ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.141.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 141

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
18 ta' Mejju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 141/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 129, 4.5.2013

1

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 141/02

Teħid tal-ġurament minn Membru ġdid tal-Qorti Ġenerali

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 141/03

Kawża C-32/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága — l-Ungerija) — Allianz Hungária Biztosító Zrt., Generali-Providencia Biztosító Zrt., Gépjármű Márkakereskedők Országos Szövetsége, Magyar Peugeot Márkakereskedők Biztosítási Alkusz Kft., Paragon-Alkusz Zrt., aventi kawża ta’ Magyar Opelkereskedők Bróker Kft. vs Gazdasági Versenyhivatal (Kompetizzjoni — Artikolu 101(1) TFUE — Applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali simili — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Atti ta’ ftehim bilaterali bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u persuni li jsewwu l-karozzi marbuta mar-rati ta’ kull siegħa għat-tiswija — Rati miżjuda skont in-numru ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni konklużi bil-ħila ta’ dawk il-persuni li jsewwu waqt li jaġixxu bħala intermedjarji tal-kumpannija tal-assigurazzjoni — Kunċett ta’ ftehim li għandu l-għan tar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni)

3

2013/C 141/04

Kawża C-108/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — VAT — Rata mnaqqsa — Provvisti ta’ klieb tal-fenek u ta’ żwiemel mhux intenzjonati għall-preparazzjoni jew għall-produzzjoni tal-ikel għall-konsum tal-bniedem jew tal-annimal, għall-kiri taż-żwiemel u għal servizzi ta’ inseminazzjoni — Direttiva 2006/112/KE — Ksur tal-Artikoli 96, 98, moqrija flimkien mal-Anness III, u 110)

3

2013/C 141/05

Kawża C-216/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs République française (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/12/KEE — Dazji tas-sisa — Prodotti tat-tabakk akkwistati fi Stat Membru u ttrasportati lejn Stat Membru ieħor — Kriterji ta’ evalwazzjoni esklużivament kwantitattivi — Artikolu 34 TFUE — Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni)

4

2013/C 141/06

Kawża C-276/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 — Viega GmbH & Co.KG vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram — Attrezzaturi end-feed u b’furċella — Produzzjoni u evalwazzjoni tal-provi — Dritt għal smigħ quddiem qorti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

4

2013/C 141/07

Kawża C-415/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Barcelona — Spanja) — Mohamed Aziz vs Caixa d’Estalvis de Catalunya, Tarragona i Manresa (Catalunyacaixa) (Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kuntratt ta’ self ipotekarju — Proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja — Kompetenzi tal-qorti nazzjonali fuq il-mertu — Klawżoli inġusti — Kriterji ta’ evalwazzjoni)

5

2013/C 141/08

Kawża C-419/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Městský soud v Praze — Ir-Repubblika Ċeka) — Česká spořitelna, a.s. vs Gerald Feichter (Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Artikolu 5(1)(a) u Artikolu 15(1) — Kunċett ta’ materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt u ta’ kuntratt konkluż mill-konsumatur — Promissory note — Aval — Garanzija għal kuntratt ta’ kreditu)

6

2013/C 141/09

Kawża C-420/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Jutta Leth vs Republik Österreich, Land Niederösterreich (Ambjent — Direttiva 85/337/KEE — Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Awtorizzazzjoni ta’ tali proġett fin-nuqqas ta’ evalwazzjoni xierqa — Għanijiet ta’ din l-evalwazzjoni — Kundizzjonijiet li hija suġġetta għalihom l-eżistenza ta’ dritt għal kumpens — Inklużjoni jew le tal-protezzjoni tal-individwi kontra d-danni patrimonjali)

6

2013/C 141/10

Kawża C-527/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Valsts ieņēmumu dienests vs Ablessio SIA (VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 213, 214 u 273 — Identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT — Rifjut li jingħata numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT minħabba li l-persuna taxxabbli ma għandhiex mezzi materjali, tekniċi u finanzjarji sabiex teżerċita l-attività ekonomika ddikjarata — Legalità — Ġlieda kontra l-frodi fiskali — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

7

2013/C 141/11

Kawża C-545/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder) — il-Ġermanja) — Agrargenossenschaft Neuzelle eG vs Landrat des Landkreises Oder-Spree (Politika Agrikola Komuni — Regolament (KE) Nru 73/2009 — Artikolu 7(1) u (2) — Modulazzjoni tal-pagamenti diretti mogħtija lill-bdiewa — Tnaqqis supplimentari tal-ammonti ta’ pagamenti diretti — Validità — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

7

2013/C 141/12

Kawża C-289/12 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2012 minn Zdeněk Altner mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-23 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-535/11 — Altner vs Il-Kummissjoni

8

2013/C 141/13

Kawża C-33/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Łodzi (il-Polonja) fit-22 ta’ Jannar 2013 — Marcin Jagiełło vs Dyrektorowi Izby Skarbowej w Łodzi

8

2013/C 141/14

Kawża C-34/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (Is-Slovakkja) fit-23 ta’ Jannar 2013 — Monika Kušionová vs SMART Capital a.s.

9

2013/C 141/15

Kawża C-38/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Białymstoku (il-Polonja) fil-25 ta’ Jannar 2013 — Małgorzata Nierodzik vs Samodzielnemu Publicznemu Psychiatrycznemu Zakładowi Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy

9

2013/C 141/16

Kawża C-49/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Úřad průmyslového vlastnictví (ir-Repubblika Ċeka) fid-29 ta’ Jannar 2013 — MF 7 a. s. vs MAFRA, a. s.

10

2013/C 141/17

Kawża C-51/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Jannar 2013 — Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV vs Hubertus Wilhelmus van Leeuwen

10

2013/C 141/18

Kawża C-53/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta’ Jannar 2013 — Strojírny Prostějov, a.s. vs Odvolací finanční ředitelství

11

2013/C 141/19

Kawża C-60/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

11

2013/C 141/20

Kawża C-61/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fis-7 ta’ Frar 2013 — Alba Forni vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

11

2013/C 141/21

Kawża C-62/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fis-7 ta’ Frar 2013 — Immacolata Racca vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

12

2013/C 141/22

Kawża C-63/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fis-7 ta’ Frar 2013 — Fortuna Russo vs Comune di Napoli

13

2013/C 141/23

Kawża C-72/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-11 ta’ Frar 2013 — Gmina Wrocław vs Minister Finansów

14

2013/C 141/24

Kawża C-87/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Frar 2013 — Staatssecretaris van Financiën vs X

14

2013/C 141/25

Kawża C-99/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fit-28 ta’ Frar 2013 — Guy Kleynen vs Conseil des ministres

14

2013/C 141/26

Kawża C-106/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Tivoli (l-Italja) fl-4 ta’ Marzu 2013 — Francesco Fierro u Fabiana Marmorale vs Edoardo Ronchi u Cosimo Scocozza

15

2013/C 141/27

Kawża C-108/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Marzu 2013 — Société Mac GmbH vs Ministère de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

15

2013/C 141/28

Kawża C-122/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Firenze (l-Italja) fil-15 ta’ Marzu 2013 — Paola C vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

15

2013/C 141/29

Kawża C-134/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) mressqa fit-18 ta’ Marzu 2013 — Raytek GmbH, Fluke Europe BV vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

16

2013/C 141/30

Kawża C-141/13: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2013 minn Reber Holding GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-17 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-355/09 — Reber Holding GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

16

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 141/31

Kawża T-422/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Kappa Filter Systems vs UASI (THE FUTURE HAS ZERO EMISSIONS) (Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Assenza ta’ każ fortuwitu — Inammissibbiltà manifesta)

18

2013/C 141/32

Kawża T-462/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2013 — Pilkington Group vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda tat-talba intiża sabiex jinkiseb trattament kunfidenzjali ta’ data allegatament koperta mis-sigriet kummerċjali — Talba għal miżuri provviżorji — Urġenza — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi)

18

2013/C 141/33

Kawża T-552/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2013 — North Drilling vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi)

19

2013/C 141/34

Kawża T-4/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2013 — Communicaid Group vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Servizzi ta’ taħriġ fil-lingwa — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjon u ta’ miżuri provviżorji — Telf ta’ opportunità — Assenza ta’ dannu gravi u irreparabbli — Nuqqas ta’ urġenza)

19

2013/C 141/35

Kawża T-98/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2013 — CMT vs UASI — Camomilla (Camomilla)

19

2013/C 141/36

Kawża T-99/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2013 — CMT vs UASI — Camomilla (Camomilla)

20

2013/C 141/37

Kawża T-100/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2013 — CMT vs UASI — Camomilla (CAMOMILLA)

21

2013/C 141/38

Kawża T-106/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2013 — Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni

21

2013/C 141/39

Kawża T-118/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2013 — Whirlpool Europe vs Il-Kummissjoni

22

2013/C 141/40

Kawża T-129/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2013 — Alpiq RomIndustries u Alpiq RomEnergie vs Il-Kummissjoni

22

2013/C 141/41

Kawża T-131/13: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2013 — Lardini vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ fjura)

23

2013/C 141/42

Kawża T-138/13: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2013 — Evonik Oil Additives vs UASI — BRB International (VISCOTECH)

23

2013/C 141/43

Kawża T-155/13: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2013 — Zanjani vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

24

2013/C 141/44

Kawża T-161/13: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2013 — First Islamic Investment Bank vs Il-Kunsill

24

2013/C 141/45

Kawża T-172/13: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2013 — Novomatic vs UASI- Simba Toys (AFRICAN SIMBA)

25

2013/C 141/46

Kawża T-173/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2013 — Selo Medical vs UASI — biosyn Arzneimittel (SELOGYN)

25

2013/C 141/47

Kawża T-215/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2013 — Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni

26

2013/C 141/48

Kawża T-217/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2013 — Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Dresden vs Il-Kummissjoni

26

2013/C 141/49

Kawża T-49/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta Marzu 2013 — Lafarge vs Il-Kummissjoni

26

2013/C 141/50

Kawża T-194/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2013 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Bauer Consumer Media (GOLF WORLD)

26

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/1


2013/C 141/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 129, 4.5.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 123, 27.4.2013

ĠU C 114, 20.4.2013

ĠU C 108, 13.4.2013

ĠU C 101, 6.4.2013

ĠU C 86, 23.3.2013

ĠU C 79, 16.3.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti tal-Ġustizzja

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/2


Teħid tal-ġurament minn Membru ġdid tal-Qorti Ġenerali

2013/C 141/02

Maħtur bħala Mħallef tal-Qorti Ġenerali permezz ta’ deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Marzu 2013 (1), għall-perijodu bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Awwissu 2013, C. Wetter ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-18 ta’ Marzu 2013.


(1)  ĠU L 65, 08.03.2013, p.22.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága — l-Ungerija) — Allianz Hungária Biztosító Zrt., Generali-Providencia Biztosító Zrt., Gépjármű Márkakereskedők Országos Szövetsége, Magyar Peugeot Márkakereskedők Biztosítási Alkusz Kft., Paragon-Alkusz Zrt., aventi kawża ta’ Magyar Opelkereskedők Bróker Kft. vs Gazdasági Versenyhivatal

(Kawża C-32/11) (1)

(Kompetizzjoni - Artikolu 101(1) TFUE - Applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali simili - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Atti ta’ ftehim bilaterali bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u persuni li jsewwu l-karozzi marbuta mar-rati ta’ kull siegħa għat-tiswija - Rati miżjuda skont in-numru ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni konklużi bil-ħila ta’ dawk il-persuni li jsewwu waqt li jaġixxu bħala intermedjarji tal-kumpannija tal-assigurazzjoni - Kunċett ta’ “ftehim li għandu l-għan tar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni”)

2013/C 141/03

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Allianz Hungária Biztosító Zrt., Generali-Providencia Biztosító Zrt., Gépjármű Márkakereskedők Országos Szövetsége, Magyar Peugeot Márkakereskedők Biztosítási Alkusz Kft., Paragon-Alkusz Zrt., aventi kawża ta’ Magyar Opelkereskedők Bróker Kft.

Konvenuta: Gazdasági Versenyhivatal

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága — Interpretazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE — Atti ta’ ftehim bilaterali milħuqa bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u ċerti persuni li jsewwu l-karozzi, fejn ir-rata għal kull siegħa ta’ xogħol ta’ tiswija mħallsa lil dawn tal-aħħar mill-kumpannija tal-assigurazzjoni tiddependi min-numru u mill-proporzjon tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni sottoskritti minn din il-kumpannija tal-assigurazzjoni permezz tal-persuni li jsewwu l-karozzi, li jaġixxu bħala intermedjarji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tuża’ kunċett simili għal kunċett tad-dritt tal-Unjoni — Kunċett ta’ “atti ta’ ftehim bil-għan ta’ prevenzjoni, restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni”

Dispożittiv

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li atti ta’ ftehim li permezz tagħhom kumpanniji tal-assigurazzjoni tal-karozzi jaqblu bilateralment kemm ma’ bejjiegħa ta’ karozzi li joperaw bħala ħwienet tax-xogħol tat-tiswija, kif ukoll ma’ assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil dawn tal-aħħar, fuq ir-rata ta’ kull siegħa li għandha titħallas mill-kumpannija tal-assigurazzjoni għat-tiswija ta’ vetturi assigurati minn din tal-aħħar, filwaqt li jipprevedu li din ir-rata tiddependi, inter alia, fuq in-numru u fuq il-proporzjon ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li l-bejjiegħ ikun ikkonkluda bħala intermedjarju ta’ din il-kumpannija, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni “minħabba l-għan” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk, wara eżami individwali u konkret tal-kontenut u tal-għan ta’ dawn l-atti ta’ ftehim kif ukoll tal-kuntest ekonomiku u ġuridiku li jkunu jeżistu fih, ikun jidher li dawn tal-aħħar huma, min-natura tagħhom stess, ta’ ħsara għall-funzjonament normali tal-kompetizzjoni f’wieħed miż-żewġt iswieq ikkonċernati.


(1)  ĠU C 145, 14.5.2011.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-108/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - VAT - Rata mnaqqsa - Provvisti ta’ klieb tal-fenek u ta’ żwiemel mhux intenzjonati għall-preparazzjoni jew għall-produzzjoni tal-ikel għall-konsum tal-bniedem jew tal-annimal, għall-kiri taż-żwiemel u għal servizzi ta’ inseminazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Ksur tal-Artikoli 96, 98, moqrija flimkien mal-Anness III, u 110)

2013/C 141/04

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Soulay, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, M. Collins, N. Travers u D. O'Hagan, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. — S. Pilczer, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 96, 98 (moqrija flimkien mal-Anness III), u 110 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika rata mnaqqsa għall-provvisti ta’ klieb tal-fenek u ta’ żwiemel mhux intenzjonati għall-preparazzjoni jew għall-produzzjoni tal-ikel għall-konsum tal-bniedem jew tal-annimal, għall-kiri taż-żwiemel u għal ċerti servizzi ta’ inseminazzjoni

Dispożittiv

(1)

Billi applikat rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud ta’ 4,8 % fuq il-provvisti ta’ klieb tal-fenek u ta’ żwiemel mhux intenzjonati għall-preparazzjoni tal-ikel għall-konsum tal-bniedem jew tal-annimal, għall-kiri taż-żwiemel u għal ċerti servizzi ta’ inseminazzjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96, 98, moqrija flimkien mal-Anness III, u 110 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

(2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 145, 14.5.2011.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs République française

(Kawża C-216/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/12/KEE - Dazji tas-sisa - Prodotti tat-tabakk akkwistati fi Stat Membru u ttrasportati lejn Stat Membru ieħor - Kriterji ta’ evalwazzjoni esklużivament kwantitattivi - Artikolu 34 TFUE - Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni)

2013/C 141/05

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u O. Beynet, aġenti)

Konvenuta: République française (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 34 TFUE u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179), b’mod partikolari tal-Artikoli 8 u 9 tagħha — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi sanzjonijiet finanzjarji, lil hinn minn ċerti limiti, fil-każ taż-żamma, għal użu personali, ta’ prodotti ta’ tabakk akkwistati fi Stat Membru u ttrasportati lejn ieħor — Kriterji ta’ evalwazzjoni esklużivament kwantitattivi — Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni

Dispożittiv

(1)

Meta tuża kriterju purament kwantitattiv għall-evalwazzjoni tan-natura kummerċjali taż-żamma minn individwi ta’ tabakk immanifatturat li ġej minn Stat Membru ieħor kif ukoll meta tapplika dan il-kriterju għal kull vettura individwali (u mhux għal kull persuna), u b’mod globali għall-prodotti kollha tat-tabakk, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi li għandha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, u, b’mod partikolari, l-Artikoli 8 u 9 tagħha.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 226, 30.7.2011


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 — Viega GmbH & Co.KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-276/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Attrezzaturi end-feed u b’furċella - Produzzjoni u evalwazzjoni tal-provi - Dritt għal smigħ quddiem qorti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

2013/C 141/06

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Viega GmbH & Co. KG (rappreżentanti: J. Burrichter, T. Mäger u M. Röhrig, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentati: V. Bottka, R. Sauer, aġenti u A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011, Viega GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni (T-375/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Ksur tad-dritt għal smigħ quddiem qorti, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Ksur tal-prinċipji ta’ proċedura ta’ investigazzjoni — Ksur tal-Artikolu 81(1) KE, u tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Viega GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 13.8.2011


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Barcelona — Spanja) — Mohamed Aziz vs Caixa d’Estalvis de Catalunya, Tarragona i Manresa (Catalunyacaixa)

(Kawża C-415/11) (1)

(Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja - Kompetenzi tal-qorti nazzjonali fuq il-mertu - Klawżoli inġusti - Kriterji ta’ evalwazzjoni)

2013/C 141/07

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 3 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohamed Aziz

Konvenut: Caixa d’Estalvis de Catalunya, Tarragona i Manresa (Catalunyacaixa)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil — Interpretazzjoni tal-punti (a) u (q) tal-Parti 1 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) — Klawżoli li għandhom bħala għan jew effett li jimponu, fuq il-konsumatur li ma eżegwiex l-obbligi tiegħu, l-obbligu li jħallas kumpens f’ammont li huwa sproporzjonalment għoli — Kuntratt ta’ self ipotekarju — Dispożizzjonijiet tad-dritt proċedurali nazzjonali fil-qasam tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni fuq beni ipotekati jew imqiegħda f’rahan li jillimitaw ir-raġunijiet ta’ oppożizzjoni li jistgħu jiġu invokati mill-persuna li ssir l-eżekuzzjoni kontriha

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, filwaqt li fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja ma tipprevedix raġunijiet ta’ oppożizzjoni bbażati fuq in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li tikkostitwixxi l-bażi tat-titolu eżekuttiv, ma tippermettix lill-qorti li quddiemha titressaq il-proċedura dwar il-mertu, li jkollha l-kompetenza sabiex tevalwa n-natura inġusta ta’ tali klawżola, tadotta miżuri provviżorji, fosthom, b’mod partikolari, is-sospensjoni tal-imsemmija proċedura ta’ eżekuzzjoni, meta l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri tkun neċessarja sabiex tiġi ggarantita l-effikaċità kompleta tad-deċiżjoni finali tagħha.

(2)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-kunċett ta’ “żbilanċ sinifikanti (sinjifikattiv)”, għad-detriment tal-konsumatur, għandu jiġi evalwat permezz ta’ analiżi tar-regoli nazzjonali applikabbli fid-dritt nazzjonali fl-assenza ta’ ftehim bejn il-partijiet, sabiex jiġi evalwat jekk, u, jekk dan ikun il-każ, sa fejn, il-kuntratt iqiegħed lill-konsumatur f’sitwazzjoni legali inqas favorevoli meta mqabbla ma’ dik prevista mid-dritt nazzjonali fis-seħħ. Bl-istess mod, għal dan l-iskop, jidher rilevanti li jitwettaq eżami tas-sitwazzjoni legali li fiha jinsab dan il-konsumatur fid-dawl tal-mezzi li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, sabiex iwaqqaf l-użu tal-klawżoli inġusti;

sabiex jiġi ddeterminat jekk l-iżbilanċ inħoloqx “kontra l-ħtieġa ta’ buona fede (minkejja r-rekwiżit ta’ bona fide)”, għandu jiġi vverifikat jekk il-bejjiegħ jew il-fornitur, fuq il-bażi ta’ aġir leali u ġust fil-konfront tal-konsumatur, setax raġonevolment jistenna li dan tal-aħħar jaċċetta l-klawżola kkonċernata wara negozjati individwali.

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Anness li għalih tirreferi din id-dispożizzjoni jinkludi biss lista indikattiva u mhux eżawrjenti ta’ klawżoli li jistgħu jiġu ddikjarati inġusti.


(1)  ĠU C 331, 12.11.2011.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Městský soud v Praze — Ir-Repubblika Ċeka) — Česká spořitelna, a.s. vs Gerald Feichter

(Kawża C-419/11) (1)

(Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Artikolu 5(1)(a) u Artikolu 15(1) - Kunċett ta’ “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt” u ta’ “kuntratt konkluż mill-konsumatur” - Promissory note - Aval - Garanzija għal kuntratt ta’ kreditu)

2013/C 141/08

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Městský soud v Praze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Česká spořitelna, a.s.

Konvenut: Gerald Feichter

Suġġett

Talba għal domanda preliminari — Městský soud v Praze — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(1)(a) u 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4 p. 42) — Kunċetti ta’ “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt” u ta’ “kuntratt konkluż mill-konsumatur” — Ġurisdizzjoni sabiex tisma’ kawżi dwar obbligu kambjarju tal-amministratur ta’ kumpannija, li jkun awtorizza promissory note inbjank ffirmata minn din il kumpannija favur bank, bħala garanzija għall-ftehim ta’ kreditu — Determinazzjoni tal-post tal-eżekuzzjoni tal-obbligu, meta l-promissory note oriġinarjament ma kien fiha l-ebda indikazzjoni tal-post tal-ħlas

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li għandha rabtiet professjonali mill-qrib ma’ kumpannija, bħall-amministrazzjoni ta’ tali kumpannija jew iż-żamma ta’ sehem maġġoritarju fiha, ma tistax titqies bħala konsumatur fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta hija tagħti aval fuq promissory note maħruġa sabiex tiggarantixxi l-obbligi ta’ din il-kumpannija li jirriżultaw minn kuntratt li jirrigwarda l-għoti ta’ kreditu. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għad-determinazzjoni ta’ liema qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja li permezz tagħha l-benefiċjarju ta’ promissory note, stabbilita fi Stat Membru, jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw minn din il-promissory note, li ma kinitx kompluta fid-data tal-firma tagħha u li ġiet sussegewentement kompluta mill-benefiċjarju, kontra min ta l-aval, li huwa ddomiċiljat fi Stat Membru ieħor.

(2)

L-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 japplika għad-determinazzjoni ta’ liema qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni ġudizzjarja li permezz tagħha l-benefiċjarju ta’ promissory note, stabbilita fi Stat Membru, jinvoka d-drittijiet li jirriżultaw minn din il-promissory note, li ma kinitx kompluta fid-data tal-firma tagħha u li ġiet sussegwentement kompluta mill-benefiċjarju, kontra min ta l-aval, li huwa ddomiċiljat fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 311, 22.10.2011.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Jutta Leth vs Republik Österreich, Land Niederösterreich

(Kawża C-420/11) (1)

(Ambjent - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Awtorizzazzjoni ta’ tali proġett fin-nuqqas ta’ evalwazzjoni xierqa - Għanijiet ta’ din l-evalwazzjoni - Kundizzjonijiet li hija suġġetta għalihom l-eżistenza ta’ dritt għal kumpens - Inklużjoni jew le tal-protezzjoni tal-individwi kontra d-danni patrimonjali)

2013/C 141/09

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jutta Leth

Konvenuti: Republik Österreich, Land Niederösterreich

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151) u bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466) — Awtorizzazzjoni ta’ proġett fin-nuqqas ta’ stima adegwata tal-effetti tiegħu fuq l-ambjent — Rikors ippreżentat minn individwu dwar kumpens għat-telf fil-valur tal-proprjetà immobbli tiegħu kkawżat minn dan il-proġett — Skopijiet tal-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent — Inklużjoni jew esklużjoni tal-protezzjoni tal-individwi kontra d-danni patrimonjali

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttivi tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, u 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istima tal-effetti fuq l-ambjent, kif stabbilita f’dan l-Artikolu, ma tinkludix l-istima tal-effetti tal-proġett inkwistjoni fuq il-valur tal-beni materjali. Madankollu, id-danni patrimonjali, sa fejn ikunu konsegwenzi ekonomiċi diretti tal-effetti fuq l-ambjent ta’ proġett pubbliku jew privat, huma koperti mill-għan ta’ protezzjoni mfittex minn din id-direttiva.

Fil-prinċipju, il-fatt li ma saritx stima tal-effetti fuq l-ambjent bi ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva msemmija, minnu nnifsu ma jikkonferixxix fuq individwu, skont id-dritt tal-Unjoni u mingħajr preġudizzju għal regoli tad-dritt nazzjonali inqas restrittivi fil-qasam tar-responsabbiltà tal-Istat, dritt għal kumpens għal dannu purament patrimonjali kkawżat mid-deprezzament tal-valur tal-beni immobbli tiegħu maħluq minn effetti fuq l-ambjent tal-proġett imsemmi. Madankollu, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk humiex sodisfatti l-eżiġenzi tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għad-dritt għal kumpens, b’mod partikolari l-eżistenza ta’ rabta kawżali diretta bejn il-ksur allegat u d-danni subiti.


(1)  ĠU C 319, 29.10.2011.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — Valsts ieņēmumu dienests vs Ablessio SIA

(Kawża C-527/11) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 213, 214 u 273 - Identifikazzjoni tal-persuni taxxabbli suġġetti għall-VAT - Rifjut li jingħata numru ta’ identifikazzjoni għall-VAT minħabba li l-persuna taxxabbli ma għandhiex mezzi materjali, tekniċi u finanzjarji sabiex teżerċita l-attività ekonomika ddikjarata - Legalità - Ġlieda kontra l-frodi fiskali - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

2013/C 141/10

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Valsts ieņēmumu dienests

Konvenuta: Ablessio SIA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 214 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, (ĠU L 347, p. 1), moqri flimkien mal-Artikolu 273 tal-istess direttiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-possibbiltà li tiġi rrifjutata l-inklużjoni fir-reġistru tal-persuni suġġetti għall-VAT fil-każ li l-persuna taxxabbli ma tipprovdix informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni qarrieqa dwar il-kapaċitajiet materjali, tekniċi u finanzjarji tagħha li teżerċita l-attività ekonomika ddikjarata — Rifjut li kumpannija tiġi inkluża fir-reġistru ta’ persuni suġġetti għall-VAT għaliex din ma hijiex kapaċi teżerċita l-attività ekonomika ddikjarata

Dispożittiv

L-Artikoli 213, 214 u 273 tad-Direttiva 2006/112/KE tal-Kunsill, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tirrifjuta li tagħti numru ta’ identifikazzjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud lil kumpannija sempliċement għax hija ma jkollhiex, skont din l-amministrazzjoni, mezzi materjali, tekniċi u finanzjarji għall-eżerċizzju tal-attività ekonomika ddikjarata u d-detentur tal-ishma kapitali ta’ din il-kumpannija jkun diġà kiseb, f’diversi okkażjonijiet, tali numru għal kumpanniji li qatt ma jkunu verament eżerċitaw attività ekonomika u li l-ishma kapitali tagħhom ikunu ġew assenjati lil persuni oħra ftit taż-żmien wara l-għoti ta’ dan in-numru, mingħajr ma l-amministrazzjoni fiskali kkonċernata ma tkun stabbilixxiet, fid-dawl ta’ fatturi oġġettivi, li hemm indizji serji li jippermettu li jiġi ssusspettat li n-numru ta’ identifikazzjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud mogħti jkun ser jiġi użat b’mod frawdolenti. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tevalwa jekk l-imsemmija amministrazzjoni fiskali pprovdietx indizji serji tal-eżistenza ta’ riskju ta’ frodi fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 6, 7.1.2012


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder) — il-Ġermanja) — Agrargenossenschaft Neuzelle eG vs Landrat des Landkreises Oder-Spree

(Kawża C-545/11) (1)

(Politika Agrikola Komuni - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikolu 7(1) u (2) - Modulazzjoni tal-pagamenti diretti mogħtija lill-bdiewa - Tnaqqis supplimentari tal-ammonti ta’ pagamenti diretti - Validità - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni)

2013/C 141/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrargenossenschaft Neuzelle eG

Konvenut: Landrat des Landkreises Oder-Spree

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Frankfurt (Oder) — Validità tal-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16) — Tnaqqis tal-ammonti tal-pagamenti diretti għas-snin 2009 sa 2012 li huwa ikbar minn dak previst mir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Dispożittiv

(1)

L-istħarriġ tal-ewwel domanda ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

(2)

L-istħarriġ tat-tieni domanda ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 73/2009 fid-dawl tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/8


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2012 minn Zdeněk Altner mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-23 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-535/11 — Altner vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-289/12 P)

2013/C 141/12

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Appellant: Zdeněk Altner (rappreżentant: J. Čapek, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Marzu 2013, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Zdeněk Altner għall-ispejjeż.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Łodzi (il-Polonja) fit-22 ta’ Jannar 2013 — Marcin Jagiełło vs Dyrektorowi Izby Skarbowej w Łodzi

(Kawża C-33/13)

2013/C 141/13

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marcin Jagiełło

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 4(1) u (2) flimkien mal-Artikolu 5(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-bejgħ imwettaq minn operatur li juża isem persuna oħra, bil-kunsens ta’ din tal-aħħar, sabiex tinħeba l-attività ekonomika vera tiegħu, jiġi kklassifikat bħala provvista ta’ beni?

(2)

L-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi t-tnaqqis tal-VAT minn fattura stabbilita minn persuna li sempliċement serviet ta’ prestanome għall-bejgħ ta’ beni mwettaq minn operatur ieħor, mingħajr indikazzjoni tal-fatt li x-xerrej kien jaf jew seta’ kien jaf, fuq il-bażi ta’ ċirkustanzi oġġettivi, li t-tranżazzjoni li fiha huwa pparteċipa kienet involuta fi frodi jew f’irregolaritajiet oħra, imwettqa mill-persuna li ħarġet il-fattura jew minn operatur li jikkollabora ma’ din tal-aħħar?


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (Is-Slovakkja) fit-23 ta’ Jannar 2013 — Monika Kušionová vs SMART Capital a.s.

(Kawża C-34/13)

2013/C 141/14

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Monika Kušionová

Konvenuta: SMART Capital a.s.

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur u d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, p. 22) għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija kuntrarja għal dawk id-direttivi, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 151j(1) tal-Kodiċi Ċivili, ikkunsidrat flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-leġiżlazzjoni applikabbli għal każ odjern, li tippermetti lil kreditur li jirkupra ammonti li jirriżultaw minn klawżoli inġusti permezz tal-eżekuzzjoni ta’ garanzija immobbiljari li tkun tiggrava l-beni immobbli tal-konsumatur mingħajr l-evalwazzjoni tal-klawżoli kuntrattwali minn qorti, minkejja l-eżistenza ta’ tilwima li tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk kinitx teżisti klawżola inġusta?

(2)

Id-dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni Ewropea, ċċitati fil-punt 1, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ regola nazzjonali, bħall-Artikolu 151j(1) tal-Kodiċi Ċivili, ikkunsidrat flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-leġiżlazzjoni applikabbli għal każ odjern, li tippermetti lil kreditur li jirkupra ammonti li jirriżultaw minn klawżoli inġusti permezz tal-eżekuzzjoni ta’ garanzija immobbiljari li tkun tiggrava l-beni immobbli tal-konsumatur mingħajr l-evalwazzjoni tal-klawżoli kuntrattwali minn qorti, minkejja l-eżistenza ta’ tilwima li tirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk kinitx teżisti klawżola inġusta?

(3)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Marzu 1978, mogħtija fil-Kawża 106/77, Amministrazione delle Finanze dello Stato vs Simmenthal (3), għandha tiġi interpretata fis-sens li, għall-finijiet tal-għanijiet tad-direttivi ċċitati fil-punt 1 u fid-dawl tal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-qorti nazzjonali ma għandhiex tapplika dispożizzjonijiet nazzjonali, bħall-Artikolu 151j(1) tal-Kodiċi Ċivili, ikkunsidrat flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra tal-leġiżlazzjoni applikabbli għal każ odjern, li tippermetti lil kreditur li jirkupra ammonti li jirriżultaw minn klawżoli inġusti permezz tal-eżekuzzjoni ta’ garanzija immobbiljari li tkun tiggrava l-beni immobbli tal-konsumatur mingħajr l-evalwazzjoni tal-klawżoli kuntrattwali minn qorti, u li jippermettulu wkoll li jevita l-istħarriġ ġudizzjarju ex officio tal-klawżoli kuntrattwali minkejja l-eżistenza ta’ tilwima?

(4)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali, li tkun tifforma parti minn kuntratt konkluż ma’ konsumatur meta dan tal-aħħar ma jkunx irrappreżentat minn avukat, li tippermetti lill-kreditur li jeżegwixxi, b’mezzi extra-ġudizzjarji, garanzija immobbiljari mingħajr l-istħarriġ ġudizzjarju, tmur kontra l-prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni li jikkonsisti fi stħarriġ ġudizzjarju ex officio tal-klawżoli kuntrattwali u, b’konsegwenza ta’ dan il-fatt, hija inġusta anki meta t-test ta’ tali klawżola kuntrattwali jkun jirriżulta minn dispożizzjoni nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU L 149, p. 22.

(3)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Marzu 1978, Simmenthal (106/77, Ġabra 1978 p. 629).


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Białymstoku (il-Polonja) fil-25 ta’ Jannar 2013 — Małgorzata Nierodzik vs Samodzielnemu Publicznemu Psychiatrycznemu Zakładowi Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy

(Kawża C-38/13)

2013/C 141/15

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Białymstoku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Małgorzata Nierodzik

Konvenuta: Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy

Domanda preliminari

L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss (żmien determinat) konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 1999/70”), il-Klawżola 1 tal-Anness tad-Direttiva 1999/70, il-Klawżola 4 tal-Anness tad-Direttiva 1999/70, kif ukoll il-prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju li jipprojbixxi d-diskriminazzjonijiet ibbażati fuq it-tip ta’ kuntratt ta’ xogħol għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-perijodu tal-preavviż għar-rexissjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur, regoli differenti (inqas favorevoli mill-perspettiva tal-ħaddiema impjegati fuq il-bażi ta’ kuntratti għal żmien determinat) minn dawk li japplikaw għad-determinazzjoni tal-perijodu tal-preavviż għar-rexissjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat, u effettivament jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali (l-Artikolu 33 tal-Liġi tas-26 ta’ Ġunju 1984, Kodiċi tax-xogħol (…)) li tipprevedi, għar-rexissjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur, perijodu ta’ preavviż fiss ta’ ġimagħtejn, li ma jiddependix mill-anzjanità tal-ħaddiem, filwaqt li l-perijodu tal-preavviż għar-rexissjoni fil-każ ta’ kuntratti għal żmien indeterminat jiddependi mill-anzjanità tal-ħaddiem u jista’ jvarja bejn ġimagħtejn u tliet xhur (Artikolu 36(1) (…) tal-Kodiċi tax-xogħol)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Úřad průmyslového vlastnictví (ir-Repubblika Ċeka) fid-29 ta’ Jannar 2013 — MF 7 a. s. vs MAFRA, a. s.

(Kawża C-49/13)

2013/C 141/16

Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Úřad průmyslového vlastnictví

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MF 7 a. s.

Konvenuta: MAFRA, a. s.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva (2008/95/KE) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li sabiex jiġi evalwat jekk applikant għal trade mark aġixxa b’bona fide, huma biss iċ-ċirkustanzi li jkunu seħħew qabel jew fid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, jew ċirkustanzi li jkunu seħħew wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni jistgħu wkoll jiġu invokati bħala provi insostenn tal-eżistenza tal-bona fide tal-applikant?

(2)

Hemm lok li tiġi applikata s-sentenza fil-Kawżi magħquda C-414/99 sa C-416/99 (2), b’mod ġenerali, għall-kawżi kollha li fihom jiġi evalwat jekk il-proprjetarju ta’ trade mark ikunx ta kunsens għal aġir li jista’ jwassal għal telf jew limitazzjoni tad-drittijiet esklużivi tiegħu?

(3)

Tista’ tiġi dedotta bona fide fir-rigward tal-applikant għal trade mark sussegwenti mill-fatt li l-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti ikkonkluda ftehim miegħu, fejn ta kunsens għall-pubblikazzjoni ta’ perjodiku stampat b’isem simili għat-trade mark mitluba, ta kunsens għar-reġistrazzjoni ta’ dan il-perjodiku mill-applikant għat-trade mark sussegwenti u offrilu s-sostenn tiegħu għall-pubblikazzjoni tiegħu, anki jekk dan il-ftehim ma jirregolax espressament il-kwistjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali?

(4)

Fil-każ fejn l-istess ċirkustanzi li seħħew wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark jistgħu jkunu rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza tal-bona fide tal-applikant għal trade mark, huwa possibbli, sussidjarjament, li tiġi dedotta l-bona fide tiegħu mill-fatt li l-proprjetarju tat-trade mark preċedenti jkun deliberatament ittollera l-eżistenza tat-trade mark kkontestata matul perijodu ta’ mill-inqas għaxar snin?


(1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).

(2)  Ġabra 2001, p. I-8691.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Rotterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-31 ta’ Jannar 2013 — Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV vs Hubertus Wilhelmus van Leeuwen

(Kawża C-51/13)

2013/C 141/17

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Rotterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nationale-Nederlanden Levensverzekering Mij NV

Konvenut: Hubertus Wilhelmus van Leeuwen

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(3) tat-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja (1), jipprekludi li, abbażi ta’ regoli miftuħa u/jew mhux miktuba tad-dritt Olandiż, bħar-raġonevolezza u l-ekwità li jirregolaw ir-relazzjoni (pre)kuntrattwali bejn persuna li tipprovdi assigurazzjoni għall-ħajja u persuna assigurata potenzjali, u/jew l-obbligu ġenerali u/jew partikolari ta’ diliġenza, il-persuni li jipprovdu assigurazzjoni għall-ħajja jkunu obbligati jikkomunikaw lill-persuni assigurati iktar informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-premiums ta’ riskju tal-assigurazzjoni minn dak li ġie preskritt fl-1999 permezz tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Olandiż li jimplementaw it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja (b’mod partikolari l-Artikolu 2(2)(q)u (r) tar-RIAV (Regeling Informatieverstrekking aan verzekeringnemers) 1998)?

(2)

L-effetti, jew l-effetti possibbli, li d-dritt Olandiż jirrelata man-nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni, huma rilevanti sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar l-assigurazzjoni diretta għall-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-ħajja) (ĠU L 360, p. 1)


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (ir-Repubblika Ċeka) fit-30 ta’ Jannar 2013 — Strojírny Prostějov, a.s. vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-53/13)

2013/C 141/18

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Ostravě

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Strojírny Prostějov, a.s.

Konvenuta: Odvolací finanční ředitelství

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-każ fejn impriża (il-fornitur) li tqiegħed ħaddiema għad-dispożizzjoni ta’ impriża oħra hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, timponi fuq l-impriża li tirrikorri għas-servizzi ta’ dawn il-ħaddiema l-obbligu li tiġbor it-taxxa fuq id-dħul imposta fuq ir-remunerazzjonijiet imħallsa lil dawn il-ħaddiema u li tittrasferixxiha lill-baġit tal-Istat, filwaqt li, fil-każ fejn il-fornitur huwa stabbilit fit-territorju tar-Repubblika Ċeka, dan l-obbligu jaqa’ fuq il-fornitur?


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/11


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-60/13)

2013/C 141/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros, L. Flynn, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi rrifjuta li jqiegħed għad-dispożizzjoni s-somma ta’ £ 20 061 462,11 li jikkorrispondu għal dazji fuq importazzjonjiet ta’ tewm frisk ikkalkolati skont informazzjoni tariffarja vinkolanti żbaljata, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2000/597/KE (1) u l-Artikoli 2, 6, 9, 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 1150/2000 (2);

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-awtoritajiet tar-Renju Unit ikkawżaw telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali bil-ħruġ ta’ dokumenti ta’ Informazzjoni Tariffarja Vinkolanti mingħajr ma ħadu l-prekawzjonijiet neċessarji, liema fatt ippermetta importazzjonijiet ta’ tewm frisk Ċiniż lil hinn mill-kwota. Il-Kummissjoni tqis li, fejn kien hemm żball amministrattiv u konsegwentment kien hemm riżorsi proprji li, b’mod indebitu, ma nġabrux, l-UE għandha tingħata kreditu bl-ekwivalenti tal-ammont ta’ riżorsi proprji mitlufa. Konsegwentement, l-awtoritajiet tar-Renju Unit kellhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-ammont totali ta’ dazji doganali involuti, li huwa stmat għal £ 20 061 462,11, kif ukoll l-interessi moratorji skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1150/2000.


(1)  2000/597/KE, Euratom: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2000, dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom (proprji) tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 200)

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom (proprji) tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169).


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fis-7 ta’ Frar 2013 — Alba Forni vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

(Kawża C-61/13)

2013/C 141/20

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alba Forni

Konvenut: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

Domandi preliminari

(1)

Il-qafas leġiżlattiv applikabbli fis-settur skolari, (li jippermetti numru indeterminat ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat, mingħajr il-possibbiltà li dawn jiġġeddu, mal-istess għalliem, anki sabiex jiġu ssodisfatti rekwiżiti permanenti marbuta mal-persunal), jikkostitwixxi miżura ekwivalenti fis-sens tal-Klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE (1)?

(2)

F’liema ċirkustanzi għandu jitqies li relazzjoni ta’ xogħol hija mal-“Istat”, fis-sens tal-Klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE u b’mod partikolari wkoll tal-espressjoni “setturi (speċifiċi) u/jew kategoriji (…) ta’ ħaddiema”, b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu ġġustifikati konsegwenzi differenti meta mqabbla mar-relazzjonijiet ta’ xogħol privati?

(3)

Fid-dawl ta’ dak speċifikat fl-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78/KE (2) u fl-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE (3), il-kunċett ta’ kundizzjonijiet tal-impjieg użat fil-Klawżola 4 tad-Direttiva 1999/70/KE jinkludi wkoll il-konsegwenzi tat-terminazzjoni illegali tar-relazzjoni ta’ xogħol? Fl-eventwalità li d-domanda li għadha kemm saret tingħata risposta fl-affermattiv, id-differenza fil-konsegwenzi normalment previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tat-terminazzjoni illegali tar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat u għal żmien determinat tista’ tiġi ġġustifikata fis-sens tal-Klawżola 4?

(4)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, Stat huwa prekluż milli jippreżenta, fi proċedura għal deċiżjoni preliminari fejn tintalab l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, qafas leġiżlattiv nazzjonali li intenzjonalment ma jkunx jikkorrispondi għal dak reali, u l-qorti hija obbligata, fl-assenza ta’ interpretazzjoni differenti tad-dritt nazzjonali li tkun ukoll tissodifa l-obbligi li jirriżultaw mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, li tinterpreta, sa fejn possibbli, id-dritt nazzjonali inkonformità mal-interpretazzjoni proposta mill-Istat?

(5)

Il-kundizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni ta’ xogħol, previsti fid-Direttiva 91/533/KEE (4) u b’mod partikolari fl-Artikolu 2(1) u (2)(e), jinkludu l-indikazzjoni tal-każijiet li fihom il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat jista’ jiġi ttrasformat f’kuntratt għal żmien indeterminat?

(6)

Fl-eventwalità li d-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv, emenda b’effett retroattiv tal-qafas leġiżlattiv ta’ natura tali li ma tiggarantixxix lill-ħaddiem impjegat il-possibbiltà li jinvoka d-drittijiet tiegħu taħt id-Direttiva, jiġifieri li ma tiggarantixxix l-osservanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol indikati fid-dokument ta’ reklutaġġ, hija kuntrarja għall-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/533/KEE u għall-għanijiet ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari għall-għan iddikjarat fit-tieni premessa?

(7)

Il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju applikabbli dwar iċ-ċertezza legali, il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, l-opportunitajiet ugwali għall-partijiet, il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, l-aċċess għal qorti indipendenti u, b’mod iktar ġenerali, id-dritt għal smigħ xieraq, iggarantiti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (kif emendat bl-Artikolu 1(8) tat-Trattat ta’ Lisbona u li jirreferi għalih l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar l-Unjoni) — ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, u mal-Artikoli 46, 47 u 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata f’Nice fis-7 ta’ Diċembru 2000, kif ikkonfermati mit-Trattat ta’ Lisbona — għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE, l-introduzzjoni mill-Istat Taljan, wara perijodu ta’ żmien kunsiderevoli (tliet snin u sitt xhur), ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva, bħalma hija l-Artikolu 9 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 70, tat-13 ta’ Mejju 2011, emendat bil-Liġi Nru 106 tat-12 ta’ Lulju 2011, li żiedet il-paragrafu 4a fl-Artikolu 10 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/01, li hija ta’ natura li tibdel il-konsegwenzi ta’ proċessi pendenti billi tippreġudika direttament il-ħaddiem filwaqt li tiffavorixxi lill-persuna li timpjega, li tkun l-Istat, u billi telimina l-possibbiltà, prevista fl-ordinament ġuridiku nazzjonali, li tiġi ssanzjonata l-konklużjoni abbużiva ta’ kuntratti għal żmien determinat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss (żmien determinat) konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).

(3)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE, tal-14 ta’ Ottubru 1991, dwar l-obbligazzjoni ta’ min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 3).


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fis-7 ta’ Frar 2013 — Immacolata Racca vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

(Kawża C-62/13)

2013/C 141/21

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Immacolata Racca

Konvenut: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

Domandi preliminari

(1)

Il-qafas leġiżlattiv applikabbli fis-settur skolari, (li jippermetti numru indeterminat ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat, mingħajr il-possibbiltà li dawn jiġġeddu, mal-istess għalliem, anki sabiex jiġu ssodisfatti rekwiżiti permanenti marbuta mal-persunal), jikkostitwixxi miżura ekwivalenti fis-sens tal-Klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE (1)?

(2)

F’liema ċirkustanzi għandu jitqies li relazzjoni ta’ xogħol hija mal-“Istat”, fis-sens tal-Klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE u b’mod partikolari wkoll tal-espressjoni “setturi (speċifiċi) u/jew kategoriji (…) ta’ ħaddiema”, b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu ġġustifikati konsegwenzi differenti meta mqabbla mar-relazzjonijiet ta’ xogħol privati?

(3)

Fid-dawl ta’ dak speċifikat fl-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78/KE (2) u fl-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE (3), il-kunċett ta’ kundizzjonijiet tal-impjieg użat fil-Klawżola 4 tad-Direttiva 1999/70/KE jinkludi wkoll il-konsegwenzi tat-terminazzjoni illegali tar-relazzjoni ta’ xogħol? Fl-eventwalità li d-domanda li għadha kemm saret tingħata risposta fl-affermattiv, id-differenza fil-konsegwenzi normalment previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tat-terminazzjoni illegali tar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien indeterminat u għal żmien determinat tista’ tiġi ġġustifikata fis-sens tal-Klawżola 4?

(4)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, Stat huwa prekluż milli jippreżenta, fi proċedura għal deċiżjoni preliminari fejn tintalab l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, qafas leġiżlattiv nazzjonali li intenzjonalment ma jkunx jikkorrispondi għal dak reali, u l-qorti hija obbligata, fl-assenza ta’ interpretazzjoni differenti tad-dritt nazzjonali li tkun ukoll tissodifa l-obbligi li jirriżultaw mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, li tinterpreta, sa fejn possibbli, id-dritt nazzjonali inkonformità mal-interpretazzjoni proposta mill-Istat?

(5)

Il-kundizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni ta’ xogħol, previsti fid-Direttiva 91/533/KEE (4) u b’mod partikolari fl-Artikolu 2(1) u (2)(e), jinkludu l-indikazzjoni tal-każijiet li fihom il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat jista’ jiġi ttrasformat f’kuntratt għal żmien indeterminat?

(6)

Fl-eventwalità li d-domanda preċedenti tingħata risposta fl-affermattiv, emenda b’effett retroattiv tal-qafas leġiżlattiv ta’ natura tali li ma tiggarantixxix lill-ħaddiem impjegat il-possibbiltà li jinvoka d-drittijiet tiegħu taħt id-Direttiva, jiġifieri li ma tiggarantixxix l-osservanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol indikati fid-dokument ta’ reklutaġġ, hija kuntrarja għall-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/533/KEE u għall-għanijiet ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari għall-għan iddikjarat fit-tieni premessa?

(7)

Il-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju applikabbli dwar iċ-ċertezza legali, il-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, l-opportunitajiet ugwali għall-partijiet, il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, l-aċċess għal qorti indipendenti u, b’mod iktar ġenerali, id-dritt għal smigħ xieraq, iggarantiti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (kif emendat bl-Artikolu 1(8) tat-Trattat ta’ Lisbona u li jirreferi għalih l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar l-Unjoni) — ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, u mal-Artikoli 46, 47 u 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata f’Nice fis-7 ta’ Diċembru 2000, kif ikkonfermati mit-Trattat ta’ Lisbona — għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 1999/70/KE, l-introduzzjoni mill-Istat Taljan, wara perijodu ta’ żmien kunsiderevoli (tliet snin u sitt xhur), ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva, bħalma hija l-Artikolu 9 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 70, tat-13 ta’ Mejju 2011, emendat bil-Liġi Nru 106 tat-12 ta’ Lulju 2011, li żiedet il-paragrafu 4a fl-Artikolu 10 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 368/01, li hija ta’ natura li tibdel il-konsegwenzi ta’ proċessi pendenti billi tippreġudika direttament il-ħaddiem filwaqt li tiffavorixxi lill-persuna li timpjega, li tkun l-Istat, u billi telimina l-possibbiltà, prevista fl-ordinament ġuridiku nazzjonali, li tiġi ssanzjonata l-konklużjoni abbużiva ta’ kuntratti għal żmien determinat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss (żmien determinat) konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).

(3)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE, tal-14 ta’ Ottubru 1991, dwar l-obbligazzjoni ta’ min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 3).


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fis-7 ta’ Frar 2013 — Fortuna Russo vs Comune di Napoli

(Kawża C-63/13)

2013/C 141/22

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fortuna Russo

Konvenut: Comune di Napoli

Domandi preliminari

(1)

Fil-każ ta’ relazzjoni ta’ xogħol, meta għandu jitqies li l-persuna li timpjega hija l-“Istat” fis-sens tal-klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE (1), u b’mod partikolari fid-dawl tal-espressjoni “setturi u/jew kategoriji speċifiċi ta’ ħaddiema”, liema ħaġa b’hekk tippermetti li jiġu ġġustifikati konsegwenzi differenti meta mqabbla ma’ dawk li jirriżultaw mir-relazzjonijiet ta’ xogħol privati?

(2)

Fid-dawl tal-preċiżazzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78/KE (2) u fl-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/54/KE (3), il-kunċett ta’ kundizzjonijiet tal-impjieg, imsemmi fil-klawżola 4 tad-Direttiva 1999/70/KE, jinkludi fih il-konsegwenzi tal-interruzzjoni illegali tar-relazzjoni ta’ xogħol? F’każ ta’ risposta fil-pożittiv għad-domanda preċedenti, il-konsegwenzi differenti li l-leġiżlazzjoni nazzjonali torbot normalment mal-interruzzjoni illegali tar-relazzjoni ta’ xogħol skont jekk hijiex għal żmien indeterminat jew għal żmien determinat, jistgħu jiġu ġġustifikati fir-rigward tal-klawżola 4?

(3)

Abbażi tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, Stat huwa pprojbit milli jiddeskrivi għall-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-kuntest ta’ proċedura għal deċiżjoni preliminari bi skop ta’ interpretazzjoni, kuntest leġiżlattiv nazzjonali li intenzjonalment ma jikkorrispondix mar-realtà, u l-qorti hija marbuta, fl-assenza ta’ interpretazzjoni differenti tad-dritt nazzjonali li tissodisfa wkoll l-obbligi li jirriżultaw mill-appartenenza fl-Unjoni Ewropea, li tinterpreta jekk ikun possibbli d-dritt nazzjonali b’mod konformi mal-interpretazzjoni mogħtija mill-Istat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss (żmien determinat) konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).

(3)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p. 23).


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-11 ta’ Frar 2013 — Gmina Wrocław vs Minister Finansów

(Kawża C-72/13)

2013/C 141/23

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gmina Wrocław

Konvenut: Minister Finansów

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jipprekludu li jiġu sottomessi għall-VAT, l-atti ta’ muniċipalità li jikkonsistu fil-bejgħ ta’ beni, inklużi beni immobbli, akkwistati skont il-liġi jew mingħajr ħlas, b’mod partikolari permezz tas-suċċessjoni jew tad-donazzjoni, jew fil-kontribut tagħhom in natura lil kumpannija kummerċjali?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-21 ta’ Frar 2013 — Staatssecretaris van Financiën vs X

(Kawża C-87/13)

2013/C 141/24

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenut: X

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-moviement liberu tal-kapital, jipprekludi li persuna residenti fil-Belġju li, fuq talba tagħha, hija ntaxxata bħala persuna taxxabbli residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi, u li sostniet spejjeż relatati ma’ kastell li huwa l-abitazzjoni propja tagħha, li jinsab fil-Belġju u li huwa kkunsidrat f’dan l-Istat bħala monument u sit rurali protett, ma tistax tnaqqas dawn l-ispejjeż għat-tassazzjoni tad-dħul fil-Pajjiżi l-Baxxi, minħabba li l-kastell ma kienx irreġistrat fil-Pajjiżi l-Baxxi bħala monument storiku protett?

(2)

F’dan ir-rigward sa fejn huwa rilevanti li l-persuna kkonċernata tista’ tnaqqas, għat-taxxa fuq id-dħul fil-pajjiż ta’ residenza tagħha, il-Belġju, dawn l-ispejjeż mid-dħul attwali jew ġejjieni tagħha li jorigina minn beni mobbli, permezz tal-għażla ta’ tassazzjoni progressiva ta’ dan id-dħul?


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fit-28 ta’ Frar 2013 — Guy Kleynen vs Conseil des ministres

(Kawża C-99/13)

2013/C 141/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Guy Kleynen

Konvenut: Conseil des ministres

Domanda preliminari

L-Artikoli 56 u 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 36 u 41 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux lil Stat Membru jintroduċi u jżomm fis-seħħ skema li tistabbilixxi tassazzjoni ogħla tal-interessi mħallsa mill-banek mhux residenti permezz ta’ eżenzjoni fiskali jew rata ta’ tassazzjoni iktar baxxa biss għall-interessi mħallsa mill-banek Belġjani?


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Tivoli (l-Italja) fl-4 ta’ Marzu 2013 — Francesco Fierro u Fabiana Marmorale vs Edoardo Ronchi u Cosimo Scocozza

(Kawża C-106/13)

2013/C 141/26

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Tivoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Francesco Fierro u Fabiana Marmorale

Konvenuti: Edoardo Ronchi u Cosimo Scocozza

Domanda preliminari

L-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll Addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet u tal-Libertajiet Fundamentali, moqri flimkien mal-Artikolu 6 (TUE, kif emendat bit-) Trattat ta’ Lisbona kif ukoll mal-Artikoli 17 u 52(3) tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludi, mill-perspettiva tal-indħil sproporzjonat u irraġonevoli fid-dritt għall-proprjetà, anki jekk previst mil-liġi, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tar-Repubblika Taljana — b’mod partikolari l-Artikolu 33 tal-Liġi Nru 1150/42, li tippermetti lill-komuni li jirregolaw it-trasformazzjonijiet immobiljari jew urbanistiċi fit-territorju tagħhom skont il-prinċipji ġenerali li jinsabu fl-imsemmija liġi kif ukoll fl-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 10/77, fid-diversi liġijiet adottati mir-Reġjuni u moqrija flimkien mal-Artikolu 2 tat-TU Nru 380/2001 u mar-regoli lokali ta’ grad inferjuri (pjanijiet ġenerali ta’ tisbiħ u regoli ta’ implementazzjoni) kif ukoll fl-Artikolu 46 tat-TU Nru 380/2001, li jipprovdi n-nullità tal-atti ta’ bejgħ fil-każ ta’ tibdil fil-proprjetà immobbli mingħajr awtorizzazzjoni?


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Marzu 2013 — Société Mac GmbH vs Ministère de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

(Kawża C-108/13)

2013/C 141/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Mac GmbH

Konvenut: Ministère de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

Domanda preliminari

L-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta b’mod partikolari l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq bħala importazzjoni parallela ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għall-kundizzjoni li l-prodott ikkonċernat jibbenefika, fl-Istat ta’ esportazzjoni, minn awtorizzazzjoni maħruġa skont id-Direttiva 91/414/KEE (1), u, konsegwentement, ma tippermettix il-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq bħala importazzjoni parallela ta’ prodott li jibbenefika, fl-Istat ta’ esportazzjoni, minn awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq bħala importazzjoni parallela u li jkun identiku għal prodott awtorizzat fl-Istat ta’ importazzjoni ?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332).


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Ordinario di Firenze (l-Italja) fil-15 ta’ Marzu 2013 — Paola C vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-122/13)

2013/C 141/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Ordinario di Firenze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Paola C

Konvenut: Presidenza del Consiglio dei Ministri

Domanda preliminari

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2004/80/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu għal kumpens għall-vittmi ta’ xi kategoriji ta’ delitti vjolenti jew intenzjonali jew inkella jimponi fuq l-Istati Membri, skont l-imsemmija direttiva, li jadottaw sistema ta’ kumpens għall-vittmi tad-delitti intenzjonali jew vjolenti kollha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, tad-29 ta’ April 2004, li għandha x’taqsam ma’ kupens għal vittmi ta’ delitti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 65).


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) mressqa fit-18 ta’ Marzu 2013 — Raytek GmbH, Fluke Europe BV vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

(Kawża C-134/13)

2013/C 141/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raytek GmbH, Fluke Europe BV

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs

Domanda preliminari

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 314/2011, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (1) huwa validu f’dak li jirrigwarda l-kameras termiċi infrared skont il-Kodiċi NM Nru 9025 19 20?


(1)  ĠU L 86, p. 57


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/16


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2013 minn Reber Holding GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-17 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-355/09 — Reber Holding GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-141/13)

2013/C 141/30

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Reber Holding GmbH & Co. KG (rappreżentanti: O. Spuhler, M. Geitz, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Wedl & Hofmann GmbH

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-355/09 u d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Lulju 2009 fil-Każ R 623/2008-4;

sussidjarjament,

tannulla s-sentenza msemmija fil-punt I. u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali tinterpreta l-kriterju tal-“użu ġenwin” fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 42(2), moqrija flimkien mal-Artikolu 42(3) tar-Regolament dwar it-trade marks, fis-sens li dan jiddependi fuq id-dħul mill-bejgħ kif ukoll fuq in-numru ta’ punti ta’ bejgħ. Dan huwa inkorrett għas-sempliċi raġuni li, skont il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma huwiex neċessarjament meħtieġ li jinkiseb dħul mill-bejgħ speċifiku sabiex użu jkun ġenwin.

Anki li kieku l-Qorti Ġenerali stabbiliet li, f’dan il-każ, it-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni, “Walzertraum”, ma kinitx użata b’mod li jippreżerva d-drittijiet li jirriżultaw minnha għal prodotti taċ-ċikkulata, hija ma kienx imissha sempliċement waqqfet l-evalwazzjoni tagħha.

Il-Qorti Ġenerali kellha, fi stadju ulterjuri ta’ evalwazzjoni u fid-dawl tal-prinċipji tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Ġunju 2002 mogħtija fil-Kawża C-307/10 (li għadha ma ġietx ippubblikata), tiffoka fuq ċikkulatini magħmula bl-idejn. Sussegwentement, hija kellha teżamina jekk il-provi ta’ użu prodotti kinux biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li t-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni, “Walzertraum”, intużat b’mod li jippreżerva d-drittijiet li jirriżultaw minnha għal ċikkulatini magħmula bl-idejn. Ma hemm ebda dubju li dan huwa l-każ. Madankollu, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx dawn l-istadji ulterjuri tal-evalwazzjoni.

Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata tirrappreżenta wkoll ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament. In-nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament jirriżulta b’mod partikolari mill-fatt li l-Qorti Ġenerali, fir-rigward tat-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni, iffokat ukoll fuq il-prodotti taċ-ċikkulata b’mod ġenerali minkejja li din it-trade mark tintuża għaċ-ċikkulatini magħmulin bl-idejn. Bl-użu tal-prodotti taċ-ċikkulata bħala riferiment jiġu inevitabbilment applikati, għall-appellanti, l-istess standards għall-użu b’mod li jippreżerva d-drittijiet li jirriżultaw minnha tat-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni bħal dawk applikati għal kumpannija kbira multinazzjonali. Dan imur kontra l-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament.

Għaldaqstant l-appell għandu jintlaqa’ kollu kemm hu.


Il-Qorti Ġenerali

18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2013 — Kappa Filter Systems vs UASI (THE FUTURE HAS ZERO EMISSIONS)

(Kawża T-422/12) (1)

(Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Assenza ta’ każ fortuwitu - Inammissibbiltà manifesta)

2013/C 141/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kappa Filter Systems GmbH (Steyr-Gleink, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Hadeyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Lulju 2012 (Każ R 817/2012-4), dwar ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali THE FUTURE HAS ZERO EMISSIONS.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/18


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2013 — Pilkington Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/12 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda tat-talba intiża sabiex jinkiseb trattament kunfidenzjali ta’ data allegatament koperta mis-sigriet kummerċjali - Talba għal miżuri provviżorji - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi)

2013/C 141/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pilkington Group Ltd (St Helens, Merseyside, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Scott, S. Wisking u K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, P. Van Nuffel u G. Meeßen, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 5718 finali, tas-6 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Pilkington Group Ltd, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Kawża COMP/39.125 — Carglass), u talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex tiġi ordnata ż-żamma tat-trattament kunfidenzjali mogħti lil ċerta data dwar ir-rikorrenti għal dak li jirrigwarda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.125 — Carglass).

Dispożittiv

(1)

It-talbiet għal intervent ta’ HUK-Coburg, ta’ LVM, ta’ VHV u ta’ Württembergische Gemeinde-Versicherung huma miċħuda.

(2)

L-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 5718 finali tal-Kummissjoni, tal-6 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad it-talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Pilkington Group Ltd, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/39.125 — Carglass), għal dak li jirrigwarda ż-żewġ kategoriji ta’ informazzjoni, bħal dawk imsemmija fil-punt 6 tad-Deċiżjoni C(2012) 5718 finali, dwar, minn naħa, l-ismijiet tal-klijenti, l-ismijiet u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti kif ukoll informazzjoni oħra li tista’ twassal għall-identifikazzjoni ta’ ċerti klijenti u, min-naħa l-oħra, fost id-dokumenti prodotti mill-Pilkington Group, is-sehem ta’ manifattur ta’ vetturi bil-mutur speċifiku, il-kalkoli tal-prezz, it-tibdil fil-prezz, eċċ.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija ordnata tastjeni milli tippubblika verżjoni tad-Deċiżjoni C(2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 (KE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.125 — Carglass), li tkun iktar dettaljata, għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni fiż-żewġ kategoriji msemmija fil-punt 2 iktar ’il fuq, minn dik ippubblikata fi Frar 2010 fuq is-sit tal-Internet tagħha.

(4)

Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(5)

L-ispejjeż huma rriżervati.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/19


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2013 — North Drilling vs Il-Kunsill

(Kawża T-552/12 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)

2013/C 141/33

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: North Drilling Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. De Elera, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), sa fejn isem ir-rikorrenti ġie inkluż fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), sa fejn dan ir-regolament jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji ġiet miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/19


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2013 — Communicaid Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-4/13 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Servizzi ta’ taħriġ fil-lingwa - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjon u ta’ miżuri provviżorji - Telf ta’ opportunità - Assenza ta’ dannu gravi u irreparabbli - Nuqqas ta’ urġenza)

2013/C 141/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Communicaid Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Brennan, solicitor, F. Randolph, QC u M. Gray, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u S. Lejeune, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat)

Suġġett

Talba intiża, minn naħa, li tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu l-offerti sottomessi mir-rikorrenti, għal diversi lottijiet fil-kuntest ta’ kuntratti-qafas għall-provvista ta’ taħriġ lingwistiku għall-persunal tal-Istituzzjonijiet, Korpi u Aġenziji tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fi Brussell (il-Belġju) u, min-naħa l-oħra, li tipprojbixxi lill-Kummissjoni tikkonkludi mal-offerent rebbieħ il-kuntratti dwar il-lottijiet inkwistjoni.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/19


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2013 — CMT vs UASI — Camomilla (Camomilla)

(Kawża T-98/13)

2013/C 141/35

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia u R. Floridia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Camomilla SpA (Buccinasco, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Novembru 2012 fil-proċedura R 1615/2011-1, fil-waqt li jiġu kkonstatati r-rekwiżiti tar-raġuni assoluta ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, ibbażata fuq il-mala fide tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja meta ppreżenta d-dokument kif ukoll ir-raġunijiet ta’ invalidità skont l-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8.1.(b) u 8.5 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

sussidjarjament, u fil-każ biss fejn il-Qorti Ġenerali jkollha tikkunsidra bħala inammissibbli d-dokumenti ppreżentati flimkien fl-appell quddiem il-Bord tal-Appell u jkollha tikkunsidra dawn id-dokumenti importanti sabiex tilqa’ l-appell, tannulla d-deċiżjoni appellata minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju u minħabba fil-ksur tad-dritt għal difiża u tirrinvija l-kawża sabiex tiġi deċiża fuq il-mertu quddiem id-Diviżjoni għall-Kanċellazzjoni;

fi kwalunkwe każ, titlob lill-UASI sabiex jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż għal dan il-proċediment u lill-proprjetarju għall-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni għall-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark figurattiva li fiha element verbali “Camomilla” għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 24 — trade mark Komunitarja Nru 269 241

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Camomilla SpA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: trade mark figurattiva nazzjonali li fiha element verbali “CAMOMILLA” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(b) u tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/20


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2013 — CMT vs UASI — Camomilla (Camomilla)

(Kawża T-99/13)

2013/C 141/36

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia u R. Floridia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Camomilla SpA (Buccinasco, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Novembru 2012, fil-proċedura R 1617/2011-1, filwaqt li jiġu kkonstatati r-rekwiżiti għal raġuni assoluta ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, ibbażata fuq il-mala fide tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja meta ppreżenta d-dokument kif ukoll ir-raġunijiet ta’ invalidità skont l-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8.1.(b) u 8.5 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

sussidjarjament, u fil-każ biss fejn il-Qorti Ġenerali tikkunsidra bħala inammissibbli d-dokumenti ppreżentati flimkien fl-appell quddiem il-Bord tal-Appell u tikkunsidra dawn id-dokumenti importanti sabiex tilqa’ l-appell, tannulla d-deċiżjoni appellata minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju u minħabba fil-ksur tad-dritt għal difiża u tirrinvija l-kawża sabiex tiġi deċiża fuq il-mertu quddiem id-Diviżjoni għall-Kanċellazzjoni;

fi kwalunkwe każ, titlob lill-UASI jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż għal dan il-proċediment u lill-proprjetarju għall-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni għall-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali “Camomilla” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 21, 24 u 28 — trade mark Komunitarja Nru 3 185 196

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Camomilla SpA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: trade mark figurattiva nazzjonali li fiha element verbali “CAMOMILLA” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(b) u tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/21


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2013 — CMT vs UASI — Camomilla (CAMOMILLA)

(Kawża T-100/13)

2013/C 141/37

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia u R. Floridia, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Camomilla SpA (Buccinasco, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Novembru 2012 fil-proċedura R 1616/2011-1, fil-waqt li jiġu kkonstatati r-rekwiżiti tar-raġuni assoluta ta’ nvalidità skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, ibbażata fuq il-mala fide tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja meta ppreżenta d-dokument kif ukoll ir-raġunijiet ta’ invalidità skont l-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8.1.(b) u 8.5 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

sussidjarjament, u fil-każ biss fejn il-Qorti Ġenerali jkollha tikkunsidra bħala inammissibbli d-dokumenti ppreżentati flimkien fl-appell quddiem il-Bord tal-Appell u jkollha tikkunsidra dawn id-dokumenti importanti sabiex tilqa’ l-appell, tannulla d-deċiżjoni appellata minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju u minħabba fil-ksur tad-dritt għal difiża u tirrinvija l-kawża sabiex tiġi deċiża fuq il-mertu quddiem id-Diviżjoni għall-Kanċellazzjoni;

fi kwalunkwe każ, titlob lill-UASI sabiex jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż għal dan il-proċediment u lill-proprjetarju għall-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni għall-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark denominattiva “CAMOMILLA” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 11, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 27, 28, 30 u 33 — trade mark Komunitarja Nru 7 077 555

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Camomilla SpA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: trade mark nazzjonali figurattiva li fiha element verbali “CAMOMILLA” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(b) u tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/21


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2013 — Synergy Hellas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-106/13)

2013/C 141/38

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: d.d. Synergy Hellas Anonimi Emporiki Etairia Parokhis Ipiresion Pliroforikis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Angelopoulos u K. Damis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li l-esklużjoni tal-kumpannija min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea mill-parteċipazzjoni fil-programm ARTreat tikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tal-Kummissjoni fid-dawl tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, u tordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ tliet mija tlieta u erbgħin elf, tmien mija tmienja u għoxrin euro u tmienja u tmenin ċenteżmu (EUR 343 828,88) fir-rigward tal-pagamenti dovuti mill-Kummissjoni fir-rigward tal-proġett ARTreat, flimkien mal-interessi kkalkolati mid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors;

tordna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ disgħa u tmenin elf, disa’ mija tlieta u tletin euro u sittax-il ċenteżmu (EUR 89 933,16) bħala kumpens għad-dannu finanzjarju u għall-ħsara lir-reputazzjoni professjonali tagħha li r-rikorrenti ġarrbet minħabba l-użu ħażin min-naħa tal-Kummissjoni tas-setgħat tagħha u minħabba ksur tal-kunfidenzalità, flimkien ma’ interessi kumpensatorji mill-14 ta’ Ġunju 2012 sal-għoti ta’ sentenza f’din il-kawża u interessi moratorji mill-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sal-ħlas finali;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti tressaq żewġ azzjonijiet.

Fl-ewwel lok, azzjoni, skont l-Artikolu 272 TFUE, fir-rigward tar-responsabbiltà tal-Kummissjoni taħt il-Kuntratt FP7-224297 li jirrigwarda t-twettiq tal-proġett “Multi-level patient-specific artery and artherogenesis model for outcome prediction, decision support treatment, and virtual hand-on training (ARTreat)”. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li, minkejja li min-naħa tagħha hija kienet wettqet debitament u kompletament l-obbligi kuntrattwali tagħha, il-Kummissjoni, mingħajr ma kienet intitolata tagħmel dan u bi ksur tal-kuntratt u tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ proporzjonalità, issospendiet il-pagament dovut lilha.

Fit-tieni lok, azzjoni sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, permezz tal-aġir illegali tagħha, ikkawżat ħsara għar-reputazzjoni professjonali tar-rikorrenti.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/22


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2013 — Whirlpool Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-118/13)

2013/C 141/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Whirlpool Europe BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: F. Wijckmans u H. Burez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat ta’ Franza favur l-impriża FagorBrandt (SA.23839 Nru C-44/2007);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat ta’ Franża favur l-impriża FagorBrandt (SA.23839 Nru C44/2007).

Ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tikser l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE u l-Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà. Ir-rikorrenti ssostni li d-dispożittiv tad-deċiżjoni huwa żbaljat skont il-liġi minħabba l-fatt li waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet (kumulattivi) tal-linji gwida msemmija iktar ’il fuq ma humiex sodisfatti jew li, f’kull każ, il-Kummissjoni naqset milli tevalwa suffiċjentement għall-finijiet tal-liġi li kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija sodisfatta. L-argumenti invokati insostenn ta’ tali motiv jirrigwardaw in-nuqqas ta’ osservanza (i) tal-obbligu li tiġi evalwata waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet tal-linji gwida msemmija iktar ’il fuq sad-data tad-deċiżjoni; (ii) tal-kundizzjoni ta’ “l-ewwel u l-aħħar darba”; (iii) tal-kundizzjoni li għajnuna għar-ristrutturazzjoni ma għandhiex isservi sabiex iżżomm l-impriżi attivi b’mod artifiċjali; (iv) tal-kundizzjoni dwar l-evalwazzjoni ta’ għajnuna illegali preċedenti; (v) tal-kundizzjoni li l-kumpannija li tibbenefika mill-għajnuna trid tkun kumpannija f’diffikultà; (vi) tal-kundizzjoni li l-kumpannija li tibbenfika mill-għajnuna ma tridx tkun kumpannija li għadha kemm ġiet inkorporata; (vii) tal-kundizzjonai li l-kumpannija li tibbenfika mill-għajnuna għandha tkun tista’ terġa’ tikseb il-vijabbiltà fit-tul tagħha; (viii) tal-kundizzjoni li jiġu imposti miżuri ta’ kumpens sabiex tiġi evitata distorsjoni indebita li tirriżulta mill-għajnuna għar-ristrutturazzjoni, u (ix) tal-kundizzjoni li l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu u li l-grupp kummerċjali għandu jagħmel kontribuzzjoni reali (ħielsa minn kull għajnuna).

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE b’diversi modi. Ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari li d-deċiżjoni ma hijiex suffiċjentement motivata għal dak li jirrigwarda (i) il-kundizzjoni li jiġu imposti miżuri ta’ kumpens sabiex tiġi evitata distorsjoni indebita li tirriżulta mill-għajnuna għar-ristrutturazzjoni, u (ii) obbligu li tiġi rrimborsata l-għajnuna illegali preċedenti.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/22


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2013 — Alpiq RomIndustries u Alpiq RomEnergie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-129/13)

2013/C 141/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Alpiq RomIndustries Srl (Bukarest, ir-Rumanija); u Alpiq RomEnergie Srl (Bukarest) (rappreżentanti: H. Wollmann u F. Urlesberger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 2542 finali, tal-25 ta’ April 2012 (SA.33451, 2012/C, ex 2012/NN) skont l-Artikolu 264 TFUE, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti essenzjalment jinvokaw in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni. Fil-fehma tagħhom, l-allegata għajnuna mill-Istat ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tal-Artikoli 107 u 108 TFUE. Skont l-Anness V tal-Att ta’ Adeżjoni tar-Rumanija, il-Kummissjoni għandha biss il-kompetenza li tistħarreġ l-għajnuna mill-Istat implementata qabel l-adeżjoni tar-Rumanija fil-każ fejn tali miżuri kienu għadhom fis-seħħ wara l-adeżjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu, b’mod partikolari, li l-obbligi ta’ Hidroelectrica fil-konfront tal-allegati benefiċjarji kienu diġà previsti fil-kuntratti ta’ provvista ta’ elettriku konklużi qabel l-adeżjoni b’mod tant ċar li kellha tiġi eskluża estensjoni sussegwenti tal-obbligu ta’ forniment ta’ Hidroelectrica, li kienet timplika vantaġġ addizzjonali.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/23


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2013 — Lardini vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ fjura)

(Kawża T-131/13)

2013/C 141/41

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Lardini Srl (Filottrano, l-Italja) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Diċembru 2012, fil-Każ R 2578/2011-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell R 2578/2011-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark ta’ pożizzjoni li tikkonsisti fi fjura għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/23


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2013 — Evonik Oil Additives vs UASI — BRB International (VISCOTECH)

(Kawża T-138/13)

2013/C 141/42

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Oil Additives GmbH (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: J.Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BRB International BV (Ittervoort, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta’ Diċembru 2012 fil-Każ R 907/2012-5;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: BRB International BV

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VISCOTECH” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali u internazzjonali “VISCOPLEX” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/24


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2013 — Zanjani vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-155/13)

2013/C 141/43

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Babak Zanjani (Dubai, L-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: L. Defalque u C. Malherbe, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-punt I.I.1 (taħt it-titolu “Persuna”) tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71);

tannulla l-punt I.I.1 (taħt it-titolu “Persuna”) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55);

tiddikjara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran inapplikabbli sa fejn l-Artikolu 19(1)(b) u (ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39) jiġi applikat għar-rikorrent, u tiddikjara li l-miżuri restrittivi previsti minnha ma jgħoddux għar-rikorrent; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-argument li l-Kunsill adotta l-miżuri restrittivi kkontestati previsti fl-Artikolu 19(1)(b) u (ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK fin-nuqqas ta’ bażi legali.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-argument li l-Kunsill ma osservax l-obbligu tiegħu ta’ motivazzjoni. Il-motivazzjoni tad-deċiżjoni u tas-soluzzjoni kkontestati hija vaga u ġenerali u ma tindikax ir-raġunijiet speċifiċi u konkreti għalfejn, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tiegħu, il-Kunsill qies li r-rikorrent kellu jkun suġġett għall-miżuri restrittivi kkontestati.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-argument li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża, id-dritt għal smigħ xieraq u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent. Ir-rikorrent la ġie informat u lanqas innotifikat bil-provi prodotti kontrih u li jiġġustifikaw il-miżuri li jippreġudikawh. Il-Kunsill la ta lir-rikorrent aċċess għall-fajl tiegħu u lanqas ipprovdielu d-dokumenti mitluba (inkluża informazzjoni preċiża u personalizzata li tiġġustifika l-miżuri restrittivi kkontestati) u lanqas ma żvelalu l-eventwali provi prodotti kontrih. Il-Kunsill ċaħad li jisma’ lir-rikorrent kif mitlub minn dan tal-aħħar b’mod espliċitu. Il-ksur imsemmi hawn fuq tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent — b’mod partikolari n-nuqqas ta’ informazzjoni lir-rikorrent fir-rigward tal-provi prodotti kontrih — irriżulta fi ksur tad-dritt tar-rikorrent għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-argument li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta adotta l-miżuri restrittivi kontra r-rikorrent. Ir-raġunijiet li fuqhom straħ il-Kunsill kontra r-rikorrent ma jikkostitwixxux motivazzjoni adegwata. Barra minn hekk, il-Kunsill ma pproduċa la l-provi u lanqas l-informazzjoni insostenn tal-motivi invokati sabiex jiġġustifika l-miżuri restrittivi kkontestati, li huma bbażati fuq sempliċi allegazzjonijiet.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri restrittivi kkontestati huma vvizzjati b’illegalità minħabba l-insuffiċjenza tal-evalwazzjoni tal-Kunsill qabel ma ġew adottati. Il-Kunsill ma wettaqx eżami ġenwin taċ-ċirkustanzi tal-każ, iżda sempliċement segwa r-rakkomandazzjonijiet tal-UNSC (Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti) u adotta l-proposti magħmula mill-Istati Membri.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/24


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2013 — First Islamic Investment Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-161/13)

2013/C 141/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: First Islamic Investment Bank Ltd (Labuan, il-Malasja) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-paragrafu I.I.10 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71) sa fejn ir-rikorrenti hija kkonċernata;

tannulla l-paragrafu I.I.10 tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn ir-rikorrenti hija kkonċernata;

tordna lill-konvenut iħallas, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-rikorrenti ma tassistix entitajiet magħżula sabiex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u ma tipprovdix appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. Lanqas ma hija qiegħda tintuża sabiex jiġu ttrasferiti ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt. Konsegwentement, il-kriterju sostantiv għat-tniżżil fl-Annessi kkontestati tad-Deċiżjoni 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, ma humiex sodisfatti fir-rigward tar-rikorrenti u/jew il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddetermina jekk dawn il-kriterji ġewx sodisfatti jew le. Barra minn hekk, il-Kunsill naqas milli japplika l-eżami korrett.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser ir-rekwiżiti proċedurali li jagħti raġunijiet xierqa fl-Annessi tad-Deċiżjoni 2012/869/PESK u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012 u li jirrispetta d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li t-tniżżil tar-rikorrenti jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/25


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2013 — Novomatic vs UASI- Simba Toys (AFRICAN SIMBA)

(Kawża T-172/13)

2013/C 141/45

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rapprezentant: W. Mosing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth-Stadeln, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Jannar 2013 fil-Każ 157/2012-4 u tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha minħabba nuqqas ta’ xebh bejn il-prodotti u/jew is-sinjali u tippermetti l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja AFRICAN SIMBA, CTM 7534175;

tikkundanna lill-UASI u — fil-każ ta’ intervent bil-miktub — il-parti li topponi għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għall-ħlas tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI u f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “AFRICAN SIMBA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 534 175

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Simba Toys GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali, li tinkludi l-element verbali “Simba”, kif ukoll ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “SIMBA”, għal prodotti fil-klassi 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) flimkien mal-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 207/2009, flimkien mar-Regola 22(2) tar-Regolament Nru 2868/95 u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/25


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2013 — Selo Medical vs UASI — biosyn Arzneimittel (SELOGYN)

(Kawża T-173/13)

2013/C 141/46

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Selo Medical GmbH (Unternberg, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Schneider, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: biosyn Arzneimittel GmbH (Fellbach, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Jannar 2013 fil-Każ R 2601/2011-4 u tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja;

tikkundanna lill-UASI u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż tal-kawża, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SELOGYN” għal prodotti fil-klassi 5 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 049 016

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: biosyn Arzneimittel GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “SELESYN” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 28 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2013 — Freistaat Sachsen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-215/09) (1)

2013/C 141/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 180, 1.8.2009.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2013 — Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Dresden vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-217/09) (1)

2013/C 141/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tas-Sitt Awla jordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 180, 1.8.2009.


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta Marzu 2013 — Lafarge vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/12) (1)

2013/C 141/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla Estiża ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 109, 14.4.2012


18.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2013 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Bauer Consumer Media (GOLF WORLD)

(Kawża T-194/12) (1)

2013/C 141/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 209, 14.7.2012