-provvediment “filwaqt li jittieħed kont ta’ kull tnaqqis applikat skont l-Artikolu 7(1)” fl-Artikolu 10(1) tal-Kapitolu 2 tar-Regolament Nru 73/2009 huwa kuntrarju għall-Att ta’ Adeżjoni peress li l-provvediment jaċċelera l-ugwaljanza mistennija tal-livell ta’ pagamenti diretti fl-Istati Membri ġodda u qodma.

Il-parti tal-Artikolu 132(2) tar-Regolament Nru 73/2009 “[…]mill-2012, b’kont meħud tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7 flimkien mal-Artikolu 10”, li tintegra l-ugwaljanza mistennija fl-2012 mal-livell ta’ pagamenti diretti fl-Istati Membri qodma u ġodda, imur kontra l-Att ta’ Adeżjoni peress li ssemmi sena speċifika (2012) meta l-livell ta’ appoġġ irċevut suppost ikun ugwali.

Fl-Artikolu 132(2) tar-Regolament Nru 73/2009, bi ksur tal-Att ta’ Adeżjoni, il-kelma “ammont” inbidlet għall-kelma “livell”, li ma jinvolvix l-appoġġ li effettivament ġie rċevut iżda perċentwali mistennija.

Huwa illegali li l-pagamenti diretti fl-Istati Membri qodma u ġodda jiġu pparagunati billi jsir paragun bejn l-appoġġ irċevut mill-Istati Membri qodma (100 % mnaqqas l-aġġustament) mal-appoġġ irċevut fl-Istati Membri ġodda skont ir-rata perċentwali, stabbilita fl-Att ta’ Adeżjoni, għall-għoti ta’ appoġġ.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-miżuri legali kkontestati tal-għanijiet tal-politika agrikola komuni stabbiliti

Abbażi tal-Att ta’ Adeżjoni, appoġġ agrikolu fl-Istati Membri ġodda huwa kkalkolat skont il-qligħ ta’ referenza u ż-żona bażi. Fl-2012 il-qligħ ta’ referenza u ż-żona bażi nbidlu ħafna fil-Litwanja, b’tali mod li l-aġġustament li ġie applikat u t-tnaqqis ta’ pagamenti nazzjonali kumplementari huma fihom innifishom kuntrarji għall-għanijiet tal-politika agrikola komuni, b’mod partikolari għall-għan li produttività agrikola dejjem tikber.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/28


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2013 — Orange vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/13)

2013/C 313/53

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Orange (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Gunther u A. Giraud, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-25 u tas-27 ta’ Ġunju 2013 indirizzati lil France Télécom u lil Orange, kif ukoll lill-kumpanniji kollha direttament jew indirettament ikkontrollati minnhom, li jordnawlhom li jissottomettu ruħhom għal spezzjoni skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003 (1). Dawn id-deċiżjonijiet ġew adottati fil-kuntest ta’ proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ZEE dwar is-settur tal-provvista ta’ servizzi ta’ konnettività mal-internet (Kawża AT.40090).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità, peress li l-Kummissjoni ordnat spezzjoni li tirrigwarda prattiki simili ħafna għal dawk imsemmija minn deċiżjoni mogħtija mill-awtorità tal-kompetizzjoni Franċiża disa’ xhur qabel biss, u dan anki meta l-awtorità tal-kompetizzjoni Franċiża ma kienet ikkwalifikat ebda aġir ta’ Orange bħala antikompetittiv. Ir-rikorrenti ssostni li, waqt l-ispezzjoni, il-Kummissjoni ma fittxitx elementi addizzjonali meta mqabbla ma’ dawk li diġà kellha, fatt li hija kellha tagħmel skont il-ġurisprudenza f’dan il-qasam.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq in-natura arbitarja tad-deċiżjonijiet ikkontestati, peress li l-Kummissjoni ma għandhiex indizji suffiċjenti u ddettaljati sabiex tieħu miżura daqshekk intrużiva bħal ma hija ispezzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/28


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2013 — Gossio vs Il-Kunsill

(Kawża T-406/13)

2013/C 313/54

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marcel Gossio (Casablanca, il-Marokk) (rappreżentant: S. Zokou, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005, kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/144/PESK, tat-8 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire sa fejn jikkonċernaw u jolqtu lir-rikorrent;

id-deċiżjoni tas-17 ta’ Mejju 2013 li tikkonferma u ġġedded il-miżuri restrittivi msemmija iktar ’il fuq sa fejn il-konsegwenza tagħha hija li isem ir-rikorrent għandu jibqa’ jidher fil-lista tal-persuni u entitajiet imsemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK u fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005 dwar il-miżuri restrittivi stabbiliti fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq eċċess ta’ poter u żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn:

il-fatti allegati fil-konfront tar-rikorrent ma għandhom ebda bażi oġġettiva u ma huma sostnuti minn ebda prova tanġibbli;

ma tistax tiġi stabbilita rabta oġġettiva bejn il-motivi invokati sabiex jiġġustifikaw il-miżuri restrittivi li ttieħdu fil-konfront tar-rikorrent u s-sitwazzjoni ġenerali fil-Côte d’Ivoire;

il-bażijiet legali li fuqhom ġew adottati l-miżuri restrittivi li ttieħdu fil-konfront tar-rikorrent huma inkompatibbli mal-aħħar motivi invokati sabiex jiġġustifikaw dawn il-miżuri;

id-deċiżjonijiet tal-Kunsill jikkostitwixxu użu ħażin ta’ proċedura jew ta’ poter.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent u b’mod partikolari tad-dritt għall-preżunzjoni ta’ innoċenza, tad-dritt għal-libertà tal-intrapriża, tad-dritt għall-proprjetà, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif ukoll tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u tad-dritt li wieħed ma jiġix issuġġettat għal trattamenti inumani u degradanti.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/29


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2013 — Stanleybet Malta u Stanley International Betting vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-416/13)

2013/C 313/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stanleybet Malta Ltd (Valletta, Malta); u Stanley International Betting Ltd (Liverpool, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Jacchia, I. Picciano, A. Terranova, F. Ferraro, G. Dellis, P. Kakouris, u I. Koimitzoglou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Ġunju 2013, li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward tal-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra r-Repubblika Ellenika u l-Greek Organisation of Football Prognostics (OPAP) fil-Każ COMP/39.981; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu tal-Kummissjoni li tinvestiga l-ilment b’diliġenza, u fuq żball manifest ta’ fatt fl-evalwazzjoni tal-argumenti li jinsabu fl-ilment b’riferiment għall-Artikolu 102 TFUE, tal-abbuż jew tal-abbużi konkreti u awtonomi minn pożizzjoni dominanti mwettqa mill-OPAP u tad-definizzjoni tas-suq rilevanti.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni, kif ukoll fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter mill-Kummissjoni u fuq ksur tal-prinċipju ta’ awtonomija tan-natura u tal-għanijiet tar-regoli tal-kompetizzjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ liġi, fuq nuqqas ta’ evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Griega rilevanti mad-dritt tal-Unjoni, qabel it-twettiq tal-evalwazzjoni ta’ ksur taħt l-Artikolu 102 TFUE, u fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u diliġenti mogħti mill-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet u tal-obbligu tal-Kummissjoni li tinvestiga l-ilment b’diliġenza b’riferiment għall-Artikolu 106 TFUE.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/30


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2013 — Gruppo Norton vs UASI — Marín Nicolás (Gruppo Norton S.r.l.)

(Kawża T-427/13)

2013/C 313/56

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Gruppo Norton Srl (Carini, l-Italja) (rappreżentant: M. García Lirola, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Victoriano Marín Nicolás (Alcantarilla, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tagħti sentenza fuq il-mertu li tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark għall-prodotti kollha li għalihom saret l-applikazzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Gruppo Norton Srl

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Gruppo Norton S.r.l.” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 9 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 169 753

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Victoriano Marín Nicolás

Trade mark jew sinjal invokat fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni: it-trade mark Spanjola “NORTON HISPANO” għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell inammissibbli

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/30


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2013 — IOC-UK vs Il-Kunsill

(Kawża T-428/13)

2013/C 313/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iranian Oil Company UK Ltd (IOC-UK) (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Graystone, Solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, M. Gambardella, D. Sellers and N. Pilkington, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran(ĠU L 156, p. 10), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 3), sa fejn l-atti kkontestati jinkludu lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi, relatati mal-ksur ta’ rekwiżit proċedurali essenzjali, kif ukoll ma’ ksur tat-Trattati u tal-istati tad-dritt relatati mal-applikazzjoni tagħhom: ksur tad-dritt għal smigħ; motivazzjoni insuffiċjenti; ksur tad-drittijiet tad-difiża; żball manifest ta’ evalwazzjoni; ksur tal-prinċipju fundamentali ta’ proporzjonalità; ksur tal-prinċipji fundamentali ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni; u ksur tad-dritt għall-proprjetà.

Ir-rikorrenti tqis li l-Kunsill naqas milli jisma’ lir-rikorrenti, u li ebda indikazzjoni kuntrarja ma tista’ tiġġustifika dan. Barra minn hekk, il-Kunsill ipprovda motivazzjoni insuffiċjenti. It-talbiet tar-rikorrenti intiżi sabiex il-Kunsill jespandi l-motivazzjoni u għal aċċess għal dokumenti, sa issa għadhom ma ngħatawx risposta, ħlief għal ittra qasira li tikkonferma li dawn ġew riċevuti. Permezz ta’ dawn in-nuqqasijiet, il-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, li ġiet miċħuda mill-possibbiltà li tressaq b’mod effettiv l-osservazzjonijiet tagħha kontra l-konstatazzjonijiet tal-Kunsill, peress li dawn il-konstatazzjonijiet inżammu lura mir-rikorrenti. Barra minn hekk, il-Kunsill ma weriex li l-kontroll indirett tar-rikorrenti minn National Iranina Oil Company (NIOC) iwassal għal benefiċċju ekonomiku għall-Istat Iranjan li jmur kontra l-għan tad-deċiżjoni kkontestata u għar-Regolament. Fir-rigward tal-motivi għall-inklużjoni tagħha, ir-rikorrenti tqis li dawn jew huma insuffiċjenti jew huma ivvizzjati bi żball manifest ta’ evalwazzjoni. Barra minn hekk, b’mod ġenerali, il-paragun bejn l-għanijiet tad-deċiżjoni ta’ inklużjoni u l-impatt konkret ta’ din id-deċiżjoni għar-rikorrenti juri li d-deċiżjoni hija sproporzjonata. Fl-aħħar nett, il-Kunsill kiser id-dritt bażiku għall-proprjetà billi adotta miżuri li l-proporzjonalità tagħhom ma tistax tiġi ggarantita.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/31


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2013 — Petropars Iran et vs Il-Kunsill

(Kawża T-433/13)

2013/C 313/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petropars Iran Co. (Kish Island, l-Iran); Petropars Oilfields Services Co. (Kish Island); Petropars Aria Kish Operation and Management Co. (Tehran, l-Iran); u Petropars Resources Engineering Kish Co. (Tehran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, solicitor, P. Reddy, solicitor, R. Blakeley, barrister, u Z. Burbeza, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-punti 1 sa 4 tal-Anness II.I.B. tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK (1) u l-punti 1 sa 4 tal-Anness II.I.B. tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 522/2013 (2); u/jew

tiddikjara l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (3) u l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012 (4) mingħajr effett fir-rigward tar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-inklużjoni tar-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni 2013/270/PESK u tar-Regolament Nru 522/2013 hija nieqsa minn bażi legali peress li r-raġuni għall-inklużjoni ta’ kull waħda mir-rikorrenti (“Sussidjarja [ta’] entità inkluża”) ma tissemmix fost il-kriterji għall-inklużjoni fil-lista prevista mir-Regolament Nru 267/2012 u mid-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-inklużjoni tar-rikorrenti hija illegali sa fejn il-Kunsill prova jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 jew l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, peress li (1) il-kriterji sostantivi għall-inklużjoni f’dawn it-testi ma humiex sodisfatti fir-rigward tal-ebda wieħed mir-rikorrenti u/jew il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta eżamina jekk il-kriterji kinux sodisfatti jew le, u li (2) il-Kunsill inkluda lir-rikorrenti abbażi ta’ provi insuffiċjenti sabiex jistabbilixxi li l-kriterji kienu sodisfatti u għalhekk wettaq żball manifest (ieħor) ta’ evalwazzjoni.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li sa fejn l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 u/jew l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK jippermettu li r-rikorrenti jiġu inklużi abbażi biss tal-fatt li huma sussidjarji ta’ entitajiet inklużi (li huma nnifishom huma sussidjarji ta’ entitajiet inklużi li ma kinux akkużati bl-ebda ksur), dawn l-artikoli huma illegali peress li jmorru kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità u għandhom jiġu ddikjarati mingħajr effett fir-rigward tar-rikorrenti.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-inklużjoni tar-rikorrenti tikser, fi kwalunkwe każ, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom bis-saħħa tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jew ta’ dawk li b’mod ieħor jagħmlu parti mid-dritt tal-Unjoni, inkluż id-dritt tagħhom ta’ negozju u li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom u d-dritt tagħhom għall-pussess paċifiku tal-proprjetà tagħhom, u/jew tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Barra minn hekk, l-inklużjoni tagħhom tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-ambjent u tal-protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-bniedem, u x’aktarx toħloq danni serji għas-saħħa u għas-sigurtà tal-ħaddiema Iranjani kif ukoll għall-ambjent.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li meta adotta d-Deċiżjoni 2013/270/PESK u r-Regolament Nru 522/2013, sa fejn dawn japplikaw fil-konfront tar-rikorrenti, il-Kunsill kiser ir-rekwiżiti proċedurali li jirrikjedu (i) notifika fuq bażi individwali (lit-tielet u lir-raba’) rikorrenti dwar l-inklużjoni tagħhom, (ii) il-komunikazzjoni (lir-rikorrenti kollha) ta’ motivazzjoni xierqa u suffiċjenti, u (iii) ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrenti.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 10).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 3).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39).

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/31


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2013 — Klaes vs UASI — Klaes Kunststoffe (Klaes)

(Kawża T-453/13)

2013/C 313/59

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Horst Klaes GmbH & Co. KG (Bad Neuenahr-Ahrweiler, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Dix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Klaes Kunststoffe GmbH (Neuenrade, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell (R 1206/2012-1) tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-6 ta’ Ġunju 2013 u tiċħad l-oppożizzjoni mressqa kontra l-applikazzjoni tar-rikorrenti għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja (Nru 9545096).

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Klaes” għal prodotti fil-klassi 42 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 9 545 096

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Klaes Kunststoffe GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva ta’ kulur blu “Klaes”, għal servizzi fil-klassi 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/32


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2013 — Larrañaga Otaño vs UASI (GRAPHENE)

(Kawża T-458/13)

2013/C 313/60

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Joseba Larrañaga Otaño (San Sebastian, Spanja); u Mikel Larrañaga Otaño (San Sebastian) (rappreżentant: F. Bueno Salamero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni: it-trade mark verbali “GRAPHENE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 13, 23, 25 u 38 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 895 258

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/32


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Awwissu 2013 — Larrañaga Otaño vs UASI (GRAPHENE)

(Kawża T-459/13)

2013/C 313/61

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Joseba Larrañaga Otaño (San Sebastian, Spanja); u Mikel Larrañaga Otaño (San Sebastian) (rappreżentant: F. Bueno Salamero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja li għaliha saret applikazzjoni: it-trade mark verbali “GRAPHENE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 2, 6, 10 u 22 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 892 446

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/32


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2013 — Arrow Group u Arrow Generics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-467/13)

2013/C 313/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Arrow Group ApS (Roskilde, id-Danimarka) u Arrow Generics Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Kon, C. Firth, u C. Humpe, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ COMP/39226 — Lundbeck, sa fejn dawn jikkonċernaw lil Arrow; jew

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ COMP/39226 — Lundbeck, sa fejn jimponi multa fuq Arrow skont il-Ftehim Brittaniku u Daniż; jew

iktar sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ COMP/39226 — Lundbeck, sa fejn jimponi multa fuq Arrow skont il-Ftehim Daniż, u konsegwentement tnaqqas il-multa; jew

ħafna iktar sussidjarjament, tnaqqas il-multa inmposta skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3803 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, fil-Każ COMP/39226 — Lundbeck; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq li l-Kummissjoni kisret ir-rekwiżiti proċedurali essenzjali fil-kuntest tal-proċedura tal-adozzjoni tad-deċiżjoni, billi hija naqset milli (i) tibda l-proċeduri u tmexxi l-investigazzjoni tagħha fi żmien raġjonevoli, (ii) tagħti aċċess tempestiv u xieraq għall-fajl, u (iii) tadotta dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet addizzjonali.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq li l-Kummissjoni ma urietx b’mod suffiċjenti fid-dritt li Arrow u Lundbeck kienu kompetituri potenzjali meta kkonkludew kull wieħed mill-ftehim.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq li l-Kummissjoni ma urietx b’mod suffiċjenti fid-dritt li kull wieħed mill-ftehim kellu bħala għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq li billi imponiet multa fuq Arrow, il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ nullum crimen nulla poena sine lege, u ta’ ċertezza legali.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat, sussidjarjament, fuq li l-Kummissjoni wettqet żball billi kklassifikat il-Ftehim Brittaniku u l-Ftehim Daniż bħala li jikkostitwixxu ksur uniku u kontinwat tal-Artikolu 101 TFUE, u kisret l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003 (1) billi imponiet multa fuq Arrow skont il-Ftehim Daniż wara l-iskadenza tat-terminu tal-preskrizzjoni fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ multi.

(6)

Is-sitt motiv huwa bbażat, iktar sussidjarjament, fuq li l-Kummissjoni wettqet żbalji fil-kalkolu tal-ammont tal-multa billi imponiet multa sproporzjonata fir-rigward tal-gravità tal-ksur allegat tal-Artikolu 101 TFUE.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/33


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2013 — MedSkin Solutions Dr. Suwelack vs UASI — Cryo-Save (CryoSafe)

(Kawża T-482/13)

2013/C 313/63

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG (Billerbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cryo-Save AG (Pfäffikon, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI), tal-4 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 1759/2012-4 u tibdilha fis-sens li l-appell ippreżentat mir-rikorrenti quddiem l-UASI huwa fondat u għaldaqstant l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda.

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI), tal-4 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 1759/2012-4, u tibgħat lura l-każ quddiem l-eżaminatur kompetenti tal-UASI;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CryoSafe” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5 u 40 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 619 586

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Cryo-Save AG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “CryoSave” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 10, 42 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/34


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2013 — Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-487/13)

2013/C 313/64

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Navarra de Servicios y Tecnologías SA (Pamplona, Spanja) (rappreżentant: A. Andérez González, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkonċerna lill-kumpannija rikorrenti u tikkundanna b’mod espliċitu lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE.

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni:

l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat, sa fejn f’dan il-każ la hemm intervent tal-Istat permezz ta’ trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat, la vantaġġ mogħti lil entitajiet li jeżerċitaw attività ekonomika u lanqas ma hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni jew theddida għall-iskambji kummerċjali bejn l-Istati Membri.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE, kif ukoll tal-Protokoll dwar is-sistema tax-xandir pubbliku fl-Istati Membri, anness mat-Trattat ta’ Amsterdam tat-2 ta’ Ottubru 1997.

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni:

in-natura legali tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, li fir-rigward tal-konfigurazzjoni, tal-organizzazzjoni u tal-iffinanzjar tagħhom l-Istati Membri għandhom marġni ta’ manuvra wiesa’;

l-assenza ta’ pożizzjoni kompetittiva iktar favorevoli miksuba mill-kumpannija rikorrenti, u

l-osservanza tal-kriterji tas-sentenza Altmark f’dan il-każ, sa fejn teżisti definizzjoni ċara u delegazzjoni espliċita ta’ funzjonijiet ta’ servizz pubbliku u sa fejn twettqet evalwazzjoni ekonomika ddettaljata u oġġettiva, li ma taqbiżx l-ispejjeż inkorsi għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet ta’ servizz pubbliku.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE, sa fejn f’dan il-każ jeżisti għan ta’ interess komuni u l-miżura kkontestata, intiża sabiex dan l-għan jintlaħaq, hija xierqa u proporzjonali u ma tikkawżax distorsjonijiet inutli fis-suq.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ użu ħażin ta’ poter bejn is-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata u l-għan aħħari mfittex permezz tagħha, kif ukoll sproporzjonalità manifesta bejn l-għan teoriku mfittex mid-deċiżjoni u l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tagħha, li jmorru kontra l-interess ġenerali u jiffavorixxu l-interessi kummerċjali u ekonomiċi ta’ operatur jew ta’ diversi operaturi speċifiċi.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/35


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 — Gheysens vs Il-Kunsill

(Kawża F-83/08) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ - Grupp ta’ funzjonijiet - Korrispondenza bejn tipi ta’ kompiti u gruppi ta’ funzjonijiet - Tul tal-impjieg)

2013/C 313/65

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Johan Gheysens (Malines, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, sussegwement S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, sussegwentement M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ tar-rikorrent sa fejn din tillimita l-perijodu tal-kuntratt għal sentejn u tikklassifikah fil-grupp ta’ funzjonijiet III, grad 11, skala 1, kif ukoll illegalità tal-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg sa fejn dan jawtorizza l-użu suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat għal limitu totali ta’ tliet snin.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tirrekluta lil Johan Gheysens, sa fejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grupp ta’ funzjonijiet III, hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati tliet kwarti mill-ispejjeż esposti minn Johan Gheysens.

(4)

Johan Gheysens għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 313, 06.12.2008, p. 59.


26.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/35


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Settembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-31/13)

(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat bil-faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors miżjud bit-terminu ta’ għaxart ijiem għal raġunijiet ta’ distanza - Rikors ippreżentat bil-posta fl-għaxart ijiem ta’ wara - Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor - Tardività tar-rikors)

2013/C 313/66

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent għall-ħlas ta’ danni bħala kumpens għad-dannu li ġarrab minħabba u b’riżultat tal-assenjazzjoni tiegħu mill-ġdid mid-delegazzjoni tal-Kummissjoni f’Luanda lejn is-sede tal-Kummissjoni fi Brussell.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.