ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CE2013.249.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 249E

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
30 ta' Awwissu 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew
SESSJONI 2011–2012
Dati tas-seduti: 14–16 ta' Frar 2012
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 127 E, 1.5.2012.
TESTI ADOTTATI

 

It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012

2013/C 249E/01

L-għoti tal-parti l-magħluqa ta' Famagusta lura lill-abitanti legali tagħha
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar l-għoti tal-parti l-magħluqa ta' Famagusta lura lill-abitanti legali tagħha

1

 

L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012

2013/C 249E/02

Fattibilità tal-introduzzjoni ta’ bonds ta’ stabilità
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-fattibilità li jiġu introdotti bonds ta’ stabilità (2011/2959(RSP))

2

2013/C 249E/03

Aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012 (2011/2320(INI))

4

2013/C 249E/04

Kontribut għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2012
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-kontribut għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2012 (2011/2319(INI))

12

 

Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012

2013/C 249E/05

Linji gwida għall-baġit 2013 - taqsimiet oħra apparti t-taqsima tal-Kummissjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2013 Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2012/2001(BUD))

18

2013/C 249E/06

Is-sitwazzjoni attwali rigward il-pjan multiannwali propost għall-istokk tal-Punent ta' sawrell tal-Atlantiku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar is-sitwazzjoni attwali rigward il-pjan multiannwali propost għall-istokk tal-Punent ta' Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk (2011/2937(RSP))

20

2013/C 249E/07

Kontribut tal-politika komuni tas-sajd għall-produzzjoni ta' beni pubbliċi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-kontribut tal-politika komuni tas-sajd għall-produzzjoni ta' prodotti pubbliċi (2011/2899(RSP))

22

2013/C 249E/08

Żviluppi politiċi reċenti fl-Ungerija
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-iżviluppi politiċi reċenti fl-Ungerija (2012/2511(RSP))

27

2013/C 249E/09

Is-sitwazzjoni fir-Russja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-elezzjoni presidenzjali imminenti fir-Russja (2012/2505(RSP))

30

2013/C 249E/10

Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli u l-prodotti tas-sajd
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar il-miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni fir-rigward tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tas-sajd (2012/2522(RSP))

34

2013/C 249E/11

Is-sitwazzjoni fis-Sirja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja (2012/2543(RSP))

37

2013/C 249E/12

Id-19-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Ġinevra
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Parlament fuq id-19-il Sessjoni tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (2012/2530(RSP))

41

2013/C 249E/13

L-aċċess tal-għomja għall-kotba
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-Petizzjoni 0924/2011, imressqa minn Dan Pescod, ta’ ċittadinanza Brittanika, f’isem l-Unjoni Ewropea għall-Għomja (EBU)/l-Istitut Nazzjonali Rjali għall-Għomja (RNIB), dwar l-aċċess tal-għomja għall-kotba u prodotti stampati oħra (2011/2894(RSP))

49

2013/C 249E/14

Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2012/2519(RSP))

50

2013/C 249E/15

Il-futur tal-GMES
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-futur tal-GMES (2012/2509(RSP))

56

2013/C 249E/16

Il-piena tal-mewt fil-Bjelorussja, b'mod partikolari l-każ ta' Dzmitry Kanavalau u Uladzislau Kavalyou
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-piena tal-mewt fil-Belarus, b'mod partikolari l-każijiet ta' Dzmitry Kanavalau u Uladzislau Kavalyou (2012/2539(RSP))

57

2013/C 249E/17

L-Eġittu: żviluppi riċenti
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-Eġittu: żviluppi reċenti (2012/2541(RSP))

60

2013/C 249E/18

Il-piena tal-mewt fil-Ġappun
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-piena tal-mewt fil-Ġappun (2012/2542(RSP))

63

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012

2013/C 249E/19

Emenda tal-Artikolu 48(2) tar-Regolament tal-Parlament dwar ir-rapporti fuq inizjattiva proprja
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar l-emenda għall-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar ir-rapporti fuq inizjattiva proprja (2011/2168(REG))

66

 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012

2013/C 249E/20

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija (COM(2011)0288 – C7-0136/2011 – 2011/0135(COD))

68

P7_TC1-COD(2011)0135Pożizzjoni tal-Parlament Ewropewq adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b’kompiti relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali

69

2013/C 249E/21

L-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji (COM(2011)0079 – C7-0059/2011 – 2011/0038(COD))

69

P7_TC1-COD(2011)0038Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE u 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji

70

2013/C 249E/22

Protokoll UE-Ginea Bissaw dwar l-opportunitajiet tas-sajd ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (15178/2011 – C7-0003/2012 – 2011/0257(NLE))

70

2013/C 249E/23

Il-parteċipazzjoni tal-Marokk fil-programmi tal-Unjoni ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fil-programmi tal-Unjoni (12712/2010 – C7-0430/2010 – 2010/0125(NLE))

71

2013/C 249E/24

It-tilqima kontra l-bluetongue ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Directive 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue (16696/1/2011 – C7-0011/2012 – 2010/0326(COD))

72

2013/C 249E/25

Rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (COM(2010)0775 – C7-0434/2010 – 2010/0373(COD))

73

P7_TC1-COD(2010)0373Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE)…/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009

74

Anness għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva

74

2013/C 249E/26

Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA/ES
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-ħatra proposta ta' Baudilio Tomé Muguruza bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0015/2012 – 2012/0801(NLE))

75

 

L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012

2013/C 249E/27

L-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera u l-acquis ta' Schengen ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tas-setgħat eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (07763/2010 – C7-0272/2011 – 2009/0168(NLE))

76

2013/C 249E/28

Il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (COM(2011)0813 – C7-0500/2011 – 2011/0390(CNS))

76

2013/C 249E/29

Tqassim tal-ikel lill-ifqar nies fil-Komunità ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tat-tqassim tal-ikel lill-ifqar nies fil-Komunità (18733/1/2011 – C7-0022/2012 – 2008/0183(COD))

77

2013/C 249E/30

Politika tal-ispettru tar-radju ***II
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (16226/1/2011 – C7-0012/2012 – 2010/0252(COD))

78

2013/C 249E/31

Ir-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (COM(2010)0728 – C7-0408/2010 – 2010/0362(COD))

79

P7_TC1-COD(2010)0362Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Frar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

80

 

Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012

2013/C 249E/32

Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (tfassil mill-ġdid) (COM(2010)0368 – C7-0177/2010 – 2010/0207(COD))

81

P7_TC1-COD(2010)0207Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Frar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (Tfassil mill-ġdid) ( 1 )

82

ANNESS I

114

ANNESS II

115

ANNESS III

117

ANNESS IV

118

ANNESS V

118

2013/C 249E/33

Ftehim UE-Marokk dwar il-liberalizzazzjoni reċiproka fir-rigward tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tas-sajd ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (15975/2010 – C7-0432/2010 – 2010/0248(NLE))

120

2013/C 249E/34

Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (11343/2010 – C7-0207/2011 – 2010/0093(NLE))

121

Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

**I

Proċedura ta' konsultazzjoni: l-ewwel qari

**II

Proċedura ta' konsultazzjoni: it-tieni qari

***

Proċedura ta' parir konformi

***I

Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari

***II

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari

***III

Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura tiddependi mill-bażi legali proposta mill-Kummissjoni)

Emendi politiċi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u qawwija; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▐.

Korrezzjonijiet u adattamenti tekniċi tas-servizzi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva rqiqa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ║.

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew SESSJONI 2011–2012 Dati tas-seduti: 14–16 ta' Frar 2012 Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 127 E, 1.5.2012. TESTI ADOTTATI

It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012

30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/1


It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012
L-għoti tal-parti l-magħluqa ta' Famagusta lura lill-abitanti legali tagħha

P7_TA(2012)0039

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar l-għoti tal-parti l-magħluqa ta' Famagusta lura lill-abitanti legali tagħha

2013/C 249 E/01

Il-Parlament Ewropew,

filwaqt li jfakkar ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1993 dwar Ċipru,

filwaqt li jfakkar ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-2009 dwar ir-rapport ta' progress tat-Turkija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-belt ta' Famagusta fir-Repubblika ta' Ċipru kienet inqabdet mill-forzi Torok f'Awwissu 1974,

B.

billi parti minn Famagusta kienet ġiet magħluqa u għadha s'issa mhix abitata, taħt il-kontroll dirett tal-militari Torok,

C.

billi l-għoti tal-parti l-magħluqa ta' Famagusta lura lill-abitanti legali tagħha jiffaċilita l-isforzi lejn soluzzjoni komprensiva tal-problema ta' Ċipru,

D.

filwaqt li jinnota l-Ftehim ta' Livell Għoli tal-1979 u r-Riżoluzzjonijiet 550(1984) u 789(1992) tal-KSNU,

E.

filwaqt li jinnota r-Rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-2008 dwar il-Petizzjoni 733/2004,

1.

Jistieden lill-Gvern tat-Turkija sabiex jaġixxi skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU u r-Rakkomandazzjonijiet tar-Rapport hawn fuq imsemmija u jagħti l-parti magħluqa ta' Famagusta lura lill-abitanti legali tagħha, li għandhom jadattaw ruħhom f'kundizzjonijiet ta' sigurtà u paċi;

2.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom mal-Parlament sabiex jippromwovu l-kooperazzjoni tat-Turkija;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Gvern tat-Turkija.


(1)  Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tal-14 ta' Frar 2012 (P7_PV(2012)02-14(ANN1).


L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012

30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/2


L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012
Fattibilità tal-introduzzjoni ta’ bonds ta’ stabilità

P7_TA(2012)0046

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-fattibilità li jiġu introdotti bonds ta’ stabilità (2011/2959(RSP))

2013/C 249 E/02

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (1) (parti mis-“six pack”),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2011 dwar il-fattibilità li jiġu introdotti bonds ta’ stabilità,

wara li kkunsidra l-preżentazzjoni tal-Viċi President Rehn fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tat-23 ta’ Novembru 2011 u l-iskambju ta’ opinjonijiet mal-Kunsill Ġermaniż tal-Esperti Ekonomiċi dwar il-fond Ewropew ta’ tifdija fid-29 ta’ Novembru 2011,

wara li kkunsidra r-Rapport Interim tal-President Van Rompuy: Lejn Unjoni Ekonomika Aktar b’Saħħitha tas-6 ta’ Diċembru 2011,

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Parlament talab li l-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar il-possibilità li jiġu introdotti titoli Ewropej, ħaġa li hija parti integrali mill-ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar il-pakkett dwar il-governanza ekonomika (“six pack”);

B.

billi ż-żona tal-euro tinsab f’sitwazzjoni unika, fejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro jikkondividu munita komuni mingħajr politika fiskali komuni u suq tal-bonds uniku;

C.

billi l-emissjoni ta’ bonds b’responsabilità in solidum tirrikjedi proċess ta’ integrazzjoni aktar profonda;

1.

Huwa mħasseb serjament dwar il-pressjonijiet kontinwi fuq is-swieq tal-bonds sovrani taż-żona tal-euro riflessi fiż-żieda fil-firxa tal-interessi, volatilità kbira u vulnerabilità għal attakki spekulattivi tul l-aħħar sentejn;

2.

Jemmen li ż-żona tal-euro, bħala l-emittent tat-tieni munita internazzjonali tad-dinja, hija koresponsabbli għall-istabilità tas-sistema monetarja dinjija;

3.

Jenfasizza li huwa fl-interess strateġiku fit-tul taż-żona tal-euro u tal-Istati Membri tagħha li wieħed jisfrutta l-benefiċċji kollha possibbli tal-emissjoni tal-euro, li għandha l-potenzjal li ssir il-munita ta’ riserva globali;

4.

Jinnota b’mod partikolari li s-suq tat-Teżor tal-Istati Uniti u s-suq kollu kemm hu tal-bonds sovrani taż-żona tal-euro huma kumparabbli fid-daqs iżda mhux f’termini ta’ likwidità, diversità u prezzijiet; jirrimarka li jista’ jkun fl-interess taż-żona tal-euro li jiġi żviluppat suq tal-bonds likwidu u diversifikat komuni, u li suq ta’ bonds ta’ stabilità joffri alternattiva vijabbli għas-suq tal-bonds tad-dollaru Amerikan u jistabbilixxi l-euro bħala “rifuġju sikur” globali;

5.

Jemmen ukoll li ż-żona tal-euro u l-Istati Membri tagħha huma responsabbli biex jiżguraw l-istabilità fit-tul tal-munita użata minn ’il fuq minn 330 miljun persuna u ħafna kumpaniji u investituri, li b’mod indirett taffettwa lill-bqija tad-dinja;

6.

Jirrimarka li l-bonds ta’ stabilità jkunu differenti minn bonds emessi minn stati federali bħall-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ġermanja u għalhekk ma jistgħux jitqabblu strettament ma’ bonds tat-teżor tal-Istati Uniti jew ma’ Bundesanleihen;

7.

Jilqa’ bi pjaċir il-preżentazzjoni tal-Green Paper, li tissodisfa talba li ilha ssir mill-Parlament Ewropew, u jqisha bħala punt ta’ tluq utli għal aktar riflessjoni; huwa miftuħ u ħerqan b’mod attiv li jiddiskuti l-kwistjonijiet kollha – kemm il-punti pożittivi kif ukoll id-dgħufijiet – relatati mal-fattibilità li jiġu introdotti bonds ta’ stabilità skont alternattivi differenti; Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tapprofondixxi aktar l-analiżi tagħha wara dibattitu pubbliku wiesgħa, li għandhom jikkontribwixxu għalih il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali kif ukoll il-BĊE, jekk iqis li dan ikun xieraq; ma jqis l-ebda waħda mit-tliet possibilitajiet ippreżentati mill-Kummissjoni bħala reazzjoni per se għall-kriżi attwali tad-dejn sovran;

8.

Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni, li hija parti mill-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-fattibilità li jiġu introdotti bonds ta’ stabilità, li l-bonds ta’ stabilità jiffaċilitaw it-trażmissjoni tal-politika monetarja taż-żona tal-euro u jippromwovu l-effiċjenza fis-suq tal-bonds u fis-sistema finanzjarja usa' taż-żona tal-euro;

9.

Itenni l-pożizzjoni tiegħu li għall-emissjoni komuni ta’ bonds, jeħtieġ li jkun hemm fis-seħħ qafas fiskali sostenibbli, li jkollu bħala għan kemm it-titjib fil-governanza ekonomika kif ukoll it-tkabbir ekonomiku fiż-żona tal-euro, u li l-ordni li bih wieħed jipproċedi huwa kwistjoni ewlenija, li jinvolvi pjan direzzjonali li jorbot simili għall-kriterji ta’ Maastricht biex tiddaħħal il-munita unika, u li jislet minnhom il-lezzjonijiet kollha;

10.

Huwa tal-fehma li l-objettivi li fuqhom huma bbażati d-deċiżjonijiet meħuda fil-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Diċembru 2011 biex tkompli tissaħħaħ is-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi jikkontribwixxu wkoll biex jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għall-introduzzjoni possibbli tal-bonds ta’ stabilità;

11.

Jemmen li l-bonds ta’ stabilità jistgħu jkunu mezz addizzjonali kif tiġi inċentivizzata l-konformità mal-patt ta’ stabilità u tkabbir, sakemm jindirizzaw il-periklu morali u l-kwistjonijiet tar-responsabilità konġunta; Jinnota li jeħtieġ li ssir aktar ħidma fir-rigward tal-għażliet ippreżentati fil-Green Paper dwar kwistjonijiet bħal:

inċentivi effettivi tas-suq biex jitnaqqsu l-livelli tad-dejn,

kriterji ta’ dħul u ħruġ, ftehimiet ta’ kundizzjonalità, ftehimiet ta’ maturità, ridistribuzzjoni tal-benefiċċji ta’ finanzjament għall-pajjiżi AAA preżenti,

sistema ta’ divrenzjar tar-rati ta’ interessi fost l-Istati Membri bi klassifiki diverġenti,

dixxiplina baġitarja u żieda fil-kompetittività,

effetti proċikliċi u deflazzjonarji tad-dejn,

l-investituri tas-suq iħossuhom biżżejjed attratti, filwaqt li l-kollateralizzazzjoni żejda u r-ridistribuzzjoni tar-riskji fost il-pajjiżi jiġu limitati jew evitati,

il-prijorità tal-bonds ta’ stabilità meta mqabbla mal-bonds nazzjonali f’każ ta’ Stat Membru inadempjenti fir-rigward ta’ dejnu,

il-kriterji għall-allokazzjoni tas-self lill-Istati Membri u l-kapaċità ta’ manutenzjoni tad-dejn,

programmi ta’ dejn li jistgħu jitkejlu u li jkunu infurzabbli,

il-modalitajiet ta’ pjan direzzjonali li jorbot, simili għall-kriterji ta’ Maastricht għall-introduzzjoni tal-munita unika,

l-interazzjoni mal-EFSF/MES għall-Istati Membri li jesperjenzaw problemi ta’ likwidità,

rekwiżiti legali xierqa, inklużi bidliet fit-trattati u bidliet kostituzzjonali;

12.

Jemmen li l-prospett ta’ bonds ta’ stabilità jista’ jrawwem l-istabilità fiż-żona tal-euro fuq perjodu medju ta’ żmien; Jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, tressaq proposti malajr biex tindirizza b’mod deċiżiv il-kriżi attwali tad-dejn sovran, bħall-patt Ewropew ta’ tifdija propost mill-Kunsill Ġermaniż tal-Esperti Ekonomiċi u/jew il-finalizzazzjoni u r-ratifika ta’ trattat dwar il-MES u/jew kambjali Ewropej, kif ukoll il-ġestjoni konġunta tal-emissjoni tad-dejn sovran;

13.

Jirrimarka li din ir-riżoluzzjoni hija reazzjoni preliminari għall-Green Paper tal-Kummissjoni, li se tkun segwita b’riżoluzzjoni aktar komprensiva fil-forma ta’ rapport INI;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/4


L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012
Aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012

P7_TA(2012)0047

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012 (2011/2320(INI))

2013/C 249 E/03

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 145, 148, 152 u 153(5) tat-TFUE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020) adottat mill-Kunsill fis-7 ta’ Marzu 2011,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2011 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012 (AGS) (COM(2011)0815), u l-Abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi anness magħha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 dwar Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri: Parti II tal-Linji gwida Integrati Ewropa 2020 (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2010 dwar Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi (COM(2010)0682),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2011 dwar l-Aġenda għal Ħiliet Ġodda u l-Impiegi (4),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali (COM(2010)0758),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (5),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2008/867/KE tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (notifikata taħt id-dokument numru C(2008)5737) (6) u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Mejju 2009 dwarha (7),

wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u r-Rapport dwar id-Dimensjoni Soċjali tal-Istrateġija Ewropa 2020 (SPC/2010/10/7 finali),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-5 ta' April 2011 dwar “Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Roma fl-2020” (COM(2011)0173),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-istrateġija tal-UE dwar l-inklużjoni tar-Roma (8),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2010 dwar Żgħażagħ mobbli: Inizjattiva biex jinħareġ il-potenzjal taż-żgħażagħ biex jinkiseb it-tkabbir bil-għaqal, sostenibbli u inklużiv fl-Unjoni Ewropea (COM(2010)0477),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2011 dwar Żgħażagħ mobbli: qafas biex jittejbu s-sistemi Ewropej ta' edukazzjoni u taħriġ (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2010 dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istatus ta’ min jitħarreġ, tal-internship u tal-apprendistat (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Settembru 2010 dwar l-iżvilupp tal-potenzjal ta' ħolqien ta' impjiegi ta' ekonomija sostenibbli ġdida (11),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (12),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, mis-CEEP u mill-ETUC (13),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (14),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0021/2012),

A.

billi l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi huma vasti ħafna, u issa aggravaw minħabba l-impatt tal-miżuri ta' awsterità meħuda f'ċerti pajjiżi bħala reazzjoni għall-kriżi tad-dejn sovran, għat-tnaqqis fl-impjiegi, kemm fis-settur privat kif ukoll f’dak pubbliku, għall-benefiċċji u s-servizzi pubbliċi, u li għalhekk is-sitwazzjonijiet ta’ faqar qed imorru għall-agħar madwar l-UE;

B.

billi l-qgħad żdied b'mod sinifikanti mill-2008 u laħaq livell ta' 23 miljun persuna qiegħda fl-UE, li jikkorrispondi għal 10 % tal-popolazzjoni tal-età tax-xogħol; billi, sabiex tilħaq il-mira ta' impjiegi tagħha, l-UE se jkollha toħloq 17.6 miljun post ta' xogħol ġdid sal-2020;

C.

billi s-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol hija partikolarment kritika għaż-żgħażagħ, minkejja l-livell tagħhom ta' edukazzjoni, li ħafna drabi jispiċċaw b'kuntratti ta' impjieg prekarji u fi traineeships mhux imħallsa; billi s-sitwazzjoni diffiċli taż-żgħażagħ hija parzjalment minħabba żbilanċi bejn ħiliet miksuba u d-domanda tas-suq tax-xogħol;

D.

billi l-persuni li se jilħqu l-età tal-pensjoni, ħaddiema qiegħda fit-tul, ħaddiema mhux tal-UE u ħaddiema b'ħiliet baxxi huma wkoll fost dawk li l-aktar intlaqtu mill-kriżi;

E.

billi d-dimensjoni tas-sessi hija kruċjali għall-kisba tal-miri ewlenin tal-UE 2020, peress li n-nisa huma l-akbar riżerva ta' ħaddiema li s’issa għadha mhux użata u jikkostitwixxu l-maġġoranza ta' dawk li jgħixu fil-faqar fl-UE; billi għalhekk għandha tingħata attenzjoni speċifika kemm fir-rigward tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll fir-rigward tal-politiki mmirati għan-nisa tul il-proċess kollu tas-Semestru Ewropew;

F.

billi l-faqar fost min jaħdem u l-prekarjetà qed jiżdiedu fl-UE, apparti n-numru għoli ta' nies qegħda u ż-żieda fil-medja tat-tul ta' żmien fil-qgħad; billi l-kriżi ħolqot kategoriji ġodda ta' nies li jinsabu f'riskju ta' faqar; billi l-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali (SPC) qed iwissi dwar in-numri li qed jiżdiedu ta' persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar fl-introjtu tagħhom, faqar tat-tfal, privazzjoni materjali serja u esklużjoni soċjali minħabba l-impatt tal-miżuri ta' konsolidazzjoni fiskali mmirati ħażin u rigressivi, fuq is-sistemi ta-protezzjoni soċjali, u billi l-implimentazzjoni ta’ strateġiji integrati dwar l-inklużjoni attiva għandhom ikunu element ċentrali fl-aġenda politika soċjali tal-UE u f’dik nazzjonali;

G.

billi l-miżuri ta’ awsterità u l-miżuri li jimmiraw għal konsolidazzjoni fiskali jaf ikollhom effett negattiv sproporzjonat fuq il-pożizzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u fuq il-faqar fost in-nisa, pereżempju minħabba t-tnaqqis fis-settur pubbliku li jaffettwa n-n-nisa jew minħabba limiti fuq il-benefiċċji soċjali għall-kura tat-tfal;

H.

billi, minkejja l-urġenza tas-sitwazzjoni, il-progress fl-Istati Membri fit-twettiq tal-objettivi tal-Ewropa 2020 huwa iktar baxx milli kien mistenni; billi l-impenji stabbiliti fil-Programmi ta' Riforma Nazzjonali mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-maġġoranza tal-miri fil-livell tal-UE;

I.

billi l-aspetti soċjali u tal-impjieg huma miġbura biss f'waħda mill-ħames prijoritajiet tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir filwaqt li jirrappreżentaw tlieta mill-ħames miri ewlenin tal-Istrateġija UE 2020;

Messaġġi ewlenin bil-perspettiva tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa

1.

Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew jiżgura li l-messaġġi li ġejjin jiffurmaw parti mill-gwida politika tiegħu għas-Simestru Ewropew 2012, u jagħti mandat lill-President tiegħu biex jiddefendi din il-pożizzjoni matul il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-1-2 ta' Marzu 2012;

I.   L-iżgurar tal-koerenza u ż-żieda tal-ambizzjoni biex jinkisbu l-objettivi tal-Ewropa 2020

2.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew jiżgura li l-gwida politika ta' kull sena stabbilita fuq il-bażi tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir hija maħsuba bis-sħiħ biex tissodisfa l-objettivi kollha tal-istrateġija UE 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv;

3.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew jiżgura koerenza bejn il-prijoritajiet differenti fil-gwida politika tiegħu, sabiex il-gwida dwar il-konsolidazzjoni fiskali tkun ibbażata fuq il-ġustizzja soċjali u ma tfixkilx l-isforzi biex jiġu indirizzati l-qgħad, ma żżidx il-faqar u tnaqqas il-konsegwenzi soċjali tal-kriżi; jemmen bil-qawwa li jeħtieġ li l-attenzjoni ewlenija għandha tkun fuq il-miżuri ta’ riforma integrati li jippromwovu t-tkabbir fuq perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul; jenfasizza, għalhekk, li jeħtieġ li l-miżuri baġitarji, ta’ tkabbir u ta’ impjieg jittieħdu flimkien minħabba li huma kollha interdipendenti u b'mod konġunt jikkostitwixxu prerekwiżiti għall-irkupru;

4.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew jiżgura li, fil-lijni gwida għall-politika tiegħu, jiġu ddedikati fondi tal-UE għall-kisba tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020;

5.

Huwa tassew imħasseb dwar il-fatt li l-miri nazzjonali attwali mhumiex biżżejjed biex jiksbu l-miri ewlenin tal-Ewropa 2020 għall-impjiegi, l-edukazzjoni u t-tnaqqis tal-faqar; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew jiżgura li l-Istati Membri jżidu l-miri nazzjonali tagħhom u li dawn ikunu akkumpanjati minn pjanijiet direzzjonali konkreti u realistiċi għall-implimentazzjoni, u jiġu vvalutati permezz ta' indikaturi ċari u konsistenti li jkunu bbażati fuq Qafas ta' Valutazzjoni Konġunta approvat, sabiex l-UE titqiegħed fi triq ċara u vijabbli biex tikseb l-objettivi tal-Ewropa 2020 u l-progress ikun jista' jitkejjel b'mod trasparenti;

II.   L-appoġġ tal-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli permezz ta' investiment u riforma tat-taxxa

6.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew jipprovdi l-flessibbiltà baġitarja meħtieġa u inkorraġġiment għall-investimenti fil-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u diċenti f'firxa wiesgħa ta' setturi, kif ukoll investiment fit-taħriġ tal-ħaddiema u tal-persuna qiegħda u fit-tnaqqis tal-faqar;

7.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew japprova l-gwida politika biex tneħħi l-piż tat-taxxa bħala parti tal-ispejjeż mhux relatati mal-pagi minn fuq il-ħaddiema filwaqt li jħeġġeġ lill-kumpaniji li jibbenefikaw minn dawk l-eżenzjonijiet/tnaqqis biex joffru pagi diċenti għall-għixin; jemmen li dan ikun aktar attraenti biex il-ħaddiema jiġu impjegati u jżommu l-impjieg tagħhom u biex itejjeb is-sitwazzjoni ġenerali tas-suq tax-xogħol, partikolarment dak tal-gruppi vulnerabbli; jitlob lill-Kunsill Ewropew, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà, japprova l-gwida dwar iż-żieda tad-dħul permezz ta' tassazzjoni ġusta, progressiva, redistributtiva, effikaċi u effiċjenti u koordinazzjoni aħjar tat-taxxa biex tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa;

III.   It-titjib tal-kwalità tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni akbar tal-ħaddiema

8.

Jiddispjaċih li l-gwida politika mmirata biex tagħmel ix-xogħol aktar attraenti ma tindirizzax il-kwalità tax-xogħlijiet u tagħti ftit wisq attenzjoni lit-twaqqif tal-prekundizzjonijiet neċessarji għaż-żieda tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema, speċjalment dik tan-nisa, tal-persuni b'diżabilità u tal-aktar persuni mċaħħda pereżempju bħal dawk li ilhom qiegħda; jitlob lill-Kunsill Ewropew jinkludi l-gwida dwar ix-xogħol deċenti u l-isforzi biex jappoġġaw ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol, il-familja u l-ħajja privata, permezz ta' provvediment ta’ kura u ta’ kura tat-tfal bi prezz li jista' jintlaħaq minn kulħadd, liv relatat mal-familja u arranġamenti għal xogħol flessibbli;

9.

Iwissi li l-miżuri ta' awsterità u t-tnaqqis ta' piż amministrattiv m'għandhomx jikkompromettu l-protezzjoni soċjali u l-istandards tas-saħħa u tas-sigurtà u lanqas m'għandhom jirriżultaw f'kundizzjonijiet anqas stretti jew eżenzjonijiet mil-leġiżlazzjoni tal-UE;

IV.   L-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ

10.

Jenfasizza l-importanza li ma jintilifx il-potenzjal tal-ġenerazzjoni żagħżugħa, u jitlob lill-Kunsill Ewropew jagħmel l-indirizzar tal-qgħad fost iż-żgħażagħ prijorità; jitlob lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji komprensivi għaż-żgħażagħ li mhumiex jaħdmu, jistudjaw jew jistħarġu, inklużi miżuri politiċi mmirati u attivi dwar is-suq tax-xogħol, miżuri li jindirizzaw l-iżbilanċi fil-ħiliet fis-suq tax-xogħol, promozzjoni tal-intraprenditorjat fost iż-żgħażagħ u oqfsa li jiżguraw il-bidla mill-edukazzjoni għax-xogħol, bħal pereżempju “Taħriġ Vokazzjonali Doppju”; jitlob lill-Istati Membri jintroduċu, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, Garanzija għaż-Żgħażagħ, li tiżgura d-dritt ta' kull persuna żagħżugħa fl-UE li tiġi offruta xogħol, apprendistat, taħriġ addizzjonali jew xogħol u taħriġ ikkumbinati wara perjodu massimu ta' 4 xhur qgħad; jenfasizza l-importanza li jitnaqqsu l-forom ta’ impjieg prekarju, bħalma huma l-kuntratti temporanji, ix-xogħol part-time mhux mixtieq kif ukoll l-internships bla ħlas, fost iż-żgħażagħ;

V.   L-indirizzar tal-faqar u l-esklużjoni soċjali b'enfażi fuq gruppi b'ebda rabta jew b'rabtiet limitati mas-suq tax-xogħol

11.

Jilqa' l-fatt li, għall-ewwel darba, l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir jinkludi gwida fil-qasam tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, u jitlob lill-Kunsill Ewropew japprova din il-gwida bħala prijorità, filwaqt li jiżgura li l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali tmur lil hinn mill-miżuri mmirati għall-integrazzjoni tal-persuni fis-suq tax-xogħol billi titpoġġa enfażi fuq il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni attiva tal-gruppi vulnerabbli bl-ebda rabta jew b'rabtiet limitati mas-suq tax-xogħol;

12.

Jenfasizza li l-Artikolu 9 TFUE għandu jiġi integrat fis-Semestri Ewropej kollha, inklużi fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż, li għandhom jiġu akkumpanjati minn valutazzjonijiet tal-impatt soċjali ex ante u ex post;

VI.   It-tisħiħ tal-leġittimità demokratika, ir-responsabilità u s-sjieda

13.

Ifakkar li l-importanza miżjuda tad-dimensjoni Ewropea tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri għandha timxi id f'id mal-leġittimità demokratika miżjuda u r-responsabilità xierqa tal-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali; iqis li, fin-nuqqas ta' bażi legali għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja applikabbli għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, il-Kunsill Ewropew għandu responsabilità speċjali biex jikkunsidra l-kummenti parlamentari meta japprova l-gwida politika sabiex jagħtiha leġittimità demokratika u li bl-ebda mod is-sens ta’ urġenza fl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ awstrerità u tad-dixxiplina fiskali ma għandu jiġi qabel il-ħtieġa ta’ proċess demokratiku tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;

14.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew u lill-Istati Membri jiżguraw li parlamenti nazzjonali u reġjonali, sħab soċjali, awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili jkunu involuti sew fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-gwida politika taħt l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-proċess ta' governanza ekonomika, sabiex jiżguraw is-sjieda;

15.

Jitlob lill-Kummissjoni tbiddel l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir f'Linji gwida dwar it-Tkabbir Sostenibbli Annwali fl-2013, tippreżentah f'format li jippermetti lill-Parlament jipproponi emendi u jiżgura li proċess trasparenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet interistituzzjonali jintemm fi gwida politika approvata komunement;

Sforzi addizzjonali li għandhom jitkomplew fil-qasam tal-impjiegi u soċjali

Żieda tal-livelli tal-impjiegi u titjib tal-kwalità tax-xogħol

16.

Jitlob lill-Istati Membri jappoġġaw inizjattivi li jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-setturi bl-akbar potenzjal ta’ impjiegi, b'mod partikolari fil-bidla għal ekonomija sostenibbli (xogħlijiet ekoloġiċi), saħħa u servizzi soċjali (impjieg fis-settur tas-saħħa) u l-ekonomija diġitali;

17.

Jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-ambjent għan-negozji, speċjalment l-SMEs u b'mod partikolari jħeġġu negozji ġodda u jappoġġaw SMEs eżistenti fl-attivitajiet tagħhom favur il-ħolqien tal-impjiegi;

18.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew isaħħaħ l-isforzi biex jitjieb is-Suq Uniku, biex tiżdied l-ekonomija diġitali u biex tingħata attenzjoni partikulari fir-rigward ta’ regolamentazzjoni intelliġenti sabiex titnaqqas il-burokrazija żejda;

19.

Jitlob lill-Istati Membri jżidu l-kopertura u l-effikaċja tas-servizzi tal-impjiegi u jadottaw politiki attivi fis-suq tax-xogħol - f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali - li jkunu appoġġati b'mod reċiproku minn inċentivi ta' attivazzjoni, bħal pereżempju programmi għat-tranżizzjoni minn dipendenza fuq il-benefiċċji għas-suq tax-xogħol, u sistemi ta' benefiċċji adegwati sabiex tinżamm l-impjegabilità, u jappoġġaw lill-persuni biex imorru lura għax-xogħol u jissalvagwardjaw il-kundizzjonijiet ta’ għixien deċenti;

20.

Jitlob lill-Istati Membri jappoġġaw u jiżviluppaw kundizzjonijiet għal arranġamenti tax-xogħol aktar flessibbli speċjalment għall-ħaddiema iktar anzjani u dawk iktar żagħżugħa u jippromwovu l-mobilità tal-ħaddiema; jenfasizza l-importanza li tiżdied il-produttività tax-xogħol u l-effiċjenza madwar l-UE sabiex terġa’ tinkiseb il-kompetittività tal-Ewropa;

21.

Jitlob lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-fondi strutturali sabiex tiżdied l-impjegabilità u jiġi missielet il-qgħad strutturali u fit-tul b’mod effikaċi; jemmen li l-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida u assistenza ulterjuri lill-Istati Membri favur dan l-għan, speċjalment f’dawn iż-żminijiet ta’ reċessjoni u sfidi soċjali;

22.

Iqis li l-mira ewlenija tal-Ewropa 2020 għar-rata tal-impjiegi tista' tinkiseb biss jekk il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol tiżdied b'mod sinifikanti; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura gwida iktar b’saħħitha għall-Istati Membri, li għandha timmira lejn it-twaqqif tal-kundizzjonijiet neċessarji għar-rati ogħla ta' impjiegi fost in-nisa, bħal pereżempju kura tat-tfal bi prezz li jintlaħaq minn kulħadd, maternità adegwata, paternità u skemi tal-liv parentali u flessibilità fil-ħinijiet u l-postijiet tax-xogħol;

23.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew jivvaluta l-effettività tar-rakkomandazzjonijiet ta' politika tiegħu fl-appoġġ tal-parteċipazzjoni tas-suq tal-adulti kollha fl-unitajiet domestiċi, fil-provvediment ta' pagi għal għixien deċenti u fl-iffaċilitar tat-tranżizzjonijiet ’il fuq għal dawk maqbuda f’xogħlijiet prekarji jew b’paga baxxa, peress li dawn huma t-tliet mekkaniżmi li jistgħu jnaqqsu l-faqar fost dawk li jaħdmu; jitlob lill-Istati Membri jiġġieldu l-faqar fost dawk li jaħdmu billi jsegwu politiki tas-suq tax-xogħol li jkollhom l-għan li jiżguraw pagi għall-għajxien għal dawk li jaħdmu;

24.

Jitlob lill-Kummissjoni tuża dejta disaggregata skont is-sess fir-rapporti tal-progress tagħhom;

25.

Jitlob lill-Istati Membri jirrikonoxxu aktar il-valur miżjud reali li ħaddiema akbar fl-età jirrappreżentaw fi ħdan l-intrapriża tagħhom u joħolqu kundizzjonijiet ta' xogħol li jiffavorixxu l-età sabiex jippermettu lill-ħaddiema akbar fl-età biex jagħżlu li jipparteċipaw u jibqgħu fis-suq tax-xogħol; jitlob lill-Istati Membri jagħmlu dan billi jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni tal-età, jissostitiwxxu inċentivi għall-ħaddiema akbar fl-età biex jitilqu mis-suq tax-xogħol b'inċentivi għal suq tax-xogħol inklużiv u jadattaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħtiġijiet tal-ħaddiema akbar fl-età, bħal pereżempju t-twaqqif ta' ħinijiet u postijiet ta' xogħol flessibbli, id-dritt għat-taħriġ u d-dritt għal mogħdija flessibbli għall-irtirar, filwaqt li jiżguraw il-provvediment adegwat ta’ pensjoni għal kulħadd; jemmen li l-prevenzjoni tas-saħħħa okkupazzjonali għandha tiżgura tixjiħ attiv waqt u wara l-ħajja tax-xogħol;

26.

Jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li n-nies fuq kuntratti temporanji u part-time ikollhom l-istess trattament, inkluż rigward it-tkeċċija u l-paga rigward il-liġi tal-UE primarja u sekondarja, u li dawn il-ħaddiema u n-nies li jaħdmu għal rashom ikollhom protezzjoni soċjali adegwata u aċċess għal taħriġ u tagħlim tul il-ħajja u li l-kundizzjonijiet qafas ikunu stabbiliti sabiex ikunu jistgħu jagħmlu karriera; jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw ftehimiet oqfsa dwar xogħol part-time u impjieg b'terminu fiss u jinfurzaw b’mod effikaċi d-Direttiva li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol;

27.

Jemmen li għandhom jiġu implimentati r-riformi neċessarji fis-suq tax-xogħol - bl-għan li jiżdiedu l-produttività u l-kompetittività - b’tali mod li tiġi żgurata ġustizzja soċjali u tiġi promossa l-kwalità tal-impjiegi, filwaqt li jiġu rrispettati t-tradizzjonijiet nazzjonali tad-djalogu soċjali;

28.

Jitlob lill-Istati Membri jieħdu passi biex itejbu l-mobilità fi ħdan u bejn swieq tax-xogħol u jneħħu l-ostakli legali u amministrattivi eżistenti kollha li jxekklu l-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea;

29.

Jitlob lill-Kunsill Ewropew jistabbilixxi taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji biex itejbu l-ħolqien tal-impjiegi sostenibbli;

30.

Jiddispjaċih dwar l-isforzi insuffiċjenti biex tiġi implimentata l-integrazzjoni tas-sessi fil-prijoritajiet tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, minnkejja l-fatt li l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2011-2020) jitlob lill-Kummissjoni tintegra perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir; jitlob lill-Kunsill Ewropew jiżgura li l-gwida politika se tindirizza l-inugwaljanzi tas-sessi; jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw l-intergrazzjoni tas-sessi fit-tfassil tal-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni tindirizza rakkomandazzjonijiet speċifiċi skont il-pajjiż fil-każ ta’ Stati Membri li ma jieħdux kont tad-dimensjoni tas-sessi;

Investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ

31.

Jitlob lill-Istati Membri jadattaw u jespandu l-investiment fl-edukazzjoni, fit-taħriġ, fil-promozzjoni tal-ħiliet intraprenditorjali u fit-tagħlim tul il-ħajja għall-gruppi ta' etajiet kollha, mhux biss permezz tat-tagħlim formali, iżda wkoll permezz tal-iżvilupp ta' tagħlim mhux formali u informali, li jwasslu għal livell ta’ potenzjal ta’ tkabbir ogħla u jwissi kontra l-ispejjeż soċjali u ekonomiċi fit-tul tat-tnaqqis fil-baġits għall-edukazzjoni;

32.

Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jegħlbu l-iżbilanċi u n-nuqqas tal-ħiliet u jżidu s-sinerġiji bejn l-universitajiet, istituzzjonijiet ta' taħriġ, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u intrapriżi, billi jtejbu l-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet tal-ħiliet, jadattaw s-sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jagħtu lill-ħaddiema ħiliet ġodda sabiex jiġġieldu kontra l-qgħad strutturali u jippreparaw lill-ħaddiema għall-bidla lejn ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklużiva;

33.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ma jħallux li l-miżuri ta’ awsterità jikkompromettu l-politiki favur it-tkabbir, u jiprijoritizzaw infiq li ma jagħmilx ħsara lit-tkabbir bħal fl-edukazzjoni, fit-tagħlim tul il-ħajja, u fir-riċerka u l-innovazzjoni filwaqt li jiżguraw l-effiċjenza ta’ dan l-infiq;

34.

Ifakkar li, fl-inizjattiva ewlenija tagħha “Żgħażagħ Attivi”, il-Kummissjoni wegħdet li tipproponi Qafas ta' Kwalità għall-Apprendistati, u jitlobha tippreżenta, mingħajr dewmien, dan il-Qafas;

35.

Iħeġġeġ l-implimentazzjoni vigoruża tal-Qafas Nazzjonali għall-Kwalifiki bħala għodda li tippromwovi l-iżvilupp tat-tagħlim tul il-ħajja;

36.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lil min iħaddem joħolqu iktar opportunitajiet għal ħaddiema nisa fis-setturi tat-teknoloġiji l-ġodda sabiex jissaħħaħ is-settur tat-teknoloġija avvanzata skont l-objettivi tal-Ewropa 2020;

Ġlieda kontra l-faqar, promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi

37.

Jenfasizza l-fatt li, skont l-Ewrobarometru ta' Novembru 2011, 49 % taċ-ċittadini Ewropej ikkwotaw l-indirizzar tal-faqar u l-esklużjoni soċjali bħala politika ta' prijorità li jixtiequ jaraw imħeġġa mill-Parlament Ewropew, billi jagħmluwha bħala t-tħassib ewlieni tagħhom qabel il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi, baġitarji u fiskali;

38.

Jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali, inkluż aċċess għal sistemi tal-pensjoni li ma jiddiskriminawx bejn is-sessi, u jiżguraw li jkomplu jaġġixxu bħala protetturi kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

39.

Jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw strateġiji attivi ta' inklużjoni u servizzi ta' kwalità għolja adegwati bi prezz li jintlaħaq minn kulħadd, appoġġ adegwat ta’ dħul minimu u approċċi direzzjonali għal impjiegi ta’ kwalità biex jipprevjenu l-marġinalizzazzjoni ta' gruppi b'introjtu baxx u vulnerabbli;

40.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsegwu s-sejħa tal-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali sabiex ikun hemm Rapporti Soċjali Nazzjonali parteċipattivi li jsejsu l-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali, abbażi tal-objettivi komuni tal-MMK Soċjali u filwaqt li jipprovdu soluzzjonijiet multidimensjonali għall-faqar li jippromwovu aċċess għad-drittijiet, għar-riżorsi u għas-servizzi;

41.

Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jpoġġu fis-seħħ, jimplimentaw u jinfurzaw miżuri antidiskriminatorji effikaċi; jitlob lill-Kummissjoni tindirizza n-nuqqas ta’ progress fl-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ miżuri antidiskriminatorji fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi;

42.

Jitlob lill-Istati Membri jispeċifikaw fil-Programmi ta' Riforma Nazzjonali tagħhom kif il-fondi tal-UE se jintużaw biex jappoġġaw il-miri nazzjonali fir-rigward tal-faqar u f’setturi soċjali, tal-impjiegi u edukattivi oħrajn biex jiżguraw l-ilħuq tal-miri tal-Ewropa 2020;

43.

Iwissi li r-riformi tal-pensjonijiet imħeġġa fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ma jistgħux sempliċiment iżidu l-età tal-pensjoni bi tpattija għad-defiċits, iżda, għall-kuntrarju, għandhom iqisu s-snin ta’ ħidma, filwaqt li jnaqqsu l-faqar fost l-anzjani u bla ma jipperikolaw is-sistemi tal-pensjoni mmexxija mill-gvernijiet;

44.

Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe riforma fis-sistema tas-saħħa tkun iffokata fuq it-titjib tal-kwalità u fuq l-iżgurar tal-adegwatezza, l-affordjabilità u l-aċċess universali;

45.

Huwa mħasseb dwar l-impatt soċjali tal-kriżi fuq il-faqar fost in-nisa; jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-konsolidazzjoni fiskali tkun kompatibbli mad-dimensjoni soċjali tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-linji gwida dwar l-impjiegi; jitlob lill-Kummissjoni tevalwa wkoll l-effetti tal-miżuri ta’ awsterità fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-impjiegi tan-nisa;

46.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżviluppa analiżi u integrazzjoni tas-sessi f’dak li għandu x’jaqsam mal-impatt tar-riformi tal-pensjonijiet fuq il-ħajja tan-nisa fl-UE bl-għan li tindividwalizza d-drittijiet tal-pensjoni u s-sistemi tas-sigurtà soċjali kif ukoll tat-taxxa;

Sforzi addizzjonali meħtieġa biex itejbu l-governanza, l-impenn u l-leġittimità demokratika

47.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali għad għandhom rwol limitat fis-Semestru Ewropew; jiddeplora l-fatt li l-gwida politika fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir imnedija mill-Kummissjoni, u li trid tiġi approvata mill-Kunsill Ewropew, hija nieqsa mill-involviment parlamentari u għalhekk mill-leġittimità demokratika;

48.

Jinnota li ħames Stati Membri li bħalissa għandhom Memorandum ta' Qbil mal-Kummissjoni, l-FMI u l-BĊE ma rċevew l-ebda rakkomandazzjoni speċifika għal kull pajjiż f'Lulju 2011; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-implimentazzjoni tal-Memorandum ta' Qbil huwa kompatibbli bis-sħiħ mal-kisba tal-objettivi tal-Ewropa 2020 dwar iż-żieda tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-faqar; Ittenni l-pożizzjoni tiegħu li l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għandha tkun involuta fil-programmi ta' assistenza finanzjarja IMF-ECB tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kunsill Ewropew jagħti lill-Istati Membri kkonċernati l-inkorraġġiment meħtieġ għall-investimenti fil-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli, edukazzjoni u taħriġ u fit-tnaqqis tal-faqar sabiex jiffaċilita l-kontribuzzjoni tagħhom għall-kisba tal-miri ewlenin tal-UE f'dawn l-oqsma;

49.

Jitlob lill-Istati Membri, fl-isfond tal-agħar kriżi ekonomika li qatt kien hemm fl-Unjoni Ewropea, jimplimentaw mingħajr dewmien il-programmi ta' riforma nazzjonali meħtieġa;

*

* *

50.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0542.

(2)  ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 116.

(3)  ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0466.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2011)0495.

(6)  ĠU L 307, 18.11.2008, p. 11.

(7)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 23.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2011)0092.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2011)0230.

(10)  ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 29.

(11)  ĠU C 308 E, 20.10.2011, p. 6.

(12)  ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43.

(13)  ĠU L 14, 20.1.1998, p. 9.

(14)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/12


L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012
Kontribut għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2012

P7_TA(2012)0048

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-kontribut għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2012 (2011/2319(INI))

2013/C 249 E/04

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2011 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2012 (COM(2011)0815),

wara li kkunsidra l-pakkett leġiżlattiv dwar il-governanza ekonomika adottat fis-16 ta’ Novembru 2011, u b’mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar it-Tabella għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi: id-disinn inizjali previst (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinament tal-Politika Ekonomika (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0018/2012),

A.

billi l-evidenza statistika l-aktar reċenti tenfasizza ż-żieda fl-inugwaljanzi u fil-qgħad fl-Unjoni Ewropea,

B.

billi l-maġġoranza tal-Istati Membri tilfu l-fokus tal-għanijiet prinċipali tal-objettivi tal-istrateġija UE 2020;

L-isfidi ekonomiċi u l-politiki makroekonomiċi ewlenin

1.

Jilqa' l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (AGS) 2012, kif preżentat mill-Kummissjoni bħala bażi soda għas-Semestru Ewropew ta' din is-sena; jenfasizza li s-soluzzjonijiet li huma mmirati speċifikament għall-kriżi tad-dejn sovran u dik finanzjarja, u li fuqhom qed jaħdmu ta' kuljum l-istituzzjonijiet kollha, għandhom jimxu id f'id ma' fokus ewlieni fuq il-miżuri - fuq żmien medju u fit-tul - li jsaħħu t-tkabbir, kif ukoll ma' reviżjoni tal-qafas ekonomiku ġenerali, sabiex jittejbu s-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-Ekonomija Ewropea, u jiġi żgurat is-suċċess dejjiemi tagħha;

2.

Iqis, madankollu, li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ma jissodisfax il-bżonn li terġa' titrabba l-fiduċja fid-djar u fl-impriżi Ewropej, kif ukoll fis-swieq finanzjarji, peress li l-Istħarriġ ma jarax il-bżonn li tittieħed azzjoni urġenti li tappoġġja l-attività u l-impjiegi fiż-żmien qasir, għal investiment fl-objettivi tal-istrateġija UE 2020;

3.

Ifakkar li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011 u għadd ta' inizjattivi oħra, li jeħtieġ li jiġu implimentati permezz ta' leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea, diġà kien fihom ħafna mill-elementi meħtieġa biex terġa' titrabba l-fiduċja, tiżdied il-kompetittività, u jiġi promoss it-tkabbir intelliġenti u sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi;

4.

Ifakkar fit-talbiet li huwa indirizza lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinament tal-Politiki Ekonomiċi u jitlob tweġiba pubblika għall-elementi f'dik ir-riżoluzzjoni;

5.

Jiddeplora n-nuqqas ta' implimentazzjoni, jew l-implimentazzjoni mhux uniformi, ta' linji gwida miftiehma fil-livell tal-UE, filwaqt li jitqies il-marġni ta' diskrezzjoni meħtieġ li l-Istati Membri jgawdu minnu biex iħaddmu l-politiki tagħhom, li qed iżommu li l-linji gwida miftiehma jagħtu l-potenzjal sħiħ tagħhom biex jinkisbu l-għanijiet tal-UE 2020; jilqa' l-fatt li din is-sena l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir jagħmel enfasi fuq il-ħtieġa ta' implimentazzjoni kif ukoll fuq azzjonijiet li jsaħħu t-tkabbir; jenfasizza l-fatt li l-leġittimità demokratika u s-sjieda fil-livell nazzjonali tat-tibdiliet deċiżi f'termini ta' governanza ekonomika fil-ġejjieni jeħtieġ li jitkabbru b'mod sostanzjali;

6.

Jaqbel li l-AGS u l-pożizzjonijiet uffiċjali meħuda mill-Parlament Ewropew u minn istituzzjonijiet Ewropej oħra f'dan ir-rigward jiffissaw il-prijoritajiet għall-azzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE għat-tnax il-xahar li jmiss, inkluż sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija UE 2020, li jridu jiġu integrati fid-deċiżjonijiet ekonomiċi u baġitarji nazzjonali, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-UE speċifiċi għal kull pajjiż;

7.

Jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni li l-isforzi fil-livell nazzjonali u tal-UE għandhom jikkonċentraw fuq il-ħames prijoritajiet li ġejjin:

issir ħidma fuq il-konsolidazzjoni fiskali differenzjata li tgħin fit-tkabbir filwaqt li jkunu żgurati r-rilanċ ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi;

l-iżgurar tal-finanzjament fuq żmien fit-tul tal-ekonomija reali;

jiġi promoss it-tkabbir sostenibbli permezz ta' aktar kompetittività u investimenti;

jiġu indirizzati l-qgħad u l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi;

jiġu mmodernizzati l-amministrazzjoni pubblika tal-UE u s-servizzi ta' interess ġenerali;

8.

Jilqa' l-evalwazzjoni tal-progress tal-inizjattivi ewlenin tal-istrateġija UE 2020, iżda jenfasizza li l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u l-faqar għandha tibqa' prijorità ewlenija ta' kull politika;

9.

Jemmen li l-aċċess għas-servizzi bażiċi bankarji jibqa' fattur ewlieni fl-inklużjoni soċjali u għalhekk jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tieħu azzjoni aktar kuraġġuża biex tiggarantixxi dan l-aċċess;

Issir ħidma fuq il-konsolidazzjoni fiskali differenzjata li tgħin fit-tkabbir filwaqt li jkunu żgurati r-rilanċ ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi;

10.

Jagħraf l-interdipendenza u għalhekk ir-riperkussjonijiet bejn l-ekonomiji u l-politiki fiskali tal-Istati Membri; jenfasizza li l-prospetti ta' tkabbir tal-Istati Membri kollha, kemm dawk attwalment fiż-żona tal-Euro kif ukoll dawk barra, huma dipendenti ħafna minn kemm tiġi indirizzata b'determinazzjoni l-kriżi tad-dejn sovran u fuq kemm il-politiki ekonomiċi kkoordinati jiżguraw li jkun hemm fokus aħjar fuq l-investiment għat-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu l-passi adegwati biex jikkoreġu d-defiċits eċċessivi tagħhom sal-iskadenzi stipulati mill-Kunsill u jnaqqsu d-dejn sovran tagħhom għal livell sostenibbli;

11.

Jieħu nota tal-proposti leġiżlattivi l-ġodda dwar il-governanza ekonomika; jemmen li dawn il-proposti għandhom joffru l-opportunità tat-tisħiħ tar-rwol tal-Parlament Ewropew rigward id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċeuri ta' sorveljanza tal-politika ekonomika fi ħdan il-qafas tas-Semestru Ewropew f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 121 u 136 tat-Trattat;

12.

Ifakkar li fil-kuntest attwali fejn diversi Stati Membri huma konfrontati b'għażliet stretti u diffiċli rigward l-allokazzjoni tar-riżorsi pubbliċi, huwa urġenti li tiġi żgurata l-konsistenza tal-istrumenti politiċi ekonomiċi differenti u b'mod partikolari ta' politiki li jwasslu għar-rispett tal-objettivi tal-istrateġija UE 2020 u tal-għanijiet prinċipali fuq bazi ugwali;

13.

Ifakkar, f'din il-perspettiva, fil-ħtieġa li jiġu identifikati, ivvalutati u indirizzati r-riperkussjonijiet tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri, kif ukoll li jsiru valutazzjonijiet dwar l-impatt soċjali tal-istrumenti tal-politika ekonomika inklużi fil-qafas tas-Semestru tal-UE;

14.

Jenfasizza l-fatt li l-Istati Membri għandhom iħaddmu strateġiji differenzjati skont il-qagħda baġitarja tagħhom u jinsisti li l-Istati Membri għandhom iżommu ż-żieda tan-nefqa pubblika taħt ir-rata tat-tkabbir tal-PDG fuq żmien medju sakemm nefqa akbar ma tiġix kumplimentata b'miżuri tad-dħul diskrezzjonali addizzjonali; jistieden lill-Istati Membri biex, fir-rigward tal-aspetti ta' nfiq u dħul fil-baġit, jagħtu prijorità lil politika li jiffavorixxu t-tkabbir, bħal l-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-infrastruttura u l-enerġija, u sabiex jiżguraw li dawn l-infiq u d-dħul ikunu effiċjenti; jappella għal riforma effiċjenti, soċjalment ġusta u sostenibbli:

tas-sistemi tal-pensjoni u tas-sigurtà soċjali,

ta' politiki dwar taxxa li jiffavorixxu t-tkabbir fl-Istati Membri, ta' koordinazzjoni fiskali mtejba u, fejn ikun il-każ, armonizzazzjoni fl-UE; jinkuraġġixxi lill-Istati Membri biex, kif miftihem, itejbu l-oqfsa fiskali domestiċi tagħhom bil-għan li jippromwovu politiki fiskali effiċjenti u sostenibbli (5); jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-koordinament ta' miżuri kontra l-evażjoni fiskali;

L-iżgurar tal-finanzjament fuq żmien fit-tul tal-ekonomija reali;

15.

Jilqa' l-fatt li tinsab għaddejja reviżjoni maġġuri tar-regolamentazzjoni u tas-superviżjoni tas-settur finanzjarju; jemmen li jinħtieġu miżuri aktar diliġenti u ambizzjużi sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistema finanzjarja tal-UE; jenfasizza li dan isaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza li dan għandu jsir b'mod li jiskoraġġixxi l-arbitraġġ regolatorju u li ma jinkoraġġix il-ħarba tal-kapital jew ir-rilokazzjoni tal-attività finanzjarja mill-UE;

16.

Jenfasizza l-fatt li biex terġa' tinkiseb il-fiduċja tal-investituri jeħtieġ li jkun hemm tisħiħ tas-sitwazzjoni tal-kapital tal-banek u tal-miżuri maħsuba biex isostnu l-aċċess tagħhom għall-finanzjament, b'mod li kemm jista' jkun jitnaqqsu s-sistemi ta' rimunerazzjoni għal żmien qasir u l-mudelli ta' negozju mhux adegwati; jemmen li hemm bżonn ta' riforma ulterjuri fir-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-settur finanzjarju sabiex jiġu riflessi r-riskji akbar fis-swieq tad-djun sovrani u privati, li tinkludi t-tisħiħ tas-sitwazzjoni tal-kapital tal-banek sistemiċi, għalkemm din m'għandhiex iddgħajjef il-pożizzjoni kompetittiva tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhux sistemiċi; jenfasizza li, wara li jkunu ġew kapitalizzati kif suppost, il-banek m'għandhomx jirrestrinġu bla bżonn it-tislif lill-ekonomija reali, u għalhekk l-azzjonijiet regolatorji għandhom iqiegħdu l-bażi għaż-żieda fil-kapaċità tagħhom li jisilfu; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sistema Ewropea tas-sorveljanza finanzjarja żżomm s-self mill-banek, b'mod partikolari minn dawk l-istituzzjonijiet li bbenefikaw mill-għajnuna mill-Istat relatata mal-kriżi u mill-appoġġ tal-linji tal-likwidità tal-BĊE; jistenna li l-Kummissjoni tressaq il-proposti tagħha dwar il-ġestjoni tal-kriżi tal-banek qabel is-sajf tal-2012; jiddeplora s-soċjalizzazzjoni tat-telf privat b'injezzjonijiet tal-likwidità fis-settur bankarju u l-imġiba spekulattiva tal-aġenziji tal-kreditu u taċ-ċentri finanzjarji internazzjonali;

17.

Jappoġġja l-ħolqien ta' bonds ta' proġetti mfassla biex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-proġetti tal-infrastruttura ewlenin sabiex jippromwovu t-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi;

18.

Jenfasizza r-rwol ewlieni tal-grupp BEI fl-appoġġ tal-ekonomija reali u tal-SMEs b'mod partikulari, u biex jiżgura l-investimenti fil-proġett infrastrutturali għal żmien twil skont l-istrateġija UE 2020; jemmen li l-UE għandha tuża r-riżorsi eżistenti u toħloq strumenti innovattivi tal-finanzjament għal dawk l-Istati Membri bi spazju limitat għal stimolu finanzjarju;

Il-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli permezz ta' aktar kompetittività u investimenti

19.

Jinsab imħasseb dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi fi ħdan l-UE u l-fatt li ħafna Stati Membri, l-aktar dawk taħt pressjoni mis-suq, qed jaqgħu lura f'termini ta' produttività; jinsisti dwar ir-rwol tat-koordinament imsaħħaħ tal-politiki ekonomiċi u tar-riformi strutturali biex jiġu indirizzati dawn il-problemi kemm f'pajjiżi b'defiċit kif ukoll f'pajjiżi b'surplus; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-biċċa l-kbira tat-tkabbir globali fis-snin li ġejjin huwa mistenni li jiġi minn barra l-UE, u dan se jkun jeħtieġ tisħiħ tal-kapaċità ta' esportazzjoni tal-Istati Membri, kif ukoll il-provvista ta' qafas stabbli għall-investiment dirett barrani li joħloq valur destinat għall-ekonomija reali tal-UE;

Jiġu indirizzati l-qgħad u l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi (kompetenza tal-Kumitat EMPL)

20.

Jemmen li l-ispariġġ strutturali bejn il-provvista u d-domanda għax-xogħol se jfixkel l-irkupru u t-tkabbir fuq żmien fit-tul u għaldaqstant jappella biex jitwettqu riformi strutturali fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà u tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali; jiġbed l-attenzjoni għar-rwol u r-responsabilitajiet tas-sħab soċjali fid-disinn u l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali;

Il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika tal-UE u tas-servizzi ta' interess ġenerali

21.

Ifakkar li l-kwalità tal-amministrazzjoni pubblika fil-livell tal-UE u dawk nazzjonali, reġjonali u lokali hija element determinanti tal-kompetittività, u fattur importanti fil-produttività; jinnota li r-riformi fis-settur pubbliku huma parti essenzjali mill-proċess biex terġa' tinkiseb il-kompetittività; iqis li l-kwalità għolja tal-ħtiġijiet amministrattivi teħtieġ riżorsi baġitarji u riformi xierqa, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fil-protokoll Nru 26 dwar is-Servizzi ta' Interess Ġenerali;

22.

Jieħu nota tal-Qafas tal-Kwalità dwar is-Servizzi ta' Interess Ġenerali tat-tisħiħ taċ-ċarezza u ċ-ċertezza ġuridiċi dwar kif ir-regoli tal-UE japplikaw għal servizzi ta' interess ġenerali (SGI), jiżgura l-aċċess għal servizzi essenzjali u jippromwovi l-kwalità;

23.

Jiddispjaċih għall-pass bil-mod li mexjin bih ċerti Stati Membri fl-implimentazzjoni tagħhom tal-leġiżlazzjoni tal-UE, u jħeġġiġhom jaslu għar-riżultati miftiehma fir-rigward tal-kwalità tal-istatistika; huwa konvint bis-sħiħ li d-disponibbiltà ta' data affidabbli, eżatta u aġġornata tipprovdi element prinċipali tal-proċess politiku tat-teħid tad-deċiżjonijiet; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni biex ittejjeb l-affidabilità tad-data provduta mill-Istati Membri għall-Kummissjoni (Eurostat); jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill li ġiet adottata reċentement dwar ir-Rekwiżiti għall-Qafas Baġitarju tal-Istati Membri mill-aktar fis possibbli;

24.

Jappella għal aktar effiċjenza fl-għoti tas-servizzi pubbliċi kif ukoll għal żieda fit-trasparenza u fil-kwalità tal-amministrazzjoni pubblika u tal-ġudikatura, u jħeġġeġ ukoll sabiex il-piż amminsitrattiv u l-burokrazija mhux meħtieġa jitnaqqsu; jenfasizza l-importanza tas-sorveljanza u tal-valutazzjonii tal-prestazzjoni tas-servizz pubbliku f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

25.

Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, peress li l-AGS tkopri ħafna aktar minn elementi ekonomiċi biss, tiżviluppa programmi għal setturi politiċi speċifiċi, bħad-difiża, fejn il-ġestjoni konġunta jew is-sjieda konġunta bejn diversi Stati Membri tista' tipprovdi ekonomiji ta' skala, li jistgħu jagħtu valur miżjud u ffrankar finanzjarju lill-Istati Membri involuti;

26.

Jenfasizza, fil-kuntest ekonomiku attwali, ir-rwol aktar kruċjali li għandhom programmi b'fondi tal-UE u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tipproponi proposta għall-finanzjament ta' azzjonijiet tal-istrateġija UE 2020 permezz tat-trasferiment ta' approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet li ma ntużawx;

Qafas proċedurali

27.

Jiddeplora l-fatt li t-Trattat ma jipprevedix formalment l-involviment tal-Parlament Ewropew fit-tħejjija tal-BEPG (Linji Gwida Wiesgħa dwar il-Politika Ekonomika)/AGS, filwaqt li fit-temi dwar l-impjiegi l-kontribut tal-Parlament jingħata taħt il-proċedura ta' konsultazzjoni (Artikolu 148(2) TFUE); ifakkar li l-AGS għandu jkun suġġett għal proċedura ta' kodeċiżjoni li għandha tiġi introdotta sal-bidla li jmiss fit-trattati; jixtieq iżid id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-istituzzjonijiet nazzjonali, b'mod partikolari l-istituzzjonijiet parlamentari, fejn huwa xieraq u b'rispett u kunsens reċiproċi;

28.

Ifakkar li s-Semestru Ewropew issa huwa parti mil-leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE (ara l-Artikolu 2a fir-Regolament (UE) Nru 1175/2011) (6);

29.

Ifakkar li l-qafas ġuridiku tal-governanza ekonomika (is-“six pack”) jipprovdi l-għodda għal djalogu ekonomiku: “sabiex isaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet Ewropej, b'mod partikolari il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u jiżgura aktar trasparenza u responsabilità, il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-President tal-Kunsill, il-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, il-President tal-Kunsill Ewropew jew il-President tal-Grupp tal-euro, jidhru quddiem il-kumitat biex jiddiskutu d-deċiżjonijiet li ttieħdu…Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat mit-tali deċiżjonijiet biex jipparteċipa fi skambju tal-opinjonijiet”; jitlob li din l-għodda, li tiffaċilita l-kooperazzjoni ekonomika u l-ftehim reċiproku, tintuża kemm jista' jkun spiss;

30.

Jinnota li l-edizzjoni tal-2012 tas-Semestru Ewropew hija l-ewwel waħda wara l-ftehim dwar il-qafas ġuridiku tal-governanza ekonomika msaħħa (is-“six pack”), li fih regoli msaħħa għall-Patt dwar l-Istabilità u t-Tkabbir u regoli dwar il-fiskalità nazzjonali, kif ukoll proċeduri ġodda għall-monitoraġġ u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta l-istħarriġ futur taħt it-titolu “Linji Gwida Annwali dwar it-Tkabbir Sostenibbli”;

32.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni dettaljata tal-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż u li hi għandha tippubblika qabel il-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2012;

33.

Jitlob lill-Kummissjoni taħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsill sabiex tiżviluppa nomenklatura ġenwina u komuni tal-baġit u tal-kontabilità;

34.

Ifakkar il-fatt li l-Kunsill għandu jispjega l-pożizzjoni tiegħu pubblikament bħala parti mid-djalogu ekonomiku fil-Parlament meta ma jaqbilx b'mod sinifikanti mar-rakkomandazzjonijiet u l-proposti tal-Kummissjoni;

35.

Jenfasizza, f'dan ir-rigward, li r-rakkomandazzjonijiet u l-proposti tal-Kummissjoni għandhom jirrispettaw u jippreservaw id-diskrezzjoni politika meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Istat Membru, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 126, peress li hemm bosta mezzi li jistgħu iwasslu għall-kisba tal-għanijiet u tal-objettivi rakkomandati;

36.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tispjega r-raġuni għaliex hija vvalutat b'mod negattiv il-Programm ta' Riforma Nazzjonali (NRP) jew il-Programm ta' Stabilità u Konverġenza (SCP) u kull dokument ieħor sottomess mill-Istati Membri fil-qafas tal-governanza ekonomika; jistenna li billi tagħmel hekk, il-Kummissjoni se tipprovdi lill-Istat Membru konċernat il-metodoloġija dettaljata tiegħu u l-ipotesi ta' ħidma li ssejjes l-valutazzjoni tagħha;

37.

Ifakkar li l-qafas ġuridiku l-ġdid jistipula li l-Parlament Ewropew għandu jkun involut kif xieraq fis-Semestru Ewropew sabiex tiżdied it-trasparenza u r-responsabilità tad-deċiżjonijiet meħuda, partikolarment permezz tad-djalogu ekonomiku, kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni sekondarja relevanti;

38.

Ifaħħar lill-Kummissjoni talli ppubblikat l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tagħha sal-aħħar ta' Novembru u jistenna li din l-iskadenza ssir permanenti sabiex il-Parlament ikollu żmien biżżejjed biex jesprimi l-fehmiet tiegħu qabel ma l-linji gwida annwali jiġu deċiżi mill-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa;

39.

Jenfasizza l-fatt li l-Presidenti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, jekk ikun il-każ, il-President tal-Ewrogrupp, għandhom jippreżentaw annwalment ir-riżultati tas-sorveljanza multilaterali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew;

40.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Kunsill Ewropew jaqblu mal-Parlament dwar kalendarju ssimplifikat għas-Semestru Ewropew sabiex dan isir kemm jista' jkun effettiv, trasparenti u leġittimu;

41.

Jagħti mandat lill-President tiegħu biex jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu waqt il-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa (1-2 ta' Marzu 2012);

*

* *

42.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill Ewropew.


(1)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0583.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0542.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0331.

(5)  Ara, pereżempju, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41).

(6)  Ara r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12).


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012

30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/18


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Linji gwida għall-baġit 2013 - taqsimiet oħra apparti t-taqsima tal-Kummissjoni

P7_TA(2012)0050

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-linji gwida għall-proċedura baġitarja 2013 Taqsima I – Il-Parlament Ewropew, Taqsima II – Il-Kunsill, Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, Taqsima VII – Il-Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VIII – L-Ombudsman Ewropew, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (2012/2001(BUD))

2013/C 249 E/05

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2012/5/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 li temenda l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali, biex jindirizza ħtiġijiet ta' finanzjament addizzjonali tal-proġett ITER (2),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 23 u 79 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0030/2012),

A.

billi l-limitu massimu għall-Intestatura 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali (MFF) għall-baġit tal-UE fl-2013 jammonta għal EUR 9 181 miljun fi prezzijiet kurrenti (4);

B.

billi l-adeżjoni tal-Kroazja se jkollha riperkussjonijiet fuq il-baġit tal-2013, jiġifieri fir-rigward tar-riżorsi għall-Membri l-ġodda u r-reklutaġġ ta' persunal fl-istituzzjonijiet kollha;

C.

billi f'kuntest ta' piż tqil tad-dejn pubbliku u trażżin fi żminijiet ta' sforzi kontinwi ta' konsolidament baġitarju nazzjonali, il-Parlament Ewropew, u l-istituzzjonijiet l-oħra, għandhom juru responsabilità baġitarja u awtokontroll, u jieħu nota tal-ittra ddatata 23 ta' Jannar 2012 mill-Kummissarju Lewandowski lill-Presidenti tal-Istituzzjonijiet Ewropej;

D.

billi f'dan l-istadju tal-proċedura annwali, il-Parlament qed jistenna l-istimi tal-istituzzjonijiet l-oħra u l-proposti tal-Bureau tiegħu stess għall-baġit 2013;

Qafas ġenerali u prijoritajiet għall-baġit 2013

1.

Jemmen li l-istituzzjonijiet, fil-kuntest ta' ċirkostanzi ekonomiċi diffiċli u kontinwi, għandhom jiffriżaw il-baġits amministrattivi tagħhom; jenfasizza, iżda, il-bżonn ta' rispett tal-obbligi ġuridikament vinkolanti u l-possibilità ta' żidiet sussegwenti;

2.

Jistieden lill-istituzzjonijiet issaħħu l-kooperazzjoni interistituzzjonali tagħhom bil-għan li jaqsmu l-aħjar prattiki, jiffrankaw fejn possibbli u b'hekk jimmodernizzaw il-politiki tagħhom fl-ambitu tar-riżorsi, l-organizzazzjoni, it-teknoloġija u l-bini;

3.

Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni interistituzzjonali biex l-adeżjoni tal-Kroazja tkun kemm jista' jkun bla skossi;

4.

Jenfasizza l-importanza ta' tisħiħ tal-politiki fl-ambitu tan-nondiskriminazzjoni li jaġevolaw l-aċċess, ir-reklutaġġ u l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabilitajiet;

5.

Jisħaq fuq il-bżonn ta' politika ambjentali effikaċi fl-istituzzjonijiet kollha;

Parlament

6.

Ifakkar fl-iffrankar konsiderevoli miksub fl-ambitu tal-baġit 2012 bis-saħħa tat-tibdil strutturali u tar-riorganizzazzjoni; jinkoraġġixxi t-tkomplija tar-riformi strutturali u organizzattivi u huwa favur l-introduzzjoni ta' innovazzjonijiet f'setturi oħrajn; iqis li jista' jsir iffrankar reali billi jiġu identifikati sovrappożizzjonijiet u ineffiċjenzi fil-linji baġitarji kollha; jitlob, għaldaqstant, rapport dettaljat mis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat għall-Baġits li jkun fih ħarsa ġenerali ċara ta' dawk il-linji baġitarji li ma kinux implimentati biżżejjed fl-2011 u analiżi oġġettiva tar-raġunijiet għal dan;

7.

Jemmen li l-iktar iffrankar veru u kbir jista' jsir billi jkun hemm sede waħda għall-Parlament Ewropew; jinkoraġġixxi, għalhekk, li s-sitwazzjoni tiġi evalwata mingħajr iktar dewmien;

8.

Jemmen li biex isir iffrankar sinifikanti fit-tul, għandha titqies evalwazzjoni indipendenti tal-baġit tal-PE; jemmen li għandu jiġi kkunsidrat il-ħolqien ta' grupp ta' ħidma; jistieden lis-Segretarju Ġenerali u l-Bureau jippreżentaw mill-aktar fis possibbli proposti konkreti dwar il-kostituzzjoni ta' tali grupp u jipproponu ffrankar possibbli sa mhux aktar tard mit-tmiem tal-2012; jitlob ukoll implimentazzjoni rapida ta' kwalunkwe konklużjoni milħuqa mill-grupp;

9.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-kooperazzjoni msaħħa bejn il-Kumitat għall-Baġits u l-Bureau matul il-proċedura tal-baġit annwali; jinkoraġġixxi enerġikament l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn is-Segretarju Ġenerali, il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits matul s-sena kollha biex jiġi garantit l-iżvolġiment korrett tal-proċedura tal-baġit u implimentazzjoni effikaċi tal-baġit; jistenna li l-Bureau jippreżenta abbozz tal-estimi bbażat fuq il-prudenza u il-bżonnijiet, li jieħu kont tal-possibilità ta' żidiet sussegwenti li jirriżultaw mill-obbligi ġuridikament vinkolanti; huwa tal-fehma li jeħtieġ isir kull sforz biex ikun garantit li kwalunkwe żieda oħra mmirata tkun ikkumpensata minn iffrankar identifikat f'setturi oħrajn;

10.

Jappella għall-iffriżar tal-linji baġitarji relatati mal-ivvjaġġar kollu fl-2013 u l-ebda indiċizzazzjoni ta' kwalunkwe allowance individwali tal-Membri sa tmiem il-leġislatura; jistenna b'interess ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar l-ivvjaġġar, li għandu jitressaq lill-Bureau u lill-Kumitat għall-Baġits sal-31 ta' Marzu 2012;

11.

Jemmen li l-iffrankar ma għandux jikkomprometti l-attività leġiżlattiva tal-PE; jinsab konvint li l-attivitajiet leġiżlattivi tal-Membri jistgħu jissaħħu permezz tat-tlestija tas-sistema ta' ġestjoni tal-għarfien (knowledge management system - KMS); jilqa' favorevolment l-informazzjoni fornuta mill-amministrazzjoni; jitlob informazzjoni aġġornata dwar l-istat ta' avvanzament tal-proġett u jistenna li s-sistema tkun totalment operattiva u aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea; jitlob impenn akbar biex tkun aċċelerata l-implimentazzjoni tal-proġett u jtenni t-talba tiegħu għal informazzjoni dwar il-possibilitajiet li jsir iffrankar wara l-implimentazzjoni tal-KMS;

12.

Ifakkar ir-riżoluzzjonijiet baġitarji tal-Parlament, fosthom l-aktar riżoluzzjoni reċenti tas-26 ta' Ottubru 2011 (5), li fiha appella għal informazzjoni bikrija, djalogu u proċess trasparenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-politika tal-bini; jitlob li jkunu fornuti fuq bażi semestrali informazzjoni preċiża dwar l-istat ta' avvanzament tal-proġetti tal-bini u fuq l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom; jafferma li l-ebda proġett tal-bini ġdid u imprevist ieħor ma għandu jitwettaq matul il-leġislatura attwali;

Istituzzjonijiet oħrajn

13.

Jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet kollha jwettqu, fejn possibbli, aktar iffrankar biex iżommu d-dixxiplina baġitarja u jiffriżaw il-linji baġitarji tagħhom filwaqt li jieħdu kont tal-obbligi ġuridiċi u l-isfidi finanzjarji l-ġodda bħall-adeżjoni tal-Kroazja;

14.

Jieħu nota tat-talba tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (Taqsima IV) għal emenda tal-Istatut tagħha b'tali mod li jkollha riperkussjoni diretta fuq il-baġit; iqis li l-finanzjament neċessarju għandu jiġi żgurat bil-għan li tiġi garantita t-tmexxija bla skossi tal-istituzzjoni u konsegwentement protezzjoni ġudizzjarja korretta taċ-ċittadini tal-UE;

15.

Jifhem l-isfidi li s-SEAE ħabbat wiċċu magħhom fit-tfassil tal-ewwel baġit tiegħu għall-2011; jitlob baġit ibbażat fuq ġestjoni finanzjarja tajba għal din l-istituzzjoni l-ġdida u jistieden lis-SEAE jeżamina d-diversi possibilitajiet li jafu aktarx joħolqu sinerġiji baġitarji mal-Istati Membri, meta dan ikun fattibbli;

*

* *

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew, kif ukoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u s-SEAE.


(1)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17

(2)  ĠU L 4, 7.1.2012, p. 12

(3)  ĠU C 326, 10.11.2011, p. 1.

(4)  Il-limitu massimu tal-Intestatura 5 jinkludi l-kontribuzzjoni mill-persunal għall-iskema ta' rtirar.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2011)0461.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/20


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Is-sitwazzjoni attwali rigward il-pjan multiannwali propost għall-istokk tal-Punent ta' sawrell tal-Atlantiku

P7_TA(2012)0051

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar is-sitwazzjoni attwali rigward il-pjan multiannwali propost għall-istokk tal-Punent ta' Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk (2011/2937(RSP))

2013/C 249 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0189) kif ukoll l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0010/2009),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu “Konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona dwar il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għaddejjin bħalissa” (COM(2009)0665),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Marzu 2010 (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Novembru 2010 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokk tal-Punent ta' Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk (2),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Frar 2010 dwar il-Green Paper dwar ir-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd (3),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2011)0425),

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet b'talba għal tweġiba orali lill-Kummissjoni u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali rigward il-pjan multiannwali propost għall-istokk tal-Punent ta' Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk (O-000308/2011 – B7-0023/2012, O-000309/2011 – B7-0024/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, skont it-termini tal-Pjan ta' Implimentazzjoni adottat fis-Summit Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti f'Johannesburg fl-2002, l-Unjoni Ewropea hija impenjata sabiex iżżomm jew treġġa' lura l-istokkijiet tal-ħut għal livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, bl-għan li l-għanijiet għall-istokkijiet eżawriti jintlaħqu b'urġenza, u meta jkun possibbli mhux aktar tard mill-2015;

B.

billi l-Politika Komuni tas-Sajd, skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (PKS), għandha l-għan li tiżgura sfruttament tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin li jipprovdi kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli;

C.

billi l-istokk tal-Punent ta' sawrell huwa ekonomikament l-aktar stokk importanti ta' sawrell li jgħix fl-ilmijiet tal-Unjoni;

D.

billi f'April 2009 l-Kummissjoni pproponiet pjan ta' ġestjoni (COM(2009)0189) abbażi tal-ħidma preparatorja fil-Kunsill Konsultattiv Reġjonali Pelaġiku u l-parir mogħti mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF);

E.

billi l-pjanijiet multiannwali huma pedament tal-PKS u għodda ta' konservazzjoni fundamentali li jistabbilixxu dispożizzjonijiet ġenerali meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS, u għalhekk għandhom jiġu adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, b'konformità mal-Artikolu 43(2) TFUE;

F.

billi l-informazzjoni bijoloġika dwar l-istokk tal-Punent ta' sawrell mhijiex biżżejjed għal valutazzjoni sħiħa tal-istokk; billi, madankollu, il-parir tal-STECF jindika li regola dwar il-kontroll tal-qabdiet ibbażata fuq ix-xejra fl-abbundanza tal-bajd twassal għal ġestjoni sostenibbli tal-istokk; billi r-regola dwar il-kontroll tal-qabdiet għandha tkun ibbażata fuq il-parir prekawzjonarju mogħti għall-kundizzjonijiet medji ta' reklutaġġ kif ukoll fuq il-qabdiet totali permissibbli reċenti aġġustati b'fattur li jirrifletti x-xejriet fl-abbundanza tal-istokk kif imkejla permezz tal-produzzjoni tal-bajd;

G.

billi l-istabbiliment u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet ta' sajd fil-Politika Komuni tas-Sajd għandhom impatt dirett fuq is-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-flotot tas-sajd tal-Istati Membri, partikolarment għall-flotot kostali fuq skala żgħira;

H.

billi l-Kunsill ma jistax iżomm għalih biss il-poter li jadatta unilateralment il-parametri definiti fil-proposta għall-istabbiliment tal-qabdiet totali permissibbli, billi huma komponenti ewlenin tal-pjan fit-tul propost;

I.

billi l-Parlament, fil-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, daħħal ċerta flessibbiltà għall-Kunsill fil-mod kif tiġi kkalkulata t-tneħħija totali, skont ir-regoli dwar il-qabdiet ibbażati fuq ix-xjenza, bl-għan li tiġi ffaċilitata soluzzjoni ta' kompromess u li jingħata kontribut favur approċċ kostrutiv u pożittiv rigward din il-proposta leġiżlattiva;

J.

billi r-referenzi u l-parametri bijoloġiċi li jagħmlu parti mir-regola dwar il-qabdiet għandhom isegwu l-parir xjentifiku l-aktar reċenti u l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward ta' modifiki ta' ċerti referenzi u parametri bijoloġiċi li huma parti mir-regola dwar il-qabdiet u biex tkun tista' tirreaġixxi malajr għal bidliet;

1.

Jissottolinja li l-għan tal-pjan huwa li l-bijomassa tas-sawrell tal-Punent tinżamm f'livell li jiżgura l-isfruttament sostenibbli tiegħu, u li jiġi pprovdut ir-rendiment massimu fit-tul;

2.

Jemmen li r-regola dwar il-kontroll tal-qabdiet għandha tkun ibbażata, fuq bażi ugwali, kemm fuq il-parir prekawzjonarju kif ukoll fuq il-qabdiet totali permissibbli reċenti, aġġustati b'fattur li jirrifletti x-xejra reċenti fl-abbundanza tal-istokk kif imkejla permezz tal-produzzjoni tal-bajd;

3.

Jenfasizza li r-regoli dwar il-kontroll tal-qabdiet huma elementi ewlenin tal-pjanijiet multiannwali li jridu jiġu deċiżi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

4.

Jissottolinja li pjanijiet ta' ġestjoni fit-tul li japplika għall-akbar numru possibbli ta' stokkijiet ta' ħut huma fundamentali għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, kif ġie enfasizzat mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha għal riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd;

5.

Jenfasizza li l-impass interistituzzjonali eżistenti għandu jingħeleb għall-benefiċċju ta' stokk tal-ħut sostenibbli u biex l-operaturi tas-sajd ikunu jistgħu jippjanaw aħajr bil-quddiem l-attivitajiet tagħhom;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu aktar inizjattivi biex tħeġġeġ djalogu politiku bejn it-tliet istituzzjonijiet bl-għan li jiġu ċċarati r-rwoli rispettivi tagħhom fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-arkitettura futura tal-pjanijiet ta' ġestjoni multiannwali;

7.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġixxi malajr, kif indikat u wiegħdet diversi drabi, sabiex tipprevjeni nuqqas ta' qbil interistituzzjonali b'rabta mal-pjanijiet fututi ta' ġestjoni fit-tul;

8.

Iħeġġeġ lill-Kunsill jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-pjan multiannwali propost għall-istokk tal-Punent ta' sawrell tal-Atlantiku sabiex il-Parlament ikun jista' jibda t-tieni qari tiegħu u biex isir progress dwar din il-kwistjoni;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bħala informazzjoni.


(1)  ĠU C 354, 28.12.2010, p. 68.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2010)0421.

(3)  ĠU C 348 E, 21.12.2010, p. 15.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/22


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Kontribut tal-politika komuni tas-sajd għall-produzzjoni ta' beni pubbliċi

P7_TA(2012)0052

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-kontribut tal-politika komuni tas-sajd għall-produzzjoni ta' prodotti pubbliċi (2011/2899(RSP))

2013/C 249 E/07

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem ta' “L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020” (COM(2011)0244),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ta' “Rio+20: lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar” (COM(2011)0363),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem ta' “Ewropa 2020”, (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra d-Direttiva Qafas dwar Strateġija tal-Baħar (Direttiva 2008/56/KE) (2),

wara li kkunsidra l-pakkett ta' riforma tal-politika komuni tas-sajd imressaq mill-Kummissjoni fit-13 ta' Lulju 2011,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982,

wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO għas-Sajd Responsabbli, adottat fil-31 ta’ Ottubru 1995,

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura,

A.

billi s-sajd jirrapreżenta waħda mill-eqdem attivitajiet tal-bniedem u billi l-ħut huma element importanti u indispensabbli tal-alimentazzjoni tal-bniedem u d-disponibilità tal-ħut għandha tkun iggarantita u s-sinifikat tagħha għandu jiġi rikonoxxut u vvalorizzat skont il-politika komuni tas-sajd (PKS);

B.

billi s-settur tas-sajd, li jkopri kemm il-qbid ta' ħut salvaġġ u ukoll l-akkwakultura, jinvolvi attivitajiet li jikkontribwixxu għall-produzzjoni ta' beni komuni indispensabbli permezz ta' tliet aspetti prinċipali, is-sajd, l-ipproċessar u t-tqegħid fis-suq; billi l-istokkijiet ta' ħut b'saħħithom, l-ekosistemi tal-baħar b'saħħithom u l-preservazzjoni tal-bijodiversità tal-baħar jikkostitwixxu beni komuni importanti li għandhom jiġu ppreservati;

C.

billi l-akkwakultura sostenibbli, kemm jekk tal-baħar jew tal-ilma ħelu, inshore jew offshore, hi element importanti tas-settur tas-sajd;

D.

billi s-sajd fuq skala żgħira għandu rwol partikolarment importanti fil-ħajja ekonomika, soċjali, ambjentali u kulturali li għandu jkun rikonoxxut u vvalorizzat skont il-PKS; billi l-komunitajiet tal-kosta ntlaqtu ħażin ħafna mit-tnaqqis globali fis-settur tas-sajd li kellu effett negattiv qawwi fuq il-portijiet tas-sajd madwar l-UE;

E.

billi l-PKS riformata għandha tiggarantixxi s-sostenibilità ambjentali, soċjali u ekonomika tas-settur tas-sajd fil-baċiri idrografiċi differenti, anke permezz tal-introduzzjoni ta' mudell ta' ġestjoni deċentralizzat li jqarreb iċ-ċentri għat-teħid ta' deċiżjonijiet lejn l-oqsma ta' attività reali u jżid ir-responsabilitajiet tal-parteċipanti interessanti;

F.

billi, is-settur tas-sajd jinvolvi attivitajiet li jiddependu fuq ekosistemi funzjonanti, peress li l-istokkijiet ta' ħut u ekosistemi tal-baħar fi status ambjentali tajjeb huma essenzjali għas-sostenibilità fit-tul tal-estrazzjoni, l-ipproċessar u tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd;

G.

billi s-settur tas-sajd Ewropew jikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali, bil-ħolqien dirett jew indirett ta' impjiegi, u ukoll għat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, billi jipprovdi 6.4 miljun tunnellata ta' ħut fis-sena;

H.

billi l-multifunzjonalità tas-settur tas-sajd hi riflessa f'oqsma differenti, pereżempju permezz tal-impatt li għandha fuq kwistjonijiet soċ-ekonomiċi, storiċi, kulturali, xjentifiċi u ambjentali;

I.

billi l-attivitajiet tas-sajd jimpattaw l-aktar liż-żoni kostali u lill-gżejjer, billi jikkontribwixxu għall-ġestjoni effikaċi tagħhom u għad-dinamiċi soċjali u ekonomiċi tagħhom; billi dan hu ta' importanza partikolari għall-komunitajiet tagħhom li spiss huma żvantaġġjati minħabba l-iskarsezza ta' impjiegi u d-dgħjufija tal-ekonomiji lokali;

J.

billi l-PKS riformata għandu jkollha rabta mill-qrib ma' inizjattivi tal-UE oħrajn ewlenin fil-qasam tal-affarijiet marittimi, b'mod partikolari dawk deskritti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ta' “Politika Marittima Ewriooea Integrata għall-Unjoni Ewropea” (COM(2007)0575), li tiddikjara li l-qasam tas-sajd Ewropew jista' ukoll jikkawża u jsaħħaħ firxa vasta ta' studji xjentifiċi li japprofondixxu l-għarfien tagħna tad-dinamiċi oċeanografiċi, l-ekosistemi u l-bijoloġija tal-speċi akkwatiċi li huma nvoluti direttament jew indirettament fl-attività tas-sajd;

K.

billi settur tas-sajd dinamiku, ġestit tajjeb jista’ jagħti kontribut dejjem akbar lis-soċjetà u lill-ekonomija Ewropea, u b’hekk iwettaq rwol importanti fl-Istrateġija Ewropa 2020;

1.

Jenfasizza li s-settur tas-sajd hu importanti għall-industrija tal-UE li tipprovdi liċ-ċittadini tal-UE b'ikel ta' kwalità għolja u li joħloq valur ekonomiku u soċjali miżjud għall-Unjoni Ewropea; hu tal-fehma, għalhekk, li l-PKS riformata teħtoeġ tiżgura l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi u l-preservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut f'livell b'saħħtu, sabiex l-attivitajiet tas-sajd ikunu jistgħu jkomplu fiż-żoni u fil-komunitajiet tradizzjonali tagħhom għall-perjodu twil taż-żmien;

2.

Jikkunsidra li s-sostenibilità ambjentali, ekonomika u soċjali huma objettivi importanti tal-PKS, u jenfasizza li l-ogħla prijorità tal-PJS għandha tkun il-ħolqien ta' settur tas-sajd sostenibbli sabiex ikun żgurat li l-ġenerazzjonijiet attwali u futuri jkunu jistgħu jgawdu mill-benefiċċji ambjentali, soċjali u ekonomiċi tas-sajd;

3.

Jenfasizza li s-sajd, jekk ġestit tajjeb, jista' jwassal għal kontribut akbar għas-soċjetà Ewropea, f'termini ta' sigurtà tal-ikel, impjiegi, iż-żamma ta' komunitajiet tas-sajd dinamiċi u bosta affarijiet oħrajn; jenfasizza li l-eżistenza ta' stokkijiet ta' ħut b'saħħithom, ekosistemi tal-baħar b'saħħithom u l-preservazzjoni tal-bijodiversità tal-baħar huma fihom infushom beni komuni li jinħolqu biss jekk l-istokkijiet tal-ħut ikunu ġestiti tajjeb u b'mod sostenibbli u jekk jiġi mminimizzat kull impatt negattiv u mhux meħtieġ fuq l-ambjent;

4.

Iqis bħala kruċjali r-rikonoxximent tal-ibħra – li jkopru aktar minn żewġ terzi tal-wiċċ tal-pjanetà tagħna - bħala riżors li għandhom rwol kruċjali xi jwettqu fil-produzzjoni ta' riżorsi naturali oħrajn (pereżempju is-sajd); jikkunsidra ukoll bħala strateġikament importanti li l-PKS għandha tinkorpora miżuri ċari u preċiżi sabiex ikun żgurat li tkun tista' twettaq ir-rwol strateġiku tagħha permezz ta' approċċ eko-sistematiku;

5.

Jenfasizza li l-PKS tikkontribwixxi għall-kisba tal-miri tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità u ukoll tal-għan tal-UE li twaqqaf it-telf ta' bijodiversità u t-tnawwir tas-servizzi ta' eko-sistema sal-2020 bl-adozzjoni ta' miżuri li jiżguraw s-sajd sostenibbli, bit-teħid ta' miżuri prekawzjonali għall-qerda ta' sajd qerriedi, billi jkun żgurat l-irkupru ta' stokkijiet tal-ħut sfruttati żżejjed u bit-teħid ta' miżuri għall-protezzjoni ta' speċi mhux milquta mis-sajd;

6.

Ifakkar li, fil-livell ekonomiku, is-settur tas-sajd (inkluż l-akkwakultura) hu stmat li jiġġenera EUR 34.2 biljun fi qligħ annwali u li fil-livell soċjali joħloq aktar minn 350 000 impjieg fis-setturi tas-sajd kemm upstream kif ukoll downstream, fl-ipproċessar tas-sajd u fit-twegħid fis-suq, b'mod partikolari fiż-żoni kostali, reġjuni u gżejjer ultraperiferiċi;

7.

Jenfasizza li s-settur tas-sajd għandu dimensjoni multi-funzjonali, u li lil hinn mit-tliet oqsma ta' attività tradizzjonali u mill-impatt viżibbli fil-livell ekonomiku, ambjentali u soċjali, dan is-settur jwettaq ukoll rwol rilevanti f'numru ta' oqsma oħrajn bħall-ambjent, il-kultura, ir-rikreazzjoni u t-turiżmu, ix-xjenza, l-enerġija u l-edukazzjoni u jenfasizza b'mod partikolari l-importanza f'dan ir-rigward tas-settur ta' sajd fuq skala żgħira;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti kunsiderazzjoni xierqa tal-fatt li s-settur tas-sajd iwettaq rwol importanti fl-oqsma li ġejjin:

(i)

il-kultura – billi jikkontribwixxi għall-gastronomija, l-etnografija, l-istorja, il-litteratura, l-istudju tal-mużewiijiet, eċċetera.

(ii)

ir-rikreazzjoni u t-turiżmu – billi joffri bosta attivitajiet differenti, bħal ġiti l-baħar ma' sajjieda lokali, l-osservazzjoni ta' baleni u ta' tjur tal-baħar, l-għadis ekoloġiku eċċetera.

(iii)

ix-xjenza – billi jgħin lil xjenzati tal-baħar u oħrajn fir-riċerka tagħhom.

(iv)

l-enerġija – billi jippromwovi l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda li aktar tard jistgħu jibbenefikaw lis-soċjetà kollha kemm hi

(v)

l-ambjent - billi jissalvagwardja żoni ġeografiċi bijo-sensittivi, kif ukoll żoni kostali fejn jinsabu l-imqafas u n-nurseries, u ukoll fit-tindif tal-ibħra

(vi)

l-edukazzjoni – billi jiżviluppa t-tgawdija tal-ambjent apert u billi jrawwem ir-rispett għall-baħar;

9.

Jenfasizza li, grazzi għad-dimensjoni multifunzjonali tiegħu, is-settur tas-sajd jipprovdi lill-komunitajiet b'beni komuni li huma ta' benefiċċju għaċ-ċittadini tal-UE b'mod ġenerali u mhux biss dawk li huma direttament jew indirettament involuti fis-sajd, kontribut li għandu jiġi rikonoxxut u vvalorizzat; jinnota, barra minn hekk, li numru konsiderevoli taċ-ċittadini tal-UE, b'mod partikolari dawk li jgħixu fiż-żoni kostali, jibbenefikaw mill-multi-funzjonalità tal-attivitajiet tas-sajd; jikkunsidra li għandha tingħata kunsiderazzjoni sħiħa lill-multifunzjonalità tas-settur tas-sajd fil-finanzjament tal-PKS; jenfasizza li l-produzzjoni ta' dawn il-beni pubbliċi addizzjonali ma għandhomx jintużaw bħala skuża biex jiddewmu r-riformi meħtieġa tal-PKS;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tassisti lill-portijiet tas-sajd żgħar li ġew affettwati ħażin minn tnaqqis ta' nżul kaġun ta' sajd żejjed;

11.

Jenfasizza li s-settur tas-sajd (li jkopri kemm is-sajd għall-ħut salvaġġ u l-akkwakultura sostenibbli) hu wieħed mill-pillastri l-iktar importanti għas-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni Ewropea u minħabba f'hekk is-sostenibilità u l-istabilità tiegħu għandhom jiġu ggarantiti mir-riforma tal-PKS, sabiex fil-futur, dan is-settur ikun jista' jipprovdi prodtti tas-sajf ta' kwalità suffiċjenti u fi kwantità suffiċjenti biex jissoddisfa t-tama ta' aktar minn nofs biljun ċittadin tal-UE;

12.

Jenfasizza l-potenzjal tal-akkwalkultura tal-baħar u tal-ilma ħelu biex jikkumplimenta r-rwol tas-sajd biex jagħti kontribut importanti lis-sigurtà tal-ikel fl-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta' politika speċifika li tiżgura s-sostenibilità ambjentali tas-settur tal-akkwakultura; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi kriterji kwalitattivi ġenerali għall-akkwakultura li għandhom jintlaħqu madwar l-UE u li jikkunsidraw l-impatt ambjentali u soċjali tal-akkwakultura; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-prodotti ta' akkwakultura importati jkunu jiġu prodotti bi qbil mal-istandards ta' sostenibilità u kwalità rilevanti tal-UE, jiġifieri l-istandards ambjentali jew ta' benesseri tal-annimali;

13.

Jinnota li s-sajd rikreattiv ma kienx trattat fil-proposti tal-Kummissjoni mressqa fit-13 ta' Lulju 2011; jenfasizza li dan għandu jiġi trattat separatament bħala parti mill-proċess ta' riforma tal-PKS;

14.

Jenfasizza li d-diversifikazzjoni ulterjuri tal-attivitajiet direttament jew indirettament marbutin mas-sajd jistgħu jgħinu biex inaqqsu l-eżodu ta' ħaddiema mis-settur, iżommu ħajjin l-użanzi u t-tradizzjonijiet reġjonali, u jwaqqfu t-tneħħija tan-nies minn xi żoni kostali;

15.

Jenfasizza li l-ġestjoni tas-sajd qed dejjem aktar tissejjes fuq data xjentifika, li tistimola r-riċerka applikata f'dan il-qasam, tippromwovi l-għarfien u trawwem l-iżvilupp u l-innovazzjoni teknoloġika, bi qbil mal-Istrateġija UE 2020 għall-promozzjoni ta' tkabbir intelliġenti;

16.

Jenfasizza li s-settur tas-sajd jiddependi fuq is-saħħa tal-istokkijiet u fuq il-bilanċ tal-ekosistema, sabiex ir-riforma tal-PKS ikollha terġa titfa' l-enfasi lura fuq ir-rwol tas-settur bħala l-gwardjan u l-maniġer tar-riżorsi tal-baħar bil-għan li tinħoloq ekonomija aktar effikaċi, aktar ambjentali u kompetittiva, bi qbil mal-Istrateġija UE 2020 għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli;

17.

Jenfasizza li l-attivitajiet tas-sajd, b'kunsiderazzjoni tad-dimensjonijiet kollha tagħhom, inkluż l-akkwakultura sostenibbli, l-impatt dirett u indirett tagħhom u l-beni komuni produtti permezz tal-attivitajiet tas-sajd, jiggarantixxu l-koeżjoni soċjali u territorjali u jippromwovu t-taħriġ vokazzjonali u d-dinamiżmu soċjali u ekonomiku bi qbil mal-Istrateġija UE 2020 għall-promozzjoni ta' tkabbir inklussiv;

18.

Jenfasizza li s-settur tas-sajd, kemm jekk waħdu jew permezz ta' Politika Marittima Integrata (IMP), għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet Rio+20 għal ekonomija miftuħa u ukoll għall-ħolqien ta' impjiegi u l-qerda tal-faqar;

19.

Jiddikjara li l-attivitajiet tas-sajd iwettqu rwol importanti fil-kuntest aktar wiesa' tal-IMP u jirrappreżentaw element ewlieni fil-politiki ta' ippjanar marittimi spazjali u fil-qafas tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd;

20.

Jitlob lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-multifunzjonalità tas-settur tas-sajd u l-valur tal-produzzjoni tiegħu ta' firxa wiesgħa ta' beni komuni;

21.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-PKS tikkontribwixxi għall-miri ta' politika ġenerali, bħall-istrateġija UE 2020 fil-proposti u fid-deċiżjonijiet ta' politika tagħha fil-ġejjieni; hu tal-fehma li dan il-proċess kruċjali tar-riforma tal-PKS għandu jirrikonoxxi lill-PKS bħala sors ta' żvilupp fil-kuntest tal-Proġett Ewropew ta' Tkabbir u għandu joħloq il-kundizzjonijiet li jippermettu l-iżvilupp tal-potenzjal sħiħ tiegħu; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-karatteristiċi speċifiċi tas-sajd u tar-reġjuni kostali fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki;

22.

Jitlob lill-Kummissjoni tintegra l-kunċett ta' “kundizzjonalità” li diġà jintuża fil-politika agrikola komuni, fil-PKS riformata sabiex tiżgura d-diskriminazzjoni pożittiva għal prattiki tas-sajd favur l-ambjent, pereżempju permezz ta' aċċess aħjar għall-fondi;

23.

Jitlob lill-Kummissjoni, ssib soluzzjoni legali li tippermetti lis-sajjieda jiżviluppaw sorsi ta' dħul oħrajn fost il-firxa wiesgħa ta' “attivitajiet marbutin mas-sajd”, sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta' attivitajiet paralleli mingħajr ma jkunu ppenalizzati finanzjarjament;

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex igħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002 p. 59.

(2)  ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/27


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Żviluppi politiċi reċenti fl-Ungerija

P7_TA(2012)0053

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-iżviluppi politiċi reċenti fl-Ungerija (2012/2511(RSP))

2013/C 249 E/08

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 4, 6 u 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Artikoli 49, 56, 114, 167 u 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), li jittrattaw ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni u l-protezzjoni tagħhom,

wara li kkunsidra l-Liġi Bażika tal-Ungerija, adottata fit-18 ta' April 2011 mill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Ungeriża li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2012 (minn hawn 'il quddiem 'il-Kostituzzjoni l-ġdida'), u d-Dispożizzjonijiet Tranżitorji tad-Dritt Bażiku tal-Ungerija, adottati fit-30 ta' Diċembru 2011 mill-Assemblea Nazzjonali (minn hawn 'il quddiem id-Dispożizzjonijiet Tranżitorji),

wara li kkunsidra l-Opinjonijiet Nru CDL(2011)016 u CDL(2011)001 tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt (il-Kummissjoni ta' Venezja) dwar il-Kostituzzjoni Ungeriża l-ġdida u t-tliet kwestjonijiet legali li joħorġu mill-proċess tat-tfassil tal-Kostituzzjoni Ungeriża l-ġdida,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Marzu 2011 dwar il-liġi tal-midja fl-Ungerija (1) u tal-5 ta' Lulju 2011 dwar il-Kostituzzjoni Ungeriża Riveduta (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea - Rispett u promozzjoni tal-valuri li fuqhom hi bbażata l-Unjoni (COM (2003)0606),

wara li kkunsidra t-twaqqif ta' grupp ta' livell għoli dwar il-Libertà tal-Midja u l-Pluraliżmu mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Neelie Kroes f'Ottubru 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fid-dibattitu tas-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2012 dwar l-iżviluppi politiċi reċenti fl-Ungerija, kif ukoll is-Seduta ta' Smigħ li saret fid-9 ta' Frar 2012 mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta' Jannar 2012 li tniedi proċeduri ta' ksur mgħaġġla kontra l-Ungerija dwar l-indipendenza tal-bank ċentrali tagħha u l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data kif ukoll dwar miżuri li jaffettwaw il-ġudikatura,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni Ewropea hija mwaqqfa fuq il-valuri tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, kif stipulat fl-Artikolu 2 TUE, fuq ir-rispett ċar għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, kif hemm imnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-KEDB, u fuq l-għarfien tal-valur legali tal-imsemmija drittijiet, libertajiet u prinċipji, li huwa affermat ulterjorment bis-sħubija li se sseħħ dalwaqt tal-UE fil-KEDB,

B.

billi l-Istati Membri, attwali u li se jingħaqdu, u l-UE għandhom id-dmir li jiżguraw li l-kontenuti u l-proċessi tal-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru jkunu konformi mal-liġijiet u l-valuri tal-UE, kif imniżżel partikolarment fil-Kriterji ta' Kopenħagen, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-KEDB, u li l-ittra u l-ispirtu tal-leġiżlazzjoni adottata ma jmorrux kontra dawn il-valuri u l-istrumenti;

C.

billi l-Ungerija adottat kostituzzjoni ġdida fit-18 ta' April 2011, li l-adozzjoni u xi dispożizzjoni tagħha kienu kkritikati mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2011 fejn sejjaħ lill-gvern Ungeriż sabiex jindirizza l-kwestjonijiet u t-tħassib imressqa mill-Kummissjoni ta' Venezja u stieden lill-Kummissjoni Ewropea biex twettaq reviżjoni u analiżi akkurata tal-Kostituzzjoni l-ġdida u tal-liġijiet kardinali stabbiliti minnha sabiex tikkontrolla li din hi konsistenti mal-ittra u l-ispirtu tal-acquis communautaire, u partikolarment tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

D.

billi l-adozzjoni tal-liġijiet qajmu tħassib dwar numru ta' oqsma, fosthom l-indipendenza tal-ġudikatura, l-indipendenza tal-bank ċentrali, l-indipendenza tal-awtorità tal-protezzjoni tad-data, il-kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni politika u tal-alternanza politika, kif ukoll tal-hekk imsejħa liġijiet ta' stabilità li jissoġġettaw is-sistema tat-taxxa fuq id-dħul għal maġġoranza ta' żewġ terzi, u l-liġijiet kardinali li jagħtu dritt esklussiv lill-maġġoranza preżenti li taħtar uffiċjali għal terminu ta' żmien twil aktar mis-soltu, b'hekk taffettwa l-abilità ta' gvernijiet futuri li jiggvernaw;

E.

billi l-mexxej il-ġdid tal-Awtorità Ġudizzjarja Nazzjonali u l-Prosekutur Ewlieni se jkollhom id-dritt li jassenjaw każijiet lil tribunali, b'hekk jiksru l-prinċipju tad-dritt tal-aċċess għall-qorti, u d-dritt ta' proċess ġust u huma kontra l-indipendenza tal-ġudikatura;

F.

billi skont il-kostituzzjoni l-ġdida u l-Dispożizzjonijiet Tranżitorji, il-Qorti Suprema kienet imsemmija mill-ġdid Kúria, u l-mandat ta' 6 snin tal-President tal-Qorti Suprema preċedenti intemm ħesrem wara sentejn;

G.

billi l-Kostituzzjoni l-ġdida tistipula tnaqqis tal-età mandatorja tal-irtirar tal-imħallfin u l-prosekuturi mill-età preċedenti ta' 70 sena għal 62 sena, minbarra għal President tal-Kurja u l-Prosekutur Ewlieni, li tista' tkun diskriminatorja u tista' twassal għall-irtirar ta' madwar 300 imħallef, li hi intrużjoni serja għall-funzjonament indipendenti tal-ġudikatura;

H.

billi, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni l-ġdida, is-sistema preċedenti ta' erba' kummissarji parlamentari tniżżlet għal wieħed, u temmet ħesrem il-mandat ta' 6 snin tal-Kummissarju għal Protezzjoni tad-Data u l-Libertà tal-Informazzjoni filwaqt li ttrasferiet il-poteri tiegħu lil awtorità li għadha kif twaqqfet, li hi intrużjoni serja fl-indipendenza tiegħu;

I.

billi l-Parlament Ungeriż adotta diversi liġijiet retroattivi, b'hekk kiser wieħed mill-prinċipji bażiċi tad-dritt Ewropew, fosthom li ma jiġux adottati liġijiet retroattivi;

J.

billi l-liġi reċentement adottata dwar il-knejjes u d-denominazzjonjiet reliġjużi fiha regoli restrittivi b'mod mhux tas-soltu dwar ir-reġistrazzjoni ta' knejjes u tagħmel ir-reġistrazzjoni suġġetta għall-approvazzjoni tal-parlament b'maġġoranza ta' żewġ terzi;

K.

billi, skont id-dispożizzjonijiet tal-kostituzzjoni, il-poteri tal-Qorti Kostituzzjonali Ungeriża li tirrevedi l-liġijiet relatati mal-baġit tnaqqsu b'mod sostanzjali;

L.

billi l-għadd sinifikanti ta' kwestjonijiet li biex ikollhom regolamentazzjoni dettaljata, ġew assenjati bħala parti mill-liġijiet kardinali li jitolbu maġġoranza ta' żewġ terzi, inklużi kwestjonijiet li għandhom jitħallew fil-proċess politiku ordinarju u li normalment jiġu deċiżi b'maġġoranza sempliċi, tqajjem tħassib, kif espress mir-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja;

M.

billi Viviane Reding, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, enfasizzat l-intenzjoni li l-Kummissjoni Ewropea tivverifika jekk l-organizzazzjoni l-ġdida tas-sistema ġudizjarja fl-Ungerija taffettwax l-indipendenza tal-ġudikatura; billi l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Neelie Kroes u l-mexxej tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Libertà tal-Midja u l-Pluraliżmu, Vaira Vike Freiberga, repetutament esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja fl-Ungerija;

N.

billi l-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, enfasizza, fit-18 ta' Jannar 2012 li, minbarra l-aspetti legali, it-tħassib intwera wkoll dwar il-kwalità ta' demokrazija fl-Ungerija, u appella lill-awtoritajiet Ungeriżi biex jirrispettaw il-prinċipji tad-demokrazija u l-libertà u sabiex jimplimentawhom mhux biss fil-prinċipju imma wkoll fil-prattika u fil-ħajja politika u soċjali Ungeriża;

O.

billi fis-17 ta' Jannar 2012 il-Kummissjoni Ewropea bdiet proċeduri ta' ksur tal-liġi kontra l-Ungerija dwar tliet oqsma: l-indipendenza tal-Bank Ċentrali Ungeriż, it-tnaqqis fl-età mandatorja tal-irtirar tal-imħallfin kif imniżżel fid-Dritt Bażiku tal-Ungerija, u l-indipendenza tal-awtorità tal-protezzjoni tad-data, u talbet ukoll lill-awtoritajiet Ungeriżi aktar informazzjoni dwar il-kwestjoni tal-indipendenza tal-ġudikatura;

P.

billi l-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2010 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewroepa (2009) - implimentazzjoni effikaċi wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona (3) sejjaħ sabiex ikun hemm “segwitu għall-Komunikazzjoni tal-2003 dwar l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea biex jiġi definit mod trasparenti u koerenti biex jiġi indirizzat il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u biex isir użu rilevanti tal-Artikolu 7 tal-istess Trattat abbażi tal-istruttura l-ġdida tad-drittijiet fundamentali”;

Q.

billi l-Gvern Ungeriż, u l-aktar il-Prim Ministru Ungeriż fl-ittra tiegħu lill-Kummissjoni u waqt li indirizza l-Parlament Ewropew, wera li lest li jindirizza l-problemi li qamu mill-proċeduri ta' ksur tal-liġi, li jemenda l-leġiżlazzjoni kkonċernata u li jikkopera aktar mal-Istituzzjonijiet Ewropej lil hinn mill-proċeduri legali;

R.

billi l-Parlament Ewropew għandu rwol li jimmonitorja l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, il-libertajiet u l-prinċipji fis Stat Membru, kif imniżżel fl-aquis Ewropew;

1.

Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija fir-rigward tal-eżerċizzju tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tar-rispett u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u dawk soċjali, tas-sistema ta' kontroll u bilanċ, tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni;

2.

Jistieden, fl-interess konġunt taċ-ċittadini Ungeriżi u tal-Unjoni Ewropea, lill-Gvern Ungeriż biex jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet, l-oġġezzjonijiet u t-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta' Venezja dwar il-kwestjonijiet imsemmija hawn fuq u jemeda l-liġijiet ikkonċernati kif meħtieġ, filwaqt li jirrispetta l-valuri u l-istandards bażiċi tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jieħu nota tal-impenn tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Kummissjoni ta' Venezja biex jeżaminaw sew il-konformità tal-leġiżlazzjoni Ungeriża mhux biss mal-ittra imma wkoll mal-ispirtu tal-liġi Ewropea;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, bħala l-għassiesa tat-Trattati, sabiex timmonitorja mill-qrib l-emendi possibbli u l-implimentazzjoni tal-imsemmija liġijiet u l-konformità tagħhom mal-ittra u l-ispirtu tat-Trattati Ewropej u li twettaq studju bir-reqqa sabiex tiżgura:

a.

l-indipendenza sħiħa tal-ġudikatura, b'mod partikolari tiżgura li l-Awtorità Ġudizzjarja Nazzjonali, l-Uffiċċju tal-Prosekutur u l-qrati b'mod ġenerali jitmexxew liberi minn kull influenza politika, u li l-mandat tal-imħallfin maħtura b'mod indipendenti ma tistax titqassar b'mod arbitrarju;

b.

li r-regolamentazzjoni tal-Bank Nazzjonali Ungeriż taderixi mal-leġiżlazzjoni Ewropea;

c.

li l-indipendenza istituzzjonali tal-protezzjoni tad-data u tal-libertà tal-informazzjoni tingħata lura u tkun garantita permezz tal-kontenut u l-implimentazzjoni tal-liġi relevanti;

d.

li d-dritt tal-Qorti Kostituzzjonali li tirrevedi kwalunkwe leġiżlazzjoni ikun mogħti lura b'mod sħiħ;

e.

li l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja ikunu garantiti mill-kontenut u l-implimentazzjoni tal-Liġi dwar il-Midja Ungeriża, speċjalment fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ċivili u tal-oppożizzjoni fil-Kunsill dwar il-Medja;

f.

li l-liġi elettorali ġdida tilħaq l-istandards demokratiċi Ewropej u tirrispetta l-prinċipju tal-alternanza politika;

g.

li d-dritt li teżerċita oppożizzjoni politika b'mod demokratiku tkun assigurata kemm fl-istituzzjonijiet u kemm barra minnhom;

h.

li l-liġi dwar il-knejjes u d-denominazzjonijiet reliġjużi tirrispetta l-prinċipji bażiċi tal-libertà tal-kuxjenza u żżomm milli tissuġġetta r-reġistrazzjoni tal-knejjes għall-approvazzjoni ta' maġġoranza ta' żewġ terzi fil-Parlament Ungeriż;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea titlob l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar il-pakkett leġiżlattiv li jiġbor fih il-Kostituzzjoni l-ġdida, id-Dispożizzjonijiet Tranżitorji u l-liġijiet kardinali bħala ħaġa waħda u tkompli taħdem flimkien dwar dawn il-kwestjonijiet mal-Kunsill tal-Ewropa;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Kummissjoni ta' Venezja, biex isegwu jekk u kemm ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew stabbiliti fil-punt 4 ta' din ir-riżoluzzjoni ġew implimentati u sabiex tippreżenta s-sejbiet tagħha f'rapport;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti, fid-dawl tar-rapport imsemmi fil-punt 6, biex tqis jekk għandhiex tieħu miżuri meħtieġa, inklużi miżuri skont l-Artikolu 74e tar-Regoli ta' Proċedura u Artikolu 7(1) TUE;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali, lill-OSKE u lis-Segretarju Ġenerali tan-NU.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0094.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0483.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2010)0483.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/30


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Is-sitwazzjoni fir-Russja

P7_TA(2012)0054

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-elezzjoni presidenzjali imminenti fir-Russja (2012/2505(RSP))

2013/C 249 E/09

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa, li daħal fis-seħħ fl-1997 u li ġie estiż fl-istennija li jkun hemm ftehim ġdid minfloku,

wara li kkunsidra n-negozjati li għaddejjin bħalissa għal ftehim ġdid li jipprovdi qafas komprensiv ġdid għar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja, kif ukoll is-“Sħubija għall-Modernizzazzjoni” li nbdiet fl-2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar is-Samit UE-Russja li se jsir fil-15 ta' Diċembru 2011 u l-eżitu tal-elezzjonijiet tad-Duma tal-4 ta' Diċembru 2011 (1) u tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar it-tħejjijiet għall-elezzjonijiet ta' Diċembru tad-Duma tal-Istat Russu (2),

wara li kkunsidra r-Rapport Finali ta’ Osservazzjoni tal-OSKE/ODIHR tat-12 ta’ Jannar 2012 dwar l-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat tal-4 ta’ Diċembru 2011,

wara li kkunsidra r-rapport finali ta’ osservazzjoni tat-23 ta’ Jannar 2012 mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE) dwar l-elezzjonijiet parlamentari Russi u d-dikjarazzjoni tagħha dwar iż-żjara ta’ wara l-elezzjoni tad-delegazzjoni għar-Russja tal-21 ta’ Jannar 2012,

wara li kkunsidra l-Konsultazzjonijiet dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u r-Russja, b’mod partikulari l-aħħar laqgħa li saret f'dan il-kuntest fid-29 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta’ Diċembru 2011 tar-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton dwar l-elezzjonijiet tad-Duma fil-Federazzjoni Russa u d-diskorsi tagħha tal-14 ta’ Diċembru 2011 fi Strasburgu dwar is-Samit EU-Russja u tal-1 ta’ Frar 2012 dwar is-sitwazzjoni politika fir-Russja,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li saret fil-15 ta’ Diċembru 2011 mill-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy, wara s-Samit UE-Russja,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi kooperazzjoni msaħħa u relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien bejn l-UE u r-Russja huma ta’ importanza kruċjali għall-istabilità, is-sigurtà u l-prosperità tal-Ewropa; billi l-iżvilupp ta' sħubija strateġika bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa jista' jkun ibbażat biss fuq valuri kondiviżi;

B.

billi għad hemm tħassib dwar żviluppi fil-Federazzjoni Russa rigward il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u l-ħarsien tagħhom kif ukoll il-konformità ma’ prinċipji demokratiċi, regoli u proċeduri elettorali li dwarhom kien hemm qbil komuni; billi l-Federazzjoni Russa hija membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, (OSKE) u għalhekk intrabtet li tiddefendi l-prinċipji tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

C.

billi fit-12 ta' April 2011, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat sentenza kontra l-proċeduri kkumplikati ta' reġistrazzjoni għall-partiti politiċi fir-Russja, li mhumiex konformi mal-istandards elettorali stabbiliti mill-Kunsill tal-Ewropa u mill-OSKE; billi l-limitazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-partiti politiċi u l-kandidati tirrestrinġi l-kompetizzjoni politika u l-pluraliżmu fir-Russja;

D.

billi, minkejja l-passi limitati riċenti biex jittejbu l-liġijiet elettorali, ir-regoli ġenerali għadhom kumplessi wisq, u billi l-applikazzjoni inkonsistenti tar-regoli tiddiskrimina kontra l-oppożizzjoni;

E.

billi fit-22 ta’ Diċembru 2011, f’indirizz lid-Duma, il-President Medvedev ħabbar numru ta’ tibdiliet fis-sistema politika, inkluż il-formazzjoni ta’ servizz televiżiv pubbliku indipendenti ġdid, proċeduri ssimplifikati għall-partiti u għall-kandidati presidenzjali, l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ elezzjonijiet diretti għall-gvernaturi reġjonali u investigazzjoni tal-frodi elettorali;

F.

billi, skont ir-rapport finali ta’ osservazzjoni tal-OSKE/ODIHR, l-elezzjonijiet tad-Duma tal-4 ta’ Diċembru 2011 ma kkonformawx għalkollox mal-istandards ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti u kienu kkaratterizzati minn konverġenza bejn l-istat u l-partit fil-gvern u minn nuqqas ta’ indipendenza tal-amministrazzjoni elettorali, il-parzjalità tal-midja u l-interferenza mill-istat f’livelli differenti; billi, skont ir-rapport, l-elezzjonijiet tad-Duma kienu kkaratterizzati minn numru kbir ta’ vjolazzjonijiet proċedurali, każijiet ta’ dak li deher li kien manipulazzjoni u każijiet serji ta’ tfigħ ta’ voti żejda;

G.

billi l-organizzazzjoni domestika ta’ osservazzjoni elettorali Golos iddikjarat fir-rapport finali tagħha li “l-elezzjoni […] la kienet ħielsa u lanqas ġusta, u lanqas issodisfat ir-rekwiżiti tal-kodiċi elettorali Russu u l-istandards elettorali internazzjonali” u li “il-prinċipji elettorali fundamentali ma ġewx rispettati, jiġifieri l-kompetizzjoni ġenwina u d-drittijiet ugwali għan-naħat kollha involuti, amministrazzjoni newtrali, kummissjonijiet elettorali indipendenti, votazzjoni li tikkonforma mal-liġi u proċess korrett tal-għadd tal-voti”;

H.

billi f’għadd ta’ manifestazzjonijiet tal-massa mill-elezzjonijiet tad-Duma fl-4 ta’ Diċembru 2011, il-poplu Russu esprima x-xewqa tiegħu għal aktar demokrazija, inkluż elezzjonijiet ħielsa u ġusti kif ukoll riforma komprensiva tas-sistema elettorali, b’mod partikolari d-dimostranti “taż-żagarella bajda”;

I.

billi l-pluraliżmu politiku huwa element fundamentali tad-demokrazija u ta’ soċjetà moderna, u sors ta' leġittimità politika; billi t-tħejjijiet għall-elezzjonijiet presidenzjali jeħtieġ li jiggarantixxu proċess ħieles u ġust b’opportunitajiet ugwali għall-kandidati kollha; billi l-proċeduri ta’ reġistrazzjoni għal darba oħra waqqfu ċerti kandidati milli jieħdu sehem fl-elezzjonijiet;

J.

billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja ilhom jiżviluppaw matul l-għexieren ta' snin li għaddew, u wasslu għal interdipendenza komprensiva u profonda li x'aktarx se tiżdied aktar fil-futur; billi l-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Federazzjoni Russa tibqa’ ta’ importanza fundamentali għall-iżvilupp u l-intensifikazzjoni ulterjuri tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġt isħab;

K.

billi r-Russja darbtejn waqqfet lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU milli jadotta riżoluzzjoni dwar il-kriżi fis-Sirja li titlob appoġġ għall-pjan tal-Lega Għarbija li għandu wkoll l-appoġġ tal-UE;

1.

Jinnota li r-rapporti tal-OSKE/ODIHR u tal-PACE, li jgħidu li l-elezzjonijiet ma ssodisfawx l-istandards elettorali definiti mill-OSKE u kienu kkaratterizzati mill-konverġenza tal-istat u tal-partit fil-gvern, minn vjolazzjonijiet proċedurali, minn dak li deher li kien manipulazzjoni u minn nuqqas ta’ indipendenza tal-amministrazzjoni elettorali;

2.

Huwa mħasseb li r-riżultat tal-elezzjonijiet (il-kompożizzjoni tad-Duma) mhux se jwassal għal titjib f’dak li għandu x’jaqsam mar-rwol u l-influwenza tad-Duma fis-sistema politika tar-Russja;

3.

Jitlob lid-Delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Parlamentari UE-Russja biex tqajjem b’mod konsistenti l-kwistjoni tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt mal-kontropartijiet Russi; jitlob, barra minn hekk, valutazzjoni tal-attivitajiet tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Parlamentari UE-Russja, u l-intensifikazzjoni tad-djalogu mal-oppożizzjoni mhux parlamentari u mas-soċjetà ċivili;

4.

Jinnota t-talbiet riċenti għall-annullament tal-elezzjonijiet tad-Duma tal-Istat, u jistieden lil-awtoritajiet Russi jkomplu jinvestigaw b’mod komprensiv u trasparenti r-rapporti kollha ta’ frodi u intimidazzjoni bil-ħsieb li jiġu ssanzjonati dawk misjuba responsabbli, u li jerġgħu jorganizzaw il-votazzjoni fejn tingħata prova ta’ irregolaritajiet; jenfasizza li l-leġiżlazzjoni elettorali Russa tipprovdi għal appell u rettifika; jirrimarka, madankollu, li t-trattament tal-ilmenti mill-Kumitat Elettorali Ċentrali kienet nieqsa mit-trasparenza u ma indirizzatx l-ilmenti b’mod effikaċi u fil-waqt; jiddispjaċih dwar il-fatt li kważi 3 000 rikors rigward każijiet ta’ abbużi, frodi u vjolazzjonijiet elettorali f’distretti individwali ġew irrifjutati mill-qrati rilevanti u ftit minnhom għadhom pendenti;

5.

Jinnota l-aħbar mogħtija mill-President Medvedev ta’ bidliet komprensivi fis-sistema politika, inkluża simplifikazzjoni tant meħtieġa tar-regoli li jirregolaw ir-reġistrazzjoni tal-partiti politiċi; jitlob li jkun hemm impenn serju wkoll biex jiġu indirizzati l-problemi tal-libertà tal-midja u tal-libertà ta’ għaqda u ta’ espressjoni; itenni r-rieda tal-UE li tikkoopera mar-Russja, inkluż fil-qafas ipprovdut mis-Sħubija għall-Modernizzazzjoni, biex ittejjeb il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali u l-effikaċja ta’ sistema indipendenti ta’ stat ta’ dritt fir-Russja;

6.

Jistieden lill-Gvern Russu jintroduċi pakkett ta’ proposti leġiżlattivi, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-OSKE, bl-għan li jiżviluppa sistema politika verament demokratika u li jinkludi riformi li jiffaċilitaw ir-reġistrazzjoni kemm għall-partiti politiċi kif ukoll għall-kandidati presidenzjali, u jindirizza l-applikazzjoni restrittiva tar-regoli ta’ reġistrazzjoni, sabiex ikun possibbli li jseħħu elezzjonijiet verament ħielsa u ġusti malajr kemm jista’ jkun;

7.

Jenfasizza li d-dimostrazzjonijiet paċifiċi fir-Russja huma espressjoni tax-xewqa tal-poplu Russu għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti; jistieden lill-awtoritajiet Russi jqisu l-protesti riċenti bħala opportunità biex jieħdu passi li jwasslu għar-riformi meħtieġa għal aktar demokrazija, involviment politiku u stat ta’ dritt, inkluża r-riforma tal-liġijiet elettorali, f’konformità mal- istandards tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-OSKE; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jikkonformaw ma’ dawn l-istandards fil-prattika, sabiex jiggarantixxu elezzjonijiet presidenzjali ħielsa u demokratiċi f’Marzu b’opportunitajiet ugwali għall-kandidati kollha;

8.

Jikkundanna r-ripressjoni mill-pulizija ta’ dimostrazzjonijiet paċifiċi li saru bi protesta kontra l-irregolaritajiet u l-frodi elettorali rrappurtati minn osservaturi internazzjonali u dokumentati b’vidjows irrekordjati minn ċittadini ordinarji; jistieden lill-awtoritajiet Russi jiddefendu b’mod sħiħ il-libertà ta’ għaqda u l-libertà tal-kelma f’konformità mal-kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa;

9.

Ifakkar li r-restrizzjonijiet fuq il-pluraliżmu politiku matul it-tħejjijiet għall-elezzjonijiet tad-Duma kienu wieħed min-nuqqasijiet ewlenin f’dawk l-elezzjonijiet; jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tal-esklużjoni ta’ kandidati tal-oppożizzjoni milli joħorġu għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-4 ta’ Marzu 2012, li għal darba oħra qed iddgħajjef il-kompetizzjoni politika u l-pluraliżmu politiku;

10.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jinvolvu ruħhom fi djalogu mal-oppożizzjoni, u jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tagħhom li jiċħdu r-reġistrazzjoni għall-kampanja tal-elezzjoni presidenzjali ta’ Grigory Yavlinsky, li qed twaqqaf ukoll lill-partit tiegħu milli jibgħat osservaturi;

11.

Jistieden lill-OSKE, lill-Kunsill tal-Ewropa u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jsegwu l-investigazzjonijiet dwar l-irregolaritajiet kif ukoll jimmonitorjaw mill-qrib it-tħejjijiet għall-elezzjonijiet presidenzjali u l-infurzar tar-regoli elettorali, kif diġà kien hemm qbil mal-awtoritajiet Russi;

12.

Jieħu nota li madwar 600 osservatur internazzjonali huma mistennija jissorveljaw l-elezzjoni presidenzjali Russa (se jkun hemm osservaturi mill-OSKE/ODIHR, mill-PACE, mill-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni ta’ Shangai u mis-CIS); jenfasizza li l-missjonijiet ta’ osservazzjoni internazzjonali u nazzjonali għandhom joperaw kollha kemm huma, biex tiġi żgurata sorveljanza effiċjenti tal-proċess elettorali, f’konformità mal-istandards tal-OSKE/ODIHR u tal-Kunsill tal-Ewropa; jistieden lill-awtoritajiet Russi jevitaw l-indħil u t-tfixkil li kien irrappurtat fil-każ tal-elezzjonijiet tad-Duma;

13.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kumitat Investigattiv biex imexxi investigazzjoni komprensiva u dettaljata dwar il-mewt ta’ Sergei Magnitsky, mingħajr ebda kwistjonijiet tabu, biex jippreżenta fil-pront konklużjonijiet konkreti u jieħu l-passi kollha meħtieġa biex dawk responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja; jistieden lill-Kunsill, f’każ ta’ aktar nuqqas ta’ azzjoni mill-awtoritajiet Russi, biex jikkunsidra azzjonijiet bħal projbizzjoni tal-ivvjaġġar li tapplika fl-UE kollha u friża tal-assi finanzjarji ta’ dawk misjuba ħatja tat-tortura u l-mewt ta’ Sergei Magnitsky, kif ukoll li ħbew il-każ;

14.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-użu ħażin tal-leġiżlazzjoni kontra l-estremiżmu li tinvolvi l-implimentazzjoni illegali ta’ liġijiet kriminali kontra organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħal Memorial u minoranzi reliġjużi bħax-Xhieda ta’ Jehovah u Falun Dafa u l-projbizzjoni mhux xierqa tal-materjal tagħhom għal raġunijiet ta’ estremiżmu;

15.

Jikkundanna b’mod qawwi l-adozzjoni mill-Assemblea Leġiżlattiva ta’ San Pietruburgu ta’ liġi kontra l-propaganda dwar l-orjentazzjoni sesswali; jikkundanna bl-istess mod liġijiet simili adottati fir-reġjuni Ryazan, Arkhangelsk u Kostroma; Jistieden lil-awtoritajiet Russi kollha jieqfu jirrestrinġu l-libertà tal-espressjoni fir-rigward tal-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, f’konformità mal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tesprimi l-oppożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għal dawn il-liġijiet;

16.

Iħeġġeġ bis-saħħa lir-Russja tingħaqad mal-kunsens internazzjonali u tippermetti lill-Kunsill tas-Sigurtà jaġixxi fuq il-bażi tal-proposti tal-Lega Għarbija bil-ħsieb li tissolva l-kriżi tas-Sirja; jenfasizza li, bħala Membru Permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, hemm bżonn li r-Russja terfa’ r-responsabilità tagħha għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali serjament; jistieden lir-Russja twaqqaf immedjatament il-bejgħ kollu ta’ armi u tagħmir militari lill-Gvern Sirjan;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0575.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0335.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/34


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli u l-prodotti tas-sajd

P7_TA(2012)0055

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-Ftehim bejn l-UE u l-Marokk dwar il-miżuri reċiproċi ta' liberalizzazzjoni fir-rigward tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tas-sajd (2012/2522(RSP))

2013/C 249 E/10

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Barċellona tat-28 ta' Novembru 1995, li stabbiliet sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran,

wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Ottubru 2005 li jawtorizza negozjati mal-Marokk dwar il-liberalizzazzjoni reċiproka tal-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2011 li tawtorizza negozjati mal-Eġittu, il-Ġordan, il-Marokk u t-Tuneżija, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti żoni ta' kummerċ ħieles “profondi u komprensivi”, bħala parti mill-ftehimiet ta' assoċjazzjoni Ewro-Mediterranji eżistenti ma' dawk il-pajjiżi,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Marzu 2011 dwar “Sħubija għad-demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran” (COM(2011)0200),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta’ Mejju 2011 bl-isem 'Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni' (COM(2011)0303),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpanniji fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (1),

wara li kkunsidra l-proċedura ta’ approvazzjoni skont l-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-abbozz ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”) (15974/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-ambjent politiku li qed jevolvi fin-Nofsinhar tal-Mediterran wara l-avvenimenti tar-Rebbiegħa Għarbija kien jirrikjedi reazzjoni b’saħħitha, effettiva u rapida mill-UE;

B.

billi t-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali u liberalizzazzjoni kummerċjali bbilanċjata u progressiva ma’ dawn il-pajjiżi huma komponenti importanti ta’ din ir-reazzjoni;

C.

billi l-kummerċ u l-investiment huma muturi għat-tkabbir u jgħinu biex jonqos il-faqar, jgħaqqdu n-nies, jiżguraw rabtiet bejn in-nazzjonijiet u jikkontribwixxu għall-istabilità politika;

D.

billi l-Artikolu 16 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Marokk, fis-seħħ mill-1 ta’ Marzu 2000, jistipula li l-Komunità Ewropea u l-Marokk se jimplimentaw gradwalment aktar liberalizzazzjoni tal-kummerċ reċiproku bejniethom fi prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati, ħut u prodotti tas-sajd;

E.

billi l-UE żżom bilanċ favorevoli sinifikanti fil-kummerċ ta’ prodotti mal-Marokk, li fl-2010 laħaq EUR 5,4 biljuni;

F.

billi l-UE għandha bilanċ favorevoli sostanzjali fil-kummerċ agrikolu u tas-sajd mal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran ta’ iktar minn EUR 4 miljuni iżda għandha defiċit fil-kummerċ bilaterali agrikolu u tas-sajd mal-Marokk li fl-2010 kien jammonta għal EUR 871 miljun; billi l-kummerċ fil-prodotti agrikoli u tas-sajd jirrappreżenta madwar 18 % tal-esportazzjonijiet tal-Marokk;

G.

billi l-agrikoltura tirrapreżenta bejn 15 % u 20 % tal-PDG tal-Marokk, 12 % tal-esportazzjonijiet tal-Marokk u 38 % tal-forza tax-xogħol tal-Marokk, bl-ogħla livelli f'żoni rurali; billi dan juri li l-istabbiltà u l-espansjoni ta' dan is-settur huwa estremament importanti għall-istabbiltà politika tal-pajjiż;

H.

billi l-Ftehim propost jilliberalizza immedjatament 55 % tat-tariffi fuq il-prodotti agrikoli u tas-sajd tal-Marokk (ċifra li tiżdied minn 33 %) u 70 % tat-tariffi fuq il-prodotti agrikoli u tas-sajd tal-UE fi żmien għaxar snin (ċifra li tiżdied minn 1 %);

I.

billi l-monitiraġġ ta' prodotti sensittivi u l-applikazzjoni stretta tal-kwoti huma fundamentali għall-funzjonament ibbilianċjat tal-Ftehim;

J.

billi l-prodotti agrikoli kollha mill-pajjiżi terzi kollha importati ġewwa l-UE għandhom jaderixxu mar-regolamenti tal-Unjoni li jirregolaw il-miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS);

K.

billi l-Marokk huwa wieħed mill-erba’ pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran li għalihom il-Kunsill awtorizza direttivi ta' nnegozjar għal Ftehim ta' Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA); billi l-kummerċ fil-prodotti agrikoli se jifforma parti minn dawn in-negozjati;

Konsiderazzjonijiet ġenerali

1.

Jemmen li l-liberalizazzjoni kummerċjali u l-integrazzjoni progressiva fis-suq intern tal-UE jistgħu jkunu strumenti importanti għall-iżvilupp tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran u jgħinu jtaffu l-faqar u l-qgħad mifrux li jixprunaw il-problemi ekonomiċi, migratorji u tas-sigurtà fir-reġjun; iqis li, jekk dan il-potenzjal għandu jintlaħaq, l-UE għandha tkun preparata li tagħmel biżżejjed konċessjonijiet kummerċjali;

2.

Itenni l-impenn tal-UE wara “r-Rebbiegħa Għarbija” li tassisti l-pajjiżi Mediterranji tan-Nofsinhar bit-tranżizzjoni tagħhom lejn id-demokrazija bl-użu ta' strumenti ekonomiċi u kummerċjali biex jinħolqu aktar libertà u opportunitajiet ekonomiċi; iqis li l-Marokk ħa passi sinifikanti biex jikkonsolida d-demokrazija billi rriforma l-konstituzzjoni tiegħu u wettaq elezzjonjiet ġusti; f'dak ir-rigward, jilqa' l-Ftehim bħala pass pożittiv għas-sostenn tal-istabilizzazzjoni politika u tal-iżvilupp ekonomiku sostenibbli reċiproku;

3.

Iqis li huwa essenzjali li l-inizjattivi kummerċjali u ta' investiment għandhom ikollhom l-għan li jibbenefikaw is-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà u jkunu mmirati b’mod partikolari lejn l-SMEs u l-bdiewa ż-żgħar; f’dan il-kuntest, jinnota li 80 % tal-bdiewa fil-Marokk għandhom inqas minn ħames ettari art u għalhekk jilqa’ bi pjaċir l-appoġġ tal-Confédération marocaine de l'agriculture et du développement rural (Comader - il-Federazzjoni Marokkina għall-Iżvilupp Agrikolu u Rurali) għall-Ftehim; ifakkar li s-sigurtà tal-ikel għandha dimensjoni soċjali, ambjentali u kulturali, minbarra l-aspetti ekonomiċi tagħha;

Il-Ftehim

4.

Jenfasizza li, fid-dawl tal-importanza u l-influwenza tas-settur agrikolu fil-Marokk, b'mod partikolari fil-provvediment tal-impjieg, il-Ftehim se jkollu rwol ewlieni fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż u l-istabbiliment politiku, peress li joffri opportunitajiet ġodda għall-esportazzjonijiet lejn l-UE, li huwa s-suq maġġuri għall-prodotti Marokkini; iqis li se jipprovdi wkoll opportunitajiet għall-industrija agrikola tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-ikel ipproċessat; jirrimarka li l-esportaturi tal-UE eventwalment se jibbenefikaw mit-tneħħija tat-tariffi fuq l-importazzjoni fil-Marokk fir-rigward ta’ 70 % tal-linji ta' prodotti agrikoli u tas-sajd, ħaġa hi stmata li se tiffranka EUR 100 miljun fis-sena f’dazji doganali ladarba tkun implimentata bis-sħiħ;

5.

Jilqa’ l-miżuri mhux tariffarji addizzjonali inklużi fil-Ftehim bħalma huma l-protezzjoni addizzjonali għall-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej, il-mekkaniżmi ta’ salvagwardja msaħħa u l-miżuri sanitarji u fitosanitarji; barra minn hekk, ifakkar li l-UE u l-Marokk qablu dwar mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwimiet li jippermetti lill-UE tingħata rimedju jekk il-Marokk ma jirrispettax it-termini tal-Ftehim;

6.

Jinnota l-preokkupazzjonijiet ta’ xi gruppi industrijali Ewropej rigward iż-żidiet fil-kwoti mingħajr dazji għal importazzjonijiet sensittivi ta’ frott u ħxejjex; għalhekk, jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta valutazzjoni tal-impatt dwar il-produtturi Ewropej, u b'mod partikolari dwar l-introjti tal-bdiewa, u biex iżżomm lill-Parlament infurmat b'mod regolari;

7.

Jinsab imħasseb bl-ilmenti kostanti mill-gruppi industrijali Ewropej li jallegaw frodi fis-sistema tal-prezzijiet ta’ dħul, u jitlob għal garanziji li ż-żieda fil-kwoti tariffarji skont il-Ftehim se jkunu regolati kif suppost mill-UE u li mhux se jkun hemm misinterpretazzjoni tar-regoli li jiggvernaw l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tal-prezzijiet ta' dħul; jenfasizza li l-operaturi Ewropej ressqu ilmenti lill-OLAF u lill-Kumitat tal-Parlament dwar il-Petizzjonijiet u li l-kumitat staqsa lill-Kummissjoni biex tbiddel is-sistema tal-prezz tad-dħul sabiex twaqqaf darba u għal dejjem il-frodi;f'dak ir-rigward, jinnota li l-proposti biex ir-regoli li jiggvernaw l-implimentazzjoni tal-prezzijiet ta' dħul isiru konformi mal-Kodiċi Doganali Komunitarja bħala parti tar-riforma l-aktar riċenti tal-politika agrikola komuni; iqis li dan għandu jiġi akkumpanjat permezz ta' tibdiliet fir-regolament ta' implimentazzjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli biex jiddaħħlu miżuri ta' kontroll effettivi;

8.

Iqis li l-Ftehim jistipula arranġamenti u mekkaniżmi istituzzjonali speċifiċi, bħall-kooperazzjoni għall-prevenzjoni tat-tfixkil tas-suq, il-gruppi esperti stabbiliti mill-Kummissjoni ma' pajjiżi terzi, inkluż il-Marokk, is-Subkumitat dwar l-istabbiliment tal-Kummerċ Agrikolu fil-kuntest tal-ġestjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, skambji tal-informazzjoni dwar il-politiki u l-produzzjoni, u l-klawżola ta' salvagwardja skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu mill-mekkaniżmi fejn inhu xieraq;

Il-kwistjonijiet kummerċjali u ekonomiċi usa’

9.

Jenfasizza li l-aċċess għas-suq intern tal-UE għandu jkun jiddependi fuq l-issodisfar ta’ ċerti standards tal-iġjene u tas-sikurezza u jilqa’ bi pjaċir ir-rapport pożittiv tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju fl-2011; jilqa’ bi pjaċir l-enfasi fil-Ftehim fuq il-miżuri sanitarji u fitosanitarji u jitlob li l-assistenza teknika tkun ċentrali fin-negozjati għal Ftehim dwar żona ta’ kummerċ ħieles approfondita u komprensiva (DCFTA); jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tippromwovi miżuri u kontrolli ekwivalenti bejn il-Marokk u l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-istandards ambjentali, soċjali u tas-sikurezza tal-ikel, biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta bejn iż-żewġ swieq;

10.

Jilqa' r-riformi fis-settur agrikolu tal-Marokk, jiġifieri “Plan Vert” (il-Pjan Aħdar) diżinjat speċifikament biex isostni l-bdiewa ż-żgħar billi jingħatalhom aċċess għat-teknoloġija moderna u l-investiment; jitlob għal sostenn kontinwu mill-UE għat-titjib tal-metodi ta' produzzjoni, permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prassi, u għall-isforzi tal-Marokk fil-qasam tal-konservazzjoni tal-ilma;

11.

Jirrikonoxxi li l-Marokk irratifika l-biċċa l-kbira tal-konvenzjonijiet relevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u dan l-aħħar adotta leġiżlazzjoni biex it-tħaddim tat-tfal isir illegali; jenfasizza, madankollu, li għad hemm lok għal titjib fir-rigward tal-libertà ta' assoċjazzjoni u t-tħaddim tat-tfal; iqis li d-dispożizzjonijiet DCFTA għandhom jinkludu assistenza fl-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet tal-ILO u r-ratifika ta’ konvenzjonijiet kruċjali mhux iffirmati, eż. Il-Konvenzjoni Nru 87 dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni, u inizjattivi dwar ir-responsabilità soċjali korporattiva bħala parti mill-kapitolu għall-iżvilupp sostenibbli;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Protokoll futur jirrispetta bis-sħiħ il-liġi internazzjonali u jkun ta’ benefiċċju għall-gruppi ta’ popolazzjoni lokali milquta kollha;

*

* *

13.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lid-Delegazzjoni tal-PE għar-Relazzjonijiet mal-Pajjiżi tal-Magreb, lill-Bureau tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran kif ukoll lill-Parlament u l-Gvern tal-Marokk.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2010)0446.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/37


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Is-sitwazzjoni fis-Sirja

P7_TA(2012)0057

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja (2012/2543(RSP))

2013/C 249 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sirja,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar is-Sirja tal-10 ta' Ottubru, l-14 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru 2011 u tat-23 ta' Jannar 2012, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ottubru u tad-9 ta' Diċembru 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi-President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar is-Sirja tat-8 ta' Ottubru, tat-3 u t-28 ta' Novembru u tat-2 ta' Diċembru 2011, kif ukoll tal-1 u tal-4 ta' Frar 2012,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (1), kif ukoll id-deċiżjoni tiegħu wara l-Kunsill Affarijiet Barranin tat-23 ta' Jannar 2012 biex jissaħħu l-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-reġim Sirjan,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (2),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Lega Għarbija dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja tas-27 ta' Awwissu, tas-16 ta' Ottubru u tat-12, is-16 u l-24 ta' Novembru 2011, u tat-22 ta' Jannar u t-12 ta' Frar 2012, il-Pjan ta' Azzjoni tagħha tat-2 ta' Novembru 2011, u s-sanzjonijiet tagħha kontra s-Sirja adottati fis-27 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Presidenzjali tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU) tat-3 ta' Awwissu 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Għarbija Sirjana, tat-22 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, tat-23 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHRC) dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Għarbija Sirjana, tat-2 ta' Diċembru 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokoll Fakultattiv dwar l-Involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati, u l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju, li s-Sirja hija firmatarja tagħhom,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi sa mill-bidu tat-trażżin vjolenti tad-dimostranti paċifiċi fis-Sirja f'Marzu 2011, il-qtil sistematiku, il-vjolenza u t-tortura komplew jeskalaw b'mod drammatiku u l-armata u l-forzi tas-sigurtà Sirjani komplew bir-rispons tagħhom ta' qtil immirat, tortura u arresti tal-massa; billi l-bliet u l-irħula madwar is-Sirja qed jinżammu taħt assedju u qed jiġu bbumbardjati minn forzi mmexxija mill-Gvern; billi l-aċċess għall-ikel u l-provvisti mediċi kien estremament diffiċli; billi s-sitwazzjoni umanitarja ta' ħafna Sirjani qiegħda tiddeterjora b'riżultat tal-vjolenzi u tal-ispustamenti;

B.

billi n-NU tistma li l-għadd ta' persuni li mietu fis-Sirja qabeż il-5 400 ruħ matul il-ħdax-il xahar ta' rewwixti, għalkemm huwa diffiċli ħafna li jinkisbu ċifri aġġornati għaliex ċerti żoni, bħal partijiet minn Homs, huma maqtugħin kompletament; billi eluf ta' persuni ndarbu, tal-anqas 69 000 ġew detenuti, li minnhom madwar 32 000 sussegwentement inħelsu, u madwar 12 400 ħarbu lejn pajjiżi ġirien; billi l-Fond tan-NU għat-Tfal jirrapporta li mijiet ta' tfal inqatlu u mijiet oħra ġew arbitrarjament arrestati u ttorturati u abbużati sesswalment waqt li kienu detenuti;

C.

billi r-residenti fil-belt assedjata ta' Homs huma taħt bumbardament kontinwu massiv u jibżgħu li r-reġim qed iħejji biex iwettaq attakk finali letali mill-art; billi fit-12 ta' Frar 2012 il-midja Għarbija rrappurtat li l-artillerija u t-tankijiet Sirjani kienu qed jibbumbardjaw b'mod qawwi lill-belt ta' Hama, flimkien mal-attakk kontinwu fuq Homs; billi, fl-istess ħin, l-awtoritajiet Sirjani jinsistu li qed jikkonfrontaw “gruppi terroristiċi” u se jibqgħu jagħmlu dan sakemm terġa' tiġi stabbilita “l-ordni”;

D.

billi l-wegħdiet numerużi rigward riformi u amnestiji mill-President Bashar al-Assad qatt ma twettqu u r-reġim tilef il-kredibbiltà u l-leġittimità kollha, u dan wassal għal talbiet mifruxa mill-komunità internazzjonali biex il-President jirreżenja;

E.

billi ġurnalist Franċiż inqatel u ġurnalist Olandiż indarab huma u jwettqu r-rwol vitali li jipprovdu informazzjoni indipenedenti dwar l-avvenimenti fis-Sirja; billi l-awtoritajiet Sirjani qed jiċħdu aċċess ulterjuri għall-pajjiż lil ġurnalisti internazzjonali; billi rapporti minn rifuġjati Sirjani, rapporti ta' ċittadini minn ġos-Sirja u immaġni mtella' fuq il-mowbajls permezz ta' konnessjonijiet bis-satellita 'standalone' għadhom is-sors ewlieni ta' informazzjoni li toħroġ mill-pajjiż;

F.

billi l-Lega Għarbija ddeċidiet titlob l-appoġġ tal-KSNU għal soluzzjoni politika fis-Sirja; billi fl-4 ta' Frar 2012 il-Federazzjoni Russa u ċ-Ċina użaw il-veto kontra riżoluzzjoni tal-KSNU li appoġġjat it-talba tal-Lega Għarbija għal proċess politiku inklużiv u paċifiku mmexxi mis-Sirja; billi fit-28 ta' Jannar 2012 il-missjoni ta' monitoraġġ tal-Lega Għarbija fis-Sirja ġiet sospiża minħabba li s-sitwazzjoni ddeterjorat b'mod kritiku;

G.

billi fit-18 ta' Jannar 2012 daħlu fis-seħħ miżuri restrittivi addizzjonali tal-UE kontra r-reġim Sirjan, inklużi projbizzjoni tal-esportazzjoni ta' tagħmir ta' monitoraġġ tat-telekomunikazzjonijiet biex jintuża mir-reġim Sirjan, projbizzjoni tal-parteċipazzjoni f'ċerti proġetti infrastrutturali u tal-investiment f'tali proġetti, u restrizzjonijiet addizzjonali fuq it-trasferiment ta' fondi u l-għoti ta' servizzi finanzjarji;

H.

billi fit-23 ta' Jannar 2012 il-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE ġiet estiża biż-żieda ta' 22 persuna responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u ta' tmien entitajiet li jappoġġjaw ir-reġim finanzjarjament;

I.

billi b'reazzjoni għall-vjolenza li qed tiżdied u l-preokkupazzjonijiet serji dwar is-sigurtà, l-Istati Uniti għalqet l-ambaxxata tagħha fis-Srija; billi Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, Spanja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja u l-Belġju sejħu lura l-ambaxxaturi tagħhom; billi l-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf u t-Tuneżija sejħu lura l-ambaxxaturi tagħhom u ddeċidew li jkeċċu lill-ambaxxaturi Sirjani mill-kapitali tagħhom;

J.

billi għexieren ta’ eluf ta’ rifuġjati Sirjani fittxew kenn fit-Turkija sa minn Marzu 2011; billi t-Turkija qed ikollha rwol dejjem aktar importanti internazzjonalment fl-oppożizzjoni tal-vjolenza fis-Sirja;

K.

billi s-sitwazzjoni terribbli fis-Sirja diġà qed ikollha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni fil-Libanu, u hemm il-biża' ta' konsegwenzi mifruxa imminenti fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera, u għalhekk se jkollha riperkussjonijiet fir-reġjun kollu, b'konsegwenzi u implikazzjonijiet imprevedibbli;

L.

billi r-Russja qed tkompli tbigħ l-armi u materjal militari ieħor lir-reġim Sirjan u għandha bażi navali fis-Sirja; billi l-UE għandha embargo fis-seħħ fuq tagħmir militari għas-Sirja u billi bastiment Russu ġie interċettat f'Ċipru u mbagħad skont l-awtoritajiet Ċiprijotti baqa' sejjer lejn is-Sirja bil-qerq; billi ċ-ċirkustanzi ta' dan l-inċident qatt ma ġew iċċarati uffiċjalment u pubblikament mill-uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli;

M.

billi l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem talab li s-Sirja tittella' quddiem il-QKI minħabba allegazzjonijiet ta' delitti kontra l-umanità wara s-Sessjoni Speċjali ta' Diċembru tal-UNHRC dwar is-Sirja abbażi tar-riżultati tar-rapport tal-Kumitat Indipendenti ta' Inkjesta tan-NU, filwaqt li s-Segretarju Ġenerali tan-NU ddikjara fil-15 ta' Jannar 2012 li t-triq tar-repressjoni ma twassal imkien;

1.

Jiddeplora l-fatt li r-Russja u ċ-Ċina użaw il-veto tagħhom fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jimblukkaw l-abbozz ta' riżoluzzjoni dwar is-Sirja, u għalhekk ivvutaw kontra l-proposta ta' tranżizzjoni paċifika mil-Lega Għarbija, u dan tqies mir-reġim ta' Assad bħala approvazzjoni biex iħarrex il-mezzi ta' repressjoni, bl-użu ta' armi tqal u ta' forza indiskriminata kontra persuni ċivili mhux armati; itenni l-appell tiegħu lill-membri tal-KSNU, partikolarment ir-Russja u ċ-Ċina, biex iġorru r-responsabbiltajiet tagħhom li jiggarantixxu li r-repressjoni vjolenta tal-poplu Sirjan tieqaf minnufih; ikompli jsostni l-isforzi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha f'dan il-qasam;

2.

Jistieden lill-VP/lir-RGħ tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura l-adozzjoni ta' riżoluzzjoni tal-KSNU, billi taħdem kemm mar-Russja kif ukoll maċ-Ċina;

3.

Jistieden lir-Russja, l-akbar fornitriċi barranija ta' armi tal-Gvern Sirjan, twaqqaf minnufih il-konsenji ta' armi lis-Sirja, u jistieden lill-UE tfassal lista sewda ta' kumpaniji li jfornu l-armi lis-Sirja; jistieden lill-atturi kollha tal-UE, f'dan il-kuntest, biex jirrispettaw bis-sħiħ il-Kodiċi ta' Kondotta tal-Unjoni Ewropea dwar l-Esportazzjoni ta' Armi, li għandu l-għan li jipprevjeni l-esportazzjoni ta' tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna jew jikkontribwixxi għall-instabbiltà reġjonali;

4.

Jikkundanna għal darb'oħra bl-aktar mod qawwi r-repressjoni brutali mir-reġim Sirjan tal-popolazzjoni tiegħu, b'mod partikolari fil-belt ta' Homs; jesprimi l-preokkupazzjoni kbira tiegħu dwar il-kobor tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-awtoritajiet Sirjani, fosthom l-arresti tal-massa, l-eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, id-detenzjoni arbitrarja, l-għajbien furzat, it-torturi u l-maltrattamenti tad-detenuti, inklużi t-tfal; jenfasizza li l-għajnuna medika ma tistax tiġi rrifjutata lil min indarab waqt l-attakki vjolenti;

5.

Jinsab inkwetat bil-fatt li, skont l-appell tal-UNICEF tas-7 ta' Frar 2012 u r-rapport tat-23 ta' Novembru 2011 tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta' Inkjesta dwar is-Sirja, kważi 400 tifel u tifla mietu mill-bidu tal-vjolenza fis-Sirja f'Marzu 2011 u kważi 380 – li wħud minnhom għandhom anqas minn 14-il sena – ġew arbitrarjament arrestati u sofrew tortura u vjolenza sesswali matul id-detenzjoni; jikkundanna bil-qawwa kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom id-drittijiet tat-tfal, imwettqa mill-forzi militari u ta' sigurtà Sirjani u jistieden lill-Gvern Sirjan iwaqqaf kull ksur tad-drittijiet tat-tfal u tal-bniedem;

6.

Jibgħat il-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji tal-vittmi; ifaħħar il-kuraġġ u d-determinazzjoni tal-poplu Sirjan u jappoġġja bil-qawwa l-aspirazzjonijiet tiegħu biex jiżgura r-rispett sħiħ tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u l-garanzija ta' kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali aħjar;

7.

Itenni l-appell tiegħu lill-President Bashar al-Assad u lir-reġim tiegħu biex jirriżenjaw immedjatament, biex tkun tista' sseħħ tranżizzjoni paċifika u demokratika fis-Sirja;

8.

Iħeġġeġ lir-reġim ta' Assad iwaqqaf il-vjolenza kontra l-poplu Sirjan, jirtira t-truppi u t-tankijiet mill-bliet, u jeħles id-dimostranti detenuti, il-priġunieri politiċi, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-bloggers u l-ġurnalisti kollha, u jagħti aċċess sħiħ għall-pajjiż lill-organizzazzjonijiet internazzjonali umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll lill-midja internazzjonali;

9.

Itenni t-talba tiegħu li jsiru investigazzjonijiet indipendenti u trasparenti minnufih tal-każijiet ta’ ksur mifrux u sistematiku gravi tad-drittijiet tal-bniedem mill-awtoritajiet Sirjani u mill-forzi militari u tas-sigurtà, bil-għan li jiżguraw li dawk responsabbli ta’ dawn l-atti, li jistgħu jitqiesu delitti kontra l-umanità, jinżammu responsabbli mill-komunità internazzjonali; huwa tal-fehma li mekkaniżmi ċari għall-obbligu li jingħata rendikont għandhom ikunu parti ewlenija mill-isforzi tal-KSNU biex tintemm il-kriżi Sirjana, filwaqt li jappoġġja għal darb'oħra t-talba tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem biex is-Sirja tittella' quddiem il-QKI;

10.

Ifakkar fis-sostenn tiegħu għall-isforzi tal-Lega Għarbija intiżi li jwaqqfu l-vjolenza u jippromwovu soluzzjoni politika fis-Sirja; jilqa' d-deċiżjoni tal-Lega Għarbija biex tiżdied il-kooperazzjoni man-NU; jinnota d-deċiżjoni tal-Lega Għarbija li tissospendi l-missjoni ta' osservazzjoni tagħha fis-Sirja bħala reazzjoni għall-fatt li l-awtoritajiet żiedu l-attakki vjolenti;

11.

Jilqa' l-appoġġ tal-VP/tar-RGħ biex jitwaqqaf grupp ta' kuntatt ta' pajjiżi bl-isem 'Friends of the Syrian People' għall-bidla demokratika fis-Sirja, inklużi t-Turkija u membri tal-Lega Għarbija; jilqa' l-istqarrija tal-VP/tar-RGħ li se tieħu sehem fl-ewwel laqgħa ta' dan il-grupp ta' kuntatt fit-Tuneżija fl-24 ta' Frar 2012;

12.

Jistieden lill-Kunsill jieħu deċiżjoni konġunta biex jissejħu lura l-ambaxxaturi kollha mis-Sirja u biex jiġu ffriżati l-kuntatti diplomatiċi mal-ambaxxaturi Sirjani fl-Istati Membri tal-UE; iħeġġeġ lill-VP/lir-RGħ ssaħħaħ id-Delegazzjoni tal-UE f'Damasku b'kapaċità umanitarja, u li tagħmel l-istess ħaġa kull fejn huwa meħtieġ;

13.

Jilqa' l-impenn tal-UE li tkompli tagħfas għal iktar pressjoni internazzjonali fuq ir-reġim Sirjan; jappoġġja d-deċiżjoni tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-23 ta' Jannar 2012 li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri restrittivi kontra r-reġim Sirjan, u jappella għal sanzjonijiet immirati oħra;

14.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2012 li tingħata għajnuna umanitarja (EUR 3 miljuni) biex tittaffa t-tbatija kemm fis-Sirja kif ukoll fil-pajjiżi ġirien;

15.

Jilqa' u jinkoraġġixxi l-isforzi li għaddejjin bħalissa min-naħa tal-oppożizzjoni Sirjana favur l-għaqda kemm fil-pajjiż kif ukoll barra l-pajjiż, biex tkompli timpenja ruħha mal-komunità internazzjonali, partikolarment il-Lega Għarbija u biex taħdem fuq viżjoni kondiviża għall-futur tas-Sirja u t-tranżizzjoni lejn sistema demokratika; iħeġġeġ lill-UE żżid l-appoġġ politiku, tekniku, umanitarju u fir-rigward tal-komunikazzjonijiet għall-oppożizzjoni;

16.

Jitlob li jkun hemm tranżizzjoni paċifika u ġenwina lejn id-demokrazija li tissodisfa t-talbiet leġittimi tal-poplu Sirjan u li tkun imsejsa fuq djalogu inklużiv li jinvolvi l-forzi demokratiċi u l-komponenti kollha tas-soċjetà Sirjana bl-għan li jitnieda proċess ta' riforma demokratika profonda li tqis il-ħtieġa li tkun żgurata r-rikonċiljazzjoni nazzjonali u għalhekk huwa impenjat li jiżgura r-rispett għad-drittijiet tal-minoranzi; jistieden lill-UE tappoġġja t-tentattivi kollha tal-oppożizzjoni Sirjana biex tgħaqqad u tistabbilixxi aġenda ċara għal Sirja demokratika;

17.

Huwa preokkupat ferm li l-intimidazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet Sirjani jista’ jkun li qed tinfirex għal attivisti tal-oppożizzjoni fl-eżilju;

18.

Jilqa' l-appoġġ qawwi min-naħa tat-Turkija għall-popolazzjoni Sirjana, fost affarijiet oħra billi qed taċċetta r-rifuġjati mill-fruntieri Sirjani-Torok u billi qed tippermetti lill-oppożizzjoni Sirjana torganizza ruħha; iħeġġeġ lill-VP/lir-RGħ tagħmel kull sforz biex tibda taħditiet mat-Turkija, il-Lega Għarbija u l-oppożizzjoni Sirjana dwar l-arranġamenti għall-istabbiliment ta' kurituri umanitarji fil-fruntieri bejn is-Sirja u t-Turkija;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Għarbija Sirjana.


(1)  ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.

(2)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/41


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Id-19-il sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Ġinevra

P7_TA(2012)0058

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Parlament fuq id-19-il Sessjoni tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (2012/2530(RSP))

2013/C 249 E/12

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tal-Jeddijiet tal-Bniedem u l-konvenzjonijiet kollha tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-jeddijiet tal-bniedem u l-protokolli opzjonali annessi magħhom (1),

wara li kkunsira l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem u l-Karta tal-UE dwar id-Drittijiet Fundamentali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Jeddijiet tal-Bniedem (UNHRC), b’mod partikolari dik tal-10 ta’ Marzu 2011 dwar il-prijoritajiet tas-16-il sessjoni tal-Kunsill tan-NU dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem u r-reviżjoni tal-2011 (2),

wara li kkunsidra d-delegazzjoni mis-Sottokumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew li vvjaġġa sa Ġinevra matul is-sittax-il sessjoni tal-UNHRC u r-rapport tal-istess delegazzjoni mogħti lis-Sottokumitat, u d-delegazzjoni konġunta mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitat għad-Drittijeit tal-Bniedem għas-sitta u sittin sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni (3),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-UNHRC 16/21 tal-25 ta' Marzu 2011 dwar ir-reviżjoni tax-xogħol u l-funzjonament tal-Kunsill tal-Jeddijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-UE bħala attur globali: ir-rwol tagħha fl-organizzazzjonijiet multilaterali (4),

wara li kkunsidra s-7a’ ċiklu li daqt jasal tal-UNHRC, b’mod partikolari d-19-il sessjoni se ssir bejn is-27 ta' Frar u t-23 ta' Marzu 2012, u t-13 u l-14-il sessjoni tal-Reviżjoni Universali Perijodika (RUP) li se jsiru matul l-2012,

wara li kkunsidra s-sessjonijiet regolari u speċjali preċedenti tal-UNHRC, kif ukoll l-ewwel ċiklu tar-RUP li kien ikkompletat f'Diċembru 2011,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija fil-Qalba tal-Azzjoni Esterna tal-UE – Lejn Approċċ Aktar Effettiv (COM(2011)0886),

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(5), 18, 21, 27 u 47 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-rispett għall-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u l-promozzjoni u l-protezzjoni tagħha jagħmlu parti mill-acquis etiku u legali tal-Unjoni Ewropea (UE) u huma wieħed mill-elementi ewlenin tal-għaqda u tal-integrità Ewropea (5);

B.

billi r-reviżjoni li għaddejja bħalissa tal-politika tal-UE dwar il-jeddijiet tal-bniedem għandha tikkontribwixxi għall-għemil tal-politika esterna tagħha f’qawwa aktar attiva, koerenti u effettiva fid-dinja;

Ċ.

billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jiggarantixxu r-rispett għall-jeddijiet tal-bniedem fil-politiki tagħhom, ħalli tikber il-koerenza bejn il-politiki interni u dawk esterni u b’hekk tikber il-kredibilità tal-UE fil-UNHRC;

D.

billi l-parteċipanti internazzjonali kollha għandhom jaħdmu għat-tneħħija ta' standards doppji u l-evitar tas-selettività u l-politiċizzazzjoni meta jkunu qed jiġu kkunsidrati kwistjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem;

E.

billi l-UNHRC hija pjattaforma unika li tispeċjalizza fid-drittijiet universali tal-bniedem u forum speċifiku li jittratta d-drittijiet tal-bniedem fis-sistema tan-NU; billi ġie fdat il-kompitu importanti li jsaħħaħ il-promozzjoni, il-protezzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja,

F.

billi l-implikazzjonijiet tal-ħidma li qed issir mit-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali u fil-UNHRC għad-dibattitu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għandhom jitqiesu;

G.

billi delegazzjoni mis-Sottokumitat tal-Parlament dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem se tivvjaġġa għal Ġinevra matul id-19-il sessjoni tal-UNHRC, kif ġa kien il-każ fis-snin imgħoddija għas-sessjonijiet tal-UNHRC;

1.

Jieħu nota tal-proċess li għaddej għall-konferma tal-prijoritajiet tal-UE għad-19-il Sessjoni tal-UNHRC, u jilqa' l-għażla ta' Birmanja/Mjanmar, ir-Repubblika Demokratika tal-Korea (DPRK), is-Sirja, il-Libja, u l-Iran bħala l-materja kjavi tagħha;

2.

Jilqa’ l-fatt li fuq l-aġenda tad-19-il sessjoni regolari hemm, fost l-oħrajn, diskussjonijiet minn pannelli dwar il-mainstreaming tal-jeddijiet tal-bniedem, il-libertà tal-espressjoni fuq l-internet, il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin u l-kuxjenza, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza bbażati fuq l-orjentament sesswali u l-identità tal-ġens, il-jeddijiet tal-bniedem u l-HIV/AIDS, u d-Dikjarazzjoni tal-Jeddijiet tal-Minoranzi, kif ukoll laqgħat estensivi dwar il-jeddijiet tal-tfal, u dwar it-tortura, il-jeddijiet tal-bniedem u l-kontroterroriżmu, l-għibien u d-detenzjoni arbitrarja; jistieden lill-Istati Membri jikkontribwixxi kostruttivament għal dawn id-dibattiti, u jagħmlu ċara li l-jeddijiet tal-bniedem universali u indiviżibbli japplikaw għan-nies indipendentement mill-orjentament sesswali u l-identita tal-ġens;

3.

Jilqa’ n-nomini tas-sessjoni għall-mandati ta’ Espert Indipendenti fuq il-promozzjoni ta’ ordni internazzjonali demokratiku u ekwu, ir-Rapporteur Speċjali għall-promozzjoni tal-verità, il-ġustizzja, ir-riparazzjoni u l-garanziji ta’ li ma jkunx hemm tennija, ir-Rapporteur Speċjali dwar il-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fis-Sirja u l-Espert Indipendenti fuq il-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fis-Sudan; jieħu nota tar-rapporti li se jkunu ppreżentati mir-Rapporteurs Speċjali dwar, fost l-oħrajn, il-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fid-DPRK, fl-Iran, u f’Birmanja/Mjanmar, u dawk dwar it-tortura u t-trattament jew kastig ieħor krudili, inuman u degradanti, dwar il-qagħda tad-difensuri tal-jeddijiet tal-bniedem u dwar il-libertà tar-reliġjon jew twemmin; jistieden lill-Istati Membri tal-UE biex jikkontribwixxu attivament għal dawn id-dibattiti b’mod attiv;

Il-ħidma tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem

4.

Jilqa’ l-mainstreaming imkattar tal-jeddijiet tal-bniedem fil-ħidma tan-NU, kif joħroġ minn, ngħidu aħna, iż-żieda kunsiderevoli fid-dehriet quddiem il-Kunsill ta' Sigurtà tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għall-Jeddijiet tal-Bniedem – inkluż bir-rappreżentanza mmexxija b’ħila kbira f’livell ta’ Assistent Segretarju-Ġenerali fi New York – jew mill-organizzazzjoni ta’ diskussjoni annwa ta’ pannelli mill-UNHRC għall-interazzjoni mal-kapijiet tal-korpi governanti u s-segretarjati tal-aġenziji u l-fondi tan-NU, kif ingħata l-mandat mill-eżitu tal-proċess ta’ reviżjoni; iħeġġeġ b’qawwa lill-Istati Membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li jitolbu briefings fuq bażi aktar regolari mill-HRC, bl-iskop li jindirizzaw b’mod aktar effettiv il-vjolazzjonijiet ta’ jeddijiet tal-bniedem li huma l-kaġun ta’ bosta kunflitti indirizzati mill-istess Kunsill tas-Sigurtà;

5.

Itenni għal darb’ oħra l-istedina tiegħu lill-Istati Membri tal-UE sabiex jopponu attivament kull tentattiv li jhedded il-kunċett tal-universalità, l-indiviżibilità u l-interdipendena tal-jeddijiet tal-bniedem, u sabiex iħeġġu attivament lill-UNHRC ħalli jagħti l-istess attenzjoni lill-kwestjoni tad-diskriminazzjoni fuq kull bażi, inkluż ġeneru, razza, età, orjentament sesswali u reliġjon jew twemmin; huwa tal-fehma li UNHRC r-Riżoluzzjoni 17/19 tas-17 ta’ Ġunju 2011 dwar il-jeddijiet tal-bniedem, l-orjentament sesswali u l-identità tal-ġens għandu jkollha segwitu b'mod tanġibbli u durevoli;

6.

Itenni għal darb’oħra l-istedina tiegħu lill-Istati Membri tal-UE li jissoktaw imexxu bl-eżempju huma u jagħtu sostenn għall-universalità ta' ħidmet il-Kunsill tal-Jeddijiet tal-Bniedem, l-aktar fir-ratifika tal-istrumenti internazzjonali kollha tal-jeddijiet tal-bniedem li waqqaf; jiddispjaċih b’mod partikolari li l-ebda Stat Membru tal-UE ma rratifika l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Jeddijiet tal-Ħaddiema Migranti u l-Membri tal-Familji tagħhom, li bosta Stati Membri għadhom ma adottawx u/jew ma rratifikawx il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha mill-Għibien Imġiegħel u li Stat Membru wieħed biss għadu rratifika l-Protokoll Opzjonali għall-Akkordju Internazzjonali dwar il-Jeddijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u jtenni l-istedina tiegħu lill-Istati Membri kollha tal-UE li jirratifikawhom;

7.

Għadu mħasseb, filwaqt li jirrikonoxxi t-titjib fqajjar, minħabba fil-persistenza tal-“politika bloc”, li għadha spiss tiddomina, billi tolqot l-għażla tal-pajjiżi u s-sitwazzjonijiet li jirċievu l-attenzjoni tal-UNHRC u b'hekk ikollha impatt negattiv fuq l-awtorità u l-kredibilità tagħha;

8.

Jiddispjaċih mill-fatt li l-proċess ta’ reviżjoni għadu ma wassalx għall-iżvilupp ta’ aktar kriterji ta’ sħubija li jkollhom kamp usa' f'dak li għandu x'jaqsam mal-impenji u l-prestazzjoni fejn jidħlu l-jeddijiet tal-bniedem; itenni l-istedina tiegħu għal elezzjonijiet komepetittivi għall-gruppi reġjonali kollha u jirrikmanda li l-UE u l-Istati Membri jiddikjaraw l-oppożizzjoni ċara tagħhom għall-prattika li l-gruppi reġjonali jipproponu l-“clean slates”, u li jmexxu bl-eżempju f’din il-materja;

Il-vjolazzjonijiet tal-jeddijiet tal-bniedem fil-pajjiżi tar-Rebbiegħa Għarbija

9.

Jieħu nota tat-tisħib tal-Libja li nġib lura fil-UNHRC u jħeġġeġ ir-reintegrazzjoni ta' dan il-pajjiż; jiddispjaċih iżda li l-opportunità ma nħatfitx ħalli jitfasslu kriterji sħaħ u trasparenti għar-ritorn tal-membri sospiżi, li għandu loġikament ikun imsejjes fuq il-kriterji inizjali rikjesti għall-elezzjoni; iħeġġeġ lill-UNHRC ifassal tali kriterji għal riferiment futur mingħajr aktar dewmien u fil-kamp ta’ applikazzjoni għall-valutazzjoni konsistenti tal-idoneità ta’ stat li jkun preżenti fil-UNHRC abbażi tal-imġiba tiegħu fil-qasam tal-jeddijiet tal-bniedem;

10.

Jilqa’ l-preżentazzjoni minn Kummissjoni ta’ Inkjesta internazzjonali u indipendenti dwar il-Libja, b'konformità mal-eżitu tal-15-il sessjoni speċjali, u l-ewwel rapport tagħha fil-UNHRC f'Settembru 2011; jagħti s-sostenn lill-estensjoni tal-mandat tal-istess u jistenna b’ħerqa r-rapport skritt finali, li għandu jitressaq fid-19-il sessjoni; iħeġġeġ li jkun hemm l-implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-Kummissjoni ta’ Inkjesta u jagħti s-sostenn sħiħ tiegħu għall-istedina magħmula minnha għal investigazzjonijiet eżawstivi, imparzjali u pubbliċi dwar kull allegata vjolazzjoni tad-dritt internazzjonali tal-jeddijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali matul il-kunflitt, indipendentement minn min wettaqhom, b’rispett sħiħ għall-garanziji ġudizzjarji; iqis li l-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fil-Libja għadha qasam ta' tħassib, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-kondizzjonijiet ta' detenzjoni u t-trattament tad-detenuti miżmumin minn varji milizji mingħajr kontroll effettiv mill-Gvern Interim fuq dawn il-brigati, u jeżiġi viġilanza akbar u assistenza sostnuta mill-komunità internazzjonali, kif ingħad mill-Kummissarju Għoli għall-Jeddijiet tal-Bniedem quddiem il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fil-25 ta’ Jannar 2012;

11.

Jikkundanna bl-isħaħ kliem ir-repressjoni brutali mifruxa u l-vjolazzjoni sistematika tal-jeddijiet tal-bniedem min-naħa tar-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni tiegħu stess, inklużi t-tfal, u jistieden lill-awtoritajiet Sirjani jġibu fi tmiem immedjat il-vjolenza u jottemperaw mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali tal-jeddijiet tal-bniedem ħalli jkun hemm tranżizzjoni paċifiku u demokratika;

12.

Jilqa’ l-organizzazzjoni tas-16, is-17 u t-18-il sessjoni speċjali, b'riħet l-inizjattivi tal-Istati Uniti, il-Polonja u l-UE rispettivament, dwar il-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fis-Sirja; jagħti s-sostenn għar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ Novembru u jistenna b’ħerqa l-aġġornament li se jitressaq matul id-19-il sessjoni, u d-djalogu interattiv li se jsir matul l-istess sessjoni;

13.

Jilqa’ d-deċiżjoni li jkun stabbilit il-mandat tar-Rapporteur Speċjali dwar il-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fis-Sirja ladarba jintemm il-mandat tal-Kummissjoni ta' Inkjesta; ifisser, b’mod partikolari, is-sostenn sħiħ tiegħu għall-istedina tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta, il-Kummissarju Għoli u d-detenturi kollha ta' mandat skont il-Proċeduri Speċjali lill-awtoritajiet Sirjani ħalli jikkooperaw bis-sħiħ mal-investigazzjonijiet, bl-iskop li jkun żgurat li jkun hemm ir-responsabilità politika sħiħa u tiġi evitata l-impunità; jilqa’ l-iżviluppi diplomatiċi magħmulin mir-HR/VP Baroness Ashton u l-Istati Membri tal-UE fid-direzzjoni taċ-Ċina u r-Russja fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bl-iskop li jkun hemm adozzjoni immedjata ta' riżoluzzjoni fuq is-Sirja; jiddispjaċih profondatament li, minħabba fil-veto li sar mill-ġdid min-naħa tal-Federazzjoni Russa u ċ-Ċina, il-Kunsill tas-Sigurtà ma rnexxilux jagħti s-sostenn għas-sejħa tal-Lega tal-Istati Għarab għal proċess politiku inklussiv immexxi mis-Sirja magħmul f’ambjent ħieles mill-vjolenza;

14.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fil-Baħrejn u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jaħdmu ħalli tinstab riżoluzzjoni tal-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem tal-Baħrejn fil-UNHRC; jisħaq dwar il-ħtieġa li jkun hemm segwitu fil-UNHRC dwar il-kwestjoni tat-taqbida kontra l-impunità fil-Jemen wara l-protesti ta’ kontra l-gvern tal-2011, u jqis li l-amnestiji jivvjolaw id-dritt internazzjonali tal-jeddijiet tal-bniedem jekk jipprevjenu l-prosekuzzjoni tal-individwi li jistgħu jkunu responsabbli mill-krimini kontra l-umanità, il-ġenoċidju, il-krimini tal-gwerra u vjolazzjonijiet kbar tal-jeddijiet tal-bniedem;

15.

Jilqa’ l-istqarrijiet magħmulin matul l-2011 mill-Kummissarju tan-NU għall-Jeddijiet tal-Bniedem Navi Pillay li jħeġġu lill-awtoritajiet Eġizzjani jieqfu mill-użu eċċessiv u brutali tal-forza kontra l-protestanti fi Pjazza Tahrir u bnadi oħrajn fil-pajjiż, inkluż l-użu li mid-dehra mhux xieraq tal-gass tad-dmugħ, il-bulits tal-lastku, u l-munizzjon letali, kif ukoll s-sejħiet tagħha għalbiex isiru investigazzjonijiet indipendenti dwar il-bosta dimostrazzjonijiet u ġrajjiet;

16.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tal-UE, fl-okkażjoni tat-tieni ċiklu tar-Reviżjoni Universali Perijodika (RUP) dwar l-Alġerija, li jiffoka fuq il-kwestjoni tal-għibien imġiegħel u li jaċċentwa n-nuqqas ta’ segwitu min-naħa tal-Alġerija għar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-korpi tat-Trattat dwar din il-materja; jistieden it-twaqqif ta’ mekkaniżmu speċifiku għas-segwitu f'dan is-sens; jistieden, fl-istess waqt, lill-UE u lill-Istati Membru tal-UE jfissru t-tħassib serju tagħhom dwar l-adozzjoni reċenti ta’ ħames liġijiet, b’mod partikolari Liġi tal-Assoċjazzjonijiet repressiva u Liġi tan-Nisa diskriminatorja;

17.

Jisħaq dwar il-ħtieġa ta' monitoraġġ internazzjonali tal-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fis-Saħara tal-Punent, mhux lanqas permezz tar-rikors għar-Rapporteurs Speċjali mill-HRC;

Oħrajn

18.

Jilqa’ d-deżijoni li jinħatar Rapporteur Speċjali dwar il-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran; jilqa’ r-rapport interim imressaq mir-Rapporteur Speċjali lit-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, u jistenna b'ħerqa l-kunsiderazzjoni tar-rapport tiegħu fid-19-il sessjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jikkooperaw mal-investigazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali, inter alia billi jkun permess l-aċċess fil-pajjiż; jitlob li jkun imtawwal il-mandat tar-Rapporteur Speċjali, fid-dawl tal-qagħda mwergħa tal-jeddijiet tal-bniedem fl-Iran;

19.

Ifaħħar lir-Rapporteurs Speċjali dwar il-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fid-DPRK u dwar il-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fil-Birmanja/Mjanmar għall-isforzi kontinwati tagħhom fit-twettiq tal-mandati tagħhom, u jitlob li dawn jittawlu; jilqa’ l-bidliet preliminari pożittivi fl-attitudni tal-Birmanja/Mjanmar lejn kooperazzjoni akbar mal-Proċeduri Speċjali u jtenni t-talba tiegħu għar-rilaxx tal-priġunieri kollha tal-kuxjenza li għadhom inkalzrati kif ukoll għal passi tanġibbli fit-taqbida kontra l-impunità fil-Birmanja, l-aktar dwar il-krimini kontra l-umanità kommessi fl-inħawi etniċi;

20.

Itenni l-istedina tiegħu lir-RGħ/VP u lill-Istati Membri tal-UE ħalli jaħdmu lejn pożizzjoni komuni tal-UE dwar is-segwitu għall-Missjoni ta' Sejbien ta' Fatti fil-kunflitt ta' Gaża, billi jitlob pubblikament li jkun hemm l-implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-istess Missjoni u r-responsabilità politika għall-vjolazzjonijiet kollha tad-dritt internazzjonali, indipendentement mill-allegat perpetratur, permezz ta' investigazzjonijiet indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi; huwa tal-fehma li mhuwiex possibbli jkun hemm proċess ta' paċi effettiv fil-Lvant Nofsani mingħajr responsabilità politika u ġustizzja;

21.

Iffiser is-sostenn tiegħu għat-twaqqif ta’ dan l-aħħar tal-mandat ta’ espert indipendenti fuq il-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fil-Côte d’Ivoire ħalli jsegwi l-implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Inkjesta, u jistenna b’ħerqa l-kunsiderazzjoni tar-rapport tiegħu fid-19-il sessjoni;

22.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitkattru l-isforzi ta' sostenn għat-tisħiħ tal-proċess ta' responsabilizzazzjoni politika fix-Sri Lanka u jibqa’ jitlob li jkun titwaqqaf kummissjoni t’inkjesta tan-NU li tara l-krimini kollha kommessi, kif irrikmandat mill-Pannell ta’ Esperti tas-Segeretarju Ġenerali tan-NU dwar ix-Sri Lanka; jistieden lill-Gvern tax-Sri Lanka jibgħat stedina lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-jedd tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni;

23.

Huwa allarmat bid-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-jeddijiet tal-bniedem fil-Kazakistan. huwa tal-fehma li r-rapport tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali dwar l-avvenimenti f'Zhanaozen u f'Shetpe (Kazakistan tal-Punent) ma jittrattax biżżejjed ir-rwol tal-forzi statali tal-Kazakistan fir-repressjoni brutali tal-protesti mill-ħaddiema fil-qasam taż-żejt li jinsabu fi strajk, mis-simpatizzanti u mis-sostenituri tagħhom fis-16-18 ta' Diċembru 2011, li matulhom 17-il persuna sfaw mejta; huwa mriegħex bl-arresti sussegwenti ta' esponenti mill-partiti tal-oppożizzjoni, difensuri tal-jeddijiet tal-bniedem u ġurnalisti; jappella għal inkjesta indipendenti u internazzjonali tal-avvenimenti u għall-ħelsien immedjat tal-priġunieri politiċi kollha, fosthom ta' Natalia Sokolowa, l-avukata tal-ħaddiema fil-qasam taż-żejt; jisħaq fuq il-bżonn ta' diskussjoni dwar is-sitwazzjoni tal-jeddijiet tal-bniedem fil-Kazakistan fis-sessjoni imminenti tal-UNHRC;

24.

Ifaħħar ħidmet l-OHCHR fejn tidħol il-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC) u jisħaq dwar il-ħtieġa għat-twaqqif mill-ġdid tal-mandat ta’ espert indipendenti għall-monitoraġġ tal-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fid-DRC u li jidħol f’rapport mal-awtoritajiet dwar l-implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-mekkaniżmi internazzjonali tal-jeddijiet tal-bniedem;

25.

Jitlob li d-delegazzjoni tal-UE u l-Istati Membri tal-UE jfittxu li jiksbu riżoluzzjoni tal-HRC dwar il-qagħda fl-Eritrea, invista tal-imġiba mgħoddija deplorabbli u kulma jmur sejra għall-agħar ta' dan il-pajjiż fejn għandha x'taqsam il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tar-reliġjon jew it-twemmin u l-kuxjenza;

26.

Jilqa’ r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-NU għall-Jeddijiet tal-Bniedem dwar il-qagħda fl-Afganistan, li joħroġ mill-ħidma li l-uffiċċju tagħha wettaq fil-UNAMA; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jagħtu s-sostenn tagħhom għalih b’mod pubbliku u li jidħlu f'dibattitu dwar dan ir-rapport b’sostenn tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar it-tisħiħ tal-istat ta’ dritt, it-taqbida kontra l-impunità, il-jeddijiet tan-nisa u l-ħidma tal-Istituzzjoni Afgana għall-Jeddijiet tal-Bniedem; jagħti s-sostenn lit-twaqqif ta’ Rapporteur Speċjali dwar il-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fl-Afganistan;

27.

Jinnota li l-kunċett tar-Responsabilità ta’ Protezzjoni (R2P) għamel progress tajjeb fil-korpi tan-NU bħalma huma l-Kunsill tas-Sigurtà u l-Assemblea Ġenerali u l-UNHRC; jenfasizza li l-R2P huwa kunċett li jħaddan, li jikkomprendi aktar minn sempliċi intervent militari; jieħu nota tal-interpretazzjoni l-ġdida li wkoll toħroġ (“Responsabilità waqt il-protezzjoni”), primarjament iġġenerata minn xi pajjiżi BRIC, b’mod partikolari l-Brażil, wara l-kriċi tal-Libja; iħeġġeġ aktar dibattiti dwar kif il-korpi tan-NU, b’mod partikolari l-Kunsill tas-Sigurtà, jistgħu potenzjalment jutilizzaw dan il-kunċett biex jiżguraw aktar kooperazzjoni bejn l-istati membri meta ffaċċjati minn kriżi; jissottolinja b’mod partikolari r-rwol preventiv li għandha l-Qorti Kriminali Internazzjonali, l-aktar l-Uffiċċju tal-Prosekutur tagħha, u l-vantaġġi tar-rikorsi lill-QKI permezz tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, f’dan is-sens;

28.

Jisħaq dwar il-ħtieġa għal monitoraġġ internazzjonali tal-qagħda tal-jeddijiet tal-bniedem fiċ-Ċina u jistieden lill-Istati Membri tal-UE jidħlu b'mod attiv fit-twaqqif tal-istess fid-dawl tad-djalogu tal-UE-Ċina dwar il-jeddijiet tal-bniedem li ma rnexxilu jikseb l-ebda riżultat sinifikattiv u tanġibbli;

29.

Itenni li l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, inkluża l-libertà li tibdel jew tabbanduna r-reliġjon jew twemmin, hija jedd fundamentali tal-bniedem; ifaħħar ħidmet ir-Rapporteur Speċjali dwar il-libertà tar-reliġjon jew twemmin u jiddispjaċih li tant individwi u komuni madwar id-dinja sfaw imċaħħdin minn dan il-jedd, jiddispjaċih li l-libertà tar-reliġjon u tal-espressjoni qiegħda tkun kostantement miksura fit-territorju tat-Tibet storiku, u li, b'konsegwenza t'hekk, għadd dejjem ikbar ta' Tibetani taw reċentement lilhom infushom in-nar bħala forma estrema ta' protesta kontra s-soppressjoni tal-jeddijiet u tal-libertajiet tagħhom;

30.

Jikkundanna l-istqarrija reċenti tal-Ministru Ġappuniż tal-Ġustizzja li jista' jerġa' l-użu tal-piena kapitali; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Mongolja tal-5 ta’ Jannar 2012 li tabolixxa l-piena kapitali, insegwitu għal moratorju dwar l-użu tal-penali kapitali ta' Jannar 2010 u jħeġġeġ lill-UNHRC u lill-Assemblea Ġenerali tan-NU li jissoktaw b'ħidmiethom għal moratorju u għall-abolizzjoni tal-piena kapitali fid-dinja;

31.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Parlament tal-Gwatemala li jirratifika l-Istatut ta' Ruma;

32.

Jilqa’ ħidmet l-Entità tal-Ġens tan-NU (NU Nisa), li għandu jkollha impatt fuq l-implementazzjoni u d-difiża tal-“acquis ta' Bejġing”, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam mal-jeddijiet sesswali u riproduttivi, kif ukoll dwar l-implementazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1325 dwar ir-rwol tan-nisa fil-paċi u s-sigurtà, li lkoll huma kwestjoni kjavi tal-UE;

Reviżjoni Perjodika Universali

33.

Jilqa’ l-konferma fl-eżitu tar-reviżjoni tal-UNHRC li t-tieni ċiklu tal-RUP għandu jiffoka fuq, inter alia, l-implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet aċċettati tal-ewwel ċiklu, imma jenfasizza li dawk ir-rakkomandazzjonijiet li ma kinux aċċettat mill-Istat rivedut ma għandhomx jiġi esklużi mill-proċess; jistieden lill-istati li qed jippartecipaw fir-RUP li jiffokaw il-valutazzjoni tagħhom ta’ pajjiżi terzi b’mod partikolari fis-segwitu tagħhom u l-implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta’ tratti tan-NU u l-Proċeduri Speċjali, bħala sostenn politiku sinifikattiv mogħti lil dawn il-kontributi ta’ valur imsejsin fuq opinjonijiet esperti;

34.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jagħtu assistenza teknika ħalli jgħinu l-implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-RUP, inlinja mal-impenji meħudin fil-pakkett ta’ bini ta’ istituzzjonijiet tal-UNHRC u l-eżitu tal-proċess ta’ reviżjoni; jindika l-Fond Volontarju għall-Assistenza Finanzjarja u Teknika għall-Implementazzjoni tar-RUP bħala għodda utli f’dan is-sens, u jħeġġeġ lill-Istati Membri l-oħrajn isegwu l-eżempji Britanniku u Ġermaniż fil-kontribuzzjoni għall-Fond;

35.

Jemmen li l-UE għandha tfittex li tgħolli l-profil tal-proċess tar-RUP billi ddaħħal rakkomandazzjonijiet fid-djalogi bilaterali u multilaterali mal-istati membri tan-NU;

36.

Jilqa’ r-rwol imtejjeb mogħti, f’ottemperanza mal-Prinċipji ta’ Pariġi, lill-istituzzjonijiet nazzjonali tal-jeddijiet tal-bniedem, li issa huma intitolati li jintervjenu immedjatament wara l-Istat li jkun qed jiġi rivedut matul l-adozzjoni tal-eżitu RUP mill-plenarja; itenni l-appoġġ tiegħu għall-NGOs tal-jeddijiet tal-bniedem u soċjetà ċivili u involviment espert akbar fir-RUP;

37.

Jilqa’ l-fatt li l-eżitu tar-reviżjoni tal-UNHRC għas-sottomissjoni ta’ aġġornament volontarju ta’ nofs it-terminu dwar is-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet aċċettati, u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jmexxu bl-eżempju tagħhom;

Il-Proċeduri Speċjali

38.

Jafferma mill-ġdid il-fehma li l-Proċeduri Speċjali huma l-fus tas-sistema tal-jeddijiet tal-bniedem tan-NU u li l-kredibilità u l-effettività tal-UNHRC jistrieħu fuq l-implementazzjoni sħiħa tal-Proċeduri u l-kooperazzjoni tal-Kunsill mad-detenturi tal-mandati;

39.

Jilqa’ l-fatt li l-proċess ta’ reviżjoni tal-UNHRC afferma mill-ġdid l-integrità u l-indipendenza tad-detenturi tal-mandati bħala karatteristiċi essenzjali tal-Proċeduri;

40.

Jilqa’ l-passi meħudin fir-reviżjoni tal-UNHRC għat-titjib tat-trasparenza fil-proċess ta’ għażla u ħatra tad-detenturi tal-mandati; jilqa’ wkoll ir-rwol imtejjeb f’dan il-proċess ta’ għażla li għandhom l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-jeddijiet tal-bniedem li jottemperaw mal-Prinċipju ta' Pariġi;

41.

Jiddispjaċih li l-kapaċità ta’ avviż bikri tal-Proċeduri Speċjali ma kinitx imsaħħa aktar bl-għoti ta' mekkaniżmu li jippermettilhom li awtomatikament jagħtu bidu għal kunsiderazzjoni ta’ qagħda mill-UNHRC; jiddispjaċih li ma hemm l-ebda mekkaniżmu għas-segwitu tal-implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Proċeduri Speċjali;

L-involviment tal-UE

42.

Jilqa’ ż-żieda mħabbra tal-fond EIDHR u jisħaq li dawn il-fondi addizzjonali għandhom ukoll jintużaw biex ikattru s-sostenn għall-UNHRC; jilqa’ l-kontributi finanzjarji li saru mill-OHCHR sa mill-2007 permezz tal-EIDHR; jistenna li, invista tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-isfidi l-ġodda li fiġġew dan l-aħħar, il-Kummissjoni għandu mnejn tkun trid tkabbar l-ammont tal-kontibut annwu tagħha;

43.

Itenni s-sostenn f’saħħtu tiegħu għall-parteċipazzjoni attiva tal-UE fil-ħidma tal-UNHRC permezz tal-kosponsorizzar ta’ riżoluzzjonijiet, ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet u interveniet fi djalogi u dibattiti interattivi;

44.

Itenni t-talba tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha li jiżguraw li l-jeddijiet tal-bniedem ikunu rrispettati bis-sħiħ fil-politiki interni, ħalli jkunu evitati standards doppji u tikber il-konsistenza bejn il-politiki interni u dawk esterni u jikber l-awtorità morali tagħhom fix-xena internazzjonali; jistieden lir-RGħ/VP Barunissa Ashton tindirizza l-kwestjoni tal-kompliċità tal-kumpanniji tal-UE fl-abbużi tal-jeddijiet tal-bniedem kommessi barra mill-UE u taħdem fuq l-implementazzjoni ta' sistema ta’ sanzjonijeit kontra dawn il-kumpanniji jew tal-anqas tkun konxja minn każijiet bħal dawn u tiżgura li dawn il-kumpanniji ma jeħdux sussidji tal-UE jew xi tip ieħor ta' għajnuna tas-SEAE;

45.

Jisħaq għal darb’ oħra l-importanza primordjali [sic] tal-formulazzjoni ta’ pożizzjonijiet komuni qawwijin tal-UE, ħalli jintuża l-piż kollettiv tal-UE u l-Istati Membri tagħha; jieħu nota, f'dan id-dawl, tal-iżvilupp tal-kapaċità tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem (COHOM) u l-isforzi li jkunu identifikati l-prijoritajiet kjavi kif ukoll l-isforzi li tkun kjarifikata d-diviżjoni tax-xogħol li tgħin l-iżvilupp ta' approċċ u kollaborazzjoni bejn ir-reġjuni u dwar il-lobbying tal-Istati moderati inkluż bejn Ġinevra u New York; jilqa’ l-COHOM de facto bbażat fi Brussell u l-proposta li jkun hemm laqgħa annwa fil-COHOM f’Ġinevra; jagħti s-sostenn għall-isforzi li jingħata “messaġġ wieħed b’ħafna vuċijiet”, imma jiddeplora l-fatt li t-tiftixa għal komunalitajiet ta’ sikwit twassal għall-aċċettazzjoni tal-aktar denominatur komuni baxx, l-aktar fil-Konklużjoni finali tal-Kunsill u jistieden li jkun hemm azzjoni aktar qalbieni u aktar ambizzjuża; f’dan is-sens, iħeġġeġ lis-SEAE, l-aktar id-delegazzjonijiet tal-UE f’Ġinevra u New York, iżid il-koerenza tiegħu, imsejsa fuq konsultazzjoni f'waqtha u sostanzjali, u l-viżibilità tal-azzjoni tal-UE ħalli ttejjeb il-kredibilità tagħha fid-dinja;

46.

Jilqa’ l-impenn tar-RGħ/VP li jiżviluppa approċċ annwu għall-identifikazzjoni tal-prijoritajiet fin-NU fil-laqgħat kollha marbutin mal-jeddijiet tal-bniedem f’Ġinevra, kif ukoll fi New York, u jindika l-ħtieġa għal kooperazzjoni mill-qrib bejn ir-RGħ/VP u l-Kummissarju għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili, billi d-dossiers tagħhom l-aktar fuq il-jeddijiet tal-bniedem għandhom rabtiet f’saħħithom ma’ xulxin;

47.

Jilqa’ l-adozzjoni mill-Assemblea Ġenerali tan-NU tar-Riżoluzzjoni 65/276 dwar il-parteċipazzjoni tal-UE fil-ħidma tan-NU bħala bidu modest ta’ sforz akbar biex jiġi mgħolli l-livell tar-rwol tal-Unjoni fil-ħidma dwar il-jeddijiet tal-bniedem ta’ din l-organizzazzjoni; iqis li l-UE issa għandha tinsisti b’mod vigoruż dwar l-eżerċizzju ta' jeddijietha u ssegwi strateġija ambizzjuża ħalli ttejjeb aktar l-istatus tagħha fin-NU;

48.

Jilqa’ r-rwol kostruttiv tal-UE u l-Istati Membri tagħha fir-reviżjoni tal-UNHRC, l-aktar fid-difiża tal-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għall-Jeddijiet tal-Bniedem u fl-appoġġ tagħhom għall-Proċeduri Speċjali u l-mandati tal-pajjiżi; ifakkar fil-ħtieġa għal finanzjament biżżejjed li jżomm l-uffiċċji reġjonali tal-OHCHR miftuħin;

49.

Jisħaq dwar il-fatt li l-kapaċità tal-UE għal approċċ li jilħaq ’il barra għandha tittejjeb b’mod urġenti, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ alleanzi f’saħħithom ma’ sħab reġjonali kjavi u mal-istati moderati kollha, kif ukoll permezz ta’ mekkaniżmu li jiġbed l-appoġġ tar-RGħ/VP li tillobbyja l-gvernijiet tal-pajjiżi;

50.

Jilqa’ b’entużjażmu d-dikjarazzjoni tar-RGħ/VP għall-Parlament tat-13 ta’ Diċembru 2011 wara s-sejħa li ilha żmien twil li saret għall-ħolqien ta’ Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem; jenfasizza li d-detentur tal-mandat għandu jkun xi ħadd ta' livell ta’ espert li jkollu esperjenza ppruvata fil-qasam tad-jeddijiet tal-bniedem; iħeġġeġ li din il-ħatra ssir kemm jista’ jkun malajr u jkollha biżżejjed riżorsi ħalli jkun żgurat li l-mandat ikun jista' jitwettaq;

51.

Jagħti l-mandat lid-delegazzjoni tiegħu għad-19-il Sessjoni tal-UNHRC biex tleħħen it-tħassib espress f'din ir-riżoluzzjoni; jistieden lid-delegazzjoni tirrapporta lis-Sottokumitat dwar il-Jeddijiet tal-Bniedem dwar din iż-żjara; iqis li huwa indispensabbli li tissokta l-prattika li tintbagħat delegazzjoni tal-PE għal sessjonijiet relevanti tal-UNHRC u l-Assemblea Ġenerali tan-NU;

*

* *

52.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tas-66 Assemblea Ġenerali, lill-President tal-Kunsill tan-NU għall-Jeddijiet tal-Bniedem, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għall-Jeddijiet tal-Bniedem u lill-Grupp ta' Ħidma UE-NU mwaqqaf mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin.


(1)  Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura, Konvenzjoni tan-NU dwar il-Jeddijiet tat-Tfal, Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom kollha ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, Konvenzjoni tan-NU dwar il-Jeddijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni kollha mill-Għibien Imġiegħel.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0097.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0334.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0229.

(5)  L-Artikoli 2, 3(5) u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/49


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
L-aċċess tal-għomja għall-kotba

P7_TA(2012)0059

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-Petizzjoni 0924/2011, imressqa minn Dan Pescod, ta’ ċittadinanza Brittanika, f’isem l-Unjoni Ewropea għall-Għomja (EBU)/l-Istitut Nazzjonali Rjali għall-Għomja (RNIB), dwar l-aċċess tal-għomja għall-kotba u prodotti stampati oħra (2011/2894(RSP))

2013/C 249 E/13

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-mistoqsijiet tat-13 ta’ Jannar 2012 lill-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-Petizzjoni 0924/2011, imressqa minn Dan Pescod, ta’ ċittadinanza Brittanika, f’isem l-Unjoni Ewropea għall-Għomja (EBU)/l-Istitut Nazzjonali Rjali għall-Għomja (RNIB), dwar l-aċċess tal-għomja għall-kotba u prodotti stampati oħra (O-000005/2012 – B7-0029/2012 u O-000006/2012 – B7-0030/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-għomja u l-persuni nieqsa mid-dawl fl-Unjoni Ewropea għandhom aċċess ristrett ħafna għal kotba u prodotti stampati oħra peress li 95 % tax-xogħlijiet kollha ippubblikati qatt ma jiġu konvertiti għal “formati aċċessibbli” bħal Braille, tipa kbira jew awdjo;

B.

billi globalment bħalissa ma hemm ebda standard legali internazzjonali għal eċċezzjoni mmirata għar-regoli tad-drittijiet tal-awtur għal distribuzzjoni transkonfinali ta' formati adattati għal persuni b’diżabilità fil-kitba stampata;

C.

billi l-Kumitat għad-Drittijiet tal-Awtur tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) qed iqis trattat internazzjonali li jtejjeb l-aċċess tal-kotba għall-għomja u l-persuni neqsin mid-dawl;

D.

billi r-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea opponew b’mod konsistenti test legalment vinkolanti, li jiffavorixxi rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti;

E.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar “L-esplojtazzjoni tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi” (1) il-Parlament Ewropew talab lill-UE tappoġġa trattat tad-WIPO vinkolanti;

F.

billi l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, b’mod partikolari l-Artikoli 21 u 30, kif ukoll il-Karta Ewropew tad-Drittijiet Fundamentali jistabbilixxu l-prinċipji applikabbli għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni kontra persuni b’diżabilità;

1.

Jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni jappoġġaw trattat tad-WIPO vinkolanti fir-rigward tad-drittijiet tal-awtur għal kotba u prodotti pubblikati għal persuni għomja u nieqsa mid-dawl;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0240.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/50


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji

P7_TA(2012)0060

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2012/2519(RSP))

2013/C 249 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2005 dwar il-Proċess ta’ Barċellona rivedut (1) u tal-25 ta' Novembru 2009 dwar is-sħubija ekonomika u kummerċjali Ewro-Mediterranja qabel it-8 Konferenza Ministerjali tal-Kummerċ tal-Euromed (2),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Barċellona tat-28 ta' Novembru 1995, li tistabbilixxi sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran, (SEMCs), kif ukoll il-programm ta' ħidma adottat f'din il-konferenza,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Marzu 2011 dwar “Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran” (COM(2011)0200),

wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali Kummerċjali Ewro-Mediterranju sal-2010 u Lil hinn kif adottat mit-Tmien Konferenza Ministerjali dwar il-Kummerċ tal-Unjoni għall-Mediterran fl-2009,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta' Mejju 2011 dwar “Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni” (COM(2011)0303),

wara li kkunsidra l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranji bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u t-Tuneżija (3), l-Iżrael (4), il-Marokk (5), il-Ġordan (6), l-Eġittu (7), il-Libanu (8) u l-Alġerija (9), min-naħa l-oħra, u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Ewro-Mediterranju dwar Kummerċ u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana (10),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali tal-Unjoni Doganali (96/142/KE),

wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibilità (VIS) taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Ewro-Mediterranja (FTA) imħejjija mill-Istitut għall-Politika u l-Ġestjoni tal-Iżvilupp tal-Università ta' Manchester,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-ħolqien ta' żona ta’ kummerċ ħieles Ewro-Mediterranja (11) u l-kunsiderazzjonijiet rilevanti indirizzati f'dik ir-riżoluzzjoni,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Konferenzi Ministerjali Ewro-Mediterranji u tal-Konferenzi Ministerjali Settorjali li saru wara t-tnedija tal-Proċess ta' Barċellona, u b'mod partikulari, il-konklużjonijiet tad-Disa’ Konferenza Ministerjali dwar il-Kummerċ tal-Unjoni għall-Mediterran tal-11 ta' Novembru 2010,

wara li kkunsidra s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta' Frar 2010, fil-Kawża C-386/08, Brita GmbH v Hauptzollamt Hamburg-Hafen,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-UE għar-Raba' Laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael li saret fi Brussell mis-17 sat-18 ta' Novembru 2003,

wara li kkunsidra l-arranġament tekniku UE-Iżrael rigward il-Protokoll 4 għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael u l-Avviż tal-Kummissjoni lill-importaturi bl-isem “Importazzjonijiet mill-Iżrael fil-Komunità” (12),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, adottati fl-2985 laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin, fi Brussell, fit-8 ta' Diċembru 2009,

wara li kkunsidra l-Avviż tal-Kummissjoni rigward id-data ta' applikazzjoni tal-protokolli dwar ir-regoli ta' oriġini għal akkumulazzjoni djagonali bejn l-Unjoni Ewropea, l-Alġerija, l-Eġittu, il-Gżejjer Faeroe, l-Iżlanda, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, in-Norveġja, l-Iżvizzera (inkluż il-Liechtenstein), is-Sirja, it-Tuneżija, it-Turkija u x-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta' Gaża (13),

wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faeroe, min-naħa l-oħra (14),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta Proċedura tiegħu,

A.

billi ż-żona pan-Ewro-Mediterranja tal-kumulazzjoni djagonali tal-oriġini hija bbażata fuq għadd ta' protokolli bilaterali fuq ir-regoli tal-oriġini kumplessi wisq għan-negozji, partikolarment għall-impriżi żgħar u medji, u għall-pajjiżi biex jisfruttawha;

B.

billi f'Ottubru 2007 l-Konferenza Ministerjali dwar il-Kummerċ tal-Euromed li saret f'Lisbona tat l-approvazzjoni tagħha għat-tfassil ta' konvenzjoni li tiġbor flimkien il-protokolli kollha għaż-żona pan-Ewro-Mediterranja fi strument wieħed simplifikat, biex b'hekk ikun iffaċilitat l-użu ta' kumulazzjoni tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranja; billi din il-konvenzjoni ġiet imħaddna mid-Disa' Konferenza Ministerjali dwar il-Kummerċ tal-Unjoni għall-Mediterran tal-11 ta' Novembru 2010;

C.

billi l-ambitu ġeografiku ta' din il-konvenzjoni twessa' biex jinkludi wkoll il-parteċipanti tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, li effettivament immultiplika l-benefiċċji tal-kumulazzjoni tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranja;

D.

billi, għalkemm dawn huma passi pożittivi ħafna, ir-riżultat huwa li kull abbuż jew evitar tar-regoli dwar il-kumulazzjoni tal-oriġini jkollu impatt ġeografiku usa';

E.

billi l-UE għandha Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni kemm mal-Iżrael kif ukoll mal-Palestina, li t-tnejn li huma jinkludu Ftehim ta' Kummerċ Ħieles li fih dispożizzjonijiet separati u distinti rigward trattament kummerċjali preferenzjali;

F.

billi fil-konklużjoni tiegħu dwar il-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani fit-8 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jtenni “li l-insedjamenti huma illegali skont il-liġi internazzjonali, jikkostitwixxu ostaklu għall-paċi u jheddu li jagħmlu s-soluzzjoni ta' żewġ stati impossibbli”;

G.

billi l-pożizzjoni tal-UE hija li l-prodotti li jiġu minn postijiet li waqgħu taħt l-amministrazzjoni Iżraeljana mill-1967 lil hawn mhumiex intitolati għal trattament ta' tariffi preferenzjali skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael;

H.

billi l-applikazzjoni tal-Iżrael tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael għat-Territorji Okkupati wasslet għall-implimentazzjoni improprja tal-liġi tal-UE, li, kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Brita GmbH v Hauptzollamt Hamburg-Hafen, ma tippermettix li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jagħtu trattament preferenzjali skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael għall-prodotti li jiġu minn territorji okkupati mill-Iżrael;

I.

billi ċ-ċittadini Ewropej esprimew b'mod ċar ir-rieda tagħhom fir-rigward ta' prodotti li ġejjin minn territorji okkupati Palestinjani;

J.

billi l-UE ilha tħabbat wiċċha ma' diversi problemi meta tinforza r-regoli tal-oriġini fir-rigward ta' prodotti li joriġinaw minn insedjamenti fit-territorji okkupati; billi fid-Dikjarazzjoni tagħha għar-Raba' Laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael li saret fl-2003 l-UE enfasizzat “l-importanza li tissolva l-kwistjoni bilaterali tar-regoli tal-oriġini qabel ma l-protokoll oriġinali jiġi emendat” biex tkun tista' tiġi applikata l-kumulazzjoni tal-oriġini pan-Ewro-Meditterranja; billi, fin-nuqqas ta' soluzzjoni bħal din, il-Kummissjoni ppruvat tindirizza dawn il-problemi billi tikkonkludi arranġament tekniku bilaterali mal-Iżrael, li ma jorbotx legalment, li skontu l-Iżrael iqiegħed fuq kull dokument tal-prova tal-oriġini l-kodiċijiet postali tal-postijiet li fihom il-prodotti li jkopri jkunu ġew prodotti, li b'hekk jippermetti lill-awtoritajiet doganali tal-UE jimponu immedjatament dazji mhux preferenzjali fuq prodotti mmanifatturati f'insedjamenti Iżraeljani;

K.

billi dan l-arranġament tekniku jeżisti bejn l-UE u l-Iżrael, minn naħa waħda, u bejn il-pajjiżi tal-EFTA u l-Iżrael, min-naħa l-oħra; billi l-Konvenzjoni proposta ma testendi bl-ebda mod dan l-arranġament għat-territorju ġeografiku li tkopri u bl-ebda mod ma torbot legalment lill-Partijiet l-oħra;

L.

billi r-regoli tal-arranġament tekniku diġà jeħtieġu li l-Iżrael u l-esportaturi tiegħu japplikaw id-distinzjoni bejn l-operazzjonijiet ta' produzzjoni mwettqa fit-territorji li waqgħu taħt l-amministrazzjoni Iżraeljana fl-1967 u l-produzzjoni mwettqa fit-territorju internazzjonalment rikonoxxut tal-Istat ta' Iżrael;

M.

billi l-Konvenzjoni kif inhi mhux se tipprovdi rimedji legali addizzjonali lill-Unjoni Ewropea jew lil kull Parti Kontraenti f'każijiet fejn ir-regoli dwar il-kumulazzjoni ma jitqisux li jkunu ġew issodisfati kif xieraq;

N.

billi huma l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri individwali tal-UE li huma responsabbli biex jivverifikaw il-validità ta' dikjarazzjonijiet li jirrigwardaw l-oriġini preferenzjali ta' prodotti importati fl-UE; billi minkejja l-aħjar sforzi tagħhom, l-awtoritajiet doganali ma jistgħux jivverifikaw u jikkontrollaw kull dokument tal-prova tal-oriġini u kull kunsinna importata b'mod preferenzjali mill-Iżrael fl-UE; billi l-Konvenzjoni tista' taggrava din l-isfida loġistika billi żżid in-numru ta' pajjiżi sħab li jakkumulaw il-ħdim jew l-ipproċessar b'materjal esportat mill-Iżreal meta jesportaw prodotti fl-ambitu tal-ftehimiet tagħhom mal-UE;

O.

billi, għalkemm il-problema dwar id-determinazzjoni tal-oriġini tal-prodotti esportati mill-Iżrael trid tiġi indirizzata b'mod aktar adegwat, din il-kwistjoni m'għandhiex iżżomm lura l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tar-reġjun kollu;

P.

billi r-Rebbiegħa Għarbija enfasizzat il-ħtieġa ta' regoli ġusti u xierqa li jippermettu l-popli ta' kull stat u pajjiż tal-Mediterran jiksbu l-benefiċċji kollha tal-isforzi ekonomiċi tagħhom stess u l-ħtieġa li l-UE tappoġġja b'mod ċar dawn l-isforzi; billi fid-dawl tar-Rebbiegħa Għarbija l-UE tenniet l-impenn tagħha li tistabbilixxi rabtiet kummerċjali eqreb mal-pajjiżi Għarab;

Q.

billi fil-Komunikazzjoni Konġunta tagħha tat-8 ta' Marzu 2011 dwar “Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran” il-Kummissjoni telenka l-adozzjoni tal-Konvenzjoni bħala wieħed mill-istrumenti biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-kummerċ u l-investiment fir-reġjun;

R.

billi ż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Ewro-Mediterranja naqset li timmaterjalizza sal-2010; billi waħda mir-raġunijiet ewlenin għal dan in-nuqqas kienet in-nuqqas ta' integrazzjoni soċjali, kummerċjali u ekonomika Nofsinhar-Nofsinhar fost il-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran;

S.

billi l-impatt fuq il-pajjiżi u r-reġjuni ta' dan il-ftehim jista' jkun sostanzjali ferm;

1.

Jemmen li l-kummerċ internazzjonali jista' jkun mezz li jwassal għat-tkabbir ekonomiku, id-diversifikazzjoni ekonomika u t-tnaqqis tal-faqar, li kollha huma komponenti meħtieġa tad-demokratizzazzjoni tar-reġjun tal-Mediterran; jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni li tagħti aċċess preferenzjali għas-suq intern tal-UE għal oġġetti prodotti u kumulati fir-reġjun tal-Mediterran;

2.

Jilqa' l-inizjattiva li jiġi ssimplifikat l-użu tas-sistema ta' kumulazzjoni tar-regoli tal-oriġini fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja; jemmen li l-Konvenzjoni reġjonali għal regoli tal-oriġini preferenzjali pan-Ewro-Mediterranji hi pass kbir lejn il-faċilitazzjoni tal-kummerċ u l-integrazzjoni soċjali u ekonomika fil-Viċinat tan-Nofsinhar;

3.

Huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni attwali rigward l-istabbiliment taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Ewro-Mediterranja, li suppost kellha tkun fis-seħħ sal-2010 iżda għadha mhijiex; jiddispjaċih għall-fatt li ma sar l-ebda progress reali mill-atturi varji sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet necessarji; iħeġġeġ l-iżvilupp tal-kooperazzjoni ekonomika bilaterali u multilaterali Nofsinhar-Nofsinhar, li tipproduċi benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini tal-pajjiżi involuti u ttejjeb il-klima politika fir-reġjun; jirrikonoxxi li n-nuqqas ta' kummerċ intrareġjonali fost il-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran kien ta' xkiel sinifikanti għall-proġett; jinsisti li l-istabbiliment taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Ewro-Mediterranja għandu jibqa' wieħed mill-objettivi tal-UE u tas-sħab tan-Nofsinhar tagħha; iqis il-Konvenzjoni bħala pass kbir lejn l-istabbiliment taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles u bħala inċentiv possibbli għall-kummerċ Nofsinhar-Nofsinhar;

4.

Jittama li -demokraziji l-ġodda li se jiżviluppaw fir-reġjun wara r-Rebbiegħa Għarbija jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u soċjali kif ukoll isaħħu d-djalogu politiku, li għandu joħloq ambjent aktar favorevoli għall-kummerċ intrareġjonali, billi waħda mir-raġunijiet għan-nuqqas ta' kummerċ kienet il-politiki implimentati mill-mexxejja dittatorjali ta' qabel; iħeġġeġ lil dawn id-demokraziji l-ġodda jaħdmu flimkien fi ħdan il-Grupp ta' Agadir u jagħmlu użu sħiħ minn din il-Konvenzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tagħti lil dawn id-demokraziji l-ġodda għajnuna teknika biex ikunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti kummerċjali disponibbli għalihom, fosthom din il-Konvenzjoni;

5.

Jilqa' l-fatt li l-Konvenzjoni hija strument uniku li mhux biss joħloq il-qafas legali meħtieġ għall-kumulazzjoni djagonali bejn is-sħab tradizzjonali tan-Nofsinhar tal-Mediterran, iżda jinkludi wkoll lill-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni u l-pajjiżi tal-EFTA, u b'hekk tagħti ambitu ġeografiku usa' għall-kumulazzjoni u toħloq suq akbar għall-esportazzjonijiet kumulati;

6.

Jiddispjaċih għall-fatt li l-Konvenzjoni mhijiex issupplementata b'mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim biex jiġu ttrattati kwistjonijiet rigward il-verifika tal-prova tal-oriġini; jemmen li l-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Konvenzjoni mhux se jkun strument vijabbli biex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati; jinnota li għalhekk dawn il-kwistjonijiet ikollhom jiġu ttrattati permezz ta' mekkaniżmi bilaterali għas-soluzzjoni tat-tilwim, meta jkunu jeżistu;

7.

Huwa tal-fehma li l-Konvenzjoni kienet tissaħħaħ ħafna bl-inklużjoni ta' mekkaniżmu uniku u effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim li jippermetti riżoluzzjoni rapida u sodisfaċenti tat-tilwim rigward l-oriġini u l-kumulazzjoni ta' prodotti; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibilità li tintegra tali mekkaniżmu fil-Konvenzjoni meta tiġi riveduta fil-futur;

8.

Jiddispjaċih għall-fatt li t-test tal-Konvenzjoni ma jipprevedi ebda proċedura ta' reviżjoni jew rieżami fil-futur; jemmen li strument kumpless u wiesa' fil-firxa ta' applikazzjoni bħall-Konvenzjoni jibbenefika minn reviżjoni f'waqtha; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tqis l-inkorporazzjoni ta' klawżola ta' rieżami fil-Konvenzjoni;

9.

Jenfasizza l-importanza li l-konklużjoni tal-Konvenzjoni tkun akkumpanjata, kemm jista' jkun malajr, minn reviżjoni tar-regoli tal-oriġini applikabbli għall-partijiet għall-Konvenzjoni u li tali reviżjoni ssir b'mod li ġġib ir-regoli tal-oriġini għall-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran f'konformità ma' dawk proposti fir-regolament il-ġdid dwar is-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ); jemmen li regoli tal-oriġini anqas vantaġġużi jdgħajfu l-potenzjal sħiħ tal-Konvenzjoni u jippreġudikaw il-Viċinat tan-Nofsinhar;

10.

Huwa preokkupat ferm dwar il-prattiki użati minn ċerti kumpaniji li jkomplu jisfruttaw it-termini tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael billi jesportaw oġġetti magħmula fit-Territorji Okkupati; jiddeplora din il-prattika u jikkunsidra li din tmur kontra l-politiki internazzjonali tal-UE u tirrappreżenta abbuż tal-opportunitajiet estensivi għal aċċess preferenzjali leġittimu għas-suq intern tal-Unjoni; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tfassal lista sewda ta' kumpaniji li jkomplu jużaw dawn il-prattiki u tinforma lill-Istati Membri;

11.

Ifakkar li fis-sentenza tagħha fil-kawża Brita GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li jimpurtaw iridu jirrifjutaw it-trattament preferenzjali skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael għal prodotti esportati lejn l-UE li joriġinaw minn territorji okkupati minn Iżrael jew li għalihom l-awtoritajiet Iżraeljani jonqsu milli jipprovdu tagħrif biżżejjed li jippermetti li tkun stabbilita l-oriġini reali;

12.

Huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni m'għandhiex tipperpetwa jew toħloq sitwazzjoni li tiffaċilita jew tinkoraġġixxi dan l-abbuż tar-regoli; jenfasizza li l-Konvenzjoni, kif tiddikjara fil-preambolu tagħha, m'għandhiex twassal b'mod ġenerali għal sitwazzjoni inqas favorevoli mir-relazzjoni ta' qabel bejn is-sħab ta' kummerċ ħieles li japplikaw il-kumulazzjoni djagonali; jitlob lill-Kummissjoni taħdem mal-Parlament Ewropew biex iż-żewġ istituzzjonijiet ikunu jistgħu jqiegħdu r-rieda politika u l-piż politiku tagħhom wara l-isforzi biex tinstab soluzzjoni għal dan l-abbuż tar-regoli tas-suq intern; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti ġodda għal soluzzjoni bla lakuni għal din il-problema;

13.

Jinnota li l-UE u l-Istati Membri tal-EFTA lkoll għandhom Arranġament Tekniku mal-Iżrael li jindirizza l-kwistjoni tat-territorjalità u li, sa ċertu punt, joffri xi soluzzjonijiet; huwa tal-fehma li s-soluzzjonijiet offruti minn dawn l-Arranġamenti Tekniċi mhumiex sodisfaċenti; jinnota, barra minn hekk, li dawn l-Arranġamenti Tekniċi ma jorbtux lill-partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni reġjonali; huwa preokkupat, għalhekk, li l-Konvenzjoni reġjonali tista' tagħti lok għal proliferazzjoni ta' sitwazzjonijiet li fihom Partijiet Kontraenti oħra jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet biex jiżguraw il-kumulazzjoni skont il-ftehimiet tagħhom mal-UE meta jaħdmu u jipproċessaw fit-territorji tagħhom stess, prodotti importati skont il-ftehimiet tagħhom mal-Iżrael;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid u, jekk ikun meħtieġ, tinnegozja mill-ġdid l-Arranġament Tekniku bl-għan li jsir aktar effikaċi u sempliċi; jitlob lill-Kummissjoni ssib soluzzjoni li tapplika wkoll għal oġġetti importati minn partijiet terzi li kkumulaw il-ħdim u l-ipproċessar fit-territorju tagħhom stess b'matejali importati skont il-ftehimiet tagħhom mal-Iżrael; jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet li jwasslu għall-applikazzjoni uniformi tal-prinċipju tat-territorjalità mill-partijiet kontraenti kollha bħala parti minn kull rieżami futur tal-Konvenzjoni reġjonali;

15.

Jinnota li skont il-proċeduri previsti fl-Arranġament Tekniku li attwalment huwa fis-seħħ bejn l-UE u l-Iżrael, minn naħa waħda, u bejn l-EFTA u l-Iżrael, min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet doganali u l-esportaturi tal-Iżrael diġà jagħmlu distinzjoni bejn l-operazzjonijiet ta' produzzjoni mwettqa fl-insedjamenti Iżraeljani fit-Territorji Okkupati u l-produzzjoni mwettqa fit-territorju internazzjonalment rikonoxxut tal-Istat ta' Iżrael; jinnota li dawn il-proċeduri ma jipprevedux il-komunikazzjoni tal-eżitu tad-distinzjonijiet li qed isiru mill-awtoritajiet u l-esportaturi Iżraeljani sabiex l-awtoritajiet doganali tal-UE jkunu jistgħu japplikaw l-istess distinzjonijiet b'mod korrett, sempliċi u effiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni tikkollabora mal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri sabiex tinstab soluzzjoni bl-għan li tibdel dan l-arranġament tekniku f'mekkaniżmu sempliċi, effiċjenti u affidabbli;

16.

Iqis li mekkaniżmu sempliċi, effiċjenti u affidabbli li jieħu post l-arranġament tekniku eżistenti għandu jiġi miftiehem mal-Iżrael, li skontu l-esportaturi u l-awtoritajiet doganali tal-Iżrael japplikaw l-istess distinzjoni, u b'mod ċar u xieraq jindikaw meta jassenjaw l-istatus tal-oriġini lil prodotti fuq il-bażi tal-operazzjonijiet ta' produzzjoni mwettqa fit-territorji li waqgħu taħt l-amministrazzjoni tal-Iżrael fl-1967;

17.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet doganali tagħhom japplikaw b'mod effikaċi l-Arranġament Tekniku u l-ispirtu tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-prodotti kumulati Iżraeljani li jidħlu fl-UE skont il-kumulazzjoni djagonali prevista fil-Konvenzjoni reġjonali; jemmen li l-Kummissjoni għandha tieħu t-tmexxija fil-koordinazzjoni ta' sforzi bħal dawn madwar l-UE u għandha wkoll tieħu passi biex toħloq sensibilizzazzjoni fost l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri individwali tal-UE dwar kif l-Arranġament Tekniku għandu jkun applikat għal prodotti kumulati Iżraeljani; jemmen li l-awtoritajiet doganali tal-UE għandhom jeżaminaw bir-reqqa u b'mod aktar effikaċi l-applikazzjoni tal-Arranġament Teknkiu sabiex jipprevjenu l-abbuż tas-sistema ta' preferenzi;

18.

Peress li ma teżisti ebda dispożizzjoni ta' dan it-tip fit-test tal-Konvenzjoni, jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt wara tliet snin sabiex tevalwa, inter alia, il-benefiċċji maħluqa bl-adozzjoni tal-Konvenzjoni u l-impatt tal-kumulazzjoni li jinħoloq mill-Konvenzjoni fuq il-prattiki ta' ċerti kumpaniji msemmija hawn fuq;

19.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-opportunitajiet offruti mill-kumulazzjoni kif simplifikata mill-Konvenzjoni pan-Ewro-Mediterranja l-ġdida, partikolarment fil-komunitajiet kummerċjali tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran; jappoġġja lill-Kummissjoni fir-rigward ta' inizjattivi mfassla biex joħolqu sensibilizzazzjoni bħal din;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-partijiet għall-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-Regoli tal-Oriġini pan-Ewro-Mediterranji u lill-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM).


(1)  ĠU C 272 E, 9.11.2006, p. 570.

(2)  ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 35.

(3)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(4)  ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3.

(5)  ĠU L 70, 18.3.2000, p. 2.

(6)  ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3.

(7)  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 39.

(8)  ĠU L 143, 30.5.2006, p. 2.

(9)  ĠU L 265, 10.10.2005, p. 2.

(10)  ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3.

(11)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 210.

(12)  ĠU C 20. 25.1.2005, p. 2.

(13)  ĠU C 156, 26.5.2011, p. 3.

(14)  ĠU L 53, 22.2.1997, p. 2.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/56


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Il-futur tal-GMES

P7_TA(2012)0062

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-futur tal-GMES (2012/2509(RSP))

2013/C 249 E/15

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 dwar il-programm Ewropew ta' monitoraġġ tad-Dinja (GMES) u l-operati tiegħu (mill-2014 'il quddiem)(COM(2011)0831),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-29 ta’ Ġunju 2011, dwar “Baġit għall-Ewropa 2020 (COM(2011)0500)”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2012 dwar strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini (1),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 2011 bl-isem “Lejn strateġija spazjali tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini”,

wara li kkunsidra l-mistoqsija orali lill-Kummissjoni dwar il-futur tal-GMES (O-000325/2011 – B7-0027/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-programm tal-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) huwa waħda miż-żewġ inizjattivi spazjali emblematiċi tal-Unjoni Ewropea u għandu rwol ewlieni fl-osservazzjoni tad-dinja, li hija għodda vitali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali, fil-protezzjoni ċivili u s-sigurtà, fl-iżvilupp sostenibbli, fil-mobilità u fil-ġestjoni tal-kriżijiet, u fil-ħolqien ta’ opportunitajiet ekonomiċi importanti billi jiġu żviluppati servizzi “downstream” u titrawwem l-innovazzjoni;

B.

billi l-GMES hija ta’ importanza politika, strateġika u teknika importanti ħafna għall-Ewropa u toffri valur sostanzjali ħafna għall-flus f’termini ta’ benefiċċji ekonomiċi, soċjali u teknoloġiċi;

C.

billi l-GMES twaqqfet bħala programm tal-Unjoni, iffinanzjat mill-baġit tal-UE, li jammonta għal madwar EUR 3,2 biljun sal-2013, taħt ir-responsabilità u l-ġestjoni tal-UE;

D.

billi n-nuqqas ta’ pjan ta’ finanzjament kredibbli li jipprovdi appoġġ finanzjarju fit-tul u stabbli probabbilment iwassal għal spejjeż akbar fuq perjodu itwal, diskrepanzi fl-aċċess għall-informazzjoni u għall-benefiċċji li jirriżultaw għaċ-ċittadini Ewropej u interruzzjoni jew saħansitra sospensjoni tal-programm u tal-provvista tiegħu ta’ data, u jista’ fl-aħħar mill-aħħar ifisser li l-investiment li sar s’issa ma jkun ħalla l-ebda frott u li l-Ewropa titlef l-indipendenza u l-avvanz teknoloġiku tagħha f’din l-infrastruttura spazjali importanti;

E.

billi fil-31 ta' Mejju 2011 il-Kunsill talab li l-baġit tal-UE jkompli jiffinanzja l-programm GMES f’konformità mar-responsabilitajiet tal-Unjoni, billi bosta Stati Membri diġà indikaw l-oġġezzjoni tagħhom għar-regolamentazzjoni tal-finanzjament tal-GMES permezz ta’ ftehim intergovernattiv, u billi l-Fond tal-GMES propost għalhekk probabbilment mhux se jiġġenera l-finanzjament meħtieġ;

1.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li fit-30 ta’ Novembru 2011 il-Kummissjoni ppubblikat biss komunikazzjoni u ma ressqitx proposta leġiżlattiva dwar il-GMES, meta jitqies li r-Regolament attwali (UE) Nru 911/2010 ikopri biss l-operazzjonijiet inizjali u se jiskadi sa tmiem l-2013;

2.

Ma jaqbilx mad-direzzjoni li l-Kummissjoni indikat fil-komunikazzjoni tagħha rigward il-finanzjament u l-governanza futura tal-GMES, fejn l-għan huwa l-finanzjament intergovernattiv tal-proġett; huwa mħasseb li din id-direzzjoni se tkun fil-parti l-kbira tagħha ta’ ħsara għall-iżvilupp futur tal-programm, twassal sabiex il-programm jitlef id-dimensjoni Ewropea tiegħu, tikkontradixxi l-prinċipji tat-trasparenza u ta’ aċċess sħiħ, miftuħ u ugwali għal kulħadd, u titqies bħala sinjal tat-tbegħid tal-UE minn din l-inizjattiva emblematika;

3.

Ma jemminx li l-finanzjament tal-GMES barra l-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) – bl-istruttura ta’ finanzjament u governanza li l-Kummissjoni pproponiet fil-komunikazzjoni tagħha – hija għażla vijabbli;

4.

Jirrimarka li l-inċertezza dwar il-futur tal-programm GMES u l-finanzjament tiegħu huwa ta’ ħsara kbira ħafna għall-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-GMES, li huma mistennija jiġġeneraw tkabbir u benessri ekonomiku għaċ-ċittadini Ewropej;

5.

Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tressaq minnufih proposta leġiżlattiva dwar il-governanza, l-iffinanzjar u l-operazzjoni fuq perjodu twil tal-programm GMES, iffinanzjat mill-MFF, bl-għan li jiġu żgurati t-tnedija u l-operazzjoni adegwati tal-programm u jintlaħaq l-objettiv tiegħu li jkun operattiv għalkollox mill-2014;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0013.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/57


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Il-piena tal-mewt fil-Bjelorussja, b'mod partikolari l-każ ta' Dzmitry Kanavalau u Uladzislau Kavalyou

P7_TA(2012)0063

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-piena tal-mewt fil-Belarus, b'mod partikolari l-każijiet ta' Dzmitry Kanavalau u Uladzislau Kavalyou (2012/2539(RSP))

2013/C 249 E/16

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar il-Belarus (1) u r-riżoluzzjonijiet l-oħra tiegħu dwar is-suġġett, b'mod partikolari dawk tat-15 ta' Settembru 2011 (2), tat-12 ta’ Mejju 2011 (3), tal-10 ta’ Marzu 2011 (4) u tal-20 ta’ Jannar 2011 (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-Jum Dinji kontra l-piena tal-mewt kif ukoll r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt (6), b'mod partikolari dik tas-26 ta’ April 2007 dwar l-inizjattiva għal moratorja universali għall-piena tal-mewt (7),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 65/206 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-21 ta' Diċembru 2010 fejn intalab moratorja għall-piena tal-mewt kif ukoll ir-Riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tal-2007 u l-2008 dwar il-piena tal-mewt,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE tas-6-10 ta' Lulju 2010 dwar il-piena tal-mewt,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1857 (2012) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tal-25 ta’ Jannar 2012 dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-UE Catherine Ashton tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar is-sentenzi għall-mewt fil-Belarus,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tal-PE Martin Schulz tal-24 ta' Jannar 2012 li tikkundanna s-sentenzi tal-piena tal-mewt mogħtija lil Dzmitry Kanavalau u Uladzislau Kavalyou,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill “Affarijiet Barranin” tal-UE tat-23 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarus,

wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant adottata fi Praga fis-7-9 ta’ Mejju 2009 u d-Dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus adottata fl-okkażjoni tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant f’Varsavja fit-30 ta’ Settembru 2011,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Belarus jibqa’ l-uniku pajjiż Ewropew li għadu japplika l-piena tal-mewt u għadu jwettaq eżekuzzjonijiet;

B.

billi f’Lulju 2011 Aleh Hryshkautsou u Andrei Burdyka nqatlu meta l-każijiet tagħhom kienu għadhom pendenti quddiem il-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u billi, skont l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, madwar 400 persuna ġew maqtula fil-Belarus mill-1991;

C.

billi l-aktar sentenzi reċenti għall-piena tal-mewt ġew maqtugħa fit-30 ta’ Novembru 2011 kontra Dzmitry Kanavalau u Uladzislau Kavalyou mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Belarus talli allegatament wettqu attakki terroristiċi f’Vitebsk fl-2005, f'Minsk fl-2008, u fil-metro ta’ Minsk f'April 2011;

D.

billi, skont rapporti kredibbli (FIDH, Human Rights Watch), hemm argumenti li juru li l-prosekuturi u l-Qorti Suprema tal-Belarus mexxew proċess inġust u li l-investigazzjoni kienet mtebba’ b’abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u twarrib intenzjonali ta' evidenza importanti li kienet tindika l-innoċenza taż-żewġt irġiel u billi, skont osservaturi tal-proċess, kien hemm ksur proċedurali serju matul l-investigazzjoni preliminari u l-eżami ġudizzjarju tal-każ;

E.

billi Dzmitry Kanavalau u Uladzislau Kavalyou ġew miċħuda l-aċċess għal avukat, billi rapporti kredibbli jindikaw l-użu tat-tortura sabiex jiġu estratti stqarrijiet ta' ħtija matul l-interrogazzjonijiet, billi ma hemmx evidenza forensika li torbot lil dawn l-irġiel mal-isplużjoni, u billi ma nstabet ebda traċċa ta' materjal splussiv fuq il-ħwejjeġ jew l-iġsma tal-irġiel;

F.

billi l-evidenza importanti kollha li l-prosekuzzjoni semmiet matul il-proċess inqerdet immedjatament wara li l-Qorti Suprema ħabbret is-sentenza;

G.

billi, skont l-Artikolu 14, Taqsima 1, tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, irratifikat mir-Repubblika tal-Belarus, “kulħadd għandu d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku minn tribunal kompetenti, indipendenti u imparzjali”;

H.

billi l-ġenituri tas-Sur Kanavalau ġew intimidati u tpoġġew taħt sorveljanza minn uffiċjali tas-servizzi sigrieti kif ukoll irġiel pajżana ġew stazzjonati b'mod permanenti ħdejn id-dar tagħhom u għaldaqstant il-familja ilha x-xhur imċaħħad mill-opportunità li tikkomunika mad-dinja ta' barra;

I.

billi l-piena tal-mewt xorta għadha “sigriet tal-istat” fil-Belarus u, skont il-Kodiċi Eżekuttiv Kriminali tal-Belarus, id-dati tal-eżekuzzjonijiet mhumiex magħrufa la għal dawk fit-taqsima tal-priġunieri kkundannati għall-mewt, la għall-familji tal-ħatja u anqas għall-pubbliku; billi l-piena tal-mewt imwettqa fil-privat permezz ta’ eżekuzzjoni, il-kadavru tal-persuna ma jingħatax għad-difna lil qrabatu u l-lok tad-dfin jibqa’ qatt ma jiġi kkomunikat;

J.

billi l-eżekuzzjonijiet tas-Sur Kanavalau u tas-Sur Kavalyou jistgħu jitwettqu dalwaqt;

K.

billi d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema dwar il-każ hija finali, mingħajr appell; billi skont il-liġi tal-Belarus petizzjoni għall-maħfra tista’ titqies mill-President tal-pajjiż; billi Uladzislau Kavalyou talab lil Alyaksandr Lukashenka għall-maħfra, jiċħad l-akkużi kollha mressqa kontrih u jitlob li jinħeles mir-responsabilità kriminali, iżda sa issa ma rċieva ebda tweġiba;

L.

billi l-awtoritajiet tal-Belarus iffirmaw id-Dikjarazzjoni ta' Praga tas-Samit dwar is-Sħubija tal-Lvant li fiha impenjaw ruħhom favur ‘il-prinċipji tal-liġi internazzjonali u l-valuri fundamentali, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali’,

1.

Itenni li l-Unjoni Ewropea u istituzzjonijiet internazzjonali oħra ripetutament ħeġġew lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jabolixxu l-piena tal-mewt;

2.

Jenfasizza l-fatt li dan il-kastig irriversibbli, krudili, inuman u degradanti, li jikser id-dritt għall-ħajja, huwa inaċċettabbli; jiddeplora n-nuqqas kontinwu min-naħa tal-awtoritajiet tal-Belarus milli jieħdu passi tanġibbli lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt jew l-introduzzjoni immedjata ta' moratorja dwarha;

3.

Jikkundanna s-sentenzi tal-piena tal-mewt mogħtija lis-Sur Kavalyou u s-Sur Kanavalau u jħeġġeġ lil Alyaksandr Lukashenka biex jaħfer liż-żewġt irġiel u jistabbilixxi moratorja fuq is-sentenzi tal-piena tal-mewt u l-eżekuzzjonijiet kollha bil-ħsieb li tiġi abolita l-piena tal-mewt mis-sistema penali billi jkun ratifikat it-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, f'konformità ma' standards internazzjonali;

4.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Belarus iwettqu investigazzjoni sħiħa, ġusta u imparzjali tal-allegazzjonijiet li saru f’dan il-kuntest u jipprovdu ġustizzja vera għall-vittmi tal-atti faħxija ta’ terroriżmu inkwistjoni;

5.

Iħeġġeġ lill-Kunsill u l-Kummisjsoni biex jagħmlu użu mill-għodda kollha disponibbli ta' diplomazija u ta' għajnuna għall-kooperazzjoni biex jaħdmu favur l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fil-Belarus;

6.

Jistieden lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u r-Russja biex iħeġġu lill-Belarus sabiex jintroduċi moratorja fuq il-piena tal-mewt;

7.

Iħeġġeġ bil-qawwa lis-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-Belarus biex jaħdmu għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt;

8.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jerġgħu jibdew ix-xogħol tal-grupp ta’ ħidma parlamentari dwar il-piena tal-mewt li nbeda fl-2010, biex il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi f'konformità mal-obbligi tal-pajjiż skont trattati internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem u sabiex jiġi żgurat li l-istandards rikonoxxuti internazzjonalment għal proċessi ġusti jiġu rigorożament rispettati;

9.

Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tal-Belarus biex jippromwovu r-rwol tal-ġudikatura u l-attività tagħha fil-Belarus mingħajr indħil jew pressjoni mill-eżekuttiv, jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar l-indipendenza tal-imħallfin u avukati, jiżguraw viżibilità xierqa għall-proċess ġudizzjarju, u jikkonformaw mal-impenji tad-Dimensjoni tal-Bniedem tal-OSKE b'mod partikolari fil-qasam tal-istat tad-dritt;

10.

Jikkundanna l-persekuzzjoni kontinwa fil-Belarus ta’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u membri tal-oppożizzjoni demokratika kif ukoll il-fastidju ta' attivisti tas-soċjetà ċivili u l-midja indipendenti għal raġunijiet politiċi; jitlob il-liberazzjoni immedjata tal-individwi kollha kkundannati għal raġunijiet politiċi li jinsabu l-ħabs jew qed iġarrbu forom oħra ta' kastig, inkluż Ales Bialiatski, President taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem “Viasna” u l-Viċi-President tal-FIDH;

11.

Jitlob il-ħelsien immedjat mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill “Affarijiet Barranin” tal-UE tat-23 ta' Jannar 2012 li twessa’ l-kriterju ta’ sanzjoni li twitti t-triq għad-denominazzjonijiet futuri ta' dawk responsabbli għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarus, u jtenni li ma jista jkun hemm ebda progress fid-djalogu UE-Belarus lejn id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, sakemm il-priġunieri politiċi kollha, inklużi ż-żewġ ex kandidati presidenzjali Mikalai Statkevich u Andrei Sannikau, kapijiet tal-kampanji presidenzjali tal-kandidati tal-oppożizzjoni demokratika Pavel Seviarynets u Dzmitry Bandarenka, u Syarhey Kavalenka, priġunier politiku arrestat talli allegatament kiser il-kundizzjonijiet tal-arrest domiċiljari, li kien fuq strajk tal-ġuħ fit-tul, li wassal għad-deterjorament kritiku ta’ saħħtu u qed jipperikola direttament ħajtu, jiġu rilaxxati mingħajr kundizzjoni u d-drittijiet ċivili tagħhom jerġgħu lura kif kienu;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tal-Bjelorussja, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa.


(1)  ĠU C 286 E, 22.10.2010, p. 16.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2011)0392.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0244.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2011)0099.

(5)  Texts adopted, P7_TA(2011)0022.

(6)  ĠU C 371 E, 20.12.2011, p. 5.

(7)  ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 775.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/60


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
L-Eġittu: żviluppi riċenti

P7_TA(2012)0064

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-Eġittu: żviluppi reċenti (2012/2541(RSP))

2013/C 249 E/17

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Eġittu, b'mod partikolari dik tas-17 ta' Novembru 2011 dwar l-Eġittu, b'mod partikolari l-kawża tal-blogger Alaa Abd El-Fattah (1),

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966, li s-Sirja hi firmatarja tiegħu,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni/tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Catherine Ashton, tat-2 ta' Frar 2012 dwar it-traġedja fl-istadium tal-futbol fl-Eġittu, u tal-1 ta' Frar 2012 dwar it-trażżin li qed jissokta tas-soċjetà ċivili fl-Eġittu,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-2004 u l-Pjan ta' Azzjoni, li ntlaħaq qbil dwaru fl-2007,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-10 ta' Ottubru 2011, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar l-Eġittu tat-23 ta' Ottubru 2011,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tal-VP/tar-RGħ dwar 'Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni' lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, tal-25 ta' Mejju 2011,

wara li kkunsidra l-iżvilupp tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) mill-2004, u b'mod partikolari r-rapporti ta' progress tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħha,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tal-VP/tar-RGħ lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar sħubija għad-demokrazija u l-prosperità komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran,

wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-2004, kif aġġornati fl-2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-sitwazzjoni tal-NGOs fl-Eġittu hija allarmanti; billi t-twaqqif ta' kumitat biex jeżamina l-istituzzjonijiet ċivili u l-NGOs, bl-għan li jiġi ssikkat il-kontroll legali fuq finanzjament barrani ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ta' fondazzjonijiet politiċi, tħabbar f'Ottubru 2011 u sussegwentement saret talba lill-Bank Ċentrali biex jimmonitorja t-trasferimenti bankarji kollha lill-NGOs u mill-NGOs; billi saru tfittxijiet fl-uffiċċji ta' għaxar organizzazzjonijiet b'finanzjament barrani u dawk l-organizzazzjonijiet ġew investigati u mbagħad pprojbiti mill-Kunsill Suprem tal-Forzi Armati (SCAF) fid-29 ta' Diċembru 2011; billi fil-5 ta' Frar 2012 il-Gvern Eġizzjan immexxi mill-militar ħabbar li kien se jtella' l-qorti lil 19-il ċittadin Amerikan u lil 24 persuna oħra bħala parti minn investigazzjoni kriminali dwar il-finanzjament barrani ta' organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ fl-Eġittu; billi mħallfin Eġizzjani qed jinvestigaw l-allegat finanzjament barrani ta' NGOs u fondazzjonijiet politiċi favur id-demokrazija, u billi 44 konvenut, fosthom 19-il Amerikan, 14-il Eġizzjan, ħames Serbi, żewġ Ġermaniżi, żewġ Libaniżi, Ġordaniż u Palestinjan, kellhom il-każijiet tagħhom imressqa quddiem il-Qorti Kriminali tal-Kajr u ġew ordnati li ma jitilqux mill-pajjiż;

B.

billi l-NGOs qed jiġu akkużati wkoll li waqqfu u mexxew uffiċċji fl-Eġittu mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Gvern, minkejja li applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni li saru mill-organizzazzjonijiet skont ir-regoli rilevanti ġew injorati mill-awtoritajiet Eġizzjani għal aktar minn ħames snin; billi dawn l-akkużi huma l-quċċata ta' trażżin legali li qed jeskala fuq NGOs nazzjonali u internazzjonali fl-Eġittu, approċċ li jmur kontra l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u qed idgħajjef l-isforzi biex jiġu promossi l-valuri demokratiċi u biex jitħarsu d-drittijiet tal-bniedem;

C.

billi tal-anqas 74 ruħ inqatlu u mijiet aktar ġew midruba wara ġlied li faqqa' waqt partita futbol f'Port Said bejn l-Al Ahly, klabb mill-Kajr u l-klabb lokali ta' Al Masr;

D.

billi r-reazzjoni tal-pulizija għall-ġlied kienet estremament passiva; billi r-rabja u l-ispekulazzjoni li l-ġlied seta' kien politikament motivat, b'rabta ma' talbiet biex tintemm it-tmexxija militari, wasslu għal dimostrazzjonijiet fit-toroq kontra kull tip ta' dittatorjat, kemm militari kif ukoll ta' xi tip ieħor, fil-jiem wara t-traġedja fl-istadium tal-futbol, li wasslu biex mietu u ndarbu aktar nies; billi l-pulizija qed tkompli tispara l-gass tad-dmugħ, iċ-ċomb u l-balel tal-gomma fuq id-dimostranti;

E.

billi l-Viċi Ministru tas-Saħħa tal-Eġittu, Hesham Sheiha, irrefera għat-traġedja fl-istadium bħala l-akbar diżastru fl-istorja tal-futbol tal-Eġittu; billi l-iSCAF ordna lill-ħelikopters iġorru l-membri tat-timijiet u l-partitarji midruba tat-tim li kien qed jilgħab barra minn daru lejn sptar militari; billi, b'mod partikolari fi żminijiet ta' tranżizzjoni u ta' taqlib soċjali, l-isport għandu jkollu rwol ta' għaqda, filwaqt li jagħti sens ta' normalità u jagħti bidu għar-rikonċiljazzjoni bejn komunitajiet mifruda;

F.

billi s-suċċess tal-PEV, u r-riformi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u b'mod aktar speċifiku tad-drittijiet tan-nisa, huwa assoċjat mal-involviment tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-politiki rilevanti;

G.

billi l-iSCAF segwa aġenda kontroversjali, billi l-liġi ta' emerġenza ma ġietx abolita għalkollox u għadha tista' tiġi applikata b'rabta ma' każijiet ta' 'delinkwenza', kunċett li huwa miftuħ għal interpretazzjoni wiesgħa u applikazzjoni arbitrarja; billi, skont organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali, ma kien hemm l-ebda titjib fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu matul l-aħħar għaxar xhur ta' tmexxija militari; billi ċ-ċivili għadhom jiġu ġġudikati quddiem tribunali militari, u bloggers, ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem huma soġġetti għal fastidju dirett jew indirett, li kkontribwixxa għal tensjonijiet li qed jikbru u wassal għal aktar dimostrazzjonijiet popolari; billi l-iSCAF naqas milli jwettaq investigazzjonijiet dwar rapporti ta' attakki sesswali fuq dimostranti nisa, inklużi l-hekk imsejħa testijiet tal-'verġinità', theddid ta' mewt u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem;

H.

billi fl-elezzjonijiet għall-Assemblea tal-Poplu li saru bejn Novembru 2011 u Jannar 2012 il-Partit tal-Libertà u l-Ġustizzja tal-Fratellanza Musulmana rebaħ 47 % tal-voti u l-partit Noor iddominat mis-Salafiti rebaħ 25 % tal-vot, u dan wassal biex in-numru ta' deputati nisa naqas minn 64 għal 8; billi l-elezzjonijiet presidenzjali għandhom isiru f'Ġunju; billi l-ebda istituzzjoni internazzjonali, inkluża l-UE, ma ġiet mistiedna tosserva l-elezzjonijiet;

I.

billi talab kemm-il darba li jitneħħa l-istat ta' emerġenza, li ilu fis-seħħ mill-1981, li tissaħħaħ id-demokrazija, u li jitħarsu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Eġittu; billi l-Unjoni Ewropea ripetutament esprimiet l-impenn tagħha favur il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon u enfasizzat li l-gvernijiet għandhom id-dmir jiggarantixxu dawn il-libertajiet fid-dinja kollha;

1.

Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Eġizzjan f'dan il-perjodu kruċjali ta' tranżizzjoni demokratika fil-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tan-nisa, il-libertà tar-reliġjon, tal-kuxjenza u tal-ħsieb, il-ħarsien tal-minoranzi u n-nondiskriminazzjoni għal raġunijiet ta' orjentazzjoni sesswali, il-libertà tal-istampa u tal-midja, il-libertà ta' għaqda u assoċjazzjoni paċifika, il-proċess korrett tal-liġi u l-libertà tal-espressjoni u tal-kelma, għaliex dawn id-drittijiet huma komponenti essenzjali ta' demokrazija fil-fond;

2.

Jitlob li jitwaqqgħu immedjatament l-akkużi kriminali kontra l-NGOs u l-fondazzjonijiet politiċi; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jiżguraw li kwalunkwe spezzjoni ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali jew barranin issir fuq il-bażi ta' trasparenza u imparzjalità assoluti, u skont proċeduri legali approprjati u standards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; iqis li dawn it-tattiki jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt tal-għaqda, kif previst fl-Artikolu 22 tal-ICCPR; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jadottaw liġi dwar l-għaqda ġdida abbażi tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' NGOs u gruppi tad-drittijiet tal-bniedem u favur id-demokrazija; jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-impenn muri u l-ħidma importanti u ta' kwalità għolja li saret minn dawn l-organizzazzjonijiet b'appoġġ għas-soċjetà ċivili u l-poplu Eġizzjan sabiex ikunu promossi l-paċi, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

3.

Jiddeplora l-fatt li għadd konsiderevoli ta' nies tilfu ħajjithom kif ukoll l-għadd kbir ta' persuni feruti f'Port Said u jagħti l-kondoljanzi tiegħu lill-vittmi tal-familji; jitlob li ssir inkjesta indipendenti dwar l-avvenimenti li wasslu għat-traġedja u biex dawk responsabbli jittellgħu l-qorti;

4.

Huwa preokkupat dwar akkużi li l-ġlied kien politikament motivat, u jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani biex iniedu b'urġenza investigazzjoni indipendenti dwar l-avvenimenti tal-1 ta' Frar 2012;

5.

Jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għal riformi li jwasslu għall-istabbiliment tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ġustizzja soċjali fl-Eġittu, kif jixtieq il-poplu Eġizzjan; itenni t-talba tiegħu għat-tneħħija għalkollox tal-istat ta' emerġenza; jenfasizza għal darba oħra l-importanza tal-governanza tajba, tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Eġittu, jitlob kjarifiki dwar il-proċess kostituzzjonali, iż-żmien li dan għandu jieħu u l-prinċipji tiegħu, sabiex jiżgura li kull dispożizzjoni kostituzzjonali tkun inklużiva u ma tħalli l-ebda possibilità għad-diskriminazzjoni kontra kwalunkwe persuna fis-soċjetà Eġizzjana; jenfasizza mill-ġdid il-ħtieġa li s-setgħa suprema tkun ittrasferita lil gvern ċivili elett demokratikament mill-aktar fis possibbli;

6.

Jenfasizza l-importanza li jsiru elezzjonijiet ħielsa, ġusti u trasparenti, u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex ikomplu jappoġġaw u jgħinu lill-awtoritajiet Eġizzjani, lill-partiti politiċi u lis-soċjetà ċivili fl-isforzi tagħhom li jilħqu dan l-għan; jistieden lill-Kunsill Suprem tal-Forzi Armati (SCAF) biex jippermetti li osservaturi indipendenti jaraw b'għajnejhom u jissorveljaw l-elezzjonijiet presidenzjali li se jsiru dalwaqt; jistieden lill-VP/lir-RGħ tippromwovi t-twaqqif ta' task force li tinvolvi l-Parlament Ewropew biex tappoġġa l-proċess ta' tranżizzjoni demokratika, kif talbu dawk li qegħdin jaħdmu għal bidla demokratika, b'mod partikolari rigward l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet ħielsa u demokratiċi u l-bini tal-istituzzjonijiet, inkluż l-iżvilupp ta' ġudikatura indipendenti;

7.

Jilqa' l-ħelsien tal-bloggers li kienu l-ħabs, Alaa Abd El-Fattah u Maikel Nabil Sanad; itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jiggarantixxu li l-ebda blogger, ġurnalist jew difensur tad-drittijiet tal-bniedem mhu se jkun suġġett għal fastidju dirett jew indirett jew għal intimidazzjoni fil-pajjiż; jilqa' l-ħelsien tal-priġunieri politiċi, iżda jtenni li dawn qatt ma kellhom ikunu pproċessati minn qrati militari; jemmen li l-priġunieri inkwistjoni kellhom għalhekk ikunu illiberati, mhux tingħatalhom maħfra;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvernijiet u lill-Parlamenti tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet Eġizzjani.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0518.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/63


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Il-piena tal-mewt fil-Ġappun

P7_TA(2012)0065

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-piena tal-mewt fil-Ġappun (2012/2542(RSP))

2013/C 249 E/18

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 63/168 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li titlob l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 62/149 tal-Assemblea Ġenerali tat-18 ta’ Diċembru 2007, li titlob moratorja dinjija fuq il-piena tal-mewt u fuq l-eżekuzzjonijiet,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 65/206 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-21 ta’ Diċembru 2010 dwar moratorja fuq l-użu tal-piena tal-mewt,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2007 dwar moratorja universali fuq il-piena tal-mewt (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fil-Ġappun, fil-Korea t’Isfel u fit-Tajwan (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta minn Catherine Ashton, Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u Thorbjorn Jagland, Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, dwar il-Jum Ewropew u Dinji kontra l-Piena tal-Mewt fl-10 ta' Ottubru 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ April 2011 dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, li tinkoraġġixxi lill-pajjiżi osservaturi tal-Kunsill tal-Ewropa, inkluż il-Ġappun, biex jabolixxu l-piena tal-mewt,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inuman jew Degradanti, li l-Ġappun irratifika fl-1999,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Unjoni Ewropea hija impenjata b'mod qawwi li taħdem favur l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt kullimkien u qed tagħmel ħilitha biex il-prinċipju bażiku tad-dritt għall-ħajja jiġi aċċettat universalment,

B.

billi l-2011 kienet l-ewwel sena mingħajr ebda eżekuzzjoni fil-Ġappun mill-1992 ’l hawn; billi, madankollu, skont rapporti fil-midja, il-Ministru l-ġdid tal-Ġustizzja, Toshio Ogawa, ħabbar li ma jixtieqx ikompli l-politika ta’ “kawtela” tal-predeċessur tiegħu, Hiraoka Hideo, u jkun lest jiffirma ordinijiet ta’ eżekuzzjoni għal darba oħra;

C.

billi sar progress sinifikanti lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt madwar id-dinja, u numru dejjem akbar ta’ pajjiżi neħħew il-piena kapitali;

D.

billi impenn uffiċjali mill-Ġappun, bħala demokrazija ewlenija fl-Asja u membru ewlieni tal-komunità internazzjonali, favur l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt mhux biss ikun konsistenti max-xejra internazzjonali iżda jibgħat ukoll sinjal qawwi madwar id-dinja li d-dritt għall-ħajja għandu jiġi rispettat u protett;

E.

billi madwar 130 persuna li nqatgħatilhom għall-mewt fil-Ġappun bħalissa qed jistennew fit-taqsima tal-priġunieri kkundannati għall-mewt;

F.

billi l-priġunieri u r-rappreżentanti legali tagħhom ma jiġux infurmati bl-eżekuzzjoni qabel il-ġurnata stess li sseħħ, u l-familji jsiru jafu biha biss wara l-fatt, ħaġa li hija krudeltà partikolari meta jitqiesu s-snin twal ta’ stennija fit-taqsima tal-priġunieri kkundannati għall-mewt;

1.

Jilqa’ l-fatt li r-relazzjoni tal-UE mal-Ġappun hija bbażata fuq il-fatt li t-tnejn li huma għandhom għal qalbhom il-libertà, id-demokrazija, l-istat ta’ dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

2.

Jilqa’ l-fatt li ma seħħew l-ebda eżekuzzjonijiet fil-Ġappun minn Lulju 2010, u li ġie stabbilit grupp ta’ studju dwar il-piena tal-mewt fil-Ministeru tal-Ġustizzja fl-2010;

3.

Jistieden b’mod urġenti lill-Ministru tal-Ġustizzja, Toshio Ogawa, biex ma japprovax ordnijiet ta’ eżekuzzjoni fil-futur u jappoġġa l-ħidma tal-grupp ta’ studju;

4.

Jistieden lill-Ġappun jikkonferma l-isforzi tiegħu biex jirritorna għall-moratorja de facto li kienet fis-seħħ minn Novembru 1989 sa Marzu 1993 u biex jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet pubbliċi, lill-Membri tal-Parlament, lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-midja jinvolvu ruħhom f’dibattitu nazzjonali dwar l-użu tal-piena kapitali fil-pajjiż;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Kummissarju tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll lill-Prim Ministru u l-Ministru tal-Ġustizzja tal-Ġappun u lid-Diet Ġappuniż.


(1)  ĠU C 219 E, 28.8.2008, p. 306.

(2)  ĠU C 261 E, 30.10.2003, p. 597.

(3)  ĠU C 371 E, 20.12.2011, p. 5.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012

30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/66


L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012
Emenda tal-Artikolu 48(2) tar-Regolament tal-Parlament dwar ir-rapporti fuq inizjattiva proprja

P7_TA(2012)0045

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar l-emenda għall-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar ir-rapporti fuq inizjattiva proprja (2011/2168(REG))

2013/C 249 E/19

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-7 ta' April 2011 dwar ir-rapporti fuq inizjattiva proprja,

wara li kkunsidra l-ittra tas-26 ta’ April 2011 mill-President tal-Parlament Ewropew lill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0399/2011),

1.

Jinnota d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-7 ta' April 2011 li tiddikjara li r-rapporti fuq inizjattiva proprja mfassla abbażi tar-rapporti annwali u tar-rapporti ta' monitoraġġ elenkati fl-Annessi 1 u 2 għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 kif stipulat fl-Anness XVIII għar-Regoli ta' Proċedura tiegħu (“Deċiżjoni tal-2002”) għandhom jitqiesu bħala rapporti strateġiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 48(2), u jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali biex jinkorpora din id-deċiżjoni fl-Anness XVIII;

2.

Hu tal-fehma li l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-2002 issa m'għadux japplika, b'riżultat tad-deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl tal-Istatut għall-Membri (1), u jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jadattaw l-Anness XVIII;

3.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

4.

Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

TEST FIS-SEĦĦ

EMENDA

Emenda 6/rev

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 48 – paragrafu 2

2.   Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li jkunu f' rapporti fuq inizjattiva proprja għandhom jiġu eżaminati mill-Parlament skond il-proċedura bi preżentazzjoni qasira stipulata fl-Artikolu 139. Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu ammissibbli biss biex jitqiesu fil-plenarja jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda mir-rapporteur biex jitqies tagħrif ġdid jew minn mhux inqas minn wieħed minn kull għaxra tal-Membri tal-Parlament. Il-gruppi politiċi jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet alternattivi skond l-Artikolu 157(4). Dan il-paragrafu m'għandux japplika fejn is-suġġett tar-rapport jikkwalifika għal dibattitu ta' prijorità fil-plenarja, fejn ir-rapport jitfassal skond id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikoli 41 jew 42, jew fejn ir-rapport jista' jitqies bħala rapport strateġiku skond il-kriterji stipulati mill-Konferenza tal-Presidenti .

2.   Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li jkunu f'rapporti fuq inizjattiva proprja għandhom jiġu eżaminati mill-Parlament skont il-proċedura bi preżentazzjoni qasira stipulata fl-Artikolu 139. Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoni bħal dawn għandhom ikunu ammissibbli biss biex jitqiesu fil-plenarja jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda mir-rapporteur biex jitqies tagħrif ġdid jew minn mhux inqas minn wieħed minn kull għaxra tal-Membri tal-Parlament. Il-gruppi politiċi jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjonijiet għal riżoluzzjoni alternattivi skont l-Artikolu 157(4). L-Artikoli 163 u 167 għandhom japplikaw għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-kumitat u għall-emendi li din tkun suġġetta għalihom. L-Artikolu 167 għandu japplika wkoll għall-votazzjoni unika fuq mozzjonijiet għal riżoluzzjoni alternattivi.

 

L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika fejn is-suġġett tar-rapport jikkwalifika għal dibattitu ta' prijorità fil-plenarja, fejn ir-rapport jitfassal skont id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikoli 41 jew 42, jew fejn ir-rapport ikun ġie awtorizzat bħala rapport strateġiku.


(1)  ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 106.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012

30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/68


It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012
L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ***I

P7_TA(2012)0032

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija (COM(2011)0288 – C7-0136/2011 – 2011/0135(COD))

2013/C 249 E/20

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0288),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 u 118(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0136/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Settembru 2011 (1),

wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill b’ittra tal-21 ta’ Diċembru 2011 biex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0003/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari kif tinstab hawnhekk;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 376, 22.12.2011, p. 62.


It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012
P7_TC1-COD(2011)0135

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropewq adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b’kompiti relatati mal-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Ksur tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 386/2012.)


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/69


It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012
L-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji ***I

P7_TA(2012)0033

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji (COM(2011)0079 – C7-0059/2011 – 2011/0038(COD))

2013/C 249 E/21

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0079),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0059/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Ġunju 2011 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tas-6 ta' Mejju 2011 (2),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tas-27 ta' Jannar 2012 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0022/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 248, 25.8.2011, p. 118.

(2)  ĠU C 220, 26.7.2011, p. 1.


It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012
P7_TC1-COD(2011)0038

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE u d-Direttivi 2005/56/KE u 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2012/17/UE.)


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/70


It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012
Protokoll UE-Ginea Bissaw dwar l-opportunitajiet tas-sajd ***

P7_TA(2012)0034

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (15178/2011 – C7-0003/2012 – 2011/0257(NLE))

2013/C 249 E/22

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (15178/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (15179/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0003/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0017/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi lill-Parlament il-minuti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt li jipprovdi għalihom l-Artikolu 10 tal-Ftehim, kif ukoll l-ipprogrammar annwali li jipprovdu għalih l-Artikoli 3 u 9 tal-Protokoll il-ġdid u r-rapport annwali korrispondenti; jistieden lill-Kummissjoni taġevola l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt; jistieden lill-Kummissjoni tressaq quddiem il-Parlament u quddiem il-Kunsill, qabel ma jiskadi l-Protokoll il-ġdid, rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tiegħu, mingħajr ma jiġu imposti restrizzjonijiet bla bżonn fuq l-aċċess għal dak id-dokument;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fil-kuntest tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, iżommu lill-Parlament mgħarraf immedjatament u b’kollox, fl-istadji kollha tal-proċeduri relatati mal-Protokoll il-ġdid u t-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/71


It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012
Il-parteċipazzjoni tal-Marokk fil-programmi tal-Unjoni ***

P7_TA(2012)0035

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fil-programmi tal-Unjoni (12712/2010 – C7-0430/2010 – 2010/0125(NLE))

2013/C 249 E/23

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12712/2010),

wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Renju tal-Marokk fil-programmi tal-Unjoni (12711/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6)(a) u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0430/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81 u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0016/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/72


It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012
It-tilqima kontra l-bluetongue ***II

P7_TA(2012)0036

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Directive 2000/75/KE fir-rigward tat-tilqima kontra l-bluetongue (16696/1/2011 – C7-0011/2012 – 2010/0326(COD))

2013/C 249 E/24

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16696/1/2011 – C7-0011/2012),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Marzu 2011 (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0666),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0031/2012),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat b’konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Europea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 92.

(2)  Testi adottati 7.4.2011, P7_TA(2011)0147.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/73


It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012
Rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro ***I

P7_TA(2012)0037

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (COM(2010)0775 – C7-0434/2010 – 2010/0373(COD))

2013/C 249 E/25

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0775),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0434/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' April 2011 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2011 (2),

wara li kkunsidra l-impenn mogħti mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz ta' ittra tal-20 ta' Diċembru 2011 sabiex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A7-0292/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 155, 25.5.2011, p. 1.

(2)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 74.


It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012
P7_TC1-COD(2010)0373

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE)…/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 260/2012.)


It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012
Anness għar-riżoluzzjoni leġiżlattiva

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-governanza SEPA

Sabiex il-migrazzjoni SEPA tipproċedi mingħajr intoppi u sabiex il-proġett SEPA jikseb il-potenzjal tiegħu kollu, huwa vitali li l-istakeholders kollha u b'mod speċjali l-utenti, inklużi l-konsumaturi, ikunu involuti mill-qrib u jkunu jistgħu jwettqu rwol sħiħ. Filwaqt li t-twaqqif tal-Kunsill SEPA jirrappreżenta titjib sinifikattiv għall-governanza tal-proġett SEPA, sal-lum il-migrazzjoni SEPA kienet żviluppata sostanzjalment min-naħa tal-fornitura u b’mod partikolari mill-banek Ewropej taħt l-eġida tal-Kunsill Ewropew tal-Pagamenti (EPC). Għalhekk, matul ir-rieżami tal-funzjonament tal-Kunsill SEPA fl-2012, il-Kummissjoni se tqis il-governanza tal-proġett kollu SEPA u, b’mod partikolari, dwar kif jistgħu jitqiesu l-konsumatur, l-impriżi żgħar u medji, il-bejjiegħa bl-imnut u interessi ta’ utenti oħrajn. Il-Kummissjoni se tirrieżamina, fost oħrajn, il-kompożizzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-Pagamenti (EPC), l-interazzjoni bejn l-EPC u struttura globali ta' governanza, bħall-Kunsill tal-EPA, u r-rwol ta' din l-istuttura globali. Jekk il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tikkonferma l-ħtieġa għal aktar inizjattivi għat-titjib tal-Governanza tas-SEPA, il-Kummissjoni tqis li tagħmel aktar proposti.

Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rieżami tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Ħlas

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi kompletament li sabiex jiġi żgurat appoġġ pubbliku wiesa’ għas-SEPA, huwa essenzjali li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni għal min iħallas, b'mod partikolari għal tranżazzjonijiet ta' debitu dirett. Il-Kummissjoni tinnota li l-lum bosta konsumaturi jgawdu jedd inkondizzjonat ta’ rifużjoni skont l-iskemi nazzjonali rispettivi ta’ debitu dirett. Tinnota wkoll li l-unika skema pan-Ewropea eżistenti ta’ debitu dirett għall-konsumaturi tiddisponi għal jedd inkondizzjonat ta’ rifużjoni għal pagamenti awtorizzati matul perijodu ta’ tmien ġimgħat. Dawk il-jedd ta’ rifużjoni huwa usa’ mill-minimu rikjest skont id-Direttiva għall-Servizzi tal-Ħlas (Directive 2007/64/EC). Għalhekk, meqjusa n-neċessità li jkun żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur u meqjusa l-qagħda prevalenti tas-suq fl-Unjoni u l-kotenzjoni tal-Parlament Ewropew, espressa fid-dibattitu politiku dwar is-SEPA, għal titjib fil-jedd tar-rifużjoni, il-Kummissjoni se tinkludi reviżjoni tal-jeddijiet eżistenti tar-rifużjoni tad-debitu dirett fl-Unjoni fil-limiti tal-kamp ta' applikazzjoni tar-rapport tagħha skont l-Artikolu 87 ta’ dik id-Direttiva. Il-Kummissjoni se tippreżenta dak ir-rapport mhux aktar tard mill-1 ta’ Novembru 2012 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Bank Ċentrali Ewropew. Jekk ir-rapport tal-Kummissjoni skont it-termini tal-Artikolu 87 tad-Direttiva għas-Servizzi tal-Ħlas jikkonferma l-ħtieġa għar-reviżjoni ta’ dik id-Direttiva, b’mod partikolari għar-rigward tal-kriterji tal-jeddijiet għar-rifużjoni, il-Kummissjoni tqis li tagħmel il-proposti.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-atti delegati

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Artikolu 290 TFUE għandu jkun interpetat li jfisser li hu awtonomu fit-tħejjija u l-adozzjoni tal-atti delegati. Il-premessa standard dwar il-parir espert fil-Ftehim Komuni miftiehem bejn it-tliet istituzzjonijiet hija rifless ta’ dik l-interpretazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk jiddispjaċih li l-premessa 22 ta’ dan ir-Regolament tiddevja mill-Ftehim Komuni.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/75


It-Tlieta 14 ta’ Frar 2012
Ħatra ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Is-Sur Baudilio TOMÉ MUGURUZA/ES

P7_TA(2012)0038

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-ħatra proposta ta' Baudilio Tomé Muguruza bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C7-0015/2012 – 2012/0801(NLE))

2013/C 249 E/26

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0015/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 108 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0036/2012),

A.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

B.

billi waqt il-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Frar 2012, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit sema’ lill-kandidat propost mill-Kunsill għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta mill-Kunsill għall-ħatra ta' Baudilio Tomé Muguruza bħala Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet ta’ verifika tal-Istati Membri.


L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012

30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/76


L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012
L-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera u l-acquis ta' Schengen ***

P7_TA(2012)0040

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-parteċipazzjoni ta’ dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tas-setgħat eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (07763/2010 – C7-0272/2011 – 2009/0168(NLE))

2013/C 249 E/27

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07763/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward il-partiċipazzjoni minn dawk l-Istati fix-xogħol tal-kumitati li jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tas-setgħat eżekuttivi tagħha fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (07763/2010) u l-corrigendum tal-Artikolu 5(1), nota tal-qiegħ 1 tal-Arranġament (13573/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill b'konformità mal-Artikoli 74, 77, 79 u punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0272/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0013/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Arranġament;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Islanda, il-Prinċipat tal-Liechtenstein, ir-Renju tan-Norveġja u l-Konfederazzjoni Svizzera.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/76


L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012
Il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi *

P7_TA(2012)0041

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politiki tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (COM(2011)0813 – C7-0500/2011 – 2011/0390(CNS))

2013/C 249 E/28

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0813),

wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0500/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 46(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0011/2012),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/77


L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012
Tqassim tal-ikel lill-ifqar nies fil-Komunità ***II

P7_TA(2012)0042

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tat-tqassim tal-ikel lill-ifqar nies fil-Komunità (18733/1/2011 – C7-0022/2012 – 2008/0183(COD))

2013/C 249 E/29

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (18733/1/2011 – C7-0022/2012),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Daniż, il-Parlament Svediż u l-House of Lords tar-Renju Unit, li jaffermaw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2011 (1) u tat-8 ta' Diċembru 2011 (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-27 ta' Jannar 2011 (3),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2009 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar il-konsegwenzi tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fuq il-proċeduri interistituzzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għadejjin bħalissa (COM(2009)0665) - “omnibus”) (5),

wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni li ġew emendati (COM(2010)0486 u COM(2011)0634),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0032/2012),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 84, 17.3.2011, p. 49.

(2)  Għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU C 104, 2.4.2011, p. 44.

(4)  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 258.

(5)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 1.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/78


L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012
Politika tal-ispettru tar-radju ***II

P7_TA(2012)0043

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (16226/1/2011 – C7-0012/2012 – 2010/0252(COD))

2013/C 249 E/30

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (16226/1/2011 – C7-0012/2012),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0471),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0019/2012),

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.

Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 53.

(2)  Testi adottati tal-11.5.2011, P7_TA(2011)0220.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/79


L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012
Ir-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ***I

P7_TA(2012)0044

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (COM(2010)0728 – C7-0408/2010 – 2010/0362(COD))

2013/C 249 E/31

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0728),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 42 and Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0408/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mid-Diet Pollakk, li tasserixxi li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta' Mejju 2011 (1),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Diċembru 2011, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0262/2011),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 110.


L-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012
P7_TC1-COD(2010)0362

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Frar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tar-relazzjonijiet kuntrattwali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 261/2012.)


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012

30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/81


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti ***I

P7_TA(2012)0049

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (tfassil mill-ġdid) (COM(2010)0368 – C7-0177/2010 – 2010/0207(COD))

2013/C 249 E/32

(Proċedura leġislattiva ordinarja – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0368),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0177/2010),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Daniż, mill-Bundestag Ġermaniż, il-Budesrat Ġermaniż u l-Parlament Svediż, li jaffermaw li l-abbozz ta' att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-16 ta' Frar 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu strutturat tat-teknika ta’ kitba mill-ġdid tal-atti legali (2),

wara li kkunsidra l-ittra tal-24 ta’ Frar 2011 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 87, 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0225/2011),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sostantiv ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawn l-emendi, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil fis-sustanza,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 99, 31.3.2011, p.1.

(2)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
P7_TC1-COD(2010)0207

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Frar 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (Tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Għandhom isiru għadd ta' bidliet sostanzjali fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/19/KE tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (3). Fl-interess taċ-ċarezza, dik id-Direttiva għandha tiġi mfassla mill-ġdid.

(2)

Sabiex ikun aktar faċli li jinbeda u jkun eżerċitat in-negozju ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, huwa meħtieġ li jkunu eliminati d-differenzi bejn il-liġijiet tal-Istati Membri li jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet fis-swieq f'dak li għandu x'jaqsam mar-regoli tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti li għalihom dawn l-istituzzjoni huma soġġetti. [Em. 1]

(2a)

Sabiex jiġu evitati pretensjonijiet futuri fuq l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, l-attenzjoni għandha tiffoka fuq azzjoni u superviżjoni preventivi, li jiżguraw valutazzjoni koordinata u trasparenti ta’ mudelli ta’ negozju ta’ atturi ġodda u eżistenti, ibbażata fuq approċċ komuni maqbul bejn l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill  (4) (ABE) u l-awtoritajiet kompetenti, li potenzjalment jirriżultaw f’rekwiżiti superviżorji addizzjonali, limitazzjonijiet tal-attivitajiet, bidliet mandatorji tal-mudell tan-negozju, jew saħansitra l-esklużjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu li jieħdu riskji irresponsabbli. [Em. 2]

(3)

Din id-Direttiva tikkostitwixxi strument essenzjali għall-ħolqien tas-Suq Intern f'dak li jirrigwarda kemm il-libertà ta' stabbiliment u wkoll il-libertà li jkunu pprovduti servizzi finanzjarji, fil-qasam tal-istituzzjonijiet ta' kreditu, filwaqt li tiżdied l-istabbiltà tas-sistema bankarja u tal-protezjoni tad-depożitarji. Rigward l-ispejjeż tal-falliment ta' istituzzjoni tal-kreditu fuq l-ekonomija in ġenerali u l-effetti negattivi tiegħu fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-fiduċja tad-depożitanti, wieħed għandu jipprovdi billi mhux biss jaħseb għar-rimborż tad-depożitanti iżda wkoll biex tinħoloq biżżejjed flessibilità sabiex l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jimplimentaw miżuri ta' prevenzjoni u appoġġ. Peress li f'dan il-każ l-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati infushom ikopru l-ispejjeż ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti, jeżistu inċentivi adegwati sabiex jiġu identifikati problemi fl-istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati fi stadju bikri u biex jiġu evitati każijiet pendenti ta' garanzija permezz ta' miżuri adegwati bħal kundizzjonijiet li jikkonċernaw ir-ristrutturazzjoni. B'hekk Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti, li jistgħu jieħdu wkoll azzjoni preventiva, jikkonstitwixxu suppliment importanti għall-azzjoni mill-awtoritajiet superviżorji fis-superviżjoni ta' kuljum u fil-kuntest tal-istralċ ordinat tal-istituzzjonijiet tal-kreditu. Miżuri ta' appoġġ provduti minn Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom, madankollu, dejjem ikunu suġġetti għal kundizzjonijiet, u l-azzjonijiet tagħhom għandhom dejjem ikunu konformi mal-liġi tal-kompetizzjoni. [Em. 3]

(3a)

Inċentivi adegwati għal interventi effikaċi tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jeżistu partikolarment fejn ikun hemm il-korrispondenza massima possibbli bejn il-kamp tal-kompetenza tagħhom u l-kuntest fejn isiru l-ispejjeż tal-falliment ta' istituzzjoni tal-kreditu. Sabiex jieħdu in kunsiderazzjoni l-integrazzjoni dejjem tikber tas-suq intern, b'hekk, għandu jkun possibbli li jkun hemm fużjoni bejn l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti ta' Stati Membri differenti jew li jiġu kreati skemi transkonfinali differenti fuq bażi volontarja. Prekondizzjoni għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti għandha tkun stabbiltà suffiċjenti u kompożizzjoni bilanċjata ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti ġodda u eżistenti. Għandhom jiġu evitati effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja, pereżempju f'każ ta' fużjonijiet ta' diversi entitajiet tal-kreditu b'riskju għoli, li, kieku kienu jippreżentaw biss riskju medju fi ħdan l-iskema ta' Garanzija tad-Depożiti tagħhom, filwaqt li jitnaqqsu kontribuzzjonijiet minn Skemi eżistenti ta’ Garanzija tad-Depożiti. [Em. 4]

(4)

Id-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti fir-rigward tal-livell ta’ kopertura u tad-dewmien tal-iżborż (5) ħtieġet lill-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, li tressaq proposti biex temenda d-Direttiva 94/19/KE. Dan jinvolvi l-armonizzazzjoni tal-mekkaniżmi tal-iffinanzjar tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, mudelli possibbli għall-introduzzjoni ta' kontirbuzzjonijiet abbażi tar-riskji, il-benefiċċji u l-kostijiet ta' introduzzjoni possibbli ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti mal-Unjoni kollha, l-impatt ta' leġislazzjonijiet diverġenti fir-rigward tal-kalkolu tal-valur nett u l-kontropretensjonijiet, fuq l-effiċjenza tas-sistema, l-armonizzazzjoni tal-ambitu tal-prodotti u d-depożitanti koperti.

(5)

Id-Direttiva 94/19/KE kienet ibbażata fuq il-prinċipju armonizzazzjoni minima. Konsegwentament, fl-Unjoni ġew stabbiliti attwalment hemm diversità ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti b'karatteristiċi differenti ħafna. Dan ikkawża distorsjoni fis-suq tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u llimita l-benefiċċji tas-Suq Intern għad-depożituri. Riżultat tal-formulazzjoni tar-rekwiżiti komuni applikabbli għal Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti fl-Unjoni, inter alia rigward depożiti koperti, il-livell tal-kopertura, il-livell ta' mira, il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-użu ta' fondi u l-arranġamenti għal ripagamenti, id-depożitaturi jiġi garantit livell protettiv uniformi fl-Unjoni filwaqt li tiġi żgurata l-istess stabbiltà tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. Fl-istess ħin, l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti komuni għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti hija tal-akbar importanza sabiex tiġi eliminata d-distorsjoni fis-suq. B'hekk din id-Direttiva tikkontribwixxi sabiex is-suq intern ikun komplut . [Em. 5]

(6)

Din id-Direttiva għandha tippermetti kundizzjonijiet ugwali bejn l-istituzzjonijiet tal-kreditu, tippermetti lid-depożituri jifhmu faċilment il-karatteristiċi tal-Iskemi sservi biex tinforma lid-depożitanti dwar il-prodotti finanzjarji koperti u mhux koperti u biex tiżgura li tiġi fornita informazzjoni dwar kif jiffunzjonaw l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti . u tiffaċilita pagament lura malajr lid-depożitanti permezz ta' Il-possibilità ta’ prevenzjoni ta' falliment ta' entità tal-kreditu permezz ta' miżuri adegwati adottati mill-Iskema tal-Garanzija tad-Depożitu, għandha tipproteġi l-fiduċja fl-istabbiltà finanzjarja u għandha tkun fl-interess ta' depożitanti privati, awtoritajiet lokali li għandhom bżonn ta' protezzjoni u fuq kollox l-impriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs). B'hekk tista' tiġi evitata l-maġġorparti tal-konsegwenzi negattivi tal- insolvenza ta' entità ta’ kreditu bħal qtugħ f’daqqa fir-relazzjoni mal-bank. Jekk ħlas ikun dovut minħabba każ ta’ garanzija, din id-Direttiva għandha tassigura rimborż rapidu lid-depożitaturi permezz ta' Skemi solidi u kredibbli ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti sodi u kredibbli fl-interess tal-istabbiltà finanazjarja. Għalhekk, il-protezzjoni tad-depożiti għandha tkun armonizzata u ssimplifikata sal-massimu possibbli..[Em. 6]

(7)

Fil-każ ta’ xoljiment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu insolventi d-depożitanti fi kwalunkwe fergħa li tkun tinsab fi Stat Membru apparti minn dak li fih l-istituzzjoni ta’ kreditu jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha għandhom ikunu protetti bl-istess skema ta’ garanzija bħad-depożitanti l-oħra tal-istituzzjoni.

(8)

Fi prinċipju, din id-Direttiva teħtieġ li kull istituzzjoni ta’ kreditu tissieħeb fi skema ta’ garanzija tad-depożiti Stat Membru li jilqa' fergħat ta' istituzzjoni tal-kreditu li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f'pajjiż terz għandu jiddeċiedi kif japplika din id-Direttiva fir-rigward ta' dawk il-fergħat u għandu jieħu kont tal-ħtieġa li jiġu protetti d-depożitanti u li tinżamm l-integrità tas-sistema finanzjarja. Huwa essenzjali li d-depożitanti f’dawk il-fergħat ikunu kompletament konxji bl-arranġamenti ta’ garanzija li jaffetwawhom.

(9)

Għalhekk, fil-prinċipju, l-istituzzjonijiet tal-kreditu kollha għandhom ikunu membri ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti, għandu jkun irrikonoxxut li hemm sistemi li jipproteġu lill-istituzzjoni tal-kreditu stess (Skemi tal-Protezzjoni tal-Istituti ) u, partikolarment, jiżguraw il-likwidità u s-solvenza tagħha. Dawn l-iskemi jiggarantixxu protezzjoni lid-depożitanti lil hinn dik ipprovduta minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti. Jekk dawn l-iskemi huma differenti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, ir-rwol addizzjonali ta' salvagwardja tagħhom għandu jitqies meta jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet tal-membri fl-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. Il-livell armonizzat ta' kopertura ma għandux jaffettwa skemi li jipproteġu l-istituzzjoni tal-kreditu stess sakemm ma jħallsux lura lid-depożitanti. Id-depożitanti għandhom ikollhom pretensjoni fuq l-iskemi kollha, partikorlament jekk il-protezzjoni mill-Iskema ta' Garanzija Reċiproka ma tistax tkun żgurata. L-ebda skema jew sistema ma għandha għalhekk tiġi eskluża minn din id-Direttiva. [Em. 7]

(9a)

Kull istituzzjoni ta’ kreditu għandha tagħmel parti mill-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti rikonoxxuta skont din id-Direttiva, biex b’hekk jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u kundizzjonijiet indaqs bejn l-istituzzjonijiet tal-kreditu kif ukoll tiġi evitata l-kompetizzjoni regolatorja. Skema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha tkun tista’ tipprovdi dik il-protezzjoni f’kwaunkwe ħin. [Em. 8]

(9b)

Il-funzjoni ewlenija ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti hija li tipproteġi d-depożitanti kontra l-konsegwenzi tal-insolvenza ta' istituzzjoni tal-kreditu. Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu jistgħu jipprovdu din il-protezzjoni b'diversi modi. Fuq naħa waħda tal-ispettru tal-attivitajiet ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu possibbli skemi b'funzjoni ta' rimborż ('paybox') biss. [Em. 9]

(9c)

Madanakollu, għandu jkun possibbli wkoll, li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jmorru lil hinn minn funzjoni ta' rimborż biss billi jitolbu lil istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati biex jipprovdu informazzjoni addizzjonali u, fuq dik il-bażi, jibnu sistemi ta' twissija minn kmieni. B'dan il-mod, kontribuzzjonijiet dipendenti fuq ir-riskju jistgħu jiġu aġġustati fi stadju bikri jew jistgħu jiġu proposti miżuri preventivi kontra riskji magħrufa. Fl-eventwalità ta' żbilanċi imminienti, l-operaturi ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar miżuri ta' appoġġ jew li jużaw ir-riżorsi tagħhom biex jappoġġaw l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu problematiċi ħalli jevitaw l-ispejjeż ta' rimborż tad-depożitaturi u l-impatti negattivi l-oħra tal-insolvenza. [Em. 10]

(9d)

Man-naħa l-oħra tal-firxa tal-attivitajiet, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, għandhom jkunu jistgħu jieħdu l-forma ta'skemi ta' protezzjoni istituzzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 relatati mal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu  (6). L-iskemi tal-protezzjoni istituzzjonali jipproteġu l-istituzzjoni tal-kreditu innifisha, partikolarment billi jassiguraw il-likwidità u s-solvenza tagħha. Dawn għandhom jiġu rikonoxxuti bħala Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti mill-awtorità responsabbli jekk jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 80(8) tad- Direttiva 2006/48/KE u minn din id-Direttiva. Permezz ta' dawn il-kriterji jiġi partikolarment assigurat li, bħal fl-iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, dejjem ikun hemm biżżejjed mezzi disponibbli f'każ ta' ripagament potenzjali. [Em. 11]

(10)

L-iskemi tal-protezzjoni tal-instituzzjonijiet huma ddefiniti fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 fir-rigward tal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' istituzzjonijiet tal-kreditu (riformulazzjoni) [traduzzjoni mhux uffiċjali] (7) u jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti mill-awtoritajiet kompetenti jekk jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati f'dak l-Artikolu u f'din id-Direttiva. [Em. 12]

(11)

Fil-kriżi finanzjarja riċenti, żidiet mhux koordinati fil-livelli tal-koperta madwar l-Unjoni wasslu biex f'xi każijiet id-depożitanti jieħdu l-flus f'banek f'pajjiżi fejn il-garanziji tad-depożiti kienu ogħla. Tali żidiet mhux ko-ordinati xorbu l-likwidità mill-banek fi żminijiet ta' diffikultà. Fi żminijiet ta' stabbiltà, huwa possibli li livelli differenti ta' kopertura jistgħu jwasslu biex id-depożitanti jagħżlu l-ogħla protezzjoni tad-depożiti minflokk l-aktar prodott depożitarju adattat xieraq għalihom . Huwa possibli li tali żidiet mhux ko-ordinati jwaslu għal distorsjoni fil-kompetittività fis-Suq Intern. Huwa għalhekk neċessarju li jiġi żgurat livell ta' armonizzazzjoni tal-protezjoni tad-depożiti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti rikonoxxuti kollha kull fejn jinsabu d-depożiti fl-Unjoni. Madankollu, għandu jkun possibli li jiġu koperti f'livell ogħla iżda għal żmien limitat, ċerti prodotti marbuta mas-sitwazzjoni personali tad-depożitanti. [Em. 13]

(11a)

Matul il-kriżi finanzjarja, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti eżistenti wrew li ma setgħux jagħmlu tajjeb għat-telf kollu b’mod li jipproteġu lid-depożitanti. Huwa għalhekk neċessarjui li l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jammontaw sa ċertu livell mira u li jkunu jistgħu jinġabru kontribuzzjonijiet straordinarji. Fejn meħtieġ, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta’ finanzjar alternattivi u adegwati sabiex jippermettulhom jiksbu fondi għal medda ta' żmien qasir ħalli jissodisfaw il-pretensjonijiet li jsiru fuqhom. [Em. 14]

(12)

għad-depożitanti kollha L-istess intitolament legali rigward l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti , għandu japplika L-istess livell ta’ kopertura għad-depożitanti f' konformita' mal-livell ta' kopertura stabbilit f'din id-Direttiva , irrispettivament minn jekk il-munita tal-Istat Membru hijiex l-euro jew leu irrispettivament minn jekk bank hux membru ta' sistema li tipproteġi lill-istituzzjoni tal-kreditu stess. L-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro għandhom ikunu jistgħu jaġġustaw l-ammonti li jirriżultaw minn din il-konverżjoni għall-eqreb numru sħiħ mingħajr ma jikkompromettu l-protezzjoni. [Em. 15]

(13)

Minn naħa waħda, il-livell ta’ kopertura preskritt f’din id-Direttiva m’għandux iħalli proporzjon kbir ta’ depożiti mingħajr protezzjoni fl-interessi kemm tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-istabbilità tas-sistema finanzjarja; minn-naħa l-oħra, l-ispiża għal fondi ta’ din l-iskema tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandha tkun ikkunsidrata. Għalhekk jidher raġjonevoli li jkun eżiġit livell ta’ kopertura armonizzata fil-livell ta' EUR 100 000.

(14)

Din id-Direttiva żżom il-prinċipju ta’ limitu armonizzat għal kull depożitant aktar milli għal kull depożitu. Għalhekk huwa xieraq li tittieħed konsiderazzjoni tad-depożiti magħmula minn depożitanti li jew mhumiex imsemmija bħala dententuri ta' kont jew li mhumiex dententuri uniċi ta’ kont; il-limitu għandu għalhekk jiġi applikat għal kull depożitant identifikabbli. Il-prinċipju li i-limitu għandu jiġi applikat għal kull depożitant identifikabbli m’għandux ikun applikabbli għall-impriżi tal-investimenti kollettivi suġġetti għal regoli speċjali ta’ protezzjoni li mhumiex applikabbli għal tali -depożiti.

(15)

L-Istati Membri ma għandhomx jinżammu milli jistabbilixxu sistemi li jipproteġu l-pensjonijiet inġenerali, li għandhom joperaw separatament għandhom ukoll jiżguraw li depożiti li jirriżultaw minn ċerti tranżazzjonijiet ikunu kompletament koperti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għal perjodu stabbilit . Tali depożiti jinkludu L-Istati Membri ma għandhomx jinżammu milli jipproteġu ċerti depożiti konnessi mal-akkwist jew bejgħ ta' proprjeta' residenzjali privata. Dan għandu japplika wkoll għal depożiti li huma protetti għal ċertu raġunijiet soċjali jew b'rabta definiti fil-liġi nazzjonali u dawk li huma konnessi mal- tranżazzjonijiet immobiljari għal finijiet ta' reżidenza privata avvenimenti taċ-ċiklu tal-ħajjai bħat-twelid, żwieġ, divorzju u b’mod partikolari l-għotjiet għall-anzjani jew li jirriżultaw minn ċerti benefiċċji jew kumpens tal-assikurazzjoni . Fil-każijiet kollha, għandhom jiġu osservati r-regoli dwar l-għajnuna mill-istat. [Em. 16]

(16)

Huwa neċessarju li jkunu armonizzati skemi finanzjarji li jiggarantixxu depożiti jew lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu nnifishom. Min-naħa l-waħda, li l-ispiża tal-finanzjament ta’ dawn l-iskemi trid tintrefa'prinċipalment , fil-prinċipju, mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu nnifishom, u min-naħa l-oħra, li l-kapaċità finanzjarja ta’ dawn l-iskemi għandha tkun proporzjonata mal-obbligazzjonijiet tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li d-depożitanti l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti fl-Istati Membri kollha jgawdu juru livell għoli simili ta' protezzjoni u l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jsellfu flus lil xulxin fil-każ biss li jkunu saru sforzi sustanzjali ta' finanzjament mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti konċernata, il-finanzjament tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandu jiġi armonizzat f'livell għoli. Dan madankollu ma għandux ifixkel l-istabbiltà tas-sistema bankarja tal-Istat Membru konċernat. stabbiltà, għandu jiġi stipulat għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kollha livell mira uniformi prestabbilit f' termini finanzjarji. [Em. 17]

(17)

Sabiex il-protezzjoni tad-depożiti tiġi limitata safejn neċessarju ħalli tkun żgurata ċ-ċarezza legali u t-trasparenza għad-depożitanti u biex jiġi evitat li r-riskji tal-investiment jiġu ttrasferiti fuq l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, ċerti prodotti finanzjarji b'karattru ta' investiment għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-kopertura, partikolarment dawk li mhumiex ripagabbli in par u dawk li jkunu reġistrati fuq id-detentur u mhux fuq isem ta’ persuna. .[Em. 37]

(18)

Ċerti depożitanti ma għandhomx ikunu eleġibbli għall-protezzjoni tad-depożiti, partikolarment l-awtoritajiet pubbliċi jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra. L-għadd limitat tagħhom meta mqabbel mad-depożitanti l-oħra kollha jimminimizza l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja fil-każ li jfalli bank. Barra minn dan l-awtoritajiet għandhom aċċess ħafna aktar faċli għall-kreditu milli għandhom iċ-ċittadini. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożiti tal-awtoritajiet lokali li għandhom bżonn ta’ protezzjoni jkunu koperti wkoll. In-negozji mhux finanzjarji għandhom fil-prinċipju jkunu koperti, irrispettivament mid-daqs tagħhom. [Em. 18]

(19)

Id-depożitanti li l-attivitajiet tagħhom jinkludu l-ħasil tal-flus fit-tifsira tat-tielet inċiż tal-Artikolu 1(2) u (3) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (8) għandhom jiġu esklużi mill-pagamenti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti.

(20)

L-ispiża għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jipparteċipaw f'Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti ma għandu l-ebda relazzjoni mal-ispiża li tirriżulta minn ġbir massiv ta’ depożiti fil-bank mhux biss mill-istituzzjoni ta’ kreditu f’diffikultajiet imma wkoll mill-instituzzjonijiet b’saħħithom, wara li jkun hemm telf ta’ fiduċja tad-depożitanti fis-sodizza tas-sistema bankarja.

(21)

Huwa neċessarju li l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jammontaw sa ċertu livell mira u li jkunu jistgħu jinġabru kontribuzzjonijiet straordinarji. Fejn meħtieġ, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta' finanzjar alternattivi u adegwati sabiex jippermettulhom jiksbu fondi f'qasir żmien ħalli jissodisfaw il-pretensjonijiet li jsuru fuqhom.

(22)

Il-mezzi SGDs għandu jkollhom mezzi finanzjarji biżżejjed biex jitħallsu lura d-depożitanti f'każ tal-insolvenza 'ta' istituzzjoni tal-kreditu. Fil-maġġoranza tal-każijiet, madankollu, għandhom jiġu applikati miżuri ta’ appoġġ biex jipprevjenu l-insolvenza ta’ istituzzjoni tal-kreditu minħabba li tali miżuri huma ħafna drabi aktar effettivi mir-rimbors tad-depożitanti, għall-fini tal-garanzija tad-depożiti, mir-rimborż. Minbarra dan, tali miżuri jistgħu jagħmluha possibbli li jiġu evitati iktar spejjeż u effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja u biex isaħħu l-fiduċja tad-depożitanti. Għalhekk, ir-riżorsi tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu jistgħu prinċipalment jintużaw ukoll għall-miżuri ta’ appoġġ . Miżuri ta’appoġġ għandhom dejjem jinkludu kundizzjonijiet li l-istituzzjoni li tirċievi l-għajnuna għandha tkun konformi magħhom. Madankollu, għandu jkun possibbli li tali miżuri biex jitħallsu lura d-depożitanti. Huma jistgħu, madankollu, jintużaw ukoll b'rabta mal-istralċ ordinat biex jkun iffinanzjat it-trasferiment ta' depożiti għand istituzzjonijiet tal-kreditu oħra, sakemm l-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għalhekk m’għandhomx jaqbżu ma jaqbżux l-ammont ta' depoziti koperti fl-istitut tal-kreditu konċernat. Jistgħu wkoll sa ċertu punt, kif iċċirkoskrit fid-Direttiva, jintużaw biex tiġi ffinanzjata l-privenzjoni ta' fallimenti ta' banek. Dawn il-miżuri għandhom ikunu konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Dan huwa bla Dawn l-għażliet għall-azzjoni tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-politika futura tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' fondi ta' risoluzzjoni mill-banek nazzjonali. [Em. 19]

(22a)

Għandu jkun possibli li l-fondi tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jintużaw biex jiffinanzjaw il-kontinwità tat-tħaddim tal-kont fir-rigward tas-sehem ta’ depożiti koperti ta’ istituzzjoni. [Em. 20]

(23)

It-tabella 1 tal-punt 14 tal-Anness I għad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-impriżi tal-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (tfassil mill-ġdid) (9) tpoġġi riskji fuq ċerti assi. Dik it-tabella għandha titqies sabiex jiġi żgurat li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jinvestu biss f'assi b'riskju baxx.

(24)

Il-kontribuzzjonijiet lil Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom iqisu l-grad ta' riskju li jieħdu l-membri tagħhom. Dan għandu jippermetti li l-profili tar-riskji tal-banek individwali, inklużi l-mudelli tan-negozju differenti tagħhom , jiġu riflessi u għandu jwassal għal kalkolu ġust tal-kontribuzzjonijiet u biex jingħataw inċentivi ħalli joperaw skont mudell ta' negozju inqas riskjuż. Għal dak il-għan, għandu jiġi stabbilit metodu standard għad-determinazzjoni u l-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. L-iżvilupp ta' sett mandatorju ta' indikaturi ewlenin li jkun mandatorju għall-Istati Membri kollha u sett ieħor fakultattiv u supplementari ta' indikaturi, ibbażati fuq approċċ komuni maqbul bejn l-ABE u l-awtoritajiet kompetenti , għandhom jintroduċu din l-armonizzazzjoni gradwalment. Madankollu, in-natura tar-riskji aċċettati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati tista’ tvarja skont iċ-ċirkustanzi tas-suq u l-attivitajiet tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Huwa għalhekk tajjeb li, minbarra l-metodu standard, l- jiġu permessi jużaw ukoll il-metodi alternattivi bbażati fuq ir-riskju tagħhom stess sakemm dawk il-metodi alternattivi bbażati fuq ir-riskju jkunu konformi mal-linji gwida li jkunu stabbiliti mill-Awtorità Bankarja Ewropea wara konsultazzjoni mal-Forum Ewropew ta' Assikuraturi tad-Depożitu (EFDI). Tali metodi alternattivi bbażati fuq ir-riskju jieħdu kont tal-profil tar-riskju ta' banek individwali, iwaslu għal kalkolu iktar preċiż tal-kontribuzzjonijiet, adattati għal ċirkostanzi fis-suq tal-Istati Membri, u jipprovdu inizjattivi għall-operazzjoni taħt mudell kummerċjali b'inqas riskji. Sabiex jittieħed kont ta' setturi ta' self b'riskju partikolarment baxx regolati taħt il-liġi nazzjonali, għandu jiġi provdut tnaqqis korrispondenti fil-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu. [Em. 21]

(24a)

Il-profittabbiltà, f’xi każijiet, intużat bħala indikatur ta’ tnaqqis tar-riskju għal primjums ibbażati fuq ir-riskju. Dan ma jqisx il-mudell tan-negozju ta’ mutwalitajiet li ma jfittxux li jagħmlu l-ogħla qligħ possibbli. Barra minn hekk, ix-xewqa biex jiżdied il-qligħ tista’ toħloq inċentiv pervers għall-adozzjoni ta’ strateġiji aktar riskjużi. Għandha tiġi kkunsidrata stampa olistika ta’ mudell ta’ negozju sod. [Em. 22]

(25)

Il-protezzjoni ta’ depożiti hija element essenzjali fit-twettieq tas-suq intern u supplement indispensabbli tas-sistema ta’ superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu minħabba s-solidarjetà li toħloq fost l-istituzzjonijiet kollha f’suq finanzjarju partikolari fil-każ ta’ falliment ta’ xi wieħed minnhom. Għalhekk, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu kapaċi jsellfu flus lil xulxin f'każ ta' bżonn.

(26)

Il-perijodu għall-ħlas lura ta' massimu ta' sitt ġimgħat mill-31 ta' Diċembru 2010, imur kontra l-ħtieġa li tinżamm il-fiduċja tad-depożitanti u ma jissodisfax il-ħtiġijiet tagħhom. Iż-żmien għall-ħlas lura għandu għalhekk jitnaqqas għal perjodu ta’ ġimgħa ta' ħamest ijiem ta' xogħol iżda mhux inqas minn ġimgħa . [Emendi. 23 u 150/rev]

(26a)

Iżda f'ħafna każijiet, għadhom ma jeżistux il-proċeduri neċessarji għal limitu qasir għar-ripagament. Jekk madankollu, id-depożitaturi huma żgurati li l-limitu ta’ żmien għar-ripagament se jkun qasir u mbagħad, bil-falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, il-limitu ta’ żmien ma jiġix rispettat, dan jista' jkun ta’ ħsara permanenti għall-fiduċja tad-depożitaturi fi skemi ta’ garanzija tad-depożitu, u b'hekk jitfixklu l-effett ta’ stabilizzazzjoni u l-għan tagħhom. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jingħataw l-għażla, waqt perjodu ta’ tranżizzjoni li jintemm fil-31 ta' Diċembru 2016, li jadottaw limitu ta’ żmien għar-ripagament ta' għoxrin jum ta’ xogħol jekk, wara eżami mill-awtoritajiet kompetenti, ikun ġie aċċertat li ż-żmien limitu mqassar għall-iżborż ma jistax jiġi realizzat. F'dak il-każ, il-proċeduri meħtieġa għal-limitu ta’ żmien ta' ħamest ijiem ta’ xogħol għar-ripagamentgħandu jiġi żviluppat u ttestjat sa dik id-data. Sabiex jiġi assigurat li, waqt il-perjodu ta' tranżizzjoni li jtemm fil-31 ta' Diċembru 2016, id-depożitanti ma jiltaqgħux ma' diffikultajiet finanzjarji fil-każ ta' falliment tal-istituzzjoni tal-kreditu tagħhom, id-depożitanti għandhom madankollu jkunu jistgħu jirċievu żborż sa EUR 5 000 mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti applikabbli fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol, iżda mhux inqas minn ġimgħa, fuq id-depożitu eliġibbli għar-ripagament. [Emendi. 24 u 150/rev]

(27)

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti fl-Istati Membri fejn istituzzjoni tal-kreditu tkun stabbilixxiet fergħat jew fejn tipprovdi servizzi direttament, għandhom jinfurmaw u jħallsu lura lid-depożitanti f'isem l-Iskema fl-Istat Membru fejn l-istituzzjoni tal-kreditu kienet awtorizzata. L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li jistgħu jkunu konċernati għandhom jidħlu fi ftehimiet minn qabel ħalli jiffaċilitaw il-kompiti tagħhom.

(28)

L-informazzjoni hija element essenzjali fil-protezzjoni ta’ depożitanti. Għalhekk, id-depożitanti eżistenti għandhom ikunu infurmati, fir-rapporti dwar il-kontijiet tagħhom, dwar il-kopertura u l-iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli, filwaqt li dawk b'intenzjoni li jsiru depożitanti għandhom jiġu mistoqsija billi jikkontrofirmaw karta standardizzata ta' informazzjoni. Il-kontenut ta' din l-informazzjoni għandu jkun identiku għad-depożitanti kollha u għal dawk b'intenzjoni li jsiru depożitanti/. L-użu mhux regolat fir-reklamar ta’ referenzi lejn l-ammont u l-ambitu ta’ skema ta’ garanzija ta’ depożiti tista’ taffettwa l-istabbiltà tas-sistema bankarja jew tal-fiduċja tad-depożitanti. Għalhekk, referenza għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti fir-riklami għandha tkun limitata għal stqarrija qasira u fattwali. Sistemi li jipproteġu lill-istituzzjoni tal-kreditu stess għandhom jinfurmaw b'mod ċar lid-depożitanti dwar id-dritt legali il-funzjonitagħhom fil-qafas tal-livell ta' kopertura stabbilita f'din id-Direttiva u dwar kif jopera mingħajr ma jwiegħdu protezzjoni bla limiti tad-depożiti. [Em. 25]

(29)

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [dejta] (10) tapplika għall-ipproċessar tad-dejta personali li titwettaq skont din id-Direttiva.

(30)

Huwa possibbli li din id-Direttiva ma tirriżultax f' responsabbiltà min-naħa tal-Istat Membru jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu fir-rigward ta’ depożitanti jekk huma jkunu żguraw li skema waħda jew aktar li tiggarantixxi depożiti jew l-istituzzjonijiet ta’ kreditu nnifishom u tiżgura kumpens jew protezzjoni tad-depożitanti skont il-kundizzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva kienu ġew introdotti u uffiċjalment rikonoxxuti.

(31)

Il-Kummissjoni fil-proposta tagħha għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea tat-23 ta' Settembru 2009 (11) ressqet abbozz ta' leġiżlazzjoni li joħloq Sistema Ewropea ta' Superviżuri Finanzjarji u pprovdiet dettalji dwar l-istruttura ta' dan il-qafas superviżorju ġdid fosthom il-ħolqien ta' Awtorità Bankarja Ewropea.

(32)

Filwaqt li tirrispetta s-superviżjoni tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti mill-Istati Membri, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan li jsir eħfef għall-istituzzjonijiet tal-kreditu li jibdew u jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw protezzjoni effikaċi għad-depożitanti u jimminimizzaw ir-riskju għall-persuni li jħallsu t-taxxa . Għal dak il-għan, l-Awtorità għandha tikkonferma li l-kundizzjonijiet tas-self bejn l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti stipulati f'din id-Direttiva huma ssodisfati u tiddikjara, fil-limiti stretti stabbiliti minn din id-Direttiva, l-ammonti li jistgħu jissellfu minn kull skema, ir-rata ta' mgħax inizjali kif ukoll it-tul tas-self. F'dan ir-rigward, l-ABE għandha wkoll tiġbor l-informazzjoni dwar l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, partikolarment fuq l-ammonti ta' depożiti koperti minnhom, kif ikkonfermati mill-awtoritajiet kompetenti. Għandha tinfurma lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra dwar l-obbligu tagħhom li jsellfu. [Em. 26]

(33)

Hemm ħtieġa li jiġi introdott strument effikaċi biex jiġu stabbiliti standards tekniċi armonizzati fis-servizzi finanzjarji ħalli jkunu żgurati kundizzjonijiet ugwali u protezzjoni xierqa tad-depożitanti madwar l-Ewropa. Dawn l-istandards għandhom jiġu żviluppati sabiex tiġi standardizzata l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet abbażi tar-riskju. [Em. 27]

(34)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti u effikaċi tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti u kunsiderazzjoni bbilanċjata tal-pożizzjonijiet tagħhom fl-Istati Membri differenti, l-Awtorità għandha tkun kapaċi ssolvi n-nuqqasijiet ta’ qbil bejniethom b’effett vinkolanti.

(34a)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2010 b’rakkomandazzjonijiet għall-Kummissjoni dwar il-Ġestjoni tal-Kriżijiet Transkonfinali fis-Settur Bankarju, il-Parlament Ewropew saħaq fuq il-bżonn għal mekkaniżmu Ewropew li jsolvi l-kriżi bankarja. L-istabbiliment ta' tali mekkaniżmu m' għandux jaffettwa l-protezzjoni tad-depożitaturi permezz tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti. [Em. 28]

(35)

Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Artikolu 5(5) sabiex taġġusta l-livell ta' kopertura għad-depożiti kollha tal-istess depożitant kif stabbilit f'din id-Direttiva skont l-inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea abbażi tal-kambjamenti fl-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumaturi . Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 29]

(35a)

Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata l-poter li tadotta l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji tal-ABE li jistabbilixxu ld-definizzjonijiet u l-metodu għal kalkolu tal-kontribuzzjonijiet li jiddependu mir-riskji minn istituzzjonijiet tal-kreditu għal Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti deskritti f'din id-Direttiva skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tiżviluppa tali standards regolatorji tekniċi u tippreżentahom lill-Kummissjoni biex taċċettahom sal-31 ta' Diċembru 2012. [Em. 30]

(36)

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-għanijiet tal-azzjoni li tkun ser tittieħed, jiġifieri l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-funzjonament tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, jistgħu jintlaħqu biss fil-livell tal-Unjoni. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(37)

L-obbligu li din id-Direttiva tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sustanzjali meta mqabbla mad-Direttivi preċedenti. L-obbligu li jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula joriġina mid-Direttivi preċedenti.

(38)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stipulati fl-Anness IV,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

1.   Din id-Direttiva tistipula r-regoli dwar il-funzjonament tas-sistema Ewropea tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti nazzjonali biex jitwaqqaf netwerk ta’ sigurtà komuni li jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni lid-depożitanti fil-livell tal-Unjoni . [Em. 31]

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kollha rikonoxxuti skont Artikolu 3(1) u għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati tagħhom. L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jistgħu jassumu l-forma fuq bażi statutorja jew kontrattwali kif ukoll għall-iskemi tal-protezzjoni tal-istituzzjonijiet rikonoxxuti bħala Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti jew skemi ta' protezzjoni istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE . [Em. 32]

3.   L-iskemi tal-protezzjoni tal-instituzzjonijiet iddefiniti fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti mill-awtoritajiet kompetenti jekk jissodisfaw il-kriterji kollha stipulati f'dak l-Artikolu u f'din id-Direttiva. [Em. 33]

4.    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva , l-iskemi tal-protezzjoni tal-istituzzjonijiet li mhumiex rikonoxxuti skont il-paragrafu 3 u li l-Artikolu 3(1) ma jiggarantixxux depożiti ma għandhomx ikunu soġġetti biss għal din id-Direttiva, ħlief għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(5), sal-Artikolu 14(6a) u l-paragrafu 9 tal-Anness III. [Em. 34]

4a.     Il-Kummissjoni, f' kooperazzjoni mal-ABE, għandha tiżgura li l-livell ta' protezzjoni għad-depożitanti jibqa' għoli, fil-każ tal-istabbiliment ta' fond Ewropew għar-riżoluzzjoni tal-kriżi bankarja. [Em. 35]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(a)

“depożitu” tfisser:

(i)

kwalunkwe bilanċ ta’ kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f’kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li joħorġu minn tranżazzjonijiet bankarji normali, inklużi depożiti għal terminu fiss, depożiti ta’ tfaddil u depożiti reġistrati , u li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tħallas skont il-kondizzjonijiet legali u kontrattwali applikabbli, jew

(ii)

kwalunkwe dejn ipprovat minn ċertifikat maħruġ mill-istituzzjoni ta’ kreditu. [Em. 36]

Ishma f’building societies fir-Renju Unit u l-Irlanda apparti minn dawk ta’ natura kapitali koperti bl-Artikolu 2 għandhom ikunu meqjusa bħala depożiti.

Strument ma għandux jiġi trattat bħala depożitu fl-ebda waħda mic-ċirkustanzi li ġejjin:

l-eżistenza tiegħu tista' tiġi ppruvata biss b'ċertifikat li mhumiex rapport tal-kont fejn għandu jkun reġistrat fuq id-detentur u mhux fuq isem ta’ persuna ; [Em. 37]

fejn il-kapital mhux ripagabbli at par;

fejnil-kapital tiegħu huwa ripagabbli biss in par taħt garanzija jew ftehim partikolari mogħti mill-istituzzjoni tal-kreditu jew parti terza;

(b)

“depożiti eliġibbli” tfisser depożiti li mhumiex esklużi mill-protezzjoni skont l-Artikolu 4;

(c)

“depożitu kopert” tfisser il-parti ta'- depożitu eliġibbli li ma jaqbiżx il-livell ta' kopertura msemmi fl-Artikolu 5;

(ca)

“déposant”: la personne titulaire ou, en cas de compte joint, chacun des titulaires, d'un dépôt ; [Em. 38]

(d)

“kont konġunt” tfisser kont miftuħ fl-ismijiet ta’ tnejn jew aktar persuni jew li fuqhom tnejn jew aktar persuni jkollhom drittijiet li joperaw permezz ta’ firma ta’ wieħed jew aktar minn dawk il-persuni;

(e)

“depożiti mhux disponibbli” tfisser depożitu li huwa dovut u pagabbli imma li ma kienx ġie mħallas mill-istituzzjoni ta’ kreditu permezz tal-kundizzjonijiet legali u kuntrattwali applikabbli dwarhom, li kienu jew:

(i)

l-awtoritajiet kompetenti relevanti jkunu ddeterminaw li fl-aspett tagħhom, skont l-informazzjoni li jkollhom disponibbli f' dak il-mument , l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tkun tidher li ma tkunx tista’ għal dak il-perjodu issa, għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji tagħha, li jitħallas tħallas lura d-depożitu u li ma jkollha l-ebda prospett attwali li jkun jista jsir dan. [Em. 39]

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu tali determinazzjoni malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara li l-ewwel ikunu sodisfatti li istituzzjoni ta’ kreditu tkun naqset milli tħallas lura depożiti li huma dovuti u pagabbli, jew

(ii)

fejn ma tkun saret l-ebda deteriminazzjoni taħt il-punt (i), awtorità ġudizzjarja li tkun tat digriet għar-raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji tal-istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha l-effett li tissospendi l-abbiltà ta’ depożitanti li jagħmlu pretensjonijiet kontra tagħha,

(f)

“istituzzjonijiet ta” kreditu' tfisser impriża fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(f-a)

“miżuri ta’ prevenzjoni u appoġġ” tfisser miżura adottata minn Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti biex jevitaw il-falliment bankarju tal-istituzzjonijiet affiljati tal-kreditu, inkluż:

(i)

il-verifika tal-qagħda ekonomika u l-pożizzjoni tar-riskju tal-istituzzjonijiet affiljati tal-kreditu jew, fejn tali istituzzjoni tkun qed titwaqqaf, il-pjanijiet bażiċi, kif ukoll il-jeddijiet ta’ tagħrif f’dak li għandu x’jaqsam mal-bidliet sostanzjali fil-proprjetà u l-kontroll,

(ii)

ir-rekwiżit li l-istituzzjonijiet affiljati tal-kreditu jagħtu tagħrif dwar il-qagħda ekonomika tagħhom u l-pożizzjoni tagħhom ta' riskju, l-iżvilupp tagħhom u kambjamenti intiżi għall-mudell kummerċjali tagħhom,

(iii)

l-impożizzjoni ta' kondizzjonijiet ħalli jkun limitat il-volum tad-depożiti ggarantiti kemm kompletament kemm parzjalment biex jillimitaw ċerti funzjonijiet kummerċjali fejn abbażi ta' verifika jew minn għejun oħrajn, ikun hemm indikazzjonijiet li jista’ jkun hemm riskju possibbli jew akut li jkun hemm rikors għall-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti,

(iv)

iż-żieda ta' kontribuzzjonijiet skont il-pożizzjoni individwali tar-riskju tal-istituzzjoni,

(v)

ftehim dwar l-iskambju ta’ tagħrif mal-awtoritajiet kompetenti inkluż tagħrif kunfidenzjali,

(vi)

l-għoti ta' garanziji, self u kull tip ta' likwidità u assistenza ta' kapital, inkluż is-sodisfazzjon ta' pretenzjonijiet ta’ terzi .[Am. 149/rev]

(fa)

“miżuri flimkien mal-istralċ ordinat ta' istituzzjonijiet tal-kreditu” tfisser miżuri biex jiġi evitat milli tiddaħħal l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti,inkluż:

(i)

assistenza fl-akkwist ta' istituzzjoni ta’ kreditu li saret żbilanċjata,

(ii)

trasferiment tad-depożiti u tal-beni korrispondenti, inklużi setturi tan-negozju lil istituzzjoni ta’ kreditu li sservi ta' konnessjoni,

(iii)

obbligu ta' fużjoni ma' istituzzjonijiet oħra tal-kreditu,

(iv)

stralċ ordinat bil-parteċipazzjoni ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti. [Em. 40]

(g)

“fergħa” tfisser fergħa fit-tifsira tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(h)

“livell mira” tfisser 1,5 % tad-depożiti eleġibbli għal kopertura koperti li tkun responsabbli għalihom Skema ta' Garanzija tad-Depożiti; [Em. 41]

(i)

“mezzi finanzjarji disponibbli” tfisser kontanti, depożiti u assi b'riskju baxx bi żmien residwu għall-maturazzjoni finali ta' 24 xahar jew anqas, li jkunu jistgħu jiġu likwiditati f'limitu ta' żmien li ma jaqbiżx il-limitu stipulat fl-Artikolu 7(1) u sa 10 % tal-assi rċevuti bħala ġaranzija ; [Em. 42]

(ia)

“Assi rċevuti bħala ġaranzija” tfisser impenji ta’ ħlasijiet appoġġjati kif xieraq minn kollaterali ta’ kwalità għolja u soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-kollaterali jikkonsistu f’assi b’riskju baxx li ma jkunu mxekkla minn ebda drittijiet ta’ parti terza, għad-dispożizzjoni libera, u allokati għall-użu esklussiv tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti li għandha d-dritt irrevokabbli li tikklejmja dawn il-ħlasijiet meta jkun hemm talba,

(ii)

istituzzjoni tal-kreditu hija intitolata għar-redditu fuq l-assi mirhuna minn dik l-istituzzjoni ta’ kreditu bħala kollaterali,

(iii)

il-kollaterali hija soġġetta għal analiżi “mark-to-market”, u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jiżguraw li l-valutazzjoni “mark-to-market” tal-kollaterali tkun mill-anqas ugwali għall-impenn ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu fl-iskema, u

(iv)

“valuation haicuts” jiġu applikati fil-valutazzjoni tal-assi sottostanti u l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti tirrikjedi li l-valur tas-suq aġġustat għall-istima tat-telf tal-assi sottostanti jinżamm tul iż-żmien ; [Em. 43]

(j)

“assi b'riskju baxx” tfisser assi li jaqgħu f'waħda mill-kategoriji stipulati fl-ewwel u fit-tieni kategorija tat-Tabella 1 fil-punt 14 tal-Anness I għad-Direttiva 2006/49/KE iżda li jeskludu partiti oħra li jikkwalifikaw kif imsemmi fil-punt 15 ta' dak l-Anness;

(k)

“Stat Membru tad-domiċilju” tfisser Stat Membru tad-domiċilju fit-tifsria tal-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(l)

“Stat Membru osptitanti” tfisser Stat Membru osptitanti fit-tifsria tal-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(m)

“awtoritajiet kompetenti” tfisser awtoritajiet kompetenti fit-tifsira tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2006/48/KE.

2.   Fejn din id-Direttiva tirreferi għar-Regolament (UE) No 1093/2010], il-korpi li jamministraw l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom, għall-fini ta' dak ir-regolament, jitqiesu awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) No 1093/2010.

Artikolu 3

Sħubija u superviżjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li fit-territorju tiegħu, waħda jew aktar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti jkunu introdotti u uffiċjalment rikonoxxuti.

Dan ma għandux jeskludi fużjoni ma' skemi ta' Stati Membri differenti. L-approvazzjoni ta' tali Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti transkonfinali jew magħquda għandhom jinkisbu mill-awtoritajiet kompetenti f' koperazzjoni mal-ABE. [Em. 44]

Meta tiġi biex tikkonsidra jekk l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhiex tiġi rikonoxuta uffiċjalment, l-awtorità kompetenti rilevanti għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-istabbiltà tas-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti u għandha tiżgura li s-sħubija tagħha hija bbilanċjata. [Em. 45]

L-ebda istituzzjoni ta’ kreditu ma tistax tieħu depożiti sakemm ma tkunx membru ta’ skema bħal dik.

2.   Jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx konformi mal-obbligi mitfuħa fuqha bħala membru ta’ Skema ta’ Garanzija ta’ Depożitu, l-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-awtorizzazzjoni tagħha għandhom ikunu nnotifikati minnufih u, b’kollaborazzjoni mal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti , għandhom jieħdu l-miżuri fil-pront il-miżuri kollha xierqa inklużi l-impożizzjonijiet ta’ sanzjonijiet biex jiżguraw li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun konformi mal-obbligi tagħha. [Em. 46]

3.   Jekk dawk il-miżuri jonqsu milli jiżguraw konformità min-naħa tal-istituzzjoni ta’ kreditu, l-iskema tista’, meta l-liġi nazzjonali tippermetti l-esklużjoni ta’ membru, bil-kunsens espress tal-awtoritajiet kompetenti, tagħti notifika ta’ mhux anqas minn xahar (1) tal-intenzjoni tagħha li teskludi l-istituzzjoni ta’ kreditu mis-sħubija tal-iskema. Depożiti magħmula qabel ma jiskadi l-perijodu tan-notifika għandhom jibqgħu li jkunu koperti bis-sħieħ mill-iskema. Jekk, meta jiskadi l-perijodu tan-notifika, l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx konformi mal-obbligi tagħha, l-iskema ta’ garanzija għandha tipproċedi għal esklużjoni.

4.   Id-depożiti miżmuma meta titneħħa l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/48/KE, għandhom jibqgħu jkunu koperti mill-iskema tal-garanzija.

5.   L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kollha msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu supervizzati sorveljati mill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi kontinwa, f' konformita' mar-regoli eżistenti tas-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) , fir-rigward tal-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva. [Em. 47]

L-ABE għandha tissorvelja s-superviżjoni ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti transkonfinali, f' koperazzjoni ma' korp, li jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi rispettivi fejn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu affiljati. [Em. 48]

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta’ l-metodi alternattivi adottati minn Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti jikkorrispondu mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(3a) jew mal-linji gwida adottati mill-ABE skont l-Artikolu 11(5), li għad-Depożiti jwettqu testijiet tas-sistemi tagħhom u li jiġu infurmati immedjatament fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti jiskopru problemi f’istituzzjoni ta’ kreditu li x’aktarx jagħtu lok għall- għal intervent ta' intervent ta’ Skemi ta’ Garanzija għad-depożiti. L-ABE għandha tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri. [Em. 49]

Dawn it-testijiet għandhom isiru tal-anqas kull tliet snin jew b'mod aktar frekwenti meta jirrikjedu ċ-ċirkustanzi. L-ewwel test għandu jitwettaq sal-31 ta' Diċembru 2013. [Em. 50]

L-ABE għandha tibgħat lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru.1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku  (12) (BERS) fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-BERS, l-informazzjoni rigward l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li hija meħtieġa għall-analiżi tar-riskju sistemiku. [Em. 51]

F'dan ir-rigward l-ABE għandha mill-inqas kull ħames snin twettaq perjodikament analiżi bejn il-pari skont l-Artikolu 15 tar-[regolament tal-ABE] l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 . L-ambitu ta' tali eżamijiet mill-ġdid bejn il-pari għandu jinkludi prattiki ta’ governanza korporattiva skont il-paragrafu 7a . L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu marbuta bis-segretezza professjonali msemmija fl-Artikolu 56 ta' dak ir-Regolament fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru. 1093/2010 meta jiskambjaw informazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea mal-ABE .

Barra minn hekk l-ABE għandu jkollha s-setgħa li teżamina r-reżistenza għall-istress tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kull sena f' konformita' ma’ xenarji differenti ta’ punti determinanti predefiniti, abbażi ta’ ċifri aġġornati, biex jiġi deċiż jekk ikunx xieraq li jsir aġġustament tal-mudell ta’ kalkolu attwali u tal-livell mira. F’dak il-kuntest it-test tar-reżistenza għall-istress għandu jkun ibbażat fuq xenarju ta’ impatt żgħir, xenarju ta’ impatt medju, u xenarju ta’ impatt kbir. [Em. 52]

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, fi kwalunkwe ħin u fuq talba tagħhom jirċievu mingħand il-membri tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jitħejja ripagament tad-depożitanti, fosthom il-marki taħt l-Artikolu 4(2). L-informazzjoni meħtieġa biex jitwettaq test tal-istress għandha tkun ippreżentata lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti fuq bażi kontinwa. Din l-informazzjoni għandha tkun anonima. L-informazzjoni miksuba tista' tintuża biss għat-twettiq tat-test tal-istress, għall-analiżi tal-evoluzzjoni storika tar-reżistenza tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jew għall-preparazzjoni ta'ta' ripagamenti u ma għandhiex ħlasijiet lura u għandha tinżamm aktar milli hu meħtieġ għal dawk il-finijiet. kunfidenzjali. [Em. 53]

7a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti tagħhom ikollhom prattiki sodi ta’ governanza korporattiva fis-seħħ u b'mod partikolari, li:

(a)

il-bordijiet tagħhom għandhom jinkludu mill-anqas membru mhux eżekuttiv wieħed u għandu jkollhom proċessi miftuħa u trasparenti biex jaħtru l-bord;

(b)

huma għandhom jipproduċu rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħhom. [Em. 54]

Artikolu 4

Eliġibbiltà tad-depożiti

1.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu esklużi minn kwalukwe ripagament minn SGDs:

(a)

suġġett għal-Artikolu 6(3), depożiti magħmula mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu oħra f’isimhom jew għan-nom tagħhom;

(b)

l-istrumenti kollha li jidħlu fid-definizzjoni ta’ 'fondi tagħha' fit-tifsira tal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2006/48/KE;

(c)

depożiti li joriġinaw minn tranżazzjonijiet li b’konnessjoni magħhom kien hemm kundanna kriminali għal ħasil tal-flus fit-tifsira tal-fl-Artikolu 1 (C) Artikolu 1(2 ) tad-Direttiva 2005/60/KE ; [Em. 55]

(ca)

id-depożiti li fir-rigward tagħhom id-depożitant u l-istituzzjoni tal-kreditu jkunu qablu kuntrattwalment li d-depożitu għandu jiġi applikat it-trasferiment ta’ obbligi speċifiċi tad-depożitant lejn l-istituzzjoni tal-kreditu jew xi parti oħra, bil-kundizzjoni li bis-saħħa tal-liġi jew ta’ arranġamenti kuntrattwali, l-ammont tad-depożitu jista’ jinbeda mid-depożitant jew jinbeda awtomatikament permezz ta’ tali obbligi f’ċirkostanzi fejn id-depożitu altrimenti kien isir depożitu mhux disponibbli ; [Em. 56]

(d)

depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(e)

depożiti minn ditti tal-investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (13);

(f)

depożiti li d-detenturi tagħhom qatt ma ma ġewx identifikati skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2005/60/KE, meta ma jiqbgħux disponibbli fil-mument tal-attivazzjoni , waqt u wara l-ħlas lura tal-garanziji tad-depożitu ; [Em. 57]

(g)

depożiti minn impriżi tal-assigurazzjoni;

(h)

depożiti minn impriżi tal-investiment kollettiv;

(i)

depożiti minn fondi tal-pensjonijiet u tal-irtirar, barra dawk fi skemi ta’ pensjoni personali jew fi skemi ta’ pensjoni okkupazzjonali ta’ impjegatur li ma jkunx kumpanija kbira ; [Em. 58]

(j)

depożiti mill-awtoritajiet mill-Istat u minn awtoritajiet ċentrali , reġjonali u lokali ; [Em. 59]

(k)

titoli ta’ dejn maħruġa minn istituzzjoni tal-kreditu u obbligazzjonijiet li joriġinaw mill-aċċettazzjonijiet proprji u kambjali.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet tal-kreditu jimmarkaw id-depożiti msemmija fil-paragrafu 1 b'mod li dawn id-depożiti jkunu jistgħu jiġu identifikati immedjadament.

2a.     Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-depożiti mill-awtoritajiet lokali jkunu disponibbli għal ħlasijiet lura minn Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti sakemm tiġi sodisfatta waħda minn dawn il-kundizzjonijiet:

(a)

ma jimġjegawx bħala rutina teżorier professjonali; jew

(b)

it-telf tad-depożiti jkun ta’ xkiel serju għall-għoti kontinwu tas-servizzi tal-gvern lokali. [Em. 60]

Artikolu 5

Livell ta' kopertura

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kopertura għad-depożiti aggregati ta’ kull depożitant għandha tkun ta’ EUR 100 000 fil-każ li d-depożiti ma jkunux disponibbli.

1a.     Minbarraa dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, li d-depożiti li ġejjin ikunu protetti b'mod komplut:

(a)

depożiti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet immobiljari relatati ma proprjetajiet reżidenzjali privati sa 12-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kkreditat jew mill-mument li fih tali depożiti jsiru legalment trasferibbli;

(b)

depożiti li jissodisfaw l-għanijiet definiti fil-liġi nazzjonali li huma marbuta ma' avvenimenti partikolari matul il-ħajja bħal żwieġ, divorzju, ħruġ bil-pensjoni, tkeċċija, senjsar, invalidità għax-xogħol jew mewt ta' depożitant, għal perjodu ta' mhux iktar minn tnax-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kkreditat;

(c)

depożiti li jissodisfaw għanijiet definiti fil-liġi nazzjonali u jibbażaw fuq il-ħlas ta' benefiċċji ta’ assikurazzjoni, kumpens għal korrimenti kriminali jew kundanni żbaljati, għal tul ta' żmien ta' mhux iktar minn tnax-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kreditat jew mill-mument meta tali depożiti jkunu jistgħu jiġu trasferiti b’mod legali. [Em. 61]

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti ma jiddevjawx mil-livell ta' kopertura stabbilit d-depożitaturi jkunu legalment intitolati għal-livell ta' kopertura stabbilit fil-paragrafu 1. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-depożiti li ġejjin ikunu koperti sakemm l-ispejjeż ta' dawn ir-ripagamenti mhumiex soġġetti għall-Artikoli 9, 10 u 11: [Em. 62]

(a)

depożiti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet immobiljari għal finijiet reżidenzjali sa 12-il xahar wara li l-ammont ikun ġie kkreditat; [Em. 63]

(b)

depożiti li jissodisfaw kunsiderazzjonijiet soċjali definiti fil-liġi nazzjonali u li huma marbuta ma' avvenimenti partikolari matul il-ħajja bħal żwieġ, divorzju, invalidità jew mewt ta' depożitant. Il-kopertura ma għandhiex taqbeż perjodu ta' 12-il xahar wara dan l-avveniment. [Em. 64]

3.   Il-paragrafu 2 Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu skemi li jipproteġu prodotti ta' provediment u pensjonijiet tal-anzjanità, sakemm dawn l-iskemi ma jkoprux biss id-depożiti iżda joffru livell ta' kopertura komprenżiva tal-prodotti u s-sitwazzjonijiet rilevanti f'dan ir-rigward. [Em. 65]

3a.     Fir-rigward ta’ depożiti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu barranin fl-Istati Membri li kienu diġà saru qabel il-31 ta’ Diċembru 2010 u fir-rigward ta’ depożiti ta’ depożitanti li l-post ta’ residenza prinċipali tagħhom ikun fi Stat Membru li, qabel l-1 ta' Jannar 2008, kellu livell ta’ kopertura bejn EUR 100 000 u EUR 300 000 għal depożiti, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi, permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, li l-livell ta’ kopertura fiss li kien fis-seħħ sa dak iż-żmien jista’ jibqa’ fis-seħħ bla ma jinbidel. F'dan il-każ, il-livell mira u l-kontribuzzjonijiet dipendenti fuq ir-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu aġġustati bl-istess mod. [Em. 66]

4.   Id-depożiti għandhom jitħallsu fil-munita li fiha jkun il-kont. Jekk l-ammonti espressi f’euro msemmijin fil-paragrafu 1 jiġu kkonvertiti f'muniti nazzjonali oħra l-ammonti effettivament imħallsa lid-depożitanti għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Fil-każ tad-depożiti espressi f’munita oħra, id-depożitaturi għandhom ikunu intitolati li jiddeċiedu jekk is-somom għandhomx ikunu mħallsa f'waħda mill-muniti li ġejjin:

(a)

dik li fiha kienmiżmum il-kont sa data li jkun hemm qbil dwarha mal-awtoritajiet kompetenti u li tkun aktar tard mill-iskadenza stipulata fl-Artikolu 7(1); jew

(b)

dik tal-Istat Membru li fiha kien miżmum il-kont.

Taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, ir-rata tal-kambju li tintuża għandha tkun dik għall-munita li fiha kien inżamm id-depożitu sad-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew meta l-awtorità ġudizzjarja tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii). [Em. 67]

5.   L-Istati Membri li jikkonvertu l-ammonti espressi f'euro fil-munità nazzjonali tagħhom għandhom għall-ewwel jużaw fil-konverżjoni r-rata tal-kambju … (14)

L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-ammonti li jirriżultaw mill-konverżjoni, sakemm dan l-aġġustament ma jaqbiżx EUR 2 500.

Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-livelli ta' kopertura kkonvertiti f'muniti oħra sal-ammont imsemmi fil-paragrafu darba kull ħames snin. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu aġġustamenti tal-livelli ta' kopertura aktar kmieni, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, wara li jseħħu xi avvenimenti mhux previsti bħal ċaqliċ fil-munita.

6.   L-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 għandu jkun irrevedut perjodikament mill-Kummissjoni, b' koperazzjoni mal-ABE , mill-anqas darba kull ħames snin. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal Direttiva biex tagħmel aġġustament għall-ammont li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1, billi jitqies partikolarment ta’ żviluppi fis-settur bankarju u fis-sitwazzjoni ekonomika u monetarja fl-Unjoni. L-ewwel reviżjoni perjodika m’għandhiex isseħħ sal-31 ta' Diċembru 2015 sakemm ma ssirx meħtieġa reviżjoni aktar kmieni minħabba avvenimenti mhux previsti. [Em. 68]

7.   Il-Kummissjoni tista’ taġġusta l-ammonti msemmija għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 rigward l-aġġornament perjodiku, tal-anqas kull ħames snin, tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 skont l-inflazzjoni fl-Unjoni abbażi tal-bidliet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea mill-aġġustament ta' qabel .

Dik il-miżura, imfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandha tkun adottata skont l-Artikolu 16. [Em. 69]

Artikolu 6

Determinazzjoni tal-ammont ripagabbli

1.   Il-limiti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 5(1) għandhom ikunu applikabbli għal depożiti aggregati imqiegħda mal-istess istituzzjoni ta’ kreditu irrispettivament min-numru ta’ depożiti, il-munita u l-lokalità fl- Unjoni.

2.   Is-sehem ta’ kull depożitant fil-kont konġunt għandu jitqies fil-kalkolu tal-limitu previst fl-Artikolu 5(1).

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi, tali kont għandu jitqassam b’mod indaqs fost id-depożitanti.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li depożiti f’kont li għalih tnejn jew aktar persuni jkunu intitolati bħala membri ta’ sħubija ta’ negozju, assoċjazzjoni jew gruppi ta’ natura simili, mingħajr personalità legali, jistgħu jkunu aggregati u ttratati bħallikieku kienu magħmula minn depożitant wieħed għall- fini tal-kalkolu tal-limitu previst fl-Artikolu 5(1).

3.   Meta depożitant ma jkunx assolutament intitolat għas-somom miżmuma f’kont, il-persuna li tkun assolutament intitolata għandha tkun koperta mill-garanzija, basta li dik il-persuna tkun ġiet identifikata jew tkun identifikabbli qabel id-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni deskritta fl-Artikolu 2(5)(e)(i) jew li l-awtorità ġudizzjarja tkun tat il-verdett tagħha kif deskritt fl-Artikolu 2(5)(e)(ii). Jekk ikun hemm diversi persuni li jkunu assolutament intitolati, is-sehem ta’ kull wieħed permezz tal-arranġamenti li suġġett għalihom is-somom huma amministrati għandhom ikunu meqjusa meta l-limitu previsti fl-Artikolu 5(1) ikunu kkalkolati.

4.   Id-data ta' referenza għall-kalkolu tal-ammont ripagabbli għandha tkun id-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew meta l-awtorità ġudizzjarja tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii). L-obblikazzjonijiet tad-depożitant lejn l-istituzzjoni tal-kreditu ma għandhomx jitqiesu meta jiġi kkalkulat l-ammont ripagabbli, sakemm ma jirrigwardax obbligazzjonijiet tad-depożitant huma dovuti fid-data ta' referenza . [Em. 70]

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jkunu jistgħu fi kwalunkwe ħin jitolbu lill-istituzzjonijet tal-kreditu biex jinfurmawhom dwar l-ammonti aggregati ta' depożiti ta' kull depożitant.

6.   L-imgħax fuq id-depożiti li jkun akkumula iżda li ma jkunx ġie kkreditat sa dik id-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew meta l-awtorità ġudizzjarja tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii) għandhom jiġu rimborżati mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti. Il-limitu msemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandux jinqabeż.

Jekk l-imgħax jiddipendi fuq il-valur ta' strument finanzjarju ieħor u jista' għalhekk jiġi ddeterminat mingħajr ma jiġi mhedded l-iżborż sal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 7(1), ir-rimborż ta' dan l-imgħax għandu jkun limitat għar-rata tal-imgħax stabbilita skont il-liġi nazzjonali.

7.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ċerti kategoriji ta' depożiti li jissodisfaw skop soċjali definit mil-liġi nazzjonali, li għalihom parti terza tkun tat garanzija konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, ma jitqiesux meta jiġu aggregati d-depożiti li jkollu l-istess depożitant mal-istess istituzzjoni tal-kreditu kif imsemmi fil-paragrafu 1. F'dawn il-każijiet il-garanzija tal-parti terza għandha tiġi limitata għal livell ta' kopertura skont l-Artikolu 5(1).

7a.     L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li għall-fini tar-ripagament skont l-Artikolu 7(1), id-depożiti ta' depożitant mal-istess istituzzjoni ta’ kreditu ma m' għandhomx jiġu aggregati fejn il-liġi tal-Istat Membru tippermetti li istituzzjonijiet ta’ kreditu joperaw taħt ismijiet differenti. Id-depożiti mal-istess istituzzjoni ta’ kreditu bl-istess isem tad-ditta għandhom ikunu aggregati, u għalihom għandu japplika l-livell ta’ kopertura skont l-Artikolu 5(1). Jekk dak il-kalkolu jwassal għal ammont akbar ta’ depożiti koperti għal kull depożitant u għal kull istituzzjoni tal-kreditu minn dak stipolat fl-Artikolu 5, il-kontribuzzjonijiet lill-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti kkalkulati skont l-Artikoli 9 u 11 għandhom jiżdiedu skont dan.

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jippermettix protezzjoni separata tad-depożitu għad-ditti kollha fl-istess istituzzjoni ta’ kreditu, allura d-detentur u d-ditti ma jkunux garantiti b’mod separat. L-aggregazzjoni ta’ depożiti għal ditti differenti mill-istess istituzzjoni ta’ kreditu m’għandhiex tapplika għal sitwazzjonijiet transkonfinali.

L-istituzzjonijiet ta' kreditu mill-Istati Membri li japplikaw din id-dispożizzjoni ma jistgħux joffru livell ta' kopertura ta' dan it-tip f’dawk il-fergħat tagħhom operati fi Stati Membri li ma jippermettux li istituzzjonijiet ta' kreditu joperaw taħt ismijiet kummerċjali differenti. [Em. 71]

Artikolu 7

Ripagament

1.   L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu f’qagħda li jħallsu lura depożiti li ma jkunux disponibbli fi żmien 7 ħamest ijiem ta’ xogħol, imma mhux anqas minn ġimgħa , mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jagħmlu d-determinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew li fih awtorità ġudizzjarja tagħti s-sentenza kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-depożiti msemmija fl-Artikolu 6(3) jiġu soġġetti għal perjodu itwal ta' ripagament. Madankollu, dak il-perjodu ma għandux jaqbeż it-tlett xhur mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu determinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew meta awtorità ġudizzjarja tieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)(e)(ii).

L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-applikazzjoni ta' terminu ta' għoxrin ġurnata tax-xogħol għall-ħlas lura sal-31 ta' Diċembru 2016, sakemm wara analiżi bir-reqqa tal-fatti, l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu, li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għadhom mhumiex fil-pożizzjoni li jiggarantixxu skadenza tar-rimborż ta' ħamest ijiem tax-xogħol imma mhux anqas minn ġimgħa.

Depożitant li mhuwiex assolutament intitolat għas-somom miżmuma f'dawk il-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3) għandu jitħallas lura fil-limitu taż-żmien imsemmi fl-ewwel subparagrafu. Dak il-pagament għandu jitqies meta jitħallsu lura l-persuni assolutament intitolati.

1a.     Jekk Stat Membru jippermetti sal-31 ta' Diċembru 2016, terminu ta' għoxrin ġurnata tax-xogħol għall-ħlas lura, skont it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti, għandha fuq talba mid-depożitant, tagħmel pagament ta' darba tal-ammont li ma jkunx akbar minn EUR 5 000 fi żmien ħamesġurnata tax-xogħol, imma mhux anqas minn ġimgħa, malli d-depożitu tiegħu jew tagħha jsir eliġibbli għar-rimborż. [Em. 150/rev]

1b.     Ħlas lura jew pagement kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkun differit, fejn:

(a)

ikun hemm inċertezza dwar jekk persuna hix intitolata legalment biex tirċievi ħlas lura jew id-depożitu jkun soġġett għal tilwima legali;

(b)

id-depożitu jkun soġġett għal penali ekonomiċi imposti minn gvernijiet nazzjonali jew entitajiet internazzjonali;

(c)

ma tkun saret l-ebda tranżazzjoni relatata mad-depożitu fi żmien 24 xahar (il-kont ikun inattiv);

(d)

l-ammont li jrid jitħallas lura jitqjies bħala parti minn bilanċ għoli temporanju kif definit fl- Artikolu 5(1a);

(e)

l-ammont li jrid jitħallas lura jkollu jitħallas mill-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożitu tal-Istat Membru ospitanti f'konformita' mal-Artikolu 12(2). [Em. 75]

2.   Id-depożitanti għandhom jitħallsu lura mingħajr ma tkun meħtieġa talba lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni tal-kreditu għandha tittrasmetti l-informazzjoni meħtieġa dwar id-depożiti u d-depożitanti hekk kif tintalab mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti.

3.   Kwalunkwe korrispondenza bejn l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti u d-depożitanti għandha tkun imħejjija fil-lingwa uffiċjali tal-Unjoni li l-istituzzjoni ta’ kreditu fejn ikun jinsab id-depożitu garantit juża biex jikkomunika mad-depożitant jew, fin-nuqqas ta’ dak, fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikun jinstab id-depożitu ggarantit. Jekk bank jopera direttament fi Stat Membru ieħor mingħajr ma jkun stabbilixxa fergħat, l-informazzjoni għandha tingħata fil-lingwa li kienet intgħażlet mid-depożitant meta nfetaħ il-kont. [Em. 76]

4.   Independentament mill-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1, meta depożitant jew xi persuna intitolata lejn jew interessata fis-somom miżmuma f’kont tkun ġiet akkużata b’offiża li toriġina minn jew b’relazzjoni mal-ħasil tal-flus kif definit fl-Artikolu 1 Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2005/60/KE, l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti tista’ tissospendi kwalunkwe pagament li jikkonċerna d-depożitant sakemm ikun hemm sentenza mill-qorti. [Em. 77]

4a.     M’għandu jsir l-ebda ripagament fejn ma jkunx hemm tranżazzjoni relatata mad-depożitu fl-aħħar 24 xahar u l-valur tad-depożitu jkun aktar baxx mill-ispejjeż amministrattivi li joħorġu minn tali ripagament. [Em. 78]

Artikolu 8

Pretensjonijiet fuq l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet tad-depożitanti għal kumpens jista’ jkun suġġett għal azzjoni mid-depożitant kontra l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożitu. [Em. 79]

2.   Mingħajr preġudizzju għal xi drittijiet oħra li huma jista’ jkollhom permezz tal-liġi nazzjonali u soġġett għall-paragrafu 3 , skemi li jagħmlu pagamenti permezz ta’ garanzija fi ħdan qafas nazzjonali għandhom ikollhom id-dritt ta’ surrogazzjoni għad-drittijiet ta’ depożitanti fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni għal ammont ekwivalenti tal-pagamenti tagħhom.

Id-drittijiet soġġetti għad-dritt ta’ surrogazzjoni msemmi f’dan il-paragrafu għandhom jiġu kklassifikati immedjatament wara d-dritt tad-depożitant imsemmi fil-paragrafu 1 u qabel id-drittijiet l-oħra kollha fuq il-likwidatur. [Em. 80]

3.   Meta l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti ssellfu lil skema oħra skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depositi li jkunu qed isellfu għandhom fi proporzjon mal-ammont misluf ikollhom id-dritt ta' surrogazzjoni għad-drittijiet tad-depożitanti fil-proċeduri ta' likwidazzjoni għal ammont daqs l-ammont tal-pagamenti tagħhom.

Id-dritt ta' surrogazzjoni ma għandux jiġi eżerċitat qabel is-self ikun dovut skont l-Artikolu 10(2)(b). Jekk il-proċedura ta' likwidazzjoni tispiċċa qabel dik id-data, id-dritt ta' surrogazzjoni għandu jestendi għar-rikavati mil-likwidazzjoni li jitħallsu lill-iskema li tkun qed issellef.

Id-drittijiet soġġetti għad-dritt ta' surrogazzjoni msemmi f'dan il-paragrafu għandhom jiġu kklassifikati immedjatament wara d-dritt tad-depożitanti msemmi fil-paragrafu 1 u qabel id-drittijiet l-oħra kollha fuq il-likwidatur.

4.   L-Istati Membri jistgħu jillimitaw iż-żmien li fih id-depożitanti li d-depożiti tagħhom ma tħallsux lura jew ma kinux rikonoxxuti mill-iskema sal-iskadenza stipulata fl-Artikolu 7(1) jistgħu jitolbu r-ripagament tad-depożiti tagħhom. Dan il-limitu ta' żmien għandu jiġi ddeterminat sad-data li fiha d-drittijiet li ġiet subrogata għalihom l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti skont il-paragrafu 2 ikollhom jiġu rreġistrati fil-proċedura tal-istralċ skont il-liġi nazzjonali.

Meta jiddeterminaw il-limitu ta' żmien, l-Istati Membri għandhom iqisu ż-żmien meħtieġ mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti biex tiġbor dawn il-pretensjonijiet qabel din ir-reġistrazzjoni.

Artikolu 9

Finanzjament tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jkollhom fis-seħħ sistemi adegwati biex jiddeterminaw l-obbligazzjonijiet potenzjali tagħhom. Il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskemi ta' Garanzija għandhom ikunu proporzjonati ma' dawn l-obbligazzjonijiet.

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom iżidu l-mezzi finanzjarji disponibbli permezz tal-kontribuzzjonijiet ta' kontribuzzjoni regolari għall-anqas darba fis-sena mingħand il-membri tagħhomfit-30 ta' Ġunju u t-30 ta' Diċembru ta' kull sena. Dan ma għandux jipprevjeni finanzjament addizzjonali minn sorsi oħra. Ma jistgħux jintalbu tariffi ta' darba mad-dħul. [Em. 81]

Il-mezzi finanzjarji disponibbli għandhom tal-anqas jilħqu l-livell mira. Meta l-kapaċità finanzjarja ma tilħaqx il-livell mira, għandu jerġa' jibda l-pagament tal-kontribuzzjonijiet tal-anqas sakemm jerġa' jintlaħaq il-livell mira. Il-kontribuzzjoni regolari għandha tqis kif suppost iċ-ċiklu tan-negozju u m’għandux ikun inqas minn 0.1 % tad-depożiti koperti. L-obbligu li jitħallsu l-kontribuzzjonijiet japplika biss meta l-ammont ta’ fondi fl-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti jkun anqas mil-livell mira. Wara li l-livell mira jkun intlaħaq għall-ewwel darba u fejn Meta il-mezzi finanzjarji disponibbli jammontaw għal anqas minn żewġ terzi tal-livell mira, minħabba l-fondi li jkunu tħallsu il-kontribuzzjonijiet regolari ma għandhomx ikunu ta' inqas minn 0.25 % tad-depożiti eleġibbli koperti . [Em. 82]

2.   L-ammont kumulat depożiti u investimenti ta'skema relatata ma' korp wieħed ma għandux jaqbeż il-5 % tal-mezzi finanzjarji disponibbli ' Il-mezzi finanzjarji disponibbli ta' Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu investiti b'riskju żgħir u b'mod diversifikat biżżejjed, u m’għandhomx jaqbżu 5 % skema relatata ma' korp wieħed ma għandux jaqbeż il-5 % tal-mezzi finanzjarji disponibbli tagħha tal-iskema, sakemm għal dawk id-depożiti jew l-investimenti ma japplikax ippeżar tar-riskju null skont l-Anness VI Parti I tad-Direttiva 2006/48/KE . Kumpaniji li jkunu inklużi fl-istess grupp għall-finijiet ta' kontijiet konsolidati, fit-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE (15) jew skont ir-regoli internazzjonali rikonoxxuti tal-kontabilità, għandhom jitqiesu bħala korp wieħed għall-fini li jiġi kkalkulat dan il-limitu għal dan l-iskop . [Em. 83]

3.   Jekk il-mezzi finanzjarji disponibbli ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jkunux suffiċjenti biex jitħallsu lura d-depożitanti meta d-depożiti ma jibqgħux disponibbli, il-membri tagħha għandhom iħallsu kontribuzzjonijiet straordinarji li ma jaqbżux 0.5 % tad-depożiti eliġibbli koperti tagħhom kull sena tal-kalendarju. Dak il-pagament għandu jsir jum qabel il-limitu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 7(1). [Em. 84]

4.   L-ammont kumulat tal-kontribuzzjonijiet imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 3 ma jaqbiżx il-1 % tad-depożiti eleġibbli koperti kull sena tal-kalendarju. [Em. 85]

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw parzjalment jew għal kollox b’mod temporanju istituzzjoni tal-kreditu mill-obbligu msemmi fil-paragrafu 2 jekk is-somma tal-pagamenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 thedded is-saldu tal-pretensjonijiet ta' kredituri oħra fuqha. Dawn l-eċċezzjonijiet ma għandhomx jingħataw għal perjodu itwal minn sitt xhur iżda jistgħu jiġġeddu fuq talba tal-istituzzjoni tal-kreditu. Is-somma konċernata għandha tkun fornuta aktar tard fiż-żmien, meta l-pagament ma jipperikolax aktar ir-riżoluzzjoni tal-klejms ta’ kredituri oħra. Il-mezzi finanzjarji msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom prinċipalment jintużaw sabiex jitħarsu u jitħallsu lura d-depożitanti skont din id-Direttiva. Sa terz tal-mezzi finanzjarji disponibbli jistgħu jintużaw għal miżuri preventivi u ta' appoġġ skont din id-Direttiva. F'dan il-każ, l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha tippreżenta rapport lill-awtorità kompetenti fi żmien xahar, fejn hija turi li nżamm il-limitu ta' terz tal-mezzi finanzjarji disponibbli. [Em. 86]

5.   Il-mezzi finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom prinċipalment jintużaw sabiex jitħallsu lura d-depożitanti skont din id-Direttiva.

Huma jistgħu, madankollu, jintużaw ukoll biex jiġi ffinanzjat it-trasferiment ta' depożiti għand istituzzjoni tal-kreditu oħra, sakemm l-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jaqbżux l-ammont ta' depoziti koperti fl-istituzzjoni tal-kreditu konċernata. F'dan il-każ, l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha, fi żmien xahar mit-trasferiment tad-depożiti, tissottometti rapport għand l-Awtorità Bankarja Ewropea fejn turi li l-limitu msemmi hawn fuq ma nqabiżx. [Em. 87]

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jużaw il-mezzi finanzjarji tagħhom sabiex jevitaw falliment ta' bank mingħajr ma jkunu ristretti li jiffinanzjaw it-trasferiment tad-depożiti f'istituzzjoni tal-kreditu oħra, sakemm ikunu ssodifati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 88]

(a)

wara din il-miżura l-mezzi ta' skema finanzjarja jaqbżu 1 % tad-depożiti eleġibbli; [Em. 89]

(b)

l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti, fi żmien xahar mid-deċiżjoni tagħha li tieħu din il-miżura, tissottometti rapport għand l-Awtorità Bankarja Ewropea fejn turi li l-limitu msemmi hawn fuq ma nqabiżx. [Em. 90]

Il-perċentwali msemmi f'(a) jista' jiġi stipulat bejn 0.75 u 1 %, każ b'każ u soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fuq talba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti konċernata. [Em. 91]

5a.     L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jistgħu jużaw il-mezzi finanzjarji disponibbli biex jaqbżu l-limitu minimu ta' paragrafu 5 għal miżuri preventivi u ta' appoġġ, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha skemi għall-monitoraġġu l-klassifikazzjoni tar-riskji u opprtunitajiet korrispondenti ta' influwenza fuq istituzzjonijiet ta' kreditu affiljati;

(b)

l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha il-proċeduri u strutturi neċessarji għall-għażla, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' miżuri preventivi u ta' appoġġ;

(c)

l-għoti ta' miżuri preventivi u ta' appoġġ mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti huwa konness ma' kundizzjonijiet imposti fuq l-istituzzjoni ta’ kreditu li tkun qed tiġi appoġġata, u jinkludi tal-anqas monitoraġġ imsaħħaħ tar-riskji u aktar drittijiet tal-verifika tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti;

(d)

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati jipprovdu b’mod immedjat lill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti bil-mezzi użati għall-miżuri preventivi u ta' appoġġ fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet straordinarji, f'każ ta' rimborż lid-depożitanti u l-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti jammontaw għal inqas minn żewġ terzi tal-livell mira;

(e)

il-kapaċità tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati li jħallsu l-kontribuzzjonijiet straordinarji skont il-punt (d) hu assigurat skont l-opinjoni tal-awtorità kompetenti. [Em. 92]

5b.     Ir-riżorsi finanzjarji jistgħu, jintużaw ukoll flimkien mal-istralċ ordinat ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, sakemm l-ispejjeż imġarrba mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti ma jaqbżux l-ammont ta' depożiti koperti fl-istituzzjoni tal-kreditu konċernata. Fejn l-istralċ isir b'dan il-,mod, l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti għandha, fi żmien xahar mit-trasferiment tad-depożiti, tissottometti rapport għand l-ABE fejn turi li l-ispejjeż li saru ma jaqbżu l-ammont ta' depożiti koperti. [Em. 93]

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jkollhom fis-seħħ arranġamenti ta' finanzjament alternattivi u adegwati sabiex jippermettulhom li meta jkun meħtieġ jiksbu fondi f'qasir żmien ħalli jissodisfaw il-pretensjonijiet fuq dawn l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti.

7.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-ABE kull tliet xhur dwar l-ammont ta' depożiti eleġibbli u d-depożiti koperti fl-Istat Membru tagħhom u dwar l-ammont ta' mezzi finanzjarji disponibbli tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti tagħhom. Din l-infomazzjoni għandha tiġi kkonfermata mill-awtoritajiet kompetenti u flimkien ma' din il-konferma għandha tintbagħat lill-ABE fi żmien għaxart (10) ijiem mill-aħħar tax-xahar xahar . [Em. 94]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas darba fis-sena l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tiġi ppubblikata fil-websajt tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti u tal-ABE . [Em. 95]

7a.     L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom jissodisfaw ir-regoli speċifiċi ta’ governanza u għandhom jifformaw kumitat speċjali li jkun magħmul minn rappreżentanti għoljin tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti, il-membri tagħha u tal-awtoritajiet rilevanti li jfasslu u jiddeċiedu dwar linji gwida tal-investiment trasparenti għall-mezzi finanzjarji disponibbli. Dawn il-linji gwida għandhom jikkunsidraw fatturi bħat-tul ta’ żmien tal-ippariġġjar, il-kwalità, id-diversifikazzjoni u l-korrelazzjoni tal-investimenti. [Em. 96]

Artikolu 10

Self bejn l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti

1.   Skema għandu jkollha d-dritt li tissellef mingħand l-Iskemi L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jsellfu lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra kollha msemmija fl-Artikolu 1(2) oħra fi ħdan l-Unjoni fuq bażi volontarja , sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: [Em. 97]

(a)

l-iskema li tissellef ma tkunx f'pożizzjoni li tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 8(1) minħabba pagamenti preċedenti fl-ambitu tal-ewwel u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(5); [Em. 87]

(b)

is-sitwazzjoni msemmija fil-punt (a) teżisti minħabba nuqqas ta' mezzi finanzjarji disponibbli msemmija fl-Artikolu 9;

(c)

l-iskema li tissellef tkun irrikorriet għall-kontribuzzjonijet straordinarji msemmija fl-Artikolu 9(3);

(d)

l-iskema li tissellef tieħu l-impenn legal li l-fondi mislufa ser jintużaw sabiex jitħallsu pretensjonijiet skont l-Artikolu 8(1);

(e)

l-iskema li tissellef ma tkunx attwalment soġġetta għal obbligu li tħallas lura self lil Skema ta' Garanzija tad-Depożiti oħra skont dan l-Artikolu;

(f)

l-iskema li tissellef għandha tiddikjara tinforma lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-ammont ta' flus mitluba; [Em. 98]

(g)

l-ammont totali misluf ma jaqbiżx 0.5 % tad-depożiti eleġibbli koperti tal-iskema li tissellef. [Em. 99]

(h)

l-iskema li tissellef tinforma mingħajr dewmien lill-ABE u tiddikjara r-raġunijiet għalfejn l-kundizzjonijiet msemmija f' dan is-subparagrafu huma ssodisfati u l-ammont ta' flus mitlub.

L-ammont imsemmi fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

[l-ammont ta' depożiti koperti li għandu jitħallas lura skont l-Artikolu 8(1)] – [il-mezzi finanzjarji disponibbli] + l-ammont massimu ta' kontribuzzjonijiet straaordinarji msemmi fl-Artikolu 9(3)] [Em. 100]

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra għandhom jaġixxu ta' skemi mutwanti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri fejn huma stabbiliti aktar minn skema waħda għandhom jiddeżinjaw skema waħda li taġixxi ta' skema li ssellef ta' dan l-Istat Membru u tinforma lill-Awtorità Bankarja Ewropea dwar dan. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk għandhiex tiġi rrimburżata l-iskema tas-self mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti l-oħra stabbiliti fl-istess Stat Membru, u kif. [Em. 101]

L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li huma rikjesti li jħallsu lura self lil Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti oħra taħt dan l-Artikolu ma għandhomx isellfu lil Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti oħra.

2.   Is-self għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kull skema għandha ssellef l-ammont proporzjonat mal-ammont ta' depożiti eleġibbli f'kull skema mingħajr ma tqis l-iskema li tissellef u l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti msemmija fil-punt (a). L-ammonti għandhom jiġi kkalkulati skont l-aħħar informazzjoni mensili kkonfermata msemmija fl-Artikolu 9(7). [Em. 102]

(b)

l-iskema li tissellef għandha tħallas lura s-self l-aktar tard wara ħames snin, inkluż permezz ta' pagamenti annwali, bl-imgħax dovut biss fi żmien tal-ħlas lura;

(c)

ir-rata tal-imgħax stabbilita hija tal-anqas ekwivalenti għar-rata marġinali tal-faċilità tas-self tal-Bank Ċentrali Ewropew matul il-perjodu tal-kreditu; [Em. 103]

(ca)

l-iskema li tissellef għandha tinforma lill-ABE dwar ir-rata ta' imgħax inizjali kif ukoll it-tul ta’ żmien tas-self. [Em. 104]

3.   L-ABE għandha tikkonferma li r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 fil-paragrafi 1 u 2 ikunu ġew ssodisfati, jiddikjaraw l-ammonti li għandhom jissellfu minn kull skema kif ikkalkulati skont il-paragrafu 2(a) u r-rata inizjali tal-imgħax skont il-paragrafu 2(c) kif ukoll it-tul tal-perjodu tas-self. [Em. 105]

L-ABE għandha tittrasmetti l-konferma tagħha flimkien mal-informazzjoni msemmijia fil-paragrafu 1(h) lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. Huma għandhom jirċievu din il-konferma u din l-informazzjoni għandhom jaslu fi żmien jumejn (2) 2-il jum. tax-xogħol. L-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti li ssellfu għandhom, mingħajr dewmien iżda l-aktar tard fi żmien jumejn (2) tax-xogħol wara l-wasla jwettqu l-pagament tas-self lill-iskema li tissellef. [Em. 106]

5.   l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet miġbura mill-iskema li tissellef jkunu biżżejjed biex tirrimborża l-ammont u biex tistabbilixxi mill-ġdid il-livell mira mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 11

Kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti

1.   Il-kontribuzzjonijiet lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożi msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jiġu ddeterminati għal kull membru abbażi tal-grad proporzjonali għall-grad ta' riskju jġorr. L-istituzzjonijiet tal-kreditu ma għandhomx iħallsu anqas minn 75 % jew aktar minn 200 250  % tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank b'riskju medju. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li membri ta' Skemi msemmija fl-Artikolu 1(3) u(4) iħallsu lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kontribuzzjonijiet aktar baxxi iżda li ma jkunux anqas minn 37,5 % tal-ammont li jkollu jikkontribwixxi bank b'riskju medju.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu kontribuzzjonijiet aktar baxxi għal setturi b’riskju żgħir li huma gvernati minn liġijiet nazzjonali. [Em. 107]

1a.     L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet tal-kreditu kollha affiljati mal-istess korp ċentrali skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/48/KE li jiġu soġġetti b’mod ġenerali għall-ippeżar tar-riskju determinat għall-korp ċentrali u l-istituzzjonijiet affiljati tiegħu fuq bażi konsolidata. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-kreditu jħallsu kontribuzzjoni minima, irrispettivament mill-ammont tad-depożiti koperti tagħhom. [Em. 112]

2.   Id-determinazzjoni L- Annessi I u II jiddeskrivu l-metodu standardizzat għad-determinazzjoni tal-grad ta' riskju mġarrab u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandhom ikun abbażi tal-elementi msemmija fl-Annessi I u II mill-membri tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti .

3.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti msemmja fl-Artikolu 1(2). [Em. 109]

3a.     Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-Iskemi ta 'Garanzija tad-Depożiti jistgħu jużaw il-metodi alternattivi tagħhom stess ibbażati fuq riskju għad-determinazzjoni u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet bbażati fuq riskju mill-membri tagħhom. Il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandu ikunu proporzjonali għar-riskju kummerċjali tal-membri u għandu jieħu kont dovut tal-profili ta' riskju tal-mudelli varji tan-negozju. Metodu alternattiv jista' wkoll jikkunsidra n-naħa tal-attiv tal-karta tal-bilanċ u indikaturi tar-riskju, bħall-adegwatezza tal-kapital, il-kwalità u l-likwidità tal-assi.

Kull metodu alternattiv għandu jkun approvat mill-awtoritajiet kompetenti u mill-ABE u għandhom jikkonformaw mal-linji gwida żviluppati mill-ABE skont l-Artikolu 11 (5). ABE għandha twettaq rieżami tal-konformità mal-linji gwida mill-inqas kull ħames snin u fi kwalunkwe każ kull meta jkun hemm bidla fil-metodu alternattiv tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti. [Em. 110]

4.   Sabiex ikunu żgurati elementi speċifiċi tiġi żgurata l-armonizzazzjoni effettiva tad-definizzjonijiet u l-istabbiliment tal-metodu standard stipulat fil-paragrafi 1 u 2, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz u l-metodi skont l-Anness II il-Part A, qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummussjoni. Dawn l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji,u għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 7 sa 7d ta' [ir-Regolament ABE]. L-Awtorità Bankarja Ewropea tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards regolatorji biex tissottomettihom lill-Kummissjoni jekk meħtieġ, tissuġġerixxi aġġustamenti għal dawk id-definizzjonijiet u dawk il-metodi biex jiżguraw komparabilità sħiħa u tevita l-elementi li jgħawġu.

L-ABE għandha tippreżenta l-abbozzi ta' dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2012.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. [Em. 111]

4a.     L-ABE għandha tikkunsidra fl-analiżi tar-riskju tagħha, u għat-tħejjija ta’ abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji tal-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-governanza stabbiliti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Hija għandha tiżgura t-tixrid ta’ eżempji tal-aħjar prattika permezz tas-SESF. [Em. 113]

5.   Sal-31 ta' Diċembru 2012, l-ABE għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar- Regolament (UE) No 1093/2010 dwar l-applikazzjoni tal-Anness II il-Parti B u dwar il-metodi alternattivi bbażati fuq ir-riskju żviluppati mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti skont il-paragrafu 3a .[l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-ABE]. [Em. 114]

Artikolu 12

Kooperazzjoni fi ħdan l-Unjoni

1.   Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom ikopru d-depożitanti fil-fergħat stabbiliti mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri l-oħra.

2.   Id-depożitanti fil-fergħat stabbiliti minn istituzzjonijiet tal-kreditu fi Stati Membri oħra jew fi Stati Membri fejn istituzzjoni tal-kreditu awtorizzata fi Stat Membru ieħor topera għandhom jiġu mħallsa lura mill-iskema tal-Istat Membru ospitanti f'isem l-iskema fl-Istat Membru tad-domiċilju. L-iskema tad-domiċiju tad-domiċilju għandha tirrimborża tipprovdi l-fondi meħtieġa minn qabel biex tippermetti lill-iskema iskema tal-Istat Membru ospitanti tissodisfa l-obbligu tal-iskema tal-Istat Membru tad-domiċilju li tħallas lura lid-depożitanti taħt il-paragrafu 1 . [Em. 115]

L-iskema tal-Istat Membru ospitanti għandha wkoll tinforma lid-depożitanti konċernati f'isem l-iskema tal-Istat Membru tad-domiċilju u għandha tkun intitolata tirċievi korrispondenza mingħand dawn id-depożitanti f'isem l-iskema tal-Istat Membru tad-domiċilju.

3.   Jekk istituzzjoni tal-kreditu ma tibqax membru ta' skema u tissieħeb fi skema oħra, il-kontribuzzjonijiet imħallsa matul is-sitt (6) xhur mħallsa waqt l-aħħar sena ta' qabel ma tkun irtirat is-sħubija għandhom jiġi jiġu rimborżati jew ittrasferiti fuq bażi pro rata lill-iskema l-oħra, sakemm dawn mhumiex żidiet f’kontribuzzjonijiet regolari skont is-subparagrafu 3 tal-Artikolu 9(1), jew kontribuzzjonijiet straordinarji skont l-Artikolu 9(3) . Dan ma għandux japplika jekk istituzzjoni tal-kreditu ġiet eskluża minn skema skont l-Artikolu 3(3). [Em. 116]

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti tal-Istat Membru tad-domiċilju jiskambjaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(7) ma' dawn l-Istati Membri ospitanti. Għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet stipulati f'dak l-Artikolu.

Istituzzjonijiet ta’ kreditu li jixtiequ jitrasferixxu t minn Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti għal oħra, fuq bażi volontarja b’konformità ma' din id-Direttiva, iridu jagħtu notifika ta’ mill-anqas sitt xhur minn tali intenzjoni. Matul dak il-perjodu, l-istituzzjoni tal-kreditu għandha tikkontribwixxi lill-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti oriġinali tagħha kemm f’termini ta’ finanzjament ex-ante kif ukoll ex-post. [Em. 117]

5.   Sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni effikaċi bejn l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, partikolarment fir-rigward ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 10, l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti, jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet kompetenti, għandhom ikollhom fis-seħħ ftehimiet bil-miktub ta' kooperazzjoni. Dawn il-ftehimiet għandhom iqisu r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 95/46/KE.

l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar l-eżistenza u l-kontenut ta' dawn il-ftehimiet. L-ABE tista' toħroġ opinjonijiet dwar dawn il-ftehimiet skont l-Artikolu 6(2)(f) u l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Jekk l-awtoritajiet kompetenti jew l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti ma jistgħux jaslu għal ftehim jew jekk ikun hemm tilwima dwar l-interpretazzjoni ta' tali ftehim, l-ABE għandha tiddeċiedi dwar it-tilwimiet skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

In-nuqqas ta' dawn il-ftehimiet ma għandux jaffettwa l-pretensjonijiet tad-depożitanti skont l-Artikolu 8(2) jew tal-istituzzjonijiet tal-kreditu skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Fergħat ta' istituzzjonijiet tal-kreditu stabbiliti f'pajjiż terzi

1.   L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-fergħat stabbiliti mill-istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha l-uffiċċju ewlieni 'l barra mill- Unjoni (istituzzjoni ta’ kreditu ta' pajjiżi terzi) jkollhom protezzjoni k ekwivalenti għal dik preskritta f’din id-Direttiva.

Fin-nuqqas ta’ dak, l-Istati Membri jistgħu, suġġett għall-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2006/48/KE, jistipulaw li l-fergħat stabbiliti mill-istituzzjoni ta’ kreditu ta' pajjiż terz li jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha lil hinn mill- Unjoni għandhom jissieħbu fi Skemi ta’ Garanzija tad-Depożitu operabbli fit-territorji tagħhom.

1a.     Sabiex tiġi żgurata armonizzazzjoni konsistenti tal-paragrafu 1, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu kriterji ta’ ekwivalenza ġenerali.

L-ABE għandha tippreżenta l-abbozzi ta' dawk l-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-[…].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. [Em. 118]

2.   Id-depożitantiu dawk li jkollhom l-intenzjoni li jiddepożitaw f'fergħat stabbiliti mill-istituzzjoni ta’ kreditu ta' pajjiż terz li mhijiex membru fi skema li topera fi Stat Membru għandhom jiġu pprovduti mill-istituzzjoni ta’ kreditu bl-informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-arranġamenti ta’ garanzija li tkopri d-depożiti tagħhom.

3.   L-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 2 għandha tkun disponibbli fil-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih fergħa tkun stabbilita, u meta d-depożitant hekk jitlob u l-fergħa tkun tista' tissodisfa talba bħal din, b' lingwi oħrajn fil-manjiera preskritta mill-liġi nazzjonali u għandha tkun abbozzata f’għamla ċara u li tinftiehem. [Em. 151/rev]

Artikolu 14

Informazzjoni lid-depożitanti

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħmlu disponibbli lid-depożitanti attwali u lil dawk li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu depożitu, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazjoni tal-Iskema ta’ Garanzija tad-depożiti li tagħha l-istituzzjoni jew il-fergħat huma membri fl-Unjoni. Meta depożitu ma jkunx garantit permezz ta’ Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti skont l-Artikolu 4 Artikolu 4(1)(a) sa (g) u (i) sa (k) u l-Artikolu 4(2) , l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tinforma lid-depożitant kif meħtieġ f'liema każ l-istituzzjoni ta' kreditu għandha toffri lid-depożitant l-opportunità li jirtira depożiti tiegħu jew tagħha, inklużi l-imgħaxijiet u benefiċċji kollha li akkumulaw fuqhom, mingħajr ma jeħel kwalunkwe penalità . [Em. 119]

2.   L-informazzjoni lil dawk li jkollhom l-intenzjoni li jagħmlu depożitu għandha tkun disponibbli u tiġi kontrofirmata minnhom qabel ma jsir kuntratt dwar it-teħid ta' depożitu. Għal dawn l-għanijiet għandha tintuża l-formula standard stipulata fl-Anness III.

3.   Informazzjoni lid-depożitanti għandha tingħata fir-rapporti tal-kontijiet tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tikkonsisti minn konferma li d-depożiti huma eleġibbli. Barra minn dan, għandha ssir referenza għall-karta tal-informazzjoni stipulata fl-Anness III u minn fejn tista' tinkiseb. Tista' Il-karta ta ' informazzjoni fl-Anness III għandha, tal-anqas darba fis-sena, tiġi mehmuża wkoll ma' wieħed mir-rendikonti tal-kontijiet. Fuq il-karta ta ' informazzjoni għandha tiġi indikata wkoll il -websajt tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli.

Il-websajt tal-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti ser ikollha l-informazzjoni meħtieġa għad-depożitanti, b’mod partikolari l-informazzjoni li tirrigwarda d-dispożizzjonijiet dwar il-proċess u l-kundizzjonijiet tal-garanziji tad-depożiti kif previsti f’din id-Direttiva. [Em. 120]

4.   L-informazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarha fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli fil-manjiera preskritta mil-liġi nazzjonali fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih il-fergħa tkun stabbilita, u meta d-depożitant hekk jitlob u l-fergħa tkun tista' tissodisfa talba bħal din, b' lingwi oħrajn . [Em. 121]

5.   L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-użu fir-reklamar tal-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 fil-paragrafi 1, 2 u 3 għal referenza fattwali għall-iskema li tiggarantixxi l-prodott li jsemmi r-reklam. [Em. 122]

L-istituzzjonijet tal-kreditu L-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jkunu membri ta' xi skema msemmija fl-Artikolu 1(3) u 1(4) għandhom jinfurmaw adegwament adegwatament u b’mod li jinftiehem faċilment lid-depożitanti dwar kif tiffunzjona l-Iskema ta’ Garanzija tad-Depożiti . Fl-istess ħin, l-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jipprovdu lid-depożitanti bl-informazzjoni dwar il-livell ta' kopertura massima u kwistjonijiet oħra relatati mal-Iskema ta 'Garanzija tad-Depożiti. Din l-informazzjoni ma jkunx fiha referenza għal kopertura illimitata tad-depożiti. [Em. 123]

6.   Jekk isseħħ fużjoni ta' istituzzjonijiet tal-kreditu, id-depożitanti tagħhom għandhom jiġu infurmati bil-fużjoni mill-anqas xahar qabel issir legalment effettiva. Id-depożitanti għandhom jiġu infurmati li meta fużjoni ssir effettiva, id-depożiti kollha tagħhom li jinsabu f'kull bank involut fil-fużjoni, wara l-fużjoni jkun aggregat sabiex tiġi ddeterminata l-livell tal-kopertura tagħhom skont l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti. Id-depożitanti se jingħataw perjodu ta' tliet xhur wara n-notifika dwar il-fużjoni sabiex ikollhom l-opportunità li jittrasferixxu d-depożiti tagħhom, inklużi l-imgħax u l-benefiċċji kollha akkumulat, sa fejn jaqbżu l-livell ta' kopertura fl-Artikolu 5(1), f'bank ieħor jew isem kummerċjali ta' bank ieħor mingħajr ma jġarrbu imposti ta' penalità. Matul dak il-perjodu ta' tliet xhur, jekk l-ammont stipulat fl-Artikolu 5(1) jinqabeż, il-l-livell ta' kopertura jiġi estiż billi l-ammont stipulat fl-Artikolu 5(1) jiġi mmultiplikat bl-għadd ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu ffużjonaw. [Em. 124]

6a.     Jekk istituzzjoni ta’ kreditu tirtira, jew tiġi eskluża, minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti, id-depożitaturi tagħha għandhom jiġu nfurmati mill-istess istituzzjoni ta’ kreditu fi żmien xahar. [Em. 125]

7.   Jekk depożitant juża l-internet banking, l-informazzjoni li tkun meħtieġa tiġi divulgata minn din id-Direttiva għandha tiġi kkomunikata b'mezz elettroniku xieraq b'mod li tiġi għall-attenzjoni tad-depożitant, jew fuq il-karta, jekk id-depożitant jagħżel hekk . [Em. 126]

7a.     L-Istati Membri se jiżguraw li l-proċeduri adegwati jkunu fis-seħħ biex l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jkunu jistgħu jikkondividu l-informazzjoni u jikkomunikaw b’mod effikaċi ma’ Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti oħra, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati u l-awtoritajiet kompetenti relevanti fi ħdan il-ġuriżdizzjonijiet tagħhom stess kif ukoll ma’ aġenziji oħra fuq bażi transkonfinali fejn ikun xieraq. [Em. 127]

Artikolu 15

Lista ta' istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati

Fil-lista tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li hija meħtieġa li tkun imħejjija skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/48/KE, il-Kummissjoni għandha tindika b’mod trasparenti , l-istatus ta’ kull istituzzjoni ta’ kreditu fir-rigward ta’ din id-Direttiva. [Em. 128]

Artikolu 16

Eżerċiżżju tad-delega

1.     Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati tiġi kkonferita lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

1a.   Għandhom jingħataw, għal perjodu indeterminat, is-setgħat lill-Kummissjoni biex tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(7) minn  (16).

1b.     Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5(7), tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ġġib fit-tmiem id-delega tal-poter speċifikat f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li jsegwi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

2.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   Is-setgħat biex tadotta atti delegati qegħdin jingħataw lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 17 u 18. L-att delegat adottat skont l-Artikolu 5(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 129]

Artikolu 17

Revoka tad-delega

1.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

2.   L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tas-setgħa għandha tagħmel ħilitha biex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, fejn tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet li jista' jkun hemm għal din ir-revoka.

3.   Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha jkollha effett immedjat jew f'jum aktar tard speċifikat fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjon Ewropea. [Em. 130]

Artikolu 18

Oġġezzjonijiet għall-atti delegati

1.   Il-Paralment Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq inizjattiva tal-Paralment Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar.

2.   Jekk sal-iskadenza ta' dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, huwa għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjon Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fil-jum imsemmi fih.

L-att delegat jista' jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjon Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.

3.   Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għall-att delegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att delegat. [Em. 131]

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni

1.   Il-kontribuzzjonijiet lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti msemmija fl-Artikolu 9 għandhom ikunu maqsuma bl-aktar mod ekwu possibbli sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(1). [Em. 132]

1a.     Jekk Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti ma tkunx tista' tiddetermina d-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jappartjenu għall-iskema meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, il-livell mira skont l-Artikolu 2(1)(h) għandu jirreferi għad-depożiti eliġibbli fl-iskema. Mill-1 ta’ Jannar 2015 id-depożiti koperti huma validi bħala bażi tal-kalkolu tal-livell mira għall-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti kollha. [Em. 133]

2.   Id-depożitanti li għandhom titoli ta' dejn maħruġa mill-istess istituzzjoni tal-kreditu u obbligazzjonijiet li joriġinaw minn aċċettazzjonijiet proprji jew kambjali, depożiti li l-eżistenza tagħhom tista' tiġi ppruvata jkunu reġistrati fuq id-detentur u mhux fuq isem ta’ persuna , depożiti li l-kapital tagħhom mhuwiex repagabbli at par; jew li l-kapital tagħhom huwa ripagabbli biss in par taħt garanzija jew ftehim partikolari mogħti mill-istituzzjoni tal-kreditu jew parti terza għandhom jiġu infurmati li d-depożiti tagħhom mhux ser ikunu koperti aktar minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti.

3.   Fejn ċerti depożiti ma jibqgħux koperti bis-sħiħ jew parzjalment minn Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti wara t-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/14/KE fil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li dawn id-depożiti jkunu koperti sal-31 ta' Diċembru 2014 jekk dawn id-depożiti kienu tpoġġew qabel it-30 ta' Ġunju 2010. Wara l-31 ta' Diċembru 2014, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda skema ma tagħti garanziji ogħla jew aktar komprenżivi minn dawk previsti f'din id-Direttiva irrispettivament minn meta kienu tpoġġew id-depożiti.

4.   Sal-31 ta' Diċembru 2015 Sat-2 ta’ Jannar 2014 , il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport, u jekk xieraq, proposta leġislattiva lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bil-għan li tiddetermina jekk li juri kif l-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti eżistenti għandhomx jinbidlu bi , li joperaw fl-Unjoni jistgħu, taħt il-koordinazzjoni tal-ABE, jikkooperaw permezz ta’ Skema unika għall-Unjoni kollha Ewropea biex jevitaw riskji li jirriżultaw minn attivitajiet transkonfinali u jipproteġu d-depożiti minn tali riskji . [Em. 134]

5.   Sal-31 ta’ Diċembru 2015 il-Kummissjoni, f'koperazzjoni mal-ABE, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta' din d-Direttiva. Dan ir-rapport għandu speċjalment ikopri l-possibbiltà li jiġi determinat il-livell fil-mira abbażi tad-depożiti koperti, mingħajr ma jnaqqas jkopri b'mod partikolari:

il-livell mira abbażi tad-depożiti koperti, b’evalwazzjoni tar-rilevanza tal-perċentwal iffissat jew b’evalwazzjoni ta’ possibilitajiet regolatorji oħra; dak il-livell mira li jirrifletti l-falliment ta’ depożiti matul l-għaxar snin preċedenti fi skema ta’ protezzjoni statutorja, kuntrattwali jew istituzzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 80(8) tad-Direttiva 2006/48/KE,

l-effett kumulat tal-obbligi regolatorji tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu bħalma huma r-rekwiżiti tal-fondi kapitali,

l-interkonnessjoni bejn il-leġislazzjoni dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti u l-leġislazzjoni futura dwar l-għanijiet tal-immaniġġjar tal-kriżijiet,

l-impatt fuq id-diversità tal-mudelli bankarji bil-ħsieb li titħares din id-diversità,

l-adegwatezza tal-livell ta’ kopertura attwali għad-depożitaturi.

Ir-rapport għandu jevalwa jekk il-kwistjonijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu ġewx trattati b' mod li tiġi mħarsa l-protezzjoi tad-depożitanti. [Em. 135]

Artikolu 20

Transpożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità mal-Artikoli 1, 2(1)(a), (c), (d), (f), (h)-(m), 2(2), 3(1), 3(3), 3(5)-3(7), 4(1)(d)-(k), 5(2)-5(5), 6(4)-6(7), 7(1)-(3), 8(2)-(4), 9-11, 12, 13(1)-(2), 14(1)-(3), 14(5)-(7), 19 u l-Anness I-III din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2012l-aktar tard. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonjiet u din id-Direttiva. [Em. 136]

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(1), l-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10 sal-31 ta’ Diċembru 2020. [Em. 137]

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikolu 7(1) u 9(5) sal-31 ta’ Diċembru 2013. Madankollu, il-perċetwali ta' depożiti eleġibbli msemmija fl-Artikolu 9(5)(a) ma għandux japplika qabel l-1 ta' Jannar 2014. Sal-31 ta' Diċembru 2017, għandu japplika perċentwali ta' 0.5 %. Wara dik id-data u sal-31 ta' Diċembru 2020, għandu japplika perċentwali ta' 0.75 %. [Em. 138]

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandha tiġi inkluża referenza għal din id-Direttiva jew magħhom għandu jkun hemm referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li referenzi f'liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttivi rrevokati minn din id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza u kif għandha tkun ifformulata dik id-dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 21

Revoka

Id-Direttiva 94/19/KE flimkien mal-emendi sussegwenti tagħha huma rrevokati b'effett mill-31 ta' Diċembru 2012, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi msemmija fl-Anness IV.

Ir-referenzi għad-Direttivi rrevokati għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal- Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2(1)(b), (e), (g), l-Artikolu 4(1)(a),(b) u (c), l-Artikolu 5(1), l-Artikolu 6(1), (2) u (3), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 12(1), l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 14(4), u l-Artikoli 15 sa 18 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2013.

Artikolu 23

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi, […]

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 99, 31.3.2011, p. 1.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012.

(3)  ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5.

(4)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(5)  ĠU L 68, 13.3.2009, p. 3.

(6)   ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(7)   ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1 .

(8)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(9)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(10)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(11)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Bankarja Ewropea - COM(2009) 501.

(12)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(13)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(14)  Data tad-dħul fis-seħħ ta 'din id-Direttiva.

(15)  Is-Seba' Direttiva 83/349/KEE tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju ta' l-1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1).

(16)   Data tad-dħul fis-seħħ ta 'din id-Direttiva.

Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
ANNESS I

Determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet abbażi tar-riskju lill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti

1.

Għandhom jintużaw il-formuli li ġejjin:

(a)

l-ammont tal-kontribuzzjoni ta' membru abbażi tar-riskju

Formula

(b)

is-sehem ta' membru mir-riskju

Formula

(c)

l-ammont ppiżat għar-riskju tal-kontribuzzjoni ta' membru

Formula

fejn:

C i

l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-membru tal-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti numru

TC

l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet li għandhom jinġabru mill-iskema

RS i

is-sehem tal-membru numru i mir-riskju

RA i

l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-membru numru i skont ir-riskju ppiżat

RA k

l-ammonti ppiżati għar-riskju tal-kontribuzzjonijiet ta' kull wieħed mill-għadd n ta' membri

CB

il-bażi tal-kontribuzzjoni (jiġifieri id-depożiti koperti l-aktar tard sal-1 ta’ Jannar 2015 jew, fejn dawn ma jistgħux jiġu kkalkolati għall-istituzzjonijiet membri kollha tal-Iskema ta’ Garanzija , id-depożiti eliġibbli) [Em. 139]

βi

il-koeffiċjent tar-riskju mogħti lill-membru numru i skont l-Anness II.

2.

Għandhom jintużaw il-formuli li ġejjin:

(a)

ir-riżultat kompost totali ta' membru

Formula

(b)

is-sottoriżultat kompost ta' membru fir-rigward tal-indikaturi ewlenin

Formula

(c)

is-sottoriżultat kompost ta' membru fir-rigward tal-indikaturi supplimentari

Formula

fejn:

ρi

ir-riżultat kompost totali tal-membru numru i

ρi COR

is-sottoriżultat kompost totali tal-membru numru i fir-rigward tal-indikaturi ewlenin

ρi SUP

is-sottoriżultat kompost totali tal-membru numru i fir-rigward tal-indikaturi supplimentari

ρi x

varjabbli li jivvaluta r-riskju tal-membru numru i fir-rigward ta' indikatur individwali ewlieni jew supplementari ppreżentat fl-Anness II

x

is-simbolu ta' indikatur ewlieni jew supplimentari speċifiku.

Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
ANNESS II

Indikaturi, riżultati u piżijiet għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju;

PARTI A

Indikaturi ewlenin

1.

l-indikaturi ewlenin li ġejjin għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju:

Klassi tar-riskju

Indikatur

Proporzjon

Adegwatezza tal-kapital

Partiti b'fondi proprji msemmija fl-Artikolu 57 (a) sa (ca) tad-Direttiva 2006/48/KE u l-assi ppiżati għar-riskju msemmija fl-Artikolu 76 tad-Direttiva 2006/48/KE

Fondi proprji

Assi ppiżati għar-riskju

Kwalità tal-assi

Self li ma jrendix

Self li ma jrendix

Self gross

Profitabbiltà

Dħul mill-assi aġġustat skont ir-riskju [Em. 140]

Introjtu nett

Medja tal-assi totali

Likwidità

Tiġi ddeterminata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11(4)

2.

Ir-riżultati li ġejjin għandhom jintużaw sabiex jiġu riflessi l-profili tar-riskju fir-rigward tal-indikaturi ewlenin:

Livell ta' riskju

Adegwatezza tal-kapital

Kwalità tal-assi

Profitabbiltà

Likwidità

Riskju baxx ħafna

1

1

1

1

Riskju baxx

2

2

2

2

Riskju medju

3

3

3

3

Riskju għoli

4

4

4

4

Riskju għoli ħafna

5

5

5

5

3.

Ir-riżultati li ġejjin għandhom jingħataw lil membru abbażi tal-valuri reali tal-indikaturi fi klassi ta' riskju speċifika:

Element

Simbolu (x)

ρ x = 1

ρ x = 2

ρ x = 3

ρ x = 4

ρ x = 5

Adegwatezza tal-kapital

CA

x > 12.3 %

12.3 % ≥ x > 9.6 %

9.6 % ≥ x > 8.2 %

8.2 % ≥ x > 7 %

x ≤ 7 %

Kwalità tal-assi

AQ

x ≤ 1 %

1 % < x ≤ 2.1 %

2.1 % < x ≤ 3.7 %

3.7 % < x ≤ 6 %

x > 6 %

Profitabbiltà

P

x > 1.2 %

1.2 % ≥ x > 0.9 %

0.9 % ≥ x > 0.7 %

0.7 % ≥ x > 0.5 %

x ≤ 0.5 %

Likwidità

L

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw il-limiti għal kull ρ x skont l-Artikolu 11(4)

4.

Il-piżijiet tar-riskju (koeffiċjenti) li ġejjin għandhom jingħataw lil membru skont ir-riżultat kompost tiegħu:

Riżultat kompost (ρ)

1 < ρ ≤ 1.5

1,5 < ρ ≤ 2,5

2,5 < ρ ≤ 3,5

3,5 < ρ ≤ 4,5

4,5 < ρ ≤ 5

Koeffiċjent tar-riskju (β)

75 %

100 %

125 %

150 %

200 %

PARTI B

Indikaturi supplimentari

1.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw indikaturi supplimentari Għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju. Għal dan il-għan jistgħu wkoll jintużaw l-indikaturi kollha li ġejjin, jew xi wħud minnhom: [Em. 141]

Klassi tar-riskju

Indikatur/proporzjon

Definizzjoni

Adegwatezza tal-kapital

Kapital totali

Kapital totali

Assi ppiżati għar-riskju

Kapital żejjed (1)

Kapital żejjed

jew

Kapital żejjed

Assi totali

Assi ppiżati għar-riskju

Kwalità tal-assi

Provvediment f'każ ta' telf minn self

Provvediment f'każ ta' telf minn self

jew

Provvediment f'każ ta' telf minn self

Dħul nett mill-imgħax

Introjtu operattiv

Assi ppiżati għar-riskju

Assi ppiżati għar-riskju

Assi totali

Profitabbiltà

Kostijiet fuq l-introjtu

Spejjeż operattivi

Introjtu operattiv

Marġni nett

Marġni nett

Kapital totali

Likwidità

Tiġi ddeterminata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 11(5)

2.

Ir-riżultati li ġejjin għandhom jintużaw sabiex jiġu riflessi l-profili tar-riskju fir-rigward tal-indikaturi supplimentari.

Livell ta' riskju

Adegwatezza tal-kapital

Kwalità tal-assi

Profitabbiltà

Likwidità

Riskju baxx ħafna

1

1

1

1

Riskju baxx

2

2

2

2

Riskju medju

3

3

3

3

Riskju għoli

4

4

4

4

Riskju għoli ħafna

5

5

5

5

3.

Il-piżijiet tar-riskju (koeffiċjenti) li ġejjin għandhom jingħataw lil membru skont ir-riżultat kompost tiegħu:

Riżultat kompost (ρ)

1 < ρ ≤ 1,5

1,5 < ρ ≤ 2,5

2,5 < ρ ≤ 3,5

3,5 < ρ ≤ 4,5

4,5 < ρ ≤ 5

Koeffiċjent tar-riskju (β)

75 %

100 %

125 %

150 %

200 %


(1)  Kapital żejjed = Kapital - fondi proprji msemmija fl-Artikolu 57(a) sa (h) tad-Direttiva 2006/48/KE.

Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
ANNESS III

Formula standard tal-informazzjoni lid-depożitanti

Jekk depożitu id-depożitu tiegħek li huwa dovut u pagabbli ma jkunx tħallas minn istituzzjoni mill-istituzzjoni tal-kreditu tiegħek għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkustanzi finanzjarji tagħha, id-depożitanti jiġu ripagati inti, bħala depożitant, titħallas lura minn Skema ta' Garanzija tad-Depożiti. Il-[daħħal il-prodott] tal-[daħħal l-isem tal-istituzzjoni tal-kreditu fejn hemm il-kont] huwa ġeneralment kopert mill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli f'konformità mad-Direttiva 2012/ /UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti  (1). [Em. 142]

Dan ir-ripagament ikopri sa massimu ta' EUR 100 000 għal kull bank. Dan ifisser li sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' kopertura, id-depożiti kollha tiegħek fl-istess bank jiġu aggregati jingħaddu flimkien. Pereżempju , jekk pereżempju depożitant ikollu jekk inti għandek kont tat-tfaddil depożitu b'EUR 90 000 u kont kurrenti b'EUR 20 000 b'EUR 40,000, inti hu jew hi titħallas lura biss EUR 100 000. [Em. 143]

[Fejn applikabbli biss]: Dan il-metodu ser jiġi applikat anki jekk istituzzjoni ta’ kreditu topera b'ismijiet kummerċjali differenti għall-klijenti tiegħu . [Daħħal l-isem tal-istituzzjoni tal-kreditu fejn hemm il-kont] tinnegozja wkoll bħala [daħħal d-ditti kollha l-oħra tal-istess istituzzjoni tal-kreditu]. Dan ifisser li d-depożiti kollha ma' wieħed jew aktar minn dawn l-ismijiet ta' ditti jinsabu rispettivament fil-kopertura totali sa EUR 100 000. [Em. 144]

Fil-każ ta' kontijiet konġunti, il-limitu ta' EUR 100 000 japplika għal kull depożitant.

[Fejn applikabbli biss:] Madankollu, depożiti f’kont li għalih tnejn jew aktar persuni jkunu intitolati bħala membri ta’ sħubija ta’ negozju, assoċjazzjoni jew gruppi ta’ natura simili, mingħajr personalità legali, jiġu aggregati u ittratati bħalli kieku kienu magħmula minn depożitant wieħed għall-fini tal-kalkolu tal-limiti ta' EUR 100 000.]

Ġeneralment, id-depożitanti kollha f'livell ta' konsumatur u n-negozji kollha [safejn dan japplika fl-Istat Membru: u awtoritajiet lokali vulnerabbli huma koperti mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti. L-eċċezzjonijiet għal ċerti depożiti jinsabu mniżżla fil-websajt tal-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli [daħħal il-websajt ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli] . Fuq talba, l-istituzzjoni tal-kreditu tiegħek ser infurmak ukoll jekk ċerti prodotti humiex koperti jew le. Jekk id-depożiti huma koperti, l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha wkoll jikkonferma tispeċifika dan fir-rapport tal-kont tiegħek . [Em. 145]

L-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli hija [daħħal l-isem u l-indirizz, it-telefown, l-emajl u l-websajt]. Ser tħallas lura d-depożiti tiegħek (sa EUR 100 000) fi żmien sitt ġimgħat l-aktar tard, mill-31 ta' Diċembru 2013 fi żmien ġimgħa ħamest ijiem [fejn applikabbli: 20 jum ] ta’ xogħol . [fejn applikabbli: Fuq talba lill-entità ta’ garanzija tad-depożitu jitħallsu lilek sa EUR 5 000 ta’ kreditu fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol. Mill-2017, id-depożiti tiegħek jitħallsu lura lilek fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol.] [Em. 146]

Jekk tkun għandek ma tħallastx lura fi żmien dawk l-iskadenzi, għandek tikkuntattja lill-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti peress li ż-żmien biex tippreżenta pretensjoni għal rimborż jista' jingħalaq wara ċertu limitu [daħħal il-perjodu ta' żmien relevanti applikabbli fl-Istat Membru u r-referenza eżatta dwar l-att legali nazzjonali u l-Artikolu partikolari, li jirregolaw dawn id-dispożizzjonijiet] . Aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn [daħħal il-websajt ta' Skema ta' Garanzija tad-Depożiti responsabbli]. [Em. 147]

[Fejn applikabbli biss:] Id-depożitu L-istituzzjoni ta’ kreditu tiegħek huwa ggarantit hija parti minn skema ta' Garanzija Istituzzjonali[rikonoxxuta/mhux rikonoxxuta] bħala Skema ta' Garanzija tad-Depożiti. Dan ifisser li l-banek l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li huma membri ta' din l-iskema jappoġġjaw reċiprokament lil xulxin sabiex jevitaw falliment ta' bank l-insolvenza . Madankollu, jekk bank ifalli l-insolvenza ssir xorta waħda, id-depożiti tiegħek jitħallsu lura sa EUR 100 000 fil-qafas ta’ Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali . [Em. 148]


(1)   Numru u referenza tal-pubblikazzjoni ta 'din id-Direttiva.

Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
ANNESS IV

PARTI A

Id-Direttivi mħassra, flimkien mal-emendi suċċessivi tagħhom (imsemmija fl-Artikolu 21)

Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti

Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti fir-rigward tal-livell ta’ kopertura u taż-żmien għar-rimbors

PARTI B

Skandenzi għat-traspożizzjoni (imsemmija fl-Artikolu 21)

Direttiva

Skandenza għat-traspożizzjoni

94/19/KE

1.7.1995

2009/14/KE

30.6.2009

2009/14/KE (it-tieni paragrafu tal-punt 3(i) tal-Artikolu 1, l-Artikolu 7(1a) u (3) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19/KE kif emendata mid-Direttiva 2009/14/KE)

31.12.2010

Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
ANNESS V

Tabella ta' korrelazzjoni

Din id-Direttiva

Id-Direttiva 2009/14/KE

Id-Direttiva 94/19/KE

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2(1)(a)

 

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 2(1)(d)

 

L-Artikolu 1(2)

L-Artikolu 2(1)(e)

L-Artikolu 1(1)

L-Artikolu 1(3)

L-Artikolu 2(1)(f)

 

L-Artikolu 1(4)

L-Artikolu 2(1)(g)

 

L-Artikolu 1(5)

L-Artikolu 3(1)

 

L-Artikolu 3(1)

L-Artikolu 3(2)

 

L-Artikolu 3(2)

L-Artikolu 3(3)

 

L-Artikolu 3(3)

L-Artikolu 3(4)

 

L-Artikolu 5

L-Artikolu 3(6)

L-Artikolu 1(6)(a)

 

L-Artikolu 4(1)(a)-(c)

 

L-Artikolu 2

L-Artikolu 4(1)(d)

 

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (1)

L-Artikolu 4(1)(f)

 

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (10)

L-Artikolu 4(1)(g)

 

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (2)

L-Artikolu 4(1)(h)

 

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (5)

L-Artikolu 4(1)(i)

 

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (6)

L-Artikolu 4(1)(j)

 

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (3), (4)

L-Artikolu 4(10)(k)

 

L-Artikolu 7(2), L-Anness I (12)

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 1(3)(a)

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 5(4)

L-Artikolu 1(3)(a)

 

L-Artikolu 5(6)

 

L-Artikolu 7(4), 7(5)

L-Artikolu 5(7)

L-Artikolu 1(3)(d)

 

L-Artikolu 6(1)-(3)

 

L-Artikolu 8

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 1(6)(a)

L-Artikolu 10(1)

L-Artikolu 7(3)

 

L-Artikolu 10(4)

L-Artikolu 7(4)

 

L-Artikolu 10(5)

L-Artikolu 8(1)

 

L-Artikolu 7(6)

L-Artikolu 8(2)

 

L-Artikolu 11

L-Artikolu 12(1)

 

L-Artikolu 4(1)

L-Artikolu 13

 

L-Artikolu 6

L-Artikolu 14(1)-(3)

L-Artikolu 1(5)

L-Artikolu 9(1)

L-Artikolu 14(4)

 

L-Artikolu 9(2)

L-Artikolu 14(5)

 

L-Artikolu 9(3)

L-Artikolu 15

 

L-Artikolu 13

L-Artikolu 16-18

L-Artikolu 1(4)

 


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/120


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Ftehim UE-Marokk dwar il-liberalizzazzjoni reċiproka fir-rigward tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tas-sajd ***

P7_TA(2012)0056

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (15975/2010 – C7-0432/2010 – 2010/0248(NLE))

2013/C 249 E/33

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15975/2010),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jittratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli Nri 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (15974/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0432/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0023/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tal-Marokk.


30.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 249/121


Il-Ħamis 16 ta’ Frar 2012
Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji ***

P7_TA(2012)0061

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (11343/2010 – C7-0207/2011 – 2010/0093(NLE))

2013/C 249 E/34

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (11343/2010)

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (09429/2010),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0207/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7–0026/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Konvenzjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-partijiet tal-Konvenzjoni reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji u lill-Presidenti tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja.