ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.178.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 178

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
22 ta' Ġunju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 178/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 171, 15.6.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 178/02

Kawża C-142/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fl-20 ta’ Marzu 2013 — Bright Service S.A. vs Repsol Comercial de Productos Petrolíferos S.A.

2

2013/C 178/03

Kawża C-144/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Marzu 2013 — VDP Dental Laboratory NV u Staatssecretaris van Financiën

2

2013/C 178/04

Kawża C-153/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Bardejov (is-Slovakkja) fis-26 ta’ Marzu 2013 — Pohotovosť s.r.o. vs Ján Soroka

3

2013/C 178/05

Kawża C-154/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Marzu 2013 — Staatssecretaris van Financiën, il-parti l-oħra, X BV

3

2013/C 178/06

Kawża C-155/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale del Veneto — Sede di Mestre-Venezja (l-Italja) fis-27 ta’ Marzu 2013 — SICES et vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Venezia

4

2013/C 178/07

Kawża C-160/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-28 ta’ Marzu 2013 — Staatssecretaris van Financiën vs X BV

4

2013/C 178/08

Kawża C-171/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ April 2013 — Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv) vs M.S. Demirci et

4

2013/C 178/09

Kawża C-192/13 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-31 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-235/11 — Spanja vs Il-Kummissjoni

5

2013/C 178/10

Kawża C-197/13 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-31 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-540/10, Spanja vs Il-Kummissjoni

5

2013/C 178/11

Kawża C-204/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ April 2013 — Finanzamt Saarlouis vs Heinz Malburg

6

2013/C 178/12

Kawża C-219/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-25 ta’ April 2013 — K Oy

6

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 178/13

Kawża T-579/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2013 — macros consult vs UASI — MIP Metro (makro) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva makro — Isem korporattiv macros consult GmbH — Dritt kweżit akkwistat qabel l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja u li jagħti lill-proprjetarju tiegħu d-dritt li jipprojbixxi l-użu tat-trade mark Komunitarja li saret applikazzjoni għaliha — Sinjali mhux irreġistrati li jibbenefikaw minn protezzjoni taħt id-dritt Ġermaniż — Artikolu 5 tal-Markengesetz — Artikolu 8(4), Artikolu 53(1)(c) u Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

8

2013/C 178/14

Kawża T-249/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2013 — Sanco vs UASI — Marsalman (Rappreżentazzjoni ta’ tiġieġa) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta tiġieġa — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti li tirrappreżenta tiġieġa — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

8

2013/C 178/15

Kawżi T-321/11 u T-322/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2013 — Morelli vs UASI — Associazone nazionale circolo del popolo della libertà u Brambilla (PARTITO DELLA LIBERTA’) (Trade mark Komunitarja — Proċediment ta’ oppożizzjoni — Applikazzjonijiet għal trade mark Komunitarja verbali PARTITO DELLA LIBERTA’ u għal trade mark Komunitarja figurattiva Partito della Libertà — Isem ta’ domain nazzjonali preċedenti partitodellaliberta.it — Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ prova tal-użu tal-isem ta’ domain preċedenti partitodellaliberta.it fil-kors tal-kummerċ)

9

2013/C 178/16

Kawża T-393/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2013 — Masottina vs UASI — Bodegas Cooperativas de Alicante (CA’ MARINA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali CA’ MARINA — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MARINA ALTA — Raġuni relattiva għal rifjut — Xebħ tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

9

2013/C 178/17

Kawża T-19/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2013 — Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik vs UASI — Impexmetal (IKFŁT KRAŚNIK) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva IKFŁT KRAŚNIK — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti FŁT — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

10

2013/C 178/18

Kawża T-244/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2013 — Unister vs UASI (fluege.de) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali fluege.de — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Karattru distintiv miksub mill-użu — Artikolu 7(1)(b) u (c), Artikolu 7(2) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

10

2013/C 178/19

Kawża T-45/13: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2013 — Rose Vision u Seseña vs Il-Kummissjoni

10

2013/C 178/20

Kawża T-177/13: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2013 — TestBioTech et vs Il-Kummissjoni

11

2013/C 178/21

Kawża T-209/13: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2013 — Olive Line International vs UASI (OLIVE LINE)

11

2013/C 178/22

Kawża T-212/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 — Madaus vs UASI — Indena (ECHINAMID)

12

2013/C 178/23

Kawża T-215/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 — Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI — Recticel (Lambda)

12

2013/C 178/24

Kawża T-225/13: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2013 — T&L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

13

2013/C 178/25

Kawża T-227/13: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2013 — Bayer Intellectual Property vs UASI — Interhygiene (INTERFACE)

15

2013/C 178/26

Kawża T-230/13: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2013 — HTC Sweden vs UASI — Vermop Salmon (TWISTER)

15

2013/C 178/27

Kawża T-255/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

16

2013/C 178/28

Kawża T-256/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

17

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/1


2013/C 178/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 171, 15.6.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 164, 8.6.2013

ĠU C 156, 1.6.2013

ĠU C 147, 25.5.2013

ĠU C 141, 18.5.2013

ĠU C 129, 4.5.2013

ĠU C 123, 27.4.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona (Spanja) fl-20 ta’ Marzu 2013 — Bright Service S.A. vs Repsol Comercial de Productos Petrolíferos S.A.

(Kawża C-142/13)

2013/C 178/02

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bright Service S.A.

Konvenuta: Repsol Comercial de Productos Petrolíferos S.A.

Domanda preliminari

Meta jiġi eżaminat ftehim vertikali — li jipprevedi obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni — li kien diġà fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2000, li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolament Nru 1984/83 (1), iżda li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tar-Regolament Nru 2790/1999 (2), peress illi l-fornitur li huwa parti fil-ftehim iżomm sehem mis-suq li huwa ogħla minn 30 % (Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2790/1999), it-tul tal-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni jaqbeż ħames snin u l-beni kuntrattwali jinbiegħu mix-xerrej minn bini u minn art li l-fornitur ma huwiex proprjetarju tagħhom (Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 2790/1999):

(a)

l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 2790/1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li, mill-1 ta’ Jannar 2002, il-ftehim u, konkretament, l-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni, ma humiex koperti mill-eżenzjonijiet previsti minn dawn ir-regolamenti (Nru 1984/83 u Nru 2790/1999) u li l-konformità tagħhom mal-Artikolu 81(1)(KE) għandha tiġi eżaminata individwalment?

(b)

jew l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 2790/1999 għandu jiġi interpretat fis-sens li għal dan il-ftehim għandu jiġi applikat it-terminu ta’ ħames snin previst għat-tul massimu tal-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni mill-Artikolu 5(a) tar-Regolament Nru 2790/1999, b’mod li l-ftehim u, konkretament, l-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni huma koperti, mill-1 ta’ Jannar 2002, minn terminu ġdid ta’ ħames snin li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2006?

(c)

jew finalment l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 2790/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ftehim li jinkludi obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni huwa kopert, mill-1 ta’ Jannar 2002, minn terminu ġdid ta’ ħames snin, li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2006, fil-każ fejn it-tul li jifdal ta’ validità tal-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni fil-1 ta’ Jannar 2002 ma jaqbiżx ħames snin, iżda min-naħa l-oħra ma huwiex kopert mill-eżenzjonijiet, u l-konformità tiegħu mal-Artikolu 81(1) KE għandha tiġi eżaminata individwalment, fil-każ fejn it-tul li jifdal ta’ validità tal-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni fl-1 ta’ Jannar 2002 jaqbeż ħames snin?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1984/83, tat-22 ta’ Ġunju 1983, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftheim ta’ xiri esklużiv (ĠU L 173, p. 5).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999, tat-22 ta’ Diċembru 1999, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 364).


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Marzu 2013 — VDP Dental Laboratory NV u Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-144/13)

2013/C 178/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VDP Dental Laboratory NV u Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 17(1) u (2) tas-Sitt Direttiva (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti dritt għal tnaqqis lill-persuna taxxabbli anki meta dispożizzjoni legali nazzjonali tipprovdi eżenzjoni mhux prevista mid-direttiva (eżenzjoni li teskludi t-telf tad-dritt għal tnaqqis)?

(2)

L-Artikolu 143, initio u (a), u l-Artikolu 140, initio u (a) u (b) tad-Direttiva tal-VAT tal-2006 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżenzjonijiet tat-taxxa stabbiliti minnhom ma japplikawx għall-importazzjoni u għax-xiri intra-Komunitarju ta’ proteżi dentali? Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, il-benefiċċju mill-eżenzjonijiet huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-kunsinna ta’ proteżi dentali minn Stat ieħor issir minn dentist jew tekniku dentali jew li l-kunsinna ssir lil dentist jew tekniku dentali, jew huwa effettivament suġġett għal dawn iż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Bardejov (is-Slovakkja) fis-26 ta’ Marzu 2013 — Pohotovosť s.r.o. vs Ján Soroka

(Kawża C-153/13)

2013/C 178/04

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Bardejov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pohotovosť s.r.o.

Konvenut: Ján Soroka

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 93/13”), moqrija flimkien mal-Artikoli 47 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża, li ma tippermettix lil persuna ġuridika, maħtura sabiex tipproteġi d-drittijiet tal-konsumaturi, li tintervjeni fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni sabiex jiġi żgurat li jkun protett konsumatur li huwa s-suġġett ta’ proċeduri għall-irkupru ta’ dejn li jirriżulta minn kuntratt ta’ konsum u li ma huwiex irrappreżentat minn avukat?

(2)

Id-disposizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fil-punt preċedenti għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-konsumatur u tal-intervenjenti, kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, huwa miksur meta persuna ġuridika maħtura sabiex tipproteġi d-drittijiet tal-konsumaturi ma hijiex awtorizzata tintervjeni fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni u li l-konsumatur ma huwiex irrappreżentat minn avukat?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Marzu 2013 — Staatssecretaris van Financiën, il-parti l-oħra, X BV

(Kawża C-154/13)

2013/C 178/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: X BV

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 140(a) u (b) tad-Direttiva tal-VAT tal-2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni tal-VAT prevista fih ma tapplikax għall-akkwist intra-Komunitarju ta’ snien foloz? Jekk tingħata risposta fin-negattiv, il-benefiċċju tal-eżenzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li s-snien foloz jiġu pprovduti minn pajjiż barrani minn dentist jew minn dentist-tekniku jew għall-kundizzjoni li jiġu kkunsinnati lil dentist jew lil dentist-tekniku jew huwa suġġett għal dawn iż-żewġ kundizzjonijiet flimkien?

(2)

Jekk l-eżenzjoni tal-VAT prevista fl-Artikolu 140(a) u (b) tad-Direttiva tal-VAT tal-2006 (indipendentement minn jekk tkunx ingħatat skont il-kundizzjonijiet deskritti fl-ewwel domanda) tkun tapplika għall-akkwist intra-Komunitarju ta’ snien foloz, fil-pajjiżi li, bħall-Pajjiżi l-Baxxi, ikunu kkonformaw ruħhom mal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132 tad-Direttiva tal-VAT tal-2006, l-eżenzjoni tapplika wkoll għall-akkwist intra-Komnitarju ta’ snien foloz li joriġinaw minn Stat Membru li jkun ibbenefika minn sistema derogatorja u tranżitorja tal-Artikolu 370 tad-Direttiva tal-VAT tal-2006?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale del Veneto — Sede di Mestre-Venezja (l-Italja) fis-27 ta’ Marzu 2013 — SICES et vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Venezia

(Kawża C-155/13)

2013/C 178/06

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale del Veneto — Sede di Mestre-Venezia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Società Italiana Commercio e Servizi S.r.l, fi stralċ (SICES) et

Konvenuta: Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Venezia.

Domanda preliminari

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, tad-29 ta’ Marzu 2007 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi trasferiment illegali tal-liċenzji ta’ importazzjoni b’rata mnaqqsa fil-kuntest tal-kwota GATT ta’ tewm ta’ oriġini Ċiniż, il-fatt li l-proprjetarju tal-imsemmija liċenzji, wara ħlas tad-dazji dovuti, iqiegħed fis-suq it-tewm inkwistjoni permezz tat-trasferiment lil operatur ieħor, proprjetarju ta’ liċenzji ta’ importazzjoni, li mingħandu huwa kien xtara t-tewm inkwistjoni qabel l-importazzjoni?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007, tad-29 ta’ Marzu 2007, li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 218).


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-28 ta’ Marzu 2013 — Staatssecretaris van Financiën vs X BV

(Kawża C-160/13)

2013/C 178/07

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: X BV

Domandi preliminari

L-Artikolu 140(a) u (b) tad-Direttiva dwar il-VAT tal-2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mill-VAT li jistabbilixxi ma tapplikax għall-akkwist intra-Komunitarju ta’ proteżijiet dentali? Jekk ir-risposta tkun fin-negattiv, il-benefiċċju tal-eżenzjoni huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-proteżijiet dentali jiġu kkunsinnati minn barra l-pajjiż minn dentist jew minn tekniku dentali jew li jiġu kkunsinnati lil dentist jew lil tekniku dentali jew inkella huwa suġġett għal dawn iż-żewġ kundizzjonijiet flimkien?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ April 2013 — Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv) vs M.S. Demirci et

(Kawża C-171/13)

2013/C 178/08

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

Konvenuti: M.S. Demirci et,

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 3/80 (1), b’riferiment għall-Artikolu 59 tal-protokoll addizzjonali (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lis-sistema legali ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 4a TW (3) li jirrevoka s-servizz addizzjonali, mogħti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, meta l-benefiċjarji tiegħu ma għadhomx iktar residenti fit-territorju ta’ dan l-Istat anki jekk kisbu n-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li żammew in-nazzjonalità Torka?

(2)

Jekk, fir-risposta għall-ewwel domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-partijiet ikkonċernati jistgħu jinvokaw l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 3/80, iżda fil-limiti stabbiliti mill-Artikolu 59 tal-protokoll addizzjonali: l-Artikolu 59 tal-protokoll addizzjonali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li jkompli jingħata l-benefiċċju addizzjonali liċ-ċittadini ta’ nazzjonalità Torka, bħall-partijiet ikkonċernati, mill-mument meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tippermettix iktar liċ-ċittadini tal-Unjoni jitolbu dan anki jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali ppermettiet liċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu intitolati għal dan il-benefiċċju għal perijodu itwal ta’ żmien?


(1)  Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u l-membri tal-familja tagħhom (ĠU 1983, C 110, p. 60).

(2)  Protokoll addizzjonali ffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 f’Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat għan nom tal-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 41).

(3)  Toeslagenwet (liġi dwar benefiċċji addizzjonali li jiżguraw li persuna tirċievi l-paga minima).


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/5


Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-31 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-235/11 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-192/13 P)

2013/C 178/09

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tilqa’ l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013, fil-Kawża T-235/11, Spanja vs Il-Kummissjoni.

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1023 final, tat-18 ta’ Frar 2011, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija favur fażijiet ta’ proġett intitolati “Provvista u istallazzjoni ta’ tagħmir ferrovjarju fuq il-linja b’veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Madrid-Lérida” (CCI 1999.ES.16.C.PT.001, “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Barcelona. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma, fażi 1)” (CCI 2000.ES.16.C.PT.001), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Aċċess ferrovjarju għall-istazzjon il-ġdid ta’ Zaragoza” (CCI 2000.ES.16.C.PT.003), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell. Sub-sezzjoni X-A (Olérdola-Avinyonet del Penedés” (CCI 2001.ES.16.C.PT.007) “Aċċess ferrovjarju ġdid tal-linja b’veloċità għolja f’Levante. Sub-sezzjoni La Gineta-Albacete (pjattaforma)” (CCI 2004.ES.16.C.PT.014)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Żball ta’ liġi dwar l-effetti tat-terminu previst fl-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 (1), tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni. Wara l-iskadenza tal-imsemmi terminu l-Kummissjoni ma tista’ tadotta ebda miżura ta’ korrezzjoni finanzjarja u, għaldaqstant, hija għandha twettaq il-ħlas u l-korrezzjoni msemmija iktar ’il fuq ma hijiex konformi mad-dritt.

Żball ta’ liġi fil-kunċett ta’ għoti ta’ kuntratti fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE (2), tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni. L-Artikolu 20(2)(e) u (f) tad-Direttiva 93/38 ma japplikax b’mod ġenerali għal kwalunkwe modifika ta’ kuntratti pubbliċi miftiehma matul il-fażi ta’ twettiq tagħhom, iżda japplika biss għal emendi sostantivi. Jista’ jiġi kkunsidrat li hemm modifika sostantiva li tikkostitwixxi għoti ta’ kuntratt ġdid biss meta jkunu sodisfatti r-rekwiżiti kollha tas-sentenza Pressetext Nachrichtenagentur (3).


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194.

(3)  Sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2008, pressetext Nachrichtenagentur (C-454/06, Ġabra p. I-4401).


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/5


Appell ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-31 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-540/10, Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-197/13 P)

2013/C 178/10

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

f’kull każ, tilqa’ dan l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013, fil-Kawża T-540/10, Spanja vs Il-Kummissjoni.

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6154, tat-13 ta’ Settembru 2010, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-stadji ta’ proġett intitolati “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjoni IX-A” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.005), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjoni X-B (Avinyonet del Penedès-Sant Sadurní d’Anoia)” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.008), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjonijiet XI-A u XI-B (Sant Sadurní d’Anoia-Gelida)” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.009) u “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjoni IX-C” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.010);

f’kull każ, tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Żball ta’ liġi fir-rigward tal-effetti tat-terminu mesmmi fl-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94  (1), tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni . Wara t-tmiem tal-imsemmi terminu, il-Kummissjoni ma tista’ tadotta ebda miżura ta’ korrezzjoni finanzjarja, u għalhekk għandha l-obbligu li tagħmel il-ħlas u l-korrezzjoni applikata ma hijiex konformi mal-liġi.

Żball ta’ liġi fil-kunċett ta’ għoti ta’ kuntratt fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE  (2), tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni. L-Artikolu 20(2)(e) u (f) tad-Direttiva 93/38 ma japplikax b’mod ġenerali għal xi emendi għal kuntratti pubbliċi miftiehma matul il-fazi ta’ eżekuzzjoni tagħhom, iżda biss għal emendi sostanzjali. Jista’ jiġi kkunsidrat li teżisti emenda sostanzjali li tikkostitwixxi għoti ġdid biss meta jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tas-sentenza Pressetext Nahrichtenagentur (3).


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bi l-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194.

(3)  Sentenza tad-19 ta’ Lulju 2008, Pressetext Nachrichtenagentur (C-454/06, Ġabra p. I-4401).


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ April 2013 — Finanzamt Saarlouis vs Heinz Malburg

(Kawża C-204/13)

2013/C 178/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Saarlouis

Konvenuta: Heinz Malburg

Domanda preliminari

L-Artikoli 4(1) u (2), u 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1) għandhom, fid-dawl tal-prinċipju ta’ newtralità, jiġu interpretati fis-sens li membru ta’ kumpannija rregolata mid-dritt ċivili li tipprovdi konsulenza fiskali li jikseb minn din il-kumpannija parti mill-klijentela bl-għan waħdieni li jgħaddi din il-klijentela immedjatament u mingħajr ħlas lil kumpannija ġdida rregolata mid-dritt ċivili li tipprovdi konsulenza fiskali li fir-rigward tagħha huwa l-membru ewlieni, sabiex din tagħmel użu minnha b’mod professjonali, għandu dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq l-akwiżizzjoni tal-klijentela?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-25 ta’ April 2013 — K Oy

(Kawża C-219/13)

2013/C 178/12

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: K Oy

Konvenuta: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö, valtiovarainministeriö

Domandi preliminari

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(2) u l-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fil-verżjoni, fir-rigward tal-aħħar punt, introdotta mid-Direttiva 2009/47/KE (2), wara li jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li rata mnaqqsa tal-VAT hija applikata għall-kotba stampati filwaqt li l-kotba maħżuna fuq mezzi materjali oħra bħal CD, CD-ROM jew stikek tal-memorja USB huma suġġetti għal rata normali tat-taxxa?

Ir-risposta tista’ tvarja skont iċ-ċirkustanzi segwenti:

il-ktieb huwa intiża li jinqara jew li jinstema’ (ktieb awdjo);

jeżisti ktieb stampat li fih l-istess kontenut bħall-ktieb jew bħall-ktieb awdjo maħzuna fuq mezz materjali bħal CD, CD-ROM, stikka tal-memorja elettronika jew prodott materjali ieħor simili;

huwa possibbli li jintużaw karatteristiċi tekniċi mogħtija mill-mezz materjali, li ma huwiex karta, bħall-funzjonijiet ta’ tfittxija?


(1)  ĠU L 347, p. 1.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE, tal-5 ta’ Mejju 2009, li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 116, p. 18.


Il-Qorti Ġenerali

22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2013 — macros consult vs UASI — MIP Metro (makro)

(Kawża T-579/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva makro - Isem korporattiv macros consult GmbH - Dritt kweżit akkwistat qabel l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja u li jagħti lill-proprjetarju tiegħu d-dritt li jipprojbixxi l-użu tat-trade mark Komunitarja li saret applikazzjoni għaliha - Sinjali mhux irreġistrati li jibbenefikaw minn protezzjoni taħt id-dritt Ġermaniż - Artikolu 5 tal-Markengesetz - Artikolu 8(4), Artikolu 53(1)(c) u Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 178/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: macros consult GmbH — Unternehmensberatung für Wirtschafts — und Finanztechnologie (Ottobrunn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Raible, sussegwentement M. Daubenmerkl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement G. Schneider, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 339/2009-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn macros consult GmbH — Unternehmensberatung für Wirtschafts- und Finanztechnologie u MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

macros consult GmbH — Unternehmensberatung für Wirtschafts- und Finanztechnologie hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 19.2.2011.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2013 — Sanco vs UASI — Marsalman (Rappreżentazzjoni ta’ tiġieġa)

(Kawża T-249/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta tiġieġa - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti li tirrappreżenta tiġieġa - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 178/14

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sanco, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: A. Segura Roda, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Marsalman, SL (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċizjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Frar 2011 (Każ R 1073/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanco, SA u Marsalman, SL.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-17 ta’ Frar 2011 (Każ R 1073/2010-2) hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 204, 9.7.2011.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2013 — Morelli vs UASI — Associazone nazionale circolo del popolo della libertà u Brambilla (PARTITO DELLA LIBERTA’)

(Kawżi T-321/11 u T-322/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċediment ta’ oppożizzjoni - Applikazzjonijiet għal trade mark Komunitarja verbali PARTITO DELLA LIBERTA’ u għal trade mark Komunitarja figurattiva Partito della Libertà - Isem ta’ domain nazzjonali preċedenti ‘partitodellaliberta.it’ - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ prova tal-użu tal-isem ta’ domain preċedenti ‘partitodellaliberta.it’ fil-kors tal-kummerċ)

2013/C 178/15

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Raffaello Morelli (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: G. Brenelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Associazone nazionale circolo del popolo della libertà (Milano, l-Italja) (kawża T-321/11); u Michela Vittoria Brambilla (Milano) (Kawża T-322/11) (rappreżentanti: P. Tarchini, G. Sena u C. M. Furlani, avukati)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Marzu 2011 (Każijiet R 1303/2010-1 u R 1304/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Raffaello Morelli, minn naħa, u, rispettivament, l-Associazione nazionale circolo del popolo della libertà u Michela Vittoria Brambilla, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

(1)

Il-kawżi T-321/11 u T-322/11 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

(2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(3)

Raffaello Morelli huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 13.8.2011.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2013 — Masottina vs UASI — Bodegas Cooperativas de Alicante (CA’ MARINA)

(Kawża T-393/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali CA’ MARINA - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MARINA ALTA - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebħ tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 178/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Masottina SpA (Conegliano, l-Italja) (rappreżentant: N. Schaeffer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bodegas Cooperativas de Alicante, Coop. V. (Petrel, Spanja)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2011 (Każ R 518/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bodegas Cooperativas de Alicante, Coop. V. u Masottina SpA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Masottina SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2013 — Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik vs UASI — Impexmetal (IKFŁT KRAŚNIK)

(Kawża T-19/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva IKFŁT KRAŚNIK - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti FŁT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 178/17

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. (Kraśnik, il-Polonja) (rappreżentant: J. Sieklucki, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Impexmetal S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: W. Trybowski u K. Pyszków, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2475/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Impexmetal S.A. u Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 109, 14.4.2012.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2013 — Unister vs UASI (fluege.de)

(Kawża T-244/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali fluege.de - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru distintiv miksub mill-użu - Artikolu 7(1)(b) u (c), Artikolu 7(2) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 178/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Unister GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hug u A. Kessler-Jensch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Marzu 2012 (Każ R 2149/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali fluege.de bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Unister GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 217, 21.7.2012.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/10


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2013 — Rose Vision u Seseña vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/13)

2013/C 178/19

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Rose Vision, SL (Seseña, Spanja) u Julián Seseña (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentanti: M. Muñiz Bernuy u Á. Alonso Villa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet ta’ sospensjoni ta’ ħlasijiet miftehma;

tneħħi lil Rose Vision, S.L. minn fuq ir-Reġistru ta’ Esklużjonijiet u mis-Sistema ta’ Twissija Bikrija (EWS);

tikkundanna lill-konvenuta tħallas EUR 5 000 624 għad-danni.

Motivi u argumenti prinċipali

Waħda mir-rikorrenti, impriża ddedikata prinċipalment għat-telekomunikazzjonijiet, għar-riċerka u l-iżvilupp (R + Ż) u għas-servizzi ta’ konsulenza fit-telekomunikazzjoni, fl-investigazzjoni u fl-innovazzjoni, ħadmet f’diversi proġetti mal-Kummissjoni mill-2002.

Dan ir-rikors huwa bbażat fuq żewġ verifiki mwettqa bejn Frar u April tal-2011 fl-impriża rikorrenti. F’dawn ir-rapporti ta’ verifika l-impriża rikorrenti hija imputata b’numru ta’ nuqqasijiet u ta’ irregolaritajiet li mmotivaw is-sospensjoni ta’ ħlasijiet pendenti.

Ir-rikorrenti jallegaw li dawn l-imputazzjonijiet ma jikkorrispondux mar-realtà. Fil-fatt qari fid-dettall ta’ wieħed miż-żewġ rapporti ta’ verifika msemmija iktar ’il fuq jippermetti li jiġi identifikat, skont ir-rikorrenti, li l-għan tiegħu huwa attakk mhux ġustifikat kontrihom, bil-għan li huma jiġu skwalifikati. B’dan il-mod, dan ir-rapport ta’ verifika huwa bbażat iktar fuq informazzjoni mhux ikkontrastata. Dan l-atteġġjament tal-Kummissjoni jikkorrispondi iktar ma’ atteġġjament investigattiv, ta’ kontroll jew ta’ spezzjoni milli ma’ atteġġjament ta’ verifika, li għandu jikkontrasta informazzjoni u jiżgua li s-sorsi huma affidabbli.

Dan kollu kkawża lill-impriża rikorrenti dannu gravi, mhux biss ta’ natura ekonomika, iżda wkoll għar-reputazzjoni professjonali u fuq livell tal-kredibbiltà.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/11


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2013 — TestBioTech et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/13)

2013/C 178/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TestBioTech eV (München, il-Ġermanja); European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV (Braunschweig, il-Ġermanja); u Sambucus eV (Vahlde, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Smith, QC, J. Stevenson, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Jannar 2013, li ċaħdet it-talbiet tar-rikorrenti għal Reviżjoni Interna tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2012/347/UE, tat-28 ta’ Ġunju 2012, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taħt ir-Regolament Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament lil Monsanto Europe SA għas-sojja tagħha li hija mmodifikata ġenetikament “MON 87701 x MON 89788”;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti; u

tikkundanna kwalunkwe miżura oħra kkunsidrata xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-evalwazzjoni tal-EFSA li s-sojja hija “sostanzjalment ekwivalenti” għal prodotti paragunabbli magħha hija illegali, hija bbażata fuq evalwazzjoni xjentifika li ma twettqitx skont kif indikat minnha, u/jew hija bbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq li n-nuqqas ta’ EFSA li tagħti kwalunkwe kunsiderazzjoni jew kunsiderazzjoni xierqa lill-effetti potenzjali sinerġistiċi/kombinati bejn is-sojja u fatturi oħra, u/jew sabiex teħtieġ li ssir evalwazzjoni xierqa tat-tossiċità jmur kontra dak indikat minnha stess, jmur kontra l-obbligi legali tagħha u/jew jikkostitwixxi żball manifest ta’ evalwazzjoni.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ EFSA milli teħtieġ li titwettaq evalwazzjoni immunoloġika xierqa jmur kontra dak indikat minnha stess, jmur kontra l-obbligi legali tagħha u/jew jikkostitwixxi żball manifest ta’ evalwazzjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li d-determinazzjoni ta’ EFSA li ma jkunx hemm monitoraġġ tal-awtorizzazzjoni wara t-tqegħid fis-suq, tal-konsum tas-sojja hija manifestament żbaljata u/jew hija vvizzjata bid-difetti identifikati fl-ewwel tlett motivi.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/11


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2013 — Olive Line International vs UASI (OLIVE LINE)

(Kawża T-209/13)

2013/C 178/21

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-31 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 1447/2012-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta flixkun kwadru aħdar li tinkludi l-elementi verbali “OLIVE LINE” għal prodotti fil-klassi 29 — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 088 753 li tindika lill-Komunità Ewropea

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/12


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 — Madaus vs UASI — Indena (ECHINAMID)

(Kawża T-212/13)

2013/C 178/22

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Madaus GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Töbelmann u A. Späth, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Indena SpA (Milano, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-24 ta’ Jannar 2013 (Każ R 27/2012-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti;

fil-każ li Indena S.p.A. tingħaqad fl-appell bħala parti intervenjenti, tikkundanna lill-parti intervenjenti għall-ispejjeż tagħha stess.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ECHINAMID” għal prodotti fil-klassi 1 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarju Nru 6 830 103

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Griega “ECHINACIN” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppiżizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/12


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 — Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI — Recticel (Lambda)

(Kawża T-215/13)

2013/C 178/23

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Recticel SA (Brussell, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-konvenut R 112/2012-5, u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta l-ittra Griega lambda bil-kuluri aħmar u abjad — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 960 789

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: revoka parzjali tat-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/13


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2013 — T&L Sugars u Sidul Açúcares vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-225/13)

2013/C 178/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: T&L Sugars Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u Sidul Açúcares, Unipessoal Lda (Santa Iria de Azóia, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, Solicitor)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Unjoni Ewropea, f’dan il-każ irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla (i) ir-Regolamenti (UE) Nru 131/2013 (1) u Nru 281/2013 (2) li jistabbilixxu miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013; (ii) ir-Regolamenti (UE) Nru 194/2013 (3) u Nru 332/2013 (4) li jiffissaw koeffiċjent tal-allokazzjoni għal kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbigħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013; (iii) ir-Regolament (UE) Nru 36/2013 (5) li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2012/2013 għall-importazzjonijiet ta’ zokkor tal-Kodiċijiet tan-NM bin-numri 1701 14 10 u 1701 99 10 b’dazju doganali mnaqqas; u (iv) r-Regolament (UE) Nru 67/2013 (6) dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi ffissat bi tweġiba għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013, kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 178/2013 (7) dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi ffissat bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013;

sussidjarjament, tiddikjara t-talba għad-dikjarazzjoni ta’ illegalità skont l-Artikolu 277 TFUE kontra r-Regolamenti (UE) Nru 131/2013 u Nru 281/2013 u r-Regolament (UE) Nru 36/2013 ammissibbli u fondata;

tiddikjara l-Artikoli 186(a) u 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (8) illegali skont l-Artikolu 277 TFUE sa fejn dawn ma jittrasponux korrettament id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 (9);

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea, kif irrappreżentata mill-Kummissjoni, tħallas id-danni sofruti mir-rikorrenti b’riżultat tal-ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligi legali tagħha, u tiffissa l-ammont ta’ dan il-kumpens għad-dannu soffert mir-rikorrenti matul il-perijodu mill-25 ta’ Ġunju 2012 sal-31 ta’ Marzu 2013 għal EUR 184 725 960, flimkien ma’ telf sussegwenti soffert mir-rikorrenti wara dik id-data jew kull ammont ieħor li jirrifletti d-dannu soffert jew li ser jiġi soffert mir-rikorrenti kif ulterjorment stabbilit minnhom matul din il-proċedura, speċjalment sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni dannu futur, bl-ammonti kollha msemmija miżjuda bl-interessi mid-data tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali sal-ħlas eventwali;

tordna interessi b’rata stabbilita dak iż-żmien mill-Bank Ċentrali Ewropew għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali, miżjuda b’żewġ punti perċentwali, jew kull rata oħra xierqa li għandha tiġi ddeterminata mill-Qorti Ġenerali, li għandha titħallas fuq l-ammont dovut mid-data tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali sal-ħlas eventwali;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, peress li, minn naħa, ir-Regolamenti (UE) Nru 131/2013 u Nru 281/2013 jipprovdu għal dazju fiss fuq l-ammont żejjed, applikabbli b’mod ġenerali ta’ EUR 224 u EUR 172 għal kull tunnellata, — jiġifieri inqas minn nofs EUR 500 għal kull tunnellata tas-soltu — li japplika għal kwantitajiet speċifiċi (total ta’ 300,000 tunnellata) ta’ zokkor, maqsum b’mod ugwali biss bejn applikanti li jipproduċu x-xitel tal-pitravi. Min-naħa l-oħra, ir-Regolament (UE) Nru 36/2013 jipprovdi għal dazju doganali mhux magħruf u mhux prevedibbli, applikabbli biss għal rebbieħa ta’ rkant (li jistgħu ikunu raffinaturi ta’ kannamieli, proċessuri tax-xitel tal-pitravi, jew kull terz ieħor) u għal ammont totali mhux speċifikat.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u nuqqas ta’ bażi legali xierqa, peress li fir-rigward tar-Regolamenti (UE) Nru 131/2013 u Nru 281/2013, il-Kummissjoni ma għandha ebda setgħa li żżid il-kwoti u hija b’mod kuntrarju meħtieġa li timponi dazji għoljin u dissważivi fuq ir-rilaxx ta’ zokkor barra mill-kwota fis-suq tal-UE. Fir-rigward tal-irkant tat-taxxa, il-Kummissjoni kjarament ma għandha ebda mandat jew setgħa li tadotta din it-tip ta’ miżura, li qatt ma kienet ikkunsidrata fil-leġiżlazzjoni bażi.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali peress li l-Kummissjoni ħolqot sistema li biha d-dazji doganali ma humiex prevedibbli u ffissati permezz tal-applikazzjoni ta’ kriterji konsistenti u oġġettivi, iżda minflok huma stabbiliti permezz tal-kapaċità suġġettiva ta’ ħlas (u barra minn hekk permezz ta’ atturi li huma suġġetti għal pressjonijiet u inċentivi ferm differenti f’dan ir-rigward) mingħajr ebda rabta attwali mal-prodotti attwali li jiġu importati.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-Kummissjoni setgħet faċilment tadotta miżuri inqas restrittivi biex tittratta n-nuqqas fil-provvista, li ma kinux jittieħdu unikament għad-detriment tar-raffinaturi li jimportaw.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi, peress li r-rikorrenti leġittimament ingħataw x’jifhmu li l-Kummissjoni kienet ser tuża l-għodda disponibbli fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 biex terġa tistabbilixxi d-disponibbiltà tal-provvista ta’ zokkor tal-kannamieli mhux maħdum għar-raffinament. Ir-rikorrenti kienu leġittimament ingħataw x’jifhmu wkoll li l-Kummissjoni kienet ser iżżomm il-bilanċ bejn raffinaturi li jimportaw u produtturi taz-zokkor domestiċi.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ diliġenza, kura u amministrazzjoni tajba, peress li fl-amministrazzjoni tas-suq taz-zokkor, il-Kummissjoni kemm-il darba wettqet żbalji fundamentali u kontradizzjonijiet li, fl-aħjar ipoteżi, juru nuqqas ta’ għarfien tal-mekkaniżmi bażiċi tas-suq. Pereżempju, il-karta tal-bilanċ tagħha — li tikkostitwixxi waħda mill-għodod prinċipali għall-kontenut u l-mument ta’ interventi fis-suq — kienet żbaljata ħafna u bbażata fuq metodoloġija żbaljata. Barra minn hekk, l-azzjonijiet adottati mill-Kummissjoni kienu manifestament mhux xierqa fid-dawl tan-nuqqas fil-provvista.

(7)

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 39 TFUE, peress li l-Kummissjoni naqset milli tikseb tnejn mill-għanijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni tat-Trattat.

(8)

It-tmien motiv, ibbażat fuq ksur tar-Regolament (UE) Nru 1006/2011 (10), peress li d-dazji applikati għaz-zokkor l-abjad huma effettivament ftit biss ogħla minn dawk għaz-zokkor mhux maħdum, fejn id-differenza tammonta għal biss EUR 20 għal kull tunnellata. Dan jikkuntrasta ferm mad-differenza ta’ EUR 80 bejn id-dazju fuq l-importazzjoni standard għaz-zokkor raffinat (EUR 419) u għaz-zokkor mhux maħdum għar-raffinament (EUR 339) li huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1006/2011.

Barra minn hekk, insostenn tat-talbiet tagħhom għad-danni, ir-rikorrenti jallegaw li l-Kummissjoni eċċediet b’mod serju u ċar il-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lilha bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007, bill-passività u n-nuqqas ta’ azzjoni xierqa tagħha. Minbarra dan, in-nuqqas tal-Kummissjoni milli tadotta miżuri xierqa jikkostitwixxi ksur ċar ta’ regola tad-dritt “maħsuba biex tikkonferixxi drittijiet fuq l-individwi”. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ġenerali tal-UE ta’ ċertezza legali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ proporzjonalità, tal-aspettattivi leġittimi u ta’ diliġenza, kura u amministrazzjoni tajba.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2013, tal-15 ta’ Frar 2013, li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013 (ĠU L 45, p. 1)

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 281/2013, tat-22 ta’ Marzu 2013, li jistabbilixxi miżuri eċċezzjonali fir-rigward tar-rilaxx ta’ zokkor u iżoglukożju ’l fuq mill-kwota fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013 (ĠU L 84, p. 19)

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 194/2013, tas-6 ta’ Marzu 2013, li jiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013 (ĠU L 64, p. 3)

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 332/2013, tal-10 ta’ April 2013, li jiffissa koeffiċjent tal-allokazzjoni għall-kwantitajiet disponibbli ta’ zokkor barra mill-kwota li jkunu se jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni b’imposta mnaqqsa fuq l-ammont żejjed matul is-sena tas-suq 2012/2013 (ĠU L 102, p. 18)

(5)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 36/2013, tat-18 ta’ Jannar 2013, li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2012/2013 għall-importazzjonijiet ta’ zokkor tal-Kodiċijiet tan-NM bin-numri 1701 14 10 u 1701 99 10 b’dazju doganali mnaqqas (ĠU L 16, p. 7)

(6)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 67/2013, tal-24 ta’ Jannar 2013, dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi ffissat bi tweġiba għall-ewwel sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013 (ĠU L 22, p. 9)

(7)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 178/2013 tat-28 ta’ Frar 2013, dwar id-dazju doganali minimu għaz-zokkor li għandu jiġi ffissat bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċedura tal-offerti li nfetħet bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 36/2013 (ĠU L 58, p. 3)

(8)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 299, p. 1)

(9)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU L 58, p. 1)

(10)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011, tas-27 ta’ Settembru 2011, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 282, p. 1)


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/15


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2013 — Bayer Intellectual Property vs UASI — Interhygiene (INTERFACE)

(Kawża T-227/13)

2013/C 178/25

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayer Intellectual Property GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Interhygiene GmbH (Cuxhaven, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata talli tmur kontra l-liġi sa fejn din tiddikjara li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja INTERFACE hija inkompatibbli mat-trade mark preċedenti Interfog;

tikkundanna, b’mod espress, lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “INTERFACE” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8133977

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja għat-trade mark verbali “Interfog” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/15


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2013 — HTC Sweden vs UASI — Vermop Salmon (TWISTER)

(Kawża T-230/13)

2013/C 178/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HTC Sweden AB (Söderköping, l-Isvezja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vermop Salmon GmbH (Gilching, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-31 ta’ Jannar 2013, fil-Kawżi magħquda R 1873/2011-1 u R 1881/2011-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “TWISTER” għal prodotti fil-klassijiet 3, 7 u 21 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4 617 932

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija bbażata fuq l-Artikoli 53(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata parzjalment invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/16


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-255/13)

2013/C 178/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: M. Salvatorelli, avvocato dello Stato u G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 981, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), safejn ikun fiha korrezzjonijiet finanzjarji fil-forma ta’ somma f’daqqa fir-rigward tal-investigazzjonijiet AC/2005/44, XC/2007/0107 u XC/2007/030 (korrezzjoni finanzjarja fil-forma ta’ somma f’daqqa f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet għas-snin li għalihom saret applikazzjoni 2005-2006-2007 għal ammont ta’ EUR 48 095 235,86), tal-investigazzjonijiet FV/2007/315 u FV/2007/355 (korrezzjoni finanzjarja fil-forma ta’ somma f’daqqa f’dak li jirrigwarda l-ipproċessar taċ-ċitru għas-snin finanzjarji 2005-2006 u 2007 għal ammont ta’ EUR 17 913 976,32) u b’referenza għall-investigazzjonijiet FA/2008/64, FA/2008/103, FA/2009/064 u FA/2009/104 (korrezzjoni finanzjarja fil-forma ta’ somma f’daqqa f’dak li jirrigwarda l-kriterji ta’ akkreditazzjoni għas-snin finanzjarji 2007-2008-2009 għal ammont ta’ EUR 6 354 112,39).

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Hija tikkontesta d-deċiżjoni billi tikser il-liġi fuq il-bażi ta’ raġunijiet differenti:

(1)

peress li l-Kummissjoni pproċediet għal korrezzjoni fid-dawl tan-nuqqas ta’ traspożizzjoni jew traspożizzjoni mhux kompluta ta’ direttivi, li huwa l-iktar suxxettibbli għal ftuħ ta’ proċedura ta’ ksur.

(2)

peress li mingħajr raġuni injorat l-imġieba tal-awtoritajiet Taljani, mingħajr ma kkunsidrat il-ħtieġa ta’ approċċ gradwali lejn sistema kkaratterizzata minn kumplessità estrema, ir-rilevanza tar-referenza magħmula mir-regolament tal-Unjoni Ewropea dwar l-għażliet li għandhom jiġu adottati minn kull Stat Membru, l-inċertezza dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, li tirriżulta fil-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, legalità, proporzjonalità, bona fide u aspettattivi leġittimi;

(3)

peress li injorat kompletament l-eżistenza oġġettiva ta’ sistemi differenti ta’ kontroll fost l-organi li jħallsu;

(4)

peress li applikat livell għoli ta’ korrezzjoni, 10 %, li huwa applikabbli biss fil-każ ta’ nuqqas ta’ kontrolli jew kontrolli sporadiċi;

(5)

minħabba fi ksur tal-prinċipju ta’ motivazzjoni;

(6)

Id-Deċiżjoni hija kkontestata wkoll, b’referenza għal kull oġġezzjoni speċifika li tqajmet mill-Kummissjoni, permezz ta’ investigazzjoni bir-reqqa tal-fatti fir-rigward tad-dokumenti eżaminati mill-Kummissjoni stess.

(7)

Fir-rigward tal-korrezzjonijiet fil-forma ta’ somma f’daqqa relatati mal-ipproċessar taċ-ċitru b’referenza għas-snin 2005, 2006 u 2007, id-deċiżjoni tikser il-liġi u hija kkontestata sa fejn din tattribwixxi r-responsabbiltà għall-frodi misjuba fis-settur fin-nuqqas ta’ kontrolli adegwati tal-Istat Membru. B’mod partikolari, il-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra l-fatt li l-ebda ommissjoni jew nuqqas ta’ attività ma kienet dovuta għall-Istat Taljan, peress li l-attività ta’ frodi kienet dovuta għall-uffiċjali pubbliċi tagħha li kellhom jiċċertifikaw ir-regolarità tal-attività li seħħet u r-rilevanza tal-kontribuzzjonijiet; għalhekk, il-verifiki ma setgħux jitwettqu b’mod alternattiv, sabiex jiġi evitat frodi, sal-mument tal-iskoperta tal-imġieba li għandha rilevanza kriminali.

(8)

B’rabta mal-korrezzjonijiet fil-forma ta’ somma f’daqqa fir-rigward tal-konformità mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni (ARBEA) relatati mas-snin finanzjarji 2006, 2007 u 2008, motivati minn allegati nuqqasijiet organizzattivi attribwibbli għall-Istat Taljan, li dawn l-istess huma kkontestati minħabba li f’dan il-każ ġiet applikata regola li ma kinitx għadha daħlet fis-seħħ fiż-żmien li seħħew il-fatti, u minħabba li ma ġiex ikkunsidrat il-fatt li l-Istat Taljan adotta mill-ewwel il-miżuri ta’ korrezzjoni neċessarji.


22.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/17


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-256/13)

2013/C 178/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: W. Ferrante, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla l-ittra tat-22 ta’ Marzu 2013 prot. Ares(2013) 237719 tal-Kummissjoni — Direttorat Ġenerali Edukazzjoni u Kultura, li għandha bħala suġġett l-“Agreement N. ADEC 2007.0266 — Reimbursement. Review after appeal” mibgħuta fil-25 ta’ Frar 2013 u li wasslet għand l-Agenzia nazionale per i Giovani fis-6 ta’ Marzu 2013, prot. ANG/2741/AMS, li permezz tagħha intalab ir-rimbors ta’ somom li jammontaw għal total ta’ EUR 1 486 485,90, sa fejn titlob ir-rimbors tal-ammont ta’ EUR 52 036,24 u ta’ EUR 183 729,72, kif ukoll tal-ittra tat-28 ta’ Frar 2013 prot. 267064 tal-Kummissjoni Ewropea — Direttorat Ġenerali Edukazzjoni u Kultura, indirizzata lill-Presidenza del Consiglio dei Ministri — Capo Dipartimento della Gioventù e del Servizio civile nazionale, li permezz tagħha ntbagħtu l-“Final evolution conclusions” tal-“2011 Declaration of Assurance”.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jittratta t-talba għal ħlas lura lill-Kummissjoni xi somom ta’ flus li jammontaw għal EUR 1 486 485,90, somma magħmula minn, fost l-oħrajn, EUR 52 036,24, dwar spejjeż magħmula mill-Agenzia Nazionale per i Giovani għal attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ evalwazzjoni tal-volontarji SVE (Servizio volontario Europeo) fil-kuntest tal-Programma Gioventù in Azione għas-sena 2007 u kkunsidrata bħala ineliġibbli u minn EUR 183 729,72 dwar somom mhux irkuprati mill-Agenzia wara talbiet għal ħlas lura lill-benefiċjarji tal-Programma Gioventù għas-snin 2000-2004.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3.2.1 flimkien mal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 5.2.2 tal-“Grant Agreement n. 2007- 0266/001 — 001 for the operational implementation of the Youth in action programme” bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Agenzia Nazionale per i Giovani.

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tiddikjara li anki jekk il-limitu per capita għal kull persuna li qed titħarreġ kien fir-realtà inqabeż, minħabba raġunijiet ta’ organizzazzjoni u minħabba limitazzjonijiet ta’ ħin, ma jidhirx raġonevoli u lanqas skont l-għan imfittex mid-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE, li huwa dak li tiġi żviluppata l-kooperazzjoni fis-settur taż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea, li jintalab il-ħlas lura ta’ somom li fir-realtà ntefqu għal skopijiet li jaqgħu taħt il-“Grant Agreement n. 2007 — 0266/001 — 001”.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 10.2 tal-Anness II.1 tal-Agreement N. 2003 — 1805/001 — 001 bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Agenzia Nazionale per i Giovani.

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tiddikjara li l-awtoritajiet Taljani wettqu konkretament kull miżura possibbli sabiex jiġu rkuprati s-somom inkwistjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma pprovdietx raġunijiet suffiċjenti dwar id-differenza evidenti fit-trattament bejn iż-żewġ każijiet identiċi fir-rigward tas-somom li kellhom jiġu rkuprati għas-snin 2000-2004 u għas-somom għas-snin 2005-2006: għall-ewwel waħda, l-awtorizzazzjoni li ma jsirx l-irkupru ġiet miċħuda; għat-tieni waħda, l-awtorizzazzjoni ġiet milqugħa.