ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.279.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 279

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
27 ta' Settembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 279/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2013/C 279/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6607 – US Airways/American Airlines) ( 1 )

6

2013/C 279/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7025 – Oiltanking/Macquarie/Chemoil Storage) ( 1 )

6

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 279/04

Rata tal-kambju tal-euro

7

2013/C 279/05

Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali – Id-Deċiżjoni Nru S9 tal-20 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri ta' rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ( 2 )

8

2013/C 279/06

Id-Deċiżjoni Nru R1 tal-20 ta’ Ġunju 2013 li tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 85 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 ( 2 )

11

2013/C 279/07

Ir-Rakkomandazzjoni Nru H1 tad-19 ta’ Ġunju 2013 li tikkonċerna s-sentenza Gottardo, li skontha l-vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini proprji ta’ Stat skont konvenzjoni bilaterali dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż mhux membru jridu jingħataw ukoll lill-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra ( 2 )

13

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 279/08

Pubblikazzjoni tal-lista tal-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea

15

2013/C 279/09

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

18

2013/C 279/10

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 279/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

31.7.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.24895 (11/NN)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Public investment in wind power development projects

Il-bażi legali

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

Carbon Trust — CTEL

L-għan

Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju

L-estimi

Baġit globali: GBP 10 (f'miljuni)

L-intensità

51 % (u parzjalment ma tikkostitwixxix għajnuna)

It-tul ta' żmien

mis-17.3.2008

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' elettriku

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

UK Department for Environment, Food and Rural Affairs (DEFRA)

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

2.5.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.31006 (13/N)

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

State compensations to bpost for the delivery of public services over 2013-2015

Il-bażi legali

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

bpost

L-għan

Servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 900 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 300 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.1.2013-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet oħra postali u ta' kurjer

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

6.3.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34650 (12/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Galicia

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayuda a Alcoa para ahorro energético

Il-bażi legali

Estatuto de Autonomía of Galicia and the cooperation agreement to be concluded between the Government of Galicia and Alcoa Inespal, SA

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

Alcoa Inespal, SA

L-għan

Iffrankar ta' Enerġija, Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 0,85 (f'miljuni)

L-intensità

60 %

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' aluminju

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Consellería de Economía e Industria de la Xunta de Galicia

Edificio Administrativo San Caetano, s/n, bloque 5 — planta 4a

15781 Santiago de Compostela

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

31.7.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35205 (13/N)

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Sardegna

Artikolu 107(3)(c)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aiuto alla ristrutturazione concesso ad Abbanoa SpA

Il-bażi legali

Legge Regionale n. 3/2009, articolo 7, comma 12, lettera b; Legge Regionale n. 12/2011, articolo 6; Legge Regionale n. 6/2012, articolo 4, comma 32; Delibera della Giunta Regionale n. 32/91 del 24 luglio 2012

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

Società di gestione del servizio idrico Integrato della Sardegna Abbanoa SpA

L-għan

Sunkumus patiriančių įmonių restruktūrizavimas

Il-forma tal-għajnuna

Provvista ta' kapital ta' riskju, Garanzija

L-estimi

Baġit globali: EUR 229 (f'miljuni)

L-intensità

83 %

It-tul ta' żmien

1.10.2013-1.12.2017

Setturi ekonomiċi

Provvista tal-ilma; sistema ta' drenaġġi, immaniġġar tal-iskart u attivitajiet ta' rimedjazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Direzione generale dei lavori pubblici

V.le Trento 69

09123 Cagliari CA

ITALIA

Direzione generale agenzia regionale del distretto idrografico della Sardegna

Via Mameli 88 (1o piano)

09123 Cagliari CA

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

3.6.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35586 (12/N)

Stat Membru

L-Isvezja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Skattefrihet för vissa biobränslen vid användning som bränsle för uppvärmning

Il-bażi legali

7 kap. 3-4 §§ lagen (1994:1776) om skatt på energi

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Tnaqqis fir-rata tat-taxxa

L-estimi

 

Baġit globali: SEK 990 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: SEK 165 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2018

Setturi ekonomiċi

Provvista ta' elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Skatteverket

SE-771 83 Ludvika

SVERIGE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


27.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6607 – US Airways/American Airlines)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 279/02

Fil-5 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6607. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


27.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7025 – Oiltanking/Macquarie/Chemoil Storage)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 279/03

Fit-23 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7025. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

27.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-26 ta’ Settembru 2013

2013/C 279/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3499

JPY

Yen Ġappuniż

133,41

DKK

Krona Daniża

7,4577

GBP

Lira Sterlina

0,84180

SEK

Krona Żvediża

8,6554

CHF

Frank Żvizzeru

1,2288

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0625

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,809

HUF

Forint Ungeriż

299,87

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7028

PLN

Zloty Pollakk

4,2280

RON

Leu Rumen

4,4660

TRY

Lira Turka

2,7210

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4390

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3909

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4673

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6266

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6947

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 454,27

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,4725

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2622

HRK

Kuna Kroata

7,6130

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 174,79

MYR

Ringgit Malażjan

4,3391

PHP

Peso Filippin

58,497

RUB

Rouble Russu

43,4502

THB

Baht Tajlandiż

42,130

BRL

Real Brażiljan

3,0034

MXN

Peso Messikan

17,5347

INR

Rupi Indjan

83,8000


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


27.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/8


IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

ID-DEĊIŻJONI Nru S9

tal-20 ta' Ġunju 2013

dwar proċeduri ta' rifużjoni għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2013/C 279/05

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali (1), li skontu l-Kummissjoni Amministrattiva għandha r-responsabbiltà li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi jew il-mistoqsijiet dwar l-interpretazzjoni kollha li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Wara li kkunsidrat l-Artikoli 66 u 68 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Billi:

(1)

L-ispiża tal-benefiċċji mhux fi flus mogħtija mill-istituzzjoni ta’ Stat Membru wieħed f’isem istituzzjoni ta’ Stat Membru ieħor, għandha titħallas kollha lura.

(2)

Ir-rifużjonijiet bejn l-istituzzjonijiet, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, għandhom jitwettqu b’mod rapidu u effiċjenti biex tiġi evitata akkumulazzjoni ta’ pretensjonijiet li jibqgħu pendenti għal perjodi itwal ta’ żmien.

(3)

L-akkumulazzjoni tat-talbiet tista’ tipperikola l-funzjonament effiċjenti tas-sistema tal-Unjoni u thedded id-dritt tal-individwi.

(4)

Il-Kummissjoni Amministrattiva fid-Deċiżjoni Nru S1 iddeċidiet li l-istituzzjoni tal-post ta’ żjara għandha tiġi rimborżata għall-ispiża tal-kura tas-saħħa pprovduta fuq il-bażi ta’ Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea valida.

(5)

Ftehim komuni dwar l-aħjar prassi jikkontribwixxi għal ħlas ta’ rifużjonijiet b’mod rapidu u effiċjenti bejn l-istituzzjonijiet,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

A.   Rimborż fuq il-bażi tal-infiq reali (l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009)

Artikolu 1

L-istituzzjoni li titlob rifużjoni bbażata fuq l-infiq reali għandha tintroduċi t-talba sa mhux aktar tard mill-iskadenza msemmija fl-Artikolu 67(1) Regolament (KE) Nru 987/2009 (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament tal-Implimentazzjoni”). L-istituzzjoni li tirċievi t-talba għandha tiżgura l-ħlas tat-talba fiż-żmien previst fl-Artikolu 67(5) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni, iżda qabel dan il-limitu taż-żmien hekk kif tkun f’pożizzjoni li tagħmel dan.

Artikolu 2

1.   Talbiet għal rifużjoni ta' benefiċċji, li jkunu ġew ipprovduti abbażi tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC), dokument li jissostitwixxi l-EHIC jew kwalunkwe dokument ieħor li jagħti d-dritt, jistgħu jiġu miċħuda u t-talba mibgħuta lura lill-istituzzjoni kreditriċi fil-każ li t-talba, pereżempju:

ma tkunx kompluta u/jew tkun imtliet b’mod ħażin,

tkun tikkonċerna benefiċċji li ma jkunux ingħataw fil-perjodu ta’ validità tal-EHIC jew tad-dokument li jagħti d-dritt użat mir-riċevitur tal-benefiċċji.

2.   Talba ma tistax tiġi miċħuda fuq il-bażi li l-persuna ma tkunx għadha assikurata mal-istituzzjoni, li tkun ħarġet l-EHIC jew id-dokument li jagħti d-dritt, sakemm il-benefiċċji kienu mogħtija lill-benefiċjarju fil-perjodu ta’ validità tad-dokument użat.

3.   Istituzzjoni li hija obbligata li tħallas lura l-ispejjeż ta' benefiċċji pprovduti abbażi tal-EHIC tista' titlob li l-istituzzjoni li magħha l-persuna kienet ġustament reġistrata fil-ħin tal-għoti tal-benefiċċji tagħti lura l-ispejjeż ta' dawk il-benefiċċji lill-ewwel istituzzjoni, jew jekk il-persuna ma kinitx intitolata li tuża l-EHIC, issolvi l-kwistjoni mal-persuna kkonċernata.

Artikolu 3

Talba ma tistax tiġi riveduta mill-istituzzjoni debitriċi fir-rigward tal-konformità tagħha mal-Artikoli 19 u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta l-abbuż kif iċċarat skont il-ġurisprudenza mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (3). L-istituzzjoni debitriċi hija għaldaqstant obbligata li taċċetta l-informazzjoni li fuqha hija bbażata t-talba u li tħallas lura t-talba. Fil-każ li jkun hemm suspett ta’ abbuż, l-istituzzjoni debitriċi tista’ għal raġunijiet rilevanti tiċħad it-talba kif stipulat skont l-Artikolu 67(5) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni.

Artikolu 4

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-punti 2 u 3, jekk l-istituzzjoni debitriċi tesprimi dubji dwar l-eżattezza tal-fatti, li fuqhom it-talba hija bbażata, huwa f'idejn l-istituzzjoni kreditriċi li terġa' tikkunsidra jekk it-talba kinetx maħruġa kif suppost u, jekk xieraq, jekk għandhiex tirtira jew terġa' tikkunsidra t-talba.

Artikolu 5

Talba li tiġi introdotta wara l-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 67(1) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata.

B.   Rimborż fuq il-bażi ta’ ammonti fissi (l-Artikolu 63 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni)

Artikolu 6

L-inventarju pprovdut fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru debitur sal-aħħar tas-sena wara s-sena ta’ referenza, u l-pretensjonijiet ibbażati fuq dan l-inventarju għandhom jiġu introdotti fl-istess entità kemm jista’ jkun malajr wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-ammonti fissi annwali għal kull persuna, iżda fil-limitu ta’ żmien previst fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni.

Artikolu 7

L-istituzzjoni kreditriċi għandha tippreżenta kull meta jkun possibbli t-talbiet li jikkonċernaw is-sena kalendarja partikolari fl-istess okkażjoni lill-istituzzjoni debitriċi.

Artikolu 8

L-istituzzjoni debitriċi li tirċievi talba għal rifużjoni fuq il-bażi ta’ ammonti fissi għandha tiżgura l-ħlas tat-talba fiż-żmien previst mill-Artikolu 67(5) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni, iżda qabel dan il-limitu taż-żmien malli din tkun f’pożizzjoni li tagħmel dan.

Artikolu 9

Talba li tiġi introdotta wara l-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata.

Artikolu 10

Talba għal rifużjoni abbażi ta' ammonti fissi tista' tiġi miċħuda u mibgħuta lura lill-istituzzjoni kreditriċi fil-każ li t-talba, pereżempju:

ma tkunx kompluta u/jew tkun imtliet b’mod ħażin,

tirreferi għal perjodu ta’ żmien li ma jkunx kopert mir-reġistrazzjoni fuq il-bażi ta’ dokument validu li jagħti d-dritt.

Artikolu 11

Jekk l-istituzzjoni debitriċi tesprimi dubji dwar l-eżattezza tal-fatti li fuqhom it-talba hija bbażata, huwa f'idejn l-istituzzjoni kreditriċi li terġa' tikkunsidra jekk il-fattura kinetx maħruġa kif suppost u, jekk xieraq, jekk għandhiex tirtira jew terġa' tikkunsidra t-talba.

C.   Riżoluzzjoni ta' talbiet (l-Artikolu 67 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni)

Artikolu 12

1.   F’konformità mal-Artikolu 67(5) tar-Regolament ta' Implementazzjoni, l-ebda talba ma tista’ tkun ikkontestata wara 18-il xahar minn tmiem ix-xahar li matulu dawn ġew introdotti lill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru debitur.

2.   Fejn il-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru kreditur ma jkunx wieġeb u ma jkunx issottometta l-evidenza mitluba fi żmien 12-il xahar minn tmiem ix-xahar li matulu l-kontestazzjoni tkun waslet għand il-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru kreditur, il-kontestazzjoni għandha titqies bħala aċċettata mill-Istat Membru kreditur u t-talba jew il-partijiet rilevanti tagħha għandhom ikunu definittivament miċħuda.

D.   Ħlasijiet parzjali u mgħax minn ħlasijiet tardivi (l-Artikolu 68 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni)

Artikolu 13

Fil-każ li jsir ħlas parzjali skont l-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Implimentazzjoni, l-ammont tal-ħlas parzjali għandu jkun iddeterminat separatament għal talbiet ibbażati fuq l-infiq reali (l-Artikolu 67(1) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni) u talbiet ibbażati fuq ammonti fissi (l-Artikolu 67(2) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni).

Artikolu 14

1.   Il-ħlas parzjali skont l-Artikolu 68(1) tar-Regolament ta' Implementazzjoni għandu jirrappreżenta tal-anqas 90 % tal-ammont totali tat-talba inizjali magħmula mill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru kreditur.

2.   Jekk l-Istat Membru kreditur għamel dikjarazzjoni ġenerali li jaċċetta ħlasijiet parzjali, tali pagamenti se jitqiesu awtomatikament aċċettati. Il-Bord ta' Verifika għandu jħejji lista tal-Istati Membri li ddikjaraw li huma jaċċettaw il-ħlasijiet parzjali.

3.   L-Istati Membri li ma ddikjarawx li huma aċċettaw il-ħlasijiet parzjali ġeneralment għandhom iwieġbu għal offerti speċifiċi ta’ ħlas parzjali fi żmien sitt xhur, mit-tmiem tax-xahar li fih ġiet introdotta t-talba. Fin-nuqqas ta’ tweġiba fi żmien l-iskadenzi stabbiliti, il-ħlas parzjali se jkun ikkunsidrat bħala aċċettat u għandu jiġi eżegwit.

Artikolu 15

1.   Fir-riżoluzzjoni ta’ talba li għaliha sar il-ħlas parzjali, id-debitur għandu jkun marbut biss biex iħallas id-differenza bejn l-ammont finali tat-talba u l-ħlas parzjali.

2.   Jekk l-ammont tat-talba huwa anqas mill-kontenut tal-ħlas parzjali ddeterminat abbażi tal-ammont oriġinali tat-talba, l-Istat Membru għandu jew:

(a)

iħallas lura l-ammont f'eċċess lill-Istat Membru debitur. Tali tranżizzjoni tar-riżoluzzjoni għandha titwettaq mill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru kreditur mingħajr l-ebda dewmien, u mhux aktar tard minn sitt xhur wara tmiem ix-xahar li matulu l-ammont tat-talba kien stabbilit, jew

(b)

jiftiehem mal-Istat Membru debitur biex jirkupra l-ammont żejjed permezz ta’ tpaċija tat-talba ta' wara. L-att tar-riżoluzzjoni għandu jidentifika ċarament l-ammont żejjed irkuprat permezz tat-talba ta' wara.

3.   L-imgħax maħluq mill-ħlas parzjali mhux se jnaqqas id-dejn tal-Istat Membru debitur u għandu jibqa' bħala assi tal-Istat Membru kreditur.

Artikolu 16

1.   L-interessi fuq il-ħlas tardiv mitluba skont l-Artikolu 68(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni għandhom jiġu kkalkulati abbażi tax-xhur skont il-formula li ġejja:

Formula

Fejn:

I tirrappreżenta l-imgħax fuq ħlas tardiv,

PV (“valur preżenti”) jirrappreżenta l-valur ta’ ħlas tardiv; il-valur li qed jiġi stabbilit bħala l-ammont tat-talba pendenti li ma ġiex miftiehem fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 67(5) u 67(6) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni u li ma kienx kopert mill-ħlas parzjali skont l-Artikolu 68(1) tar-Regolament ta' Implemintazzjoni. Il-valur attwali għandu jinkludi biss it-talba jew il-partijiet tagħha, li ġew irikonoxxuti reċiprokament mid-debitur u l-Istati Membri kredituri bħala validi, anke jekk it-talba kollha jew parti minnha kienu soġġetti għal proċedura ta' kontestazzjoni.

i tirrappreżenta r-rata tal-imgħax annwali stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, li kienet fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar meta l-ħlas kien dovut.

n tirrappreżenta l-perjodu (xhur) li jibda bl-ewwel xahar wara li l-iskadenzi speċifikati fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament ta' Implementazzjoni jkunu għaddew, u jkompli sa u jinkludi x-xahar ta’ qabel ix-xahar li matulu l-ħlas kien irċevut. Skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-perjodu m'għandux jiġi interrott fil-kors tal-proċedura.

2.   It-talba għall-imgħax fuq il-ħlas tardiv għandu jiġu introdott mill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru kreditur lill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru debitur fi żmien sitt xhur wara x-xahar li matulu sar il-ħlas tardiv.

3.   Mhux se tiġi kkunsidrata t-talba għall-interessi fuq ħlasijiet tardivi introdotti wara l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 2.

Artikolu 17

1.   L-imgħax fuq il-ħlas tardiv għandu jitħallas lill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru kreditur fi żmien tnax-il xahar minn tmiem ix-xahar li matulu ġiet introdotta t-talba lill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru debitur.

2.   Kull meta jkun mitlub minn wieħed mill-partijiet, il-Bord ta' Verifika għandu jiffaċilita l-għeluq finali tal-kontijiet fejn riżoluzzjoni tat-talba għall-imgħax fuq ħlasijiet tardivi ma ntlaħqitx fi ħdan il-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 1. L-opinjoni motivata tal-Bord ta’ Verifika għandha tingħata fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni kienet irriferuta lilha.

E.   Dispożizzjonijiet mixxellanji

Artikolu 18

1.   Għall-iskop tal-ħlasijiet msemmija fid-Deċiżjoni, id-data tal-ħlas hija id-data tal-valur tat-tranżazzjoni kif introdotta mill-istituzzjoni bankarja tal-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru kreditur.

2.   Il-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru debitur għandu jinnotifika l-wasla ta' talba introdotta fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba. In-notifika għandha tispeċifika d-data ta' meta waslet it-talba.

3.   Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi ta’ kollegament tagħhom, jistgħu jirrinunzjaw jew jipprovdu għal metodi oħra tar-riżoluzzjoni għall-punti koperti minn din id-Deċiżjoni.

4.   L-opinjoni tal-Bord ta’ Verifika, mogħtija skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni, tista' tirrinunzja jew tipprovdi għal metodi oħra ta’ riżoluzzjoni għall-punti koperti minn din id-Deċiżjoni, b’kont meħud tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri.

F.   Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 19

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li hemm kooperazzjoni tajba bejniethom u jaġixxu daqslikieku qegħdin jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tagħhom stess.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Se tapplika mill-ewwel jum wara l-pubblikazzjoni għat-talbiet kollha għar-rimborż abbażi tan-nefqa attwali rreġistrata fil-kontijiet tal-Istat Membru kreditur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u għat-talbiet kollha għal rimborż abbażi tal-ammonti fissi ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

3.   Din id-Deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni Nru S4 tat-2 ta’ Ottubru 2009.

4.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-Artikoli 12(2) u 18(2) japplikaw għat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 2 li ġew introdotti lill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru debitur wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Anne McMANUS


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  Is-Sentenza tat-12 ta' April 2005 fil-każ C-145/03 “Heirs of Annette Keller v Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) and Instituto Nacional de Gestión Sanitaria (Ingesa)”, Ġabra tal-Ġurisprudenza 2005 Paġna I-02529.


27.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/11


ID-DEĊIŻJONI Nru R1

tal-20 ta’ Ġunju 2013

li tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 85 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2013/C 279/06

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1), li skontu l-Kummissjoni Amministrattiva għandha r-responsabbiltà li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi jew il-mistoqsijiet dwar l-interpretazzjoni kollha li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 84(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 80(1) u 85(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu III tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 dwar l-irkupru ta’ benefiċċji u kontribuzzjonijiet kienet ibbażata oriġinalment fuq id-dispożizzjonijiet tal-UE relatati mal-irkupru applikabbli fil-qasam tat-taxxa, jiġifieri d-Direttiva 76/308/KEE (3), sussegwentement sostitwita bid-Direttiva 2008/55/KE (4).

(2)

Matul id-diskussjonijiet fil-Kummissjoni Amministrattiva tqajmet il-mistoqsija jekk l-ispejjeż relatati mal-irkupru mill-parti rikjesta, li ma setgħux jiġu rkuprati mingħand il-persuna kkonċernata, għandhomx jiġu rimborżati mill-parti applikanti.

(3)

Skont l-Artikolu 84(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, id-deċiżjonijiet infurzabbli tal-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi dwar il-ġbir ta' kontributi, interessi u kull imposta oħra, jew dwar l-irkupru ta' benefiċċji mogħtija meta dawn ma kellhomx jingħataw skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru wieħed, għandhom ikunu rikonoxxuti u infurzati fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti fi Stat Membru ieħor fil-limiti u skont il-proċeduri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni u skont xi proċeduri oħra applikabbli għal deċiżjonijiet simili tat-tieni Stat Membru.

(4)

Wara l-adozzjoni reċenti tad-Direttiva 2010/24/UE (5) (dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma' taxxi, dazji u miżuri oħra) li tissostitwixxi dik li qabel kienet id-Direttiva 2008/55/KE dwar dik il-kwistjoni, l-approċċ fil-qasam tat-taxxa fir-rigward tal-irkupru tal-ispejjeż tal-parti rikjesta li ma jistgħux jiġu rkuprati mingħand il-persuna kkonċernata, ġiet riveduta u ċċarata.

(5)

Skont l-Artikolu 85(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, il-parti rikjesta għandha tirkupra mingħand il-persuna naturali jew ġuridika kkonċernata, u sussegwentement iżżomm, kwalunkwe spiża li ġġarrab, marbuta mal-irkupru, skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Membru tal-parti rikjesta li japplikaw għat-talbiet simili.

(6)

Skont l-Artikolu 85(2) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, l-assistenza reċiproka għandha, bħala regola, tkun mingħajr ħlas; dan jikkonferma mill-ġdid ir-regola ġenerali preskritta fl-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Huwa għalhekk neċessarju li jiġi ddeterminat l-ambitu tal-assistenza reċiproka, għall-finijiet tal-irkupru tat-talbiet transfruntieri.

(7)

Huwa mixtieq, fejn ikun possibbli, li tiġi allinjata l-interpretazzjoni tal-Kapitolu III tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 mar-regoli u l-prinċipji dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi u dazji,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

1.

L-assistenza reċiproka għandha, bħala regola, tkun mingħajr ħlas. Dan ifisser li l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu għajnuna amministrattiva lil xulxin mingħajr ħlas. Dan japplika biss għall-ispejjeż ta’ attivitajiet imwettqa mill-parti rikjesta nnfisha.

2.

L-ispejjeż relatati mal-irkupru għandhom ikunu imposti f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tal-parti rikjesta u, bħala regola, għandhom jiġu rimborżati mid-debitur flimkien mal-ammont tat-talba.

3.

L-ispejjeż relatati mal-irkupru għandhom jitħallsu l-ewwel, u t-talba tal-parti applikanti għandha tiġi sodisfatta biss wara li dawk l-ispejjeż ikunu tħallsu (regola ta’ prijorità għall-ispejjeż).

4.

F’każijiet fejn l-ispejjeż relatati mal-irkupru ma jistgħux jiġu rkuprati direttament mid-debitur mill-parti rikjesta b'konsegwenza tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-parti rikjesta, jew għax l-ammont irkuprat mid-debitur ma jippermettix is-sodisfazzjon tat-talba kollha, inklużi l-ispejjeż relatati mal-irkupru, dawn l-ispejjeż jistgħu jitnaqqsu mill-ammont irkuprat, u l-bilanċ biss għandu jiġi mibgħut lura mill-parti rikjesta lill-parti applikanti. Għandha tiġi pprovduta evidenza mill-parti rikjesta lill-parti applikanti li dawn l-ispejjeż kienu saru mill-parti rikjesta matul il-proċedura ta’ rkupru.

5.

F’każijiet fejn l-azzjoni ta’ rkupru ma tirriżultax fl-irkupru ta’ ammont li għall-inqas ikopri l-ispejjeż relatati mal-irkupru, jew fejn l-azzjoni ta’ rkupru kienet kompletament mingħajr suċċess, minbarra dawk l-ispejjeż relatati mal-irkupru imsemmija fil-paragrafu 1 li ġew imġarrba mill-parti rikjesta, il-parti applikanti għandha tirrimborża dawn l-ispejjeż, sakemm il-partijiet ma jaqblux fuq ftehim tar-rimborż speċifiku għall-każ, jew jekk tiġi konkluża rinunzja tar-rimborż tal-ispejjeż bejn il-parti applikanti u l-parti rikjesta.

6.

Fejn ikun ovvju li l-irkupru qed joħloq problema speċifika jew jikkonċerna ammont kbir ħafna ta' spejjeż li probabbilment mhumiex se jiġu rkuprati mid-debitur, l-applikant u l-parti rikjesta jistgħu jiftiehmu, preferibbilment bil-quddiem, dwar ftehim speċifiku ta’ rimborż għall-każ inkwistjoni.

7.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Anne McMANUS


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18.

(4)  ĠU L 150, 10.6.2008, p. 28.

(5)  ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1.


27.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/13


IR-RAKKOMANDAZZJONI Nru H1

tad-19 ta’ Ġunju 2013

li tikkonċerna s-sentenza Gottardo, li skontha l-vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini proprji ta’ Stat skont konvenzjoni bilaterali dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż mhux membru jridu jingħataw ukoll lill-ħaddiema li huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2013/C 279/07

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KORDINAZZJONI TA' SISTEMI TA' SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (1), skont liema l-Kummissjoni Amministrattiva għandha r-responsabbiltà li tittratta l-kwistjonijiet amministrattivi jew ta' interpretazzjoni kollha li jinħolqu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(c) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, li skontu hi għandha ssaħħaħ u tiżviluppa l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tagħhom f'affarijiet ta' sigurtà soċjali,

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Billi:

(1)

Il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ nazzjonalità huwa garanzija essenjzali għall-moviment liberu tal-persuni, kif stipulat fl-Artikolu 21(1) u 45(1) tat-TFUE. Dan jimplika t-tneħħija ta’ kull diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri.

(2)

Fis-sentenza Gottardo  (3), il-Qorti tal-Ġustizzja aġixxiet fuq il-prinċipju kif stipulat fl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ persuna residenti fl-Unjoni Ewropea li kienet ħadmet fi Franza, fl-Italja u fl-Isvizzera. Din il-persuna ma kellhiex biżżejjed intitolament għal pensjoni fl-Italja u talbet li l-perjodu ta’ żmien tal-assigurazzjoni tagħha fl-Isvizzera u fl-Italja jiġi aggregat, kif stipulat skont il-konvenzjoni bilaterali bejn l-Italja u l-Isvizzera għall-benefiċċju taċ-ċittadini tagħhom.

(3)

Il-Qorti ddeċidiet f’din il-kawża li meta Stat Membru jikkonkludi konvenzjoni bilaterali internazzjonali dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż, li tistipula li għandhom jitqiesu l-perjodi tal-assigurazzjoni kompluti f’dak il-pajjiż mhux membru għall-kisba tal-intitolament għall-benefiċċji tal-anzjanità, il-prinċipju fundamentali ta’ trattament ugwali jitlob li dak l-Istat Membru jagħti liċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra l-istess vantaggi bħal dawk li jgawdu ċ-ċittadini proprji tiegħu skont il-konvenzjoni sakemm l-Istat ma jipprovdix ġustifikazzjoni oġġettiva għar-rifjut li jwettaq dan (4).

(4)

F’dan ir-rigward, joħroġ mis-sentenza tal-Qorti li, l-interpretazzjoni tagħha tat-terminu “leġislazzjoni” fl-Artikolu 1(l) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, ma tistax taffettwa l-obbligu ta’ kull Stat Membru li jikkonforma mal-prinċipju tat-trattament ugwali stabbilit fl-Artikolu 45(2) tat-TFUE.

(5)

Il-Qorti qieset li t-tfixkil fil-bilanċ u fir-reċiproċità ta’ konvenzjoni bilaterali internazzjonali konkluża bejn Stat Membru u pajjiż terz ma jikkostitwixxix ġustifikazzjoni oġġettiva għar-rifjut mill-Istat Membru li huwa parti għal dik il-konvenzjoni biex jestendi liċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra l-vantaġġi li ċ-ċittadini proprji tiegħu jiksbu minn dik il-konvenzjoni.

(6)

Il-Qorti lanqas ma aċċettat l-oġġezzjonijiet bl-effett li żieda possibbli fil-piż finanzjarju u fid-diffikultajiet amministrattivi fir-rigward tal-kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż mhux membru in kwistjoni setgħet tiġġustifika li l-Istat Membru li huwa parti għall-konvenzjoni bilaterali jonqos milli jkun konformi mal-obbligi tat-Trattat.

(7)

Huwa importanti li minn din is-sentenza wieħed jasal għall-konklużjonijiet xierqa kollha, li hija kruċjali għaċ-ċittadini tal-UE kollha li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu lejn Stat Membru ieħor.

(8)

Għal din ir-raġuni, għandu jkun iċċarat li l-konvenzjonijiet bilaterali dwar is-sigurtà soċjali bejn Stat Membru u pajjiż terz għandhom jiġu interpretati bl-effett li l-vantaġġi li jgawdu ċ-ċittadini ta' Stat Membru li huwa parti għall-konvenzjoni, fil-prinċipju għandhom jingħataw ukoll lil ċittadini ta' Stat Membru li jinsabu fl-istess sitwazzjoni f'termini oġġettivi.

(9)

Irrispettivament mill-applikazzjoni uniformi tas-sentenza Gottardo għal każijiet individwali, il-konvenzjonijiet bilaterali eżistenti għandhom fil-prinċipju jiġu riveduti. Fir-rigward ta’ ftehimiet konklużi qabel, l-Artikolu 351 tat-TFUE jiddikjara li: “l-Istat Membru jew Stati Membri in kwistjoni għandhom jieħdu l-miżuri opportuni sabiex titneħħa l-inkompatibbiltà li tista’ tinstab”, u l-Artikolu 4, il-paragrafu 3, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea teħtieġ li “L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jassiguraw li l-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jitwettqu.”

(10)

Fir-rigward ta’ konvenzjonijiet bilaterali ġodda dwar is-sigurtà soċjali konklużi bejn Stat Membru u pajjiż terz, huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li dawn għandhom jinkludu referenza speċifika għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ nazzjonalità fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra li eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu fl-Istat Membru li huwa parti għall-konvenzjoni konċernata.

(11)

L-applikazzjoni tas-sentenza Gottardo għal każijiet individwali tiddependi fil-parti l-kbira tagħha fuq il-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi, speċjalment billi dawn iridu jiċċertifikaw il-perjodi tal-assigurazzjoni kompluti hemmhekk mill-persuna kkonċernata.

(12)

Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tittratta din il-kwistjoni, minħabba li d-deċiżjoni fis-sentenza Gottardo hija kkonċernata mill-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali,

B’DAN TIRRAKKOMANDA lis-servizzi u lill-istituzzjonijiet kompetenti li:

1.

F’konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini proprji ta’ Stat u ċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn li eżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu skont l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 45(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet skont konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ma’ pajjiż terz, fil-prinċipju japplikaw ukoll għal ċittadini ta’ Stati Membri oħra li jsibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni bħaċ-ċittadini proprji tal-Istat.

2.

Konvenzjonijiet bilaterali ġodda dwar is-sigurtà soċjali konklużi bejn Stat Membru u pajjiż terz għandhom fil-prinċipju jirreferu b'mod speċifiku għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, għal raġunijiet ta’ nazzjonalità, fil-konfront ta' ċittadini ta’ Stat Membru ieħor li eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu fl-Istat Membru li huwa parti għall-konvenzjoni konċernata.

3.

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-istituzzjonijiet fil-pajjiżi li magħhom iffirmaw konvenzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali, li d-dispożizzjonijiet tagħhom japplikaw biss għaċ-ċittadini rispettivi tagħhom, dwar l-implikazzjonijiet ta' din ir-Rakkomandazzjoni. L-Istati Membri li kkonkludew konvenzjonijiet bilaterali mal-istess pajjiżi terzi jistgħu jaġixxu b’mod konġunt f'talba għal tali koperazzjoni. Din il-koperazzjoni b’mod ċar hija essenzjali biex il-liġi tal-UE tiġi rispettata.

4.

Ir-Rakkomandazzjoni P1 hija mħassra mill-jum tal-applikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

5.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din tapplika mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Anne McMANUS


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  Is-sentenza tal-15 ta’ Jannar 2002 fil-kawża C-55/00, “Elide Gottardo v Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)”, [2002] ECR I-00413 et seq.

(4)  Is-sentenza tal-15 ta’ Jannar 2002 fil-kawża C-55/00, “Elide Gottardo v Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)”, [2002] ECR I-00413, il-paragrafu 34.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

27.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/15


Pubblikazzjoni tal-lista tal-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea

2013/C 279/08

1.   Il-Belġju

NBN

Bureau de normalisation

Bureau voor Normalisatie

2.   Il-Bulgarija

БИС

Български институт за стандартизация

3.   Ir-Repubblika ċeka

ÚNMZ

Úřad pro technickou normalizaci, metrologii a státní zkušebnictví

4.   Id-Danimarka

DS

Fonden Dansk Standard

5.   Il-Ġermanja

DIN

Deutsches Institut für Normung e.V.

DKE

Deutsche Kommission Elektrotechnik Elektronik Informationstechnik im DIN und VDE

6.   L-Estonja

EVS

Eesti Standardikeskus

TJA

Tehnilise Järelevalve Amet

7.   L-Irlanda

NSAI

National Standards Authority of Ireland

8.   Il-Greċja

ΕΣΥΠ/ΕΛΟΤ

Εθνικό Σύστημα Υποδομών Ποιότητας/Αυτοτελής Λειτουργική Μονάδα Τυποποίησης ΕΛΟΤ

9.   Spanja

AENOR

Asociación Española de Normalización y Certificación

10.   Franza

AFNOR

Association française de normalisation

11.   Il-Kroazja

HZN

Hrvatski zavod za norme

12.   L-Italja

UNI

Ente nazionale italiano di unificazione

CEI

Comitato elettrotecnico italiano

13.   Ċipru

CYS

Κυπριακός Οργανισμός Τυποποίησης (Cyprus Organisation for Standardisation)

14.   Il-Latvja

LVS

Latvijas standarts

15.   Il-Litwanja

LST

Lietuvos standartizacijos departamentas

16.   Il-Lussemburgu

ILNAS

Institut luxembourgeois de normalisation, de l’accréditation, de la sécurité et qualité des produits et services

17.   L-Ungerija

MSZT

Magyar Szabványügyi Testület

18.   Malta

MCCAA

L-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur

19.   Il-Pajjiżi l-baxxi

NEN

Stichting Nederlands Normalisatie-instituut

NEC

Stichting Nederlands Elektrotechnisch Comité

20.   L-Awstrija

ASI

Austrian Standards Institute (Österreichisches Normungsinstitut)

Ove

Österreichischer Verband für Elektrotechnik

21.   Il-Polonja

PKN

Polski Komitet Normalizacyjny

22.   Il-Portugall

IPQ

Instituto Português da Qualidade

23.   Ir-Rumanija

ASRO

Asociația de Standardizare din România

24.   Is-Slovenja

SIST

Slovenski inštitut za standardizacijo

25.   Is-Slovakkja

SÚTN

Slovenský ústav technickej normalizácie

26.   Il-Finlandja

SFS

Suomen Standardisoimisliitto SFS ry

Finlands Standardiseringsförbund SFS rf

FICORA

Viestintävirasto

Kommunikationsverket

SESKO

Suomen Sähköteknillinen Standardisoimisyhdistys SESKO ry

Finlands Elektrotekniska Standardiseringsförening SESKO rf

27.   L-Isvezja

SIS

Swedish Standards Institute

SEK

Svensk Elstandard

ITS

Informationstekniska standardiseringen

28.   Ir-Renju unit

BSI

British Standards Institution


27.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/18


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 279/09

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

29.8.2013

Tul ta’ żmien

29.8.2013-31.12.2013

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta' Stokkijiet

ALF/3X14-

Speċi

Alfonsinos (Beryx spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali tat-III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ Referenza

47/DSS


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


27.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/18


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 279/10

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

2.9.2013

Tul ta’ żmien

2.9.2013-31.12.2013

Stat Membru

L-Isvezja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

COD/2A3AX4

Speċi

Merluzz (Gadus Morhua)

Żona

IV; l-ilmijiet tal-UE ta’ IIa; dik il-parti taż-żona IIIa li mhix koperta minn Skagerrak u Kattegat

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ Referenza

48/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.