ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.303.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 303

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
19 ta' Ottubru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 303/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2013/C 303/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6987 – BP Europa/Grupa Lotos/Lotos Tank) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 303/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

2013/C 303/04

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar Ftehimiet Restrittivi u Pożizzjoni Dominanti mogħtija fil- laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Novembru 2012 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.437(1) – tat-Tubi tat-televixin u tal-moniters tal-kompjuter – Relatur: Franza

5

2013/C 303/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar Ftehimiet Restrittivi u Pożizzjoni Dominanti mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Diċembru 2012 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.437(2) – Tubi tat-televixin u tal-moniters tal-kompjuter – Relatur: Franza

6

2013/C 303/06

Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – Tubi tal-Moniters tat-Televixin u tal-Kompjuter (COMP/39.437)

7

2013/C 303/07

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar proċediment taħt l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi tat-televixin u tal-moniters tal-kompjuter) (notifikata bid-dokument C(2012) 8839)  ( 1 )

13

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 303/08

Avviż mill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

17

2013/C 303/09

Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

21

2013/C 303/10

Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

23

2013/C 303/11

Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

25

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 303/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7020 – LVMH/Loro Piana) ( 1 )

27

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 303/13

Notifika dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Talba mingħand entità kontraenti

28

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 303/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

18.9.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36212 (13/N)

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Mesures de soutien accordées aux entreprises ostréicoles touchées par la mortalité des huîtres creuses

Il-bażi legali

 

Décret no 83-228 du 22 mars 1983 fixant le régime de l’autorisation des exploitations de cultures marines

 

Arrêté du 28 décembre 1983 portant application de l’article 2 (3o) du décret no 83-228 du 22 mars 1983 fixant le régime de l’autorisation des exploitations de cultures marines

 

Projet de circulaire DPMA/SDAEP/C Aide à l’allègement des charges financières à destination des ostréiculteurs, producteurs ou utilisateurs d’huîtres creuses touchés par les conséquences des mortalités ostréicoles affectant ce secteur de production.

 

Projet de circulaire DPMA/SDAEP/C Indemnisation des pertes de récolte et des pertes de fonds à destination des ostréiculteurs, producteurs ou utilisateurs d’huîtres creuses touchés par les conséquences des mortalités ostréicoles ayant affecté ce secteur de production en 2012

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Kumpens għal ħsarat ikkaġunati minn diżastru naturali, MVĮ

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Oħrajn — Exonération fiscale

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 18 250 000

 

Baġit annwali: EUR 18 250 000

L-intensità

12 %

It-tul ta' żmien

15.5.2013-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Akkwakultura tal-baħar

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l’écologie, du développement durable et de l’énergie, ministère délégué aux transports, à la mer et à la pêche, direction des pêches maritimes et de l’aquaculture

3 place de Fontenoy

75007 Paris

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6987 – BP Europa/Grupa Lotos/Lotos Tank)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 303/02

Fil-11 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6987. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Ottubru 2013

2013/C 303/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3684

JPY

Yen Ġappuniż

133,73

DKK

Krona Daniża

7,4586

GBP

Lira Sterlina

0,84515

SEK

Krona Żvediża

8,7686

CHF

Frank Żvizzeru

1,2343

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0985

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,782

HUF

Forint Ungeriż

294,43

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7027

PLN

Zloty Pollakk

4,1808

RON

Leu Rumen

4,4509

TRY

Lira Turka

2,6903

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4173

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4089

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6099

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6125

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6934

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 451,88

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,3871

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3431

HRK

Kuna Kroata

7,6160

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 502,27

MYR

Ringgit Malażjan

4,3197

PHP

Peso Filippin

58,863

RUB

Rouble Russu

43,5830

THB

Baht Tajlandiż

42,489

BRL

Real Brażiljan

2,9448

MXN

Peso Messikan

17,4977

INR

Rupi Indjan

83,8350


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/5


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar Ftehimiet Restrittivi u Pożizzjoni Dominanti mogħtija fil- laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Novembru 2012 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.437(1) – tat-Tubi tat-televixin u tal-moniters tal-kompjuter

Relatur: Franza

2013/C 303/04

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-fatti li għamlet il-Kummissjoni Ewropea bħala ftehimiet u/jew prattiki miftiehma fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 ŻEE fil-każ ta’ kull wieħed minn dawn il-kartelli: (a) il-kartell tas-CDT u (b) il-kartell tas-CPT.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-kumpless ta’ ftehimiet u/jew prattiki miftiehma jikkostitwixxi infrazzjoni unika u kontinwa ta’ kartell fil-każ ta’ kull wieħed minn dawn il-kartelli fil-qafas ta’ żmien li fih kien jeżisti l-ksur rispettiv: (a) il-kartell tas-CDT u (b) il-kartell tas-CPT.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-kumpless ta’ ftehimiet u/jew prattiki miftiehma kellu l-iskop li jirrestrinġi l-kompetizzjoni fil-każ ta’ kull wieħed minn dawn il-kartelli: (a) il-kartell tas-CDT u (b) il-kartell tas-CPT.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-konklużjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma bejn id-destinatarji setgħu jħallu effett konsiderevoli fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u bejn il-partijiet kontraenti l-oħra tal-Ftehim taż-ŻEE fil-każ ta’ kull wieħed minn dawn il-kartelli: (a) il-kartell tas-CDT u (b) il-kartell tas-CPT.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward id-destinatarji tad-deċiżjoni, inkluż l-imputazzjoni ta’ responsabbiltà lill-kumpaniji possedenti tal-gruppi kkonċernati (inkluż l-impriżi konġunti) fil-każ ta’ kull wieħed minn dawn il-kartelli: (a) il-kartell tas-CDT u (b) il-kartell tas-CPT.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-dewmien tal-ksur għal kull destinatarju fil-każ ta’ kull wieħed minn dawn il-kartelli: (a) il-kartell tas-CDT u (b) il-kartell tas-CPT.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/6


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar Ftehimiet Restrittivi u Pożizzjoni Dominanti mogħtija waqt il-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Diċembru 2012 fir-rigward ta' abbozz ta' deċiżjoni relatata mal-Każ COMP/39.437(2) – Tubi tat-televixin u tal-moniters tal-kompjuter

Relatur: Franza

2013/C 303/05

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandhom jiġu imposti multi fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar id-determinazzjoni tat-tul għall-finijiet tal-kalkolu tal-multi fil-każ ta’ kull wieħed minn dawn il-kartelli: (a) il-kartell tas-CDT u (b) il-kartell tas-CPT.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar iż-żidiet speċifiċi tal-ammonti bażiċi tal-multi sabiex jiġi żgurat li jkun hemm effett ta’ deterrenza suffiċjenti.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti jew ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar inabbiltà li titħallas it-talba.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq l-ammonti finali tal-multi.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali.


19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/7


Rapport finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Tubi tal-Moniters tat-Televixin u tal-Kompjuter

(COMP/39.437) (2)

2013/C 303/06

Dan il-każ jikkonċerna żewġ kartelli bejn il-produtturi Asjatiċi u Ewropej għat-tubi tad-display bil-kuluri użati f’moniters tal-kompjuter (“CDT”) u tubi għall-istampi bil-kulur inkorporati f’televixins bil-kulur (“CPT”).

SFOND

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni bdiet minħabba applikazzjoni għall-immunità li tressqet mill-grupp ta’ kumpaniji Chunghwa (“Chunghwa”) f’Marzu 2007. Chunghwa sussegwentement ingħatat l-immunità kondizzjonali. Dan kien segwit minn spezzjonijiet imwettqa fil-bini ta’ Samsung SDI fil-Ġermanja u [l-impriża konġunta Philips/LGE]. F’Novembru 2007, il-gruppi ta’ kumpaniji Samsung, Panasonic u Philips ippreżentaw kull waħda applikazzjoni għall-klemenza segwiti minn Technicolor SA f’Marzu 2008.

L-Uffiċjal tas-Seduta oriġinarjament responsabbli għal dan il-każ kienet is-Sinjorina Karen Williams. Wara li telqet mill-Uffiċċju tas-Seduti fi Frar 2010, jien ħadt ħsieb il-każ mill-1 ta’ Marzu 2010 'l quddiem.

PROĊEDURA

A.   Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet

Fit-23 ta’ Novembru 2009, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) li fiha waslet għall-konklużjoni preliminari li twettqu żewġ istanzi ta' ksur, singoli u kontinwi, tal-Artikolu 101(1) TFUE u tal-Artikolu 53(1) ŻEE.

L-ewwel istanza ta' ksur seħħet fis-settur tas-CDT u damet għaddejja disa’ snin u nofs. Din involviet l-erba’ impriżi: Chunghwa (3), Samsung (4), Philips (5) u LGE (6).

It-tieni istanza ta' ksur tikkonċerna s-settur tas-CPT u damet għaddejja disa’ snin. It-tmien impriżi li wettqu l-ksur flimkien mal-erba’ li diġà ssemmew kienu: Panasonic Corporation, Toshiba (7), l-impriża konġunta tagħhom MT Picture Display Co. Ltd (“MPTD”) u Technicolor.

L-impriżi kollha msemmija (kollettivament imsemmija l-“Partijiet” hawn taħt) irċevew id-DO f’Novembru 2009 u ġew mistiedna biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet li jinsabu fiha skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (8).

1.   Aċċess għall-fajl

Wara li rċevew id-DO, il-Partijiet ingħataw aċċess għad-dokumenti fil-fajl tal-Kummissjoni permezz ta’ DVD u għad-dikjarazzjonijiet tal-impriżi li jsiru bil-fomm fil-bini tal-Kummissjoni. Tliet partijiet talbu aċċess addizzjonali għall-fajl.

Toshiba talbet aċċess addizzjonali għal ċerti dokumenti li l-fornituri kienu rrevedew parzjalment minħabba l-kunfidenzjalità. Wara analiżi tat-talbiet id-DĠ Kompetizzjoni pprovda lil Toshiba b'verżjonijiet tad-dokumenti inkwistjoni mhux kunfidenzjali u reveduti inqas.

Panasonic u MTPD ressqu flimkien l-ewwel talba ġenerali biex jingħataw aċċess għall-provi kollha li jiskaġunaw li jinsabu fit-tweġibiet tal-partijiet l-oħra għad-DO li ġiet rifjutata mid-DĠ Kompetizzjoni. Wara li semgħu l-preżentazzjonijiet tal-partijiet l-oħra fis-seduta orali, Panasonic u MPTD ressqu talba għall-aċċess aktar dettaljata li ġiet aċċettata parzjalment. Id-DĠ Kompetizzjoni pprovda lil Panasonic u MPTD b’dikjarazzjonijiet mill-impjegati li Toshiba kienet hemżet mar-risposta tagħha għad-DO.

L-ebda waħda mit-tliet partijiet ma kompliet tresssaq it-talbiet tagħha għal aċċess addizzjonali għall-fajls. Għalhekk, inqis li l-kwistjoni ssolviet.

2.   Estensjonijiet ta’ żmien għat-tweġibiet għad-DO

Id-destinatarji tad-DO oriġinarjament ingħataw tmien ġimgħat għat-tweġiba tagħhom mill-għada ta' meta rċevew id-DVD. Il-partijiet kollha, ħlief Chunghwa, formalment fittxew li jingħataw żmien addizzjonali għall-kummenti rispettivi tagħhom għal diversi raġunijiet. Jien aċċettajt parzjalment it-talbiet tagħhom u tajthom estensjonijiet li jvarjaw minn ġimgħatejn sa sitt ġimgħat. Il-Partijiet kollha rrispondew fil-ħin.

3.   Applikazzjoni għal status ta’ persuna terza

[…]

B.   Seduta Orali

Is-seduta orali kienet skedata għal April iżda kellha tiġi posposta b'xahar minħabba l-isbroff ta’ vulkan Islandiż li ma ppermettix lil ħafna parteċipanti mistiedna jiġu Brussell. Waħda mill-partijiet mistiedna oġġezzjonat għad-data l-ġdida għaliex wieħed mir-rappreżentanti ewlenin tagħha ma setax jattendi s-seduta. Minħabba li d-dati alternattivi kkunsidrati kienu jikkawżaw problemi għal parteċipanti oħra, jien ma stajtx nilqa’ t-talba.

Bħala preparazzjoni għas-seduta orali, tlabt lill-Partijiet biex jiffokaw il-preżentazzjonijiet tagħhom fuq ir-rabta kontroversjali bejn id-diskussjonijiet tal-Partijiet f’postijiet fl-Asja u l-iżviluppi fil-prezzijiet fl-Ewropa. Kważi l-Partijiet kollha esprimew il-fehmiet tagħhom dwar din il-kwistjoni.

1.   Seduta orali tal-individwi

Il-preżentazzjoni ta’ parti minnhom inkludiet dikjarazzjonijiet ta’ impjegati li kienu attendew l-allegati laqgħat tal-kartell. Bix-xewqa espliċita tal-parti, l-ismijiet tal-individwi li għamlu d-dikjarazzjonijiet ma ddaħħlux fil-lista tal-parteċipanti li tqassmet lill-parteċipanti kollha qabel is-seduta orali. L-identità tagħhom saret magħrufa, madankollu, mid-DĠ Kompetizzjoni, għaliex il-parti hemżet id-dikjarazzjonijiet tal-impjegati mat-tweġiba tagħha bil-miktub għad-DO, li bagħtet ukoll lid-destinatarji l-oħrajn tad-DO preżenti għas-seduta. Din il-preżentazzjoni, bħall-biċċa l-kbira tal-preżentazzjonijiet tal-partijiet l-oħra, aktar tard, kienet soġġetta għal għadd ta’ mistoqsijiet mill-parteċipanti tas-seduta. Parti minnhom introduċiet, bil-kunsens tiegħi, dokument ġdid waqt il-ħin tal-mistoqsijiet. Dan id-dokument ġie miżjud aktar tard mal-fajl tal-Kummissjoni.

Is-smigħ ta' individwi qrib il-fatti tal-każ bħala parti mill-preżentazzjoni ta’ parti jidher li huwa parti integrali tad-dritt li wieħed jinstema' oralment. Huwa, madankollu, probabbilment fl-interess ta’ proċedura trasparenti u ġusta li fil-futur, l-ismijiet kollha tal-persuni li parti ġġib magħha waqt seduta biex tikkorrobora ċerti fatti stabbiliti fis-sottomissjoni tagħha bil-miktub skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (9) jiġu żvelati qabel ma jissejħu l-parteċipanti għas-seduta.

2.   Sessjonijiet magħluqa

Żewġ partijiet ingħataw l-opportunità li jinstemgħu parzjalment f’sessjonijiet magħluqa fuq talba raġunata tagħhom. Madankollu, peress li fil-preżentazzjoni in camera ta’ parti minnhom kien hemm numru konsiderevoli ta’ punti li ovvjament ma kinux kunfidenzjali, tlabt lill-parti ttenni dawn il-punti fil-preżenza tal-partijiet l-oħra kollha, kif fil-fatt għamlet.

3.   Ittra ta’ Fatti dwar l-influwenza deċiżiva fuq MPTD

Fit-22 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni infurmat lil Toshiba, Panasonic u MPTD permezz ta’ Ittra ta' Fatti li kellha l-intenzjoni li tuża fid-deċiżjoni finali ċerti dokumenti mehmuża, li t-tliet partijiet infushom kienu ssottomettew lill-Kummissjoni wara s-seduta orali. Hi spjegat li l-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti tikkorrobora u tappoġġja l-oġġezzjonijiet stabbiliti fid-DO rigward l-influwenza deċiżiva ta’ Toshiba u Panasonic fuq MPTD u għalhekk ir-responsabbiltà tagħhom għat-tmexxija tal-impriża konġunta. Il-partijiet ingħataw tliet ġimgħat biex iressqu l-kummenti. Din l-iskadenza inizjali ġiet estiża bi tliet ġimgħat oħra għal Toshiba fuq talba raġunata tagħha. Il-partijiet kollha rrispondew fil-ħin.

C.   Id-Dikjarazzjoni Supplimentari tal-Oġġezzjonijiet

Fl-1 ta' Ġunju 2012, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni Supplimentari ta' Oġġezzjonijiet (“DSO”). Meta mqabbla mad-DO, id-DSO tissostitwixxi oġġezzjoni waħda inizjali b'waħda oħra fir-rigward ta' Philips u żżid oġġezzjoni għal LGE. Minflok titqies direttament responsabbli għall-ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE u l-Artikolu 53 ŻEE qabel ma nħolqot l-impriża konġunta ma’ LGE (10) [l-impriża konġunta Philips/LGE], Philips tinsab akkużata li hi indirettament responsabbli għall-ksur bħala kumpanija ewlenija permezz ta’ ċerti sussidjarji individwalizzati. LGE ma għadhiex biss allegata li kisret direttament ir-regoli tal-kompetizzjoni iżda issa tinsab akkużata wkoll li kisret il-liġi indirettament permezz ta’ ċerti sussidjarji individwalizzati qabel ma nħolqot [l-impriża konġunta Philips/LGE]. Id-DSO tressaq evidenza ġdida kontra LGE u Philips dwar ir-responsabbiltà konġunta tagħhom għall-ksur li jkun sar mill-[impriża konġunta Philips/LGE]. F’dak ir-rigward, id-DSO tirrappreżenta sempliċiment ittra ta’ fatti.

Minħabba li l-allegazzjonijiet il-ġodda biddlu biss il-pożizzjoni legali taż-żewġ partijiet tal-proċediment tal-ikbar kartell fuq il-bażi ta’ evidenza li toriġina minn LGE, Philips, l-impriża konġunta tagħhom [l-impriża konġunta Philips/LGE] u l-[uffiċjal] tagħha, u tirreferi għal dawn il-kumpaniji, id-destinatarji l-oħra tad-DO inizjali ma kinux inklużi fil-proċediment supplimentari. [l-impriża konġunta Philips/LGE] ma kinitx ir-riċevitur tad-DO jew id-DSO.

1.   Aċċess supplimentari għall-fajl

Flimkien mad-DSO, iż-żewġ destinatarji ġew ipprovduti b'aċċess permezz ta’ DVD għad-dokumenti relatati mal-oġġezzjonijiet supplimentari rispettivi dwar ir-responsabbiltà ta’ LGE u Philips miġbura permezz tal-investigazzjoni addizzjonali. Barra minn hekk, ingħata aktar aċċess għad-dokumenti li kienu diġà ġew inklużi fil-lista tal-aċċess għall-fajl ta' qabel fiż-żmien tal-ewwel DO. Minħabba li kkunsidra dawn il-partijiet tad-dokumenti bħala rilevanti għall-oġġezzjonijiet supplimentari, id-DĠ Kompetizzjoni kiseb il-kunsens tal-fornituri ta’ dawn id-dokumenti sabiex jiżvela informazzjoni li ġiet ittrattata bħala kunfidenzjali fiż-żmien tal-ewwel aċċess għall-fajl. L-aċċess limitat kien ġustifikat b’referenza għall-Avviż dwar l-aħjar prattiki għat-tmexxija tal-proċedimenti li jikkonċernaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE li jipprovdi għal aċċess limitat taħt ċerti ċirkostanzi (11).

LGE u Philips ma ressqux il-kwistjoni quddiemi, iżda għandi d-dubji dwar jekk l-aċċess limitat għall-fajl mogħti f’dan il-proċediment huwiex kompletament kompatibbli mal-liġi tal-UE. Meta jitqajmu l-oġġezzjonijiet, id-drittijiet tad-difiża normalment jeħtieġu li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli l-fajl tal-investigazzjoni kollu. Fil-każ ta’ oġġezzjonijiet supplimentari, għandu jingħata regolarment l-aċċess għad-dokumenti kollha li nkisbu jew ġew prodotti jew assemblati wara l-ewwel aċċess għall-fajl mogħti fil-kuntest tad-DO.

Il-fatt li r-riċevituri tad-DSO ingħataw biss aċċess limitat f’dan il-każ huwa biss sempliċiment irregolarità proċedurali. L-eżami tiegħi tal-partijiet tal-fajl li ma rawx ir-riċevituri, ma pproduċa l-ebda element ta’ natura li potenzjalment tiskaġuna. Dawk l-elementi li jistgħu possibbilment jiġu kkunsidrati bħala li jiskaġunaw kienu magħrufa mill-partijiet. Fi kwalunkwe każ, anke jekk LGE u Philips setgħu għamlu użu tad-dokumenti mhux żvelati, is-sejbiet tal-Kummissjoni ma setgħux jiġu influwenzati minnhom (12). Id-dritt ta' Philips u LGE li jinstemgħu għalhekk ma nkisirx billi ż-żewġ destinatarji tad-DSO ingħataw biss aċċess limitat għall-fajl.

2.   Estensjonijiet ta’ żmien għat-tweġibiet għad-DSO

Iż-żewġ partijiet ingħataw perjodu ta’ 4 ġimgħat għall-kummenti dwar id-DSO. It-tnejn li huma talbu estensjoni u, billi ma ngħatawx l-estensjoni mid-DĠ Kompetizzjoni, irreferew it-talbiet tagħhom lili. Billi rrikonoxxejt xi wħud mill-argumenti tal-partijiet u kkunsidrajt l-impenji tagħhom rigward iż-żmien tas-seduta orali, estendejt l-iskadenza b’ġimgħatejn. LGE u Philips irrispondew fil-ħin.

3.   Ittra tal-Fatti li tikkonċerna l-individwi li jipparteċipaw fil-laqgħat

Fil-5 ta’ Lulju 2012, wara l-adozzjoni tad-DSO, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet l-oħra kollha dwar il-verżjoni aġġornata ta' ċertu Anness 1 li jidentifika l-individwi li jirrappreżentaw il-gruppi LGE, [l-impriża konġunta Philips/LGE] u Philips fil-kuntatti tagħhom mal-kompetituri kif deskritt fid-DO. L-iskadenza oriġinali biex tingħata tweġiba ta’ ġimgħatejn ġiet estiża b’ġimgħatejn oħra għal Panasonic u MTPD fuq talba tagħhom. Il-partijiet kollha rrispondew fil-ħin.

D.   Seduta Orali Supplimentari

Fit-tweġibiet tagħhom għad-DSO, LGE u Philips talbu seduta orali supplimentari li ffokat fuq l-oġġezzjonijiet modifikati u addizzjonali mressqa kontra dawn iż-żewġ partijiet.

Ftit jiem qabel ma kienet suppost se tiddeċiedi l-Kummissjoni dwar dan il-każ, Toshiba talbet aċċess għar-reġistrazzjoni kif ukoll għas-sottomissjonijiet ta’ MTPD u Panasonic rilevanti għall-kalkolu tal-multa li għandha potenzjalment tiġi imposta fuq MTPD. Barra minn hekk, talbet li tinstema' dwar id-data l-ġdida ta’ meta beda l-allegat ksur li kienet saret taf biha fil-laqgħa dwar is-sitwazzjoni attwali. Inqis dawn it-talbiet li saru kemxejn tard bħala infondati. Ma kien hemm l-ebda evidenza ġdida li fuqha Toshiba għandha d-dritt li tinstema'. Parzjalment, Toshiba qed titlob informazzjoni mill-Kummissjoni, li setgħet tiżgura l-aċċess għaliha hi stess.

E.   Kwistjonijiet rigward l-eżerċizzju ta’ drittijiet proċedurali

Philips u LGE kkritikaw fil-kummenti tagħhom bil-miktub u fil-preżentazzjonijiet orali lill-Kummissjoni, fost l-oħrajn, talli kisret id-drittijiet tagħhom tad-difiża u jakkużawha bi trattament mhux ugwali.

1.   Ksur ta’ drittijiet ta’ difiża

LGE u Philips iddikjaraw li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tagħhom tad-difiża għaliex ma nnotifikatx bid-DO u d-DSO lill-impriża konġunta tagħhom ta' qabel [l-impriża konġunta Philips/LGE]. Din il-kumpanija tal-aħħar akkwistat in-negozji tas-CDT u tas-CPT ta’ LGE u Philips […]. Billi ma ġietx imħarrka, [l-impriża konġunta Philips/LGE] ma kellha l-ebda inċentiv biex tassisti lil LGE u Philips fil-verifika tal-korrettezza tal-fatti użati kontrihom u tressaq ċirkustanzi li jistgħu jeżentawhom mill-ksur allegat jew jikkwalifikaw bħala fatturi mitiganti.

Inqis li t-talba hija infondata għar-raġunijiet li ġejjin.

LGE u Philips ingħataw aċċess għall-fajl u, b’mod partikolari, għat-tweġiba tal-[impriża konġunta Philips/LGE] għat-talbiet tal-Kummissjoni għal informazzjoni. Għalhekk, ingħataw l-opportunità li jivverifikaw l-evidenza li abbażi tagħha saru l-oġġezzjonijiet u li jinvokaw evidenza fil-fajl li ma kinitx konsistenti mal-inferenzi magħmula mill-Kummissjoni. L-ebda waħda miż-żewġ partijiet ma tallega li l-investigazzjoni tal-Kummissjoni ma kinitx kompleta u imparzjali ukoll fir-rigward tal-[impriża konġunta Philips/LGE].

Huwa minnu li l-inċentivi jistgħu jkunu differenti meta destinatarju jwieġeb għad-DO u mhux biss biex jitlob għal informazzjoni. Madankollu, hija r-responsabbiltà tal-impriża u tal-persuni ġuridiċi li jappartjenu għal dik l-impriża li jorganizzaw id-difiża tagħhom kif iqisu xieraq. Għalhekk, LGE, Philips u [l-impriża konġunta Philips/LGE] huma responsabbli li jieħdu l-miżuri xierqa biex jirreaġixxu għad-DO u d-DSO. Mhuwiex fil-kompetenza tal-Kummissjoni li tieħu kwalunkwe passi biex tiffaċilita jew torganizza d-difiża tagħhom, kif jidhru li qed jindikaw iż-żewġ partijiet meta jikkritikaw lill-Kummissjoni talli ma bagħtetx id-DO u d-DSO lill-impriża konġunta tagħhom [l-impriża konġunta Philips/LGE].

Huwa minnu wkoll li [l-impriża konġunta Philips/LGE] ġiet iddikjarata falluta u [l-uffiċjal] tagħha rrifjuta li jassisti lil LGE fid-difiża tagħha meta ntalab jagħmel hekk. Madankollu, dan il-fatt ma jeħlisx lil LGE u Philips mir-responsabbiltà tagħhom u ma jitfax ir-responsabbiltà fuq il-Kummissjoni minflok. Setgħu żguraw għalihom infushom l-aċċess għall-fajls u l-impjegati tal-[impriża konġunta Philips/LGE], pereżempju, permezz ta’ mezzi kuntrattwali waqt it-trasferiment tan-negozji rispettivi tagħhom [l-impriża konġunta Philips/LGE]. Barra minn hekk, l-indirizzar tad-DO u d-DSO [l-impriża konġunta Philips/LGE] ma kienx neċessarjament itejjeb is-sitwazzjoni ta' LGE u Philips. Ir-riċevituri tad-DO u d-DSO mhumiex obbligati li jagħmlu użu mid-drittijiet tagħhom ta’ difiża.

2.   Trattament mhux ugwali

LGE u Philips, barra minn hekk, sottomettew li l-Kummissjoni ddiskriminat kontrihom f’żewġ aspetti. Din allegatament la akkużat ugwalment lill-kumpaniji kollha involuti direttament bil-ksur tal-liġi ssuspettat, u lanqas ħarrket ugwalment kull kumpanija ewlenija li s-sussidjarji tagħha irċevew id-DO jew id-DSO.

Il-Kummissjoni hija obbligata li tittratta lill-partijiet kollha f’sitwazzjonijiet simili bl-istess mod, sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni oġġettiva biex titrattahom b’mod differenti (13). Ir-raġunijiet għaliex ma kienx hemm prosekuzzjoni b'dan il-proċediment ta' ċerti impriżi huma bbażati fuq il-fatti stabbiliti fl-abbozz ta’ deċiżjoni. Sa fejn l-impriżi f’sitwazzjoni simili huma tabilħaqq ttrattati b’mod differenti, it-trattament jidher li kien ġustifikat b'mod xieraq.

F.   Ittra dwar il-kalkolu tal-valur tal-bejgħ

Il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-partijiet kollha fl-24 ta’ Awwissu 2011 li tħabbar li tista’ tuża d-dejta pprovduta minnhom bi tweġiba għal sempliċi talba għal informazzjoni bħala l-bażi biex jiġi kkalkulat il-valur tal-bejgħ għad-determinazzjoni tal-multa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħabbret li jiġi inkluż ċertu bejgħ indirett għaż-ŻEE fil-kalkolu ta’ multa possibbli. Il-partijiet ingħataw ġimgħatejn għall-osservazzjonijiet. Il-Partijiet kollha rrispondew fil-ħin.

Inqis li l-ittra tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Awwissu 2011 meħuda flimkien mat-talba għal informazzjoni ppermettiet lill-Partijiet jifhmu u jikkummentaw dwar il-fatti u l-metodoloġija li l-Kummissjoni biħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-multi. L-ittra indirizzat ukoll, fl-opinjoni tiegħi, l-ilment ta' LGE tas-27 ta’ Lulju 2011 li ma nstemgħetx b'mod xieraq dwar il-kalkolu tal-multa.

L-ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI

Wara li semgħet lill-Partijiet bil-miktub u bil-fomm, il-Kummissjoni rrevediet id-dewmien tal-ksur għal xi partijiet. Bħala riżultat, it-tul tal-parteċipazzjoni diretta ta’ parti minnhom fil-kartell tas-CPT tqassar bi 23 xahar. Barra minn hekk, ir-responsabbiltà għall-parteċipazzjoni ta’ impriża konġunta waħda tnaqqset b’xahrejn fil-kartell tas-CDT u b'10 xhur fil-kartell tas-CPT sabiex jitqies aħjar id-dħul tagħha f’likwidazzjoni.

KUMMENT TAL-GĦELUQ

Skont l-Artikolu 16 tat-Termini ta’ Referenza, jien eżaminajt jekk l-abbozz ta' deċiżjoni jindirizzax biss l-oġġezzjonijiet rigward liema l-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u jien ilħaqt konklużjoni pożittiva.

Kollox ma’ kollox, jien nikkonkludi li l-parteċipanti kollha fil-proċedimenti kienu kapaċi jeżerċitaw effettivament id-drittijiet proċedurali tagħhom f'dan il-każ.

Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.

Michael ALBERS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29 (it-“Termini ta’ Referenza”).

(2)  Partijiet minn dan it-test inbidlu sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni kunfidenzjali ma tinkixifx; Dawk il-partijiet inbidlu b’sommarju mhux kunfidenzjali f’parenteżi kwadri jew huma murija bħala […].

(3)  Chunghwa Picture Tubes Co. Ltd, Chunghwa Picture Tubes (il-Malasja) Sdn. Bhd. u CPTF Optronics Co. Ltd.

(4)  Samsung SDI Co. Ltd., Samsung SDI Germany GmbH u Samsung SDI (il-Malasja) Sdn. Bhd.

(5)  Royal Philips Electronics NV.

(6)  LG Electronics Inc., […].

(7)  Toshiba Corporation u […].

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(10)  Fl-1 ta’ Lulju 2001, LGE u Philips amalgamaw in-negozji CRT rispettivi tagħhom f’impriża konġunta, li kienet immexxija mill-kumpanija [l-impriża konġunta Philips/LGE], li tifforma l-Grupp [l-impriża konġunta Philips/LGE].

(11)  Ara ĠU C 308, 20.10.2011, p. 6, para. 112.

(12)  Ara l-Kawża C-407/08 p Knauf Gips, ECR [2010] I-06375, paragrafu 23 seq.

(13)  Il-Kawża T-24/05, Alliance one International, Inc. ECR [2010] II-05329, paragrafi 157 u 218.


19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/13


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

tal-5 ta’ Diċembru 2012

dwar proċediment taħt l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE

(Każ COMP/39.437 – Tubi tat-televixin u tal-moniters tal-kompjuter)

(notifikata bid-dokument C(2012) 8839)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 303/07

Fil-5 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1), il-Kummissjoni qiegħda hawn tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluż kull piena imposta, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-ħarsien tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Fil-5 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea adottat Deċiżjoni li tirrigwarda żewġ infrazzjonijiet separati tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fis-settur tat-tubi ta' raġġi katodiċi (“CRT”). B'dawn l-infrazzjonijiet id-destinatarji tad-Deċiżjoni ftiehmu fuq il-prezzijiet, l-ishma tas-suq, il-klijenti u l-produzzjoni kif ukoll skambjaw informazzjoni kunfidenzjali u ssorveljaw l-implimentazzjoni ta’ arranġamenti kollużivi.

(2)

Id-Deċiżjoni ġiet indirizzata lill-entitajiet ġuridiċi li ġejjin: Chunghwa Picture Tubes Co., Ltd., Chunghwa Picture Tubes (il-Malasja) Sdn. Bhd., CPTF Optronics Co., Ltd. (“Chunghwa”); Samsung SDI Co., Ltd., Samsung SDI (il-Malasja) Berhad, Samsung SDI il-Ġermanja GmbH (“Samsung SDI”); Koninklijke Philips Electronics NV (“Philips”); LG Electronics, Inc (“LGE”); Panasonic Corporation (“Panasonic”); Toshiba Corporation (“Toshiba”); MT Picture Display Co., Ltd. (“MTPD”); Technicolor SA (“Technicolor”).

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(3)

Il-prodott ikkonċernat, CRT, huwa envelop tal-ħġieġ evakwat li fih electron gun u skrin fluworexxenti. Hemm żewġ tipi differenti ta’ CRTs li kienu koperti rispettivament fiż-żewġ infrazzjonijiet separati: (i) Tubi għall-Istampa bil-Kulur (CDTs) użati f'moniters tal-kompjuter u (ii) Tubi għall-Istampi bil-Kulur (CPTs) li jintużaw f'televixins bil-kulur.

(4)

Mill-bidu tal-2000 it-teknoloġija CRT ġiet sostitwita gradwalment minn tekniki alternattivi bħal skrins LCD u plasma.

2.2.   Proċedura

(5)

Wara l-applikazzjoni għall-immunità ta’ Chunghwa skont it-termini tal-avviż ta’ Klemenza tal-2006, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet f’Novembru 2007. Sussegwentement il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet ta’ klemenza minn Samsung SDI, Panasonic (flimkien ma’ MTPD), Philips u Technicolor. Barra minn hekk, diversi talbiet għall-informazzjoni kienu indirizzati lill-partijiet.

(6)

Fit-23 ta' Novembru 2009, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet. Sessjoni ta' smigħ orali saret bejn is-26 u s-27 ta' Mejju 2010. Fit-2 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ħarġet Ittra tal-Fatti lil Panasonic, MTPD u Toshiba rigward l-influwenza deċiżiva tal-kumpaniji prinċipali fuq MTPD.

(7)

Fl-1 ta’ Ġunju 2012 il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjonijiet Supplimentari ta’ Oġġezzjonijiet indirizzati lil Philips u lil LGE dwar ir-responsabiltà. Fis-6 ta' Settembru 2012 sar smigħ orali ta' dawn il-partijiet. Fil-5 ta’ Lulju 2012 il-Kummissjoni ħarġet Ittra tal-Fatti għad-destinatarji kollha tad-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet tat-23 ta’ Novembru 2009 rigward il-parteċipanti fil-kuntatti tal-kartell mill-grupp Philips, mill-grupp LGE u mill-grupp ta' impriża konġunta Philips/LGE.

(8)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fid-19 ta’ Novembru 2012 u t-3 ta' Diċembru 2012.

2.3.   Sommarju tal-ksur

(9)

B’mod ġenerali, il-kartell tas-CDT dam minn Ottubru 1996 sa Marzu 2006 u l-kartell tas-CPT minn Diċembru 1997 sa Novembru 2006.

(10)

Id-destinatarji tad-Deċiżjoni tal-prezzijiet fissi tal-kartell CDT allokaw ishma tas-suq u klijenti u produzzjoni ristretta. Id-destinatarji tad-Deċiżjoni tal-prezzijiet fissi tal-kartell CPT allokaw ishma tas-suq u produzzjoni ristretta. L-iffissar tal-prezz, it-tqassim tas-suq u restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni kienu wkoll suġġetti għal monitoraġġ regolari fiż-żewġ kartelli u, fil-każ ta’ kartell CDT, fi żminijiet ir-restrizzjonijiet ta' kapaċità kienu wkoll ivverifikati permezz ta’ żjarat fl-impjanti. Id-destinatarji kienu involuti wkoll fi skambji ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva fiż-żewġ kartelli. Fil-kartell CPT id-destinatarji ppruvaw ukoll iżommu d-diskrepanza fil-prezzijiet bejn prodotti identiċi mqegħdin fis-suq fl-Ewropa u fl-Asja.

(11)

Iż-żewġ kartelli kienu organizzati ħafna. Kien hemm laqgħat multilaterali regolari li jinvolvu livelli korporattivi differenti tad-destinatarji sal-livell eżekuttiv. Il-laqgħat multilaterali ġew ikkumplimentati minn laqgħat bilaterali u skambji oħra. Oriġinarjament CDTs u CPTs ġew diskussi bl-istess kuntatti ta’ kartell, iżda malajr feġġet diviżjoni bejn kuntatti tal-kartell CDT u CPT L-iffukar tal-kuntatti tal-kartell evolva maż-żmien wara l-iżvilupp fis-settur pereżempju minħabba li l-enfasi fid-domanda kienet miexja għal CRTs ta' daqs akbar.

(12)

Fil-kartell CDT il-kuntatti tal-kartell seħħew l-aktar fl-Asja filwaqt li fil-kartell CPT kien hemm kuntatti ta’ kartell kemm fl-Asja u kemm fl-Ewropa. Mill-1999 il-kuntatti ta’ kartell CPT bdew jiġu organizzati aktar ta’ spiss anke fl-Ewropa biex jikkumplimentaw laqgħat tal-kartell li kienu bdew fl-Asja. Fil-kartell CPT l-arranġamenti milħuqa f’kuntatti ta’ kartell tal-Asja u tal-Ewropa kienu interkonnessi. Il-laqgħat Ewropej iffukaw b’mod aktar speċifiku fuq l-Ewropa u l-kuntatti ta’ kartell tal-Asja koprew b’mod aktar ċar il-livell dinji. Madankollu, il-kuntatti ta’ kartell dwar l-Ewropa saru b’mod ċar kemm fl-Asja kif ukoll fl-Ewropa.

2.4.   Destinatarji

(13)

L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw, matul il-perjodi indikati, f’kumpless wieħed u kontinwu ta’ ftehimiet u prattiki miftiehma fis-settur ta’ tubi għall-istampa bil-kulur użati fi skrins tal-kompjuter

(a)

Chunghwa Picture Tubes Co., Ltd., Chunghwa Picture Tubes (il-Malasja) Sdn. Bhd., CPTF Optronics Co., Ltd., mill-24 ta’ Ottubru 1996 sal-14 ta’ Marzu 2006;

(b)

Samsung SDI Co., Ltd., Samsung SDI (il-Malasja) Berhad, mit-23 ta' Novembru 1996 sal-14 ta' Marzu 2006;

(c)

Koninklijke Philips Electronics NV, mit-28 ta’ Jannar 1997 sat-30 ta’ Jannar 2006;

(d)

LG Electronics, Inc., mill-24 ta’ Ottubru 1996 sat-30 ta’ Jannar 2006.

(14)

L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw, matul il-perjodi indikati, f’kumpless wieħed u kontinwu ta’ ftehimiet u prattiki miftiehma fis-settur ta’ tubi bi stampa tal-kulur użati għal televixins tal-kulur:

(a)

Chunghwa Picture Tubes Co., Ltd., Chunghwa Picture Tubes (il-Malasja) Sdn. Bhd., CPTF Optronics Co., Ltd., mit-3 ta’ Diċembru 1997 sas-6 ta’ Diċembru 2005;

(b)

Samsung SDI Co., Ltd., Samsung SDI (il-Malasja) Berhad, Samsung SDI il-Ġermanja GmbH mit-3 ta' Diċembru 1997 sal-15 ta' Novembru 2006;

(c)

Panasonic Corporation, mill-15 ta’ Lulju 1999 sat-12 ta’ Ġunju 2006;

(d)

Panasonic Corporation, mis-16 ta’ Mejju 2000 sat-12 ta’ Ġunju 2006;

(e)

MT Picture Display Co., Ltd., mill-1 ta’ April 2003 sat-12 ta’ Ġunju 2006;

(f)

Koninklijke Philips Electronics NV, mill-21 ta’ Settembru 1999 sat-30 ta’ Jannar 2006;

(g)

LG Electronics, Inc., mit-3 ta’ Diċembru 1997 sat-30 ta’ Jannar 2006;

(h)

Technicolor SA, mill-25 ta’ Marzu 1999 sad-19 ta’ Settembru 2005.

2.5.   Rimedji

(15)

Id-Deċiżjoni tapplika għal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-multi (2).

2.5.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(16)

L-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta fuq l-impriżi kkonċernati għandu jiġu stabbiliti b’referenza għall-valur relevanti tal-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi mill-impriżi li l-ksur jirrelatata miegħu fiż-żona ġeografika relevanti taż-ŻEE.

(17)

Għall-fini tal-istabbiliment tal-valur tal-bejgħ f’dan il-każ, il-fatturat taż-ŻEE rilevanti jikkonsisti minn dak il-bejgħ fejn l-ewwel bejgħ “reali” ta’ CDT jew CPT – bħala tali jew integrata fi prodott finali ta’ kompjuter jew ta' televixin tal-kulur – li jkun sar fiż-ŻEE matul il-perjodu tal-ksur. Dan jinkludi kemm bejgħ dirett fiż-ŻEE (jiġifieri CDTs jew CPTs mibjugħa direttament lil klijenti fiż-ŻEE) u bejgħ dirett fiż-ŻEE permezz ta’ prodotti trasformati (jiġifieri CDTs jew CPTs inkorporati fost l-imprizi ta' grupp f''moniter tal-kompjuter jew tat-televixin tal-kulur finali u sussegwentement mibjugħ lil konsumaturi fiż-ŻEE) minn wieħed mid-destinatarji tad-Deċiżjoni jew l-impriża konġunta tagħhom. Bejgħ ta’ CDTs u CPTs lill-klijenti kienu parti minn diskussjonijiet ta’ kartell f’dan il-każ u għalhekk huma inklużi fil-valur tal-bejgħ. Għall-kalkolu ta’ valuri rispettivi ta’ bejgħ, il-valur tas-CDTs u s-CPTs huwa inkluż sakemm prodotti trasformati jinbiegħu mill-kartellist fiż-ŻEE lil klijenti mhux relatati.

(18)

Sabiex tidentifika l-valur rilevanti tal-bejgħ, il-Kummissjoni tieħu kunsiderazzjoni tal-bejgħ ta’ prodotti li kienu kkonsenjati fiż-ŻEE. Permezz ta’ dan, tiġi stabbilita rabta sħiħa maż-ŻEE, u b’hekk tiġi riflessa l-importanza ekonomika tal-ksur fiż-ŻEE.

(19)

F’dan il-każ huwa xieraq li jittieħed il-valur annwali medju tal-bejgħ (ibbażat fuq il-bejgħ reali matul iż-żmien kollu tal-ksur) bħala l-bażi tal-kalkolu tal-‘valur tal-bejgħ’ il-kalkolu, wara li kkunsidra li jkun hemm tnaqqis sinifikanti tal-bejgħ għall-impriżi kollha bejn il-bidu u t-tmiem tal-ksur kif ukoll il-varjazzjoni konsiderevoli tal-valur tal-bejgħ minn sena għall-oħra.

(20)

Meta titqies in-natura tal-ksur, l-ambitu ġeografiku u l-implimentazzjoni tagħhom il-perċentwal tal-ammont varjabbli tal-multa u l-ammont addizzjonali (“il-ħlas tad-dħul”) hu stabbilit għal 19 % tal-valur tal-bejgħ tal-kartell tas-CDT u 18% tal-valur tal-bejgħ għall-kartell tas-CPT għall-impriżi kollha indirizzati.

(21)

LGE pparteċipat direttament u permezz ta’ sussidjarji u Philips permezz ta’ sussidjarji fil-kartelli tas-CPT u CDT sal-aħħar ta’ Ġunju 2001, u minn hemm ’il quddiem it-tnejn li huma komplew jipparteċipaw permezz tal-impriża konġunta Philips/LGE. Panasonic ipparteċipat direttament u permezz ta’ sussidjarji u Toshiba direttament fil-kartell tas-CPT sal-aħħar ta’ Marzu 2003, u minn hemm ’il quddiem it-tnejn li huma komplew jipparteċipaw permezz tal-impriża konġunta MTPD. Konsegwentement, ammonti separati addizzjonali huma imposti biss fuq il-kumpaniji prinċipali tal-proġett konġunt relattiv, Philips, LGE, Panasonic u Toshiba.

(22)

F’dan il-każ, il-Kummissjoni tqis it-tul attwali ta’ parteċipazzjoni fil-ksur tal-impriżi involuti f’dan il-każ fuq tnaqqis kull xahar u bażi pro rata biex tqis b’mod sħiħ it-tul tal-parteċipazzjoni għal kull impriża, li twassal għall-multiplikaturi li ġejjin għal tul ta’ żmien ta’ parteċipazzjoni:

A.   Kartell CDT

(a)

Chunghwa Picture Tubes Co., Ltd., Chunghwa Picture Tubes (il-Malasja) Sdn. Bhd. u CPTF Optronics Co., Ltd. flimkien u separatament – 9.33;

(b)

Samsung SDI Co., Ltd, u Samsung SDI (il-Malasja) Berhad, flimkien u separatament – 9.25;

(c)

Koninklijke Philips Electronics NV, għall-perjodu qabel l-impriża konġunta Philips/LGE – 4.41;

(d)

LG Electronics Inc., għall-perjodu qabel l-impriża konġunta Philips/LGE – 4,66;

(e)

Koninklijke Philips Electronics NV u LG Electronics, Inc, għall-perjodu tal-impriża konġunta Philips/LGE – 4,5.

B.   Kartell CPT

(a)

Chunghwa Picture Tubes Co., Ltd., Chunghwa Picture Tubes (il-Malasja) Sdn. Bhd. u CPTF Optronics Co., Ltd. in solidum – 8;

(b)

Samsung SDI Co., Ltd, u Samsung SDI (il-Malasja) Berhad, in solidum – 8,91;

(c)

Koninklijke Philips Electronics NV, għall-perjodu qabel l-impriża konġunta Philips/LGE – 1,75;

(d)

LG Electronics Inc., għall-perjodu qabel l-impriża konġunta Philips/LGE – 3,5;

(e)

Koninklijke Philips Electronics NV u LG Electronics, Inc, għall-perjodu tal-impriża konġunta Philips/LGE – 4,5;

(f)

Technicolor SA – 6,41;

(g)

Panasonic Corporation, għall-perjodu qabel l-impriża konġunta MTPD – 3,66;

(h)

Toshiba Corporation, għall-perjodu qabel l-impriża konġunta MTPD – 2,83;

(i)

Panasonic Corporation, Toshiba Corporation u MT Picture Display Co., Ltd, għall-perjodu tal-impriża konġunta MTPD – 3,16.

2.5.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

(23)

Ma hemm l-ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f'dan il-każ.

2.5.3.   Żieda speċifika bħala deterrent

(24)

F’dan il-każ, multiplikatur ta’ deterrent tal-multi li għandhom jiġu imposti ta’ 1.1, huwa applikat għal Toshiba, u wieħed ta’ 1.2 huwa applikat għal Panasonic u MTPD.

2.5.4.   L-applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(25)

L-ammonti finali individwali tal-multi huma taħt l-10 % tal-fatturat dinji tal-impriżi indirizzati.

2.5.5.   Applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza tal-2006

(26)

Chunghwa kienet l-ewwel impriża li ppreżentat informazzjoni u evidenza li ssodisfat il-kundizzjonijiet tal-punt 8(a) tal-Avviż ta' Klemenza tal-2006. Il-multa imposta ġiet imnaqqsa b’100 % kemm għall-kartell tas-CDT u kemm għal tas-CPT.

(27)

Jingħata tnaqqis ta’ 40 % lil Samsung SDI tal-multi li kieku kienu jiġu imposti fuqha kemm rigward il-kartell tas-CDT kif ukoll tas-CPT.

(28)

Jingħata tnaqqis ta’ 30 % lil Philips tal-multi li kieku kienu jiġu imposti fuqha kemm rigward il-kartell tas-CDT kif ukoll tas-CPT.

(29)

Jingħata tnaqqis ta’ 10 % lil Technicolor tal-multi li kieku kienu jiġu imposti fuqha rigward il-kartell tas-CPT.

(30)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li Panasonic u MTPD ma kkwalifikawx għal tnaqqis tal-multi.

2.5.6.   Inkapaċità li jsir il-pagament

(31)

Impriża waħda invokat l-inkapaċità tagħha li tħallas taħt il-punt 35 tal-Linji Gwida dwar il-Multi tal-2006. Il-Kummissjoni qieset dawk id-dikjarazzjonijiet u analizzat bir-reqqa s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża kif ukoll il-kuntest soċjali u ekonomiku speċifiku. Bħala riżultat tal-analiżi, il-Kummissjoni talbet tnaqqis tal-multa.

3.   MULTI IMPOSTI MID-DEĊIŻJONI

(32)

Għall-ksur wieħed u kontinwu fir-rigward tas-settur ta’ tubi għall-istampa bil-kulur użati fi skrins tal-kompjuter ġew imposti l-multi li ġejjin:

(a)

Chunghwa Picture Tubes Co., Ltd., Chunghwa Picture Tubes (il-Malasja) Sdn. Bhd., CPTF Optronics Co., Ltd. in solidum: EUR 0

(b)

Samsung SDI Co., Ltd, Samsung SDI (il-Malasja) Berhad, responsabbli in solidum: EUR 69 418 000

(c)

Koninklijke Philips Electronics NV: EUR 73 185 000

(d)

LG Electronics, Inc.: EUR 116 536 000

(e)

Koninklijke Philips Electronics NV u LG Electronics, Inc. responsabbli in solidum: EUR 69 048 000

(33)

Għall-ksur wieħed u kontinwu fir-rigward tas-settur ta’ tubi għall-istampa bil-kulur użati f'televixins bil-kulur ġew imposti l-multi li ġejjin:

(a)

Chunghwa Picture Tubes Co., Ltd., Chunghwa Picture Tubes (il-Malasja) Sdn. Bhd., CPTF Optronics Co., Ltd. in solidum: EUR 0

(b)

Samsung SDI Co., Ltd., Samsung SDI (il-Malasja) Berhad, Samsung SDI il-Ġermanja responsabbli in solidum: EUR 81 424 000

(c)

Koninklijke Philips Electronics NV: EUR 240 171 000

(d)

LG Electronics, Inc.: EUR 179 061 000

(e)

Koninklijke Philips Electronics NV u LG Electronics, Inc. responsabbli in solidum: EUR 322 892 000

(f)

Panasonic Corporation: EUR 157 478 000

(g)

Toshiba Corporation: EUR 28 048 000

(h)

Panasonic Corporation, Toshiba Corporation u MT Picture Display Co., Ltd., responsabbli in solidum: EUR 86 738 000

(i)

Panasonic Corporation, Toshiba Corporation u MT Picture Display Co., Ltd., responsabbli in solidum: EUR 7 885 000

(j)

Technicolor SA: EUR 38 631 000.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/17


Avviż mill-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

2013/C 303/08

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi, il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku javża bil-ħruġ tal-ordni ministerjali tad-9 ta' Awwissu 2013 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taż-żona marina “E” fil-baħar Baleariku.

Fi żmien tliet xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjonijiet, skont ir-regoli fis-seħħ, għall-awtorizzazzjoni għall-prospettar jew ir-riċerka dwar l-idrokarburi likwidi u gassużi fiż-żona identifikata skont il-koordinati ġeografiċi indikati hawn taħt.

Ir-regoli għall-ħruġ tal-awtorizzazzjoni minerarja huma specifikati aħjar fid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

il-Liġi numru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; l-Ordni Ministerjali tal-4 ta’ Marzu 2011 u l-Ordni Direttorjali tat-22 ta’ Marzu 2011.

L-awtorità kompetenti responsabbli mill-ħruġ tal-awtorizzazzjoni minerarja, hija l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku – id-Dipartiment tal-Enerġija – id-Direttorat Ġenerali għar-riżorsi tal-minjieri u tal-enerġija.

L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għall-prospettar jew esplorazzjoni għandhom jintbagħtu permezz ta' posta rreġistrata fl-indirizz li ġej:

Ministero dello sviluppo economico

Dipartimento per l’energia

Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche

Divisione VI

Via Molise 2

00187 Roma RM

ITALIA

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll bil-posta elettronika (PEC) fl-indirizz li ġej ene.rme.div6@pec.sviluppoeconomico.gov.it f'liema każ, id-dokumenti meħtieġa għandhom jiġu ppreżentati f’format elettroniku flimkien mal-firma diġitali ta' rappreżentant legali tal-applikant.

Il-linja ta’ demarkazzjoni taż-żona “E” li fiha huwa possibbli li jsiru applikazzjonijiet ġodda hija definita permezz tal-koordinati ġeografiċi tal-vertiċi elenkati fl-Anness A, li jifforma parti integrali mid-digriet, bl-użu tal-mappa fl-Anness B, u meħuda mill-mappa nawtika nru 432 – “Dal Mar Balearico al Mar Tirreno” tal-Istituto Idrografico della Marina bi skala ta' 1:1 000 000.


ANNESS A

Koordinati taż-“Żona Marina E”

Punt

Lonġitudni Lvant ta' Greenwich

Latitudni Tramuntana

 

1

5°56′,6

41°09′

Intersezzjoni bejn il-linja Italja–Spanja, il-punt A u l-punt B, u l-parallel 41°09′

2

6°00′

41°09′

 

3

6°00′

41°18′

 

4

6°10′

41°18′

 

5

6°10′

41°22′

 

6

6°15′

41°22′

 

7

6°15′

41°25′

 

8

6°20′

41°25′

 

9

6°20′

41°28′

 

10

6°28′

41°28′

 

11

6°28′

41°32′

 

12

6°35′

41°32′

 

13

6°35′

41°35′

 

14

6°39′

41°35′

 

15

6°39′

41°37′

 

16

6°45′

41°37′

 

17

6°45′

41°40′

 

18

6°50′

41°40′

 

19

6°50′

41°42′

 

20

7°08′

41°42′

 

21

7°08′

41°40′

 

22

7°15′

41°40′

 

23

7°15′

41°39′

 

24

7°18′

41°39′

 

25

7°18′

41°37′

 

26

7°25′

41°37′

 

27

7°25′

41°35′

 

28

7°31′

41°35′

 

29

7°31′

41°34′

 

30

7°36′

41°34′

 

31

7°36′

40°05′

 

32

6°16′,68

40°05′

Intersezzjoni bejn il-parallel 40°05′ u l-linja Italja–Spanja, bejn il-punt G u l-punt F

33

6°11′,9

40°21′,5

Il-punt F tal-linja Italja–Spanja

34

6°10′,1

40°27′,3

Il-punt E tal-linja Italja–Spanja

35

6°08′,9

40°31′,7

Il-punt D tal-linja Italja–Spanja

36

6°07′,8

40°35′,7

Il-punt C tal-linja Italja–Spanja

37

5°57′,6

41°06′,5

Il-punt B tal-linja Italja–Spanja


ANNESS B

Tabella tal-“Oganizzazzjoni mill-Ġdid taż-Żona Marina E” – bażi kartografika: Meħuda mill-Mappa tan-Navigazzjoni nru 432 “Dal Mar Balearico al Mar Tirreno” tal-Istituto Idrografico della Marina

Image


19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/21


Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

2013/C 303/09

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku waslitlu applikazzjoni mingħand Global Petroleum Limited għal awtorizzazzjoni għall-ipprospettar ta' idrokarburi, bir-referenza “d 82 F.R-.GP”, għal żona li tinsab fiż-Żona F (il-Baħar Adrijatiku), imdawra mill-arki tal-meridjani u l-paralleli, li l-ponot tagħhom tagħtihom din id-dejta ġeografika:

Il-ponot

Dejta ġeografika

Lonġitudini fil-Lvant ta' Greenwich

Latitudni Tramuntana

a

17°17′

41°54′

b

L-intersezzjoni bejn il-parallel 41°54′ u l-fruntiera taż-żona F

c

L-intersezzjoni bejn il-fruntiera taż-żona F u l-meridjan 17°27′

d

17°27′

41°36′

e

17°36′

41°36′

f

17°36′

41°30′

g

17°17′

41°30′

Mill-punt “b” sal-punt “c”, il-fruntieri tal-applikazzjoni huma l-istess bħall-fruntiera taż-żona F

Id-dejta ġeografika hawn mogħtija nstabet skont il-Folja 921 tal-mappa nawtika tal-kosta tal-Italja li ħareġ l-“Istituto Idrografico della Marina Militare” (l-Istitut Idrografiku tal-Flotta Militari) bi skala ta' 1:250 000.

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-fruntieri, l-erja tal-wiċċ hija 745,70 km2.

F'konformità mad-Direttiva msemmija hawn fuq; l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku ppubblika avviż li jippermetti lill-awtoritajiet interessati li jressqu applikazzjonijiet għall-permessi ta' riċerka ta' idrokarburi f'kompetizzjoni kummerċjali fl-istess żona mdawra skont il-punti u d-dejta ġeografika msemmija hawn fuq.

L-awtorità responsabbli mill-ħruġ ta' awtorizzazzjoni kkonċernata ta' riċerka, u l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku – id-Dipartiment għall-Enerġija – id-Direttorat Ġenerali għar-riżorsi minerali u l-enerġija – it-Taqsima VI.

Ir-regoli għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni minerarja huma specifikati f'dawn id-dispożizzjonijiet:

il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011.

L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu sa mhux aktar tard minn 3 xhur minn meta jiġi ppubblikat dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu meta jiskadi dan il-perjodu ma jitqisux.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu f'dan l-indirizz:

Ministero dello sviluppo economico

Dipartimento per l’energia

Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche

Divisione VI

Via Molise 2

00187 Roma RM

ITALIA

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll b'email f'dan l-indirizz: “ene.rme.div6@pec.sviluppoeconomico.gov.it” u fih jinhemżu d-dokumenti meħtieġa f'format elettroniku u l-firma diġitali tar-rappreżentant legali tal-applikant.

Għall-finijiet tal-Punt 2 tal-Anness A tad-Digriet Nru 22 tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tat-22 ta' Diċembru 2010, il-proċedura unika għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' riċerka ma għandhiex ittul aktar minn 180 jum.


19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/23


Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

2013/C 303/10

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku waslitlu applikazzjoni mingħand Global Petroleum Limited għal awtorizzazzjoni għall-ipprospettar ta' idrokarburi, bir-referenza “d 83 F.R-.GP”, għal żona li tinsab fiż-Żona F (il-Baħar Adrijatiku), imdawra mill-arki tal-meridjani u l-paralleli, li l-ponot tagħhom tagħtihom din id-dejta ġeografika:

Il-ponot

Dejta ġeografika

Lonġitudini fil-Lvant ta' Greenwich

Latitudni Tramuntana

a

L-intersezzjoni bejn il-meridjan 18°00′ u l-fruntiera taż-żona F

b

L-intersezzjoni bejn il-fruntiera taż-żona F u l-meridjan 18°13′

c

18°13′

41°28′

d

18°16′

41°28′

e

18°16′

41°26′

f

18°19′

41°26′

g

18°19′

41°23′

h

18°22′

41°23′

i

18°22′

41°15′

l

18°12′

41°15′

m

18°12′

41°17′

n

18°09′

41°17′

o

18°09′

41°19′

p

18°07′

41°19′

q

18°07′

41°20′

r

18°04′

41°20′

s

18°04′

41°22′

t

18°00′

41°22′

Mill-punt “a” sal-punt “b”, il-fruntieri tal-applikazzjoni huma l-istess bħall-fruntiera taż-żona F

Id-dejta ġeografika hawn mogħtija nstabet skont il-Folja 921 tal-mappa nawtika tal-kosta tal-Italja li ħareġ l-“Istituto Idrografico della Marina Militare” (l-Istitut Idrografiku tal-Flotta Militari) bi skala ta' 1:250 000.

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-fruntieri, l-erja tal-wiċċ hija 745,30 km2.

F'konformità mad-Direttiva msemmija hawn fuq; l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku ppubblika avviż li jippermetti lill-awtoritajiet interessati li jressqu applikazzjonijiet għall-permessi ta' riċerka ta' idrokarburi f'kompetizzjoni kummerċjali fl-istess żona mdawra skont il-punti u d-dejta ġeografika msemmija hawn fuq.

L-awtorità responsabbli mill-ħruġ ta' awtorizzazzjoni kkonċernata ta' riċerka, u l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku – id-Dipartiment għall-Enerġija – id-Direttorat Ġenerali għar-riżorsi minerali u l-enerġija – it-Taqsima VI.

Ir-regoli għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni minerarja huma specifikati f'dawn id-dispożizzjonijiet:

il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011.

L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu sa mhux aktar tard minn 3 xhur minn meta jiġi ppubblikat dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu meta jiskadi dan il-perjodu ma jitqisux.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu f'dan l-indirizz:

Ministero dello sviluppo economico

Dipartimento per l’energia

Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche

Divisione VI

Via Molise 2

00187 Roma RM

ITALIA

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll b'email f'dan l-indirizz: “ene.rme.div6@pec.sviluppoeconomico.gov.it” u fih jinhemżu d-dokumenti meħtieġa f'format elettroniku u l-firma diġitali tar-rappreżentant legali tal-applikant.


19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/25


Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, il-Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta' idrokarburi

2013/C 303/11

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku waslitlu applikazzjoni mingħand Petroceltic Italia Srl ed Edison SpA għal awtorizzazzjoni għall-ipprospettar ta' idrokarburi, bir-referenza “d 84 F.R-.EL”, għal żona li tinsab fiż-Żona F (il-Baħar Adrijatiku u l-Kanal ta' Otranto), imdawra mill-arki tal-meridjani u l-paralleli, li l-ponot tagħhom tagħtihom din id-dejta ġeografika:

Il-ponot

Dejta ġeografika

Lonġitudini fil-Lvant ta' Greenwich

Latitudni Tramuntana

a

18°42′

39°49′

b

18°53′

39°49′

c

18°53′

39°46′

d

18°54′

39°46′

e

18°54′

39°45′

f

L-intersezzjoni bejn il-parallel 39°45′ u l-fruntiera taż-żona F

g

L-intersezzjoni bejn il-fruntiera taż-żona F u l-parallel 39°29′

h

18°49′

39°29′

i

18°49′

39°30′

l

18°40′

39°30′

m

18°40′

39°43′

n

18°41′

39°43′

o

18°41′

39°44′

p

18°42′

39°44′

Mill-punt “f” sal-punt “g”, il-fruntieri tal-applikazzjoni huma l-istess bħall-fruntiera taż-żona F

Id-dejta ġeografika hawn mogħtija nstabet skont il-Folja 920 tal-mappa nawtika tal-kosta tal-Italja li ħareġ l-“Istituto Idrografico della Marina Militare” (l-Istitut Idrografiku tal-Flotta Militari) bi skala ta' 1:250 000.

Abbażi ta' din id-deskrizzjoni tal-fruntieri, l-erja tal-wiċċ hija 729,20 km2.

F'konformità mad-Direttiva msemmija hawn fuq; l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku ppubblika avviż li jippermetti lill-awtoritajiet interessati li jressqu applikazzjonijiet għall-permessi ta' riċerka ta' idrokarburi f'kompetizzjoni kummerċjali fl-istess żona mdawra skont il-punti u d-dejta ġeografika msemmija hawn fuq.

L-awtorità responsabbli mill-ħruġ ta' awtorizzazzjoni kkonċernata ta' riċerka, u l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku – id-Dipartiment għall-Enerġija – id-Direttorat Ġenerali għar-riżorsi minerali u l-enerġija – it-Taqsima VI.

Ir-regoli għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni minerarja huma specifikati f'dawn id-dispożizzjonijiet:

il-Liġi Nru 613 tal-21 ta' Lulju 1967; il-Liġi Nru 9 tad-9 ta' Jannar 1991; id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta' Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta' Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta' Marzu 2011.

L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu sa mhux aktar tard minn 3 xhur minn meta jiġi ppubblikat dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu meta jiskadi dan il-perjodu ma jitqisux.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu f'dan l-indirizz:

Ministero dello sviluppo economico

Dipartimento per l’energia

Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche

Divisione VI

Via Molise 2

00187 Roma RM

ITALIA

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll b'email f'dan l-indirizz: “ene.rme.div6@pec.sviluppoeconomico.gov.it” u fih jinhemżu d-dokumenti meħtieġa f'format elettroniku u l-firma diġitali tar-rappreżentant legali tal-applikant.

Għall-finijiet tal-Punt 2 tal-Anness A tad-Digriet Nru 22 tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tat-22 ta' Diċembru 2010, il-proċedura unika għall-ħruġ ta' awtorizzazzjoni ta' riċerka ma għandhiex ittul aktar minn 180 jum.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7020 – LVMH/Loro Piana)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 303/12

1.

Fil-11 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża LVMH Moët Hennessy – Louis Vuitton SA (LVMH, Franza), ikkontrollata mill-Grupp Arnault SAS, takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Loro Piana SpA (Loro Piana, l-Italja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal LVMH: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti ta' lussu (inbejjed u spirti; prodotti tad-ditta u tal-ġila, inklużi aċċessorji; fwejjaħ u kosmetiċi; arloġġi u ġojjelli; bejgħ bl-imnut selettiv kif ukoll l-industrja ta' jottijiet tal-lussu). LVMH hija kkontrollata minn Groupe Arnault, li jikkontrolla wkoll Christian Dior Couture,

għal Loro Piana: il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tad-ditta ta' lussu, prodotti tal-ġilda, aċċessorji, żraben, kif ukoll tessuti, drappijiet, ħajt għall-prodotti tal-moda u drappijiet għat-tiżjin tal-intern.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7020 – LVMH/Loro Piana, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

19.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/28


Notifika dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE

Talba mingħand entità kontraenti

2013/C 303/13

Fl-1 ta' Ottubru 2013 il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali. L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba hija t-2 ta' Ottubru 2013.

Din it-talba, li saret minn Österreichische Post AG, tirrigwarda servizzi postali kif ukoll servizzi oħra kif issir referenza għalihom fl-Artikolu 6(2)(b) u (c) tad-Direttiva 2004/17/KE fl-Awstrija. L-Artikolu 30 imsemmi jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività kkonċernata hi esposta direttament għal kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex limitat. L-evalwazzjoni ta' dawn il-kundizzjonijiet issir biss fil-qafas tad-Direttiva 2004/17/KE u ma taffettwax l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha żmien stipulat ta' tliet xhur, li jibda jgħodd mill-jum ta' ħidma msemmi hawn fuq, għat-teħid ta' deċiżjoni rigward din it-talba. Il-perjodu għalhekk jiskadi fit-2 ta' Jannar 2014.

Dan iż-żmien stipulat jista', eventwalment, jitwal bi tliet xhur. Kull estensjoni bħal din għandha tiġi ppubblikata.

Skont l-Artikolu 30(6), it-tieni subparagrafu, talbiet ġodda rigward is-servizzi postali kif ukoll servizzi oħra fl-Awstrija li jitressqu qabel l-iskadenza tal-perjodu previst għat-talba preżenti, ma jitqisux bħala proċedimenti ġodda iżda jkunu trattati fil-qafas ta’ din it-talba.