ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.126.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 126

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
3 ta' Mejju 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2013/C 126/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ April 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki (BĊE/2013/12)

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 126/02

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,75 % fl-1 ta’ Mejju 2013 – Rata tal-kambju tal-euro

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 126/03

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6883 – Canada Life/Irish Life) ( 1 )

3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

3.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-26 ta’ April 2013

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki

(BĊE/2013/12)

2013/C 126/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artiklu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma verifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tas-Suomen Pankki ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk neċessarju li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013.

(3)

Suomen Pankki għażel lil PricewaterhouseCoopers Oy bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2013 sa 2019,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi PricewaterhouseCoopers Oy għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Suomen Pankki għas-snin finanzjarji 2013 sa 2019.

Magħmula fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ April 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/2


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,75 % fl-1 ta’ Mejju 2013

Rata tal-kambju tal-euro (2)

It-2 ta’ Mejju 2013

2013/C 126/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3191

JPY

Yen Ġappuniż

129,04

DKK

Krona Daniża

7,4559

GBP

Lira Sterlina

0,84660

SEK

Krona Żvediża

8,5503

CHF

Frank Żvizzeru

1,2244

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5865

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,650

HUF

Forint Ungeriż

297,08

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7001

PLN

Zloty Pollakk

4,1465

RON

Leu Rumen

4,3215

TRY

Lira Turka

2,3633

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2871

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3285

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2357

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5540

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6270

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 452,85

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,8585

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1204

HRK

Kuna Kroata

7,5822

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 844,32

MYR

Ringgit Malażjan

4,0238

PHP

Peso Filippin

53,940

RUB

Rouble Russu

41,2009

THB

Baht Tajlandiż

38,821

BRL

Real Brażiljan

2,6426

MXN

Peso Messikan

16,0529

INR

Rupi Indjan

70,9210


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 126/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6883 – Canada Life/Irish Life)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 126/03

1.

Fit-22 ta’ April 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Canada Life Limited (“Canada Life”, ir-Renju Unit) ultimament ikkontrollata minn Power Corporation of Canada (il-Kanada), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Irish Life Group Limited (“Irish Life”, l-Irlanda), li bħalissa hija kkontrollata mill-Ministru tal-Finanzi tal-Irlanda permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Canada Life: il-provvista ta’ assikurazzjoni tal-ħajja individwali u kollettiva, ġestjoni tal-ġid, protezzjoni tal-pensjoni u servizzi ta’ ġestjoni tal-assi f'livell internazzjonali,

Irish Life: il-provvista ta' assikurazzjoni tal-ħajja, u tal-pensjoni, individwali u kollettiva, pariri u prodotti finanzjarji għall-membri fil-unjons tas-settur pubbliku, kif ukoll il-ġestjoni ta’ fondi fl-Irlanda u r-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6883 – Canada Life/Irish Life, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).