ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.171.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 171

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
15 ta' Ġunju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 171/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 164, 8.6.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 171/02

Kawża C-480/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 11 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni l-possibbiltà li jiġi fformat grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tal-VAT)

2

2013/C 171/03

Kawża C-64/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 49 TFUE — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Intaxxar immedjat tal-qligħ kapitali moħbi — Trasferiment tar-residenza ta’ kumpannija, tmiem ta’ attivitajiet ta’ stabbiliment permanenti jew trasferiment tal-attiv ta’ dan l-istabbiliment)

2

2013/C 171/04

Kawża C-65/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 9 u 11 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli f’grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna unika mhux taxxabbli għall-VAT — Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-VAT)

3

2013/C 171/05

Kawża C-74/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 9 u 11 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux suġġetti għat-taxxa fi grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunisdrati bħala persuna waħda suġġetta għall-VAT u li tillimita lill-impriżi tas-settur finanzjaru u tal-assigurazzjoni mill-possibbiltà li jiffurmaw tali grupp)

3

2013/C 171/06

Kawża C-86/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 9 u 11 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli fi grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna waħda taxxabbli għall-VAT)

4

2013/C 171/07

Kawża C-95/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 9 u 11 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li persuni mhux taxxabbli jiġu inklużi fi grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħal persuna taxxabbli waħda suġġetta għall-VAT)

4

2013/C 171/08

Kawża C-109/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 9 u 11 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li persuni mhux taxxabbli jiġu inklużi fi grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħda suġġetta għall-VAT)

5

2013/C 171/09

Kawża C-212/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Jyske Bank Gibraltar Ltd vs Administración del Estado (Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop ta’ ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu — Direttiva 2005/60/KE — Artikolu 22(2) — Deċiżjoni 2000/642/ĠAI — Obbligu ta’ rapportaġġ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi impost fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu — Istituzzjoni li topera taħt is-sistema tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Identifikazzjoni tal-unità nazzjonali tal-intelliġenza finanzjarja responsabbli mill-ġbir tal-informazzjoni — Artikolu 56 TFUE — Ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Rekwiżiti imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

5

2013/C 171/10

Kawża C-331/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 1999/31/KE — Rimi ta’ skart f’terraferma — Artikolu 14 — Terraferma eżistenti — Assenza ta’ pjan ta’ kundizzjonament tas-sit — Tkomplija tal-operat)

6

2013/C 171/11

Kawża C-398/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland — l-Irlanda) — Thomas Hogan et vs Minister for Social and Family Affairs et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Direttiva 2008/94/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Skemi komplementari ta’ previdenza professjonali — Skemi ta’ benefiċċji ddefiniti u ta’ spejjeż ibbilanċjati — Insuffiċjenza ta’ riżorzi — Livell minimu ta’ protezzjoni — Kriżi ekonomika — Żvilupp ekonomiku u soċjali bbilanċjat — Obbligi tal-Istat Membru kkonċernat fil-każ ta’ insuffiċjenza ta’ riżorsi — Responsabbiltà tal-Istat Membru fil-każ ta’ traspożizzjoni żbaljata)

6

2013/C 171/12

Kawżi magħquda C-478/11 sa C-482/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ April 2013 — Laurent Gbagbo (C-478/11 P), Katinan Justin Koné (C-479/11 P), Akissi Danièle Boni-Claverie (C-480/11 P), Alcide Djédjé (C-481/11 P), Affi Pascal N’Guessan (C-482/11 P) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra persuni u entitajiet — Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Forza maġġuri — Kunflitt bl-armi)

7

2013/C 171/13

Kawża C-55/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2003/96/KE — Taxxa fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku — Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fir-rigward tal-karburanti għall-vetturi bil-mutur ta’ persuni b’diżabbiltà — Żamma tal-eżenzjoni wara l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju — Ksur)

7

2013/C 171/14

Kawża C-81/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București — ir-Rumanija) — Asociația ACCEPT vs Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării (Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2000/78/KE — Artikoli 2(2)(a), 10(1) u 17 — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-orjentament sesswali — Kunċett ta’ fatti li minnhom wieħed jista jippreżumi li kien hemm diskriminazzjoni’ — Adattament tar-regoli dwar l-oneru tal-prova — Sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi — Persuna li tippreżenta ruħha u li hija pperċepita mill-pubbliku bħala li hija d-direttur ta’ klabb tal-futbol professjonali — Dikjarazzjonijiet pubbliċi li jeskludu r-reklutaġġ ta’ plejer tal-futbol ippreżentat bħala omosesswali)

8

2013/C 171/15

Kawża C-89/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Rose Marie Bark vs Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni (Impriżi konġunti — Kuntratti konklużi mal-membri tal-persunal — Kundizzjonijiet applikabbli — Regolament (KE) Nru 876/2002)

9

2013/C 171/16

Kawża C-389/12 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2012 minn Szarvas mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-26 ta’ Ġunju fil-Kawża T-129/13, Szarvas Tibor vs l-Ungerija

9

2013/C 171/17

Kawża C-27/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schleswig-Holsteinisches Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Jannar 2013 — Flughafen Lübeck GmbH vs Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs-KG

9

2013/C 171/18

Kawża C-116/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca (Spanja) fil-11 ta’ Marzu 2013 — Banco de Valencia SA vs Joaquín Valldeperas Tortosa, María Ángeles Miret Jaume

10

2013/C 171/19

Kawża C-117/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2013 — Technische Universität Darmstadt vs Eugen Ulmer KG

10

2013/C 171/20

Kawża C-118/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamm (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2013 — Gülay Bollacke vs K + K Klaas & Kock B.V. & Co. KG

10

2013/C 171/21

Kawża C-128/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Cruz & Companhia Lda vs IFAP — Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP et

11

2013/C 171/22

Kawża C-129/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Kamino International Logistics BV vs Staatssecretaris van Financiën

11

2013/C 171/23

Kawża C-130/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Datema Hellman Worldwide Logistics BV vs Staatssecretaris van Financiën

12

2013/C 171/24

Kawża C-131/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Staatssecretaris van Financiën vs V.o.f. Schoenimport Italmoda Mariano Previti

12

2013/C 171/25

Kawża C-133/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financië vs Q

13

2013/C 171/26

Kawża C-135/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Szatmári Malom vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

13

2013/C 171/27

Kawża C-137/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischen Verwaltungsgericht München (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Herbaria Kräuterparadies GmbH vs Freistaat Bayern

14

2013/C 171/28

Kawża C-138/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Marzu 2013 — Naime Dogan vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

14

2013/C 171/29

Kawża C-143/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Cluj (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Marzu 2013 — Bogdan Matei, Ioana Ofelia Matei vs SC Volksbank România SA

15

2013/C 171/30

Kawża C-146/13: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2013 — Ir-Renju ta Spanja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

15

2013/C 171/31

Kawża C-147/13: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2013 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

16

2013/C 171/32

Kawża C-148/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Marzu 2013 — A, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

16

2013/C 171/33

Kawża C-149/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Marzu 2013 — B, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

17

2013/C 171/34

Kawża C-150/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Marzu 2013 — C, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

17

2013/C 171/35

Kawża C-151/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Versailles (Franza) fil-25 ta’ Marzu 2013 — Le Rayon d’Or SARL vs Ministre de l’Économie et des Finances

17

2013/C 171/36

Kawża C-159/13 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2013 minn Fercal — Consultadoria e Serviços, Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-24 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-474/09, Fercal vs UASI — Jacson of Scandinavia (Jackson Shoes)

18

2013/C 171/37

Kawża C-163/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ April 2013 — Turbu.com BV vs Staatssecretaris van Financiën

19

2013/C 171/38

Kawża C-164/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ April 2013 — Turbu.com Mobile Phone’s BV; parti oħra: Staatssecretaris van Financiën

19

2013/C 171/39

Kawża C-169/13: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

19

2013/C 171/40

Kawża C-173/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Lyon (Franza) fid-9 ta’ April 2013 — Maurice Leone, Blandine Leone vs Garde des Sceaux, Ministre de la Justice, Caisse nationale de retraite des agents des collectivités locales

20

2013/C 171/41

Kawża C-176/13 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-496/10, Bank Mellat vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

20

2013/C 171/42

Kawża C-199/13 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 minn Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS, Travetanche Injection SPRL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-1 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-368/11 — Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS, Travetanche Injection SPRL vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

2013/C 171/43

Kawża C-200/13 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-5 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-494/10, Bank Saderat Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

22

2013/C 171/44

Kawża C-209/13: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2013 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

22

2013/C 171/45

Kawża C-211/13: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

23

2013/C 171/46

Kawża C-215/13 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 minn Acron OAO, Dorogobuzh OAO mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-235/08, Acron OAO u Dorogobuzh OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

23

2013/C 171/47

Kawża C-216/13 P: Appell ippreżentat fit-23 April 2013 minn Acron OAO mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-118/10 — Acron OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

24

2013/C 171/48

Kawża C-248/13: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

25

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 171/49

Kawża T-80/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Bell & Ross vs UASI — KIN (Kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn — Disinn preċedenti — Raġuni ta’ invalidità — Nuqqas ta’ karattru individwali — Nuqqas ta’ impressjoni globali differenti — Utent avżat — Grad ta’ libertà tad-disinjatur — Artikoli 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Konnessjoni ma’ kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Qorti tad-disinni Komunitarji — Artikolu 91 tar-Regolament Nru 6/2002)

26

2013/C 171/50

Kawża T-288/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2013 — Kieffer Omnitec vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Manutenzjoni ta’ installazzjonijiet TVKA, sistema ta’ tbexxix u installazzjonijiet tal-ilma u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bini Joseph-Bech fil-Lussemburgu — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Ugwaljanza fit-trattament — Trasparenza — Proporzjonalità — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni)

26

2013/C 171/51

Kawża T-304/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2013 — Alumina vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ trab zeolit A li joriġinaw mill — Bosnja-Ħerzegovina — Valur normali — Natura rappreżentattiva tal-bejgħ domestiku — Marġni ta’ profitt — Tranżazzjonijiet kummerċjali normali)

26

2013/C 171/52

Kawża T-640/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2013 — Boehringer Ingelheim International vs UASI (RELY-ABLE) (Trade mark Kommunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali RELY-ABLE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni superfluwa)

27

2013/C 171/53

Kawża T-61/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2013 — ABC-ONE vs UASI (SLIM BELLY) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SLIM BELLY — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

27

2013/C 171/54

Kawża T-183/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2013 — Skype vs UASI — British Sky Broadcasting and Sky IP International (SKYPE)

28

2013/C 171/55

Kawża T-184/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2013 — Skype vs UASI — British Sky Broadcasting and Sky IP International (SKYPE)

28

2013/C 171/56

Kawża T-187/13: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2013 — Jannatian vs Il-Kunsill

29

2013/C 171/57

Kawża T-192/13: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2013 — Transworld Oil Computer Centrum et vs Eurojust

30

2013/C 171/58

Kawża T-195/13: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2013 — dm-drogerie markt vs UASI — V-Contact (CAMEA)

31

2013/C 171/59

Kawża T-196/13: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2013 — Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI — Stal Florez Botero (la nana)

31

2013/C 171/60

Kawża T-198/13: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2013 — Imax vs UASI — Himax Technologies (IMAX)

32

2013/C 171/61

Kawża T-200/13 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 minn Patrizia De Luca mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Jannar 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-20/06 RENV, De Luca vs Il-Kummissjoni

32

2013/C 171/62

Kawża T-202/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 — Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni

33

2013/C 171/63

Kawża T-206/13: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2013 — Stance vs UASI — Pokarna (STANCE)

34

2013/C 171/64

Kawża T-207/13: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2013 — 1872 Holdings vs UASI — Havana Club International (THE SPIRIT OF CUBA)

34

2013/C 171/65

Kawża T-214/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 — Typke vs Il-Kummissjoni

35

2013/C 171/66

Kawża T-220/13: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 — Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni

35

2013/C 171/67

Kawża T-223/13: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2013 — Cofresco Frischhalteprodukte vs Il-Kummissjoni

35

2013/C 171/68

Kawża T-224/13: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2013 — Melitta France vs Il-Kummissjoni

36

2013/C 171/69

Kawża T-226/13 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2013 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-6 ta’ Frar 2013 fil-Kawża F-67/12, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

36

2013/C 171/70

Kawża T-229/13 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2013 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fil-21 ta’ Frar 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-113/11, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

37

2013/C 171/71

Kawża T-231/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — Wepa Lille vs Il-Kummissjoni

37

2013/C 171/72

Kawża T-232/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — SCA Hygiène Products vs Il-Kummissjoni

37

2013/C 171/73

Kawża T-233/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — Hartmann vs Il-Kummissjoni

38

2013/C 171/74

Kawża T-234/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — Lucart France vs Il-Kummissjoni

38

2013/C 171/75

Kawża T-235/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — Gopack vs Il-Kummissjoni

38

2013/C 171/76

Kawża T-236/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — CMC France vs Il-Kummissjoni

38

2013/C 171/77

Kawża T-237/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — SCA Tissue France vs Il-Kummissjoni

39

2013/C 171/78

Kawża T-238/13: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2013 — Delipapier vs Il-Kummissjoni

39

2013/C 171/79

Kawża T-243/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2013 — ICT vs Il-Kummissjoni

39

2013/C 171/80

Kawża T-244/13: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2013 — Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica vs Il-Kummissjoni

40

2013/C 171/81

Kawża T-194/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2013 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

40

2013/C 171/82

Kawża T-221/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2013 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

40

2013/C 171/83

Kawża T-143/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2013 — Zhejiang Heda Solar Technology vs Il-Kummissjoni

40

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2013/C 171/84

Kawża F-73/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ April 2013 — CB vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Kompetizzjoni ġenerali — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/181/10 — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ evalwazzjoni)

41

2013/C 171/85

Kawża F-96/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-24 April 2013 — Demeneix vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Kundizzjoni marbuta mal-esperjenza professjonali — Portata tas-setgħa diskrezzjonali)

41

2013/C 171/86

Kawża F-126/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta’ April 2013 — de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni

41

2013/C 171/87

Kawża F-6/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18.4.2013 — Rosenbaum vs Il-Kummissjoni

41

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/1


2013/C 171/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 164, 8.6.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 156, 1.6.2013

ĠU C 147, 25.5.2013

ĠU C 141, 18.5.2013

ĠU C 129, 4.5.2013

ĠU C 123, 27.4.2013

ĠU C 114, 20.4.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-480/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni l-possibbiltà li jiġi fformat grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tal-VAT)

2013/C 171/02

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u K. Simonsson, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Liġi nazzjonali li tillimita l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirrigwarda s-sistema ta’ ragruppament għall-finijiet tal-VAT biss għall-impriżi li jwettqu attivitajiet fil-qasam finanzjarju.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

L-Irlanda u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 328, 4.12.2010.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-64/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni fiskali - Intaxxar immedjat tal-qligħ kapitali moħbi - Trasferiment tar-residenza ta’ kumpannija, tmiem ta’ attivitajiet ta’ stabbiliment permanenti jew trasferiment tal-attiv ta’ dan l-istabbiliment)

2013/C 171/03

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u R. Lyal, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González u M. Muñoz Pérez, aġenti]

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, C. Wissels kif ukoll J. Langer, aġenti), ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: M. Pere, aġent), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent), ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: L. Seeboruth, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 TFUE u tal-Artikolu 31 ŻEE — Dispożizzjonijiet fiskali li jipprovdu li l-kumpanniji li jtemmu r-residenza fiskali tagħhom fi Spanja jew li jittrasferixxu l-attivi tagħhom fi Stat Membru ieħor għandhom immedjatament iħallsu taxxa ta’ ħruġ

Dispożittiv

(1)

Billi adotta l-Artikolu 17(1)(a) u (c), tal-verżjoni kodifikata tal-Liġi dwar it-Taxxa tal-Kumpanniji approvat mid-Digriet Irjali Leġiżlattiv 4/2004 tal-5 ta’ Marzu 2004 (Real Decreto Legislativo 4/2004 por el que se aprueba el Texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades), li permezz tiegħu, f’każ ta’ trasferiment, lejn Stat Membru ieħor tar-residenza ta’ kumpannija stabbilita fi Spanja u tal-attiv ta’ stabbiliment permanenti fi Spanja, il-qligħ kapitali mhux realizzat jiġi integrat fil-bażi taxxabbli tas-sena fiskali, filwaqt li dan il-qligħ kapitali ma għandu l-ebda konsegwenza fiskali immedjata jekk dawn l-operazzjonijiet ikunu saru fit-territorju Spanjol, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 49 TFUE.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir- Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 113, 9.4.2011.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-65/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli f’grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna unika mhux taxxabbli għall-VAT - Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-VAT)

2013/C 171/04

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis, R. Lyal u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. de Ree u M. Noort, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn C. Vang, sussegwentement minn V. Pasternak Jørgensen, aġenti), L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u N. Travers, BL), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u S. Hartikainen, aġenti), Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assistit minn Hall, QC)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli f’grupp għall-iskop tal-VAT — Nuqqas ta’ notifika lill-Kumitat tal-VAT tal-bidliet li seħħew fl-implementazzjoni tas-sistema ta’ raggruppament għall-iskop ta’ VAT.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, Ir-Renju tad-Danimarka, L-Irlanda, Ir-Repubblika tal-Finlandja, kif ukoll Ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 130, 30.4.2011.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-74/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux suġġetti għat-taxxa fi grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunisdrati bħala persuna waħda suġġetta għall-VAT u li tillimita lill-impriżi tas-settur finanzjaru u tal-assigurazzjoni mill-possibbiltà li jiffurmaw tali grupp)

2013/C 171/05

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Koskinen u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo, kif ukoll J. Heliskoski u S. Hartikainen, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Vang, aġent), l-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assistit minn M. Hall, QC)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lil persuni mhux suġġetti għat-taxxa li jiġu inklużi fi grupp tal-VAT u li tillimita s-sistema ta’ grupp tal-VAT għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 113, 9.4.2011.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-86/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli fi grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna waħda taxxabbli għall-VAT)

2013/C 171/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: R. Lyal, aġent)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: S. Hathaway, aġent assistit minn M. Hall, QC)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn C. Vang, sussegwentement minn V. Pasternak Jørgensen, aġenti), l-Irlanda (rappreżentant: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u M. S. Hartikainen, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-inklużjoni ta’ persuni mhux taxxabbli fi grupp tal-VAT

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 145, 14.5.2011


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-95/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li persuni mhux taxxabbli jiġu inklużi fi grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħal persuna taxxabbli waħda suġġetta għall-VAT)

2013/C 171/07

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, aġent, assistit minn H. Peytz, avukat]

Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Vang u V. Pasternak Jørgensen, aġenti)

Partjiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Očková u T. Müller, aġenti), l-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn M. N. Travers, BL), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u M. S. Hartikainen, aġenti), ir-Renju tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Behzadi-Spencer, aġent, assistit minn M. Hall, QC)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kunċett ta’ persuna taxxabbli — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lil persuni mhux taxxabbli jsiru membri ta’ grupp tal-VAT

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, ir-Repubblika tal-Finlandja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 186, 25.6.2011


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-109/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li persuni mhux taxxabbli jiġu inklużi fi grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħda suġġetta għall-VAT)

2013/C 171/08

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u D. Triantafyllou kif ukoll minn K. Walkerová u P. Němečková, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller kif ukoll minn J. Očková, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn C. Vang, sussegwentment minn V. Pasternak Jørgensen, aġenti), l-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo u S. Hartikainen, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: H. Walker, aġent, assistit minn M. Hall, QC)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza lill-persuni li ma humiex persuni taxxabbli jsiru membri ta’ grupp tal-VAT

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda, ir-Repubbilka tal-Finlandja u kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 160, 28.5.2011.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Jyske Bank Gibraltar Ltd vs Administración del Estado

(Kawża C-212/11) (1)

(Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop ta’ ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu - Direttiva 2005/60/KE - Artikolu 22(2) - Deċiżjoni 2000/642/ĠAI - Obbligu ta’ rapportaġġ ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi impost fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Istituzzjoni li topera taħt is-sistema tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Identifikazzjoni tal-unità nazzjonali tal-intelliġenza finanzjarja responsabbli mill-ġbir tal-informazzjoni - Artikolu 56 TFUE - Ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Rekwiżiti imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità)

2013/C 171/09

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jyske Bank Gibraltar Ltd

Konvenuta: Administración del Estado

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, p. 15) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi, b’mod imperattiv u dirett, li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joperaw fit-territorju nazzjonali mingħajr ma jkunu stabbiliti permanentement fih, jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti l-informazzjoni meħtieġa

Dispożittiv

L-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li teżiġi li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkomunikaw l-informazzjoni mitluba minħabba fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu direttament lill-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja ta’ dan l-Istat meta dawn l-istituzzjonijiet jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fit-territorju nazzjonali permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, sakemm din il-leġiżlazzjoni ma tipperikolax l-effettività tal-imsemmija direttiva kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI, tas-17 ta’ Ottubru 2000, dwar l-arranġamenti għall-koperazzjoni bejn l-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja tal-Istati Membri fir-rigward tal-iskambju tal-informazzjoni.

L-Artikolu 56 TFUE għandu jkun interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni simili jekk din il-leġiżlazzjoni hija ġġustifikata b’raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, jekk hija adegwata sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan li trid tilħaq, jekk ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq dan l-għan u jekk hija tapplika b’mod nondiskriminatorju, u hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina dan, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni dan li ġej:

leġiżlazzjoni simili hija adegwata sabiex tilħaq dan il-għan tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu jekk tippermetti li l-Istat Membru kkonċernat jissorvelja u jissospendi effettivament it-tranżazzjonijiet finanzjarji suspettużi mwettqa mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joffru s-servizzi tagħhom fit-territorju nazzjonali u, jekk ikun il-każ, li jipproċessaw u jippenalizzaw lil dawk responsabbli;

l-obbligu impost minn din il-leġiżlazzjoni fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom permezz tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jista’ jikkostitwixxi miżura proporzjonata sabiex jintlaħaq dan il-għan fin-nuqqas, fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali, ta’ mekkaniżmu effikaċi li jiggarantixxi kooperazzjoni sħiħa u kompleta tal-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja.


(1)  ĠU C 226, 30.7.2011.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-331/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/31/KE - Rimi ta’ skart f’terraferma - Artikolu 14 - Terraferma eżistenti - Assenza ta’ pjan ta’ kundizzjonament tas-sit - Tkomplija tal-operat)

2013/C 171/10

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u A. Tokár, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 14(a), (b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228) — Tkomplija tal-operat tat-terraferma tal-iskart Žilina — Považský Chlmec b’assenza ta’ pjan ta’ kundizzjonament tas-sit

Dispożittiv

(1)

Billi awtorizzat l-operat tat-terraferma ta’ Žilina — Považský Chlmec, mingħajr pjan ta’ kundizzjonament u b’assenza ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-tkomplija tal-operat abbażi ta’ pjan ta’ kundizzjonament approvat, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(a) sa (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma.

(2)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland — l-Irlanda) — Thomas Hogan et vs Minister for Social and Family Affairs et

(Kawża C-398/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Direttiva 2008/94/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Skemi komplementari ta’ previdenza professjonali - Skemi ta’ benefiċċji ddefiniti u ta’ spejjeż ibbilanċjati - Insuffiċjenza ta’ riżorzi - Livell minimu ta’ protezzjoni - Kriżi ekonomika - Żvilupp ekonomiku u soċjali bbilanċjat - Obbligi tal-Istat Membru kkonċernat fil-każ ta’ insuffiċjenza ta’ riżorsi - Responsabbiltà tal-Istat Membru fil-każ ta’ traspożizzjoni żbaljata)

2013/C 171/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Thomas Hogan, Jonh Burns, John Dooley, Alfred Ryan, Michael Cunningham, Michael Dooley, Denis Hayes, Marion Walsh, Joan Power, Walter Walsh

Konvenuti: Minister for Social and Family Affairs, Irlande, Attorney General

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Ireland — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(1) u 8 tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU L 283, p. 36) — Skemi komplimentari ta’ previdenza professjonali — Insuffiċjenza ta’ riżorsi tal-imsemmija skemi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix bażi legali li tippermetti lill-impjegati li jiksbu kumpens mingħand il-persuna li timpjegahom wara l-insolvenza tal-impriża — Obbligu tal-Istat Membru kkonċernat li jadotta l-miżuri neċessarji sabiex jipproteġi l-interessi tal-impjegati — Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni matul l-evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali tal-osservanza ta’ dan l-obbligu.

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li tapplika għad-drittijiet ta’ ex impjegati għall-benefiċċji tax-xjuħija ta’ skema komplementari ta’ previdenza professjonali stabbilita mill-persuna li timpjegahom.

(2)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk Stat Membru wettaqx l-obbligu previst f’dan l-artikolu, il-benefiċċji tal-pensjoni legali ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni.

(3)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/94 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex dan japplika, huwa suffiċjenti li l-iskema komplementari ta’ previdenza professjonali ma tkunx tibbenefika minn kopertura finanzjarja suffiċjenti meta l-persuna li timpjega tinsab fi stat ta’ insolvenza u li, minħabba l-insolvenza tagħha, il-persuna li timpjega ma jkollhiex riżorsi neċessarji sabiex tħallas kontribuzzjonijiet suffiċjenti lil din l-iskema bil-għan li tippermetti l-ħlas kollu tal-benefiċċji dovuti lill-benefiċjarji. Ma huwiex neċessarju li dawn tal-aħħar jistabbilixxu l-eżistenza ta’ fatturi oħra li jagħtu lok għat-telf tad-drittijiet tagħhom għall-benefiċċji tax-xjuħija.

(4)

Id-Direttiva 2008/94 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-miżuri adottati mill-Irlanda, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Jannar 2007, Robins et (C-278/05), ma jissodisfawx l-obbligi imposti minn din id-direttiva u li s-sitwazzjoni ekonomika tal-Istat Membru kkonċernat ma tikkostitwixxix ċirkustanza eċċezzjonali li tista’ tiġġustifika livell ta’ protezzjoni mnaqqas tal-interessi tal-ħaddiema fir-rigward tad-drittijiet tagħhom għall-benefiċċji tax-xjuħija skont skema komplimentari ta’ previdenza professjonali.

(5)

Id-Direttiva 2008/94 għandha tiġi interpretata fis-sens li, il-fatt li l-miżuri meħuda mill-Irlanda wara s-sentenza Robins et, iċċitata iktar ’il fuq, ma kellhomx l-effett li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali jirċievu iktar minn 49 % tal-valur tad-drittijiet akkumulati tagħhom għal benefiċċji tax-xjuħija, skont skema komplimentari ta’ previdenza professjonali, jikkostitwixxi, fih innifsu, ksur serju tal-obbligi ta’ dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 290, 1.10.2011


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta’ April 2013 — Laurent Gbagbo (C-478/11 P), Katinan Justin Koné (C-479/11 P), Akissi Danièle Boni-Claverie (C-480/11 P), Alcide Djédjé (C-481/11 P), Affi Pascal N’Guessan (C-482/11 P) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-478/11 sa C-482/11 P) (1)

(Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra persuni u entitajiet - Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Forza maġġuri - Kunflitt bl-armi)

2013/C 171/12

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Laurent Gbagbo (C-478/11 P), Katinan Justin Koné (C-479/11 P), Akissi Danièle Boni-Claverie (C-480/11 P), Alcide Djédjé (C-481/11 P), Affi Pascal N’Guessan (C-482/11 P) (rappreżentant: L. Bourthoumieux, avocate)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M.-M. Joséphidès, aġenti)

Suġġett

Appelli mid-digrieti tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Lulju 2011, Gbagbo vs Il-Kunsill (T-348/11), Koné vs Il-Kunsill (T-349/11), Boni-Claverie vs Il-Kunsill (T-350/11), Djédjé vs Il-Kunsill (T-351/11) u N’Guessan vs Il-Kunsill (T-352/11), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament inammissibbli r-rikorsi tal-appellanti intiżi għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/17/PESK, tal-11 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 11, p. 31), 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 11, p. 36), u 2011/221/PESK, tas-6 ta’ April 2011 (ĠU L 93, p. 20), li jemendaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK, li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire, u, min-naħa l-oħra, tar-Regolamenti tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 11, p. 1), u Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011 (ĠU L 93, p. 10), li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 560/2006, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju sa fejn dawn l-atti jikkonċernawhom — Nuqqas ta’ notifika individwali tal-imsemmija deċiżjoni — Każ ta’ forza maġġuri

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

Laurent Gbagbo, Katinan Justin Koné, Akissi Danièle Boni-Claverie, Alcide Djédjé u Affi Pascal N’Guessan huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 6, 7.1.2012.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-55/12) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/96/KE - Taxxa fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku - Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fir-rigward tal-karburanti għall-vetturi bil-mutur ta’ persuni b’diżabbiltà - Żamma tal-eżenzjoni wara l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju - Ksur)

2013/C 171/13

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: E. Creedon, aġent)

Suġġett

Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) — Eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fir-rigward tal-karburanti għall-vetturi bil-mutur ta’ persuni b’diżabbiltà — Żamma tal-eżenzjoni wara l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju

Dispożittiv

(1)

Billi tat, wara l-iskadenza, tal-31 ta’ Diċembru 2006, tal-perijodu tranżitorju msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1), tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2004/74/KE, tad-29 ta’ April 2004, u l-Anness II tagħha, l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fir-rigward tal-karburanti għall-vetturi bil-mutur ta’ persuni b’diżabbiltà, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) ta’ din id-direttiva.

(2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 89, 24.3.2012.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București — ir-Rumanija) — Asociația ACCEPT vs Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării

(Kawża C-81/12) (1)

(Politika soċjali - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Artikoli 2(2)(a), 10(1) u 17 - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjonijiet ibbażati fuq l-orjentament sesswali - Kunċett ta’ “fatti li minnhom wieħed jista” jippreżumi li kien hemm diskriminazzjoni’ - Adattament tar-regoli dwar l-oneru tal-prova - Sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi - Persuna li tippreżenta ruħha u li hija pperċepita mill-pubbliku bħala li hija d-direttur ta’ klabb tal-futbol professjonali - Dikjarazzjonijiet pubbliċi li jeskludu r-reklutaġġ ta’ plejer tal-futbol ippreżentat bħala omosesswali)

2013/C 171/14

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociația ACCEPT

Konvenut: Consiliul Național pentru Combaterea Discriminării

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel București — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(2)(a), 10(1) u 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Kriterji diskriminatorji fl-għażla tal-persunal ta’ klabb tal-futbol, relatati mal-orjentament sesswali — Applikabbiltà tad-Direttiva fil-każ ta’ dikjarazzjonijiet diskriminatorji lill-istampa, fin-nuqqas ta’ proċess ta’ reklutaġġ effettiv — Fatti li minnhom wieħed jista’ jippreżumi li kien hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta — Oneru tal-prova — Sistema ta’ sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dispożizzjonijiet — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi l-applikazzjoni ta’ sanzjoni kontravenzjonali wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ sitt xhur — Obbligu li tiġi imposta sanzjoni effettiva, proporzjonata u dissważiva

Dispożittiv

(1)

L-Aritkoli 2(2) u 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li fatti bħal dawk li wasslu għat-tilwima fil-kawża prinċipali jistgħu jiġu kklassifikati bħala “fatti li minnhom wieħed jista’ jippreżumi li kien hemm diskriminazzjoni” fir-rigward ta’ klabb tal-futbol professjonali f’sitwazzjoni fejn id-dikjarazzjonijiet ikkonċernati jsiru minn persuna li tippreżenta ruħha, u li hija pperċepita mill-mezzi tax-xandir u mis-soċjetà, bħala d-direttur prinċipali ta’ dan il-klabb, mingħajr madankollu ma jkollha neċessarjament il-kapaċità legali li torbot jew li tirrappreżenta lil dan il-klabb fil-qasam tar-reklutaġġ.

(2)

L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-eventwalità li fatti bħal dawk li wasslu għat-tilwima fil-kawża prinċipali jiġu kklassifikati bħala “fatti li minnhom wieħed jista’ jippreżumi li kien hemm diskriminazzjoni” bbażata fuq l-orjentament sesswali fil-kuntest tar-reklutaġġ ta’ plejers minn klabb tal-futbol professjonali, l-adattament tar-regoli dwar l-oneru tal-prova previst fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2000/78 ma jwassalx sabiex tkun meħtieġa prova li ma tistax tiġi prodotta mingħajr ma jiġi ppreġudikat id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata.

(3)

L-Artikolu 17 tad-Direttiva 2000/78 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-każ li tiġi kkonstatata diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentament sesswali, fis-sens ta’ din id-direttiva, l-unika sanzjoni li tista’ tingħata meta tali konstatazzjoni ssir wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ sitt xhur mid-data li fiha jkunu seħħew il-fatti hija twiddiba bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali jekk, skont din l-istess leġiżlazzjoni, tali diskriminazzjoni ma tkunx issanzjonata f’kundizzjonijiet sostantivi u proċedurali li jagħtu lis-sanzjoni natura effettiva, proporzjonata u dissważiva. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali u, jekk dan ikun il-każ, hija għandha tinterpreta d-dritt nazzjonali, sa fejn ikun possibbli, fid-dawl tat-test u tal-għan tad-direttiva msemmija bil-għan li jintlaħaq ir-riżultat mixtieq minn din id-direttiva.


(1)  ĠU C 126, 28.4.2012.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Cassatie van België — il-Belġju) — Rose Marie Bark vs Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni

(Kawża C-89/12) (1)

(Impriżi konġunti - Kuntratti konklużi mal-membri tal-persunal - Kundizzjonijiet applikabbli - Regolament (KE) Nru 876/2002)

2013/C 171/15

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rose Marie Bark

Konvenuta: Galileo Joint Undertaking, li tinsab taħt likwidazzjoni

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hof van Cassatie van België — Interpretazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta Galileo li jinsabu fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002, tal-21 ta’Mejju 2002, li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 477) — Kuntratti għal żmien determinat konklużi mal-membri tal-persunal — Kuntratti li għandhom ikunu bbażati fuq il-“Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej” — Applikazzjoni obbligatorja tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal rigward il-kundizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni

Dispożittiv

L-Artikolu 11(2) tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta Galileo, li jinsabu fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002, tal-21 ta’ Mejju 2002, li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Galileo, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1943/2006, tat-12 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni li jinsabu fihom, ma japplikawx għall-membri tal-persunal ta’ Galileo li għandhom kuntratt għal żmien determinat.


(1)  ĠU C 133, 5.5.2012.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/9


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2012 minn Szarvas mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-26 ta’ Ġunju fil-Kawża T-129/13, Szarvas Tibor vs l-Ungerija

(Kawża C-389/12 P)

2013/C 171/16

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellant: Szarvas Tibor (rappreżentant: M. Katona, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Ungerija

Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Marzu 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat l-appellant għall-ispejjeż.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Schleswig-Holsteinisches Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Jannar 2013 — Flughafen Lübeck GmbH vs Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs-KG

(Kawża C-27/13)

2013/C 171/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Schleswig-Holsteinisches Oberlandesgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs-KG.

Konvenuta: Flughafen Lübeck GmbH

Domandi preliminari

(1)

Qorti nazzjonali li jkollha quddiemha rikors intiż għall-irkupru ta’ benefiċċji u għall-waqfien tal-provvista futura ta’ benefiċċji għandha tippreżumi li dawn il-benefiċċji jikkostitwixxu miżuri li, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, ma jistgħux jiġu implementati qabel ma tkun ġiet adottata deċiżjoni finali min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Kummissjoni”) meta l-Kummissjoni tkun fetħet, permezz ta’ deċiżjoni li ma tkunx ġiet ikkontestata, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward ta’ dawn il-benefiċċji u meta fir-raġunijiet ta’ din id-deċiżjoni ikun essenzjalment indikat, b’mod partikolari, li dawn il-benefiċċji probabbilment jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat?

(2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

Jista’ jingħad l-istess fil-każ li fir-raġunijiet tad-deċiżjoni tagħha l-Kummissjoni tkun indikat ukoll, essenzjalment, li hija ma kinitx f’pożizzjoni li tiddetermina jekk il-prestatarju kienx aġixxa bħala investitur privat li jopera f’ekonomija tas-suq meta impenja ruħu li jipprovdi dawn il-benefiċċji?

(3)

Fil-każ li l-ewwel jew it-tieni domanda jingħataw risposta fin-negattiv:

F’din is-sitwazzjoni, il-qorti nazzjonali tista’ tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm tiġi konkluża l-proċedura ta’ investigazzjoni formali?

(4)

Fil-każ li t-tielet domanda tingħata risposta fl-affermattiv:

F’din is-sitwazzjoni, il-qorti nazzjonali għandha tissospendi l-proċeduri quddiemha sakemm tiġi konkluża l-proċedura ta’ investigazzjoni formali?


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca (Spanja) fil-11 ta’ Marzu 2013 — Banco de Valencia SA vs Joaquín Valldeperas Tortosa, María Ángeles Miret Jaume

(Kawża C-116/13)

2013/C 171/18

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 17 de Palma de Mallorca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco de Valencia SA

Konvenuti: Joaquín Valldeperas Tortosa, María Ángeles Miret Jaume

Domandi preliminari

(1)

Il-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja Spanjola tosserva l-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KEE (1), sa fejn ma tippermettix lill-qorti li tistħarreġ ex officio, sabiex tordna l-eżekuzzjoni, klawżola ta’ skadenza tat-terminu ta’ self fuq l-inizjattiva unilaterali tal-bank, klawżola li hija kkunsidrata fiha nnifisha bħala abbużiva u fl-applikazzjoni tagħha f’din il-kawża, u li hija indispensabbli sabiex min jissellef li huwa bejjiegħ jew fornitur jista’ jibda din il-proċedura ta’ eżekuzzjoni privileġġata?

(2)

Dejjem fir-rigward tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 93/13/KEE, x’għandha tkun il-portata tal-intervent tal-qorti fir-rigward ta’ din il-klawżola meta hija għandha tordna l-eżekuzzjoni fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja?

(3)

Fir-rigward tal-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva 93/13/KEE u tal-punti 1(e) u (g) u 2(a) tal-anness tagħha, jista’ jiġi kkunsidrat li klawżola kuntrattwali, li tippermetti lill-organu finanzjarju li ssellef li jirrexxindi unilateralment il-kuntratt ta’ self minħabba raġunijiet purament oġġettivi, xi wħud minnhom mingħajr ebda konnessjoni mal-kuntratt stess, u, f’din il-kawża, qabel in-nuqqas ta’ ħlas ta’ erba’ skadenzi mensili ipotekarji, hija fiha nnifisha u fl-applikazzjoni speċifika tagħha għall-kawża, abbużiva?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 95/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2013 — Technische Universität Darmstadt vs Eugen Ulmer KG

(Kawża C-117/13)

2013/C 171/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Technische Universität Darmstadt

Konvenuta: Eugen Ulmer KG

Domandi preliminari

(1)

Huma applikabbli għal xogħol il-kundizzjonijiet ta’ xiri jew ta’ liċenzjar, fis-sens tal-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE (1), meta l-persuna li għandha d-dritt toffri lill-istabbilimenti msemmija f’din id-dispożizzjoni l-possibbiltà ta’ konklużjoni ta’ kuntratti ta’ liċenzja b’kundizzjonijiet xierqa għall-użu ta’ dan ix-xogħol?

(2)

L-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE jawtorizza lill-Istati Membri jagħtu lill-istabbilimenti d-dritt li jiddiġitalizzaw ix-xogħlijiet fil-kollezzjonijiet tagħhom jekk dan huwa meħtieġ għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet permezz ta’ terminals?

(3)

Id-drittijiet previsti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5(3)(n) tad-Direttiva 2001/29/KE jistgħu saħansitra jippermettu lill-utenti tat-terminals li jistampaw fuq karta jew jaħżnu fuq ċavetta USB ix-xogħlijiet imqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom hemmhekk?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamm (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2013 — Gülay Bollacke vs K + K Klaas & Kock B.V. & Co. KG

(Kawża C-118/13)

2013/C 171/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesarbeitsgericht Hamm

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gülay Bollacke

Konvenuta: K + K Klaas & Kock B.V. & Co. KG

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li minnhom jirriżulta li d-dritt għal minimu ta’ leave annwali mħallas jintemm kollu mal-mewt tal-ħaddiem, jiġifieri mhux biss id-dritt għal eżenzjoni mill-obbligu ta’ xogħol (li ma jkunx għadu jista’ jiġi eżegwit), iżda wkoll id-dritt għall-ħlas tal-leave?

(2)

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li mat-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol, id-dritt għal allowance kumpensatorja fir-rigward tal-minimu ta’ leave annwali mħallas huwa marbut mal-persuna tal-ħaddiem b’tali mod li dan tal-aħħar jista’ jinvoka dan id-dritt biss sabiex ikun jista’ jwettaq, anki f’data sussegwenti, l-għanijiet ta’ mistrieħ u ta’ ħin liberu marbuta mal-għoti tal-leave annwali mħallas?

(3)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, il-persuna li timpjega hija obbligata, fid-dawl tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, li tagħti effettivament il-leave lill-ħaddiem sal-aħħar tas-sena kalendarja jew sa mhux iktar tard mill-iskadenza tal-perijodu għall-posponiment tal-leave previst mill-kuntratt ta’ xogħol, irrispettivament minn jekk il-ħaddiem ikunx ippreżenta applikazzjoni għal-leave jew le?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Cruz & Companhia Lda vs IFAP — Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP et

(Kawża C-128/13)

2013/C 171/21

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cruz & Companhia Lda

Konvenuti: IFAP — Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP u Caixa Central — Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo, CRL

Domanda preliminari

L-Artikoli 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 (1), tas-27 ta’ Novembru 1987 u 19(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (2), tat-22 ta’ Lulju 1985, għandhom jiġu interpretati mill-perspettiva ta’ “rilaxx” tal-garanzija mogħtija fil-kuntest tal-Artikolu 22(1) tal-ewwel regolament, u fid-dawl tal-argumenti kkunsidrati?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87, tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 351, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85, tat-22 ta’ Lulju 1985, li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 6, p. 186).


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Kamino International Logistics BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-129/13)

2013/C 171/22

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kamino International Logistics BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipju tad-dritt Ewropew dwar l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża mill-amministrazzjoni huwa suġġett għal applikazzjoni diretta mill-qorti nazzjonali?

(2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv:

(a)

il-prinċipju tad-dritt Ewropew dwar l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża mill-amministrazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prinċipju msemmi jinkiser meta jkun ċert li d-destinatarju ta’ deċiżjoni proposta ma jkunx instema’ qabel ma l-amministrazzjoni tadotta miżura li tikkawżalu preġudizzju, iżda li madankollu tagħtih il-possibbiltà li jinstema’, f’fażi amministrattiva ulterjuri (ta’ lment), li tippreċedi l-aċċess għall-qorti nazzjonali?

(b)

il-konsegwenzi legali tal-ksur mill-amministrazzjoni tal-prinċipju tad-dritt Ewropew dwar l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża għandhom jiġu ddeterminati mid-dritt nazzjonali?

(3)

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda (b) hija fin-negattiv, liema huma ċ-ċirkustanzi li l-qorti nazzjonali, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-konsegwenzi legali, tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, u din tal-aħħar tista’ b’mod partikolari tieħu inkunsiderazzjoni l-kwistjoni jekk huwiex permess li jitqies li l-proċedura, mingħajr il-ksur mill-amministrazzjoni tal-prinċipju tad-dritt Ewropew dwar l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża, kien ikollha riżultat differenti?


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Datema Hellman Worldwide Logistics BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-130/13)

2013/C 171/23

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Datema Hellman Worldwide Logistics BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

Il-prinċipju ta’ dritt Ewropew dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża min-naħa tal-amministrazzjoni jista’ jiġi applikat b’mod dirett mill-qorti nazzjonali?

(2)

Jekk ir-risposta għall-domanda 1 hija fl-affermattiv:

(a)

il-prinċipju ta’ dritt Ewropew dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża min-naħa tal-ammistrazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-imsemmi prinċipju jinkiser meta d-destinatarju ta’ deċiżjoni proposta, li minkejja ma nstemax qabel l-amministrazzjoni tadotta miżura li tikkawżalu preġudizzju, iżda hija ttih madankollu l-possibbiltà, f’fażi amministrattiva sussegwenti (ta’ lment), li tippreċedi l-proċedura ġudizzjarja quddiem il-qorti nazzjonali, li jkun jista’ jinstema’?

(b)

il-konsegwenzi ġuridiċi tal-ksur min-naħa tal-amministrazzjoni tal-prinċipju ta’ dritt Ewropew dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiżi għandhom jiġu ddeterminati mid-dritt nazzjonali?

(3)

Jekk ir-risposta għad-domanda 2(b) hija negattiva, liema huwa ċ-ċirkustanzi li l-qorti nazzjonali tista’ tieħu inkunsiderazzjoni, sabiex tiddetermina l-konsegwenzi ġuridiċi, u, b’mod partikolari, hija tista’ tieħdu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-proċedura, mingħajr il-ksur mill-amministrazzjoni tal-prinċipu ta’ dritt Ewropew dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża, kien ikollha eżitu ieħor?


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Staatssecretaris van Financiën vs V.o.f. Schoenimport “Italmoda” Mariano Previti

(Kawża C-131/13)

2013/C 171/24

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: V.o.f. Schoenimport “Italmoda” Mariano Previti

Domandi preliminari

(1)

Skont id-dritt tal-Unjoni, l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali għandhom jirrifjutaw li japplikaw l-eżenzjoni mill-VAT fil-każ ta’ kunsinna intra-Komunitarja, id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT fil-każ ta’ akkwist ta’ oġġetti mibgħuta, wara dan l-akkwist, lejn Stat Membru ieħor, jew ir-rimbors tal-VAT skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 28b(A)(2) tas-Sitt Direttiva (1), meta, abbażi ta’ data oġġettiva, ikun ġie stabbilit li kien hemm evażjoni tal-VAT fir-rigward ta’ dawn l-oġġetti u l-persuna taxxabbli kienet taf jew imissha kienet taf li kienet ipparteċipat fiha, fil-każ li d-dritt nazzjonali ma jipprovdix, f’ċirkustanzi bħal dawn, għall-possibbiltà li jiġu rrifjutati l-eżenzjoni, it-tnaqqis jew ir-rimbors?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-eżenzjoni, it-tnaqqis jew ir-rimbors imsemmija iktar ’il fuq għandhom ukoll jiġu rrifjutati meta l-evażjoni tal-VAT saret fi Stat Membru differenti (mill-Istat Membru ta’ spedizzjoni tal-oġġetti) u l-persuna taxxabbli kienet taf bl-evażjoni, jew imissha kienet taf biha, filwaqt li, fl-Istat Membru ta’ spedizzjoni, din il-persuna taxxabbli osservat il-kundizzjonijiet kollha (formali) imposti mid-dispożizzjonijiet legali nazzjonali sabiex tkun tista’ tinvoka l-eżenzjoni, it-tnaqqis jew ir-rimbors u hija dejjem ipprovdiet, f’dan l-Istat Membru, id-data kollha neċessarja dwar l-oġġetti, l-ispedizzjoni u x-xerrejja stabbiliti fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, kif għandu jinftiehem, fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 28b(A)(2) tas-Sitt Direttiva, it-terminu “suġġetta” [għat-taxxa]: il-fatt li tiġi ddikjarata, permezz ta’ dokumenti ta’ sostenn, fid-dikjarazzjoni tal-VAT legalment stabbilita, il-VAT dovuta fir-rigward tal-akkwist intra-Komunitarju fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni, jew, fl-assenza ta’ tali dikjarazzjoni, il-fatt, għall-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni, li jittieħdu l-miżuri neċessarji sabiex din l-assenza ta’ dikjarazzjoni tiġi rregolarizzata? Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti l-fatt li t-tranżazzjoni inkwistjoni tagħmel parti minn katina ta’ tranżazzjonijiet intiżi sabiex ikun hemm evażjoni tal-VAT fil-pajjiż ta’ destinazzjoni u li l-persuna taxxabbli kienet taf biha jew imissha kienet taf biha?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financië vs Q

(Kawża C-133/13)

2013/C 171/25

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:

 

Staatssecretaris van Economische Zaken

 

Staatssecretaris van Financiën

Konvenut: Q

Domandi preliminari

(1)

L-importanza tal-preżervazzjoni ta’ siti naturali nazzonali u tal-patrimonju kulturali u storiku, fis-sens tan-Natuurschoonwet 1928, tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tiġġustifika leġiżlazzjoni li permezz tagħha l-applikazzjoni ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq id-donazzjonijiet (vantaġġ fiskali) hija rriżervata għad-dominji rurali li jinsabu fil-Pajjiżi l-Baxxi?

(2)

(a)

Fil-kuntest ta’ investigazzjoni intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk proprjetà immobbli li jinsab fi Stat Membru ieħor jistax jiġi kklassifikat bħala dominju rurali fis-sens tan-Natuurschoonwet 1928, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jistgħu, sabiex jiksbu l-assistenza tal-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli, jinvokaw id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE (1), tas-16 ta’ Marzu 2010, dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra, meta l-klassifikazzjoni bħala dominju rurali abbażi tal-liġi ċċitata iktar ’il fuq għandha l-effett li tagħti lok għal dritt għal eżenzjoni mill-ġbir tat-taxxa fuq id-donazzjonijiet dovuta fid-data tad-donazzjoni tal-proprjetà immobbli inkwistjoni?

(b)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-mistoqsija 2.a), il-kunċett ta’ “indaġni amministrattiva” li jinsab fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (2), tal-15 ta’ Frar 2011, dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE għandu jiġi interpretat bħala jista’ jinkorpora investigazzjoni fuq il-post?

(ċ)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-mistoqsija 2.b), il-kunċett ta’ “indaġni amminstrattiva” li jinsab fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2010/24/UE […], jista’ jiġi ppreċiżat fuq il-bażi tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “indaġni amminstrattiva” li jinsab fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2011/16/UE […]?

(3)

Jekk hemm lok li tingħata risposta fin-negattiv għad-domanda 2.a), għad-domanda 2.b) jew għad-domanda 2.ċ), il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, meħud flimkien mal-Artikolu 167(2) TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jimplika li, meta Stat Membru jitlob l-assistenza lil Stat Membru ieħor fil-kuntest ta’ investigazzjoni intiża sabiex jiġi ddeterminat jekk proprjetà immobbli li jinsab f’dan l-Istat Membru l-ieħor jistax jiġi kklassifikat bħala dominju rurali fis-sens ta’ liġi li għandha bħala għan il-preservazzjoni u l-protezzjoni tas-siti naturali nazzjonali u tal-patrimonju storiku u kulturali ta’ pajjiż, l-Istat Membru rikjest għandu l-obbligu li jipprovdi din l-assistenza?

(4)

Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital tista tiġi ġġustifikata min-neċessità li tiġi ggarantita l-effiċjenza tal-kontrolli fiskali jekk din l-effiċjenza tidher li tista tkun kompromessa biss mill-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali huma obbligati li jmorru, matul il-perijodu ta’ 25 sena msemmija mill-Artikolu 7(1) tan-Natuurschoonwet 1928, fi Stat Membru ieħor sabiex iwettqu l-kontrolli neċessarji?


(1)  ĠU L 84, p. 1.

(2)  ĠU L 64, p. 1.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Szatmári Malom vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

(Kawża C-135/13)

2013/C 171/26

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Szatmári Malom Kft.

Konvenuta: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal Központi Szerve

Domandi preliminari

(1)

Il-fatt li impriża trid toħloq unità ta’ produzzjoni ġdida billi tagħlaq l-unitajiet antiki, iżda mingħajr ma żżid il-kapaċità eżistenti, jikkorrispondi għall-kunċett ta’ titjib tal-prestazzjoni ġenerali tal-azjenda agrikola, użat fl-Artikolu 26(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1)?

(2)

L-investiment previst mir-rikorrenti jista’ jitqies bħala investiment intiż għat-titjib tal-prestazzjoni ġenerali tal-impriżi, fis-sens tal-Artikolu 20(b)(iii) u l-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005?

(3)

L-Artikolu 6(3) tad-Digriet Nru 47 tal-Ministru għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali, tas-17 ta’ April 2008, jinkludi regola konformi mal-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, sa fejn dan jipprevedi għajnuna għall-operazzjonijiet li huma intiżi biss, f’dak li jikkonċerna l-imtieħen, li jimmodernizzaw il-kapaċità eżistenti? Ir-Regolament tal-Kunsill jippermetti l-adozzjoni ta’ leġiżlazzoni nazzjonali li teskludi, għal raġunijiet ekonomiċi, l-għoti ta’ għajnuna għal ċerti miżuri ta’ żvilupp?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 286M tal-4 ta’ Novembru 2010, p. 26)


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischen Verwaltungsgericht München (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Herbaria Kräuterparadies GmbH vs Freistaat Bayern

(Kawża C-137/13)

2013/C 171/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerisches Verwaltungsgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Herbaria Kräuterparadies GmbH

Konvenut: Freistaat Bayern

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 27(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu tas-sustanzi msemmija jkun legalment meħtieġ biss meta dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni tipprevedi direttament l-inklużjoni ta’ dawn is-sustanzi fil-prodott tal-ikel li fih għandhom jiġu inklużi jew meta tali dispożizzjoni tistabbilixxi, minn tal-inqas, kontenut minimu għas-sustanzi msemmija li għandhom jiġu inklużi?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda: l-Artikolu 27(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu tas-sustanzi msemmija jkun ukoll legalment meħtieġ meta, mingħajr l-inklużjoni ta’ minn tal-inqas waħda mis-sustanzi msemmija, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott tal-ikel bħala komplement tal-ikel jew bl-użu ta’ allegazzjonijiet dwar is-saħħa tkun qarrieqa u tqarraq bil-konsumatur, minħabba li l-prodott tal-ikel ma jkunx jista, fid-dawl ta’ konċentrazzjoni żgħira wisq ta’ waħda mis-sustanzi msemmija, jissodisfa l-għan tiegħu bħala prodott tal-ikel jew l-għan indikat fl-allegazzjoni dwar is-saħħa?

(3)

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda: l-Artikolu 27(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu tas-sustanzi msemmija jkun ukoll legalment meħtieġ meta allegazzjoni partikolari dwar is-saħħa tkun tista’ tintuża biss fir-rigward tal-prodotti tal-ikel li jkun fihom kwantità partikolari, u saħansitra sinjifikattiva, ta’ minn tal-inqas waħda mis-sustanzi msemmija?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008, tal-5 ta’ Settembru 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, p. 1).


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Marzu 2013 — Naime Dogan vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-138/13)

2013/C 171/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Naime Dogan

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4(1) tal-Protokoll addizzjonali tat-23 ta’ Novembru 1970 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu tul il-fażi tranżitorja tal-assoċjazzjoni mwaqqfa bil-ftehim tat-12 ta’ Settembru 1963 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija jipprekludi dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali introdotta għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq li tipprovdi li, sabiex ikun jista’ jidħol għall-ewwel darba fit-territorju [tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja], membru tal-familja ta’ ċittadin Tork li għandu l-istatus mogħti permezz tal-Artikolu 4(1) tal-Protokoll addizzjonali għandu jipprova minn qabel li huwa jista’ jesprimi ruħu, b’mod sempliċi, bil-Ġermaniż?

(2)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1) jipprekludi d-dispożizzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel domanda?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Cluj (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Marzu 2013 — Bogdan Matei, Ioana Ofelia Matei vs SC Volksbank România SA

(Kawża C-143/13)

2013/C 171/29

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Specializat Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bogdan Matei, Ioana Ofelia Matei

Konvenut: SC Volksbank România SA

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-fatt li, skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 (1), l-evalwazzjoni tan-natura abbużiva tal-klawżoli ma tirrigwarda la d-definizzjoni tas-suġġett prinċipali tal-kuntratt u lanqas l-adegwatezza tal-prezz u tar-remunerazzjoni, minn naħa, meta mqabbla mas-servizzi jew mal-prodotti pprovduti inkambju, min-naħa l-oħra, sakemm dawn il-klawżoli jkunu redatti b’mod ċar u li jinftiehem,

u

peress li, skont l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/48 (2), id-definizzjoni li l-Artikolu 3(g) ta’ din l-istess direttiva jagħti tal-kunċett tal-ispiża totali tal-kreditu għall-konsumatur, li tinkludi l-kummissjonijiet kollha li l-konsumatur għandu jħallas għall-kuntratt ta’ kreditu lill-konsumaturi, ma hijiex applikabbli sabiex jiġi ddeterminat is-suġġett ta’ kuntratt ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ ipoteka,

b’hekk,

il-kunċetti ta’ “suġġett [prinċipali]” u/jew ta’ “prezz” li għalihom jirreferi l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13/KEE jistgħu jiġu interpretati fis-sens li dawn il-kunċetti — is-“suġġett [prinċipali]” u/jew il-“prezz” ta’ kuntratt ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ ipoteka — jinkludu wkoll, fost l-elementi li jiffurmaw il-korrispettiv dovut għall-istabbiliment tal-kreditu, ir-rata annwali effettiva globali ta’ dan il-kuntratt ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ ipoteka, iffurmat b’mod partikolari mir-rata ta’ interessi fissa jew varjabbli, mill-kummissjonijiet bankarji u mill-ispejjeż l-oħra inklużi u ddefiniti fil-kuntratt ta’ kreditu?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).

(2)  Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/15


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2013 — Ir-Renju ta Spanja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-146/13)

2013/C 171/30

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: E. Chamizo Llatas u S. Centeno Huerta, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara legalment ineżistenti r-Regolament (UE) Nru 1257/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja u, sussidjarjament, tannullah fl-intier tiegħu.

sussidjarament, tiddikjara n-nullità:

(a)

tal-Artikolu 9(1) fl-intier tiegħu, kif ukoll tal-Artikolu 9(2) fit-termini indikati fil-ħames motiv ta’ dan ir-rikors.

(b)

tal-Artikolu 18(2) fl-intier tiegħu, kif ukoll tar-riferimenti kollha li r-Regolament jagħmel għall-Qorti Unifikata tal-Privattivi bħala sistema ġudizzjarja tal-privattiva Ewropea b’effett unitarju (iktar ’il quddiem il-“PEEU”) u bħala sors tad-dritt tal-PEEU.

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

(1)

Ksur tal-valuri tal-istat tad-dritt peress li ġie stabbilit regolament ibbażat fuq titlu maħruġ mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, li l-atti tiegħu ma humiex suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju.

(2)

Ineżistenza ta’ att tal-Unjoni u, sussidjarjament, nuqqas ta’ bażi legali tar-Regolament peress li ma ġewx introdotti miżuri li jiggarantixxu l-protezzjoni uniformi prevista fl-Artikolu 118 TFUE.

(3)

Użu ħażin ta’ poter peress li ntużat il-kooperazzjoni msaħħa għal finijiet differenti minn dawk previsti fit-Trattati.

(4)

Ksur tal-Artikolu 291(2) TFUE u, sussidjarjament, ksur tal-ġurisprudenza Meroni peress li ġiet irregolata s-sistema ta’ ffissar ta’ taxxi annwali u ta’ determinazzjoni tal-kwota ta’ distribuzzjoni tagħhom.

(5)

Ksur tal-ġurisprudenza Meroni peress li ġew iddelegati lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi kompiti amministrattivi partikolari fir-rigward tal-privattiva Ewropea b’effett unitarju.

(6)

Ksur tal-prinċpji ta’ awtonomija u ta’ uniformità fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tas-sistema ta’ dħul fis-seħħ tar-Regolament.


(1)  ĠU L 361, p. 1.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/16


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2013 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-147/13)

2013/C 171/31

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta u E. Chamizo Llatas, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1260/2012 (1), tas-17 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni, u tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 4, 5, 6(2), u 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1260/2012, tas-17 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni, u tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

(1)

Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni billi jintroduċi sistema li tippreġudika lill-individwi li l-lingwa tagħhom ma tkunx l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż, peress li din is-sistema hija sproporzjonata meta mqabbla mal-għan imfittex.

(2)

Nuqqas ta’ bażi legali tal-Artikolu 4 billi jirregola t-traduzzjoni f’każ ta’ tilwima, li ma taffetwax direttament is-sistema lingwistika tat-titolu kif previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 118 TFUE.

(3)

Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

(4)

Ksur tal-ġurisprudenza Meroni billi jiddelega l-ġestjoni tal-iskema ta’ kumpens (Artikolu 5) u l-pubblikażżjoni tat-traduzzjonijiet (Artikolu 6(2)) lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi.

(5)

Ksur tal-prinċipju ta’ awtonomija tad-dritt tal-Unjoni billi jissuġġetta l-applikazzjoni tar-Regolament għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tal-Qorti Unitarja tal-Privattiva.


(1)  ĠU L 361, p. 89


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Marzu 2013 — A, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-148/13)

2013/C 171/32

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

Liema huma l-limitazzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1), tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mill-Artikoli 3 u 7 tagħha, għall-mod kif inhu evalwat il-karattru kredibbli ta’ allegata orjentazzjoni sesswali; dawn il-limitazzjonijiet huma differenti minn dawk applikabbli għall-evalwazzjoni tal-karattru kredibbli ta’ motivi ta’ persekuzzjoni oħra u, fl-affermattiv, f’liema rigward?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Marzu 2013 — B, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-149/13)

2013/C 171/33

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B

Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

Liema huma l-limitazzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1), tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mill-Artikoli 3 u 7 tagħha, għall-mod kif inhu evalwat il-karattru kredibbli ta’ allegata orjentazzjoni sesswali; dawn il-limitazzjonijiet huma differenti minn dawk applikabbli għall-evalwazzjoni tal-karattru kredibbli ta’ motivi ta’ persekuzzjoni oħra u, fl-affermattiv, f’liema rigward?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Marzu 2013 — C, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-150/13)

2013/C 171/34

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C

Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

Liema huma l-limitazzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1), tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mill-Artikoli 3 u 7 tagħha, għall-mod kif inhu evalwat il-karattru kredibbli ta’ allegata orjentazzjoni sesswali; dawn il-limitazzjonijiet huma differenti minn dawk applikabbli għall-evalwazzjoni tal-karattru kredibbli ta’ motivi ta’ persekuzzjoni oħra u, fl-affermattiv, f’liema rigward?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Versailles (Franza) fil-25 ta’ Marzu 2013 — Le Rayon d’Or SARL vs Ministre de l’Économie et des Finances

(Kawża C-151/13)

2013/C 171/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Le Rayon d’Or SARL

Konvenut: Ministre de l’Économie et des Finances

Domanda preliminari

L-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva (1), imsemmi fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112/KE (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“allowance għal kura” imħallsa mill-fondi ta’ assigurazzjoni għall-mard lill-istabbilimenti ta’ residenza għal persuni anzjani dipendenti, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L. 174-7 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali, u eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 261(1b) u (4) tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa, tikkostitwixxi sussidju direttament marbut mal-prezz tal-provvista ta’ kura mogħtija lir-residenti u li f’dan is-sens tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/18


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2013 minn Fercal — Consultadoria e Serviços, Lda mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-24 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-474/09, Fercal vs UASI — Jacson of Scandinavia (Jackson Shoes)

(Kawża C-159/13 P)

2013/C 171/36

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Fercal — Consultadoria e Serviços, Lda (rappreżentant: A. J. Rodrigues, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-deċiżjoni adottata fl-24 ta’ Jannar 2012 u nnotifikata fil-25 ta’ Jannar 2013 mill-Ħames Awla tal-Qorti [Ġenerali] fil-Kawża T-474/09 u, konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni adottata mit-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (iktar ’il quddiem, l-“UASI”), tat-18 ta’ Awwissu 2009, Każ R 1253/2008-2, fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 2004 C (talba għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 1 077 858, JACKSON SHOES), li ġiet innotifikata lir-rikorrenti fit-30 ta’ Settembru 2009, anki f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli tad-dritt Komunitarju;

barra minn hekk, it-trade mark tal-appellanti tinżamm valida u fis-seħħ;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Filwaqt li huwa minnu li jeżisti xebh viżiv u fonetiku bejn l-ismijiet JACKSON u JACSON, il-paragun bejn is-sinjali inkwistjoni għandu jsir billi dawn jiġu kkunsidrati bl-isem sħiħ tagħhom: JACKSON SHOES/JACSON OF SCANDINAVIA AB.

Mill-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE (1), tal-21 ta’ Diċembru 1988, jirriżulta li l-perċezzjoni tat-trade marks mill-perspettiva tal-konsumatur medju hija determinanti fl-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.

Konsumatur medju li jevalwa globalment is-sinjali inkwistjoni, jifhem faċilment li quddiemu għandu sinjali distintivi ta’ tip differenti: trade mark u isem kummerċjali — f’dan il-każ, permezz tal-inklużjoni tal-akronimu “AB” li kkontribwixxa sabiex ineħħi kull possibbiltà li l-konsumatur medju jiġi konfuż mit-trade mark “JACKSON SHOES”.

Dan l-aspett, għall-appellanti, huwa rilevanti, ġaladarba l-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 89/104/KEE jistabbilixxi li l-perċezzjoni tat-trade marks min-naħa tal-konsumatur medju huwa determinanti fl-evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.

Dawn huma sinjali b’funzjonijiet iddefiniti u distinti ħafna: it-trade mark huwa sinjal adegwat sabiex jiġu distinti prodotti jew servizzi ta’ impriża minn dawk ta’ impriżi oħra (Artikolu 4, in fine tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja), inkwantu l-isem kummerċjali jservi bħala identifikazzjoni ta’ impriża u b’tali mod jiddistingwiha minn impriżi oħra.

Min-naħa l-oħra, l-użu ta’ ismijiet li jinxtiebhu — li huma ta’ użu komuni f’pajjiżi varji — ma huwiex tali li joħloq probabbiltà ta’ konfużjoni, meta dawn l-ismijiet jingħaqdu ma’ elementi oħra, fejn, ma joħloqx konfużjoni fil-konsumatur medju u konsegwentement ma jagħtix lok għal kompetizzjoni żleali billi joħloq konfużjoni bejn il-prodotti tal-appellanti u dawk tal-appellata.

Ma jistax jiġi rikonoxxut (bħala bażi f’sempliċi isem kummerċjali fl-Isvezja) dritt ta’ użu esklużiv (fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea!) ta’ isem li jintuża b’mod komuni f’bosta pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, minn eluf ta’ persuni u, ukoll minn impriżi oħra.

Barra minn hekk ma jistax jiġi rikonoxxut lill-appellata d-dritt li tipprekludi lill-appellanti tirreġistra t-trade mark JACKSON SHOES fil-klassi 25, meta, de facto, diġà jeżistu trade marks Komunitarji oħra b’dan l-isem fil-klassi 25.

Għandu jingħad ukoll li l-appellata ammettiet il-koeżistenza fis-suq tat-trade marks varji elenkati u deskritti mill-appellanti, u qatt ma qiegħdet inkwistjoni u lanqas ma allegat min-naħa tagħha li wħud minnhom setgħu joħolqu konfużjoni fil-konsumatur medju jew li bejniethom kienu kunfliġġenti.

Min jadotta bħala sinjal distintiv element b’kapaċità distintiva dgħajfa, jew li jinsab f’ħafna sinjali distintivi oħra ta’ terzi, ma jistax jipprekludi li dan l-istess sinjal (jew li jixxiebah) jintuża mill-ġdid minn terzi, flimkien ma’ elementi oħra.

Xejn ma jipprekludi l-koeżistenza — li barra minn hekk teżisti diġà — bejn sinjali distintivi b’ismijiet komuni li jixxiebhu, ġaladarba meta dawn jitqiegħdu ħdejn xulxin ikun hemm distinzjoni bejniethom.

Huwa minnu li l-appellanti, bil-kontra ta’ dak li allegat l-appellata, ipproduċiet bosta provi tal-eżistenza u tal-attività kummerċjali tagħha mhux biss fiż-żona Komunitarja kollha iżda wkoll f’pajjiżi tal-Amerka ta’ Fuq u tal-Afrika ta’ Fuq, mhux fil-katalogu bħal fil-każ tal-appellata ġaladarba huwa redatt esklużivament fil-lingwa materna, li min-naħa tiegħu huwa limitat mill-perspettiva ġeografika, iżda b’mod multilingwi b’rappreżentazzjonijiet fl-iktar fieri mondjali importanti taż-żraben.

It-trade mark Komunitarja JACKSON SHOES ma tistax tiġi konfuża mal-isem kummerċjali JACSON OF SCANDINAVIA AB, tant li ilhom jikkoeżistu diġà għal ħafna żmien u ebda waħda mill-partijiet ma invokat preġudizzji minħabba l-koeżistenza u lanqas ma qiegħdet inkwistjoni l-kompetizzjoni tal-prodotti, billi huwa minnu li, barra minn hekk, il-konsumatur, permezz tas-sinjali kunfliġġenti, jifhem faċilment li quddiemu għandu trade mark u isem kummerċjali, fejn dan huwa każ, mingħajr dubju, ta’ żewġ sinjali distintivi ta’ tip differenti.

Barra minn hekk, kif inhu rikonoxxut mis-sentenza u kif inhu paċifiku bejn il-partijiet, meta jitqiegħdu f’paragun ħdejn xulxin quddiem il-konsumatur medju ma teżistix konfużjoni u ma jiġux konfużi waħda b’oħra, u “[…] l-eżami tax-xebh tat-trade marks għandu jieħu inkunsiderazzjoni x-xebh bejniethom” [ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2009, Spa Monopole vs UASI — De Francesco Import (SpagO), T-438/07, Ġabra p. II-4115, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata].

Għandu jingħad ukoll, u dan huwa ta’ importanza kbira sabiex il-kawża tingħata deċiżjoni xierqa, li l-appellata, jiġifieri l-UASI, awtorizzat ir-reġistrazzjoni ta’ numru ta’ trade marks bl-espressjoni “JAKSON”, sabiex tindika żraben, fejn għalhekk hija ma tistax teskludi ruħha kompletament minn din ir-realtà meta tiddeċiedi applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja ġdida bl-istess isem (komuni) “JAKSON”.

Jekk tiġi injorata din ir-realtà jkun qed isir aġir diskrezzjonali fejn jitqiegħed inkwistjoni l-prinċipju ta’ ugwaljanza.

Id-deċiżjoni appellata tikser l-Artikoli 8(4) u 53(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (2), tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja.


(1)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92).

(2)  ĠU L 78, p. 1.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ April 2013 — Turbu.com BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-163/13)

2013/C 171/37

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Turbu.com BV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jobbliga lill-awtoritajiet u lill-qrati nazzjonali jirrifjutaw il-benefiċċju tal-eżenzjoni mill-VAT favur kunsinna intra-Komunitarja meta fatti oġġettivi jippermettu li jiġi stabbilit li twettqet frodi tal-VAT mal-provvista ta’ oġġetti u li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li kienet qed tipparteċipa f’tali operazzjoni, fil-każ li l-liġi nazzjonali ma tipprevedix li din il-persuna għandha tiġi mċaħħda mill-benefiċċju tal-eżenzjoni f’ċirkustanzi bħal dawn?


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ April 2013 — Turbu.com Mobile Phone’s BV; parti oħra: Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-164/13)

2013/C 171/38

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Turbu.com Mobile Phone’s BV

Parti oħra: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jimponi fuq l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali l-obbligu li jirrifjutaw il-benefiċċju tad-dritt ta’ tnaqqis meta fatti oġġettivi juru li tkun saret frodi tal-VAT fi provvista ta’ beni u li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf bil-parteċipazzjoni tagħha fiha, fil-każ li l-liġi nazzjonali ma tipprevedix id-dekadenza ta’ dan id-dritt f’ċirkustanzi simili?


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/19


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-169/13)

2013/C 171/39

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Yerrell u J. Hottiaux)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, (1) fir-rigward ta’ sewwieqa li jaħdmu għal rashom, u f’kull każ billi ma nnotifikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(1), 3 sa 7 u 11 ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Direttiva 2002/15/KE ilha applikabbli għas-sewwieqa li jaħdmu għal rashom mit-23 ta’ Marzu 2009.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 224.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Lyon (Franza) fid-9 ta’ April 2013 — Maurice Leone, Blandine Leone vs Garde des Sceaux, Ministre de la Justice, Caisse nationale de retraite des agents des collectivités locales

(Kawża C-173/13)

2013/C 171/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Lyon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maurice Leone, Blandine Leone

Konvenuti: Garde des Sceaux, Ministre de la Justice, Caisse nationale de retraite des agents des collectivités locales

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu L.24 u tal-Artikolu R.37 tal-Code des pensions civiles et militaires de retraites [Kodiċi dwar il-pensjonijiet tal-irtirar ċivili u militari] kif jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Liġi finanzjarja rettifikattiva għall-2004, Nru 2004-1485, tat-30 ta’ Diċembru 2004, u mid-Digriet Nru 2005-449, tal-10 ta’ Mejju 2005, jistgħu jitqiesu bħala li jagħtu lok għal diskriminazzjoni indiretta bejn l-irġiel u n-nisa fis-sens tal-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?

(2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15 tad-Digriet 2003-1306, tas-26 ta’ Diċembru 2003, dwar l-iskema tal-irtirar tal-uffiċjali affiljati mal-Caisse nationale de retraites des agents des collectivités locales jistgħu jitqiesu bħala li jagħtu lok għal diskriminazzjoni indiretta bejn l-irġiel u n-nisa fis-sens tal-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?

(3)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għal waħda mill-ewwel żewġ domandi, tali diskriminazzjoni indiretta hija ġustifikabbli fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 157(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/20


Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-496/10, Bank Mellat vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-176/13 P)

2013/C 171/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Bishop, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Mellat, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-496/10;

tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-każ u tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Bank Mellat kontra l-miżuri kkontestati;

tikkundanna lil Bank Mellat għall-ispejjeż tal-Kunsill fil-proċeduri tal-ewwel istanza u ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kunsill jikkunsidra li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2012 fil-Kawża T-496/10, Bank Mellat vs Il-Kunsill, hija vvizzjata bl-iżbalji ta’ liġi segwenti:

(1)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet, fir-rigward tal-ammissibbiltà tar-rikors, li Bank Mellat seta’ jinvoka l-protezzjoni u l-garanziji tad-drittijiet fundamentali indipendentement minn jekk setax jiġi kkunsidrat bħala organu tal-Istat Iranjan;

(2)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li uħud mir-raġunijiet mogħtija għall-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra Bank Saderat ma kinux preċiżi biżżejjed;

(3)

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill;

(4)

Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li r-raġunijiet mogħtija għall-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra Bank Saderat ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tan-nomima tiegħu fl-atti legali rilevanti u ma kinux immotivati, sa fejn:

naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni konstatazzjoni mill-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li tikkonċerna l-fatt li Bank Mellat ippermetta lill-entitajiet Iranjani fl-ambitu nukleari, ta’ missili u ta’ difiża li jwettqu tranżazzjonijiet;

naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni kif xieraq il-fatt li l-provi tas-sostenn ta’ Bank Mellat għall-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari tal-Iran joriġinaw minn sorsi kunfidenzjali;

żbaljat li kkunsidrat li l-ammissjoni tal-Bank Mellat, li pprovda servizzi bankarji lil entità involuta fl-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari tal-Iran qabel in-nomina tiegħu mill-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Unit, ma kinitx suffiċjenti sabiex tiġġustifika l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra Bank Mellat.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/21


Appell ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 minn Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS, Travetanche Injection SPRL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fl-1 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-368/11 — Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS, Travetanche Injection SPRL vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-199/13 P)

2013/C 171/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Polyelectrolyte Producers Group, SNF SAS u Travetanche Injection SPRL (rappreżentant: K. Van Maldegem, avukat, R. Cana, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-368/11; u

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011 (ir-“Regolament ikkontestat”) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (Akrilammid) (1); jew

sussidjarament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali biex tiddiċiedi dwar ir-rikors għall-annullament tal-appellanti; u

tikkundanna l-appellata għall-ispejjeż kollha ta’ dawn il-proċeduri (inklużi l-ispejjeż tal-Qorti Ġenerali).

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li, meta ċaħdet ir-rikors tagħhom għal annullament fir-rigward tar-Regolament ikkontestat, il-Qorti Ġenerali kisret il-liġi tal-Komunità. B’mod partikolari, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fl-interpretazzjoni tagħha tal-fatti u tal-qafas legali kif applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Bħala riżultat ta’ dan, il-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fil-liġi; b’mod partikolari:

interpretat b’mod żbaljat ir-Regolament 1488/94 (2) meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ma ħadietx kont tal-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti;

interpretat b’mod żbaljat ir-Regolament 1488/94 meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tad-data tal-espożizzjoni li ttieħed inkunsiderazzjoni;

żbaljat fil-liġi u interpretat b’mod żbaljat ir-REACH meta kkonkludiet li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni billi adottat ir-Regolament ikkontestat fuq il-bażi ta’ informazzjoni relatat ma’ prodott differenti mill-prodott suġġett għar-restrizzjonijiet mir-Regolament ikkontestat;

żbaljat fil-liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ proporzjonalità;

żbaljat fil-liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kisritx l-obbligi tagħha ta’ motivazzjoni; u

interpretat b’mod żbaljat ir-Regolament ikkontestat meta kkonstatat li jkopri wkoll ħalib tat-tikħil tal-NMA li jinkludi l-Akrilammid.

Għal dawn ir-raġunijiet l-appellanti jitolbu li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-368/11 tiġi annullata u li r-Regolament ikkontestat jiġi annullat.


(1)  ĠU L 101, p. 12

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94, tat-28 ta’ Ġunju 1994, li jistipula l-prinċipji għall-studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta’ materjali eżistenti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 360)


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/22


Appell ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-5 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-494/10, Bank Saderat Iran vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-200/13 P)

2013/C 171/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u S. Boelaert, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Saderat Iran, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-494/10;

tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-każ u tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Bank Saderat kontra l-miżuri kkontestati;

tikkundanna lil Bank Saderat għall-ispejjeż tal-Kunsill fil-proċeduri tal-ewwel istanza u ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kunsill jikkunsidra li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-494/10, Bank Sederat Iran vs Il-Kunsill, hija vvizzjata bl-iżbalji ta’ liġi segwenti:

(1)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet, fir-rigward tal-ammissibbiltà tar-rikors, li Bank Saderat seta’ jinvoka l-protezzjoni u l-garanziji tad-drittijiet fundamentali indipendentement minn jekk setgħax jiġi kkunsidrat bħala organu tal-Istat Iranjan;

(2)

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li waħda mir-raġunijiet mogħtija għall-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra Bank Saderat ma kinitx preċiża biżżejjed;

(3)

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill;

(4)

Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li r-raġunijiet mogħtija għall-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra Bank Saderat ma kinux immotivati, sa fejn:

naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni kif xieraq il-fatt li l-provi tas-sostenn ta’ Bank Saderat għall-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari tal-Iran toriġina minn sorsi kunfidenzjali;

naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni kif suppost riferiment f’Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1803 (2008) f’relazzjoni mal-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari tal-Iran;

żbaljat meta kkunsidrat li l-Kunsill kellu jipproduċi informazzjoni dettaljata dwar it-trattament minn Bank Saderat ta’ ittri ta’ kreditu ta’ żewġ entitajiet partikolari involuti fl-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari tal-Iran.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/22


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2013 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-209/13)

2013/C 171/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson, S. Behzadi-Spencer, aġenti, M. Hoskins QC, P. Baker QC, V. Wakefield, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/52/UE li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (1); u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-Renju Unit marbuta ma’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/52/UE tmur kontra l-Artikolu 327 TFUE minħabba li tawtorizza l-adozzjoni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (iktar ’il quddiem it-“TTF”) b’effetti extraterritorjali li ma josservawx il-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati li ma humiex qegħdin jipparteċipaw f’din il-kooperazzjoni.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/52/UE hija illegali minħabba li tawtorizza l-adozzjoni ta’ TTF b’effetti extraterritorjali li fir-rigward tagħhom ma hemm ebda ġustifikazzjoni fid-dritt internazzjonali konswetudinarju.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/52/UE tmur kontra l-Artikolu 332 TFUE minħabba li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam ta’ TTF, li l-implementazzjoni tagħha neċessarjament ser tikkawża piżijiet għall-Istati li ma humiex qegħdin jipparteċipaw f’din il-kooperazzjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/52/UE, tat-22 ta’ Jannar 2013, li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (ĠU L 22, p. 11).


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/23


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-211/13)

2013/C 171/45

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u W. Roels, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tiddeċiedi li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE billi adottat u żammet regoli li jipprovdu li, fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq is-suċċessjoni u d-donazzjoni marbuta ma’ beni immobbli li jinsab fil-Ġermanja, jingħata biss tnaqqis mit-taxxa limitat, meta d-donatur jew il-mejjet u l-akkwirent ikunu residenti fi Stat Membru ieħor fil-mument tas-suċċessjoni jew tad-donazzjoni, filwaqt li jingħata tnaqqis ogħla sew, meta mill-inqas waħda miż-żewġ persuni kkonċernati tkun tirresjedi fil-Ġermanja f’dak il-mument.

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-tassazzjoni fuq is-suċċessjoni u d-donazzjoni hija mnaqqsa fid-dritt Ġermaniż bi tnaqqis relattivament għoli, b’mod partikolari fil-każ ta’ suċċessjonijiet u ta’ donazzjonijiet bejn miżżewġin, bejn ġenituri u wlied, kif ukoll bejn ċerti qraba. Madankollu, dan it-tnaqqis għoli japplika biss meta l-Ġermanja teżerċita setgħa illimitata ta’ tassazzjoni, filwaqt li fil-każ ta’ setgħa limitata ta’ tassazzjoni, ikun applikabbli biss tnaqqis fiss ta’ ammont inferjuri. Skont il-kriterji li l-Qorti tal-Ġustizzja esponiet fis-sentenza Mattner  (1), din il-leġiżlazzjoni ma hijiex kompatibbli mal-Artikolu 63 TFUE.


(1)  Sentenza tat-22 ta’ April 2010, Mattner, C-510/08, Ġabra p. I-3553.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/23


Appell ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 minn Acron OAO, Dorogobuzh OAO mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-235/08, Acron OAO u Dorogobuzh OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-215/13 P)

2013/C 171/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Acron OAO, Dorogobuzh OAO (rappreżentanti: B. Evtimov, E. Borovikov, avukati, D. O’Keeffe, solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Fertilizers Europe

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-235/08: Acron OAO u Dorogobuzh OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tagħti sentenza finali fuq il-mertu tal-kawża, u tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2008, tal-10 ta’ Marzu 2008, li jwaqqaf ir-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tad-dazju ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fir-Russja (1), sa fejn jaffettwa lill-appellanti;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż tal-appellanti fiż-żewġ istanzi;

tordna li l-intervenjenti Fertilizers Europe għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll l-ispejjeż tagħha fil-każ tal-eventwali intervent tagħha fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u li għandha tbati l-ispejjeż kollha sostnuti mill-appellanti marbuta mal-intervent(i) tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali:

interpretat b’mod żbaljat l-ewwel subparagrafu tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku antidumping, u b’dan il-mod id-dispożizzjoni korrispondenti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 fl-Anness 1A tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (iktar ’il quddiem il-“FAD”);

ikkonfermat interpretazzjoni legali żbaljata u ksur tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku antidumping u b’dan il-mod tad-dispożizzjoni korrispondenti tal-Artikolu 2.2 FAD;

ma wettqitx evalwazzjoni legali korretta tar-relazzjoni bejn, minn naħa, it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(5) u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku antidumping, u konsegwentement ikkonfermat interpretazzjoni legali żbaljata tal-premessi 3 u 4 tal-preambolu tar-Regolament (KE) 1972/2002 u għaldaqstant tal-ewwel subparagrafu tat-tieni sentenza tal-Artikolu 2(5), u ma żguratx il-konsistenza ta’ din l-interpretazzjoni/dispożizzjoni mal-FDA.


(1)  ĠU L 75, p. 1


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/24


Appell ippreżentat fit-23 April 2013 minn Acron OAO mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-118/10 — Acron OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-216/13 P)

2013/C 171/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Acron OAO (rappreżentanti: B. Evtimov, E. Borovikov, avukati, D. O’Keeffe, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; Il-Kummissjoni Ewropea; Fertilizers Europe

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-118/10, Acron OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Eewropea;

tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-mertu tat-tilwima u tannulla r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1251/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1911/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrat tal-ammonju li joriġinaw, inter alia, mir-Russja (1), sa fejn jikkonċerna lill-appellanti;

tikkundanna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż tal-appellanti fiż-żewġ istanzi;

tikkundanna lill-intervenjenti, Fertlizers Europe, tbati l-ispejjeż tagħha stess fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll l-ispejjeż tagħha stess fl-eventwalità li tagħmel intervent fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u tbati l-ispejjeż kollha tal-appellanti marbuta mal-intervent(i) tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali:

interpretat b’mod żbaljat l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament antidumping bażiku u għalhekk id-dispożizzjoni korrispondenti li tinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ 1994 li jinsab fl-Anness IA tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (iktar ’il quddiem l-“ADA”);

ikkonfermat interpretazzjoni legali żbaljata u kkonfermat ksur tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament antidumping bażiku u għalhekk tad-dispożizzjoni korrispondenti li tinsab fl-Artikolu 2.2 tal-ADA;

naqset milli tagħmel evalwazzjoni legali korretta tar-relazzjoni bejn it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(5), minn naħa, u tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament antidumping bażiku, min-naħa l-oħra, u għalhekk ikkonfermat interpretazzjoni legali żbaljata tal-premessi 3 u 4 tal-preambolu tar-Regolament (KE) Nru 1972/2002 (2) u għalhekk tat-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(5), u naqset milli tiżgura konsistenza bejn din l-aħħar interpretazzjoni/dispożizzjoni u l-ADA;

ikkonfermat ksur tal-Artikolu 2(6)(c) tar-Regolament antidumping bażiku u żball manifest ta’ evalwazzjoni.


(1)  ĠU L 338, p. 5.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1972/2002, tal-5 ta’ Novembru 2002, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 384/96 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni li hi l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Komunità Ewropea ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 132).


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/25


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-248/13)

2013/C 171/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, J.-P. Keppenne u D. Martin, aġenti)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikkjara li billi ma adottax il-proposta tal-Kummissjoni dwar regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli għal dawn ir-remunerazzjonijiet u pensjonijiet, il-Kunsill naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt ir-Regolamenti tal-Persunal.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill astjena illegalment milli jadotta l-proposta ta’ regolament tal-Kummissjoni li jaġġusta r-remunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali skont l-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, minkejja li mill-kliem vinkolanti ta’ dan l-artikolu jirriżulta li l-metodu ta’ aġġustament annwali ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet u pensjonijiet huwa proċedura awtomatika li ma tħalli ebda marġni ta’ diskrezzjoni għall-Kunsill. L-imsemmi artikolu fil-fatt jobbliga lil dan tal-aħħar sabiex jadotta l-proposta tal-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Diċembru tas-sena kurrenti. Il-Kummissjoni tikkritika lill-Kunsill li sempliċement ikkonstata li ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata fi ħdanu sabiex jadotta l-proposta tal-Kummissjoni li tirrigwarda, minn naħa, l-aġġustament tas-salarji, u min-naħa l-oħra, il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni previsti fl-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal. Skont ir-rikorrenti, il-Kunsill fil-fatt applika, mingħajr motivazzjoni, l-Artikolu 10 tal-Anness XI, filwaqt li injora l-prerogattivi tal-Kummissjoni u tal-Parlament. Meta għamel dan, il-Kunsill mhux biss kiser id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, iżda wkoll, il-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali, filwaqt li wettaq użu ħażin ta’ poter.


Il-Qorti Ġenerali

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Bell & Ross vs UASI — KIN (Kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn)

(Kawża T-80/10) (1)

(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn - Disinn preċedenti - Raġuni ta’ invalidità - Nuqqas ta’ karattru individwali - Nuqqas ta’ impressjoni globali differenti - Utent avżat - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Artikoli 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Konnessjoni ma’ kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Qorti tad-disinni Komunitarji - Artikolu 91 tar-Regolament Nru 6/2002)

2013/C 171/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bell & Ross BV (Zoetermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Guerlain, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: KIN AB (Upplands Väsby, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Nielsen u C. Galichet, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Diċembru 2009 (Każ 1285/200-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Klockgrossisten i Norden AB u Bell & Ross BV.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Bell & Ross BV hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk li KIN AB sostniet matul il-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 113, 1.5.2010.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2013 — Kieffer Omnitec vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-288/11) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Manutenzjoni ta’ installazzjonijiet TVKA, sistema ta’ tbexxix u installazzjonijiet tal-ilma u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bini Joseph-Bech fil-Lussemburgu - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Ugwaljanza fit-trattament - Trasparenza - Proporzjonalità - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 171/50

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: A+P Kieffer Omnitec Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Delvaux, V. Bertrand u M. Devos, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u S. Delaude, aġenti, assistiti minn V. Vanden Acker, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ April 2011, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti li tikkonċerna l-għoti ta’ kuntratt ta’ manutenzjoni ta’ TVKA, sistema ta’ tbexxix u installazzjonijiet tal-ilma u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bini Joseph Bech fil-Lussemburgu (ĠU 2010/S 241-367523), u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

A+P Kieffer Omnitec Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 27.8.2011.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2013 — Alumina vs Il-Kunsill

(Kawża T-304/11) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ trab zeolit A li joriġinaw mill - Bosnja-Ħerzegovina - Valur normali - Natura rappreżentattiva tal-bejgħ domestiku - Marġni ta’ profitt - Tranżazzjonijiet kummerċjali normali)

2013/C 171/51

Lingwa tal-ekawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alumina d.o.o. (Zvornik, il-Bosnja-Ħerzegovina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u B. Servais, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u A. Polcyn, avukati)

Parti interjenventi in sostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 464/2011, tal-11 ta’ Mejju 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina (ĠU L 125, p. 1), sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 464/2011, tal-11 ta’ Mejju 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina, huwa annullat sa fejn jikkonċerna Alumina d.o.o.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess,

(3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 226, 30.7.2011.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2013 — Boehringer Ingelheim International vs UASI (RELY-ABLE)

(Kawża T-640/11) (1)

(Trade mark Kommunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali RELY-ABLE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni superfluwa)

2013/C 171/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boehringer Ingelheim International GmbH (Ingelheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck u C. Steudtner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Settembru 2011 (Kawża R 756/2011-4), li tikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea tas-sinjal verbali RELY-ABLE.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Boehringer Ingelheim International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 58, 25.2.2012.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2013 — ABC-ONE vs UASI (SLIM BELLY)

(Kawża T-61/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SLIM BELLY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 171/53

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ABC-One Produktions- und Vertriebs GmbH (Villach St. Magdalen, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Merz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Novembru 2011 (Każ R 1077/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SLIM BELLY bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

ABC-One Produktions- und Vertriebs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 98, 31.3.2012.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/28


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2013 — Skype vs UASI — British Sky Broadcasting and Sky IP International (SKYPE)

(Kawża T-183/13)

2013/C 171/54

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skype (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor, J. Schmitt, avukat u J. Mellor, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit) u Sky IP International Ltd (Isleworth)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 2398/2010-4;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-proprjetarju

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “SKYPE” — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 660 065 għal servizzi fil-klassi 38

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-partijiet l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark “SKY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 41 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3 203 411

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/28


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2013 — Skype vs UASI — British Sky Broadcasting and Sky IP International (SKYPE)

(Kawża T-184/13)

2013/C 171/55

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skype (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor, J. Schmitt, avukat, u J. Mellor, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit) u Sky IP International Ltd (Isleworth)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 121/2011-4;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-proprjetarju

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “SKYPE” — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 521 084 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-partijiet l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark “SKY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38, 41 u 42 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3 203 411

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti u s-servizzi kollha kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/29


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2013 — Jannatian vs Il-Kunsill

(Kawża T-187/13)

2013/C 171/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mahmoud Jannatian (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: E. Rosenfeld u S. Monnerville, lawyers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent: (i) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/479/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2008, li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1); (ii) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE tat-23 ta’ Ġunju 2008, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2); (iii) Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/652/PESK, tas-7 ta’ Awwissu 2008, li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (3); (iv) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/840/PESK, tas-17 ta’ Novembru 2009, li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (4); (v) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (5); (vi) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (6); (vii) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2009, tas-17 ta’ Novembru 2009, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar id-Deċiżjoni 2008/475/KE (7); (viii) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (8); (ix) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (9); u

tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-Kunsill

Ir-rikorrent isostni li skont l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, miżuri restrittivi jistgħu jiġu adottati biss b’inizjattiva komuni bejn il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli. Id-deċiżjonijiet ikkontestati u r-regolamenti ġew adottati mill-Kunsill li aġixxa waħdu. Għaldaqstant huma vvizzjati minħabba nuqqas ta’ kompetenza.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Ir-rikorrent isostni li l-motivazzjoni mogħtija għall-inklużjoni ta’ M. Jannatian fl-Anness II hija impreċiża wisq sabiex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza fir-rigward tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Sabiex jissodisfa l-obbligu li jingħataw raġunijiet, il-Kunsill imissu stabbilixxa l-punti konkreti u speċifiċi li jikkaratterizzaw l-eżistenza ta’ appoġġ effettiv ipprovdut mir-rikorrent lejn il-Gvern tal-Iran jew lejn l-attivitajiet nukleari tal-Iran li huma sensittivi fejn tidħol il-proliferazzjoni. Id-deċiżjonijiet u r-regolamenti kkontestati huma għaldaqstant ivvizzjati minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti

Ir-rikorrent isostni li: l-ewwel nett, sa fejn huma neqsin minn motivazzjoni, id-deċiżjonijiet u r-regolamenti kkontestati għaldaqstant jiksru d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent; it-tieni nett, l-illegalità tad-deċiżjonijiet u r-regolamenti kkontestati taffettwa dawn il-proċeduri ġaladarba minn naħa tipprekludi l-possibbiltà għar-rikorrent li jippreżenta difiża u, min-naħa l-oħra, il-kapaċità tal-Qorti li twettaq reviżjoni tal-legalità tad-deċiżjonijiet u r-regolamenti kkontestati hija vvizzjata. Għalhekk id-drittijiet tar-rikorrent għal rimedju ġudizzjarju effettiv huma miksura; u fl-aħħar nett, sa fejn id-drittijiet tad-difiża ġew miċħuda fil-konfront tar-rikorrent u inkwantu l-kapaċità tal-Qorti li twettaq stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet u r-regolamenti kkontestati fir-rigward ta’ miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi — li min-natura tagħhom stess huma “partikolarment opprimenti” — hija ppreġudikata, ġiet imposta fuq ir-rikorrent restrizzjoni fuq id-dritt tiegħu għal proprjetà li ma kinitx ġustifikata.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ provi kontra r-rikorrent

Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill naqas milli jipproduċi l-provi u l-informazzjoni li uża meta adotta d-deċiżjonijiet u r-regolamenti kkontestati.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball ta’ fatt

Ir-rikorrent isostni li bil-kontra ta’ dak li jintqal fid-deċiżjonijiet u r-regolamenti kkontestati, ir-rikorrent ma kienx għadu Deputat Kap tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika fid-dati rispettivi tal-inklużjoni tiegħu fost il-persuni u entitajiet li jaqgħu taħt il-portata tal-miżuri restrittivi. Għaldaqstant il-Kunsill wettaq żball ta’ fatt meta inkluda lir-rikorrent għas-sempliċi raġuni li, fid-data tal-varji deċiżjonijiet u regolamenti kkontestati, huwa kien id-Deputat Kap tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi

Ir-rikorrent isostni li l-Artikolu 20(b) ma huwiex intiż li japplika fih innifsu għal individwi li jokkupaw pożizzjonijiet maniġerjali f’entità inkluża fl-Anness VIII. Barra minn hekk, l-Artikolu 20(b) jipprovdi għal din l-inklużjoni ta’ individwi “li jkunu impenjati fi, assoċjati direttament ma’, jew jipprovdu appoġġ għal, attivitajiet nukleari sensittivi f’termini ta’ proliferazzjoni tal-Iran […]” Billi inkluda lir-rikorrent fl-Anness II mingħajr ma pproduċa prova li r-rikorrent kien qed jipprovdi appoġġ attiv u effettiv lejn l-attivitajiet nukleari tal-Iran meta ġie inkluż fl-Anness II, il-Kunsill wettaq żball ta’ liġi.

(7)

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Ir-rikorrent isostni li fil-każ inkwistjoni, ebda għan ta’ interess ġenerali ma jista’ jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ tali miżuri restrittivi fuq individwi li anki għal perijodu qasir okkupaw pożizzjoni maniġerjali fl-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran. Barra minn hekk, anki li kieku l-miżuri kellhom jiġu kkunsidrati bħala ġġustifikati minħabba għanijiet ta’ interess ġenerali, xorta waħda jibqgħu miftuħa għal kritika minħabba li jonqsu milli josservaw rabta raġonevoli ta’ proporzjonalità bejn il-mezzi li ntużaw u l-għan li kellu jintlaħaq.


(1)  ĠU L 163 p. 43

(2)  ĠU L 163, p. 29

(3)  ĠU L 213, p. 58

(4)  ĠU L 303, p. 64

(5)  ĠU L 195, p. 39

(6)  ĠU L 281, p. 81

(7)  ĠU L 303, p. 31

(8)  ĠU L 281, p. 1

(9)  ĠU L 88, p. 1


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/30


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2013 — Transworld Oil Computer Centrum et vs Eurojust

(Kawża T-192/13)

2013/C 171/57

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Transworld Oil Computer Centrum BV (Berg en Dal, il-Pajjiżi l-Baxxi); Transworld Payment Solutions Ltd (Bermuda); Transworld ICT Solutions Ltd (Bangalore, l-Indja); Transworld Oil USA, Inc. (Houston, l-Istati Uniti tal-Amerka); Bermuda First Curaçao Ltd (Bermuda), u Johannes Christiaan Martinus Augustinus Maria Deuss (Bermuda) (rappreżentant: T. Barkhuysen, avukat)

Konvenut: Eurojust

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni konfermatorja tal-Eurojust tat-2 ta’ Frar 2013;

tordna lill-Eurojust jiddeċiedi mill-ġdid, fuq il-bażi tat-talba konfermatorja tal-31 ta’ Diċembru 2012, fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Eurojust għall-ispejjeż marbuta mal-proċedura ta’ rikors u għall-ispejjeż marbuta mat-talba konfermatorja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-argument li l-Eurojust ma eżaminax ir-raġunijiet legali kollha invokati mir-rikorrenti.

It-talba għal informazzjoni tal-4 ta’ Ottubru 2012 u t-talba konfermatorja għal informazzjoni tal-31 ta’ Diċembru 2013 huma bbażati fuq diversi bażijiet, fosthom fuq l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fuq l-Artikoli 8(2), 41(2) u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2010, C 83, p. 389). Minkejja dan, fid-deċiżjoni kkontestata, l-Eurojust ibbaża ruħu biss fuq ir-regoli dwar l-aċċess għal dokumenti stabbiliti minnu stess. Il-Eurojust, b’mod żbaljat, naqas milli jevalwa r-raġunijiet l-oħra invokati mir-rikorrenti.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-argument li l-adozzjoni tad-deċiżjoni konfermatorja hija vvizzjata b’nuqqas u li l-motivazzjoni tagħha hija wkoll ivvizzjata.

Il-Eurojust jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni mitluba billi jirreferi għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tar-regoli dwar l-aċċess għal dokumenti tiegħu stess. Madankollu, fid-deċiżjoni kkontestata l-Eurojust ma jispjegax, jew jispjega b’mod insuffiċjenti, għalfejn u sa fejn dawn l-eċċezzjonijiet japplikaw għall-każ ineżami.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-argument li l-eċċezzjonijiet “sakemm tkun pendenti l-investigazzjoni nazzjonali” u “ġlieda kontra l-kriminalità serja”, li jinsabu fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tar-regoli dwar l-aċċess għal dokumenti tal-Eurojust, ġew applikati b’mod żbaljat.

Ir-rikorrenti jsostnu li għandhom suspett raġonevoli u ġustifikat li awtorità inkwirenti aġixxiet b’mod illegali fil-kuntest ta’ investigazzjoni (preliminari) kriminali. Sabiex jipprovaw aħjar dan is-suspett huma kienu, fost oħrajn, ressqu talba għal informazzjoni quddiem il-Eurojust. Dan tal-aħħar isostni li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata sa fejn għadha pendenti investigazzjoni (preliminari) ġudizzjarja. Skont ir-rikorrenti, Eurojust qiegħed jinvoka dawn l-eċċezzjonijiet b’mod żbaljat u mingħajr motivazzjoni suffiċjenti.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-argument li l-eċċezzjoni “privatezza u integrità tal-persuni”, li tinsab fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tar-regoli dwar l-aċċess għal dokumenti tal-Eurojust, ġiet applikata b’mod żbaljat.

Eurojust la sostna u lanqas argumenta li d-dokumenti mitluba fihom informazzjoni personali dwar terzi. Barra minn hekk, is-sempliċi fatt li dokument ikun fih data personali ma jimplikax neċessarjament preġudizzju għall-ħajja personali jew għall-integrità tal-persuna. Id-dikjarazzjonijiet eventwali ta’ uffiċjali, li ma jsirux f’kapaċità personali, ma jistgħu f’ebda każ jikkostitwixxu raġuni sabiex ma tiġix żvelata l-informazzjoni mitluba.

Sa fejn huma implikati l-integrità u l-privatezza ta’ persuna, il-Eurojust kien imissu eżamina jekk u sa fejn id-dokumenti mitluba — jekk meħtieġ f’verżjoni kunfidenzjali tagħhom jew parzjalment — setgħux xorta waħda jiġu kkomunikati. Il-Eurojust lanqas ma wettaq dan l-eżerċizzju u dan l-aġir ma huwiex ġustifikat.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-argument li l-eċċezzjoni “effetti tar-regoli applikabbli fil-każ ta’ ksur tas-sigriet professjonali”, li tinsab fil-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 4 tar-regoli dwar l-aċċċess għal dokumenti tal-Eurojust, ġiet applikata b’mod illegali.

Ir-riferiment għal din l-eċċezzjoni ma huwiex motivat. Ir-rikorrenti jsostnu li ma ġewx informati dwar liema regoli dwar il-kunfidenzjalità huma applikabbli u jikkontestaw il-fatt li japplikaw regoli dwar l-aċċess li jipprekludu l-komunikazzjoni tad-dokumenti mitluba.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/31


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2013 — dm-drogerie markt vs UASI — V-Contact (CAMEA)

(Kawża T-195/13)

2013/C 171/58

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Beinert u O. Bludovsky, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: V-Contact Kft (Szada, l-Ungerija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Jannar 2013 (Appell dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru R 452/2012-1) u, bħala korrezzjoni, tħassar it-trade mark tal-applikant;

sussidjarjament tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Jannar 2013 (Appell dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru R 452/2012-1) u, tirrinvija l-każ lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni;

sussidjarjament tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Jannar 2013 (Appell dwar proċedimenti ta’ oppozżizzjoni Nru R 452/2012-1).

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CAMEA” għal, inter alia, prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 279 928

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika, inter alia, l-Unjoni Ewropea u li tkopri prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 8

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/31


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2013 — Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI — Stal Florez Botero (la nana)

(Kawża T-196/13)

2013/C 171/59

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lina. M. Stal-Florez Botero (Maarssen, il-Pajjizi l-Baxxi)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-29 ta’ Jannar 2013, fil-Każ R 300/2012-1, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru.000005025 C (Trade mark Komunitarja Nru. 005205125) bejn Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG u Lina M. Stal-Florez Botero h.o.d.n. La Nana;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “la nana” għall-prodotti fil-klassijiet 16, 20 u 24 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 205 125

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-motivi tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienu dawk stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(b) flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda fl-intier tagħha skont l-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b), l-Artikolu 57(2) u (3) u l-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/32


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2013 — Imax vs UASI — Himax Technologies (IMAX)

(Kawża T-198/13)

2013/C 171/60

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Imax Corporation (Mississauga, il-Kanada) (rappreżentanti: V. von Bomhard, avukat, u K. Hughes, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Himax Technologies, Inc. (Tainan County, it-Tajwan)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Jannar 2013, fil-Każ R 740/2012-5; u

tikkundanna lill-konvenut, u jekk il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “IMAX” għal prodotti fil-klassijiet 9, 41 u 45 — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 9 392 556

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjonijiet ta’ trade mark Komunitarja Nru 4 411 658 u Nru 4 411 641 tat-trade mark figurattiva “Himax” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/32


Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 minn Patrizia De Luca mis-sentenza mogħtija fit-30 ta’ Jannar 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-20/06 RENV, De Luca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-200/13 P)

2013/C 171/61

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Patrizia De Luca (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati)

Appellati: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

taqta’ u tiddeċiedi,

is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-30 ta’ Jannar 2013, De Luca vs Il-Kummissjoni (F-20/06 RENV, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata;

tiddeċiedi l-kawża mill-ġdid,

taqta’ u tiddeċiedi,

id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ Frar 2005 li l-appellanti tinħatar bħala amministratur, sa fejn hija tistabbilixxi l-klassifikazzjoni fi grad tagħha A*9, skala 2, hija annullata;

il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż fiż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka numru ta’ aggravji bbażati fuq żbalji ta’ liġi:

it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku interpreta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-563/10 P, De Luca vs Il-Kummissjoni, fis-sens li tillimita l-eżami tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata fl-ewwel istanza biss għall-effetti tal-applikazzjoni b’mod analogu tar-regoli ta’ reklutaġġ, mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni l-prijorità tad-dispożizzjonijiet applikabbli fil-qasam tal-iżvilupp normali tal-karriera;

it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonkluda li l-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea seta’ jiġi applikat legalment b’mod analogu, filwaqt li kkonstata li dan ma kien jagħti l-ebda vantaġġ lill-appellanti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ karriera u li l-vantaġġ limitat f’termini ta’ remunerazzjoni kien jispiċċa eventwalment;

it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma wettaqx l-eżami tal-legalità tal-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-applikazzjoni tiegħu b’mod analogu għall-appellanti fid-dawl tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ prospetti raġonevoli ta’ karriera;

għaldaqstant li huwa t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li għandu jivverifika, u mhux l-appellanti li tipprova, in-natura manifestament mhux xierqa tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eskluda immedjatament, mingħajr eżami fid-dettall, l-argument tal-appellanti bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament li jirriżulta mill-fatt li l-prospetti raġonevoli ta’ karriera tal-uffiċjali għall-promozzjoni taħt l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal huma protetti minkejja t-tibdil li sar fir-regolamenti, meta dan ma huwiex il-każ tal-appellanti, minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/33


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 — Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-202/13)

2013/C 171/62

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Group’Hygiène (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla b’effet immedjat, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, inkwantu żżid il-mandrini fil-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ, bl-eċċezzjoni ta’ dawk intiżi għall-użu industrijali;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni, sa fejn il-Kummissjoni ma tistax temenda, fuq il-bażi tas-setgħa ta’ eżekuzzjoni tagħha, l-elementi essenzjali tal-leġiżlazzjoni bażika. Peress li d-Direttiva 2013/2/UE (1) estendiet id-definizzjoni ta’ imballaġġ għall-prodotti li ma humiex imsemmija mid-Direttiva 94/62/KE (2), id-Direttiva 2013/2/UE hija vvizzjata minn nuqqas ta’ kompetenza.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea dwar l-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li d-Direttiva 2013/2/UE ma tispjegax ir-raġunijiet għaliex huma biss ċerti mandrini li jikkostitwixxu imballaġġ. Ir-rikorrent isostni li l-motivazzjoni tal-att kienet partikolarment meħtieġa peress li l-miżura kkontestata tikkostitwixxi bidla ta’ pożizzjoni meta mqabbla mal-pożizzjonijiet preċedenti tal-korpi tal-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-Direttiva 94/62/KE, sa fejn huwa ċar li l-mandrini ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala imballaġġ, peress li tali madrin huwa element purament intern tal-prodott u ma jikkorrispondix għad-definizzjoni legali tal-imballaġġ użata fid-Direttiva 94/62/KE.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, peress li d-Direttiva 2013/2/UE tittratta b’mod differenti sitwazzjonijiet li huma paragunabbli, sa fejn id-direttiva ma tikklassifikax bħala imballaġġ il-mandrini industrijali, meta l-mandrini industrijali u dawk li ma humiex industrijali huma f’sitwazzjoni oġġettivament paragunabbli u sa fejn prodotti li għandhom karatteristiċi simili għal dawk tal-mandrini huma esklużi mill-kategorija ta’ imballaġġ.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, sa fejn id-Direttiva 2013/2/UE timmina b’mod rapidu, u mingħajr miżuri tranżitorji, l-approċċ tal-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea li jipprovdi li l-mandrini ma humiex imballaġġ fis-sens tad-Direttiva 94/62/KE.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-miżura kkontestata toħloq konsegwenzi finanzjarji sproporzjonati għall-operaturi ekonomiċi tas-settur peress li, b’differenza mill-manifatturi l-oħra suġġetti għal-leġiżlazzjoni dwar l-imballaġġ, il-manifatturi tal-mandrini ma jistgħux inaqqsu l-volum tal-mandrini prodotti, peress li dawn huma assolutament neċessarji u inegrati fil-prodotti.


(1)  ĠU 2013, L 37, p. 10.

(2)  Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 1994, dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 13, p. 349).


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/34


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2013 — Stance vs UASI — Pokarna (STANCE)

(Kawża T-206/13)

2013/C 171/63

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stance, Inc. (San Clemente, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pokarna Ltd (Secundrabad, l-Indja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-1 ta’ Frar 2013 fil-Każ R 885/2012-5 li tirrigwarda l-oppożizzjoni bbażata fuq ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 005 491 329 kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 008 957 516“STANCE”;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “STANCE” għal prodotti fil-klassi 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 957 516

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja għat-trade mark figurattiva bil-kuluri iswed u abjad “STANZA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kkontestati kollha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 65, 8(1)(b), 75, 76(1), (2) u 83 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/34


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2013 — 1872 Holdings vs UASI — Havana Club International (THE SPIRIT OF CUBA)

(Kawża T-207/13)

2013/C 171/64

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 1872 Holdings vof (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Antoine-Lalance, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Havana Club International, SA (Ħavana, Kuba)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tal-31 ta’ Jannar 2013, fil-Każ R 684/2012-1;

Tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “THE SPIRIT OF CUBA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35 u 42 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 109 106

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talba ta’ invalidità kienet ibbażata fuq l-Artikoli 52(1)(a) u 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkontestata ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/35


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 — Typke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-214/13)

2013/C 171/65

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rainer Typke (Hasbergen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Cortese u A. Salerno, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-5 ta’ Frar 2013 li tirrifjuta l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) — fil-Proċedura GESTDEM 2012/3258;

tannulla d-deċiżjoni negattiva impliċita tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Marzu 2013 dwar l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrent għal aċċess għal dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 — fil-Proċedura GESTDEM 2012/0068;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kif ukoll ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-imsemmi regolament, għaliex:

Is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li t-talba tar-rikorrent ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li timplika l-ħolqien ta’ dokumenti ġodda minflok aċċess għal dawk eżistenti, ma hijiex fondata;

Is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li t-talbiet tar-rikorrent huma sproporzjonati, u għaldaqstant inammissibbli, anki jekk titqies il-possibbiltà li jingħata aċċess parzjali, ma hijiex fondata;

Is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li t-talbiet tar-rikorrent huma esklużi minħabba l-ħtieġa li ma tiġix żvelata data personali ta’ terzi ma hijiex fondata; u

Is-suppożizzjoni tal-Kummissjoni li t-talbiet tar-rikorrent huma esklużi minħabba l-ħtieġa li tinżamm il-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-Bord tal-Għażla, u minħabba l-ħtieġa li jiġi protett il-proċess deċiżjonali tal-imsemmi Bord, ma hijiex fondata.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/35


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 — Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-220/13)

2013/C 171/66

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Scuola Elementare Maria Montessori Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Nucara u E. Gambaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk imressqa fil-Kawża T-219/13 Ferracci vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/35


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2013 — Cofresco Frischhalteprodukte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/13)

2013/C 171/67

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG (Minden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Weil, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewopea

Talbiet

tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid eżempji ta’ prodotti li jistgħu jikkostitwixxu imballaġġ “[ir-r]ollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli (pereżempju film tal-plastik, aluminju, karta)”;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/36


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2013 — Melitta France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-224/13)

2013/C 171/68

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Melitta France (Chezy-sur-marne, Franza) (rappreżentant: H. Weil, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid eżempji ta’ prodotti li jistgħu jikkostitwixxu imballaġġ “[ir-r]ollijiet, tubi u ċilindri li magħhom jiddawwar materjal flessibbli (pereżempju film tal-plastik, aluminju, karta)”;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/36


Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2013 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-6 ta’ Frar 2013 fil-Kawża F-67/12, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-226/13 P)

2013/C 171/69

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ t-talbiet kollha fformulati mir-rikorrent fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-konvenuta għar-rifużjoni, favur l-appellant, tal-ispejjeż sostnuti minn dan tal-aħħar fl-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

F’din il-kawża l-appellant jappella mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-6 ta’ Frar 2013, li ċaħad bħala manifestament infondat fid-dritt rikors intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet it-talba tiegħu għal kumpens għad-dannu allegatament naxxenti wara li ntbagħtet ittra li tikkonċerna l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta’ Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, F-41/06, lill-avukat li rrappreżentah fl-appell ippreżentat kontra din is-sentenza u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas id-dannu allegatament subit minħabba tali ċirkustanza.

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant isostni li hemm difett assolut ta’ motivazzjoni tat-talba għad-danni li ġiet miċħuda, anki minħabba nuqqas ta’ struzzjonijiet u żnaturament u żvijjar tal-fatti, arbitrarjetà, u interpretazzjoni u applikazzjoni ħażina u mhux raġonevoli:

tar-regoli tad-dritt inerenti naxxenti mir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

tal-kunċett ta’ obbligu ta’ motivazzjoni li għandha kull istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea u li għandha l-qorti tal-Unjoni Ewropea;

tal-kunċett ta’ aġir illeċitu min-naħa ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

L-appellant jinvoka wkoll l-illeġittimità tad-deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti tal-ewwel istanza dwar l-ispejjeż tal-proċedura.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/37


Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2013 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti fil-21 ta’ Frar 2013 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-113/11, Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-229/13 P)

2013/C 171/70

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-digriet appellat, in toto u mingħajr eċċezzjonijiet;

tirrinvija l-kawża de qua lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-aggravji u l-argumenti prinċipali huma dawk li diġà ġew invokati fil-Kawża T-203/13 P, Marcuccio vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/37


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — Wepa Lille vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-231/13)

2013/C 171/71

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Wepa Lille (Bousbecque, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/37


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — SCA Hygiène Products vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-232/13)

2013/C 171/72

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: SCA Hygiène Products (Tremblay en France, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/38


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — Hartmann vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-233/13)

2013/C 171/73

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Hartmann SA (Châtenois, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/38


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — Lucart France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-234/13)

2013/C 171/74

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lucart France (Torvilliers, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/38


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — Gopack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-235/13)

2013/C 171/75

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gopack (Manosque, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/38


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — CMC France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-236/13)

2013/C 171/76

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CMC France (Châtenois, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/39


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 — SCA Tissue France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-237/13)

2013/C 171/77

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: SCA Tissue, France (Bois Colombes, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/39


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2013 — Delipapier vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-238/13)

2013/C 171/78

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Delipapier (Frouard, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/39


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2013 — ICT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-243/13)

2013/C 171/79

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Industrie Cartarie Tronchetti SpA (ICT) (Borgo a Mozzano, l-Italja) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/40


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2013 — Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-244/13)

2013/C 171/80

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.-M. Leprêtre u N. Chahid-Nouraï, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla b’effett immedjat, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, peress li żżid iċ-ċokkijiet ta’ torn, ħlief dawk għal użu industrijali, mal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-202/13, Group’Hygiène vs Il-Kummissjoni.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2013 — Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-194/07) (1)

2013/C 171/81

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2013 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-221/07) (1)

2013/C 171/82

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2013 — Zhejiang Heda Solar Technology vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-143/13) (1)

2013/C 171/83

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 123, 27.4.2013.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/41


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ April 2013 — CB vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-73/11) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/181/10 - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ evalwazzjoni)

2013/C 171/84

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: CB (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, C. Bernard-Glanz u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/181/10.

Dispożittiv tas-sentenza

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn CB

(3)

CB għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 282, 24.9.2011, p.53.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/41


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-24 April 2013 — Demeneix vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/12) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Kundizzjoni marbuta mal-esperjenza professjonali - Portata tas-setgħa diskrezzjonali)

2013/C 171/85

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Laurent Demeneix (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 li tikkonferma d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva peress li dan ma jissodisfax ċerti kundizzjonijiet speċifiċi ta’ ammissjoni għal din il-kompetizzjoni u talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

L. Demeneix għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 343, 10.11.2012, p. 23.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/41


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta’ April 2013 — de Brito Sequeira Carvalho vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-126/12) (1)

2013/C 171/86

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 71, 9.3.2013, p. 29.


15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/41


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18.4.2013 — Rosenbaum vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-6/13) (1)

2013/C 171/87

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 108, 13.4.2013, p.39.