ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.179.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 179

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
25 ta' Ġunju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 179/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2013/C 179/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

4

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2013/C 179/03

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Mejju 2013 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (CON/2013/37)

9

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2013/C 179/04

Lista ta’ ħatriet magħmula mill-Kunsill – Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju 2013 (qasam soċjali)

14

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 179/05

Rata tal-kambju tal-euro

17

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 179/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6945 – ABB/Power-One) ( 2 )

18

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 179/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

19

2013/C 179/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

27

2013/C 179/09

Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

33

2013/C 179/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

40

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2013/C 179/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

27.3.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33147 (11/NN)

Stat Membru

Il-Portugall

Reġjun

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Auxílios a favor da recolha, transporte e destruição dos animais mortos na exploração

Il-bażi legali

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Servizzi ssussidjati

L-estimi

L-intensità

41 %

It-tul ta' żmien

mit-22.10.2003

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' sostenn għall-produzzjoni ta' annimali

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

27.3.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35624 (12/N)

Stat Membru

Il-Belġju

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Paiements agroenvironnementaux — Mesure de l’axe 2 du programme de développement rural (mesure 214)

Il-bażi legali

24 avril 2008 — Arrêté du gouvernement wallon relatif à l’octroi de subventions agro-environnementales

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Impenji agroambjentali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 90 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 30 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

SPW Direction générale Agriculture ressources naturelles environnement

Ilôt Saint Luc Chaussée de Louvain 14

5000 Namur

BELGIQUE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

1.3.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35898 (12/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Thüringen

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Thüringen, Förderung von Waldumweltmaßnahmen

Il-bażi legali

1.§§ 23 und 44 der Thüringer Landeshaushaltsordnung vom 19. September 2000 (GVBI. 10/2000, S. 282) in der Fassung vom 21. Dezember 2011 (GVBl. 12/2011 S. 534) i.V.m. der Richtlinie „Förderung von Waldumweltmaßnahmen”

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Żvilupp settorjali, Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 1,85 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.3.2013-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Silvikultura u attivitajiet oħra tal-forestrija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Thüringen Forst

Forsthaus Allzunah

98711 Frauenwald

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


25.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/4


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 179/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

8.2.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33474 (11/N)

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Bydgoskie

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Pomoc na restrukturyzację FFM FORMET SA

Il-bażi legali

1)

Ustawa z dnia 30 sierpnia 1996 r. o komercjalizacji i prywatyzacji – art. 56

2)

Ustawa z dnia 29 kwietnia 2010 r. o zmianie ustawy o komercjalizacji i prywatyzacji – Przepisy wprowadzające ustawę o finansach publicznych – art. 5

3)

Ustawa z dnia 8 sierpnia 1996 r. o zasadach wykonywania uprawnień przysługujących Skarbowi Państwa – art. 2b

4)

Rozporządzenie Ministra Skarbu Państwa z dnia 6 kwietnia 2007 r. w sprawie pomocy publicznej na ratowanie i restrukturyzację przedsiębiorców

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

Fabryka Form Metalowych FORMET SA

L-għan

Sunkumus patiriančių įmonių restruktūrizavimas

Il-forma tal-għajnuna

Forom oħra ta' intervent ta' ekwità

L-estimi

Baġit globali: PLN 2,30 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

mill-8.2.2012

Setturi ekonomiċi

Manifattura ta' prodotti oħra ta' plastik, Manifattura ta' għodod oħra tal-magni, Manifattura ta' makkinarju tal-plastik u l-lasktu

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Minister Skarbu Państwa

ul. Krucza 36/Wspólna 6

00-522 Warszawa

POLSKA/POLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

21.2.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33848 (11/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Staatliche Beihilfe N 449/01 — Deutschland

Fortführung der ökologischen Steuerreform nach dem 31. März 2002; hier nur: Steuerregelung für KWK-Anlagen

Il-bażi legali

Gesetz zur Einführung der ökologischen Steuerreform, Gesetz zur Fortführung der ökologischen Steuerreform

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Forma oħra ta' vantaġġ fiskali, Tnaqqis fir-rata tat-taxxa – Tax exemption

L-estimi

Baġit globali: EUR 3 120 (f'miljuni)

Baġit annwali: EUR 520 (f'miljuni)

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

1.4.2012-31.3.2022

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Hauptzollämter

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

2.5.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34766 (12/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

País Vasco

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayudas a la investigación, desarrollo e innovación de los sectores agrario, alimentario y pesquero (Programa Berriker)

Il-bażi legali

Borrador de Decreto de ayudas a la investigación, desarrollo e innovación de los sectores agrario, alimentario y pesquero (Programa Berriker)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Riċerka u żvilupp, Innovazzjoni.

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Sussidju fuq l-imgħax

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 4,20 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 0,70 (f'miljuni)

L-intensità

35 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2015

Setturi ekonomiċi

Manifattura ta' prodotti ta' l-ikel, Agrikoltura, Forestrija u Sajd, Manifattura ta' xarbiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Gobierno Vasco — Departamento de Medio Ambiente, Planificación Territorial, Agricultura y Pesca

Calle Donostia, 1

01010 Vitoria

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

11.3.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35434 (12/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Bayern

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Cluster Fund ‘Start-up!’. Risk Capital Scheme. Germany (Bavaria)

Il-bażi legali

Unterzeichneter Gesellschaftsvertrag der Clusterfonds Start-Up! GmbH & Co. KG/Nachtrag zum Gesellschaftsvertrag der Clusterfonds Start-up! GmbH incl. der beiden Anlagen „Beteiligungsgrundsätze“ und „Geschäftsordnung für den Beteiligungsausschuss“.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rizikos kapitalas

Il-forma tal-għajnuna

Self f'imgħax favorevoli, Provvista ta' kapital ta' riskju

L-estimi

Baġit globali: EUR 20 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

17.4.2013-31.12.2023

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

LfA Förderbank Bayern

Königinstraße 17

80539 München

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

7.11.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35444 (12/N)

Stat Membru

Il-Litwanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Finansinė parama kino projektams (pakeitimai)

Il-bażi legali

Lietuvos Respublikos Kino įstatymo pakeitimo įstatymas (XI-1897), 2011-12-22, Žin., 2012, Nr. 6-192 (2012-01-10)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

L-intensità

75 %

It-tul ta' żmien

10.1.2010-31.12.2016

Setturi ekonomiċi

Arti, divertiment u rikreazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Lietuvos Respublikos kultūros ministerija

J. Basanavičiaus g. 5

LT-01118 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

25.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/9


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-28 ta’ Mejju 2013

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI

(CON/2013/37)

2013/C 179/03

Introduzzjoni u bażi legali

Fil-5 ta’ Frar 2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kummissjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠA (1) (iktar ’il quddiem id-“direttiva proposta”). Fl-20 ta’ Frar u t-2 ta’ April 2013, il-BĊE rċieva talbiet mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, rispettivament, għal opinjoni dwar l-istess direttiva proposta.

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdu li l-BĊE għandu jiġi kkonsultat dwar l-atti proposti kollha tal-Unjoni fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu. Barra minn dan, il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 128(1) tat-Trattat u l-Artikolu 16 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, peress li d-direttiva proposta tinkludi dispożizzjonijiet li għandhom implikazzjonijiet għal ċerti kompiti tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.    Skop u kontenut tad-direttiva proposta

Id-direttiva proposta ser tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI dwar iż-żieda tal-protezzjoni permezz ta’ pieni kriminali u sanzjonijiet oħrajn kontra l-iffalsifikar b’rabta mal-introduzzjoni tal-euro (2) għal dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fl-adozzjoni tagħha. Hija żżomm il-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI, b’modifiki żgħar, waqt li tieħu f’kunsiderazzjoni it-Trattat ta’ Lisbona. Barra minn hekk, id-direttiva proposta tikkumplimenta d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI, billi tintroduċi piena massima ta’ sitt xhur priġunerija għall-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ flus iffalsifikati u piena massima ta’ mill-inqas tmien snin priġunerija għad-distribuzzjoni ta’ flus iffalsifikati. Tintroduċi wkoll dispożizzjonijiet ġodda li jeħtieġu lill-Istati Membri biex: (a) jipprovdu għall-possibbiltà li jużaw ċerti għodod investigattivi; u (b) jiżguraw li ċ-Ċentri Nazzjonali ta' Analiżi (National Analysis Centres – NACs) u ċ-Ċentri Nazzjonali ta' Analiżi tal-Muniti (Coin National Analysis Centres – CNACs) jitħallew jeżaminaw karti tal-flus u muniti tal-euro ssuspettati li huma foloz għall-analiżi, l-identifikazzjoni u l-iskoperta ta’ flus ffalsifikati oħrajn ukoll matul proċeduri ġudizzjarji li jkunu jinsabu għaddejjin.

2.    Osservazzjonijiet ġenerali

Il-BĊE jilqa’ d-direttiva proposta, li l-iskop tagħha huwa li tissupplimenta d-dispożizzjonijiet u li tiffaċilita l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali għat-Trażżin tal-Iffalsifikar tal-Flus, iffirmata f’Ġinevra fl-20 ta’ April 1929 u l-Protokoll tagħha (3) (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Ġinevra”) mill-Istati Membri (4). Il-BĊE jilqa’ wkoll il-fatt li d-direttiva proposta tikkunsidra l-fehma tal-BĊE li l-qafas tal-liġi kriminali għandu jiġi rrafforzat billi jiġi msaħħaħ u armonizzat ir-reġim tal-pieni, inkluż billi jiġu ffissati standards għal pieni minimi. Fl-istess ħin, il-BĊE jinnota li d-direttiva proposta fil-biċċa l-kbira żżomm id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI, li ser tiżgura ċertezza legali akbar wara t-tranżizzjoni għar-reġim il-ġdid ta’ protezzjoni stabbilit taħt id-direttiva proposta.

Il-BĊE jifhem li d-dispożizzjoni dwar rikonoxximent reċiproku tal-kundanni għall-iskop li jiġu rikonoxxuti “reati ripetuti” taħt l-Artikolu 9a tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI ma tkunx ippreġudikata wara l-adozzjoni tad-direttiva proposta għall-Istati Membri li diġà ttrasponew din id-dispożizzjoni fil-liġi nazzjonali. Rigward dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan, l-obbligu tagħhom li jistabbilixxu regoli nazzjonali dwar dan ir-rikonoxximent reċiproku tal-pieni taħt l-Artikolu 9a jidher li jkompli jeżisti b’mod konformi mal-Artikolu 12 tad-direttiva proposta. Madankollu, sabiex dan ikun ċar, il-BĊE jissuġġerixxi li l-kontenut tal-Artikolu 9a tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI jiddaħħal fid-direttiva proposta.

B’mod konformi mal-premessi 28, 29 u 30 tad-direttiva proposta, il-BĊE jinnota li, waqt li d-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni tad-direttiva proposta, ir-Renju Unit u l-Irlanda jistgħu jiddeċiedu jekk jieħdux sehem jew le fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tagħha. Il-BĊE jifhem li jekk id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jipparteċipawx fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tad-direttiva proposta, huma ser ikomplu jkunu soġġetti għall-obbligi relatati mal-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI b’mod konformi mal-Artikolu 12 tad-direttiva proposta. B’riżultat ta' dan, id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Irlanda ma jkunux soġġetti għar-regoli l-ġodda taħt id-direttiva proposta. Għalhekk, ikun ta’ benefiċċju li jiġu mistiedna l-awtoritajiet kompetenti tad-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Irlanda (jekk dawn l-aħħar tnejn ma jipparteċipawx fl-adozzjoni tad-direttiva proposta), biex jintrabtu sabiex japplikaw l-istandards minimi u massimi għall-pieni, jiżguraw id-disponibbiltà ta’ għodda investigattivi effettivi u t-trasmissjoni ta’ noti u muniti ffalsifikati lill-NACs u s-CNACs minn awtoritajiet ġudizzjarji b’mod konformi mal-Artikoli 5, 9 u 10, rispettivament, tad-direttiva proposta. Inkella, ikunu imminati l-kooperazzjoni transkonfinali u l-mitigazzjoni tar-riskju li wieħed jagħżel l-aktar forum konvenjenti, kif imsemmi fil-premessa 18 tad-direttiva proposta.

3.    Osservazzjonijiet speċifiċi

3.1.   Valur nominali potenzjali ta’ karti tal-flus u muniti ffalsifikati

Fir-rigward tar-referenzi għall-valur nominali tal-karti tal-flus u l-muniti ffalsifikati fil-premessa 19 u l-Artikolu 5 tad-direttiva proposta, il-BĊE jinnota li, minn perspettiva ta’ produzzjoni, dan il-valur jista’ jiġi identifikat biss f’dak li jirrigwarda karti jew muniti ffalsifikati li jkunu lesti.

Madankollu, il-BĊE jinnota li l-kunċett ta’ karti tal-flus u muniti ffalsifikati mhuwiex neċessarjament limitat biss għal karti tal-flus u muniti ffalsifikati lesti, iżda jista’ jkopri wkoll karti tal-flus u muniti ffalsifikati mhux lesti li jkunu jinsabu fil-proċess ta’ produzzjoni. Il-BĊE jenfasizza li, fil-kuntest tal-produzzjoni jew alterazzjoni frodulenti ta' karti tal-flus u muniti ddenominati f'euro jew f'muniti oħrajn (5), l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jiskopru flus foloz mhux lesti. Il-BĊE jinnota li t-teknika standard użata mill-pulizija meta jaqbdu post klandestin fejn jinħadmu l-flus foloz huwa li jipprovaw jintervjenu waqt li r-reat ikun attwalment jinsab għaddej. Din tkun kwistjoni ta’ ġudizzju, u f’xi każijiet jista’ jkun hemm ftit prodotti lesti iżda ħafna xogħol li jkun jinsab għaddej. Il-BĊE jinnota li dawn il-prodotti mhux lesti ma jkollhomx valur nominali iżda valur nominali potenzjali, li għandu jittieħed f’kunsiderazzjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ piena proporzjonata taħt l-Artikolu 5 tad-direttiva proposta. Għaldaqstant, il-premessa 19 u l-Artikolu 5 għandhom jiġu emendati sabiex jinkludu referenzi għall-valur nominali potenzjali fir-rigward ta’ flus foloz mhux lesti. Il-valur nominali potenzjali għandu jitqies bħala kriterju ulterjuri meta tiġi applikata pieni proporzjonata għal xi reat taħt l-Artikolu 3(1)(a) sa (c) tad-direttiva proposta.

Barra minn hekk, il-karti tal-flus u l-muniti ffalsifikati misjuba mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jkunu ddenominati fi, jew ikollhom id-dehra ta’, munita oħra li mhijiex l-euro. F’dak il-każ, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għandhom jitħallew jidentifikaw l-valur nominali jew il-valur potenzjali nominali relevanti ta’ dawk il-karti tal-flus u muniti ffalsifikati. Għalhekk, il-BĊE jidhirlu li jkun ta’ benefiċċju li jiġu emendati ulterjorment il-premessa 19 u l-Artikolu 5 sabiex jipprovdu li l-istandards minimi u massimi għal pieni jieħdu f’kunsiderazzjoni l-valur nominali jew il-valur potenzjali nominali relevanti tal-karti tal-flus u muniti ffalsifikati misjuba, li ma jkunux karti tal-flus u muniti ffalsifikati ddenominati f’euro.

3.2.   Reati ta’ falsifikazzjoni fir-rigward tal-għodda tal-produzzjoni u l-materja prima ta’ karti tal-flus u muniti

Il-BĊE huwa tal-fehma li l-istandards għal pieni minimi u massimi għandhom japplikaw għal kull tip ta’ reat taħt l-Artikolu 3(1) tad-direttiva proposta. Dan l-approċċ għandu jżid b’mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effetti ta’ deterrent tal-pieni. F’dan ir-rigward, peress li l-karti tal-flus u l-muniti foloz l-aktar sofistikati jinħadmu b’komponenti minn diversi sorsi, pereżempju ologrammi frodulenti minn pajjiżi mhux tal-Unjoni, il-BĊE jappoġġa l-inklużjoni ta’ reati taħt l-Artikolu 3(1)(d) tad-direttiva proposta, meta dawn ikunu jinvolvu ċirkustanzi partikolarment serji, fl-ambitu tar-reġim ta’ pieni taħt l-Artikolu 5(4) tad-direttiva proposta.

3.3.   Obbligu li jintbagħtu karti tal-flus u muniti ffalsifikati għal analiżi

Il-BĊE jilqa’ l-fatt li d-direttiva proposta tirrikonoxxi l-importanza li l-NACs u l-CNACs ikunu awtorizzati mill-awtoritajiet ġudizzjarji biex jeżaminaw karti tal-flus u muniti tal-euro ffalsifikati għall-analiżi, l-identifikazzjoni u l-iskoperta ta’ flus foloz oħrajn. Madankollu, il-BĊE jirrakkomanda li meta l-kampjuni ta’ karti tal-flus u muniti ssuspettati li huma foloz ma jkunux jistgħu jintbagħtu għaliex ikun neċessarju li jinżammu bħala provi, dawn il-kampjuni ta' karti tal-flus u muniti ffalsifikati għandhom jintbagħtu lill-NAC jew CNAC mingħajr dewmien wara li jkunu tlestew il-proċeduri relevanti.

Fejn il-BCE jirrakkomanda illi tiġi emendata d-direttiva proposta, għal dan il-għan qed jiġu stipulati fl-Anness proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmula fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Mejju 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2013) 42 final

(2)  ĠU L 140, 14.6.2000, p. 1.

(3)  Nru 2623, p. 372 Lega tan-Nazzjonijiet – Serje ta’ Trattati tal-1931.

(4)  Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra ġiet irratifikata mill-Istati Membri kollha ħlief, s’issa, Malta.

(5)  Ara l-Artikolu 3(1)(a) tad-direttiva proposta.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 19

“(19)

L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibiltà li jimponu żmien qasir ta’ priġunerija jew li jevitaw il-priġunerija f'każijiet fejn il-valur nominali totali tal-karti u muniti ffalsifikati ma jkunx sinifikanti jew ma jkunx jinvolvi ċirkostanzi partikolarment serji. Dak il-valur għandu jkun inqas minn EUR 5 000, jiġifieri għaxar darbiet aktar mill-ogħla denominazzjoni tal-euro, għall-każijiet li jitolbu piena oħra għajr għall-priġunerija, u inqas minn EUR 10 000 għall-każijiet li jitolbu inqas minn sitt xhur priġunerija.”

“(19)

L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibiltà li jimponu żmien qasir ta’ priġunerija jew li jevitaw il-priġunerija f'każijiet fejn il-valur nominali totali jew il-valur nominali potenzjali tal-karti u muniti ffalsifikati ma jkunx sinifikanti jew ma jkunx jinvolvi ċirkostanzi partikolarment serji. Dak il-valur għandu jkun inqas minn EUR 5 000jew l-ammont ekwivalenti fil-munita tal-karti tal-flus u l-muniti ffalsifikati relevanti, jiġifieri għaxar darbiet aktar mill-ogħla denominazzjoni tal-euro, għall-każijiet li jitolbu piena oħra għajr għall-priġunerija, u inqas minn EUR 10 000 jew l-ammont ekwivalenti fil-munita tal-karti tal-flus u l-muniti ffalsifikati relevanti għall-każijiet li jitolbu inqas minn sitt xhur priġunerija.”

Spjegazzjoni

Il-premessa 19 għandha tiġi emendata sabiex titħalla l-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw piena proporzjonata fir-rigward ta' karti tal-flus u muniti ffalsifikati mhux lesti, li jista' jkollhom biss valur nominali potenzjali. Il-valur nominali potenzjali għandu jitqies bħala kriterju ulterjuri meta tiġi applikata piena proporzjonata għal kwalunkwe reat taħt l-Artikolu 3(1)(a) sa (c) tad-direttiva proposta.

Barra minn hekk, peress li l-karti tal-flus u l-muniti ffalsifikati misjuba mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jkunu ddenominati fi, jew ikollhom id-dehra ta’, muniti oħra apparti l-euro, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati membri għandhom jitħallew jidentifikaw l-valur nominali jew il-valur nominali potenzjali relevanti ta’ dawk il-karti tal-flus u l-muniti ffalsifikati. Għalhekk, il-premessa 19 għandha tiġi emendata ulterjorment biex tipprovdi li l-istandards minimi u massimi għall-pieni għandhom jikkunsidraw l-valur nominali jew il-valur nominali potenzjali relevanti ta' karti tal-flus u muniti ffalsifikati li mhumiex euro.

Emenda 2

Artikolu 5

“Artikolu 5

Pieni

 

   (…)

2.   Għar-reati msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta’ valur nominali totali ta’ inqas minn EUR 5 000 u li ma jinvolvux ċirkustanzi partikolarment serji, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu multa minflok priġunerija.

3.   L-offiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta’ valur nominali totali ta’ mill-inqas EUR 5 000 għandhom ikunu kastigabbli bi priġunerija b'piena massima ta' mill-inqas tmien snin.

4.   L-offiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta’ valur nominali totali ta' mill-inqas EUR 10 000 jew li jinvolvu ċirkustanzi partikolarment serji għandhom ikunu kastigabbli b’

(a)

piena minima ta’ mill-inqas sitt xhur priġunerija;

(b)

piena massima ta’ mill-inqas tmien snin priġunerija;”

 

   (L-ebda test)

“Artikolu 5

Pieni

 

   (…)

2.   Għar-reati msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta’ valur nominali totali jew valur nominali potenzjali ta’ inqas minn EUR 5 000jew l-ammont ekwivalenti fil-munita tal-karti tal-flus jew muniti ffalsifikati relevanti, u li ma jinvolvux ċirkustanzi partikolarment serji, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu multa minflok priġunerija.

3.   L-offiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta’ valur nominali totali jew valur nominali potenzjali ta’ mill-inqas EUR 5 000jew l-ammont ekwivalenti fil-munita tal-karti tal-flus jew muniti ffalsifikati relevanti, għandhom ikunu kastigabbli bi priġunerija b'piena massima ta' mill-inqas tmien snin.

4.   L-offiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu karti u muniti ta’ valur nominali totali jew valur nominali potenzjali ta’ mill-inqas EUR 10 000jew l-ammont ekwivalenti fil-munita tal-karti tal-flus jew muniti ffalsifikati relevanti, għandhom ikunu kastigabbli b’

(a)

piena minima ta’ mill-inqas sitt xhur priġunerija;

(b)

piena massima ta’ mill-inqas tmien snin priġunerija;

5.   Il-pieni taħt il-paragrafu 4 għandhom japplikaw ukoll għar-reati msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 3(1) li jinvolvu ċirkostanzi partikolarment serji.

Spjegazzjoni

L-Artikolu 5(2) sa (4) għandu jiġi emendat sabiex tkun tista’ tiġi applikata piena proporzjonata fir-rigward ta' karti u muniti ffalsifikati mhux lesti, li jista' jkollhom biss valur nominali potenzjali. Il-valur nominali potenzjali għandu jitqies bħala kriterju ulterjuri meta tiġi applikata piena proporzjonata għal kwalunkwe reat taħt l-Artikolu 3(1)(a) sa (c) tad-direttiva proposta.

Barra minn hekk, peress li l-karti tal-flus u l-muniti ffalsifikati misjuba mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jkunu ddenominati fi, jew ikollhom id-dehra ta’, muniti oħra apparti l-euro, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri għandhom jitħallew jidentifikaw il-valur nominali jew il-valur nominali potenzjali relevanti ta’ dawk il-karti u l-muniti ffalsifikati. Għalhekk, l-Artikolu 5(2) sa (4) għandu jiġi emendat ulterjorment biex jipprovdi li l-istandards minimi u massimi għall-pieni għandhom jikkunsidraw il-valur nominali jew il-valur potenzjali nominali relevanti ta' karti tal-flus u muniti ffalsifikati li mhumiex euro.

Finalment, biex jiżdiedu l-effiċjenza u l-effetti ta’ deterrent tal-pieni, huwa ssuġġerit li jiġu inklużi r-reati kriminali stipulati fl-Artikolu 3(1)(d) tad-direttiva proposta li jinvolvu ċirkostanzi partikolarment serji fl-ambitu tar-reġim tal-pieni taħt l-Artikolu 5(4) billi jiddaħħal paragrafu 5 ġdid.

Emenda 3

Artikolu 10(2)

“2.   Jekk il-kampjuni neċessarji ta' karti u muniti ssuspettati li huma foloz ma jistgħux jiġu trasmessi għaliex ikun meħtieġ li dawn jinżammu bħala evidenza fi proċedimenti kriminali sabiex jiggarantixxu proċess ġust u effettiv u d-dritt għal difiża tal-awtur issuspettat, iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Analiżi u ċ-Ċentru għall-Analiżi Nazzjonali tal-Muniti għandu jingħata aċċess għalihom mingħajr dewmien.”

“2.   Jekk il-kampjuni neċessarji ta' karti u muniti ssuspettati li huma foloz ma jistgħux jiġu trasmessi għaliex ikun meħtieġ li dawn jinżammu bħala evidenza fi proċedimenti kriminali sabiex jiggarantixxu proċess ġust u effettiv u d-dritt għal difiża tal-awtur issuspettat, iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Analiżi u ċ-Ċentru għall-Analiżi Nazzjonali tal-Muniti għandu jingħata aċċess għalihom mingħajr dewmien. Immedjatament wara li jkunu ngħalqu dawn il-proċeduri, l-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom jibagħtu dawn il-kampjuni neċessarji ta’ kull tip ta’ karta tal-flus issuspettata li hija ffalsifikata liċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Analiżi u kull tip ta' munita ssuspettata li hija ffalsifikata liċ-Ċentru Nazzjonali ta' Analiżi tal-Muniti.”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jirrakkomanda li, meta l-kampjuni ta’ karti tal-flus u muniti ssuspettati li huma ffalsifikati ma jkunux jistgħu jintbagħtu għaliex ikun neċessarju li jinżammu bħala provi, dawn il-kampjuni ta' karti tal-flus u muniti ffalsifikati għandhom jintbagħtu lill-NACs jew CNACs mingħajr dewmien wara li jkunu tlestew il-proċeduri relevanti.


(1)  It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

25.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/14


Lista ta’ ħatriet magħmula mill-Kunsill

Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju 2013 (qasam soċjali)

2013/C 179/04

Kumitat

Tmiem tal-mandat

Pubblikazzjoni fil-ĠU

Persuna sostitwita

Riżenja/ħatra

Membru/Membru supplenti

Kategorija

Pajjiż

Persuna maħtura

Affiljazzjoni

Data tad-Deċiżjoni tal-Kunsill

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sur Andreas GRUBER

Riżenja

Membru

Min Iħaddem

Awstrija

Is-Sinjura Julia ENZELSBERGER

Industriellenvereinigung, Bereich Arbeit und Soziales

28.1.2013

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sur Sean BAMFORD

Riżenja

Membru

Trade Union

Renju Unit

Is-Sur Ben MOXHAM

TUC

22.4.2013

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sinjura Agnesa SKUPNÍKOVÁ

Riżenja

Membru

Gvern

Slovakkja

Is-Sinjura Zuzana KRCHŇAVÁ

Ministeru tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja tar-Repubblika Slovakka

13.5.2013

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sinjura Agnė KUNIGONYTĖ

Riżenja

Membru

Gvern

Litwanja

Is-Sinjura Inga LIUBERTĖ

Ministeru tas-Sigurtà Soċjali u x-Xogħol

13.5.2013

Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema

24.9.2012

C 294, 29.10.2010

Is-Sur Vytautas JURŠĖNAS

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Litwanja

Is-Sinjura Agnė PECIUKEVIČIENĖ

Ministeru tas-Sigurtà Soċjali u x-Xogħol

13.5.2013

Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2013

L 45, 20.2.2010

Is-Sur José Manuel dos SANTOS

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Portugall

Is-Sinjura Elisabete MOTA

Chefe de Divisão da Regulação das Atividades Externas

28.1.2013

Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2013

L 45, 20.2.2010

Is-Sur Luís Nascimento LOPES

Riżenja

Membru

Gvern

Portugall

Is-Sur Carlos PEREIRA

Diretor de Serviços para a Promoção da Segurança e Saúde no Trabalho

28.1.2013

Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2013

L 45, 20.2.2010

Is-Sinjura Alice RODRIGUES

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Portugall

Is-Sinjura Diana POLICARPO

Chefe de Divisão de Promoção e Avaliação de Programas e Estudos

28.1.2013

Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2016

C 120, 26.4.2013

Is-Sur Lorenzo FANTINI

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Italja

Is-Sinjura Carla ANTONUCCI

DG Relazioni Industriali e Rapporti di Lavoro

13.5.2013

Kumitat Konsultattiv dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

28.2.2016

C 120, 26.4.2013

Is-Sinjura Iwona PAWLACZYK

Riżenja

Membru

Trade Union

Polonja

Is-Sinjura Marzena FLIS

National Commission of NSZZ ‘Solidarność’

13.5.2013

Kumitat ta' Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali

19.10.2015

C 290, 27.10.2010

Is-Sinjura Ruth LIST

Riżenja

Membru supplenti

Min Iħaddem

Awstrija

Is-Sinjura Elisabeth ZIMMERER

Industriellenvereinigung

12.2.2013

Kumitat ta' Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali

19.10.2015

C 290, 27.10.2010

Is-Sinjura Pilar IGLESIAS VALCARCE

Riżenja

Membru

Min Iħaddem

Spanja

Is-Sur José de la CAVADA HOYO

Confederación Española de Organizaciones Empresariales (CEOE)

5.3.2013

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol

30.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sinjura Liina MALK

Riżenja

Membru

Gvern

Estonja

Is-Sinjura Eva PÕLDIS

Ministeru tal-Affarijiet Soċjali tal-Estonja

28.1.2013

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol

30.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sur Nils Juhl ANDREASEN

Riżenja

Membru supplenti

Min Iħaddem

Danimarka

Is-Sinjura Charlotte HOUGAARD MØLLER

Konfederazzjoni Daniża ta' Min Iħaddem

12.2.2013

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol

30.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sinjura Ruth LIST

Riżenja

Membru

Min Iħaddem

Awstrija

Is-Sinjura Julia ENZELSBERGER

Industriellenvereinigung

22.4.2013

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol

30.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sur José Luís FORTE

Riżenja

Membru

Gvern

Portugall

Is-Sur Manuel ROXO

Ministério do Trabalho e da Solidariedade Social

22.4.2013

Bord ta' Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol

30.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sur Michele TIRABOSCHI

Riżenja

Membru

Gvern

Italja

Is-Sinjura Aviana BULGARELLI

ISFOL

13.5.2013

Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sur Luís Filipe NASCIMENTO LOPES

Riżenja

Membru

Gvern

Portugall

Is-Sur José Luís PEREIRA FORTE

Inspetor-Geral do Trabalho

28.1.2013

Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sur José Manuel dos SANTOS

Riżenja

Membru supplenti

Gvern

Portugall

Is-Sur Carlos PEREIRA

Diretor de Serviços para a Promoção da Segurança e Saúde no Trabalho

28.1.2013

Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

7.11.2013

C 322, 27.11.2010

Is-Sinjura Iwona PAWLACZYK

Riżenja

Membru supplenti

Trade Union

Polonja

Is-Sinjura Marzena FLIS

National Commission of NSZZ ‘Solidarność’

22.4.2013


Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/17


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Ġunju 2013

2013/C 179/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3086

JPY

Yen Ġappuniż

128,54

DKK

Krona Daniża

7,4590

GBP

Lira Sterlina

0,85115

SEK

Krona Żvediża

8,8884

CHF

Frank Żvizzeru

1,2241

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,0400

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,865

HUF

Forint Ungeriż

299,97

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7016

PLN

Zloty Pollakk

4,3500

RON

Leu Rumen

4,5408

TRY

Lira Turka

2,5445

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4246

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3797

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1520

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6969

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6746

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 521,12

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,2811

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0415

HRK

Kuna Kroata

7,4775

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 997,20

MYR

Ringgit Malażjan

4,2112

PHP

Peso Filippin

57,433

RUB

Rouble Russu

43,0660

THB

Baht Tajlandiż

40,724

BRL

Real Brażiljan

2,9575

MXN

Peso Messikan

17,5222

INR

Rupi Indjan

78,1230


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6945 – ABB/Power-One)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 179/06

1.

Fis-17 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-kumpanija bbażata fl-Isvizzera ABB Ltd, il-kumpanija possedenti aħħarija tal-grupp ABB, takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Power-One Inc., permezz tax-xiri ta' ishma permezz Verdi Acquisition Corporation, sussidjarja proprjetà indiretta ta' ABB Ltd.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal ABB Ltd: il-manifattura u l-fornitura ta' teknoloġiji tal-elettriku u tal-awtomatizzazzjoni li jippermettu lill-klijenti tal-utilità u tal-industrija biex itejbu r-rendiment filwaqt li jillimitaw l-impatt ambjentali,

għal Verdi Acquisition Corporation: entità azzjonarja biss li se tkun is-sid tal-ishma kollha ta' Power-One,

għal Power-One Inc.: il-manifattura u l-fornitura ta' converters għall-applikazzjonijiet ta' enerġija rinnovabbli, prodotti tal-fornitura tal-enerġija u s-sistemi tan-netwerk tal-enerġija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6945 – ABB/Power-One, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/19


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 179/07

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

MELOCOTÓN DE CALANDA

Nru tal-KE: ES-PDO-0105-0103-28.02.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestaturi tal-ispeċifikazzjoni affettwati mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (Organu ta' Spezzjoni)

2.   Tip ta' emenda

Emenda tad-Dokument Uniku jew tas-Sommarju.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrata li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Sommarju.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).

Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).

3.   Emendi

3.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Kulur: Id-deskrizzjoni tiġi emendata fir-rigward tal-kulur sabiex tinkludi l-preżenza possibbli ta' frott b'dabra ħamra. Dan huwa konsegwenza tal-progress u t-titjib li sar fil-prattiki agrikoli abitwali; meta l-varjetajiet inklużi fid-Denominazzjoni tal-Oriġini jitlaqqmu mas-salvaġġ tal-għajnbaqar, xi frott li jkun qed jimmatura jiżviluppa dabra ħamra. Din il-varjazzjoni ma tibdilx il-kwalità tal-prodott u f'ebda każ ma għandha titqies bħala aspett negattiv, u għalhekk huwa meħtieġ li, biex id-deskrizzjoni tal-prodott tkun kompleta, mal-karatteristika tal-kulur jiżdied il-fatt li l-frott jista' jkollu din id-dabra ħamra.

L-ebusija: Jiġu emendati l-limiti stabbiliti għall-ebusija tal-frott, fejn il-limitu minimu ta' reżistenza għall-pressjoni jiġi stabbilit bħala 3Kg/0,5cm2 u l-limitu massimu jitneħħa. Din l-emenda hija konsegwenza tal-analiżi tad-dejta miksuba mill-Consejo Regolador, wara 10 snin ta' kontrolli tal-kwalità tad-diversi varjetajiet aċċettati għall-produzzjoni tal-Melocotón de Calanda. Fid-dawl ta' din id-diversità fil-varjetajiet, wieħed seta' jikkonferma li l-kombinazzjoni tal-parametri tal-kwalità kollha stabbiliti: (l-ebusija, il-kontenut ta' zokkor u d-daqs) tippermetti li jiġu aċċettati varjazzjonijiet li jkunu fil-limiti stabbiliti għall-ebusija, bla ma tiġi affettwata l-kwalità tal-prodott. Dawn it-tip ta' varjetajiet juru tnaqqis żgħir fil-valur tal-ebusija, iżda dan ma jfissirx li l-kwalità tal-prodott hija aktar baxxa u fil-fatt dawn huma l-aktar varjetajiet imfittxija minn klijenti ta' xi pajjiżi Ewropej; bl-istess mod, xi varjetajiet jista' jkollhom valur ogħla minn dak stabbilit (reżistenza ta' 3Kg/0,5cm2), minkejja li l-frotta tkun matura, peress li l-kwalità tagħhom tiddependi mill-valur tal-kontenut taz-zokkor.

3.2.   Prova tal-oriġini

Fit-tieni paragrafu tneħħew ir-referenzi għall-Consejo Regulador.

It-tielet paragrafu tneħħa u r-raba' paragrafu ġie emendat biex isir konformi mal-istandard UNE-EN 45011 fl-ambitu tal-programm ta' ċertifikazzjoni li jitwettaq mill-Consejo Regulador, li ġie kostitwit bħala entità ta' kontroll u awtorizzat mill-ENAC fl-2010.

3.3.   Metodu ta' produzzjoni

Titneħħa r-referenza għall-Consejo Regolador li kienet tidher fil-paragrafu dwar l-oriġini tal-frott.

Fir-rigward tat-traqqiq, titneħħa d-data fissa ta' meta għandu jsir u jiġi stabbilit perjodu massimu sa meta dan għandu jintemm. Fir-rigward tal-ippakkjar, jitneħħa l-perjodu minimu ta' 9 ġimgħat sabiex tiġi stabbilita data limitu ta' bidu għat-traqqiq. Din l-emenda hija meħtieġa peress li t-tibdil fil-klima, il-pass li bih azjendi tal-familja jaqilbu għal uċuħ ta' kultivazzjoni akbar u l-evoluzzjoni tas-sistemi ta' tkabbir, jibdlu l-użanzi tradizzjonali u x-xogħol tat-traqqiq u tal-ippakkjar ikunu jistgħu jsiru fuq perjodu ta' żmien itwal. Iż-żewġ ħidmiet jaqgħu fl-ambitu tal-prattiki agrikoli tajba u l-limitazzjoni taż-żmien sa meta jridu jitwettqu mhix element li neċessarjament jiggarantixxi l-kwalità finali tal-prodott li huwa protett mid-DPO.

Fir-rigward tal-ħsad, il-wasla u l-konservazzjoni temporali tal-frott, għall-fini tal-kontrolli li jsiru fuq il-prodott, jinżammu l-kriterji stabbiliti fil-punt B tal-ispeċifikazzjoni u jiġi ċċarat aktar l-istadju ta' meta għandhom jitwettqu dawn il-kontrolli, peress li t-test ta' qabel seta' jwassal għal xi żbalji. Il-kejl tal-ebusija u tal-kontenut taz-zokkor ma jistax isir fl-aħjar kundizzjonijiet jekk isir fl-għalqa (fl-istadju tal-ħsad).

Fir-rigward tal-ippakkjar, it-test ta' dan il-paragrafu jiġi emendat biex jindika li, minħabba l-varjetà fil-preżentazzjoni, il-prodott jista' jiġi mibjugħ f'ippakkjar b'saff wieħed jew aktar, basta jiġi żgurat li l-prodott ma ssirlux ħsara u li l-ippakkjar jintuża darba biss.

Ġiet miżjuda wkoll il-frażi “Il-preparazzjoni u l-ippakkjar isiru fiż-żona tal-produzzjoni”, li qabel kienet tidher fil-punt B.

Barra minn hekk, jitneħħa l-aħħar paragrafu li jirrigwardja ċ-ċertifikazzjoni, peress li ma għandux x'jaqsam ma' dan il-punt, u jitqiegħed fil-punt korrispondenti (il-punt D).

3.4.   L-ittikkettjar

Fl-ewwel paragrafu, il-kelma “tikketta” tiġi sostwita bil-kelma “kontratikketta” meta din tkun tirreferi għat-tikketta nnumerata, u b'hekk jitneħħew ir-referenzi għall-Consejo Regolador.

Barra minn hekk, jitneħħa t-tieni paragrafu.

3.5.   Rekwiżiti nazzjonali

Ġew aġġornati r-referenzi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali ppubblikata wara l-approvazzjoni inizjali ta’ din l-Ispeċifikazzjoni.

3.6.   Oħrajn

Il-punt G (Struttura tal-Kontrolli) jiġi emendat, biex isir adattat għar-regolamenti fis-seħħ peress li t-test ta' qabel isemmi leġiżlazzjoni li ma għadhiex fis-seħħ u jagħti deskrizzjoni żbaljata tal-Istruttura tal-Kontrolli. Barra minn hekk, issir rettifika li tindika s-sede l-ġdid tal-Consejo Regolador tad-DPO: Melocotón de Calanda.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

«MELOCOTÓN DE CALANDA»

Nru tal-KE: ES-PDO-0105-0103-28.02.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Melocotón de Calanda”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.6:

Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem fil-punt 1

B' “Melocotón de Calanda” wieħed jirreferi għall-frott frisk tal-ispeċi Prunus persica Sieb. u Zucc. ta' oriġini tal-varjetà awtoktona magħrufa bħala “Amarillo tardío”, u għall-kloni magħżula tagħha Jesca, Evaisa u Calante, li jiġu kkultivati bl-użu tat-teknika tradizzjonali tal-ippakkjar tal-frott fis-siġra.

Il-varjetajiet protetti: il-ħawħ protett mid-Denominazzjoni tal-Oriġini “Melocotón de Calanda” jiġi biss mill-varjetà awtoktona taż-żona, magħrufa aħjar bħala “Amarillo tardío”, u l-kloni magħżula tagħhaJesca, Evaisa u Calante.

Il-karatteristiċi tal-prodott: il-ħawħ protett mid-Denominazzjoni tal-Oriġini “Melocotón de Calanda” għandu jkun tal-kategoriji “Extra” u “I” skont l-Istandards tal-Kwalità għall-ħawħ stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex, u għandhom jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet:

ID-DEHRA ĠENERALI

Il-frott għandu jkun sħiħ, bla mard u nadif, mingħajr sustanzi estranji viżibbli u mingħajr umdità, riħa u togħma estranji, u għandu jiġi ppakkjat fis-siġra.

IL-KULUR

Bejn isfar lewn il-krema u isfar lewn it-tiben, u jista' jkollu dabra ħamra. Jistgħu jiġu aċċettati tikek u xquq antoċjaniċi, iżda ma jiġix aċċettat frott ħadrani jew isfar lewn il-larinġ, għax dan il-kulur jindika li l-frott ikun immatura wisq.

ID-DAQS

Ċirkonferenza minima ta' 73 mm dijametru, li tikkorrispondi għall-kategorija AA tal-Istandards tal-Kwalità.

L-EBUSIJA

Tiġi mkejla f' Kg/0,5cm2 ta' reżistenza għall-pressjoni, u għandha tkun ogħla minn 3Kg/0,5cm2.

ZOKKOR

Minimu ta' 12 (Brix);

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika definita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar il-qtugħ, l-għerik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-preparazzjoni u l-ippakkjar għandhom isiru fiż-żona tal-produzzjoni, biex jiġi evitat li l-prodott issirlu ħsara minħabba l-immaniġġjar eċċessiv jew minħabba li t-trasport tal-frott isir mingħajr il-preparazzjoni u l-ippakkjar meħtieġa. Barra minn hekk, minħabba l-fatt li l-“Melocotón de Calanda” huwa frott li jiġi ttrattat b'attenzjoni kbira fis-siġra permezz tat-teknika tal-ippakkjar u li l-ħsad tiegħu jsir meta l-frott jilħaq stadju ta' maturazzjoni li jippermetti l-frott jikseb il-karatteristiċi organolettiċi massimi tal-kwalità tal-prodott, kwalunkwe trasport u ħżin addizzjonali jista' jibdel il-karatteristiċi tad-dehra ġenerali u tal-kulur deskritti fil-punt 3.2.

Għalhekk, l-ippakkjar fiż-żona tal-produzzjoni huwa meħtieġ biex jinżammu l-karatteristiċi l-aktar xierqa tal-prodott u biex tiġi mħarsa l-kwalità tiegħu, u fl-istess ħin dan jiggarantixxi t-traċċabbiltà u l-oriġini tal-prodott permezz ta' sistema unika ta' kontroll sakemm il-prodott jintbagħat għand il-konsumatur aħħari.

Il-“Melocotón de Calanda” jista' jiġi mibjugħ f'ippakkjar b'saff wieħed jew aktar, basta jiġi żgurat li l-frott ma ssirlux ħsara. Dan l-ippakkjar għandu jintuża darba biss.

3.7.   Regoli speċifiċi li jirrigwardaw l-ittikkettar

L-industriji tal-preparazzjoni u l-ippakkjar li jkunu kisbu ċ-ċertifikat tal-konformità, fit-tikketti tal-ippakkjar iridu jużaw it-test “Denominación de Origen ‘Melocotón de Calanda’” fuq il-kontratikketta nnumerata, li twettaq il-funzjoni ta' ċertifikat u tippermetti t-traċċabbiltà tal-prodott fil-fażi tal-kummerċjalizzazzjoni.

4.   Deskrizzjoni qasira taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-ħawħ protett mid-DPO “Melocotón de Calanda” hija r-reġjun naturali li jinsab fil-lvant tal-Komunità Awtonoma ta' Aragón bejn il-provinċji ta' Turuel u Zaragoza.

Iż-żona ġeografika hija magħmula minn dawn il-muniċipji:

Aguaviva, Albalate del Arzobispo, Alcañiz, Alcorisa, Alloza, Andorra, Arens de Lledó, Ariño, Berge, Calaceite, Calanda, Caspe, Castelserás, Castelnou, Castellote, Chiprana, Cretas, Escatrón, Fabara, Fayón, Foz-Calanda, Fuentespalda, Híjar, Jatiel, La Fresneda, La Ginebrosa, La Puebla de Híjar, Lledó, Maella, Más de las Matas, Mazaleón, Mequinenza, Molinos, Nonaspe, Oliete, Parras de Castellote, Samper de Calanda, Sástago, Seno, Torre de Compte, Urrea de Gaén, Valderrobres, Valdeltormo u Valjunquera.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Rabta storika: Il-varjetajiet awtorizzati għall-produzzjoni tal-“Melocotón de Calanda” huma varjetajiet awtoktoni taż-żona tal-produzzjoni, miksuba bi proċess ta' selezzjoni naturali bl-intervent tal-produtturi tal-frott, li mal-mogħdija taż-żmien għarfu jagħżlu l-kloni l-aktar adattati għall-kundizzjonijiet ġeografiċi taż-żona. F'dokumenti medjevali jingħad li f'Aragón il-ħawħ kien jissejjaħ “presec” jew “prisco”, kif għadu jissejjaħ dan il-frott sal-lum fiż-żona ta' Calanda. Fl-1895, il-botaniku J. Pardo Sastrón ħalla dokument importanti dwar l-abbundanza tal-ħawħ f'din iż-żona u dwar il-fatt li kien bagħat xi “orejones” (ħawħ imqatta' f'biċċiet u mnixxef fix-xemx) minn Calanda għall-Fiera ta' Pariġi tal-1867. Fl-edizzjoni tal-1933 tal-Enciclopedia Universal Ilustrada Espasa Calpe, fir-rigward ta' “Calanda” jissemmew l-importanza tal-ħawħ għal din il-lokalità ta' Turuel u l-industrija ddedikata għall-produzzjoni tal-“orejones”. Skont l-istatistika uffiċjali tal-1953, fiż-żona ta' Calanda kien hemm industrija preżervattiva li pproċessat 4 000 kaxxa ta' ġulepp tal-ħawħ taż-żona.

Skont l-evidenza storika, l-isem ta' “Melocotón de Calanda” beda jinfirex sew fis-snin 40, u peress li din il-biedja kienet qed iżżid fl-importanza u li kien diffiċli li tiġi megħluba l-problema tad-dubbiena tal-frott Mediterranja (Ceratitis capitata), il-frott beda jiġi ppakkjat biex ma jkunx jista' jiġi attakkat. Il-“Melocotón de Calanda” beda jissemma' fil-pubblikazzjonijiet iddedikati għall-frott tas-snin 60, u tul is-snin 70 fil-Fiera Agrikola Nazzjonali ta' Lérida ngħataw diversi premji, sena wara l-oħra, lill-frotta li ġġib dan l-isem. Fil-bidu tas-snin 80 bdiet tinħass il-ħtieġa li tintalab Denominazzjoni tal-Oriġini għall-“Melocotón de Calanda” u fl-istatistika tas-swieq nazzjonali prinċipali, bħalma huma l-Mercamadrid u l-Mercabarna, din il-frotta bdiet tissemma' u tiġi identifikata bl-isem ġeografiku tagħha.

Rabta naturali: Iż-żona tat-tkabbir tal-“Melocotón de Calanda” tinsab fil-widien tax-xmajjar Martín, Guadalope u Matarraña, li jibdew mill-għoljiet muntanjużi tas-Sistema Iberika, jieħdu l-ilmijiet miż-żona magħrufa bħala Bajo Aragón u jiżbokkaw fix-xmara Ebro. Għalhekk, din iż-żona tinsab fil-parti tax-xlokk tad-Depresión del Ebro.

L-artijiet huma ċatti, bi ftit qlib u b'altitudni li tvarja mill-122 m ta' Caspe għall-325 m ta' Alcañiz u għall-466 m ta' Calanda. Jippredominaw l-għoljiet tabulari, xi ftit jew wisq mifruda bl-ixmajjar. L-artijiet huma kalkarji b'formazzjonijiet ta' saffi ta' karbonati u ġibs, karatteristiċi tas-sedimentazzjoni f'żoni tal-lagi u bi klima sħuna u arida tal-epoka mijoċenika.

Il-medja annwali ta' nżul ta' xita tvarja bejn it-327,9 mm ta' Caspe, it-361,1 mm ta' Albalate del Arzobispo u l-367,9 ta' Alcañiz. Ix-xhur li fihom tinżel l-aktar xita huma Mejju u Ottubru, filwaqt li mil-lat tal-istaġuni, fil-ħarifa tinżel madwar 27 % tal-medja annwali, fis-sajf 20 %, fir-rebbiegħa 34 % u fix-xitwa 19 %.

It-temperatura medja annwali hija ta' madwar 14,3 °C f'Albalate del Arzobispo u f'Alcañiz, u 15 °C f'Caspe, li huma l-ogħla valuri fiċ-ċentru tal-wied tal-Ebro. Il-medja tat-temperaturi massimi hija 19,9 °C f'Alcañiz, 20.1 °C f'Albalate del Arzobispo u 20,6 °C f'Caspe, u l-medja tat-temperaturi minimi hija 8,8, 8,5 u 9,3 °C rispettivament. L-ogħla temperatura medja hija dik ta' Lulju, b'24,2 °C f'Alcañiz, u 25,1 °C f'Caspe, filwaqt li l-aktar baxxa hija dik ta' Jannar, li tvarja bejn 5,6 °C f'Alcañiz u 6,7 °C f'Albalate de Arzobispo. Din id-dejta tindika varjazzjoni termika annwali kbira, ta' aktar minn 18 °C; din il-varjazzjoni termika, li hija karatteristika tal-klima kontinentali, hija dovuta l-aktar għall-pożizzjoni ta' din iż-żona fiċ-ċentru tal-Depresión del Ebro.

Minn Marzu sa Ottubru jiġu rreġistrati temperaturi massimi ogħla minn 25 °C, anke jekk dan iseħħ aktar ta' spiss bejn ix-xhur ta' Mejju, meta t-temperatura tkun ogħla minn 25 °C f'aktar min-nofs il-jiem tax-xahar, u Ottubru, xahar li fih din it-temperatura tintlaħaq f'bejn 5 u 10 ġranet biss. Fix-xhur tas-sajf, it-temperaturi ta' matul il-jum ikunu ogħla minn 25 °C u l-medja tat-temperaturi massimi tkun ogħla minn 35 °C (f'Lulju tkun 37,2 °C f'Albalate u f'Alcañiz, u 38,3 °C f'Caspe).

Fenominu ieħor karatteristiku tal-klima taż-żona huwa “l-inverżjoni termika”. Fix-xitwa, b'perjodi ta' kundizzjonijiet ta' antiċiklun, l-arja kiesħa tiddepożita fl-istrati baxxi u tifforma sħab ta' ċpar kiesaħ b'temperaturi massimi ibgħax minn 6 °C, filwaqt li f'postijiet għoljin, fejn ma jkunx hemm ċpar, it-temperaturi massimi jitilgħu sa ogħla minn 15 °C.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Kundizzjonijiet tat-tkabbir: Il-karatteristiċi morfoloġiċi u ta' identifikazzjoni varjetali skont ir-regoli tal-International Union for the Protection of New Varieties of Plants (U.P.O.V.) prattikament jixxiebhu ħafna fil-kloni kollha, fejn id-differenzi pjuttost għandhom x'jaqsmu mal-aspett sanitarju u dak tal-produttività, id-daqs u l-forma tal-frott: minħabba f'hekk, fl-1980 beda jintuża proċess ta' selezzjoni ta' kloni biex jittejbu dawn l-aspetti. Karatteristiċi oħra ta' dawn il-kloni huma l-maturazzjoni tardiva li sseħħ bejn tmiem Settembru u l-bidu ta' Novembru, il-kulur isfar u l-ebusija tal-qalba tal-frotta.

Jekk inqassmu l-kloni skont iż-żmien li fih jimmaturaw, jirriżultaw dawn il-gruppi:

San Miguel jew bikri

Kloni li jimmaturaw bejn l-20 ta' Settembru u l-5 ta' Ottubru.

Del Pilar

Kloni li jimmaturaw bejn il-5 ta' Settembru u l-15 ta' Ottubru. Dawn jissejħu wkoll “tat-8 ta' Ottubru”.

Tardivi

B'data ta' maturazzjoni bejn il-15 ta' Ottubru sa tmiem l-istaġun, li f'xi partijiet ġeografiċi taż-żona jdum ma jasal sal-bidu ta' Novembru.

Mil-lat fiżjoloġiku, il-varjetà “Amarillo tardío” hija magħmula minn kloni li jeħtieġu sigħat twal ta' kesħa biex joħorġu mir-raqda tax-xitwa, tal-anqas 1 000 siegħa fis-sena, filwaqt li jeħtieġu wkoll perjodu sajfi twil biex jimmaturaw għalkollox, u għalhekk għandhom ċiklu pjuttost twil.

Skont l-U.P.O.V., il-karatteristiċi morfoloġiċi ta' din il-varjetà huma dawn:

Is-siġra

B'saħħita u wieqfa, bi friegħi b'saħħithom tat-tip Red Haven. Bil-kontra tal-bqija tal-varjetajiet, il-blanzuni ma jifformawx ruħhom fuq friegħi b'saħħithom imħalltin, iżda f'nebbieta debboli, bħall-bukketti ta' Mejju, u għalhekk din il-varjetà teħtieġ tilqim differenti.

Il-weraq

Ta' daqs kbir, bi glandoli nettarji fiz-zokk u ta' għamla ta' kilwa. Fir-rebbiegħa, il-weraq idum ma jaqa', u jibqa' fuq is-siġra, fejn iżomm il-kulur dehbi karatteristiku tiegħu.

Il-fjura

Il-fjoritura hija semitardiva, ftit aktar tard minn dik tar-Red Haven iżda fix-xahar ta' Marzu. Il-blanzuni huma folti ħafna u l-fjoritura ddum bejn 12 u 18-il jum. Il-petali huma kbar u fit-tond, ta' kulur roża ċar u l-istigma tal-pistill hija twila daqs l-anteri tal-istami.

Il-frott

Ta' daqs kbir sa kbir ħafna, ta' dijametru akbar minn 73 mm u piż itqal minn 200 gramma. Ta' kulur bejn isfar lewn il-krema u isfar lewn it-tiben, uniformi għalkollox minħabba l-protezzjoni li jikseb mill-borża tal-karti li jkun imgeżwer fiha, anke jekk jista' jkollu xi pigmentazzjoni antoċjanika ħafifa.

Ikollu pil sufi ħafif u l-qalba tiegħu soda ħafna u safra għalkollox bla pigmentazzjoni antoċjanika, lanqas qrib l-għadma li jkun imwaħħal sod magħha. L-għadma għandha forma ta' bajda, u d-daqs tagħha huwa żgħir meta mqabbel ma' dak tal-frotta.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)

L-impatt tal-kundizzjonijiet klimatiċi fuq il-kwalità tal-frott huwa fenomenu magħruf ħafna bħala l-kunċett “terroir” fil-kultivazzjonijiet tal-imsaġar. Fil-fatt, il-klimatoloġija abitwali ta' ċerti żoni u d-differenzi annwali li jseħħu fl-istess post, jixhdu biċ-ċar ir-rwol importanti tal-klima għall-kwalità tal-ħsad.

Fir-rigward ta' dan il-kriterju, huma t-temperaturi li l-aktar jiddeterminaw il-livell tal-karatteristiċi organolettiċi ewlenin tal-frott. L-ewwel nett ta' min jinnota li, għajr f'sitwazzjonijiet estremi, it-temperaturi jaffettwaw il-produzzjoni tal-ħawħ aktar mill-inżul tax-xita (defiċit idriku), peress li l-biċċa l-kbira tal-uċuħ li jintużaw għat-tkabbir tal-ħawħ (95 %) jissaqqew.

Fost il-fatturi klimatiċi li l-aktar għenu fl-iżvilupp, u għaldaqstant it-tkabbir, ta' varjetajiet awtoktoni tal-ħawħ ta' maturazzjoni tardiva fil-Bajo Aragón, hemm it-temperaturi xitwija taż-żona ġeografika li tippermetti l-kumulu tas-sigħat ta' kesħa (HF) meħtieġa biex is-siġar ta' dawn il-varjetajiet tant esiġenti joħorġu mir-raqda (minn meta jaqa' l-weraq sa qabel ma tibda l-fjoritura).

Mil-lat fiżjoloġiku, il-varjetà “Amarillo Tardío” hija magħmula minn kloni li jeħtieġu għadd kbir ta' sigħat ta' kesħa sabiex toħroġ mir-raqda tax-xitwa, talanqas 1 000 siegħa fis-sena.

Fil-Bajo Aragón, l-għadd tas-sigħat ta' kesħa akkumulati fix-xhur ta' Novembru, Diċembru u Jannar jissodisfaw biż-żejjed il-ħtieġiet massimi stabbiliti għal din il-kultivazzjoni: il-valuri minimi taż-żona jaqbżu d-950 siegħa ta' kesħa.

Barra minn hekk, waqt il-fjoritura u waqt li l-frott ikun qed joqgħod, it-temperaturi negattivi għandhom ikunu ftit, biex il-blanzuni jiżviluppaw kif suppost, u b'hekk, il-kwantità tal-frott ukoll, peress li d-daqs potenzjali tal-frott jiddependi direttament mat -temperaturi rreġistrati wara l-fjoritura, u b'mod partikolari, wara l-fjoratura sħiħa (F2) sa F2 + 40 jum. Intwera ċar (Warrington et al., 1999) li ċ-ċelloli jikbru tmien darbiet aktar jekk it-temperaturi massimi/minimi, minn 9/3 °C isiru 25/15 °C. Iżda jekk tagħmel il-kesħa, iċ-ċelloli jkunu inqas u iżgħar; dan jaffettwa d-daqs finali tal-frott.

Aspett importanti ieħor huwa li jkun hemm temperaturi adegwati tul iċ-ċiklu kollu, speċjalment fix-xhur ta' Settembru u Ottubru, biex b'hekk ikun jista' jseħħ l-iżvilupp veġitattiv u riproduttiv ta' dawn il-varjetajiet.

Minn Marzu sa Ottubru jiġu rreġistrati temperaturi massimi ogħla minn 25 °C, anke jekk dan iseħħ aktar ta' spiss bejn ix-xhur ta' Mejju, meta t-temperatura tkun ogħla minn 25 °C f'aktar min-nofs il-jiem tax-xahar, u Ottubru, xahar li fih din it-temperatura tintlaħaq f'bejn 5 u 10 ġranet biss. Fix-xhur tas-sajf, it-temperaturi ta' matul il-jum ikunu ogħla minn 25 °C u l-medja tat-temperaturi massimi tkun ogħla minn 35 °C (f'Lulju tkun 37,2 °C f'Albalate u f'Alcañiz, u 38,3 °C f'Caspe).

It-temperaturi rreġistrati matul is-sena fiż-żona ġeografika inkwistjoni jippermettu li l-varjetà “Tardío amarillo de Calanda”, ta' ċiklu twil, tlesti għalkollox l-iżvilupp tal-attività veġitattiva u riproduttiva tagħha.

Għalhekk, filwaqt li t-temperaturi xitwija jippermettu li jkun hemm is-sigħat ta' kesħa meħtieġa biex is-siġar tal-frott joħorġu mir-raqda, il-klima xejn ħarxa tul iċ-ċiklu tal-attività veġitattiva (minn Marzu sa Novembru) tippermetti lil dawn il-varjetajiet jipproduċu frott ta' kwalità għolja.

Ir-riżultati li ħarġu minn test ta' valutazzjoni ta' kloni magħżula tal-varjetà “Tardíos amarillos de Calanda” (Jesca, Calante u Evaisa) li sar f'azjenda agrikola sperimentali proprjetà tal-Gobierno de Aragón f'Alcañiz (wieħed mill-muniċipji tad-Denominazzjoni tal-Oriġini fejn jitkabbar għadd kbir ta' ħawħ), juru li fiż-żona ta' oriġini, f'erba' snin (2000, 2001, 2003 u 2004), ġie prodott frott bi grad ta' aktar minn 14 °Brix, sod u ta' daqs kbir, li huma l-aktar karatteristiċi rilevanti ta' dan il-ħawħ.

Il-materjal veġetali awtorizzat għall-produzzjoni tad-DPO “Melocotón de Calanda” japparteni għall-varjetà “Tardío amarillo”.

Din hija varjetà awtoktona taż-żona tal-produzzjoni, li ilha tinkiseb tul is-sekli; għall-bidu permezz tas-selezzjoni naturali ta' siġar li joriġinaw miż-żerriegħa tal-għadma tal-frott tas-siġar bl-aħjar karatteristiċi agronomiċi u li, tul iż-żmien, l-istess nies li kkultivawhom komplew jifirxu u jkabbru l-iżvilupp veġitattiv tal-varjetajiet li jadattaw ruħhom bl-aħjar mod għall-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima taż-żona, biex b'hekk ġiet maħluqa “varjetà” awtentika.

Fl-1980, inbeda proċess ta' selezzjoni klonali u sanitarja tal-varjetà “Tardío amarillo”, li saret mill-awtoritajiet ta' Gobierno de Aragón (Servicios de Investigación Agraria y Extensión Agraria), bil-għan li tittejjeb il-kwalità u li l-prodott mibjugħ jiġi standardizzat bħala “Melocotón de Calanda”. Għalhekk, fiż-żona tal-produzzjoni tal-“Melocotón de Calanda” ġew studjati l-kloni l-aktar rappreżentattivi tal-varjetà “Tardíos amarillos” u dawk bl-aħjar karatteristiċi agronomiċi u ta' kwalità tal-frott (Espada et al., 1991). Din is-selezzjoni tal-bidu wasslet għar-reġistrazzjoni u t-tutela, mill-Oficina Española de Variedades Vegetales (Ministeru tal-Agrikoltura), tal-varjetajiet “Jesca” (Nru tar-reġistrazzjoni: 1989/2450), “Calante” (Nru tar-reġistrazzjoni: 1989/2447), u “vaisa” (Nru tar-reġistrazzjoni: 1989/2449), li attwalment jikkostitwixxu l-bażi tal-produzzjoni tad-DPO “Melocotón de Calanda”.

KONKLUŻJONI: Il-varjetà “Tardíos amarillos de Calanda” u l-kloni magħżula tagħha huma konsegwenza tal-adattament tagħhom għall-ambjent ta' mnejn oriġinaw.

Referenza għall-pubblikazzjoni ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

http://www.aragon.es/estaticos/GobiernoAragon/Departamentos/AgriculturaGanaderiaMedioAmbiente/AgriculturaGanaderia/Areas/08_Calidad_Agroalimentaria/02_Alimentos_calidad_diferenciada/pliegodecondicionesMelocotondeCalanda.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.


25.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/27


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 179/08

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament ((UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

TŘEBOŇSKÝ KAPR

Nru tal-KE: CZ-PGI-0105-0377-08.07.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandu jiġi speċifikat)

2.   Tip ta’ emenda/i

Emenda tad-Dokument Uniku jew tal-Iskeda tas-Sommarju

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrati, li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Skeda tas-Sommarju

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppublikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i

1.

Il-Kompożizzjoni tal-laħam “Třeboňský kapr”

(a)

fir-raba’ paragrafu (4.2) fl-Iskeda tas-Sommarju, il-valuri perċentwali għall-komponenti tal-laħam tal-karpjun huma dawn li ġejjin: materja niexfa 23 %, proteini 19.2 %, xaħam 2.6 %.

(b)

fil-paragrafu ta’ qabel tal-aħħar (4.2) fl-Ispeċifikazzjoni, il-valuri perċentwali għall-komponenti tal-laħam tal-karpjun huma dawn li ġejjin:

L-Ispeċifikazzjoni tal-laħam “Třeboňský kapr”: materja niexfa 23 %, proteini 19,2 %, xaħam 2,6 %. Valuri medji tal-kontenut tal-aċidu amminiku fil-muskoli: g/100g piż xott: liżina – 5,54, istidina – 1,82, arġinina – 3,58, treonina – 3,32, gliċina – 3,48, alanina – 4,07, valina – 3,73, metjonina – 2,10, isolewċina – 2,97, lewċina – 5,00.

Qed nitolbu li l-indikazzjoni tal-kontenut speċifiku tal-aċidu amminiku jitħassar u li kemm fl-Ispeċifikazzjoni kif ukoll fl-Iskeda tas-Sommarju, il-valuri għal materja niexfa, proteini u xaħam jiġu emendati kif ġej:

L-Ispeċifikazzjoni tal-laħam “Třeboňský kapr”: materja niexfa 18-26 %, proteina 16-23 %, xaħam 2-7 %.

Ir-raġuni ta' din l-emenda hija li l-valuri oriġinarjament iddikjarati fl-Ispeċifikazzjoni u l-Iskeda tas-Sommarju kienu jikkorrispondu għal dawk miksuba bil-kejl minn kampjun tat-“Třeboňský kapr” (u li għadhom tajbingħall-biċċa l-kbira tat-“Třeboňský kapr” prodott), filwaqt li dan l-aħħar twettqu kejl u analiżi ġodda, ibbażati fuq numru li huwa statistikament ferm aktar sinifikanti ta’ kampjuni u bl-użu ta’ metodi ta' kejl iktar preċiżi. Dan il-kejl żvela li l-valuri għal materja niexfa, proteini u xaħam jistgħu jvarjaw fil-firxiet speċifikati hawn fuq mingħajr ma jħalli xi effett sostanzjali fuq il-karatteristiċi organolettiċi tat-“Třeboňský kapr”. Id-distribuzzjoni tal-valuri fi ħdan dawn il-firxiet hija ddeterminata partikolarment mit-tip u l-proprjetajiet nutrittivi taċ-ċereali użati bħala supplimenti tal-għalf għal “Třeboňský kapr”. Il-kejl, l-analiżi u l-evalwazzjonijiet tal-istatistika ta' din il-kompożizzjoni tal-laħam jinsabu fit-teżijiet ta' Hůda J., Produkční účinky obilovin V chovu kapra, 2008, Urbánek M., Vliv přikrmování na produkční ukazatele a kvalitu masa tržních kaprů, 2009, u Vejsada P., Vliv výživy na vybrané kvalitativní vlastnosti masa tržního kapra (Cyprinus carpio L.), 2008. Dawn it-teżijiet kollha ġew prodotti fil-Fakultà tal-Agrikultura tal-Università tal-Bohemia t'Isfel ta’ f’České Budějovice, u l-kejl twettaq fil-laboratorji tal-università. Intwera wkoll li l-kontenut tal-aċidi amminiċi individwali fil-laħam tal-muskoli jista’ jvarja b’mod sostanzjali mill-valuri medji ddikjarati fl-Ispeċifikazzjoni mingħajr ma dan jaffettwa t-togħma.

Bħala riżultat ta’ din l-emenda, qed nimmodifikaw is-sentenza “Fir-rigward tal-proprjetajiet organolettiċi, it-‘Třeboňský kapr’ jiddistingwi ruħubil-kwalità għolja tal-laħam tiegħu u b’kontenut ta’ xaħam baxx ħafna”, f’ (4.2) tal-Iskeda tas-Sommarju u tal-Ispeċifikazzjoni, kif ġej:

“Fir-rigward tal-proprjetajiet organolettiċi, it- ‘Třeboňský kapr’ huwa kkaratterizzat minn laħam ta’ kwalità għolja b'kontenut ta’ xaħam ibbilanċjat.”

2.

L-ipproċessar tat-“Třeboňský kapr”

L-ewwel paragrafu ta' (4.4) fl-Ispeċifikazzjoni u l-Iskeda tas-Sommarju jinkludi s-sentenza li ġejja:

“Il-produzzjoni attwali tat-‘Třeboňský kapr’, mill-estrazzjoni tal-embrijuni sat-trobbija, il-ħsad u l-ipproċessar, issir fiż-żona definita, skont is-sistema ta' kontroll li tiċċertifika l-kwalità ISO 9001:2001 u hi kkontrollata mis-sistema tal-HACCP (Analiżi tar-Riskji u tal-Punti Kritiċi ta' Kontroll).”

Qed nipproponu li titneħħa l-parti tas-sentenza dwar is-sistema ISO, peress li tirreferi għal sistema preċedenti ta' mmaniġjar tal-kwalità li ma għadhiex tikkorrispondi mas-sistemi użati attwalment. Is-sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità jistgħu jinbidlu u mhumiex rilevanti fir-rigward tal-ipproċessar attwali tat-“Třeboňský kapr” kif deskritti fid-dettall fl-Ispeċifikazzjoni. L-ipproċessar ma għandux għalfejn jiġi mmonitorjat permezz ta’ kwalunkwe sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità. Il-kliem il-ġdid tal-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu (4.4) se jkun kif ġej:

“Il-produzzjoni attwali tat-‘Třeboňský kapr’, mill-estrazzjoni tal-embrijuni sat-trobbija, il-ħsad u l-ipproċessar, issir fiż-żona definita u hija kkontrollata mis-sistema tal-HACCP (Analiżi tar-riskjiu tal-Punti Kritiċi ta' Kontroll).”

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

TŘEBOŇSKÝ KAPR

Nru tal-KE: CZ-PGI-0105-0377-08.07.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Třeboňský Kapr”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Ir-Repubblika Ċeka

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.7 –

Ħut frisk, molluski, krostaċji u prodotti magħmulin minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’ (1)

“Třeboňský kapr” huwa klassifikat taħt l-ispeċi “karpjun komuni”. L-ebda varjant jew taħlit ġenetiku speċifiku ta' din l-ispeċi ma hu essenzjali sabiex jintlaħqu l-karatteristiċi finali tal-prodott.

Id-dahar tat-“Třeboňský kapr” huwa aħdar skur, griż jew griż fil-blu, il-ġnub huma sofor fl-aħdar għad-dehbi u ż-żaqq hija safra fl-abjad. Il-kulur tax-xewka tad-dahar u tad-denb huma griżi, ix-xewka tad-denb u tal-anali jagħtu fl-aħmar u x-xewka tas-sider u tal-pelvi jagħtu fl-isfar jew fl-aħmar. Ġisem it-“Třeboňský kapr” huwa kkaratterizzat mid-dahar għoli tiegħu. It-“Třeboňský kapr” jikber sa tul ta’ 1 m u piż ta’ 20 kg jew iżjed. L-aħjar piż għall-qatla huwa bejn 1,20 u 1,80 kg ta’ tliet snin jew bejn 2,40 u 3,20 kg ta’ erba’ snin.

L-Ispeċifikazzjoni tal-laħam tat-“Třeboňský kapr”: materja niexfa 18-26 %, proteini 16-23 %, xaħam 2-7 %.

Fir-rigward tal-proprjetajiet organolettiċi, it-“Třeboňský kapr” huwa kkaratterizzat minn laħam ta’ kwalità għolja b'kontenut ta’ xaħam ibbilanċjat. It-togħma tal-laħam hija delikata, bit-togħma tipika tal-ħut tal-“Třeboňský kapr”.

It-“Třeboňský kapr” huwa kkumerċjalizzat ħaj jew ipproċessat, jiġifieri ffriżat, imkessaħ (frisk), affumikat jew immarinat fit-tipi li ġejjin: karpjun sħiħ imnaddaf, karpjun maqsum min-nofs jew f’porzjonijiet, fletti u fdalijiet tal-karpjun.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Il-ħut miżmum f’għadajjar għal ħut li għadhom ifaqqsu (fry ponds) fiż-żona ġeografika ddefinita jgħixu l-aktar minn fuq ikel naturali, jiġifieri plankton u benthos mill-ilma fiż-żona ġeografika ddefinita, u huma parzjalment mitmugħa b’suppliment ta’ ikel li jikkonsisti f’taħlita ta’ ikel taċ-ċereali mingħajr addittivi. L-ingredjenti tas-suppliment tal-għalf ma għandhomx għalfejn jiġu miż-żona ġeografika ddefinita.

Fil-vaski tal-ħut naqra akbar li fihom jitkabbru l-karpjuni sakemm jilħqu d-daqs tajjeb għall-kummerċjalizzazzjoni, il-ħut jgħixu ukoll l-aktar minn fuq l-ikel naturali, jiġifieri plankton u benthos mill-ilma fiż-żona ġeografika ddefinita, u jiġu mitmugħa supplimenti taċ-ċereali li ma għandhomx għalfejn jiġu miż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefenita

Il-ħut kollu għandu jkun mkabbar f’vaski tal-ħut fiż-żona ġeografika ddefinita, jiġifieri r-riproduzzjoni, it-tkabbir u l-ħsad iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita. M’hemmx għalfejn li l-ipproċessar isir fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-ħut li se jintuża għat-trobbija tat-“Třeboňský kap” huma dejjem dixxendenti ta’ ġenituri magħrufa li l-karatteristiċi esterjuri (il-proporzjonijiet tal-ġisem, it-tip ta' qoxra u t-tip ta' kulur) tagħhom jikkorrispondu mal-istandard mitlub.

Matul it-trobbija tal-frieħ tal-ħut fiż-żona ddefinita, isir proċess ta' għażla, fejn l-attenzjoni hija ffukata fuq il-piż milħuq, it-tip ta’ qoxra u l-istat tas-saħħa. Ħut żgħir u ħut li se jintuża għat trobbija dejjem jinżammu mill-inqas possibbli.

Għar-riproduzzjoni tal-karpjun jintuża metodu ta’ estrazzjoni ta’ embrijuni f’ambjent ikkontrollat f’maqfas tal-ħut fiż-żona ddefinita, fejn il-kwalità tal-ambjent u tal-ilma huma garantiti.

L-iżvilupp tal-embrijun fil-bajda jsir f’apparat speċjali. Il-larvi tal-karpjun bl-isfar tal-borża jitpoġġew ġo vaski speċjali għat-tkabbir, mill-ġdid fiż-żona ddefinita. Matul dan l-iżvilupp, it-“Třeboňský kapr” jgħix minn fuq ikel naturali (plankton u benthos) u parzjalment huma mitmugħa b'suppliment ta' ikel li jikkonsisti f'taħlita ta' ikel taċ-ċereali mingħajr addittivi. Il-frieħ tal-karpjun f'dawn il-vaski jitħallew jikbru għal perjodu ta' bejn sena u sentejn u mbagħad jiġu trasferiti għall-vaski akbar, fejn jilħqu il-kobor tas-suq f’sena jew f’sentejn. F'din il-fażi l-karpjun jgħix minn fuq ikel magħmul minn żewġ terzi ta' ikel naturali u terz ta' ikel supplimentari magħmul miċ-ċereali. L-għalf għandu effett dirett fuq il-formazzjoni u l-kwalità tal-laħam u għalhekk fuq il-valur globali tal-utilità tat-“Třeboňský kapr”. L-għalf supplimentari tal-istokk hu aġġustat skont it-temperatura tal-ilma u l-limitu safejn l-ilma huwa saturat bl-ossiġnu. L-intensità ta' kemm qiegħed jittiekel l-għalf supplimentari mill-istokk tal-karpjun hija naturalment mmonitorjata ukoll, l-istess bħall-iżvilupp u l-istat ta' saħħa tal-ħut. Dawn il-fatti huma stabbiliti permezz ta' kontrolli regolari fuq il-postijiet tal-għalf u t-testijiet fuq il-qbid.

Il-vaski li jintużaw għall-proċess jikkonsistu minn vaski tal-ilma iżgħar minn fejn l-ilma miż-żoni ddefiniti jintuża biex jinħażnu l-ħut tas-suq wara li jkunu nqabdu. Fil-vaski tal-ħażna, it-togħma ta' ħama li jista' jkollu l-ħut hija eliminata u l-laħam jakkwista aktar valur u togħma permezz ta' ilma ġieri u nadif.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

Id-denominazzjoni tat-“Třeboňský kapr” tintuża għal skopijiet ta' bejgħ ta' ħut ħaj, biex meta l-provvista tal-ħut bl-ingrossa titwassal ġo vaski tat-trasport permezz ta’ vetturi, l-isem jidher fuq l-fattura, in-noti tal-kunsinna u d-dokumenti tat-trasport u jista' jidher fuq it-tank jew fuq il-vettura. Fil-każ tal-provvisti bl-imnut, jiġifieri bejgħ ta' ħut fil-ħwienet u fil-postijiet tal-wiri, il-bejjiegħ huwa obbligat li fuq il-post tal-bejgħ juri avviż prominenti li fih il-kelma “Třeboňský kapr”.

Fil-każ ta' ħut ipproċessat, id-denominazzjoni tat-“Třeboňský kapr” hija indikata b’mod prominenti fuq l-imballaġġ.

It-“Třeboňský kapr” l-iktar jinbiegħ ħaj mingħajr l-imballaġġ. F’tali każijiet, il-logo IĠP għandu jidher fuq iċ-ċertifikat tal-bejgħli jingħata x-xerrej. Huwa jidher ukoll fil-ħanut jew f'xi post tal-bejgħ ieħor.

Il-merkanzija ppakkjata u pproċessata tammonta għal proporzjon żgħir ħafna tal-bejgħ u f’dawk il-każijiet, il-logo IĠP għandu jidher fuq l-imballaġġ.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ddefinita għat-trobbija tat-“Třeboňský kapr” tikkonsisti minn vaski tal-ħut li jinsabu fil-baċir ta’ Třeboň fiż-Żona Protetta tal-Pajsaġġ tat-Třeboňsko; il-vaski jiffurmaw sistema interkonnessa maż-Zlatá stoka u mal-mogħdijiet tal-ilma assoċjati magħha.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-karattru, il-karatteristiċi partikolari u l-istatus taż-żona

Is-sistema ta’ vaski tal-ħut fiż-żona ġeografika ddefinita, interkonnessa maż-Zlatá stoka, hija skema tal-ilma unika li tmur lura għal aktar minn 300 sena. Matul it-48 km tul tagħha, iż-Zlatá stoka tforni u toħloq interkonnessjoni bejn numru kbir ta’ vaski tal-ħut bejn Chlum u Třeboně u Veselí nad Lužnicí, li jfornu l-ilma mix-xmara Lužnice lis-sistema kollha ta' vaski tal-ħut li ġiet ifformata b’dan il-mod. L-istruttura tas-sistema u l-irwol tagħha jagħmluha s-sistema prinċipali mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll fid-dinja kollha, u hija magħmula minn bijotopu speċifiku flimkien ma’ proprjetajiet distintivi stabbiliti.

It-trobbija tal-karpjun fit-Třeboňsko żviluppat fis-seklu sittax, meta fl-arkovji dehru l-ewwel referenzi għat-trobbija tal-karpjun skont l-eta' u l-għażla tal-ħut li se jintuża għat-trobbija. Referenzi għat-trobbija tat-“Třeboňský kapr” jidhru f’numru ta’ pubblikazzjonijiet, bħal Atlas kaprů chovaných v ČR (Atlas tal-karpjuni mrobbija fir-Repubblika Ċeka) ta' J. Pokorný et al. u Pět století rybničního hospodářství v Třeboni (Ħames sekli ta’ trobbija tal-ħut f’Třebon) ta' J. Šusta. Id-denominazzjoni “Třeboňský kapr” kienet kontinwament użata għal aktar minn 100 sena biex il-ħut jiġu ddenominati miż-żona ġeografika ddefinita.

In-netwerk inġenjuż tal-kanali u l-vaski artifiċjali, mibni f’numru ta’ stadji bejn il-Medju Evu u llum jirrapreżenta sistema perfetta ta’ bidliet gradwali u kkoordinati tal-pajsaġġ, li tisfrutta, b'mod rispettabbli, il-kundizzjonijiet naturali lokali.

Il-pantani estensivi, b'komunitajiet ta' pjanti preżervati sew u l-fawna invertebrata dipendenti fuqhom, huma fost l-aktar bijotipi ta' valur, li f’ħafna każijiet huma uniċi mhux biss fil-Bohemia, iżda wkoll fl-Ewropa kollha. Elementi oħrajn li huma daqstant importanti huma s-sistemi estensivi tal-vaski tal-ħut b’komunitajiet littorali ffurmati sekondarjament, li ħafna drabi jibdlu l-bijotipi oriġinali tal-artijiet mistagħdra.

Ġeoloġija

Parti sostanzjali tat-Třeboňsko hija ffurmata mill-kumpless ġeomorfoloġiku tal-baċir tat-Třeboň u partikolarment, fil-parti sedimentarja tal-Punent, mill-art ċatta tal-baċir ta’ Lomnický u fil-parti tal-Lvant, fuq is-saff ta’ taħt il-ħama kristallina mill-artijiet muntanjużi ta’ Kardašořečická pahorkatina. L-għoljiet tal-baċir ta’ Třeboň huma kemxejn inklinati min-Nofsinhar għat-Tramuntana.

Il-klima

Ġeneralment, il-klima tat-Třeboňsko, partikolarment fiż-żoni tal-baċir, hija sa ċertu punt speċifika u differenti miż-żoni tal-madwar minħabba l-pożizzjoni u l-ġeomorfoloġija tal-art u l-fatt li hemm ħafna korpi ta’ ilma. It-temperatura medja annwali hawnhekk hija ogħla minn kemm wieħed jista’ jistenna minn tali altitudni u n-numru attwali ta’ sigħat tax-xemx huwa akbar. Tagħmel ta' spiss xita qawwija fil-perjodi tas-sajf. Karatteristika partikolari tal-baċir ta’ Třeboň hija l-okkorenza frekwenti tal-inverzjonijiet mingħajr riħ, meta jkun hemm, partikolarment fil-parti l-iktar kiesħa tas-sena, perjodi twal ta’ staġnar tal-piż tal-arja fil-baċir. F’dawn is-sitwazzjonijiet ikun hemm ukoll ċpar frekwenti. L-infuwenza negattiva ta’ dawn l-inverżjonijiet u l-ventilazzjoni mhux adegwata fortunatament ma jkollhomx impatt qawwi fuq it-tniġġis tal-arja fit-Třeboňsko, peress li hemm ftit sorsi maġġuri tal-emissjonijiet.

Żona protetta

Fit-Třeboňsko hemm żewġ oqsma (magħmula minn numru kbar ta’ lokalitajiet) li ġew inklużi fil-lista tal-artijiet mistagħdra ta’ importanza internazzjonali protetti mill-Konvenzjoni ta’ Ramsar.

Prova ulterjuri tal-ispeċifiċità tal-ekosistema taż-żona hija l-fatt li Třeboňsko ilha għal numru ta’ snin ikklassifikata mill-Birdlife International bħala Żona Ewropea Importanti għall-Għasafar (IBA). It-Třeboňsko kienet iddikjarata sit protett tan-NATURA 2000 (SPA u SAC).

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Fir-rigward tal-proprjetajiet organolettiċi, il-laħam tat-“Třeboňský kapr” huwa kkaratterizzat minn kwalità għolja, konsistenza soda, kontenut ibbilanċjat ta' xaħam, proteini u materja niexfa, b’riżultat li huwa speċjalment addattat għat-tisjir. It-togħma tal-laħam hija delikata, bit-togħma tipika tajba tal-ħut tat-“Třeboňský kapr”.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott

Iż-żona ġeografika ddefinita li hija ekoloġikament nadifa fiż-żona protetta tal-pajsaġġ tat-Třeboňsko fiha sistema ta’ vaski tal-ħut li huma interkonnessi maż-Zlatá stoka u mitmugħa permezz tal-ilma mix-xmara Lužnice. Is-sistema ta’ vaski tal-ħut tikkonsisti f’bijotopu speċifiku bi proprjetajiet stabbiliti li jinfluwenzaw il-karatteristiċi finali tal-prodott. Din iż-żona ġeografika ddefinita tlaqqa' flimkien kundizzjonijiet speċifiċi għat-tkabbir tal-plankton u l-benthos li huma neċessarji biex jiżguraw li l-karpjun ikollu ikel naturali b’kontenut għoli ta’ nutrijenti, li għalihom jikkontribwixxu wkoll il-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u klimatiċi jdeskritti f’ (5.1). Dawn il-fatturi kollha joħolqu l-bijoma speċifiku taż-żona, bl-ambjent, l-ilma u l-arja nodfa tiegħu, fejn il-kundizzjonijiet huma partikolarment adattati biex jipproduċu biżżejjed ikel naturali tal-karpjun. Il-fatturi kollha ta’ hawn fuq joħolqu rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika ddefinita u l-karatteristiċi finali tal-prodott. Huma dawn il-fatturi li jiddistingwu it-“Třeboňský kapr” minn karpjuni mrobbija f’postijiet oħra u jagħtuh it-togħma speċifika tiegħu u kontenut ibbilanċjat ta' materjal niexef, proteini u xaħam. It-togħma tipika hija riżultat tal-kwalità għolja, l-ilma nadif taż-żona ddefinita li fiha l-ħut jitrabbew, l-impatt tal-kundizzjonijiet naturali u ġeografiċi fuq it-trobbija tal-karpjun, l-influwenza tal-ħama speċifika tal-baċir tat-Třeboň u, fuq kollox, in-nutrijenti tal-plankton fil-biċċa l-kbira naturali fl-ilma taż-żona speċifika, flimkien mal-għalf supplimentari.

Il-karpjun ġie mrobbi fiż-żona ġeografika speċifikata għal aktar minn 300 sena, u d-denominazzjoni “Třeboňský kapr” kienet kontinwament użata għal aktar minn 100 sena esklussivament biex tinnomina prodott bi proprjetajiet speċifiċi.

Id-denominazzjoni “Třeboňský kapr” kienet protetta sa mill-1974 bħala denominazzjoni Ċeka tal-oriġini Nru 54 “Třeboňský kapr” (Wittingauer Karpfen) u wkoll bħala denominazzjoni internazzjonali tal-oriġini “Třeboňský kapr” (Wittingauer Karpfen), protetta mir-reġistrazzjonijiet internazzjonali fuq il-bażi tal-Ftehim ta’ Liżbona (Nru 53 tat-22 ta’ Novembru 1967 u Nru 836 tas-6 ta’ Diċembru 2000). Id-denominazzjoniji “Třeboňský kapr” hija wkoll protetta minn ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika Ċeka u l-Awstrija, il-Portugall u l-Isvizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

http://isdv.upv.cz/portal/pls/portal/portlets.ops.det?popk=79&plang=cs


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 3.


25.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/33


Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 179/09

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

TALBA GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

TALBA GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

SELLES-SUR-CHER

Nru tal-KE: FR-PDO-0117-0976-26.01.2012

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu tal-produzzjoni

Rabta maż-żona ġeografika

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandhom jiġu speċifikati)

2.   Tip ta’ emenda/emendi

Emenda tad-dokument uniku jew tas-sommarju

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew tal-IĠP irreġistrata, li għaliha la d-dokument uniku u lanqas is-sommarju ma ġew ippubblikati

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma għandhiex bżonn emendi tad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta minn miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji imposti mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/emendi

3.1.   Il-Kapitolu 2: Deskrizzjoni tal-prodott

Wara żvilupp li seħħ fir-regoli dwar l-addittivi, it-terminu “prodott tal-affumikar” għandu jinbidel bit-terminu “karbonju attiv”.

Bidla fid-daqs tal-ġobon: ġiet speċifikata l-forma tal-ġobon (li tkun ta’ madwar 9 sa 10 ċentimetri) b’mod konformi mad-daqs tal-forma użata biex isir.

Tlestiet id-deskrizzjoni tal-ġobon. Il-ġobon huwa l-iktar ta’ lewn griż lewn l-irmied li jkun bejn wieħed u ieħor uniformi. Meta taqtgħu, ikollu lewn abjad li jixbah lill-avorju u jkun matt, lixx u omoġenju, u jkollu qoxra iebsa, fina u regolari. Waqt il-perjodu tal-maturazzjoni, ir-riħa tal-ġobon frisk tal-ħalib tal-mogħża tiżviluppa f’waħda li tfakkrek fil-faqqiegħ u l-mogħoż. Fil-konsistenza tiegħu, il-ġobon huwa frisk u jinħall f’ħalqek. Fit-togħma tiegħu, huwa jippreżenta bilanċ bejn togħma kemm kemm mielħa u waħda aċiduża u morra. It-terminu “konsistenza ratba” tħassar minħabba li mhuwiex adattat għall-produzzjoni tal-ġobon tal-ħalib tal-mogħża (dan għandu x’jaqsam ma’ produzzjoni lattika). Qed titħassar ukoll il-frażi “moffa fil-wiċċ tal-gobon li tkun bejn wieħed u ieħor ta’ lewn blu”, li tiddeskrivi l-ġobon magħmul fl-irziezet li l-perjodu ta’ maturazzjoni tiegħu jkun itwal mill-perjodu minimu ta’ maturazzjoni, li llum il-ġurnata jirrappreżenta biss frazzjoni żgħira ħafna tal-produzzjoni.

Ġie speċifikat il-piż totali tal-materja niexfa, jiġifieri 55 gramma f’kull ġobna.

3.2.   Il-Kapitolu 4: Elementi li juru li l-prodott ġej miż-żona ġeografika

It-traċċabbiltà: sabiex tissaħħaħ il-garanzija tal-oriġini, l-operaturi kollha għandhom jiddikjaraw il-volumi prodotti u għandhom ikunu jistgħu jiġu ttraċċati sabiex il-prodott ikun jista’ jiġi segwit mill-produzzjoni sal-kummerċjalizzazzjoni tiegħu.

3.3.   Il-Kapitolu 5: Metodu tal-produzzjoni

Sabiex tissaħħaħ ir-rabta tal-prodott mat-territorju tiegħu, ġew emendati diversi punti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

5.1:   il-produzzjoni tal-ħalib

80 % mill-għenieq għat-tiġdid tal-merħla jitrabbew fiż-żona ġeografika sabiex jiġu llimitati r-riskji marbutin mas-saħħa u jingħata vantaġġ lil ġenetika li tkun adattata għall-ambjent tal-post;

il-mogħoż huma tar-razza Alpina jew Saanen jew ikunu ġejjin minn taħlita ta’ dawn iż-żewġ razez minħabba li dawn ir-razez ilhom ħafna li adattaw għal dan ir-reġjun;

it-tgħammir tal-merħliet mhux f’waqtu jippermetti li l-perjodu tal-produzzjoni jibqa’ għaddej mingħajr ma tiġi mhedda l-kwalità tal-prodott;

l-erja għal kull mogħża fir-razzett tal-mogħoż hija ta’ mill-inqas 1,5 m2;

mill-inqas 75 % tal-għalf tal-mogħoż jiġi miż-żona identifikata, jiġifieri ammont minimu annwali medju ta’ 825 kilogramm ta’ materja niexfa;

il-porzjon jinkludi mill-inqas 550 kilogramm ta’ materja niexfa ta’ għalf mhux ipproċessat: sabiex ikun żgurat dan il-porzjon, hemm obbligu li kull mogħża jkollha żona għall-għalf ta’ mill-inqas 1 000 m2;

sabiex jiġi rregolat l-għalf li jista’ jintuża, qed tiżdied lista tal-għalf awtorizzat li jkun ġej miż-żona ġeografika;

l-użu tal-balal imgeżwrin huwa limitat għal 350 kilogramm ta’ materja niexfa fis-sena għal kull mogħża u l-ammont ta’ materja niexfa fil-balla jrid ikun ta’ iktar minn 50 %;

l-użu tal-ħaxix ħażin u tal-qamħirrum maħżun f’sajlo huwa awtorizzat sal-31 ta’ Diċembru 2014;

ġie speċifikat il-porzjon tal-għalf kumplimentari;

l-organiżmi ġenetikament modifikati (l-OĠM) huma pprojbiti;

5.2:   l-ipproċessar

Huwa awtorizzat perjodu ta’ maturazzjoni tal-ħalib qabel jiżdiedlu t-tames: din il-prattika tippermetti li jittejjeb l-adattament tal-ħalib għall-ipproċessar f’ġobon u b’hekk li joħroġ il-potenzjal aromatiku tiegħu;

wara li tiżdiedlu l-baqta, il-ġobon jitħalla għal perjodu ta’ 18 sa 48 siegħa f’temperatura ta’ inqas minn 25 °Ċ sabiex tiġi żgurata l-kwalità lattika tal-baqta;

huwa permess il-qtugħ tal-ġobon fi flieli;

ix-xorrox jitneħħa bl-idejn jew bil-pompi (it-tqattir minn qabel fuq it-tila mhux permess);

ġew speċifikati l-kundizzjonijiet li bihom il-baqta ffriżata tista’ terġa’ tiġi inkorporata fil-prodott;

l-ingredjenti awtorizzati huma t-tames, il-karbonju attiv, il-ħmejjer, il-klorur tal-kalċju u l-melħ;

il-ġobon jitneħħa mill-forom 18 sa 48 siegħa wara li jkun tqiegħed fihom;

id-definizzjoni tad-daqs tal-forma tispeċifika d-daqs tal-forma u l-angoli tagħha (il-forma ma nbidlitx);

il-perjodu bejn iż-żieda tat-tames u t-tneħħija mill-forom huwa ta’ bejn 44 u 72 siegħa;

jista’ jintuża isem ir-razzett jekk ikunu għaddew inqas minn 24 siegħa minn mindu l-ħalib użat ikun ġie ttrattat għall-ewwel darba u jekk ma tkun intużat l-ebda baqta ffriżata;

it-trasport tal-ġobon mill-proċessuri jrid isir f’temperatura li tkun ’il fuq miż-żero, iżda li tkun ta’ inqas minn 10 °Ċ.

3.4.   Il-Kapitolu 6: Elementi li jiġġustifikaw ir-rabta maż-żona ġeografika

It-test dwar ir-rabta maż-żona ġeografika ġie rrevedut sabiex inqasam fi tliet partijiet.

Il-Kapitolu 6.1:   l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Dan il-Kapitolu qed jiġi kkompletat sabiex jiġu stabbiliti jew ikkonfermati l-elementi li ġejjin:

l-iżvilupp ta’ produzzjoni tal-mogħoż li trendi f’żona li mhix għanja mil-lat tal-agronomija;

id-diversità fiż-żona li tippermetti produzzjoni varjata tal-għalf;

il-bażijiet storiċi tat-teknoloġija lattika;

ir-rwol tal-proċessuri fl-istandardizzazzjoni tal-forma tal-ġobon.

Il-Kapitolu 6.2:   l-ispeċifità tal-prodott

F’dan il-Kapitolu jissemmew il-karatteristiċi prinċipali tal-ġobon tat-tip “Selles-sur-Cher”.

Il-Kapitolu 6.3:   ir-rabta bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott

Dan il-Kapitolu juri r-rabta li hemm bejn il-fatturi naturali taż-żona ġeografika u l-karatteristiċi oriġinali tal-ġobon.

3.5.   Il-Kapitolu 7: Referenzi dwar il-korp ta’ kontroll

Dan il-Kapitolu qed jerġa’ jiġi aġġornat filwaqt li titqies ir-riforma tal-INAO. Fil-qafas ta’ din ir-riforma, il-grupp għażel korp taċ-ċertifikazzjoni, li huwa dak imsejjaħ “Qualisud”.

3.6.   Il-Kapitolu 8: It-tikkettar

Wieħed bil-fors irid juża s-simbolu tal-Unjoni Ewropea għad-DPO fuq it-tikketta.

3.7.   Il-Kapitolu 9: Ir-rekwiżiti nazzjonali

F’dan il-Kapitolu tingħata tabella li fiha l-elementi ewlenin li jfasslu l-istruttura tal-pjan ta’ kontroll.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“SELLES-SUR-CHER”

Nru tal-KE: FR-PDO-0117-0976-26.01.2012

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem

“Selles-sur-Cher”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   It-tip ta’ prodott

Il-kategorija 1.3

Il-ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1

Il-ġobon għandu forma ta’ diska bit-truf tastaturati, li tkun kemm kemm qisha kon bla ponta, iċċattjata u b’dijametru ta’ madwar 9 ċentimetri u ħxuna ta’ madwar 3 ċentimetri. Il-ġobon, li għandu natura lattika, huwa lewn l-irmied minħabba l-karbonju attiv.

Il-qoxra tiegħu tkun ta’ lewn griż lewn l-irmied li jkun bejn wieħed u ieħor uniformi. Meta taqtgħu, il-ġobon ikollu lewn abjad li jixbah lill-avorju u jkun matt, lixx u omoġenju, u jkollu qoxra iebsa, fina u regolari. Għall-bidu, jkollu riħa ta’ ġobon frisk tal-ħalib tal-mogħża li tiżviluppa f’waħda li tfakkrek fil-faqqiegħ u fil-mogħoż fi tmiem il-perjodu tal-maturazzjoni. Fil-konsistenza tiegħu, il-ġobon huwa frisk u jinħall f’ħalqek u jfakkrek kemm kemm fl-għaġina. Meta jittiekel, iħalli togħma bbilanċjat bejn waħda li hija kemm kemm mielħa u li hija aċiduża u morra.

Il-ġobon ikun fih mill-inqas 45 gramma xaħam għal kull 100 gramma ġobon imnixxef. Il-piż totali tal-materja niexfa jrid ikun ta’ mill-inqas 55 gramma f’kull ġobna.

Il-perjodu tal-maturazzjoni huwa ta’ mill-inqas għaxart ijiem minn meta mal-ħalib jiżdied it-tames.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Għall-produzzjoni tal-ġobon tat-tip “Selles-sur-Cher” jintuża biss il-ħalib sħiħ mhux ipproċessat tal-mogħoż tar-razza Alpina jew Saanen jew li jkunu ġejjin minn taħlita ta’ dawn iż-żewġ razez. Mill-inqas 80 % mill-għenieq għat-tiġdid tal-merħla jiġu miż-żona ġeografika identifikata.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Sabiex tiġi żgurata rabta mill-qrib bejn il-prodott u t-territorju, il-porzjon totali tal-għalf tal-mogħoż tal-ħalib jinkludi bħala medja annwali mill-inqas 75 % minnu li jkun ġej miż-żona ġeografika identifikata, jiġifieri ammont minimu ta’ 825 kilogramm ta’ materja niexfa.

Il-porzjon totali annwali tal-għalf ta’ mogħża tal-ħalib jinkludi mill-inqas 550 kilogramm ta’ materja niexfa ta’ għalf mhux ipproċessat. L-għalf awtorizzat huwa mniżżel f’lista.

Iż-żona għall-għalf hija ta’ mill-inqas 1 000 m2 għal kull mogħża tal-ħalib. Din iż-żona tikkorrispondi għaż-żoni tar-razzett u/jew għaż-żoni korrispondenti għall-għalf li jkun inxtara.

L-użu tal-balal imgeżwrin huwa permess, dejjem jekk dan ma jaqbiżx it-350 kilogramm ta’ materja niexfa fis-sena għal kull mogħża tal-ħalib. L-ammont ta’ materja niexfa fil-balla jrid ikun ta’ iktar minn 50 %.

Il-porzjon tal-għalf kumplimentari, li huwa magħmul minn għalf ikkonċentrat (li fih ħafna nitroġenu u/jew ħafna enerġija) u/jew minn għalf imnixxef, jirrappreżenta mhux iktar minn 550 kilogramma ta’ materja niexfa fis-sena għal kull mogħża tal-ħalib. Mill-inqas 275 kilogramm minn dan l-għalf ikun ġej miż-żona ġeografika identifikata fil-punt 4. L-għalf awtorizzat li minnu jkun magħmul il-porzjon tal-għalf kumplimentari huwa mniżżel f’lista.

Is-sistema alimentari tat-tiben ikkonċentrat u l-użu tal-ħaxix ħażin u tal-qamħirrum maħżun f’sajlo mhumiex permessi.

L-użu tal-ħaxix ħażin u tal-qamħirrum maħżun f’sajlo huwa awtorizzat sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Iż-żrigħ jew it-taħwil ta’ uċuħ tar-raba’ trasġeniċi huwa pprojbit fiż-żoni kollha ta’ azjenda li tipproduċi l-ħalib għall-ipproċessar f’ġobon tat-tip “Selles-sur-Cher” li huwa denominazzjoni protetta tal-oriġini. Għall-għalf tal-annimali huma awtorizzati biss l-ikel u l-pjanti kumplimentari li ġejjin minn prodotti li mhumiex trasġeniċi.

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika identifikata

Il-produzzjoni tal-ħalib u l-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobon isiru fiż-żona ġeografika identifikata fil-punt 4.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.

L-ebda regola.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi għat-tikkettar

Il-ġobon kollu tat-tip “Selles-sur-Cher” li jitqiegħed fis-suq għandu bil-fors ikollu tikketta fuqu. It-tikketta tal-ġobon għandha tinkludi isem id-denominazzjoni tal-oriġini “Selles-sur-Cher”, miktub b’ittri li jkunu tal-inqas daqs żewġ terzi tad-daqs tal-ikbar ittri li jidhru fuq it-tikketta. It-tikketta tinkludi wkoll il-lowgo tad-DPO tal-Unjoni Ewropea.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika hija magħmula mid-distretti amministrattivi li ġejjin:

 

fid-dipartiment ta’ Cher (18): Graçay, Lury-sur-Arnon u Vierzon II (il-bliet ta’ Massay, Méry-sur-Cher, Saint-Hilaire-de-Court, Thénioux u Vignoux-sur-Barangeon);

 

fid-dipartiment ta’ Indre (36): Valançay, Issoudin Nord, Saint-Christophe-en-Bazelle u Vatan;

 

fid-dipartiment ta’ Loir-et-Cher (41): Contres, Montrichard, Saint-Aignan, Mennetou-sur-Cher, Romorantin-Lanthenay Nord, Romorantin-Lanthenay Sud u Selles-sur-Cher.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

Fatturi naturali

Iż-żona ġeografika ta’ “Selles-sur-Cher”, li tinsab fil-Lvant tal-medda ta’ muntanji bil-foresti tar-reġjun ta’ Sologne u fil-punt fejn jingħaqdu l-provinċji ta’ Touraine u ta’ Berry u r-reġjun ta’ Sologne, testendi fuq qortin enormi li jinqata’, mil-Lvant għall-Punent, mill-wied ta’ Cher.

Fuq in-naħa tan-Nofsinhar ta’ din ix-xmara nsibu r-reġjun ta’ Boischaut, waqt li fuq in-naħa tat-Tramuntana tagħha nsibu l-parti tan-Nofsinhar tar-reġjun ta’ Gâtine tourangelle.

Ix-xfar dojoq tar-reġjun ta’ Gâtine tourangelle fihom ħafna depożiti ta’ ħama li żviluppaw fuq sottostrat magħmul mill-ġebla tal-ġir tar-reġjun ta’ Beauce. Il-pajżaġġ, li huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu miftuħ, fih żoni bil-foresti fejn it-trobbija tal-bhejjem hija komuni ħafna.

Il-wied ta’ Cher huwa kkaratterizzat mill-ġebla safra tat-tip “tuffeau” ta’ Touraine (is-saff tal-istadju Turonjan). F’dawn l-għoljiet u fil-widien sekondarji, l-ikbar attività agrikola hija dik tal-vitikultura.

Fir-reġjun ta’ Boischaut nsibu saff ġebel tal-ġir biż-żnied li fih ukoll insibu l-ħama tal-qraten. Is-sistemi agrikoli jiffukaw l-iktar fuq il-biedja mħallta u fuq it-trobbija tal-bhejjem.

Fit-truf foqra u diffiċli ta’ dawn ir-reġjuni differenti, it-trobbija tal-mogħoż, li ilha ħafna teżisti fir-reġjun, illum il-ġurnata tikkostitwixxi waħda mill-ftit possibbiltajiet biex tingħata valur lil din l-art, li ftit li xejn tintuża għall-vitikultura u għat-tkabbir taċ-ċereali.

L-iżvilupp tal-ekonomija bbażata fuq it-trobbija tal-mogħoż seħħ ukoll minħabba l-fatt li l-Wied ta’ Cher minn dejjem kien post importanti ferm għall-komunikazzjoni mil-Lvant għall-Punent f’dak li għandu x’jaqsam mal-flussi tan-nies (it-trasferiment tal-prattiki u tal-għarfien espert fil-qasam tal-produzzjoni tal-ġobon) u mal-flussi kummerċjali (it-triq prinċipali kummerċjali bejn Nantes u Lyon).

Il-klima fiż-żona tal-produzzjoni hija waħda oċeanika mibdula, u f’din iż-żona l-influwenza tal-klima kontinentali tinħass dejjem iktar hekk kif wieħed imur mill-Punent għal-Lvant. Fis-sena bħala medja tagħmel bejn 650 u 750 millimetru xita, li tinżel b’mod imqassam tajjeb tul is-sena kollha. It-temperaturi mhumiex ħorox iżda d-differenzi bejn it-temperaturi tax-xitwa u dawk tas-sajf huma pjuttost kbar (temperatura medja ta’ 4,8 °Ċ f’Jannar u ta’ 18,9 °Ċ f’Lulju). Ix-xtiewi mhux ħorox u s-sjuf li rari jkunu nexfin għal kollox jippermettu li jitkabbru għadd kbir ta’ ċereali u ta’ pjanti għall-għalf, li huma meħtieġa biex il-mogħoż jingħalfu.

Fatturi umani

Il-ġobon tat-tip “Selles-sur-Cher” fil-bidu kien prodott domestiku li kien isir l-iktar min-nisa, li adottaw teknoloġija lattika b’perjodi teknoloġiċi flessibbli, li kienet kompatibbli mal-obbligi l-oħra tar-razzett u tal-familja.

Il-ġobon kien jitħalla jimmatura fil-kantina, li kienet tkun kamra maġenb ir-razzett mibnija ħafna drabi fuq in-naħa tat-Tramuntana tiegħu. L-użu tal-affumikar, imbagħad tal-irmied tal-faħam tal-kannol imħallat mal-melħ, kien jiżgura l-kwalità tal-ġobon waqt il-perjodu tal-maturazzjoni tiegħu.

Fi tmiem is-seklu dsatax, dawk li kienu jiġbru l-prodotti tal-irziezet kienu jgħaddu b’mod regolari fl-irziezet biex jiġbru l-bajd u t-tjur, iżda wkoll il-ġobon. Xi wħud kienu jispeċjalizzaw f’dan il-qasam, u kienu jiġbru l-ġobon frisk sabiex imbagħad jaffumikawh u jimmaturawh huma stess qabel ma jqegħduh fis-suq.

Il-belt ta’ Selles-sur-Cher kienet iċ-ċentru ewlieni ta’ ġbir u bejgħ mill-ġdid ta’ dan it-tip ta’ ġobon. Il-ġobon imbagħad beda jissejjaħ bl-isem tal-post fejn kien jgħaddi mill-proċess ta’ maturazzjoni.

Fil-bidu tas-seklu għoxrin, il-produzzjoni tal-ġobon tal-ħalib tal-mogħża żdiedet bil-mod il-mod biex dan jinbiegħ lil bliet industrijali bħal Tours, Blois, Vierzon, Châteauroux, Pariġi, Lyon, eċċ. Din iż-żieda fil-produzzjoni tal-prodotti magħmulin mill-ħalib tal-mogħża seħħet id f’id mal-iżvilupp tat-tekniki tat-trobbija (iż-żamma tal-annimali fi stalel miftuħin, l-apparat li jaħleb il-baqar u l-introduzzjoni tar-razez alpini u Saanen sabiex jitjiebu l-oriġini lokali) u mal-iżvilupp tal-mezzi profilattiċi u veterinarji (il-prodotti kontra l-parassiti u l-antibijotiċi). Wara dan il-produtturi malajr speċjalizzaw fit-trobbija tal-mogħoż, kemm għall-ħalib u kemm għall-irziezet (bejjiegħa diretti jew li jagħtu l-prodott lil proċessur) u malajr inħolqu l-kooperattivi tal-produtturi tal-ħalib.

Wara dan, il-ġobon tat-tip “Selles-sur-Cher” ġie rrikonoxxut bħala prodott b’denominazzjoni protetta tal-oriġini permezz ta’ digriet tal-21 ta’ April 1975.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Il-ġobon tat-tip “Selles-sur-Cher” isir mill-ħalib sħiħ u mhux ipproċessat tal-mogħoż, li miegħu jkun żdied kemm kemm tames, abbażi ta’ baqta ta’ natura lattika.

Wiċċ il-ġobon jitmellaħ u l-ġobon jiġi affumikat bil-karbonju attiv. Il-perjodu tal-maturazzjoni huwa ta’ mill-inqas għaxart ijiem minn meta mal-ħalib jiżdied it-tames.

Il-ġobon tat-tip “Selles-sur-Cher” huwa kkaratterizzat mill-affarijiet li ġejjin:

 

il-forma karatteristika tiegħu, li tkun kemm kemm qisha kon bla ponta;

 

il-lewn abjad u matt tiegħu minn ġewwa, li jixbah lill-avorju, u l-konsistenza lixxa u omoġenja tiegħu;

 

in-natura lattika tiegħu, li tonqos bil-mod il-mod matul il-perjodu tal-maturazzjoni;

 

l-affumikar fil-wiċċ tiegħu, li jagħti lill-qoxra tiegħu lewn li jinbidel minn griż lewn l-irmied għal griż fil-blu huwa u jimmatura. Il-qoxra hija magħmula b’mod ewlieni mill-fungu tat-tip Geotrichum u mill-ħmejjer.

5.3.   Ir-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Fl-oqsma differenti li ftit li xejn għandhom potenzjal agronomiku, il-mogħża malajr saret il-“baqra tal-foqra” u tat iċ-ċans lil dawn l-artijiet foqra jsiru ta’ valur.

L-art ramlija u taflija li tagħti f’dik ramlija li nsibu fil-Punent tar-reġjun ta’ Sologne u fil-wied ta’ Cher, flimkien mal-klima ta’ dan ir-reġjun, wasslu għal sistema speċifika ta’ għalf, imsejsa fuq il-produzzjoni tal-għalf niexef, li tifforma l-bażi tal-għalf tal-mogħoż. Il-ħtieġa li jiġi prodott għalf niexef kienet akkumpanjata mill-għoti ta’ valur lil imriegħi li ma għandhomx wisq benefiċċji mil-lat tal-agronomija (pereżempju l-imriegħi umdi tal-belt ta’ ħdejn ix-xmara Fouzon), u b’hekk ġiet stabbilita t-trobbija dinamika tal-mogħoż f’żoni li ftit li xejn jistgħu jintużaw għal attivitajiet agrikoli oħrajn. Sal-lum, it-trobbija tal-mogħoż għadha sseħħ fi stabbilimenti f’dawn iż-żoni, li fihom ma ssir l-ebda attività agrikola oħra bħall-vitikultura jew it-tkabbir taċ-ċereali.

Il-ħtiġijiet għall-awtonomija fl-għalf imdaħħlin fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott jipperpetwaw it-tradizzjoni ta’ għalf tal-merħla bbażat fuq il-prodotti tal-imriegħi. Dawk li jrabbu l-bhejjem, billi jagħżlu mogħoż li huma adattati għaż-żona u għall-kundizzjonijiet tal-għalf u li jkunu kapaċi jagħtu ħalib li jkun ta’ kwalità tajba biex minnu jsir il-ġobon, jippermettu lil dawk li jagħmlu l-ġobon jesprimu l-karatteristiċi partikulari li joħorġu mill-għalf u mill-flora tal-mikrobi tal-ħalib. Minn dan il-lat, l-awtonomija fl-għalf, il-ħarsien ta’ ammont minimu ta’ fibrożi fil-porzjon tal-għalf (ir-rata ta’ ċellulożi) u t-trobbija ta’ għenieq għat-tiġdid tal-merħla (l-għarfien espert fil-ġenetika) fiż-żona ġeografika kollha juru ż-żamma ta’ dan l-għarfien.

L-istandardizzazzjoni tal-forma tal-ġobon ġejja mir-relazzjonijiet mal-produtturi. Il-ġobon tat-tip “Selles-sur-Cher” huwa ġobon pjuttost kbir għat-tip ta’ ġobon lattiku li hu. It-tip ta’ forma li tintuża b’mod tradizzjonali (forma bil-fond), il-perjodu li matulu l-ġobon jitħalla joqgħod wara li tiżdiedlu l-baqta (18 sa 48 siegħa f’temperatura ta’ inqas minn 25 °Ċ) u l-perjodu li matulu l-ġobon jitħalla joqtor fil-forom iwasslu biex fil-bidu tal-perjodu ta’ maturazzjoni, il-baqta tkun relattivament umda.

Waqt li fil-bidu l-użu tal-affumikar kien jiffaċilita l-konservazzjoni tal-ġobon fil-kantina u mbagħad fil-post tat-tnixxif, illum il-ġurnata l-karbonju attiv u l-melħ, flimkien mal-flora ta’ wiċċ il-ġobon, jiffurmaw struttura fil-qoxra li tirregola l-iskambji mal-post tal-maturazzjoni, li jinżamm f’temperatura pjuttost sħuna u kostanti. Din it-teknika twassal għall-konsistenza tal-ġobon minn ġewwa u għall-iżvilupp tat-togħma tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (4))

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCSelles-sur-Cher.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.


25.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/40


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 179/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“JAMÓN DE TREVÉLEZ”

Nru tal-KE: ES-PGI-0105-0997-11.05.2012

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Intestaturi tal-ispeċifikazzjoni affettwati mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (speċifika)

2.   Tip ta' emenda

Emenda tad-Dokument Uniku jew tas-Sommarju.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrata li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Sommarju.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).

Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006).

3.   Emendi

3.1.   Is-sostituzzjoni tat-terminu tradizzjonali “denominazzjoni speċifika” bit-terminu “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” fid-dokument kollu

RAĠUNI L-Artikolu 8 tar-Regolament tal Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 jippermetti l-użu tat-termini DPO/IĠP jew inkella l-indikazzjonijiet nazzjonali tradizzjonali ekwivalenti (din il-korrispondenza kienet ippubblikata permezz tal-Ordni tal-25 ta' Jannar 1994 fil-BOE Nru 23 tas-27 ta' Jannar 1994). Fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma hemm l-ebda dispożizzjoni għall-użu tat-termini tradizzjonali, iżda għall-indikazzjonijiet u s-simboli tal-Kommunità kif stipulati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tas-20 ta' Marzu 2006, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2009, mingħajr ħsara għall-prodotti diġà mqiegħda fis-suq qabel dik id-data.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott: Imluħa (it-Taqsima B: Deskrizzjoni tal-prodott)

Fil-paragrafu attwali:

“Imluħa: Espressa bħala 10 % tal-kontenut massimu ta' klorur tas-sodju fuq estratt imnixxef bla xaħam, analizzat fuq porzjon traversali ta' perżut meħud 4 cm mit-tarf ta' fuq tal-femur u mingħajr qoxra”.

Il-kliem “fuq estratt imnixxef bla xaħam” għandhom jinqraw “fuq il-prodott fl-istat naturali tiegħu”.

RAĠUNI: Fil-preżent mhuwiex stabbilit li r-riżultati għandhom jiġu espressi skont it-tip tal-kampjun, u peress li l-kliem “fuq estratt imnixxef bla xaħam” ma jurix lill-konsumatur b'mod ċar il-kontenut ta' melħ meta huwa jiekol il-prodott, intgħażel kliem aktar veritier u li jiftiehem faċilment. Sa fejn huwa kkonċernat il-konsumatur, din il-forma tati perċessjoni aħjar dwar kemm hu mielaħ jew le il-prodott milli l-kampjun imnixxef u bla xaħam, li wara kollox mhuwiex il-mod kif il-konsumatur se jesperjenza l-prodott.

B'riżultat ta' din il-bidla fil-kampjun, il-kontenut massimu ta' klorur tas-sodju ivarja minn 10 % (fuq il-prodott imnixxef u bla xaħam) għal 5 % (fuq il-prodott fl-istat naturali tiegħu), peress li l-“Jamón de Trevélez” huwa kkaratterizzat minn kontenut bejn il-5 % u l-10 % ta' xaħam infiltrat skont it-tip ta' perżut, u t-total tal-umdità fil-medja ta' 50 %.

Is-sentenza finali taqra kif ġej:

“Imluħa: Espressa bħala 5 % ta' kontenut massimu ta' klorur tas-sodju jew inqas, fuq il-prodott fl-istat naturali tiegħu, analizzat fuq porzjon traversali ta' perżut meħud 4 cm mit-tarf ta' fuq tal-femur u mingħajr qoxra)”

3.3.   Fażi ta’ klassifikazzjoni Xhieda li l-prodott sar fiż-żona (it-Taqsima D)

Fil-paragrafu attwali:

“Il-klassifikazzjoni definittiva tal-perżut isseħħ wara l-kontroll u l-verifikazzjoni finali tal-maturazzjoni u ż-żmien ta' preservazzjoni tal-perżut flimkien mal-karatteristiċi kwalitattivi tiegħu, fejn kull biċċa għandu jkollha s-siġill innumerat assenjat meta l-prodott jiġi riċevut”.

L-aħħar parti tas-sentenza “meta l-prodott jiġi riċevut” għandha ssir “waqt il-proċess ta' produzzjoni”.

RAĠUNI: Dan il-paragrafu ġie emendat peress li l-metodu operattiv inbidel: qabel, it-tikketta kienet titwaħħal meta l-prodott kien jiġi kklassifikat għall-ewwel darba meta jiġi riċevut, li kien ifisser li xi tikketti kien ikollhom jitneħħew waqt il-proċess ta' produzzjoni jekk kien jinstab li l-prodott ma kienx jissodisfa l-istandards għall-Jamón de Trevélez. Issa t-tikketta bin-numru hija allokata għall-klassifikazzjoni finali tal-prodott waqt l-ipproċessar tiegħu.

Fil-fażi tal-bidu ma hemm l-ebda mod biex wieħed ikun jaf jekk il-prodott huwiex se jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet jew le.

3.4.   Metodu ta' produzzjoni Produzzjoni tal-prodott (it-Taqsima E). Fażi ta’ produzzjoni It-tmelliħ

Jitneħħa l-paragrafu li ġej:

“Il-proċess tat-tmelliħ iseħħ esklussivament f'Ottubru u f'Marzu. Madankollu, jiddependi mill-kundizzjonijiet tat-temp, il-Kunsill Regolatorju jista' jestendi jew inaqqas dan il-perjodu”.

RAĠUNI: Dan il-paragrafu tneħħa bħala riżultat tal-projbizzjoni fuq il-produzzjoni tal-perżut fix-xhur minn April sa Settembru peress li r-regoli tas-saħħa u l-iġjene skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali, jirrikjedu li t-tmelliħ isir f'kundizzjonijiet ikkontrollati ta' temperatura sabiex jippreveni l-iżvilupp ta' mikrorganiżmi patoġeniċi. Ladarba dawn il-kundizzjonijiet jiġu kkontrollati, il-produzzjoni tista' tibda f'kull żmien tas-sena. Għaldaqstant mhix se tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni permanenti tal-Kunsill Regolatorju biex jiġi estiż il-perjodu, peress li dan mhux se jvarja skont il-kundizzjonijiet klimatiċi ladarba dawn huma kkontrollati.

3.5.   Metodu ta' produzzjoni Produzzjoni tal-prodott (it-Taqsima E). Fażi ta’ produzzjoni Wara t-tmelliħ

Fil-paragrafu attwali:

“Il-qatgħat imbagħad jgħaddu għall-fażi ta' wara t-tmelliħ, li ssir f'ambjent naturali, bil-għan li l-perżut jitnixxef progressivament u bil-mod, biex tiġi żgurata d-distribuzzjoni tajba tal-melħ fil-muskolu tal-qatgħa”.

Jiġi eliminat il-kliem “li ssir f'ambjent naturali”.

RAĠUNI: Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ kif ukoll l-istudji u l-investigazzjonijiet kollha li saru dwar din il-fażi essenzjali tal-produzzjoni tal-perżut juru li l-“Fażi ta' Wara t-Tmelliħ” għandha sseħħ f'kundizzjonijiet ta' temperatura u ta' umdità kkontrollati biex jiggarantixxu l-innokwità tal-prodott f'kull mument.

Fil-paragrafu:

“Il-Kunsill Regolatorju eċċezzjonalment u skont il-kundizzjonijiet materjoloġiċi, jista' jawtorizza li dan il-proċess isir f'temperatura u umdità relattiva kkontrollati f'temperatura bejn 3 °C u 7 °C u f'umdita relattiva bejn 75 % u 85 %. Iż-żmien tal-ipproċessar ma għandux jieħu aktar minn 30 ġurnata”.

Jitneħħa: “Il-Kunsill Regolatorju eċċezzjonalment u skont il-kundizzjonijiet materjoloġiċi, jista' jawtorizza li dan il-proċess”

RAĠUNI: Mhuwiex il-Kunsill Regolatorju, iżda l-leġiżlazzjoni fis-seħħ kif ukoll l-istudji u l-investigazzjonijiet kollha li saru dwar din il-fażi essenzjali tal-produzzjoni tal-perżut li juru li l-“Fażi ta' Wara t-Tmelliħ” għandha sseħħ f'kundizzjonijiet ta' temperatura u ta' umdità kkontrollati biex jiggarantixxu f'kull mument l-innokwità tal-prodott u li l-prodott jibqa mkessaħ il-ħin kollu.

Għandu jiżdied mal-paragrafu ta' qabel: “waqt li qed iseħħ l-ipproċessar, dawn il-kundizzjonijiet ta' temperatura u umdità għandhom jiġu adattati progressivament mal-kundizzjonijiet eżistenti fil-post tat-tnixxif naturali, skont iż-żmien tas-sena”.

RAĠUNI: biex jiġi evitat li tinqata' din il-katina ta' tkessiħ, waqt il-fażi ta' wara t-tmelliħ fil-post tat-tnixxif naturali, skont id-dispożizzjoni tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel.

Jinbidel: “Iż-żmien tal-ipproċessar ma jistax jaqbeż it-30 ġurnata” għal “Iż-żmien tal-ipproċessar ma jistax jaqbeż id-90 ġurnata.”

RAĠUNI: Huwa evidenti li l-perjodu ta' 30 ġurnata għall-fażi ta' wara t-tmelliħ kif stabbilit fl-Ispeċifikazzjonijiet tal-Kundizzjonijiet kien ġie stabbilit b'konformità mal-perjodu meta l-koxox jiddaħħlu fil-melħ, operazzjoni li skont il-kundizzjonijiet klimatiċi tista' ssir bejn Ottubru u Marzu biss, għar-raġuni li l-perżut għandu jitħalla għal massimu ta' 30 ġurnata fil-fażi ta' wara t-tmelliħ f'dawk ix-xhur meta t-temperatura u l-umdità jistgħu jkunu l-aktar adattati u għalhekk ikunu jistgħu jgħaddu għall-fażi tat-tnixxif li jmiss f'kundizzjonijiet simili ta' temperatura u umdità.

3.6.   Struttura tal-kontroll (it-Taqsima G)

Għandu jiġi emendat il-kliem fit-Taqsima G “Struttura ta' kontroll” u tibda tissejjaħ “Verifikazzjoni tal-Konformità mal-Ispeċifikazzjonijiet”, u fil-kontenut ta' dan titneħħa r-referenza kollha ta' qabel u jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Il-verifikazzjoni dwar il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet qabel mal-prodott jitpoġġa fis-suq issir skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006.

L-awtorita kompetenti responsabbli għal dawn il-kontrolli, hija Dirección General de Calidad, Industrias Agroalimentarias y Producción Ecológica de la Consejería de Agricultura, Pesca y Medio Ambiente de la Junta de Andalucía – C/ Tabladilla, s/n – 41071 Sevilla – Tel.: +34 955032278 – Feks: +34 955032112 – Posta elettronika: dg-ciape.sscc.capma@juntadeandalucia.es

Tagħrif dwar il-korpi responsabbli għall-verifika tal-konformità tal-kundizzjonijiet indikati fl-ispeċifikazzjonijiet jinsabu f'dan l-indirizz:

http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/areas-tematicas/industrias-agroalimentarias/calidad-y-promocion-agroalimentaria/denominaciones-de-calidad/jamones-y-paletas.html

Il-funzjonijiet speċifiċi se jiddependu fuq il-kontrolli li jsiru fuq il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet qabel mal-prodott jitpoġġa fis-suq”.

RAĠUNI: Adattament tal-formolazzjoni proposta sabiex jiġi evitat li dan il-paragrafu ma jibqax japplika.

Fil-formalazzjoni proposta hemm id-dettalji tal-awtorità kompetenti u hemm referenza għall-paġna tal-internet tagħha fejn jidhru l-korpi responsabbli għall-verifika tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kundizzjonijiet.

3.7.   Rekwiżiti leġiżlattivi nazzjonali (it-Taqsima I)

Dan il-paragrafu jinbidel biex jiġi adattat għal-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ, bl-integrazzjoni ta' leġiżlazzjoni b'ambitu tal-Unjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

JAMÓN DE TREVÉLEZ

Nru tal-KE: ES-PGI-0105-0997-11.05.2012

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Jamón de Trevélez”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.2.

Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)

It-tip ta' annimal adattat għall-produzzjoni tal-koxox bil-ħsieb li jsir il-perżut protett bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Jamón de Trevélez” ġej mit-tnissil bejn ir-razez Landrace, Large-White u Duroc-Jersey.

Dawn huma l-karatteristiċi tal-perżut protett mill-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Jamón de Trevélez”:

Forma tonda, bil-ġilda u l-pala tas-sieq.

Staġjonatura minima ta' 14, 17 jew 20 xahar stabbiliti skont il-piż tal-perżut frisk.

Kulur aħmar u dehra tleqq meta jinqata' u bix-xaħam infiltrat bejn il-massa muskulari.

Laħam b'togħma delikata, ftit mielħa.

L-imluħa fil-kampjun naturali (SMN – Salinidad en muestra natural) espressa f'% ta' klorur tas-sodju: ≤ 5. It-test tal-imluħa jsir fuq żmien massimu ta' xahar mid-data li fiha l-perżut jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet kollha biex jiġi approvat bħala “Jamón de Trevélez”.

(fuq porzjon traversali ta' perżut mingħajr qoxra u b' 4 cm ta' ħxuna maqtugħ mit-tarf ta' fuq tal-femur).

Konsistenza ta' xaħam kremuża, tleqq, ta' kulur bajdani fl-isfar u b'togħma bnina.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-koxox maħsubin għall-produzzjoni tal-perżut protett bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Jamón de Trevélez” jiġu mit-tnissil bejn ir-razez Landrace, Large-White u Duroc-Jersey.

Għall-produzzjoni tal-perżut protett, jistgħu jintużaw biss il-koxox li fihom dawn l-ammonti ta' xaħam taħt il-gilda:

Minimu ta' 1 cm ta' xaħam infiltrat għal koxox ta' piż anqas minn 12,3 kg.

Minimu ta' 1,5 cm ta' xaħam infiltrat għal koxox ta' piż aktar minn 12,3 kg u anqas minn 13,5 kg.

Minimu ta' 2 cm għal koxox li jissuperaw il-piż ta' 13,5 kg.

Il-koxox ikunu ġejjin minn annimali kkastrati rġiel jew nisa.

Dawk il-koxox li għandhom pH bejn 5,5 u 6,4 ta' muskolu semimembranuż biss jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-perżut protett bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Jamón de Trevélez”. Il-pH jiġi ddeterminat fi żmien minimu ta' 24 siegħa wara l-qatla tal-annimal.

Il-piż frisk tal-koxox huwa aktar minn 11,3 kg.

It-trasport tal-koxox mill-biċċerija sal-postijiet tal-istaġjonalità u l-maturazzjoni isir dejjem f'inġenji li jissodisfaw ir-regolamenti fis-seħħ u b'mod li jidħlu fil-kontenitur tal-imluħa b'temperatura bejn 1 u 3 °C fil-fond tal-koxxa u mhux aktar minn 4 °C sa 1cm mill-wiċċ tagħha.

Il-melħ użat għall-imluħa huwa melħ tal-baħar mingħajr addittivi.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Mhux applikabbli.

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika identifikata

(1)

Tmelliħ

(2)

Ħasil

(3)

Wara t-tmelliħ

(4)

Tnixxif - Maturazzjoni

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Mhux applikabbli.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fuq it-tikketta jeħtieġ li jkun jidher dan li ġej: Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Jamón de Trevélez”.

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Jamón de Trevélez” tinsab fil-provinċja ta' Granada, fil-Lbiċ tas-Sierra Nevada, fil-parti l-aktar għolja taż-żona, magħrufa bħala Alpujarra. Hija kostitwita minn żona naturali fejn il-fatturi tal-altitudni, it-temperatura u l-umdità, fost l-oħrajn, jagħtu kwalitajiet partikolarment uniċi lill-prodott u li tradizzjonalment tawh il-karatteristiċi tagħhom.

Tinkludi l-partijiet ta' altitudni aktar minn 1 200 metru mill-muniċipalitajiet li ġejjin: Trevélez, Juviles, Busquístar, Pórtugos, La Taha, Bubión, Capileira u Bérchules tal-provinċja ta' Granada.

Il-muniċipji kollha jinsabu fil-Park Naturali ta' Sierra Nevada, u huma inklużi fiż-żona msejħa “Alpujarras” ta' Granada.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-Jamón de Trevélez jaf il-karatteristiċi organolettiċi partikolari tiegħu lill-ambjent naturali (taż-żona ċentrali tal-Park Naturali ta' Sierra Nevada) fejn jiġi prodott, fejn fil-fatt huma l-ambjent, il-klima u l-veġitazzjoni li jinfluwenzaw l-iżvilupp ta' flora mikrobika speċifika għall-prodott. Għaldaqstant, fiż-żoni b'altitudni bejn 1 200 m u 1 900 m fejn jiġi prodott il-perżut ta' Trevélez, jikber il-ballut ta' Sierra Nevada u għadd kbir ta' speċi veġetali endemiċi li jinsabu fi Sierra Nevada.

Il-fatturi tal-altitudni, it-temperatura u l-umdità, fost l-oħrajn, huma karatteristiċi taż-żona, li waqt il-fażi tal-istaġjonatura jagħtu kwalitajiet partikolarment uniċi lill-prodott u li tradizzjonalment tawh il-karatteristiċi tagħhom.

Il-metodi speċjalizzati tal-produzzjoni jikkonsistu fil-kontroll tal-perjodu ta' esponiment tal-prodott għall-melħ skont id-daqs ta' kull qatgħa, bl-intenzzjoni li l-perżut jassorbi l-kwantità ġusta ta' melħ, filwaqt li jiġi evitat l-assorbiment ta' melħ żejjed, biex b'hekk il-prodott stabbilit ikun jista' jieħu perjodu twil ta' staġjonatura. Wara t-tmelliħ, u waqt il-perjodu ta' staġjonatura, il-valutazzjoni korretta tal-aspett u d-dehra tal-perżut flimkien mal-kundizzjonijiet ambjentali (it-temperatura u l-umdità) taż-żoni distinti tal-postijiet tat-tnixxif, jippermettu li l-produttur jagħti staġjonatura gradwali u twila lill-perżut kif jeħtieġ il-prodott. Waqt il-proċess tal-istaġjonatura isiru żewġ tipi ta' manuvri: iċ-ċaqliq tal-qatgħat għal żoni aktar adegwati fil-postijiet tat-tnixxif skont it-temperatura u l-umdità, u l-ftuħ jew l-għeluq tal-ventilaturi naturali (twieqi) tal-postijiet tat-tnixxif biex jinħoloq l-ambjent ideali bit-temperatura u l-umdità l-aktar adattati.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-IĠP “Jamón de Trevélez” hija bbażata fuq ir-reputazzjoni speċifika tal-prodott.

Il-“Jamón de Trevélez” huwa magħruf bħala prodott uniku b'rabta mal-Alpujarra ta' Granada għal aktar minn 200 sena, kif jixhdu ħafna referenzi biblijografiċi tas-seklu XIX u kittieba magħrufa ta' dak iż-żmien bħal Pedro Antonio de Alarcón, awtur Spanjol li twieled fi Guadix fl-1833.

Cervantes ukoll kien jaf bl-eżistenza ta' dan il-perżut, li jissemma aktar minn darba fil-pubblikazzjonijiet tiegħu.

Gregorio Marañón, kittieb u filosfu Spanjol li twieled f'Madrid fl-1887, ħabib tal-politikant mill-Alpujarra Natalio Rivas, jagħti eloġju lill-perżut ta' Trevélez u jfaħħar miegħu t-tjubija tal-gazpacho tal-Andalucia filwaqt li jgħid li “jonqosha biss xi biċċa perżut ta' Trevélez biex issir platt kważi perfett”.

Iżda r-referenza l-aktar importanti fl-istorja tal-“Jamón de Trevélez” tmur lura għat-12 ta' Ottubru 1862, id-data meta l-Maestà tagħha r-Reġina Isabel II ikkonċediet lill-muniċipju ta' Trevélez il-privileġġ li dan ikun il-fornitur uffiċjali tal-Palazz Irjali, u tatu l-awtorizzazzjoni li fuq il-perżut jinċiża s-Siġill Irjali li jgħid: “Premiado por S.M. la Reina Isabel II en 1862. Trevélez”, biex b'hekk irrikonoxxiet il-kwalità tal-perżut.

Il-“Jamón de Trevélez” infirex lil hinn mill-konfini Spanjoli minn Victoria Eugenia de Montijo, mart Napuljun III u Imperatriċi ta' Franza, li kienet hi li intoduċiet il-“Jamón de Trevélez” fil-menu tal-palazz (il-famuża “Kċina Franċiża”).

Il-karatteristiċi differenti tal-“Jamón de Trevélez” huma:

il-maturazzjoni twila f'kundizzjonijiet naturali u bil-mod.

Il-kontenut baxx ta' melħ u bi kwantità kkontrollata.

In-nuqqas tal-addittivi nitriċi E250 u E252, kif ukoll ta' tipi oħra ta' addittivi, waqt l-istaġjonatura.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP)

Il-“Jamón de Trevélez” ilu magħruf u marbut mal-Alpujarra ta' Fuq għal aktar minn 200 sena. Minn dak iż-żmien, il-produtturi tal-perżut għarfu jżommu u jkomplu l-għarfien tal-metodi artiġjanali li intirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra ta' esperti artiġjanali fl-istaġjonar naturali, liema metodi tajbin influwenzaw direttament il-karatteristiċi tal-perżut ta' Trevélez.

Il-karatteristiċi tal-prodott finali huma influwenzati wkoll mill-ambjent ġeografiku u l-klima tar-reġjun, li jinsab bejn 1 200 metru u l-qċaċet tas-Sierra Nevada, fejn tinstab żona kiesħa, b'abundanza ta' silġ fix-xitwa, riħ mit-Tramuntana li jiġi minn fuq is-Sierra Nevada, u temperaturi friski fis-sajf, li jippermettu l-istaġjonatura naturali tal-perżut prodott fiż-żona u jiddistingwuh minn oħrajn.

Huma dawn il-kundizzjonijiet ambjentali ta' kesħa fix-xitwa, u temperaturi friski fis-sajf, li jippermettu l-istaġjonatura twila f'kundizzjonijiet u ritmi naturali. Dawn jippermettu l-produzzjoni tal-prodott b'kontenut baxx ta' melħ, filwaqt li jagħtu lil kull qatgħa l-kontenut ġust u r-ritmu ta' staġjonatura bil-mod u gradwali għall-arja ta' Trevélez kif jeħtieġ il-perżut, mingħajr ebda konservanti artifiċjali, bħall-addittivi nitriċi, hekk kif it-temperaturi jippermettu t-tnixxif f'kundizzjonijiet sikuri ta' innokwità, u jservu ta' konservanti b'karatteristiċi mikrobijoloġiċi organolettiċi għall-prodott.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006) (4))

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fuq:

http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/export/sites/default/comun/galerias/galeriaDescargas/cap/industrias-agroalimentarias/denominacion-de-origen/Pliegos/Pliego_modificado_Jamon_Trevelez.pdf

Jista' jsir aċċess għalih ukoll billi wieħed jidħol fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Kunsill Reġjonali tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ambjent (http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal), u jikklikkja kif ġej: “Industrias Agroalimentarias”/”Calidad y Promoción“/”Denominaciones de Calidad”/“Jamones y Paletas”, l-ispeċifikazzjonijiet jinsabu taħt l-isem tad-Denominazzjoni tal-Kwalità.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 3.