ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.164.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 164

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
8 ta' Ġunju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 164/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 156, 1.6.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 164/02

Kawża C-625/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Trasport — Żvilupp tal-linji tal-ferrovija Komunitarji — Direttiva 91/440/KEE — Artikolu 6(3) u Anness II — Direttiva 2001/14/KE — Artikolu 14(2) — Nuqqas ta’ indipendenza ġuridika tal-amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja — Artikolu 11 — Assenza ta’ sistema ta’ titjib tal-ħidma — Traspożizzjoni inkompleta)

2

2013/C 164/03

Kawża C-103/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Systran SA, Systran Luxembourg SA (Appell — Artikolu 225(1) KE, Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE — Kawza kontra l-Komunità Ewropea sabiex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali — Evalwazzjoni tan-natura mhux kuntrattwali tal-kawża — Ġurisdizzjoni tal-qrati Komunitarji)

2

2013/C 164/04

Kawża C-202/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidsrechtbank Antwerpen — Il-Belġju) — Anton Las vs PSA Antwerp NV (Moviment liberu tal-ħaddiema — Artikolu 45 TFUE — Kumpannija stabbilita fir-reġjun ta’ lingwa Olandiża tar-Renju tal-Belġju — Obbligu li l-kuntratti ta’ xogħol jiġu redatti bl-Olandiż — Kuntratt ta’ xogħol ta’ natura transkonfinali — Restrizzjoni — Nuqqas ta’ proporzjonalità)

3

2013/C 164/05

Kawżi magħquda C-274/11 u C-295/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ April 2013 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Privattiva unitarja — Deċiżjoni li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa skont l-Artikolu 329(1) TFUE — Rikors għal annullament minħabba inkompetenza, użu ħażin ta’ poter u ksur tat-Trattati — Kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 20 TUE kif ukoll 326 TFUE u 327 TFUE — Kompetenza mhux esklużiva — Deċiżjoni adottata bħala l-aħħar għażla — Preżervazzjoni tal-interessi tal-Unjoni)

3

2013/C 164/06

Kawża C-463/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — il-Ġermanja) L vs M (Direttiva 2001/42/KE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Artikolu 3(4) u (5) — Determinazzjoni tat-tipi ta’ pjanijiet li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent — Pjanijiet ta’ żvilupp intern eżentati mill-evalwazzjoni ambjentali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali — Evalwazzjoni żbaljata tal-kundizzjoni kwalitattiva tal-iżvilupp intern — Nuqqas ta’ effett fuq il-validità tal-pjan ta’ żvilupp — Ħsara għall-effettività tad-direttiva)

4

2013/C 164/07

Kawża C-548/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Antwerpen — il-Belġju) — Edgard Mulders vs Rijksdienst voor Pensioenen (Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 1(r) — Kunċett ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni — Artikolu 46 — Kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar — Perijodi ta’ assigurazzjoni li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni — Ħaddiem transkonfinali — Perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol — Kumulu ta’ benefiċċji simili mħallsa minn żewġ Stati Membri — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dan il-perijodu bħala perijodu ta’ assigurazzjoni — Kundizzjoni ta’ residenza — Regoli nazzjonali antikumulu)

5

2013/C 164/08

Kawża C-565/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu — Ir-Rumanija) — Mariana Irimie vs Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu (Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni — Skema nazzjonali li tillimita l-interessi dovuti mill-imsemmi Stat fuq it-taxxa mħallsa lura — Interessi kkalkolati mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura tat-taxxa — Nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni — Prinċipju ta’ effettività)

5

2013/C 164/09

Kawżi magħquda C-595/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Steinel Vertrieb GmbH vs Hauptzollamt Bielefeld (Politika kummerċjali — Regolament (KE) Nru 1470/2001 — Regolament (KE) Nru 1205/2007 — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi fluorexxenti kumpatti — Applikabbiltà ta’ dazji antidumping definittivi fuq prodotti klassifikati taħt is-subintestatura tariffarja prevista fir-regolament antidumping — Prodott ikkonċernat — Kamp ta’ applikazzjoni)

6

2013/C 164/10

Kawża C-12/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Colloseum Holding AG vs Levi Strauss & Co. (Trade marks — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 15(1) — Kunċett ta’ użu ġenwin — Trade mark użata biss bħala element ta’ trade mark kumplessa jew flimkien ma’ trade mark oħra)

6

2013/C 164/11

Kawża C-247/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Meliha Veli Mustafa vs Direktor na fond Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite kam Natsionalnia osiguritelen institut (Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Direttiva 80/987/KEE — Direttiva 2002/74/KE — Direttiva 2008/94/KE — Artikoli 2 u 3 — Obbligu li jiġu pprovduti garanziji għall-krediti ta’ ħaddiema impjegati — Possibbiltà li tiġi limitata l-garanzija għall-krediti li jippreċedu r-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja — Effetti — Tkomplija tal-attivitajiet tal-persuna li timpjegac)

7

2013/C 164/12

Kawża C-74/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-12 ta’ Frar 2013 — GSV vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-Alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

7

2013/C 164/13

Kawża C-102/13 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2013 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-18 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża T-205/11, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

8

2013/C 164/14

Kawża C-119/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Wedding (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2013 — eco cosmetics GmbH & Co. KG vs Virginie Laetitia Barbara Dupuy

9

2013/C 164/15

Kawża C-120/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Wedding (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2013 — Raiffeisenbank St. Georgen reg. Gen. m.b.H. vs Tetyana Bonchyk

9

2013/C 164/16

Kawża C-121/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Wedding (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2013 — Rechtsanwaltskanzlei CMS Hasche Sigle, Partnerschaftsgesellschaft vs Xceed Holding Ltd.

10

2013/C 164/17

Kawża C-126/13 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2013 minn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-15 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-625/11 — BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

10

2013/C 164/18

Kawża C-132/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (Il-Ġermanja) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs ILME GmbH

11

2013/C 164/19

Kawża C-158/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-28 ta’ Marzu 2013 — Hamidullah Rajaby vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

11

2013/C 164/20

Kawża C-166/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif de Melun (Franza) fit-3 ta’ April 2013 — Sophie Mukarubega vs Préfet de police, Préfet de la Seine-Saint-Denis

11

2013/C 164/21

Kawża C-167/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires (il-Belġju) fis-27 ta’ Marzu 2013 — Jean Devillers

12

2013/C 164/22

Kawża C-189/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Bayonne (Franza) fil-15 ta’ April 2013 — Raquel Gianni Da Silva vs Préfet des Pyrénées-Atlantiques

12

2013/C 164/23

Kawża C-203/13: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Bulgara

12

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 164/24

Kawża T-32/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta15 ta’ April 2013 sejħa għal offerti — Analiżi tas-suq fid-dawl tal-elaborazzjoni ta’ approċċ ġdid ta’ sit tal-internet — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Kriterji ta’ selezzjoni u kriterji ta’ għoti — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

14

2013/C 164/25

Kawża T-526/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Kummissjoni (Kummerċ tal-prodotti mill-foki — Regolament (KE) Nru 1007/2009 — Modalitajiet ta’ applikazzjoni — Regolament (UE) Nru 737/2010 — Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti msemmija — Eċċezzjoni favur il-komunitajiet Inuit — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Bażi legali — Sussidjarjetà — Proporzjonalità — Użu ħażin ta’ poter)

14

2013/C 164/26

Kawża T-119/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Gbagbo vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda fir-rigward ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi — Adattament tat-talbiet — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Użu ħażin ta’ poter — Drittijiet tad-difiża — Dritt għall-proprjetà)

15

2013/C 164/27

Kawża T-130/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Gossio vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

15

2013/C 164/28

Kawża T-284/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones vs UASI– MIP Metro (METROINVEST) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali METROINVEST — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti METRO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Dritt għal smigħ xieraq)

16

2013/C 164/29

Kawża T-55/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Chen vs UASI — AM Denmark (Tagħmir tal-ħasil) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju irreġistrat li jirrappreżenta tagħmir tal-ħasil — Trade mark Komunitarja tridimensjonali li tirrappreżenta tagħmir tal-ħasil li huwa kompost minn sprej u minn sponza — Dikjarazzjoni ta’ invalidità)

16

2013/C 164/30

Kawża T-145/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Bayerische Motoren Werke vs UASI (ECO PRO) (Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l-Komunità Ewropea — Trade mark verbali ECO PRO — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

16

2013/C 164/31

Kawża T-474/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — Oster Weinkellerei vs UASI — Viñedos Emiliana (Igama) (Trade mark Komunitarja — Dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark li kontriha saret l-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

17

2013/C 164/32

Kawża T-28/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2013 — PT Ecogreen Oleochemicals et vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja — Dazju antidumping definittiv — Adozzjoni ta’ regolament ġdid — Tmiem tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

17

2013/C 164/33

Kawża T-124/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

18

2013/C 164/34

Kawża T-174/13 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2013 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-15 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża F-27/11, BO vs Il-Kummissjoni

19

2013/C 164/35

Kawża T-182/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2013 — Moallem Insurance vs Il-Kunsill

19

2013/C 164/36

Kawża T-189/13: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2013 — PP Nature-Balance Lizenz vs Il-Kummissjoni

20

2013/C 164/37

Kawża T-201/13: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2013 — Rubinum vs Il-Kummissjoni

21

2013/C 164/38

Kawża T-208/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 — Portugal Telecom vs Il-Kummissjoni

22

2013/C 164/39

Kawża T-219/13: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 — Ferracci vs Il-Kummissjoni

23

2013/C 164/40

Kawża T-222/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 — B&S Europe vs Il-Kummissjoni

24

2013/C 164/41

Kawża T-353/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2013 — vwd Vereinigte Wirtschaftsdienste vs Il-Kummissjoni

24

2013/C 164/42

Kawża T-520/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2013 — Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni

25

2013/C 164/43

Kawża T-485/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2013 — Grupo Bimbo vs UASI (SANISSIMO)

25

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/1


2013/C 164/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 156, 1.6.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 147, 25.5.2013

ĠU C 141, 18.5.2013

ĠU C 129, 4.5.2013

ĠU C 123, 27.4.2013

ĠU C 114, 20.4.2013

ĠU C 108, 13.4.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-625/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Żvilupp tal-linji tal-ferrovija Komunitarji - Direttiva 91/440/KEE - Artikolu 6(3) u Anness II - Direttiva 2001/14/KE - Artikolu 14(2) - Nuqqas ta’ indipendenza ġuridika tal-amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja - Artikolu 11 - Assenza ta’ sistema ta’ titjib tal-ħidma - Traspożizzjoni inkompleta)

2013/C 164/02

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. De Bergues, M. Perrot u S. Menez, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 6(3) u mal-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341) u mal-Artikoli 6(2) sa (5), 14(2) u 11 tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404)

Dispożittiv

(1)

Billi ma ħaditx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li l-entità fdata bl-eżerċizzju tal-funzjonijiet essenzjali elenkati fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità, kif emendata bid-Direttiva 2001/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, tkun indipendenti mill-impriża li tipprovdi s-servizzi ta’ trasport ferrovjarju b’mod konformi mal-Artikolu 6(3) u mal-Anness II ta’ din id-direttiva kif ukoll mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà, kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, u billi ma adottatx, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

(4)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 103, 02.04.2011


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Systran SA, Systran Luxembourg SA

(Kawża C-103/11 P) (1)

(Appell - Artikolu 225(1) KE, Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE - Kawza kontra l-Komunità Ewropea sabiex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali - Evalwazzjoni tan-natura mhux kuntrattwali tal-kawża - Ġurisdizzjoni tal-qrati Komunitarji)

2013/C 164/03

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. van Rijn, aġent, E. Montaguti u J. Samnadda, aġenti, assistiti minn A. Berenboom, avukat u M. Isgour, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Systran SA, Systran Luxembourg SA (rappreżentanti: J.-P. Spitzer u E. De Boissieu, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Systran u Systran Luxembourg vs Il Kummissjoni (T-19/07), li għandha bħala suġġett rikors għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti fl-ewwel istanza minħabba numru ta’ illegalitajiet imwettqa wara li saret sejħa għal offerti mill-Kummissjoni li tikkonċerna l-manutenzjoni u t-tisħiħ lingwistiku tas-sistema ta’ traduzzjoni awtomatika tagħha — Evalwazzjoni żbaljata u kontradizzjonijiet fir-rigward tan-natura mhux kuntrattawali tal-kwistjoni — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Ksur tar-regoli dwar il-produzzjoni tal-prova — Żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tan-natura suffiċjentement ikkaratterizzata tal-allegat tort tal-Kummissjoni — Assenza ta’ motivazzjoni

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2010, Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni (T-19/07) hija annullata.

(2)

Ir-rikors ta’ Systran SA u Systran Luxembourg SA fil-Kawża T-19/07 huwa miċħud.

(3)

Systran SA u Systran Luxembourg SA huma kkundannati jbatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidsrechtbank Antwerpen — Il-Belġju) — Anton Las vs PSA Antwerp NV

(Kawża C-202/11) (1)

(Moviment liberu tal-ħaddiema - Artikolu 45 TFUE - Kumpannija stabbilita fir-reġjun ta’ lingwa Olandiża tar-Renju tal-Belġju - Obbligu li l-kuntratti ta’ xogħol jiġu redatti bl-Olandiż - Kuntratt ta’ xogħol ta’ natura transkonfinali - Restrizzjoni - Nuqqas ta’ proporzjonalità)

2013/C 164/04

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidsrechtbank Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Anton Las

Konvenuta: PSA Antwerp NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeidsrechtbank Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 39 KE (l-attwali Artikolu 45 TFUE) — Leġiżlazzjoni reġjonali Belġjana li tipprovdi obbligu għal impriża li tinsab fir-reġjun lingwistiku Olandiżi, taħt piena ta’ nullità, li d-dokumenti kollha dwar ir-relazzjonijiet ta’ xogħol ta’ natura internazzjonali jinkitbu bl-Olandiż

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ entità federattiva ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tobbliga lill-persuni kollha li jimpjegaw li jkollhom is-sede tal-operat tagħhom fit-territorju ta’ din l-entità sabiex jużaw biss il-lingwa uffiċjali ta’ din l-entità federattiva għar-redazzjoni tal-kuntratti ta’ xogħol tta’ natura transkonfinali, taħt piena ta’ nullità ta’ dawn il-kuntratti kkonstatata ex officio mill-qorti.


(1)  ĠU C 219, 23.07.2011.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ April 2013 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-274/11 u C-295/11) (1)

(Privattiva unitarja - Deċiżjoni li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa skont l-Artikolu 329(1) TFUE - Rikors għal annullament minħabba inkompetenza, użu ħażin ta’ poter u ksur tat-Trattati - Kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 20 TUE kif ukoll 326 TFUE u 327 TFUE - Kompetenza mhux esklużiva - Deċiżjoni adottata “bħala l-aħħar għażla” - Preżervazzjoni tal-interessi tal-Unjoni)

2013/C 164/05

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol u t-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent), Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Intervenjenti insostenn tar-Renju ta’ Spanja: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Intervenjenti insostenn tar-Repubblika Taljana: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Middleton u F. Florindo Gijón kif ukoll A. Lo Monaco, sussegwentement T. Middleton u F. Florindo Gijón kif ukoll M. Balta u K. Pellinghelli, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet kif ukoll J.-C. Halleux u T. Materne, aġenti), Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, D. Hadroušek u J. Vláčil, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Kemper, aġenti), L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn N. J. Travers, BL), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard kif ukoll G. de Bergues u A. Adam, aġenti), L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u K. Molnár, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. de Ree, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna kif ukoll E. Gromnicka u M. Laszuk, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u C. Meyer-Seitz, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: L. Seeboruth, aġent, assistit minn T. Mitcheson, barrister), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Díez Parra u G. Ricci kif ukoll M. Dean, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral kif ukoll T. van Rijn, B. Smulders, F. Bulst u L. Prete, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/167/UE, tal-10 ta’ Marzu 2011, li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (ĠU L 76, p. 53) — Użu ħażin ta’ poter — Ksur tas-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-274/11.

(3)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża C-295/11.

(4)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Latvja, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 219, 23.07.2011.

ĠU C 232, 06.08.2011.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — il-Ġermanja) L vs M

(Kawża C-463/11) (1)

(Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Artikolu 3(4) u (5) - Determinazzjoni tat-tipi ta’ pjanijiet li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent - Pjanijiet “ta’ żvilupp intern” eżentati mill-evalwazzjoni ambjentali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali - Evalwazzjoni żbaljata tal-kundizzjoni kwalitattiva tal-“iżvilupp intern” - Nuqqas ta’ effett fuq il-validità tal-pjan ta’ żvilupp - Ħsara għall-effettività tad-direttiva)

2013/C 164/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: L

Konvenuta: M

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(4) u (5) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157) — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi proċedura aċċellerata li ma tinvolvix evalwazzjoni ambjentali għall-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ żvilupp għal żoni żgħar fil-livell lokali li jissodisfaw ċerti kriterji kwalitattivi u kwantitattivi — Evalwazzjoni żbaljata ta’ kriterji kwalitattivi

Dispożittiv

L-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent moqri flimkien mal-Artikolu 3(4) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali li tipprovdi li l-ksur ta’ kundizzjoni kwalitattiva, imposta mil-liġi ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva biex teżenta l-adozzjoni ta’ pjan ta’ żvilupp ta’ tip partikolari minn evalwazzjoni ambjentali skont din id-direttiva, ma għandu ebda effett fuq il-validità ta’ dan il-pjan.


(1)  ĠU C 355, 03.12.2011


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Antwerpen — il-Belġju) — Edgard Mulders vs Rijksdienst voor Pensioenen

(Kawża C-548/11) (1)

(Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 1(r) - Kunċett ta’ “perijodi ta’ assigurazzjoni” - Artikolu 46 - Kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar - Perijodi ta’ assigurazzjoni li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni - Ħaddiem transkonfinali - Perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol - Kumulu ta’ benefiċċji simili mħallsa minn żewġ Stati Membri - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ dan il-perijodu bħala perijodu ta’ assigurazzjoni - Kundizzjoni ta’ residenza - Regoli nazzjonali antikumulu)

2013/C 164/07

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Edgard Mulders

Konvenuta: Rijksdienst voor Pensioenen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeidshof te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(r) u 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Assigurazzjoni għax-xjuħija u mewt — Kalkolu tal-benefiċċji — Perijodi ta’ assigurazzjoni li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

Dispożittiv

L-Artikoli 1(r) u 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar il-pubblikazzjoni [l-applikazzjoni] tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 13(2)(a) ta’ dan ir-regolament u tal-Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, meta jsir il-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar fi Stat Membru, perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol, li matulu benefiċċju tal-assigurazzjoni għall-mard, li minnu jkunu tnaqqsu kontribuzzjonijiet fir-rigward tal-assigurazzjoni għax-xjuħija, ikun tħallas fi Stat Membru ieħor lil ħaddiem migrant, ma jitteħidx inkunsiderazzjoni mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor bħala “perijodu ta’ assigurazzjoni” fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet minħabba li l-persuna kkonċernata ma tkunx residenti f’dan l-aħħar Stat u/jew tkun ibbenefikat minn benefiċċju simili skont il-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, li ma setax jiġi akkumulat ma’ dan il-benefiċċju tal-assigurazzjoni għall-mard.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu — Ir-Rumanija) — Mariana Irimie vs Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu

(Kawża C-565/11) (1)

(Ħlas lura tat-taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Skema nazzjonali li tillimita l-interessi dovuti mill-imsemmi Stat fuq it-taxxa mħallsa lura - Interessi kkalkolati mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura tat-taxxa - Nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni - Prinċipju ta’ effettività)

2013/C 164/08

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mariana Irimie

Konvenuta: Administrația Finanțelor Publice Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunalul Sibiu — Interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, tal-Artikoli 6 TUE u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-ammont tal-kumpens għad-dannu subit minn individwi minħabba ksur mill-Istat Membru tad-dritt tal-Unjoni — Rimbors tal-interessi legali relatati mal-ħlas lura ta’ taxxa

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi skema nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tillimita l-interessi mogħtija fil-każ ta’ ħlas lura ta’ taxxa miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għal dawk li jiddekorru mill-jum ta’ wara d-data tat-talba għall-ħlas lura ta’ dik it-taxxa.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Steinel Vertrieb GmbH vs Hauptzollamt Bielefeld

(Kawżi magħquda C-595/11) (1)

(Politika kummerċjali - Regolament (KE) Nru 1470/2001 - Regolament (KE) Nru 1205/2007 - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi fluorexxenti kumpatti - Applikabbiltà ta’ dazji antidumping definittivi fuq prodotti klassifikati taħt is-subintestatura tariffarja prevista fir-regolament antidumping - Prodott ikkonċernat - Kamp ta’ applikazzjoni)

2013/C 164/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Steinel Vertrieb GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Bielefeld

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1470/2001, tas-16 ta’ Lulju 2001, li timponi dazju definittiv dwar l-anti-dumping u li tiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrali (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 38, p. 43), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2006, tal-1 ta’ Settembru 2006 (ĠU 2007, L 76M, p. 288) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1205/2007, tal-15 ta’ Ottubru 2007, li jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u li jestendi għall-importazzjonijiet tal-istess prodott mibgħuta mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini (ĠU L 272, p. 1) — Applikabbiltà ta’ dawn ir-regolamenti għal-lampi florexxenti kompatti bi swiċċ sensittiv għad-dawl

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1470/2001, tas-16 ta’ Lulju 2001, li jimponi dazju definittiv dwar l-anti-dumping u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ bozoz elettroniċi florexxenti, kumpatti u integrali (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1322/2006, tal-1 ta’ Settembru 2006, kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1205/2007, tal-15 ta’ Ottubru 2007, li jimponi dazji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ lampi florexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 u li jestendi għall-importazzjonijiet tal-istess prodott mibgħuta mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan u r-Repubblika tal-Filippini jindirizzaw il-prodotti kollha li għandhom l-istess karatteristiċi essenzjali bħal dawk imsemmija f’dawn ir-regolamenti u li jaqgħu wkoll taħt is-subintestatura ex 8539 31 90 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000, tal-31 ta’ Jannar 2000. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ tal-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, minkejja ż-żieda ta’ swiċċ sensittiv għad-dawl tax-xemx, jew jekk il-prodotti inkwistjoni fil-kawża prinċipali humiex prodotti differenti, peress li għandhom karatteristiċi addizzjonali li ma humiex ippreċiżati fl-imsemmija regolamenti.


(1)  ĠU C 89, 24.03.2012.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Colloseum Holding AG vs Levi Strauss & Co.

(Kawża C-12/12) (1)

(Trade marks - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 15(1) - Kunċett ta’ “użu ġenwin” - Trade mark użata biss bħala element ta’ trade mark kumplessa jew flimkien ma’ trade mark oħra)

2013/C 164/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Colloseum Holding AG

Konvenuta: Levi Strauss & Co.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) — Kunċett ta’ “użu tat-trade mark” — Rikonoxximent tal-eżistenza tal-użu ta’ trade mark li tagħmel parti minn trade mark kumplessa fil-każ ta’ użu ta’ din it-trade mark kumplessa — Rikonoxximent tal-eżistenza tal-użu ta’ trade mark fil-każ li din tintuża biss flimkien ma’ trade mark oħra, meta ż-żewġ trade marks jiġu rreġistrati kemm individwalment kif ukoll konġuntament bħala trade mark kumplessa

Dispożittiv

Il-kundizzjoni ta’ użu ġenwin ta’ trade mark, fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja, tista’ tkun sodisfatta meta trade mark irreġistrata, li kisbet il-karattru distintiv tagħha wara l-użu ta’ trade mark oħra kumplessa, li tagħha hija tikkostitwixxi waħda mill-elementi, tintuża biss mill-intermedjarju ta’ din it-trade mark l-oħra kumplessa, jew meta din tintuża biss magħquda flimkien ma’ trade mark oħra, meta l-għaqda ta’ dawn iż-żewġ trade marks tkun, barra minn hekk, irreġistrata hi stess bħala trade mark.


(1)  ĠU C 89, 24.03.2012.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ April 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad — il-Bulgarija) — Meliha Veli Mustafa vs Direktor na fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite” kam Natsionalnia osiguritelen institut

(Kawża C-247/12) (1)

(Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Direttiva 80/987/KEE - Direttiva 2002/74/KE - Direttiva 2008/94/KE - Artikoli 2 u 3 - Obbligu li jiġu pprovduti garanziji għall-krediti ta’ ħaddiema impjegati - Possibbiltà li tiġi limitata l-garanzija għall-krediti li jippreċedu r-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja - Effetti - Tkomplija tal-attivitajiet tal-persuna li timpjegac)

2013/C 164/11

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Meliha Veli Mustafa

Konvenut: Direktor na fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite” kam Natsionalnia osiguritelen institut

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Varhoven administrativen sad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 217), kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 04 p. 261) — Obbligu fuq l-Istati Membri biex jipprovdu garanziji mhux biss għal krediti salarjali tal-ħaddiema li jeżistu fil-mument tal-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza tal-persuna li timpjeghom, iżda wkoll għall-krediti li jistgħu jiġu stabbiliti f’kull stadju tal-proċedura ta’ insolvenza

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tobbligax lill-Istati Membri li jipprovdu garanziji għall-krediti tal-ħaddiema f’kull stadju tal-proċedura ta’ insolvenza tal-persuna li timpjeghom. B’mod partikolari, hija ma tipprekludix li Stati Membri jipprovdu garanzija waħda għall-krediti tal-ħaddiema maħluqa qabel ir-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja, anki jekk din id-deċiżjoni ma tordnax il-waqfien tal-attivitajiet tal-persuna li timpjega.


(1)  ĠU C 235, 04.08.2012


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-12 ta’ Frar 2013 — GSV vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-Alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

(Kawża C-74/13)

2013/C 164/12

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GSV Kft.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-Alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

Domandi preliminari

(1)

Jista’ jitqies li prodott:

ta’ kulur abjad,

f’forma rettangolari,

magħmul mid-drapp,

li n-nisġa tiegħu tiegħu hija magħmula minn ħajt imdawwar,

u li n-nisġa tiegħu hija magħmula minn żewġ ħajtiet,

liema, filwaqt li jikkoinċidu ma xulxin, idawwru l-medd,

id-drapp għandu toqob ta’ daqs ta’ 4 × 4 mm,

u għandu superfiċje ta’ 100 × 201 cm,

u li huwa magħmul minn fibri tal-ħġieġ,

magħmula minn materjal sintetiku, jiġifieri styrene acrylic copolymer,

id-drapp ma huwiex magħmul mill-fettul,

jiżen 136 g/m2,

b’densità tal-medd ta’ 415 tex fir-rigward tal-medd,

b’densità tan-nisġa ta’ 132 tex fir-rigward tal-ħajt tan-nisġa,

jissodisfa l-karatteristiċi ddefiniti fil-premessa 14 u fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 138/2011, tas-16 ta’ Frar 2011, li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1), li jikkonsistu fi

drapp tax-xibka

f’fibra tal-ħġieġ

ta’ daqs ta’ ċellola ta’ tul u ta’ wisa’ ta’ iktar minn 1.8 mm

u li l-piż tagħha huwa iktar minn 35 g/m 2,

u, konsegwentement, il-Kodiċi TARIC 7019590010 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodott deskritt iktar ’il fuq huwa inkluż fil-Kodiċi TARIC, meta jittieħdu inkunsiderazzjoni d-diversi verżjonijiet lingwistiċi tal-klassifikazzjoni tat-tariffi u d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, huwa possibbli, abbażi tad-dritt Komunitarju, li persuna fiżika jew ġuridika ma tkunx dovuta tħallas id-dazju antidumping, li tafda fil-kliem tal-leġiżlazzjoni kif ippubblikata fil-lingwa nazzjonali tagħha — mingħajr ma tiżgura li hemm tifsiriet potenzjalment differenti f’verżjonijiet lingwistiċi oħra — abbażi tal-fehim ġenerali u magħruf tal-leġiżlazzjoni fil-lingwa ta’ dik il-persuna, timporta fit-territorju tal-Unjoni Ewropea prodott immanifatturat barra dan it-territorju li, skont il-verżjoni tal-lingwa tal-persuna, ma jaqax fil-kategorija ta’ prodotti suġġetti għad-dazju antidumping, anki fil-każ li, abbażi ta’ paragun tal-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-leġiżlazzjoni tad-dritt Komunitarju, din tal-aħħar tissuġġetta l-imsemmi prodott għal dazju antidumping?


(1)  ĠU 2011, L 43, p. 9.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/8


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2013 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-18 ta’ Diċembru 2012 fil-Kawża T-205/11, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-102/13 P)

2013/C 164/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Diċembru 2012, fil-Kawża T-205/11,

tiddikjara r-rikors ammissibbli u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tingħata deċiżjoni fil-mertu, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa ppreżentat mid-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Diċembru 2012, fil-Kawża T-205/11, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/EU, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C-7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) implimentata mill-Ġermanja (“Sanierungsklausel”).

Ir-Repubblika Federali tibbaża l-appell tagħha fuq żewġ aggravji li huma t-tnejn marbuta ma’ lment ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni:

Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li huwa espressjoni speċifika tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali, inkwantu l-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat il-proċedura ta’ notifika magħżula mill-Kummissjoni għad-deċiżjoni kkontestata u ma stabbilixxiet l-ebda rekwiżit rigward il-formalitajiet li għandhom jiġu osservati għall-validità tan-notifika tagħha, b’konferma tal-irċevuta tagħha, taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1).

Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li huwa espressjoni speċifika tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali, peress li l-Qorti Ġenerali kkonstatat li meta tinvoka l-preżentata tardiva tar-rikors, il-Kummissjoni ma kinitx marbuta tressaq provi tal-irċevuta tal-posta minn persuna identifikabbli u li din hija persuna awtorizzata sabiex taċċetta n-notifiki.


(1)  ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Wedding (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2013 — eco cosmetics GmbH & Co. KG vs Virginie Laetitia Barbara Dupuy

(Kawża C-119/13)

2013/C 164/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Wedding

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: eco cosmetics GmbH & Co. KG

Konvenuta: Virginie Laetitia Barbara Dupuy

Domandi preliminari

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konvenut jista’ jitlob ukoll reviżjoni, mill-qorti, tal-ordni ta’ ħlas Ewropea meta l-ordni ta’ ħlas ma tkunx ġiet innotifikata lilu jew ma tkunx ġiet innotifikata lilu b’mod validu? Għal dan il-għan, jista’ wieħed jinvoka, b’analoġija, b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) jew l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

Fil-każ li l-ordni ta’ ħlas ma tkunx ġiet innotifikata lilu jew ma tkunx ġiet innotifikata lilu b’mod validu, il-konvenut għandu josserva l-limiti ta’ żmien għall-applikazzjoni tiegħu għal reviżjoni? Għal dan il-għan, jista’ wieħed jinvoka b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament Nru 1896/2006?

(3)

Ukoll fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

X’konsegwenzi ġuridiċi proċedurali jkun hemm fil-każ ta’ suċċess tal-applikazzjoni għal reviżjoni; f’dan il-kuntest, jista’ wieħed jinvoka, b’analoġija, b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) jew l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1896/2006?


(1)  ĠU L 399, p. 1.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Wedding (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2013 — Raiffeisenbank St. Georgen reg. Gen. m.b.H. vs Tetyana Bonchyk

(Kawża C-120/13)

2013/C 164/15

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Wedding

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Raiffeisenbank St. Georgen reg. Gen. m.b.H.

Konvenuta: Tetyana Bonchyk

Domandi preliminari

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konvenut jista’ jitlob ukoll reviżjoni, mill-qorti, tal-ordni ta’ ħlas Ewropea meta l-ordni ta’ ħlas ma tkunx ġiet innotifikata lilu jew ma tkunx ġiet innotifikata lilu b’mod validu? Għal dan il-għan, jista’ wieħed jinvoka, b’analoġija, b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) jew l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

X’konsegwenzi ġuridiċi proċedurali jkun hemm fil-każ ta’ suċċess tal-applikazzjoni għal reviżjoni; f’dan il-kuntest, jista’ wieħed jinvoka, b’analoġija, b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) jew l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1896/2006?


(1)  ĠU L 399, p. 1.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Wedding (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Marzu 2013 — Rechtsanwaltskanzlei CMS Hasche Sigle, Partnerschaftsgesellschaft vs Xceed Holding Ltd.

(Kawża C-121/13)

2013/C 164/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Wedding

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rechtsanwaltskanzlei CMS Hasche Sigle, Partnerschaftsgesellschaft

Konvenuta: Xceed Holding Ltd.

Domandi preliminari

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konvenut jista’ jitlob ukoll reviżjoni, mill-qorti, tal-ordni ta’ ħlas Ewropea meta l-ordni ta’ ħlas ma tkunx ġiet innotifikata lilu jew ma tkunx ġiet innotifikata lilu b’mod validu? Għal dan il-għan, jista’ wieħed jinvoka, b’analoġija, b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) jew l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 1896/2006?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

X’konsegwenzi ġuridiċi proċedurali jkun hemm fil-każ ta’ suċċess tal-applikazzjoni għal reviżjoni; f’dan il-kuntest, jista’ wieħed jinvoka, b’analoġija, b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) jew l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1896/2006?


(1)  ĠU L 399, p. 1.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/10


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2013 minn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-15 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-625/11 — BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-126/13 P)

2013/C 164/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla), tal-15 ta’ Jannar 2013, fil-Kawża T-625/11, sa fejn il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) ma kisirx, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2009 (Każ R 340/2011-1), l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1);

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta’ Settembru 2009 (Każ R 340/2011-1), sa fejn din tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ecoDoor abbażi tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009;

sussidjarjament

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell ġie ppreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-625/11, li permezz tagħha hija ċaħdet ir-rikors ta’ BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta’ Settembru 2011 (Każ R 340/2011-1), li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ecoDoor abbażi tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq l-aggravju segwenti:

Hija tibbaża ruħha fuq ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark ecoDoor — li bl-ebda mod ma tiddeskrivi l-prodotti koperti miċ-ċaħda tal-applikazzjoni mill-UASI, iżda li tiddeskrivi sempliċiment bieb bħala parti possibbli minn dawn il-prodotti — tista’ titqies bħala li tiddeskrivi l-prodotti inkwistjoni biss jekk il-parti kkonċernata hija tant importanti għall-prodott li l-konsumatur jassimila din il-parti mal-prodott. Dan iseħħ biss meta l-parti inkwistjoni twettaq, f’għajnejn il-konsumatur, funzjoni assolutament essenzjali tal-prodott. Dan ma japplikax, madankollu, għal bieb bħala parti mill-prodotti koperti mill-applikazzjoni, u għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għal rifjut skont l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (verżjoni kodifikata) (ĠU L 78, p. 1).


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (Il-Ġermanja) fit-18 ta’ Marzu 2013 — Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs ILME GmbH

(Kawża C-132/13)

2013/C 164/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV

Konvenuta: ILME GmbH

Domanda preliminari

L-Artikoli 1, 8 u 10, kif ukoll l-Annessi II, IV u III tad-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-marka ta’ konformità “KE” ma għandhiex titqiegħed fuq kejsings għal konnetturi multipolari tal-elettriku mibjugħa bħala unitajiet separati u maħsuba għal użu industrijali?


(1)  ĠU L 374, p. 10.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-28 ta’ Marzu 2013 — Hamidullah Rajaby vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-158/13)

2013/C 164/19

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hamidullah Rajaby

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

(1)

Fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, fejn jidher li hemm ksur evidenti tad-dritt tal-Unjoni li ser jibqa’ jkollu effetti fil-futur u fejn, matul il-fażi amministrattiva, il-partijiet kienu skambjaw l-opinjonijiet tagħhom dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 343/2003 (1), kwistjoni li ma reġgħux qajmu matul il-proċeduri ġudizzjarji iżda li fuqha r-rikorrent ma bbażax ruħu espliċitament matul l-istess proċeduri ġudizzjarji, ikun kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni jekk il-qorti, minħabba l-projbizzjoni fid-dritt nazzjonali li tqajjem kwistjoni ex officio, ma tiħux inkunsiderazzjoni din il-kwistjoni?

(2)

Iċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża jikkostitwixxu dipendenza fis-sens tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 343/2003, jiġifieri ċirkustanzi fejn il-membri tal-familja jkunu mara ta’ età żgħira mingħajr ebda edukazzjoni, mill-Afganistan, li hija akkumpanjata minn żewġ itfal li l-età attwali tagħhom hija ta’ ħames snin u nofs u ta’ tliet snin, li jinsabu fil-kura tagħha u li fir-rigward tal-kura u tal-edukazzjoni tagħhom hija ma tista’ tirrikorri għal ebda persuna oħra għajr ir-rikorrent, li huwa l-konjuġi tagħha u missier it-tfal, u fejn, barra minn hekk, fir-rigward tal-applikazzjoni għal ażil tagħha ttieħdet deċiżjoni negattiva min-naħa tal-konvenut minħabba li x-xhieda tagħha tqieset li kienet kompletament inverosimili u fejn din ix-xhieda tista’ tiġi kkorroborata mid-dikjarazzjonijiet tar-rikorrent u minn (kopji ta’) dokumenti ppreżentati minnu?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109).


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif de Melun (Franza) fit-3 ta’ April 2013 — Sophie Mukarubega vs Préfet de police, Préfet de la Seine-Saint-Denis

(Kawża C-166/13)

2013/C 164/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Melun

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sophie Mukarubega

Konvenuti: Préfet de police, Préfet de la Seine-Saint-Denis

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt għal smigħ fil-proċeduri kollha, li jagħmel parti integrali mill-prinċipju fundamentali tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, u li barra minn hekk, huwa stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi lill-amministrazzjoni, meta jkollha l-intenzjoni tadotta deċiżjoni ta’ ritorn fir-rigward ta’ barrani f’sitwazzjoni irregolari, indipendentement minn jekk din id-deċiżjoni ta’ ritorn tiġix jew le adottata wara r-rifjut ta’ permess ta’ residenza, u b’mod partikolari f’sitwazzjoni fejn hemm riskju ta’ ħarba, tagħti l-possibbiltà lill-persuna kkonċernata tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha?

(2)

L-effett ta’ sospensjoni tal-proċedura kontenzjuża quddiem il-qorti amministrattiva jippermetti li ssir deroga mill-possibbiltà a priori ta’ barrani f’sitwazzjoni irregolari li jippreżenta l-opinjoni tiegħu dwar il-miżura ta’ tneħħija sfavorevoli li hija prevista fir-rigward tiegħu?


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires (il-Belġju) fis-27 ta’ Marzu 2013 — Jean Devillers

(Kawża C-167/13)

2013/C 164/21

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jean Devillers

Domanda preliminari

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport (1) u [l-punti 1, 2 u 3 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-imsemmi regolament,], li jagħtu preċedenza lil opinjoni ta’ veterinarju fil-każ ta’ dubju fir-rigward tal-kapaċità ta’ annimal midrub li jiġi ttrasportat, u b’mod iktar speċifiku fir-rigward tal-evalwazzjoni tat-tbatija supplementari li jikkawża t-trasport, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-Artikolu 11(4) tad-Digriet Irjali tad-9 ta’ Lulju 1999, dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport (2), li jawtorizza t-trasport ta’ annimal midrub biss jekk it-trasport ma jagħtix lok għal tbatija inutli, u xejn iżjed?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, p. 1)

(2)  Digriet Irjali, tad-9 ta’ Lulju 1999, dwar il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi u ta’ għażla tan-negozjanti, tal-punti ta’ waqfa u taċ-ċentri ta’ marshalling (Moniteur belge, 2 ta’ Settembru 1999, p. 32437).


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Bayonne (Franza) fil-15 ta’ April 2013 — Raquel Gianni Da Silva vs Préfet des Pyrénées-Atlantiques

(Kawża C-189/13)

2013/C 164/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Bayonne

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raquel Gianni Da Silva

Konvenut: Préfet des Pyrénées-Atlantiques

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissanzjona b’piena ta’ priġunerija d-dħul irregolari ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma ġiex suġġett għall-miżuri koerċitivi previsti fid-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 (1)?


(1)  Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98).


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/12


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Bulgara

(Kawża C-203/13)

2013/C 164/23

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, M. Heller u P. Mihaylova)

Konvenuta: Ir-Repubblika Bulgara

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 3(7), tat-tieni subparagrafu tal-punt 1(a), u tal-punti 1(b), (c), (d), (f), (h) u (i) tal-Anness I, tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (1), jew fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikatx l-adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49(1) ta’ din id-direttiva;

timponi fuq ir-Repubblika tal-Bulgarija, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, pagament ta’ penalità ta’ 8 448 EUR kuljum b’effett mid-data tad-deċiżjoni ta’ din is-sentenza, minħabba n-nuqqas tal-obbligu tagħha li tikkomunika lill-Kummissjoni l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/72/KE,

tikkundanna lir-Repubblika Bulgara għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għall-adozzjoni ta’ miżuri għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-3 ta’ Marzu 2011.


(1)  ĠU 2009 L 211, p. 55.


Il-Qorti Ġenerali

8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-32/08) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta15 ta’ April 2013 sejħa għal offerti - Analiżi tas-suq fid-dawl tal-elaborazzjoni ta’ approċċ ġdid ta’ sit tal-internet - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kriterji ta’ selezzjoni u kriterji ta’ għoti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2013/C 164/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Ġreċja) (rappreżentanti: inizjalment minn N. Korogiannakis, sussegwentement minn M. Roli u M. Stavropoulou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve, aġent, sussegwentement minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti dwar analiżi tas-suq fid-dawl tal-elaborazzjoni ta’ approċċ ġdid tas-sit tal-internet “Iż-żgħażagħ Ewropej u l-ambjent” u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummmissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 92, 12.04.2008.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Inuit Tapiriit Kanatami et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-526/10) (1)

(Kummerċ tal-prodotti mill-foki - Regolament (KE) Nru 1007/2009 - Modalitajiet ta’ applikazzjoni - Regolament (UE) Nru 737/2010 - Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti msemmija - Eċċezzjoni favur il-komunitajiet Inuit - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Bażi legali - Sussidjarjetà - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter)

2013/C 164/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inuit Tapiriit Kanatami (Ottawa, il-Kanada); Inuit Tapiriit Kanatami (Ottawa, il-Kanada); Nattivak Hunters and Trappers Association (Qikiqtarjuaq, il-Kanada); Pangnirtung Hunters’ and Trappers’ Association (Pangnirtung, il-Kanada); Jaypootie Moesesie (Qikiqtarjuaq); Allen Kooneeliusie (Qikiqtarjuaq); Toomasie Newkingnak (Qikiqtarjuaq); David Kuptana (Ulukhaktok, il-Kanada); Karliin Aariak (Iqaluit, il-Kanada); Canadian Seal Marketing Group (Québec, il-Kanada); Ta Ma Su Seal Products, Inc. (Cap-aux-Meules, il-Kanada); Fur Institute of Canada (Ottawa); NuTan Furs, Inc. (Catalina, il-Kanada); GC Rieber Skinn AS (Bergen, in-Norveġja); Inuit Circumpolar Council Greenland (ICC-Greenland) (Nuuk, il-Groenlandja, id-Danimarka); Johannes Egede (Nuuk); Kalaallit Nunaanni Aalisartut Piniartullu Kattuffiat (KNAPK) (Nuuk); William E. Scott & Son (Edinburgh, ir-Renju Unit); Association des chasseurs de phoques des Îles-de-la-Madeleine (Cap-aux-Meules); Hatem Yavuz Deri Sanayi iç Ve Diș Ticaret Ltd Șirketi (Istanbul, it-Turkija); Northeast Coast Sealers’ Co-Operative Society, Ltd (Fleur-de-Lys, il-Kanada) (rappreżentanti: J. Bouckaert u H. Viaene, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, P. Oliver u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizzjalment minn I. Anagnostopoulou u L. Visaggio, sussegwentement minn L. Visaggio u D. Gauci, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u K. Michoel, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2010, tal-10 ta’ Awwissu 2010, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 216, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Inuit Tapiriit Kanatami, in-Nattivak Hunters and Trappers Association, il-Pangnirtung Hunters’ and Trappers’ Association, Jaypootie Moesesie, Allen Kooneeliusie, Toomasie Newkingnak, David Kuptana, Karliin Aariak, il-Canadian Seal Marketing Group, Ta Ma Su Seal Products, Inc., il-Fur Institute of Canada, NuTan Furs, Inc., GC Rieber Skinn AS, Inuit Circumpolar Council Greenland (ICC-Greenland), Johannes Egede, il-Kalaallit Nunaanni Aalisartut Piniartullu Kattuffiat (KNAPK), William E. Scott & Son, l-Association des chasseurs de phoques des Îles-de-la-Madeleine, Hatem Yavuz Deri Sanayi iç Ve Diș Ticaret Ltd Șirketi u n-Northeast Coast Sealers’ Co-Operative Society, Ltd huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Gbagbo vs Il-Kunsill

(Kawża T-119/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda fir-rigward ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Iffriżar ta’ fondi - Adattament tat-talbiet - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Drittijiet tad-difiża - Dritt għall-proprjetà)

2013/C 164/26

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Simone Gbagbo (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Eworpea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Chavrier, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti); u r-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (rappreżentanti: J.-P. Mignard, J.-P. Benoit u G. Merland, avukati)

Suġġett

Inizjalment, talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Simone Gbagbo għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Gossio vs Il-Kunsill

(Kawża T-130/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

2013/C 164/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Marcel Gossio (Abidjan, Il-Côte d’Ivoire) (rappreżentanti: inizjalment G. Collard sussegwentement S. Zokou, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u M. Konstantinidis, aġenti); u Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (rappreżentanti: J.-P. Mignard, J.-P. Benoit u G. Merland, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Marcel Gossio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones vs UASI– MIP Metro (METROINVEST)

(Kawża T-284/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali METROINVEST - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti METRO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Dritt għal smigħ xieraq)

2013/C 164/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Carbonell Callicó, P. Craddock u B. Vanbrabant, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Berger, R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Marzu 2011 (Każ R 954/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG u Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Metropolis Inmobiliarias y Restauraciones, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 232, 06.08.2011


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Chen vs UASI — AM Denmark (Tagħmir tal-ħasil)

(Kawża T-55/12) (1)

(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju irreġistrat li jirrappreżenta tagħmir tal-ħasil - Trade mark Komunitarja tridimensjonali li tirrappreżenta tagħmir tal-ħasil li huwa kompost minn sprej u minn sponza - Dikjarazzjoni ta’ invalidità)

2013/C 164/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Su-Shan Chen (Sanchong, it-Tajwan) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: AM Denmark A/S (Kokkedal, id-Danimarka) (rappreżentant: C. Type Jardorf, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2179/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn AM Denmark A/S u Su-Shan Chen.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Su-Shan Chen hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 133, 05.05.2012.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ April 2013 — Bayerische Motoren Werke vs UASI (ECO PRO)

(Kawża T-145/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l-Komunità Ewropea - Trade mark verbali ECO PRO - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 164/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayerische Motoren Werke AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Jannar 2012 (Każ R 1418/2011-4), li tikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea tas-sinjal verbali ECO PRO.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Bayerische Motoren Werke AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 165, 09.06.2012.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ April 2013 — Oster Weinkellerei vs UASI — Viñedos Emiliana (Igama)

(Kawża T-474/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark li kontriha saret l-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 164/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Andreas Oster Weinkellerei KG (Cochem, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Schindler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Viñedos Emiliana, SA (Las Condes, Santiago, iċ-Ċilì)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 637/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Andreas Oster Weinkellerei KG u Viñedos Emiliana, SA.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 319, 29.10.2011


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2013 — PT Ecogreen Oleochemicals et vs Il-Kunsill

(Kawża T-28/12) (1)

(Dumping - Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja - Dazju antidumping definittiv - Adozzjoni ta’ regolament ġdid - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 164/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PT Ecogreen Oleochemicals (Kabil-Batam, l-Indoneżja); Ecogreen Oleochemicals (Singapore) Pte Ltd (Singapor; Singapor); u Ecogreen Oleochemicals GmbH (Dessau-Roβlau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u N. Chesaites, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011, tat-8 ta’ Novembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (ĠU L 293, p. 1) sa fejn jimponi dazju antidumping lil PT Ecogreen Oleochemicals.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Sasol Olefins & Surfactants GmbH u Sasol Germany GmbH.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn PT Ecogreen Oleochemicals, Ecogreen Oleochemials (Singapore) Pte Ltd u Ecogreen Oleochemicals GmbH.

(4)

Sasol Olefins & Surfactants u Sasol Germany għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 73, 10.03.2012.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/18


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2013 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-124/13)

2013/C 164/33

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u P. Gentili, Avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/125/12 għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva ta’ 110 pożizzjoni biex jimtlew pożizzjonijiet vakanti ta’ Assistent (AST3) fil-qasam tal-awditjar, tal-finanzi/kontabbiltà u tal-ekonomija/statistika;

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12 għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva ta’ 78 pożizzjoni biex jimtlew pożizzjonijiet vakanti ta’ Assistent (AST3) fil-qasam tal-bijoloġija u x-xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa, tal-kimika, tal-fiżika u tax-xjenza tal-materjali, tar-riċerka nukleari, tal-inġinerija ċivili u mekkanika u tal-inġinerija elettrika u elettronika;

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13 għall-istabbiliment ta’ lista ta’ riżerva ta’ 29 pożizzjoni biex jimtlew pożizzjonijiet vakanti ta’ Amministratur (AD6) fil-qasam tas-sigurtà tal-bini u tal-inġinerija u tekniki speċjali fil-bini;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 263, 264, 266 TFUE

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret l-awtorità ta’ res judicata tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-566/10 P, li tiddikjara illegali l-avviżi li jillimitaw il-lingwi li l-kandidati fil-kompetizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni jistgħu jindikaw bħala t-tieni lingwa għall-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż biss.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 342 TFUE u 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tafferma li, bil-fatt li llimitat għal tlieta l-lingwi eliġibbli bħala t-tieni lingwa għall-kandidati fil-kompetizzjonijiet ġenerali tal-Unjoni, il-Kummissjoni fil-prattika ħolqot regolament lingwistiku ġdid tal-istituzzjonijiet u invadiet il-kompetenza esklużiva tal-Kunsill f’dan il-qasam.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 12 KE, li sar l-Artikolu 18 TFUE; 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; 6(3) UE; 1(2) u (3) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal; 1 u 6 tar-Regolament Nru 1/58, u 1d(1) u (6), 27(2) u 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Ir-rikorrenti ssostni li r-restrizzjoni lingwistika magħmula mill-Kummissjoni hija diskriminatorja għaliex ir-regoli ċċitati jipprojbixxu l-impożizzjoni fuq iċ-ċittadini Ewropej u fuq l-istess uffiċjali tal-istituzzjonijiet restrizzjonijiet lingwistiċi li ma humiex previsti b’mod ġenerali u oġġettiv mir-regoli tal-proċedura tal-istituzzjonijiet li għalihom jirreferi l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1/58, iċċitat iktar ’il fuq, li sal-lum ma ġewx adottati, u jipprojbixxu l-introduzzjoni ta’ tali limitazzjonijiet fl-assenza ta’ interess tas-servizz speċifiku u mmotivat.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 6(3) UE, fil-parti fejn din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi bħala dritt fundamentali li jirriżulta mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kisret l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tal-possibbiltà li jagħżlu bħala t-tieni lingwa kwalunkwe waħda mill-lingwi tal-Unjoni, kif ġara b’mod kostanti sal-2007 u kif ġie kkonfermat b’mod awtorevoli mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-566/10 P.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter u fuq ksur tar-regoli sostantivi inerenti għan-natura u għall-għan tal-avviżi ta’ kompetizzjoni (b’mod partikolari, tal-Artikoli 1d(1) u (6), 28(f), 27(2), 34(3) u 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal), kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Skont ir-rikorrenti, bil-fatt li rrestrinġiet b’mod preventiv u ġeneralizzat il-lingwi eliġibbli bħala t-tieni lingwa għal tlieta, il-Kummissjoni effettivament antiċipat għall-fażi tal-avviż u tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà, il-verifika tal-kompetenzi lingwistiċi tal-kandidati, li minflok għandha ssir fil-kuntest tal-kompetizzjoni. B’dan il-mod, il-konoxxenzi lingwistiċi jsiru determinanti meta mqabbla mal-konoxxenzi professjonali.

(6)

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 18 u 24(4) TFUE; 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; 2 tar-Regolament Nru 1/58 u 1d(1) u (6) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Fuq dan il-punt, ir-rikorrenti tafferma li, bil-fatt li ġie previst li l-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni għandhom jintbagħtu b’mod obbligatorju bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, u li l-EPSO tibgħat lill-kandidati l-komunikazzjonijiet dwar l-andament tal-kompetizzjoni bl-istess lingwi, inkiser id-dritt taċ-ċittadini Ewropej li jikkomunikaw mal-istituzzjonijiet fil-lingwa tagħhom, u ġiet introdotta diskriminazzjoni oħra għad-dannu ta’ min ma għandux konoxxenza approfondita ta’ dawk it-tliet lingwi.

(7)

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296(2) (nuqqas ta’ motivazzjoni), kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, bi żnaturament tal-fatti.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni mmotivat ir-restrizzjoni għat-tliet lingwi bil-ħtieġa li r-rekluti l-ġodda jkunu mill-ewwel f’pożizzjoni li jikkomunikaw fi ħdan l-istituzzjonijiet. Din il-motivazzjoni tiżnatura l-fatti għaliex ma jirriżultax li t-tliet lingwi inkwistjoni huma dawk l-iktar użati għall-komunikazzjoni bejn gruppi lingwistiċi differenti fi ħdan l-istituzzjonijiet; u hija sproporzjonata meta mqabbla mar-restrizzjoni ta’ dritt fundamentali bħad-dritt li wieħed ma jġarrabx diskriminazzjoni lingwistika. Ir-rikorrenti ssostni li, fil-fatt, jeżistu sistemi inqas restrittivi biex tiġi żgurata komunikazzjoni rapida fi ħdan l-istituzzjonijiet.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/19


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2013 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-15 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża F-27/11, BO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-174/13 P)

2013/C 164/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: BO (Amman, il-Ġordan)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-15 ta’ Jannar 2013, fil-Kawża F-27/11, BO vs Il-Kummissjoni;

tiċħad ir-rikors ippreżentat minn BO fil-Kawża F-27/11, filwaqt li tikkundannah għall-ispejjeż tal-imsemmija istanza;

tiddiċiedi li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati ma’ din l-istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, il-Kummissjoni tinvoka aggravju uniku bbażat fuq ksur tal-Artikolu 19 tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tal-punt 2.5 tal-Kapitolu 12, intitolat “Spejjeż tat-trasport”, tat-Titolu II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta’ Lulju 2007, li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni dwar ir-rimbors tal-ispejjeż mediċi, inkwantu t-TSP injora n-natura restrittiva tal-esklużjoni tar-rimbors tal-ispejjeż tat-trasport stabbilita minn din it-tieni dispożizzjoni.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/19


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2013 — Moallem Insurance vs Il-Kunsill

(Kawża T-182/13)

2013/C 164/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Moallem Insurance Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-punt 18 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71);

tannulla l-punt 18 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55);

tiddikjara l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010 (1) u l-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 (2) bħala mhux applikabbli fir-rigward tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti għal dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, li jallega li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex teżamina mill-ġdid kemm il-punt 21, Taqsima B tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK u l-punt 21, Taqsima B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, kif ukoll id-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2010 u l-kompatibilità tagħhom mal-prinċipji ġenerali tad-dritt Ewropew.

(2)

It-tieni motiv, li jallega li r-raġuni speċifika għall-elenkar ta’ Moallem hija żbaljata u r-rekwiżiti tal-Artikolu 20(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (kif sussegwentement emendat bl-Artikolu 1(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK tat-23 ta’ Jannar 2012, Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2012 u l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK tal-21 ta’ Diċembru 2012), u r-rekwiżiti tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (kif sussegwentement emendat bl-Artikolu 1(11) tar-Regolament tal-Kunsill 1263/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2012) ma ġewx sodisfatti.

(3)

It-tielet motiv, li jallega li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK tal-21 ta’ Diċembru 2012, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012 ma humiex motivati b’mod suffiċjenti. Huma jiksru d-drittijiet ta’ difiża ta’ Moallem u d-dritt tagħha għal smigħ xieraq peress li l-Kunsill qatt ma’ rrisponda l-ittra ta’ Moallem tas-6 ta’ Frar 2013 u Moallem ma ingħatatx aċċess għall-fajl tal-Kunsill.

(4)

Ir-raba’ motiv, li jallega li l-Kunsill kiser l-Artikoli 24(3) u 24(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u l-Artikoli 46(3) u 46(4) tar-Regolament tal-Kunsill 267/2012. L-Artikoli 24(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u 46(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 jeħtieġu li l-Kunsill jikkomunika u jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, u l-Artikoli 24(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u 46(4) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 jipprovdu għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni meta jiġu ppreżentati l-osservazzjonijiet.

(5)

Il-ħames motiv, li jallega li l-Kunsill, fl-evalwazzjoni tiegħu tas-sitwazzjoni ta’ Moallem, kiser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

(6)

Is-sitt motiv, li jallega li l-Kunsill, fl-evalwazzjoni tiegħu tas-sitwazzjoni ta’ Moallem, kiser il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

(7)

Is-seba’ motiv, li jallega li l-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u l-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, ma għandhomx japplikaw għal Moallem sa fejn jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 5(4) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE).

(8)

It-tmien motiv, li jallega li r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, kif emendat sussegwentement, li fuq il-bażi tiegħu ġie adottat l-Anness ikkontestat tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, jikser l-Artikolu 215(2) u (3) TFUE bħala l-bażi legali tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 40 TUE.

(9)

Id-disa’ motiv, li jallega li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 ġew adottati bi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39)

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1)


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/20


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2013 — PP Nature-Balance Lizenz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/13)

2013/C 164/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: PP Nature-Balance Lizenz GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Ambrosius, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2013) 369 finali, tal-21 ta’ Jannar 2013, li tikkonċerna, fil-qafas tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom is-sustanza attiva “tolperison”;

sussidjarjament, tannulla l-imsemmija deċiżjoni sa fejn tobbliga lill-Istati Membri jħassru l-indikazzjoni “Tensjonijiet muskulatorji dolorużi dovuti b’mod partikolari għal patoloġija tal-ispina jew għall-artikulazzjonijiet tal-ġogi viċini tal-abtejn” fl-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq tat-tolperisone amministrat oralment u li konsegwentement, jiġu adattati l-imsemmija awtorizzazzjonijiet;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 116 tad-Direttiva 2001/83 (1)

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq evalwazzjoni żbaljata tal-kriterju ta’ nuqqas ta’ effett terapewtiku. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li ġew applikati kriterji żbaljati fl-evalwazzjoni tar-rapport benefiċċju/riskju tat-tolperisone amministrat oralment.

(2)

It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 10a u tal-Anness I tad-Direttiva 2001/83

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni li, fl-evalwazzjoni tal-effikaċja, tas-sigurtà u tar-rapport benefiċċju/riskju, id-deċiżjoni kkontestata ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kriterji stabbiliti mill-Artikolu 10a u mill-Anness I tad-Direttiva 2001/83. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni żbaljati.

(3)

It-tielet motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-Artikolu 22a(1)(b) tad-Direttiva 2001/83

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li minflok ma jiġu emendati, b’effett immedjat, l-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq, kien ikun inqas oneruż li jiġi ordnat studju ta’ effikaċja skont l-Artikolu 22a(1)(b) tad-Direttiva 2001/83. Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma eżaminatx biżżejjed din il-possibbiltà u li l-kumitat xjentifiku tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem tal-EMA ċaħadha minħabba motivi infondati fid-dritt.


(1)  Direttiva 2001/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69)


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/21


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2013 — Rubinum vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/13)

2013/C 164/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rubinum, SA (Rubí, Spanja) (rappreżentanti: C. Bittner u P.-C. Scheel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 288/2013;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti essenzjalment tinvoka s-segwenti:

(1)

Ksur tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 (1)

F’din il-kawża, ir-rikorrenti ssostni li r-regolament ikkontestat huwa bbażat, b’mod partikolari, fuq l-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1831/2003 u li fil-każ inkwistjoni l-kundizzjonijiet stabbiliti f’tali dispożizzjoni ma humiex issodisfatti. Hija tirreferi, b’mod partikolari, għall-fatt li r-regolament ikkontestat huwa bbażat biss fuq suppożizzjonijiet u li fil-fatt la t-trasferibbiltà ta’ reżistenza antibijotika u lanqas il-produzzjoni ta’ tossini bil-preparazzjoni kkonċernata ma ġew stabbiliti b’mod konkret.

(2)

Ksur tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

Fil-kuntest ta’ tali motiv, ir-rikorrenti ssostni li, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1831/2003, il-Kummissjoni kellha tagħti deċiżjoni,fir-rigward tat-talba tar-rikorrenti ppreżentata skont id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 10(2), u tal-Artikolu 7 tal-istess regolament.

(3)

Ksur tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li tat prova b’mod xieraq u suffiċjenti, f’diversi proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, li l-addittiv fl-ikel tal-annimali mmanifatturat minnha skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1831/2003 ma għandu l-ebda effett dannuż fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, jew fuq l-ambjent. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel ma kkonfutawx dawn id-dikjarazzjonijiet.

(4)

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 (2)

Fil-kuntest ta’ tali motiv, ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li r-regolament ikkontestat ma huwiex ibbażat fuq analiżi korretta u kompleta tar-riskji.

(5)

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002

F’din il-kawża, ir-rikorrenti ssostni, b’mod partikolari, li l-Kummissjoni lanqas ma tista’ tiġġustifika r-regolament ikkontestat permezz tal-prinċipju ta’ prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li anki jekk ikollu jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ prekawzjoni, ir-regolament ikkontestat jikser ir-rekwiżiti tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 178/2002.

(6)

Ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea

F’dan il-każ, ir-rikorrenti tallega ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju, tad-dritt għal smigħ xieraq u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

(7)

Ksur tal-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 1831/2003

Fil-kuntest ta’ tali motiv, ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni talli ma osservatx it-terminu ta’ xahrejn previst fl-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 1831/2003 għar-reviżjoni ta’ deċiżjonijiet meħuda jew ommessi tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel u li l-Kummissjoni tat deċiżjoni dwar it-talba tar-rikorrenti għal reviżjoni mill-Awtorità biss wara li ġie adottat ir-regolament ikkontestat.


(1)  Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 238)

(2)  Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463)


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/22


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 — Portugal Telecom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-208/13)

2013/C 164/38

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Portugal Telecom SGPS, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: N. Mimoso Ruiz u R. Bordalo Junqueiro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2013) 306, u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża u għall-ispejjeż imġarba mir-rikorrenti;

sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti, skont l-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata tistabbilixxi li Portugal Telecom u Telefónica S.A. kisru l-Artikolu 101 TFUE billi inkludew id-disa’ klawżola fil-ftehim ta’ xiri min-naħa ta’ Telefónica S.A. ta’ pakkett ta’ azzjonijiet ta’ Brasilcel NV fil-pussess ta’ Portugal Telecom, li l-Kummissjoni interpretat bħala ftehim li jipprekludi l-kompetizzjoni indipendenti mit-tranżazzjoni inkwistjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv dwar il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali:

ir-rikorrenti tqis li d-Deċiżjoni hija vvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni inkwantu l-motivazzjoni rispettiva fiha ommissjoniijiet, impreċiżjonijiet u żbalji fir-rigward ta’ punti essenzjali li jinvalidaw mingħajr soluzzjoni l-konklużjonijiet tagħha.

ir-rikorrenti tqis ukoll li d-Deċiżjoni hija vvizzjata bi provi insuffiċenti, inkwantu l-Kummissjoni ma pproduċiet l-ebda forma ta’ prova li tinvalida l-prova prodotta mir-rikorrenti u li minnha jirriżulta li l-klawżola 9 tal-Ftehim tinkludi obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ kif ġiet fis-seħħ, ma tistax isir effettiva mingħajr ma tiġi vvalidata minn qabel miż-żewġ partijiet.

ir-rikorrenti tqis ukoll li l-klawżola 9 tal-Ftehim ma tistax tiġi kkwalifikata bħala restrizzjoni minħabba l-għan u li l-Kummissjoni ma pprovatx, kif suppost għamlet, l-eżistenza, attwali jew potenzjali, ta’ effetti restrittivi li jistgħu jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni.

(2)

It-tieni motiv dwar il-ksur tat-Trattat u tad-dritt li jikkonċerna l-applikazzjoni tiegħu:

ir-rikorrenti tqis li d-Deċiżjoni tikser id-dritt tal-Unjoni inkwantu hija vvizzjata minħabba:

(a)

żball manifest fir-rigward tal-fatti, tal-prova u ta’ suffiċjenza tal-provi, inkwantu l-Kummissjoni tevalwa u tinterpreta b’mod żbaljat id-data pprovduta mill-partijiet fil-kawża u, konsegwentement, ma siltitx l-iktar informazzjoni plawżibbli mill-informazzjoni pprovduta fl-atti;

(b)

żball fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u ksur konsegwenti tal-imsemmija dispożizzjoni, inkwantu l-Kummissjoni kkwalifikat b’mod infondat u żbaljat lill-partijiet bħala kompetituri potenzjali fis-swieq allegatament koperti mill-obbligu ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni inkwistjoni b’mod ġenerali; fejn l-imsemmi obbligu ma setax jiġi kkwalifikat bħala restrizzjoni minħabba l-għan u l-Kummissjoni ma ħaditx ħsieb turi ġew prodotti tali effetti;

(c)

ksur tad-dmir ta’ investigazzjoni u li tesprimi ruħha, inkwantu d-Deċiżjoni ma tindirizzax u lanqas ma tikkonfuta numru ta’ argumenti rilevanti ppreżentati mill-partijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-klawżola ta’ nuqqas ta’ kompetizzjoni;

(d)

ksur tal-prinċipju in dubio pro reo, inkwantu l-Kummissjoni tqis bħala ċerti, fatti kontra r-rikorrenti li fir-rigward tagħhom jeżistu dubji kunsiderevoli u li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni nnifisha ma għandhiex ċertezzi.

(e)

ksur tal-prinċipji li għalihom ivvinkolat ruħha l-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-multi, skont il-punt 13 tal-linji gwida tagħha f’dan ir-rigward, inkwantu l-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tal-multa tas-swieq tal-komunikazzjonijiet elettroniċi b’mod ġenerali, indipendentement minn jekk jinsabux jew le fil-Peniżola Iberika, fejn injorat ukoll il-fatt li, fi kwalunkwe każ, l-allegat ksur ma kompliex wara d-29 ta’ Ottubru 2010;

(f)

ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni u tal-kriterji li għandhom jiġu osservati fl-applikazzjoni ta’ multi.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/23


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 — Ferracci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/13)

2013/C 164/39

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Pietro Ferracci (San Cesareo, l-Italia) (rappreżentanti: A. Nucara u E. Gambaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2012;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors qiegħed jiġi ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 9461 final, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq intern, mingħajr madankollu ma tordna l-irkupru tagħha, l-għajnuna mogħtija, fil-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa kommunali fuq il-proprjetà immobbli (ICI), lil entitajiet mhux kummerċjali li jeżerċitaw attivitajiet speċifiċi, u li tiddikjara li t-trattament favorevoli mogħti lill-Knisja u lil numru ta’ assoċjazzjonijiet sportivi permezz tal-Artikolu 149 tat-Testo unico delle imposte sul reddito (Kodiċi dwar it-taxxi fuq id-dħul, iktar ’il quddiem it-“TUIR”), u l-eżenzjoni mit-taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli (iktar ’il quddiem l-“IMU”) mogħtija lil ċerti entitajiet li jeżerċitaw attivitajiet speċifiċi ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur, applikazzjoni ħażina u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

F’dan ir-rigward, qiegħed jiġi sostnut li l-konvenuta, minkejja li kkonstatat ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, ma ordnatx l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat imsemmija iktar ’il fuq. F’dan id-dawl, ir-rikorrent isostni li ma teżisti ebda ċirkustanzi eċċezzjonali li tista’ twassal sabiex ikun assolutament impossibbli li jsir l-irkupru u li, fi kwalunkwe każ, tali impossibbiltà assoluta ma ġietx stabbilita.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur u applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 107(1) TFUE.

F’dan ir-rigward, qiegħed jiġi sostnut li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-konvenuta kkonkludiet li l-miżura ta’ għajnuna implementata mir-Repubblika Taljana permezz tal-Artikolu 149(4) tat-TUIR ma għandiex il-karatteristiċi ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tat-TFUE. B’mod partikolari, il-konvenuta kkonkludiet li ma kien hemm ebda vantaġġ selettiv; għall-kuntrarju, ir-rikorrenti hija tal-fehma li d-dispożizzjoni inkwistjoni tagħti vantaġġ selettiv lill-entitajiet ekkleżjastiċi rrikonoxxuti mid-dritt ċivili u lill-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali u barra minn hekk tissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur u applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 107(1) TFUE.

F’dan ir-rigward, qiegħed jiġi sostnut li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-konvenuta kkonkludiet li l-miżura ta’ għajnuna implementata mir-Repubblika Taljana permezz tal-hekk imsejħa “Esenzione IMU” (eżenzjoni mill-IMU) ma għandhiex il-karatteristiċi ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tat-TFUE. B’mod partikolari, il-konvenuta kkonkludiet li l-benefiċjarji ta’ din l-eżenzjoni ma humiex “impriżi”. Għall-kuntrarju, ir-rikorrenti hija tal-fehma li l-benefiċjarji huma impriżi fis-sens tad-dritt Komunitarju u li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikun hemm għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE.

F’dan ir-rigward, qiegħed jiġi sostnut li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata minħabba l-motivazzjoni insuffiċjenti mogħtija f’din id-deċiżjoni fir-rigward tal-motivi kollha esposti iktar ’il fuq, bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/24


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 — B&S Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-222/13)

2013/C 164/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Business and Strategies in Europe (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Bihain, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli u fondat u konsegwentement tannulla l-att ikkontestat;

sussegwentement, tordna lill-Kummissjoni Ewropea tniżżel lir-rikorrenti fil-lista ristretta ta’ kandidati mitluba jipparteċipaw fis-sejħiet għal offerti fil-kuntest tal-kuntratt EuropeAid/132633/C/SER/multi, lot 7: Governance and home affairs (Tmexxija tal-Gvern u Affarijiet Interni);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba b’mod partikolari sa fejn jimponi dmir ta’ koerenza, tal-prinċipju ta’ audi alteram partem, kif ukoll fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti u tal-prinċipju ta’ ekwità meta l-Kummissjoni ċaħdet bħala mhux eliġibbli, għall-ewwel darba, fl-ittra tagħha tat-2 ta’ April 2013 wara d-deċiżjoni tagħha tal-15 ta’ Frar 2013, il-proġett Nru 25 propost mir-rikorrenti sabiex jiġi sodisfatt il-kriterju ta’ kapaċità teknika, biex b’hekk żviluppat in-numru ta’ proġetti eliġibbli bħala proġetti ta’ riferiment taħt il-minimu neċessarju.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-punt 2.4.11.1.3 tal-Gwida prattika għall-proċeduri kuntrattwali fil-kuntest tal-azzjonijiet barranin tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-kjarifika A 47 mogħtija għall-avviż tal-kuntratt, peress li l-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ proġetti ta’ riferiment eliġibbli sabiex jiġi sodisfatt il-kriterju ta’ selezzjoni li jirrigwarda l-kapaċità teknika tal-kandidat.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2013 — vwd Vereinigte Wirtschaftsdienste vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-353/08) (1)

2013/C 164/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2013 — Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-520/10) (1)

2013/C 164/42

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011.


8.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2013 — Grupo Bimbo vs UASI (SANISSIMO)

(Kawża T-485/12) (1)

2013/C 164/43

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.