ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.253.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 253

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
3 ta' Settembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 253/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6828 – Delta Air Lines/Virgin Group/Virgin Atlantic Limited) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 253/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2013/C 253/03

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar L-Użu tal-Potenzjal tal-Cloud Computing fl-Ewropa

3

2013/C 253/04

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza tas-suq ta’ prodotti u l-emendar ta’ diversi strumenti leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

8

2013/C 253/05

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bnedmin, u li tirrevoka d-Direttiva 2001/20/KE

10

2013/C 253/06

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

12

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 253/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

15

2013/C 253/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

15

2013/C 253/09

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

16

2013/C 253/10

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

16

2013/C 253/11

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

17

2013/C 253/12

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

17

2013/C 253/13

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

18

2013/C 253/14

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

18

2013/C 253/15

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

19

2013/C 253/16

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

19

2013/C 253/17

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

20

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 253/18

Sejħa għal proposti skont il-programm ta' ħidma Kapaċitajiet tas-7 Programm Kwadru tal-KE għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni

21

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 253/19

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7029 – ZTE Services Deutschland/Alcatel-Lucent Network Services) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6828 – Delta Air Lines/Virgin Group/Virgin Atlantic Limited)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 253/01

Fl-20 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6828. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta’ Settembru 2013

2013/C 253/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3207

JPY

Yen Ġappuniż

131,09

DKK

Krona Daniża

7,4593

GBP

Lira Sterlina

0,84775

SEK

Krona Żvediża

8,7222

CHF

Frank Żvizzeru

1,2317

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0095

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,683

HUF

Forint Ungeriż

300,05

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7026

PLN

Zloty Pollakk

4,2548

RON

Leu Rumen

4,4238

TRY

Lira Turka

2,6641

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4680

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3907

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2418

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6900

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6819

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 449,66

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,4816

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0822

HRK

Kuna Kroata

7,5773

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 038,00

MYR

Ringgit Malażjan

4,3220

PHP

Peso Filippin

58,572

RUB

Rouble Russu

43,9745

THB

Baht Tajlandiż

42,309

BRL

Real Brażiljan

3,1257

MXN

Peso Messikan

17,5521

INR

Rupi Indjan

87,5230


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/3


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “L-Użu tal-Potenzjal tal-Cloud Computing fl-Ewropa”

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR & DE fis-sit tal-EDPS http://www.edps.europa.eu)

2013/C 253/03

I.   Introduzzjoni

I.1.   L-għan tal-Opinjoni

1.

Fid-dawl tal-importanza tal-cloud computing f’soċjetà tal-informazzjoni li qed tevolvi u tad-dibattitu ta’ politika li għaddej fi ħdan l-UE dwar il-cloud computing, il-KEPD iddeċieda li b’inizjattiva tiegħu joħroġ din l-Opinjoni.

2.

Din l-Opinjoni twieġeb għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Użu tal-Potenzjal tal-Cloud Computing fl-Ewropa” tas-27 ta’ Settembru 2012 (minn hawn ’il quddiem “il-Komunikazzjoni”) (1), li tressaq azzjonijiet ewlenin u passi ta’ politika li għandhom jittieħdu biex jitħaffef l-użu tas-servizzi tal-cloud computing fl-Ewropa. Il-KEPD kien ikkonsultat informalment qabel ma l-Komunikazzjoni ġiet adottata, u pprovda kummenti informali. Huwa jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li wħud mill-kummenti tiegħu ġew ikkunsidrati fil-Komunikazzjoni.

3.

Madankollu, minħabba l-ambitu u l-importanza tad-dibattitu li għaddej dwar ir-rabta bejn il-cloud computing u l-qafas legali tal-protezzjoni tad-dejta, din l-Opinjoni mhijiex limitata għas-suġġetti indirizzati fil-Komunikazzjoni.

4.

Din l-Opinjoni tiffoka b’mod speċjali fuq l-isfidi li l-cloud computing jippreżenta lill-protezzjoni tad-dejta u fuq kif ir-Regolament propost dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament propost”) (2) għandu jiffaċċjahom. Tikkummenta wkoll dwar l-oqsma għat-teħid ta’ aktar azzjoni identifikati fil-Komunikazzjoni.

I.2.   Sfond

5.

Fil-kuntest tad-dibattitu ta’ politika ġenerali fi ħdan l-UE dwar il-cloud computing, l-attivitajiet u d-dokumenti li ġejjin huma ta’ importanza speċifika:

Wara l-Komunikazzjoni tagħha tal-2010 dwar l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (3), il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika dwar il-cloud computing fl-Ewropa mis-16 ta’ Mejju sal-31 ta’ Awwissu 2011, u ppubblikat ir-riżultati fil-5 ta’ Diċembru 2011 (4);

Fl-1 ta’ Lulju 2012, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (5) adotta opinjoni dwar il-Cloud Computing (minn hawn ’il quddiem “l-Opinjoni tad-WP29”) (6) li tanalizza l-applikazzjoni tar-regoli attwali dwar il-protezzjoni tad-dejta ppreżentati fid-Direttiva 95/46/KE għall-fornituri tas-servizzi tal-cloud computing li joperaw fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u għall-klijenti tagħhom (7);

Nhar is-26 ta’ Ottubru 2012, ġiet adottata riżoluzzjoni fuq il-cloud computing mill-Kummissarji għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-Privatezza waqt l-34 Konferenza Internazzjonali tagħhom (8).

I.3.   Il-Komunikazzjoni dwar il-Cloud Computing

6.

Il-KEPD jilqa’ l-Komunikazzjoni b’sodisfazzjon. Hija tidentifika tliet azzjonijiet ewlenin speċifiċi fil-livell tal-UE biex jissieħbu mal-użu tal-cloud computing fl-Ewropa u jippromwovuh, kif ġej:

Azzjoni ewlenija 1: Tinġieb l-ordni fil-konfużjoni tal-istandards

Azzjoni ewlenija 2: Termini u kundizzjonijiet kuntrattwali siguri u ġusti

Azzjoni ewlenija 3: It-twaqqif ta’ Sħubija Ewropea tal-Cloud biex tingħata spinta lill-innovazzjoni u t-tkabbir mis-settur pubbliku.

7.

Hemm maħsuba wkoll stadji addizzjonali tal-politika, bħal miżuri li jistimulaw l-użu tal-cloud computing billi jrawmu r-riċerka u l-iżvilupp jew it-tqajjim ta’ kuxjenza, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu indirizzati temi ewlenin marbuta mas-servizzi tal-cloud – li jinkludu, fost l-oħrajn, il-protezzjoni tad-dejta, l-aċċess minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, is-sigurtà, ir-responsabbiltà tal-fornituri ta’ servizzi intermedjarji – bis-saħħa ta’ djalogu internazzjonali aktar b’saħħtu.

8.

Il-protezzjoni tad-dejta tissemma fil-Komunikazzjoni bħala element essenzjali biex jiġi assigurat li l-użu tal-cloud computing fl-Ewropa jkun suċċess. Il-Komunikazzjoni tinnota (9) li r-Regolament propost jindirizza ħafna mit-tħassib imqajjem mill-fornituri tas-servizzi tal-cloud u mill-klijenti tal-cloud (10).

I.4.   Il-fokus u l-istruttura tal-Opinjoni

9.

Din l-opinjoni għandha tliet għanijiet.

10.

L-ewwel għan huwa li tenfasizza r-relevanza tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-dejta fid-diskussjonijiet attwali dwar il-cloud computing. B’mod partikulari, hija tisħaq li l-livell tal-protezzjoni tad-dejta fl-ambjent tal-cloud computing m’għandux ikun inferjuri għal dak rikjest f’xi kuntest ieħor ta’ pproċessar tad-dejta. Il-prattiċi tal-cloud computing jistgħu jiġu żviluppati u applikati legalment kemm-il darba jiggarantixxu li dan il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta jiġi rrispettat (ara Kapitolu III.3). L-Opinjoni tieħu in konsiderazzjoni l-gwida mogħtija fl-Opinjoni tad-WP29.

11.

It-tieni għan huwa li tanalizza aktar l-isfidi ewlenin li l-cloud computing jippreżenta lill-protezzjoni tad-dejta fil-kuntest tar-Regolament propost dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, b’mod partikulari d-diffikultà li jiġi stabbilit mingħajr ambigwità x’inhuma r-responsabbiltajiet tad-diversi atturi u l-kunċetti ta’ kontrollur u proċessur. L-Opinjoni (prinċipalment, Kapitolu IV) tanalizza kif ir-Regolament propost, kif inhu ppreżentat bħalissa (11), jista’ jgħin biex jassigura livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta fis-servizzi tal-cloud computing. Hija għaldaqstant tibni fuq il-fehmiet żviluppati mill-KEPD fl-Opinjoni tiegħu rigward il-pakkett dwar ir-Riforma fil-Protezzjoni tad-Dejta (minn hawn ’il quddiem “l-opinjoni tal-KEPD rigward il-pakkett dwar ir-Riforma fil-Protezzjoni tad-Dejta”) (12) u tikkumplementaha billi tikkunsidra b’mod speċifiku l-ambjent tal-cloud computing. Il-KEPD jenfasizza li l-Opinjoni tiegħu rigward il-pakkett dwar ir-Riforma fil-Protezzjoni tad-Dejta tapplika b’mod sħiħ fir-rigward tas-servizzi tal-cloud computing u għandha tiġi kkunsidrata bħala bażi għall-Opinjoni preżenti. Barra minn hekk, uħud mill-kwistjonijiet imsemmija hemmhekk – bħall-analiżi tiegħu tad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta (13) – huma ċari biżżejjed u għaldaqstant mhumiex se jiġu żviluppati aktar f’din l-Opinjoni.

12.

It-tielet għan huwa li jiġu identifikati oqsma li jeħtieġu aktar teħid ta’ azzjoni fil-livell tal-UE mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta u tal-privatezza, fid-dawl tal-istrateġija tal-cloud ippreżentata mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, il-provvediment ta’ iktar gwida, sforzi ta’ standardizzazzjoni, l-implimentazzjoni ta’ iktar evalwazzjonijiet tar-riskji għal setturi speċifiċi (bħas-settur pubbliku), l-iżvilupp ta’ termini u kundizzjonijiet kuntrattwali standard, il-parteċipazzjoni fi djalogu internazzjonali dwar kwistjonijiet relatati mal-cloud computing, u l-assigurazzjoni ta’ mezzi effettivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali (se jiġu żviluppati f’Kapitolu V).

13.

L-Opinjoni hija mqassma kif ġej: Taqsima II tagħti ħarsa ġenerali lejn il-karatteristiċi ewlenin tal-cloud computing u l-isfidi marbutin mal-protezzjoni tad-dejta. Taqsima III tirrevedi l-aktar elementi relevanti tal-qafas legali eżistenti tal-UE u tar-Regolament propost. Taqsima IV tanalizza kif ir-Regolament propost għandu jgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-protezzjoni tad-dejta li joffri l-użu tas-servizzi tal-cloud computing. Taqsima V tanalizza s-suġġerimenti tal-Kummissjoni għal aktar żviluppi ta’ politika u tidentifika l-oqsma li fihom tista’ tkun meħtieġa aktar ħidma. Taqsima VI fiha l-konklużjonijiet.

14.

Filwaqt li ħafna mill-konsiderazzjonijiet ta’ din l-Opinjoni japplikaw għall-ambjenti kollha li fihom jintuża l-cloud computing, din l-Opinjoni ma tindirizzax speċifikament l-użu tas-servizzi tal-cloud computing mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE li huma suġġetti għas-superviżjoni tal-KEPD skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-KEPD se joħroġ linji gwida fuq dan is-suġġett lil dawn l-istituzzjonijiet u korpi separatament.

VI.   Konklużjonijiet

121.

Kif deskritt fil-Komunikazzjoni, il-cloud computing joffri ħafna opportunitajiet ġodda lin-negozji, lill-konsumaturi u lis-settur pubbliku fl-immaniġġjar tad-dejta bis-saħħa tal-użu ta’ riżorsi esterni remoti tal-IT. Fl-istess ħin, dan jippreżenta ħafna sfidi, b’mod partikulari fejn jidħol il-livell xieraq ta’ protezzjoni tad-dejta offrut lid-dejta pproċessata hemmhekk.

122.

L-użu tas-servizzi tal-cloud computing iqajjem riskju kbir li tgħib ir-responsabbiltà fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar magħmula mill-fornituri tas-servizz tal-cloud, jekk il-kriterji tal-applikabbiltà tal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta ma jkunux ċari biżżejjed u jekk ir-rwol u r-responsabbiltà tal-fornituri tas-servizz tal-cloud jiġu definiti jew mifhuma b’mod dejjaq wisq, jew ma jiġux implimentati b’mod effettiv. Il-KEPD jenfasizza li l-użu tas-servizzi tal-cloud computing ma jistax jiġġustifika li jitbaxxew l-istandards tal-protezzjoni tad-dejta meta mqabbla ma’ dawk applikabbli għal operazzjonijiet konvenzjonali tal-ipproċessar tad-dejta.

123.

F’dar-rigward, ir-Regolament propost dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, kif tressaq, għandu jipprovdi ħafna kjarifiki u għodod li għandhom jgħinu biex jiġi assigurat li l-fornituri tas-servizzi tal-cloud li joffru s-servizzi tagħhom lil klijenti bbażati fl-Ewropa jkunu konformi ma’ livell sodisfaċenti ta’ protezzjoni tad-dejta, b’mod partikulari:

Artikolu 3 għandu jikkjarifika l-ambitu territorjali tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta u jwessagħlu l-kamp ta’ applikazzjoni b’mod li jiġu koperti wkoll is-servizzi tal-cloud computing.

Artikolu 4(5) għandu jintroduċi element ġdid ta’ kontroll, jiġifieri “kundizzjonijiet”. B’hekk ikun qed jimxi max-xejra li qed tiżviluppa li, fid-dawl tal-kumplessità teknika tal-IT li hemm wara l-provvista tas-servizzi tal-cloud computing, jitqies neċessarju li jitwessgħu ċ-ċirkustanzi li fihom fornitur ta’ servizz tal-cloud jista’ jiġi kkwalifikat bħala kontrollur. Dan għandu jirrifletti aħjar il-livell ta’ influwenza reali fuq l-operazzjonijiet tal-ipproċessar;

ir-Regolament propost għandu jkabbar ir-responsabbiltà u l-kontabilità tal-kontrolluri u l-proċessuri tad-dejta, billi jintroduċi obligazzjonijiet speċifiċi bħall-protezzjoni tad-dejta b’intenzjoni u b’kontumaċja (Artikolu 23), notifikazzjonijiet f’każi ta’ ksur tas-sigurtà tad-dejta (Artikoli 31 u 32), u valutazzjonijiet tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta (Artikolu 33). Barra minn hekk, il-kontrolluri u l-proċessuri jkunu mitluba jimplimentaw mekkaniżmi biex juru l-effikaċja tal-miżuri ta’ protezzjoni tad-dejta li jkunu ġew implimentati (Artikolu 22).

Artikoli 42 u 43 tar-Regolament propost għandhom jippermettu l-użu aktar flessibbli ta’ mekkaniżmi internazzjonali tat-trasferiment tad-dejta, biex jgħinu lill-klijenti u lill-fornituri tas-servizzi tal-cloud jinqdew b’salvagwardji adegwati tal-protezzjoni tad-dejta fit-trasferimenti ta’ dejta personali għal ċentri tad-dejta u servers f’pajjiżi terzi;

Artikoli 30, 31 u 32 tar-Regolament propost għandhom jikkjarifikaw l-obbligi tal-kontrolluri u tal-proċessuri fir-rigward tas-sigurtà tal-ipproċessar u tal-kundizzjonijiet tal-informazzjoni f’każi ta’ ksur ta’ dejta, biex titqiegħed il-bażi għal approċċ komprensiv u kooperattiv fl-immaniġġjar tas-sigurtà bejn l-atturi differenti fl-ambjent tal-cloud;

L-Artikoli minn 55 sa 63 tar-Regolament propost għandhom isaħħu l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni u s-superviżjoni koordinata tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar minn naħa għal oħra tal-fruntiera, li hija partikularment kruċjali f’ambjent bħalma hu l-cloud computing.

124.

Madanakollu l-KEPD jissuġġerixxi li, wara li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi tal-cloud computing, isiru aktar kjarifiki fir-Regolament propost dwar l-aspetti li ġejjin:

rigward l-ambitu territorjali tar-Regolament propost, li Artikolu 3(2)(a) jiġi emendat biex jaqra “l-offerta ta’ prodotti u servizzi li jinvolvu l-ipproċessar ta’ dejta personali lil dawn is-suġġetti tad-dejta fl-Unjoni”, jew inkella li tiżdied premessa ġdida li tispeċifika li l-ipproċessar ta’ dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta fl-Unjoni minn kontrolluri mhux ibbażati fl-UE li joffru servizzi lil persuni legali bbażati fl-UE jaqa’ wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament propost;

tiżdied definizzjoni ċara tal-kunċett ta’ “trasferiment”, kif hemm iddikjarat fl-Opinjoni tiegħu fuq il-pakkett dwar ir-Riforma fil-Protezzjoni tad-Dejta;

li tiżdied dispożizzjoni speċifika li tikkjarifika l-kundizzjonijiet li jistgħu jippermettu l-aċċess ta’ korpi tal-infurzar tal-liġi ta’ pajjiżi li mhumiex fiż-ŻEE għal dejta maħżuna minn servizzi tal-cloud computing. Din id-dispożizzjoni tista’ wkoll tkun tinkludi l-obbligu tar-riċevituri tat-talba li f’każi speċifiċi jinformaw l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti fl-UE u jikkonsultawha.

125.

Il-KEPD jenfasizza wkoll li tkun meħtieġa iktar gwida mill-Kummissjoni u/jew mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni (b’mod partikulari permezz tal-futur Bord Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta) dwar l-aspetti li ġejjin:

li jikkjarifika liema mekkaniżmi għandhom jitqiegħdu biex jassiguraw li tiġi vverifikata l-effikaċja tal-miżuri tal-protezzjoni tad-dejta fil-prattika;

li jassisti l-proċessuri fl-użu tal-BCRs u kif dawn jistgħu jiġu konformi mal-kundizzjonijiet applikabbli;

li jipprovdi l-aqwa prattiċi dwar kwistjonijiet bħar-responsabbiltà tal-kontrollur/proċessur, iż-żamma xierqa tad-dejta fl-ambjent tal-cloud, il-portabilità tad-dejta, u t-tħaddim tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

126.

Barra minn hekk, il-KEPD jagħraf li l-kodiċijiet tal-kondotta mfasslin mill-industrija u approvati mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni relevanti jistgħu jkunu għodda utli biex tittejjeb il-konformità kif ukoll il-fiduċja bejn id-diversi atturi.

127.

Il-KEPD jappoġġja l-iżvilupp min-naħa tal-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni, tat-termini kuntrattwali standard għall-provvediment ta’ servizzi tal-cloud computing li jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta, b’mod partikulari:

li jiġi żviluppat mudell ta’ termini u kundizzjonijiet kuntrattwali li jiġi inkluż fit-termini kummerċjali ta’ offerti ta’ servizz tal-cloud computing;

li jiġu żviluppati termini u rekwiżiti tal-akkwist komuni għas-settur pubbliku, li jqisu s-sensittività tad-dejta pproċessata;

li l-mekkaniżmi internazzjonali tat-trasferiment tad-dejta jiġu adattati iktar għall-ambjent tal-cloud computing, b’mod partikulari billi jiġu aġġornati l-klawsoli kuntrattwali standard attwali u jitressqu klawsoli kuntrattwali standard għat-trasferiment tad-dejta minn proċessuri bbażati fl-UE għal proċessuri bbażati barra l-UE.

128.

Il-KEPD jenfasizza li għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta fl-iżvilupp tal-istandards u tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni, b’mod partikulari:

biex jiġu applikati l-prinċipji tal-privatezza b’intenzjoni u tal-privatezza b’kontumaċja fl-iżvilupp tal-istandards;

biex jiġu integrati rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta, bħal-limitazzjoni tal-għan u l-limitazzjoni tal-ħażna fid-disinn tal-istandards;

l-obbligi tal-fornituri li jipprovdu lill-klijenti tagħhom l-informazzjoni neċessarja biex jagħmlu valutazzjoni valida tar-riskju u l-miżuri tas-sigurtà li implimentaw, kif ukoll twissijiet dwar inċidenti ta’ sigurtà.

129.

Fl-aħħar nett, il-KEPD jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati mill-cloud computing fil-livell internazzjonali. Huwa jħeġġeġ lill-Kummissjoni li tidħol fi djalogu internazzjonali dwar il-kwistjonijiet imqajma mill-cloud computing, inklużi l-ġurisdizzjoni u l-aċċess mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, u jissuġġerixxi li ħafna minn dawn il-kwistjonijiet jistgħu jiġu indirizzati fi ftehimiet internazzjonali u bilaterali differenti, bħal Ftehimiet ta’ Għajnuna Reċiproka u ftehimiet kummerċjali. Għandhom jiġu żviluppati standards globali fuq il-livell internazzjonali biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet minimi u l-prinċipji li jirrigwardaw l-aċċess għad-dejta minn korpi tal-infurzar tal-liġi. Huwa jappoġġja wkoll l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi effettivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni, b’mod partikulari f’dak li jirrigwarda kwistjonijiet tal-cloud computing.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2012.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2012) 529 final.

(2)  COM(2012) 11 final.

(3)  COM(2010) 245 finali.

(4)  http://ec.europa.eu/information_society/activities/cloudcomputing/docs/ccconsultationfinalreport.pdf

(5)  Il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 huwa korp konsultattiv stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE. Huwa kompost minn rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-KEPD, u rappreżentant tal-Kummissjoni.

(6)  Opinjoni 05/2012 tad-WP29 dwar il-Cloud Computing, disponibbli f’http://ec.europa.eu/justice/data-protection/article-29/documentation/opinion-recommendation/files/2012/wp196_mt.pdf

(7)  Barra minn hekk, fuq livell nazzjonali, l-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Dejta f’ħafna Stati Membri ħarġu l-gwida tagħhom dwar il-Cloud Computing, pereżempju fl-Italja, fl-Isvezja, fid-Danimarka, fil-Ġermanja, fi Franza u fir-Renju Unit.

(8)  Riżoluzzjoni dwar il-cloud computing adottata matul l-34 Konferenza Internazzjonali tal-Kummissarji tal-Protezzjoni tad-Dejta u tal-Privatezza, l-Urugwaj, is-26 ta’ Ottubru 2012.

(9)  Ara paġna 8 tal-Komunikazzjoni, is-sezzjoni dwar “Digital Agenda Actions on Building Digital Confidence” (Azzjonijiet tal-Aġenda Diġitali dwar il-Bini ta’ Kunfidenza Diġitali).

(10)  It-terminu “klijenti tal-cloud” f’din l-Opinjoni ġeneralment jintuża biex jirreferi għal klijenti li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala negozji, u għal konsumaturi li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala utenti finali individwali.

(11)  Għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li l-Proposta għal Regolament bħalissa qiegħda tiġi diskussa mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew b’segwiment tal-proċedura legiżlattiva ordinarja.

(12)  L-Opinjoni hija disponibbli fis-sit http://www.edps.europa.eu

(13)  Ara l-Opinjoni tal-KEPD, b’mod partikulari para. 140 sa 158.


3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/8


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza tas-suq ta’ prodotti u l-emendar ta’ diversi strumenti leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, FR & DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2013/C 253/04

1.   Daħla

1.

Fit-13 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni adottat il-Pakkett tagħha dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq inkluż proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza tas-suq ta’ prodotti u l-emendar tad-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE, u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 1999/5/KE, 2000/9/KE, 2000/14/KE, 2001/95/KE, 2004/108/KE, 2006/42/KE, 2006/95/KE, 2007/23/KE, 2008/57/KE, 2009/48/KE, 2009/105/KE, 2009/142/KE, 2011/65/UE, ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 u r-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (minn hawn ’il quddiem imsejħa: “il-Proposta”) (1). Fl-istess jum, il-Proposta ntbagħtet lill-KEPD għall-konsultazzjoni.

1.1.   Il-konsultazzjoni tal-KEPD

2.

Qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-KEPD ingħata l-opportunità jipprovdi kummenti informali. Il-KEPD japprezza r-referenza għall-konsultazzjoni preżenti fil-preambolu tal-Proposta.

3.

Fl-Opinjoni preżenti, il-KEPD jixtieq jenfasizza dawk l-elementi tal-Proposta li għandhom implikazzjonijiet li jipproċessaw dejta personali u li jerġa’ jtenni xi kummenti preċedenti tiegħu li, jekk jitqiesu bis-sħiħ, itejbu aktar it-test mill-perspettiva ta’ protezzjoni tad-dejta.

1.2.   L-isfond ġenerali

4.

Il-Proposta tifforma parti mill-“Pakkett dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq” li jinkludi wkoll proposta għal Regolament dwar is-sigurtà tal-prodotti tal-konsumatur (2) (li jissostitwixxi d-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti 2001/95/KE, il-“GPSD”) u pjan ta’ azzjoni multiannwali għas-sorveljanza tas-suq li jkopri l-perjodu 2013-2015. L-objettiv ġenerali huwa li jiġi kkjarifikat il-qafas regolatorju għas-sorveljanza tas-suq fil-qasam tal-prodotti mhux alimentari (kemm għall-prodotti armonizzati u kemm għal dawk mhux armonizzati, kemm jekk intenzjonati għall-konsumaturi u kemm għall-professjonisti) u jiġi kkonsolidat fi strument wieħed. B’dan il-għan, il-Proposta tgħaqqad ir-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq tal-GPSD, ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 (3) u diversi strumenti tas-settur tal-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tal-UE.

5.

B’mod partikolari, dispożizzjonijiet dwar il-funzjonanemt tas-Sistema tal-UE ta’ Informazzjoni Rapida (RAPEX) (4) li bħalissa jinsabu fil-GPSD ġew trasferiti għall-Proposta, li skontha RAPEX sejra ssir is-sistema unika ta’ twissija dwar prodotti li jippreżentaw riskju lill-konsumaturi tal-UE.

6.

Il-Proposta sejra tistabbilixxi wkoll formalment is-Sistema ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS) (5) li sejra sservi bħala bażi tad-dejta ta’ informazzjoni ta’ sorveljanza tas-suq kif ukoll bħala mezz ta’ komunikazzjoni għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

3.   Il-Konklużjonijiet

28.

Il-KEPD japprezza li kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta tqiesu fil-Proposta sa ċertu punt. Madankollu, fl-Opinjoni preżenti jagħti xi rakkomandazzjonijiet dwar kif il-Proposta tista’ tittejjeb aktar mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta.

29.

B’mod partikolari, il-KEPD jirrakkomanda:

l-inklużjoni ta’ dispożizzjoni sostantiva biex jiġi kkjarifikat li l-Proposta mhix maħsuba biex tipprovdi għal derogi ġenerali minn prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta u li l-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-ipproċessar tad-dejta personali (jiġifieri regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001) tibqa’ kompletament applikabbli fil-kuntest tas-sorveljanza tas-suq. Barra dan, il-premessa 30 tibbenefika minn xi abbozzar mill-ġdid;

l-emendar tal-Artikoli 19 u 21 tal-Proposta sabiex jiġi żgurat li informazzjoni personali li tkun strettament neċessarja biss tiġi pproċessata għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq f’RAPEX u ICSMS, rispettivament, skont il-prinċipji tal-proporzjonalità u l-minimizzazzjoni tad-dejta;

il-forniment fir-Regolament propost (eż. fl-Artikoli 19 u 21) għal perjodi fissi ta’ żamma għad-dejta personali pproċessata f’RAPEX u ICSMS, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li perjodu illimitat ta’ żamma għad-dejta personali jkun diffiċli li jiġi ġġustifikat skont il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta (anki jekk jista’ jkun ġustifikabbli fil-każ ta’ informazzjoni dwar il-prodotti);

li jinżamm l-approċċ li bih il-pubbliku jkun infurmat dwar prodotti perikolużi (permezz tal-websajt ta’ RAPEX) mingħajr ma jqis l-informazzjoni personali tal-operatur(i) ekonomiku(ekonomiċi) responsabbli minn dawk il-prodotti pubbliċi u jiġi applikat approċċ simili fil-każi kollha fejn tkun ippubblikata informazzjoni mill-awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq fil-kuntest tal-Proposta;

li għandha tkun l-intenzjoni tal-leġiżlatur li jipprovdi għall-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni personali ta’ operaturi ekonomiċi (pereżempju bħala sanzjoni f’każi ta’ ksur ripetut jew deterrent addizzjonali), inklużi dispożizzjonijiet sostantivi espliċiti li mill-inqas jispeċifikaw x’tip ta’ dejta personali tista’ ssir pubblika u għal liema skop(ijiet). F’dan il-kuntest, tinġibed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jitqiesu modalitajiet ta’ pubblikazzjoni li jikkawżaw inqas interferenza fid-dritt tal-individwu għar-rispett tal-ħajja privata tiegħu u għall-protezzjoni tad-dejta personali tiegħu, f’konformità mas-sentenza Schecke (6) tal-Qorti tal-Ġustizzja;

li jiġu supplimentati d-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi applikanti, pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali f’RAPEX (Artikolu 19(4)), kif ukoll dwar l-iskambju internazzjonali ta’ informazzjoni kunfidenzjali (Artikolu 22) b’referenzi espliċiti għal dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali li jikkorrispondu għal dawk applikabbli fl-Unjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2013.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  COM(2013) 75 finali.

(2)  Il-Proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal Regolament dwar is-sigurtà tal-prodotti tal-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE (COM(2013) 78 finali).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għas-sorveljanza tal-akkreditament u tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(4)  http://ec.europa.eu/consumers/safety/rapex/index_en.htm

(5)  https://www.icsms.org/icsms/App/index.jsp

(6)  Il-QĠUE, Schecke (C-92/09 u C-93/09), [2010] ECR I-11063.


3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/10


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bnedmin, u li tirrevoka d-Direttiva 2001/20/KE

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit elettroniku tal-EDPS http://www.edps.europa.eu)

2013/C 253/05

1.   Introduzzjoni

1.1.   Konsultazzjoni tal-EDPS

1.

Fis-17 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (“ir-Regolament propost”) (1), u li tirrevoka d-Direttiva 2001/20/KE. Din il-proposta ntbagħtet lill-EDPS għal konsultazzjoni fid-19 ta’ Lulju 2012.

2.

L-EDPS jilqa’ l-fatt li ġie kkonsultat mill-Kummissjoni u jirrakkomanda li tiġi inkluża referenza għall-konsultazzjoni fil-preamboli tar-Regolament propost.

3.

Qabel l-adozzjoni tar-Regolament propost, l-EDPS ingħata l-possibbiltà li jipprovdi kummenti informali lill-Kummissjoni. Uħud minn dawn il-kummenti ġew ikkunsidrati. Bħala riżultat, is-salvagwardji tal-protezzjonijiet tad-dejta fir-Regolament propost ġew imsaħħa.

1.2.   Għanijiet u intenzjonijiet tar-Regolament propost

4.

Ir-Regolament propost għandu l-għan li jiffaċilita l-proċess ta’ applikazzjoni għall-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, speċjalment għall-provi multinazzjonali. Dan jinkludi qafas legali li jistabbilixxi bażi tad-dejta ċentrali għall-UE kollha (bażi tad-dejta tal-UE), ikkontrollata mill-Kummissjoni, bħala l-pjattaforma waħdanija għall-provi kliniċi fl-UE. Ir-Regolament propost jintroduċi wkoll bażi tad-dejta elettronika (bażi tad-dejta tal-EMA), ikkontrollata mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), għar-rappurtar ta’ reazzjonijiet suspettati, mhux mistennija, serji u avversi.

1.3.   L-għan tal-Opinjoni tal-EDPS

5.

Ir-Regolament propost jista’ jaffettwa d-drittijiet ta’ individwi relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. Fost kwistjonijiet oħra, jittratta l-ipproċessar ta’ dejta sensittiva (dejta dwar is-saħħa), bażijiet tad-dejta u ż-żamma ta’ rekords.

6.

Għalkemm l-EDPS jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni għamlet sforz biex tiggarantixxi l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-UE rigward il-protezzjoni tad-dejta personali fir-Regolament propost, l-EDPS jidentifika ċertu nuqqas ta’ ċarezzi u inkonsistenzi fil-mod li r-Regolament propost jittratta l-kwistjoni ta’ jekk u liema kategoriji ta’ dejta personali se jiġu pproċessati taħt ir-Regolament propost, b’mod partikolari fejn dejta sensittiva dwar is-saħħa tista’ tiġi pproċessata u maħżuna. L-EDPS għalhekk jemmen li hemm bżonn ta’ kjarifika fir-rigward ta’ din il-kategorija ta’ dejta personali, kemm dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fil-Portal tal-UE u l-bażi tad-dejta, kif ukoll fir-rappurtar ta’ effetti avversi fil-bażi tad-dejta tal-EMA.

3.   Konklużjonijiet

32.

L-EDPS jilqa’ l-attenzjoni mogħtija b’mod speċifiku għall-protezzjoni tad-dejta fir-Regolament propost, iżda identifika lok għal aktar titjib.

33.

L-EDPS jirrakkomanda li:

l-Artikolu 89 tar-Regolament propost jiċċara r-referenza għad-Direttiva 95/46/KE billi jispeċifika li d-dispożizzjonijiet se japplikaw skont ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE;

ir-Regolament propost jirreferi espliċitament għall-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar l-ipproċessar ta’ dejta personali li tikkonċerna s-saħħa fl-Artikolu 89;

l-Artikolu 78 jikkjarifika jekk id-dejta personali dwar is-saħħa tiġix ipproċessata fil-bażi tad-dejta tal-UE, u jekk iva, għal liema skop;

l-Artikolu 78 jirreferi għad-dritt tas-suġġetti tad-dejta li jimblokkaw id-dejta personali tagħhom;

ir-Regolament propost idaħħal, għall-bażi tad-dejta tal-EMA, dispożizzjoni li tiddefinixxi b’mod aktar ċar f’liema sitwazzjonijiet u soġġetta għal liema salvagwardji, informazzjoni li tinkludi dejta dwar pazjent għandha tiġi pproċessata u maħżuna;

għandu jissemma’ espliċitament fl-Artikolu 39 tar-Regolament propost li r-rapporti annwali għandhom isiru biss bl-użu ta’ dejta anonima;

miżuri ta’ implimentazzjoni li għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament propost jispeċifikaw fid-dettall l-implikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-dejta tal-karatteristiċi funzjonali u tekniċi tal-bażi tad-dejta tal-UE u tal-EMA, u li l-EDPS jiġi kkonsultat dwar dawn il-miżuri, u

l-Artikolu 55 tar-Regolament propost jissostitwixxi jew jikkomplementa l-perjodu minimu ta’ żamma ta’ 5 snin b’perjodu massimu ta’ żamma.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  COM(2012) 369 finali.


3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/12


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR & DE fis-sit tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2013/C 253/06

I.   Introduzzjoni

I.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fit-12 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (“il-Proposta”) (1). Dakinhar stess, il-Proposta ntbagħtet mill-Kummissjoni lill-KEPD għall-konsultazzjoni.

2.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u li fil-preambolu tal-Proposta saret referenza għall-konsultazzjoni tal-KEPD.

3.

Il-KEPD huwa sodisfatt li anke qabel l-adozzjoni tal-Proposta, ingħata l-possibbiltà li jipprovdi kummenti lill-Kummissjoni. Il-KEPD jemmen li, b’riżultat ta’ dan, żdied il-livell tal-protezzjoni tad-dejta fil-Proposta.

I.2.   Kuntest u objettivi tal-Proposta

4.

L-għan tal-Proposta huwa li ssaħħaħ u tiffaċilita r-rwol tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej minħabba li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ sensibilizzazzjoni politika Ewropea u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 10(4) TUE u fl-Artikolu 12(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-Proposta timmira li ttejjeb il-finanzjament u l-oqfsa regulatorji tal-partiti politiċi f’livell Ewropew. Hija maħsuba biex tieħu post ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 attwali dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (li ġie rivedut fl-2007) (2). Ir-rikonoxximent bħala partit politiku Ewropew jew bħala fondazzjoni huwa prekundizzjoni skont il-Proposta għall-eliġibbiltà għall-finanzjament mill-baġit tal-UE (3).

5.

Il-Kummissjoni qieset li kien meħtieġ li tissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 2004/2003 wara valutazzjoni tal-finanzjament attwali u tal-qafas regolatorju tal-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, wara r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew dwar il-finanzjament tal-partiti f’livell Ewropew u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 (“ir-rapport Giannakou”) (4).

6.

L-element ċentrali tal-Proposta huwa l-introduzzjoni ta’ statut legali Ewropew li jagħti personalità ġuridika lill-partiti u lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, ibbażata fuq il-liġi tal-UE, li għandha tgħinhom jegħlbu l-ostakli attwali ta’ rikonoxximent u ta’ funzjonament taħt sistemi legali nazzjonali differenti. Biex jibbenefikaw mill-istatus ta’ persuna ġuridika skont il-liġi tal-UE, il-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej iridu jilħqu standards għoljin ta’ demokrazija interna, governanza, kontabbiltà, trasparenza, u rispett lejn l-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni (5). Huma biss dawk il-partiti u fondazzjonijiet politiċi Ewropej li ġew rikonoxxuti bħala tali li se jkunu eliġibbli għall-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-UE (6).

7.

Il-Proposta tipprevedi wkoll li l-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jkunu soġġetti għal qafas komprensiv u trasparenti regolatorju u ta’ kontroll biex jissaħħaħ il-kontroll pubbliku u l-prinċipju tat-trasparenza (7). It-trasparenza prevista mill-proposta tinkludi l-pubblikazzjoni obbligatorja ta’ ċerta dejta personali.

III.   Konklużjoni

57.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon l-approċċ meħud mill-Kummissjoni fil-Proposta preżenti, li b’mod ċar timmira li tikseb trasparenza b’rispett dovut lir-rekwiżiti tal-privatezza u d-dejta.

58.

Madanakollu, huwa jirrakkomanda dan it-titjib:

li fil-premessi 22 u 23 tal-Proposta jiġi ċċarat f’liema każ ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u f’liema każ id-Direttiva 95/45/KE huma applikabbli, u li jitħassru jew jiġu speċifikati s-subparagrafi (6) sa (8) tal-Artikolu 25 tal-Proposta peress li t-test preżenti sempliċiment jirrepeti l-obbligi tad-Direttiva 95/46/KE u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001;

li tiżdied il-kelma “bil-miktub” mat-test tal-premessa 19 biex tiġi taqbel mal-Artikolu 24(2) u tiġi assigurata l-konsistenza fit-test tal-Proposta;

li tiġi ċċarata l-pubblikazzjoni ta’ ismijiet ta’ kontributuri ta’ aktar minn EUR 1 000 f’sena taħt l-Artikolu 24(1)(f) tal-Proposta mingħajr il-kunsens espress bil-miktub skont l-Artikolu 24(2) tal-Proposta;

li fil-premessi jiġi spjegat, fid-dawl tad-deċiżjoni Schecke, jekk ġewx ikkunsidrati mezzi oħra biex tinkiseb it-trasparenza, u biex jiġi ġġustifikat aħjar il-limitu ta’ EUR 1 000 fis-sena għall-pubblikazzjoni tal-ismijiet tad-donaturi u l-kontributuri;

li jiġi speċifikat li l-obbligu li tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-pubblikazzjoni u l-ipproċessar ta’ dejta personali, kif previst fl-Artikolu 24(3) tal-Proposta għal membri u donaturi potenzjali, japplika wkoll għar-rappreżentanti (legali) potenzjali tal-partiti u l-fondazzjoni;

li jiġi ddikjarat espliċitament fl-Artikolu 24(1)(g) li d-dejta personali se tkun eskluża mill-pubblikazzjoni fil-websajt; jew għallinqas li jiġu ċċarati d-dettalji u l-forma ta’ kif jiġu ppubblikati l-penali u jekk tipprevedix ukoll, direttament jew indirettament, li tiġi ppubblikata d-dejta personali ta’ persuni naturali;

li jiġi ċċarat fi premessa liema dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 huma partikolarment rilevanti fil-kuntest partikulari;

li fir-rigward ta’ partiti iżgħar, jiġi ddikjarat espliċitament fl-Artikolu 24(1)(g) li għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lill-effett li din il-pubblikazzjoni jista’ jkollha fuq il-membri tal-partit jew fondazzjoni konċernata;

li fi premessa tiġi ġġustifikata r-raġuni għala ntgħażel il-limitu massimu rispettiv taż-żmien biex tinħażen id-dejta personali miġbura fl-Artikoli 25(3) u (5);

li jiżdied fl-Artikolu 24 tal-Proposta l-obbligu tal-Parlament Ewropew li jassigura li l-informazzjoni ppubblikata fil-websajt tar-Reġistru li tinkludi dejta personali tkun aċċessibbli biss permezz tal-magni tat-tiftix tal-Internet jekk tkun meħtieġa għall-għanijiet tal-Proposta;

li jiġi vvalutat jekk l-aġġornament annwali tal-lista tal-membri tal-partit u tal-fondazzjoni, kif previst fl-Artikolu 6(7) tal-Proposta, huwiex biżżejjed biex jassigura l-kwalità tad-dejta personali;

li jiġi kkunsidrat jekk, għallinqas fil-każ ta’ membri li jinħallu mill-partit jew mill-fondazzjoni, in-notifika immedjata lir-Reġistru tkunx aktar ta’ benefiċċju għall-għan tal-kwalità tad-dejta.

59.

Il-KEPD jinnota li l-ipproċessar tad-dejta personali relatata ma’ offiżi se jkun soġġett għal iċċekkjar minn qabel mill-KEPD skont l-Artikoli 27(1) u (2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  COM(2012) 499 finali.

(2)  Ara ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1 u ĠU L 343, 27.12.2007, p. 5.

(3)  Il-finanzjament mill-baġit tal-UE se jiġi regolat fi proposta oħra li se tiġi adottata dalwaqt; ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni li jantiċipa l-proposta għal emenda fir-Regolament Finanzjarju, li tintroduċi titolu ġdid dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej, COM(2012) 500.

(4)  Ara r-Rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar il-finanzjament tal-partiti fuq il-livell Ewropew skont l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2004 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom – 18 ta’ Ottubru 2010 u r-Riżoluzzjoni tas-6 ta’April 2011, A7-0062/2011.

(5)  Ara l-premessi 10 u 11 tal-Proposta u p. 6 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-Proposta.

(6)  Ara l-Artikolu 12 u l-premessa 12 tal-Proposta u p. 6 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-Proposta.

(7)  Ara p. 6 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-Proposta.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/15


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 253/07

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

30.7.2013

Tul ta’ żmien

30.7.2013-31.12.2013

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

POK/1N2AB.

Speċi

Pollakkju (Pollachius virens)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

24/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/15


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 253/08

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

30.7.2013

Tul ta’ żmien

30.7.2013-31.12.2013

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

HAD/1N2AB

Speċi

Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

25/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/16


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 253/09

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

29.7.2013

Tul ta’ żmien

29.7.2013-31.12.2013

Stat Membru

Il-Latvja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

RED/51214D

Speċi

Redfish (pelaġiku tal-fond) (Sebastes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

26/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/16


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 253/10

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

7.8.2013

Tul ta’ żmien

7.8.2013-31.12.2013

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

SAN/2A3A4 u ż-żoni ta' ġestjoni SAN/234_1, _2, _3, _4

Speċi

Ċiċċirell u qabdiet inċidentali assoċjati (Ammodytes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIa u IV u l-ilmijiet tal-UE taż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell 1, 2, 3 u 4

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

28/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/17


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 253/11

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

7.8.2013

Tul ta’ żmien

7.8.2013-31.12.2013

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

MAC/8C3411

Speċi

Sawrell (Scomber scombrus)

Żona

Iż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-UE ta' CECAF 34.1.1

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

29/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/17


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 253/12

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

29.7.2013

Tul ta’ żmien

29.7.2013-31.12.2013

Stat Membru

Il-Latvja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

RED/N1G14P

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żona NAFO 1 u l-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

26/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/18


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 253/13

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

7.8.2013

Tul ta’ żmien

7.8.2013-31.12.2013

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

RED/N1G14P

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żona NAFO 1 u l-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

30/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/18


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 253/14

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

7.8.2013

Tul ta’ żmien

7.8.2013-31.12.2013

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

MAC/*8ABD

Speċi

Sawrell (Scomber scombrus)

Żona

Iż-żoni VIIIa, VIIIb u VIIId

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

31/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/19


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 253/15

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

7.8.2013

Tul ta’ żmien

7.8.2013-31.12.2013

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

HER/3D-R30

Speċi

Aringa (Clupea harengus)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

32/BAL


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/19


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 253/16

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

12.8.2013

Tul ta’ żmien

12.8.2013-31.12.2013

Stat Membru

L-istati Membri kollha minbarra l-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Polonja u r-Renju Unit

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

COD/1/2B.

Speċi

Bakkaljaw (Gadus Morhua)

Żona

Iż-żoni I u IIb

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

33/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/20


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2013/C 253/17

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

15.7.2013

Tul ta’ żmien

15.7.2013-31.12.2013

Stat Membru

Id-Danimarka

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

SAN/234_24

Speċi

Iċ-ċiċċirell u l-qabdiet inċidentali assoċjati (Ammodytes spp.)

Żona

Iż-żona 2 ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

34/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/21


Sejħa għal proposti skont il-programm ta' ħidma “Kapaċitajiet” tas-7 Programm Kwadru tal-KE għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni

2013/C 253/18

B'dan qed tingħata notifika tat-tnedija tas-sejħiet għal proposti skont il-programm ta' ħidma tas-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013).

Jintlaqgħu proposti għas-sejħa li ġejja.

Il-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet”:

Titlu tas-Sejħa

Infrastrutturi ta' Riċerka

Identifikazzjoni tas-Sejħa

FP7-INFRASTRUCTURES-2013-2

L-informazzjoni dwar is-sejħa tal-baġit, it-terminu ta' żmien u l-modalitajiet, il-programm ta' ħidma u l- gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu l-proposti hija disponibbli fuq il-websajt:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/page/home


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7029 – ZTE Services Deutschland/Alcatel-Lucent Network Services)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 253/19

1.

Fis-26 ta’ Awwissu 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża ZTE Services Deutschland GmbH (il-Ġermanja), proprjetà ta' ZTE Group (“ZTE”), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Alcatel-Lucent Network Services GmbH (“ALNS”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal ZTE: tfassil, żvilupp, produzzjoni, distribuzzjoni u installazzjoni ta' sistemi u tagħmir tat-telekomunikazzjoni madwar id-dinja,

għal ALNS: kumpanija għas-servizzi tal-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni attiva primarjament fil-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7029 – ZTE Services Deutschland/Alcatel-Lucent Network Services, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).