ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.109.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 109

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
16 ta' April 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 109/01

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrumenti tal-kejl (Il-pubblikazzjoni tar-referenzi għad-dokumenti normattivi mfassla mill-OIML u l-lista tal-partijiet tagħhom li jikkorrispondu mar-rekwiżiti essenzjali (f’konformi mal-Artikolu 16.1 tad-Direttiva))  ( 1 )

1

2013/C 109/02

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrumenti tal-kejl (L-irtirar tal-Pubblikazzjoni tar-referenzi għad-dokumenti normattivi mfassla mill-OIML u l-lista tal-partijiet tagħhom li jikkorrispondu għar-rekwiżiti essenzjali (b'konformità mal-Artikolu 16.3 tad-Direttiva))  ( 1 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 109/03

Rata tal-kambju tal-euro

6

2013/C 109/04

Tneħħija ta' proposti tal-kummissjoni li għadda żmienhom

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 109/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6860 – Volvo/Dongfeng Motor Group Company/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

9

2013/C 109/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6889 – Sogecap/Cardif/Clichy-la-Garenne Building Complex) ( 1 )

10

2013/C 109/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6913 – DP World/Goodman/DP World Asia) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 109/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

12

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/1


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrumenti tal-kejl (1)

(Il-pubblikazzjoni tar-referenzi għad-dokumenti normattivi mfassla mill-OIML u l-lista tal-partijiet tagħhom li jikkorrispondu mar-rekwiżiti essenzjali (f’konformi mal-Artikolu 16.1 tad-Direttiva))

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 109/01

MI-006:   Strumenti tal-limiti tal-piż (catchweighing) awtomatiċi

marbutin ma’:

OIML R 51-1 Edizzjoni 2006 (E)

Rekwiżiti essenzjali fil-MID

(parti komuni tal-Anness l u l-MI-006, u l-Kapitolu II)

OIML R 51-1 Edizzjoni 2006 (E)

Kumment

Anness I

1.1

T.4.3.1, T.4.3.7, 2.5, 2.6, 4.1.1

Kopert

1.2

4.1.3, 4.1.6, 4.2.2

Kopert

1.3

5.2.1

Kopert

1.3.1

2.9.1.1, 2.9.1.2

Kopert ħlief li:

Jikkondensa/ma jikkondensax u miftuħ/magħluq mhumiex koperti

1.3.2

 

Mhux rilevanti

1.3.3

 

 

(a) E1

(a) E2

A.6.2.3, A.6.2.4, A.6.3.1, A.6.3.4, A.6.3.2, A.6.3.3

Kopert

(a) E3

A.6.2.3, A.6.2.4, A.6.3.1, A.6.3.4, A.6.3.2, A.6.3.3

Kopert fuq id-dispożizzjoni li l-polz tat-test 5, jintuża t-test livell IV skont ISO 7637-2:2004 (E).

(b)

A.6.2.3, A.6.2.4, A.6.3.1, A.6.3.4, A.6.3.2, A.6.3.3

Kopert fuq id-dispożizzjoni li l-livelli tas-severità speċifikati jintużaw fl-OIML D11 (2004) f'ċerti każijiet.

1.3.4

2.9.2, A.6.2.4, A.6.2.5, A.6.2.6, A.6.2.7, 4.2.3, 6.4.3, A.5.2, 2.9.3, A.6.2.8, 2.9.1.3, A.6.2.2, 6.1.4 & A.5.8, 2.8.1, 6.4.4 & A.5.7

Kopert ħlief għall-varjazzjonijiet fil-frekwenza tal-elettriku ċentrali u l-kamp manjetiku għall-frekwenza elettrika.

1.4

 

 

1.4.1

A.6.1.1, Anness A

Kopert

1.4.2

A.6.2.3, 4.1.2

Kopert ħlief għat-test biex tiġi kkondensata s-sħana niedja.

2

A.7, 6.5.3, 2.10

Kopert

3

T.3.6

Kopert

4

T.3.5, 3.3.1, 2.5.1, 5.2.3

Kopert

5

4.1.4, A.7, 2.10, 6.5.3, T.3.7

Kopert

6

3.2.2, 4.1.3, 4.2.2

Kopert

7

 

 

7.1

3.2.1, 3.2.2, 3.2.4

Kopert

7.2

3.1

Kopert

7.3

 

Mhux rilevanti

7.4

 

Mhux rilevanti

7.5

3.1

Kopert

7.6

3.4.5. 2.11, 6.1.5

Kopert ħlief għall-proċeduri ta’ testijiet li se jkunu nklużi fil-manwal tat-tħaddim

8

 

 

8.1

4.2.4

Kopert

8.2

3.2.6

Kopert

8.3

3.4.5, 3.2.3

Kopert

8.4

3.2.6, 3.2.3, 3.4.4

Kopert

8.5

 

Mhux rilevanti

9

 

 

9.1

3.11.1, 3.11.2

Kopert ħlief għall-indikazzjoni ta’ preżenza ta’ apparat addizzjonali

9.2

 

Mhux rilevanti

9.3

3.11.1, 3.11.2, 3.11.3

Kopert ħlief għall-informazzjoni (dwar it-tħaddim, l-installazzjoni, il-manutenzjoni, it-tiswija, l-aġġustamenti permissibbli, it-tħaddim korrett), il-kondensazzjoni, il-post fil-miftuħ jew fil-magħluq

9.4

 

Mhux rilevanti

9.5

3.3.2

Kopert

9.6

 

Mhux rilevanti

9.7

2.7

Kopert

9.8

3.11.4, 3.12

Kopert

10

 

 

10.1

3.3, 3.4,

Kopert

10.2

3.3.1, 2.4, 3.4.2, 3.3.2

Kopert

10.3

3.4.3, 3.4.4

Kopert

10.4

3.4.3

Mhux kopert direttament, għalkemm xi ftit mir-rekwiżiti huma rilevanti

10.5

 

Mhux rilevanti

11

 

 

11.1

3.4.4, 3.4.3

Kopert meta l-istrument tal-kejl ikun mgħammar b’apparat tal-ħażna tad-dejta jew printer

11.2

3.4.4, 3.4.3

Kopert meta l-istrument tal-kejl ikun mgħammar b’apparat tal-ħażna tad-dejta jew stampatur

12

2.11, 6.1.5, 6.1.8

Kopert

Anness MI-006

KAPITOLU I –   Ir-rekwiżiti komuni għat-tipi kollha tal-istrumenti tal-piż awtomatiċi

1

5.2.1

Kopert

1.1

T.3.1.1, T.3.1.2, T.3.1.3, 2.2.2, 2.2.1, 2.3.1, 2.3.3

Kopert

1.2

2.9.2

Kopert

1.3

2.9.1.1, 2.9.1.2, 2.9.3, 3.2.5

Kopert

1.4

6.1.4, 2.9.3, 3.2.3

Kopert

3

 

 

3.1

2.9.3, 3.2.3, 3.2.5

Kopert

3.2

3.2.7

Kopert

3.3

3.3.1, (3.3, 3.2.4, 3.6.4, 3.6.5, 3.7.3, 3.9.4)

Kopert

3.4

4.2.1

Kopert

3.5

3.5, 3.6

Kopert

3.6

3.3.3, 3.10.3

Kopert

KAPITOLU II –   Magni Awtomatiċi tal-Limiti tal-Piż

1

 

 

1.1

2.1

Kopert

1.2

2.1.1, 2.1.2

Kopert ħlief li IV jintuża fid-Direttiva 2004/22/KE minflok IIII

2

 

 

2.1

2.1

Kopert

2.2

2.1.1

Kopert

3

2.1, 2.1.2

Kopert

4

 

 

4.1

2.5.1.1, 2.5.1.2 A.3.9.2.2 a)

Kopert

4.2

2.5.1.1

Tabella 4

Kopert

4.3

2.2.1

Tabella 1

Kopert

4.4

2.2.1, 2.3

Kopert ħlief meta l-klassi tal-eżattezza hija XIII jew Y(a) ma' 0,1 g ≤ e ≤ 2 g

5

2.2.2

Kopert

6

 

 

6.1

3.2.3

Kopert

6.2

3.2.3

Kopert

7.1

 

 

7.1.1

2.6.1

Kopert

7.1.2

2.6.2

Kopert

7.2

T.4.3.9, 4.1.3

Kopert

7.3

2.9.1.2

Kopert

Noti:

Il-kolonna “Kumment” tindika l-konformità bejn l-OIML R 51-1 u r-rekwiżit rilevanti fid-Direttiva 2004/22/KE.

L-indikazzjoni “Kopert” tfisser li:

Ir-rekwiżit tal-OIML R 51-1 huwa identiku ma’ dak tad-Direttiva 2004/22/KE; jew

Ir-rekwiżit tal-OIML R 51-1 huwa aktar sever minn dak tad-Direttiva 2004/22/KE; jew

Ir-rekwiżiti kollha tal-OIML R 51-1 jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/22/KE (ukoll meta id-Direttiva 2004/22/KE tippermetti alternattivi oħrajn);

Fil-każ li r-rekwiżit ma jkunx kompletament kopert, ikun hemm spjegazzjoni fil-qosor li turi sa fejn hu kopert.

L-indikazzjoni “Mhux kopert” tfisser li r-rekwiżit fid-Direttiva 2004/22/KE mhuwiex kompatibbli mar-rekwiżit rilevanti tal-OIML R 51-1 jew inkella mhuwiex inkluż fl-OIML R 51-1.

L-indikazzjoni “Mhux Rilevanti” tfisser li r-rekwiżit fl-Anness I tad-Direttiva 2004/22/KE mhuwiex rilevanti għall-istrumenti tal-limiti tal-piż awtomatiċi.


(1)  ĠU L 135, 30.4.2004, p. 1.


16.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/5


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrumenti tal-kejl (1)

(L-irtirar tal-Pubblikazzjoni tar-referenzi għad-dokumenti normattivi mfassla mill-OIML u l-lista tal-partijiet tagħhom li jikkorrispondu għar-rekwiżiti essenzjali (b'konformità mal-Artikolu 16.3 tad-Direttiva))

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 109/02

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi (2) dwar Strumenti tal-catchweighing awtomatiċi (MI-006, il-KAPITOLU II) fir-rigward tal-OIML R 51-1, l-edizzjoni 2006, qed tiġi rtirata.


(1)  ĠU L 135, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 33, 2.2.2011, p. 6.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ April 2013

2013/C 109/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3081

JPY

Yen Ġappuniż

127,83

DKK

Krona Daniża

7,4560

GBP

Lira Sterlina

0,85290

SEK

Krona Żvediża

8,3704

CHF

Frank Żvizzeru

1,2147

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5005

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,864

HUF

Forint Ungeriż

294,31

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7006

PLN

Zloty Pollakk

4,1132

RON

Leu Rumen

4,3816

TRY

Lira Turka

2,3414

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2573

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3350

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1545

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5443

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6184

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 466,50

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,8603

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0931

HRK

Kuna Kroata

7,6130

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 712,60

MYR

Ringgit Malażjan

3,9766

PHP

Peso Filippin

53,879

RUB

Rouble Russu

41,0482

THB

Baht Tajlandiż

38,040

BRL

Real Brażiljan

2,5854

MXN

Peso Messikan

15,8693

INR

Rupi Indjan

71,4600


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


16.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/7


TNEĦĦIJA TA' PROPOSTI TAL-KUMMISSJONI LI GĦADDA ŻMIENHOM

2013/C 109/04

Lista ta' proposti mneħħija

Dokument

Proċedura interistituzzjonali

Titolu

Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

COM(1983) 13

Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KEE) li jimplimenta skont id-Deċiżjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea Nru 3/80 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn il-KEE u t-Turkija, dwar l-applikazzjoni tal-Iskemi tas-Sigurtà Soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u l-membri tal-familji tagħhom

COM(2012) 130

2012/0061/COD

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva fil-kuntest tal-libertà tal-istabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

COM(2012) 43

2012/0009/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda lill-Anness XIII (Trasport bit-Triq)

Tkabbir

COM(1984) 306

Abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni bejn il-KEE u l-Jugoslavja dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-KEE u l-Jugoslavja tal-1 ta’ April 1983, dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali.

Intraprenditorija u Industrija

COM(2010) 280

2010/0168/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni obbligatorja tar-Regolament Nru 100 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sikurezza elettrika

COM(2010) 310

2010/0169/NLE

dwar l-applikazzjoni obbligatorja tar-Regolamenti Nri 1, 3, 4, 6, 7, 8, 10, 11, 12, 13, 13 H, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 23, 25, 26, 28, 31, 34, 37, 38, 39, 43, 44, 46, 48, 55, 58, 61, 66, 67, 73, 77, 79, 80, 87, 89, 90, 91, 93, 94, 95, 97, 98, 99, 102, 105, 107, 110, 112, 116, 118, 121, 122, 123 u 125 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi, tal-karrijiet u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati intiżi għalhekk

Affarijiet Interni

COM(2009) 701

2009/0186/NLE

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment tad-dejta mir-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-UE minn trasportaturi tal-ajru lis-Servizzi Doganali Awstraljani.

COM(2009) 702

2009/0187/NLE

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' dejta mir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (DHS) (2007 Ftehim PNR)

Ġustizzja

COM(2006) 399

2006/0135/CNS

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni u l-introduzzjoni ta' regoli dwar il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali

COM(2010) 708

2010/0347/APP

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (2008/203/KE) tat-28 ta' Frar 2008 li timplimenta r-Regomament (KE) Nru 168/2007 fir-rigward tal-adozzjoni ta' Qafas Pluriennali għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-2007-2012

COM(2002) 520

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar kuntratti li jikkonċernaw tfal [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi

COM(2001) 272 kif emendata minn COM(2002) 577

2001/0115/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien fil-liġi kriminali tal-interessi finanzjarji tal-Komunità. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Taxxa u Unjoni Doganali

COM(2003) 234 kif emendata minn COM(2004) 468

2003/0091/CNS

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud fuq servizzi provduti fis-settur postali. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Kummerċ

COM(2005) 661

2005/0254/COD

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għal ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi

Kodifikazzjoni

COM(2009) 546

2009/0154/COD

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interferenza radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi bil-mutur (verżjoni kkodifikata)


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6860 – Volvo/Dongfeng Motor Group Company/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 109/05

1.

Fid-9 ta’ April 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża AB Volvo (“Volvo”, l-Isvezja), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Dongfeng Commercial Vehicles Company Limited (“DFCV”, PRC), li qabel kienet ikkontrollata kollha kemm hi minn Dongfeng Motor Group Company Limited (“DFG”, PRC), permezz tax-xiri ta’ ishma

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal AB Volvo: produzzjoni ta’ trakkijiet, xarabankijiet, tagħmir tal-kostruzzjoni u magni tal-baħar u industrijali,

għal DFG: produzzjoni ta’ trakkijiet, xarabankijiet, karozzi għall-passiġġieri, magni tal-karozzi, komponenti u partijiet tal-karozzi u tagħmir għall-manifattura tal-vetturi,

għal DFCV: produzzjoni ta’ trakkijiet, xarabankijiet, magni, xaftijiet u trażmissjonijiet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6860 – Volvo/Dongfeng Motor Group Company/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


16.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6889 – Sogecap/Cardif/Clichy-la-Garenne Building Complex)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 109/06

1.

Fid-9 ta’ April 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Sogecap (Franza) u Cardif Assurance Vie (“Cardif”, Franza) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpless ta’ bini permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Sogecap, kumpanija sussidjarja ta’ Société Générale, hija attiva fis-settur tal-assigurazzjonijiet tal-ħajja,

Cardif, kumpanija sussidjarja ta’ BNP Paribas, hija attiva fis-settur tal-assigurazzjonijiet tal-ħajja,

Il-kumpless ta’ bini huwa proprjetà immobbli li jintuża prinċipalment bħala uffiċċji u jinsab fi Clichy-la-Garenne muniċipalità ta’ Hauts-de-Seine, Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6889 – Sogecap/Cardif/Clichy-la-Garenne Building Complex, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


16.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6913 – DP World/Goodman/DP World Asia)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 109/07

1.

Fid-9 ta’ April 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Goodman Hong Kong Logistics Fund, finalment ikkontrollata minn Goodman Group (“Goodman”, l-Awstralja), u DP World Limited (“DP World”, l-Emirati Għarab Magħquda), takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża DP World Asia Limited (“DPWA”, Ħong Kong, iċ-Ċina), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Goodman: grupp integrat kummerċjali u industrijali li huwa s-sid ta' beni immobbli, jiżviluppahom u jġestihom inklużi mħażen, faċilitajiet fuq skala kbira tal-loġistika, parks kummerċjali u uffiċċji,

għal DP World: operatur marittimu internazzjonali li jipprovdi mmaniġġar tal-merkanzija u servizzi tal-loġistika madwar id-dinja,

għal DPWA: servizzi ta’ terminali tal-kontejners u loġistika, inkluż il-kiri ta’ mħażen u uffiċċji, l-immaniġġar tal-merkanzija, stazzjon tal-merkanzija tal-kontejners u servizzi ta’ distribuzzjoni f’Ħong Kong.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6913 – DP World/Goodman/DP World Asia, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

16.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 109/12


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2013/C 109/08

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“RASCHERA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0217-0023-31.05.2011

DPO ( X ) IĠP ( )

1.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandu jiġi speċifikat)

2.   Tip ta' emenda/i

Emenda tad-dokument uniku jew tal-iskeda tas-sommarju

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrata, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku jew skeda tas-sommarju

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-dokument uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta’ miżuri sanitarji jew fitosanitarji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i

3.1.   Deskrizzjoni

Għal tagħrif aħjar għall-konsumaturi, tneħħa l-kliem “nofsu mxaħħam” minħabba li fl-ispeċifikazzjoni l-ixkumar parzjali kien fakultattiv u għalhekk seta’ jqarraq bil-konsumatur rigward in-natura reali tal-prodott.

Fl-ispeċifikazzjoni attwali l-piż tal-forma kien indikat li hu bejn 7 kg u 9 kg għar-"Raschera” t-tond, u bejn it-8 u l-10 kg għar-“Raschera” kwadru.

Il-qisien kienu dawn li ġejjin:

ir-“Raschera” tond, b’dijametru tal-forma ta’ 35-40 ċm, ġenb kemxejn konvess ta’ 7-9 ċm li jista’ jvarja 'il fuq jew ’l isfel għaż-żewġ karatteristiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet tekniċi tal-produzzjoni,

ir-“Raschera” kwadru, tul ta’ kull naħa tal-forma ta' 40 ċm, ġenb irregolari ta' 12-15 ċm.

Tnaqqas il-limitu minimu tal-piż, sa 5 kg għar-“Raschera” t-tond u 6 kg għar-“Raschera” kwadru. Minħabba f'hekk dan wassal għal tibdil fil-parametri relatati mad-dijametru u mal-ġenb għar-“Raschera” tond, li saru 30-40 ċm u 6-9 ċm; u t-tul ta' kull naħa u l-ġenb tar-“Raschera” kwadru li saru 28-40 ċm u 7-15 ċm.

Tali tibdiliet huma meħtieġa biex jiġi ssodisfat il-bżonn ċar tad-domanda min-naħa tal-konsumaturi u min-naħa tan-negozjanti, li fil-biċċa l-kbira jeħtieġu biċċiet ta’ daqsijiet iżgħar, minħabba li l-konsum isir fil-biċċa l-kbira minn familji li llum huma magħmulin minn għadd żgħir ta' membri, mingħajr preġudizzju għall-kwalitajiet finali tal-prodott lest.

Barra minn hekk il-qisien u l-piżijiet jirreferu għall-maturazzjoni minima minħabba li maturazzjonijiet fit-tul jistgħu jesperjenzaw tnaqqis kbir.

Fir-rigward tal-qoxra, huwa xieraq li jkun indikat b'mod ċar li din mhix tajba għall-ikel, u biex jingħataw indikazzjonijiet ċerti lill-konsumatur, ġie spjegat b’mod aktar preċiż li t-tbajja' ħomor mal-ġnub mhumiex dejjem preżenti, biex issir deskrizzjoni xierqa tad-dehra tal-prodott.

3.2.   Metodu ta' produzzjoni

L-ispeċifikazzjoni attwali ma tikkjarifikax liema kwota tal-għalf tal-bhejjem ġejja miż-żona tal-produzzjoni ddefinita. Għalhekk, sabiex tiġi enfasizzata r-rabta mat-territorju, ta' min jgħid li ħafna mill-għalf għall-bhejjem fil-biċċa l-kbira għandu jiġi miż-żona tal-produzzjoni, u l-magħlef għandu jikkostitwixxi l-biċċa l-kbira tal-porzjon ta' kuljum.

Barra minn hekk, minħabba l-bżonn li tiġi ppreservata r-rabta mat-territorju definit anke fil-perjodi li fihom huwa aktar diffiċli li l-bhejjem jingħataw magħlef frisk prodott fiż-żona definita, minkejja l-innovazzjoni teknoloġika li tippermetti l-użu ta’ tekniki xierqa għall-preservazzjoni tal-magħlef għal perjodi twal ta’ żmien, huwa meqjus xieraq li tiġi introdotta l-possibbiltà li jkun jista' jintuża anke l-għalf ippreservat.

Fl-aħħar nett jidher ċar, dejjem bil-għan li tiġi ppreservata r-rabta mat-territorju tal-produzzjoni, li l-azjendi tal-bhejjem ma jistgħux ikunu mingħajr art agrikola.

Peress li l-ispeċifikazzjoni attwali ma tagħti l-ebda indikazzjoni dwar jekk il-ħalib għandux ikun nej jew pasturizzat, huwa xieraq li jiġi ppreċiżat (ukoll bil-għan li jkun jista' jsir kontroll adegwat) li l-ħalib li jintuża jista’ jkun nej jew pasturizzat. Din il-prattika fil-fatt minn dejjem kienet tiġi segwita fil-produzzjoni tar-“Raschera”.

It-titjib ġenerali tal-karatteristiċi mikrobijoloġiċi tal-ħalib, li nkiseb fl-aħħar snin, wassal għal tnaqqis sinifikattiv fil-batterji preżenti u b’hekk f’ċerti każijiet ħoloq problemi fil-fażi tal-tagħqid u l-maturazzjoni. Biex jiġu megħluba dawn il-problemi possibbli, tiddaħħal fl-ispeċifikazzjoni l-għażla li jintużaw enżimi tal-ħalib u/jew kulturi tax-xorrox.

Barra minn hekk, it-temperatura massima tat-tagħqid ġiet miżjuda minn 30 °C għal 36 °C.

L-użu ta’ enżimi tal-ħalib u/jew kulturi tax-xorrox bħala starter jiffaċilita l-produzzjoni ta’ dawk il-fetħiet fl-għaġna xierqa għall-formazzjoni tat-toqob karatteristiċi.

Snin ta’ monitoraġġ bir-reqqa wrew li f’ċerti każijiet, biex jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp tal-batterja tal-ħalib preżenti u biex tinkiseb aċidifikazzjoni sufficjenti għal tagħqid u maturazzjoni tajbin, huwa meħtieġ l-użu ta’ temperaturi ta’ tagħqid aktar għolja.

Barra minn hekk, biex jiġi speċifikat it-tul massimu tal-ipproċessar qabel ma wieħed jgħaddi għat-tmelliħ, jitqies xieraq li l-perjodu massimu tax-xogħol huwa ta’ sebat ijiem.

Fir-rigward tat-tmelliħ, tradizzjonalment niexef u li normalment isir b’żewġ modi, ġie meqjus li tmelliħ fis-salmura li jsir qabel dak fix-xott, jiffavorixxi l-ħolqien tal-qoxra b’mod aktar omoġenju, b’aspett li jolqot aktar l-għajn u li għalhekk ikun apprezzat aktar mill-konsumaturi u min-negozjanti.

3.3.   Żona ġeografika

Sabiex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa aħjar, biex tkun tista’ tinżamm ir-rabta qawwija ma’ din il-parti ristretta ta' territorju, u biex dan l-element ikun aktar ċar għall-finijiet tal-kontrolli, jitqies xieraq li jkun indikat li l-ġobon prodott f’għoli ta’ aktar minn 900 m ’il fuq minn wiċċ il-baħar, biex fuqu jkollu l-marka “di Alpeggio”, għandu bilfors ikun immatura wkoll fil-muniċipalitajiet indikati.

3.4.   Tikkettar

Sabiex jiġi ggarantit li l-ġobon “Raschera” li jitqiegħed fis-suq ikun awtentiku u jingħata l-identifikazzjoni xierqa, fil-mument tal-kummerċjalizzazzjoni, għandha ssir marka ta' konformità b’tikketta tal-karta, u tinħaraq marka fuq waħda mill-partijiet ċatti.

3.5.   Oħrajn

Jingħataw ukoll dettalji dwar il-mod li bih jinbiegħ il-prodott għall-konsum, kif ukoll dwar il-proċessi tat-tqattigħ u l-ippakkjar, li jistgħu jitwettqu anke barra miż-żona ġeografika tal-produzzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (3)

“RASCHERA”

Nru tal-KE: IT-PDO-0217-0023-31.05.2011

DPO ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Raschera”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3.

Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Deskrizzjoni: Ir-“Raschera” huwa ġobon xaħmi ippressat magħmul mill-ħalib tal-baqra, li jista' jiżdied bi ftit ħalib tan-nagħġa u/jew tal-mogħża.

Il-prodott lest għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:

Il-forma: ċilindrika bi wċuħ ċatti jew kwadra bi wċuħ ċatti

Qisien:

Ir-“Raschera” tond, b’dijametru tal-forma ta’ 30-40 ċm, ġenb kemxejn konvess ta’ 6-9 ċm.

Ir-“Raschera” kwadru, tul ta’ kull naħa tal-forma ta' 28-40 ċm, ġenb irregolari ta' 7-15 ċm.

Piżijiet:

Ir-“Raschera” tond: minn 5 sa 9 kg,

Ir-“Raschera” kwadru: minn 6 sa 10 kg.

Qoxra: sottili b’lewn griż u/jew fl-aħmar u xi drabi b’naqra isfar, tiġġebbed, lixxa u regolari, u xi drabi bi tbajja' ħomor li jibdew jidhru fuq il-ġnub mal-maturazzjoni, u ma tittikilx.

L-istruttura tal-għaġna: pjuttost konsistenti, tiġġebbed u b’toqob żgħar ħafna mifruxin u irregolari.

Il-lewn tal-għaġna: abjad jew abjad lewn l-avorju.

Togħma: fina, delikata, normalment tfuħ u kemxejn pikkanti u bnina meta timmatura

Xaħam fuq il-materja niexfa: minimu ta’ 32 %

Il-qisien u l-piżijiet jirreferu għal-livelli minimi tal-maturazzjoni.

Il-ġobon jista' jiġi kkummerċjalizzat kemm sħiħ kif ukoll imqatta', f'biċċiet jew ippakkjat. Il-qtugħ u l-ippakkjar jistgħu jsiru anke barra miż-żona ġeografika tal-produzzjoni.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Ħalib tal-baqra, li jista' jiżdied bi ftit ħalib tan-nagħġa u/jew tal-mogħża, melħ, u tames likwidu.

Il-ħalib ġej milll-baqra mrobbija fiż-żona ġeografika ddefinita.

Mhix permessa t-trobbija f’azjendi mingħajr art agrikola.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Il-biċċa l-kbira tal-għalf tal-baqar u anke tan-nagħaġ u tal-mogħoż għandu jkun magħmul minn ħaxix aħdar, jew ippreservat, jew inkella minn magħlef tat-tiben li ġejjin minn art bil-ħaxix, mergħa jew ħaxix-mergħa u tiben minn art polifita li fil-biċċa l-kbira ġejjin miż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

L-azjendi għat-trobbija tal-bhejjem tal-ħalib li l-produzzjoni tagħhom hija maħsuba għall-ipproċessar f’“Raschera” għandhom ikunu fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-produzzjoni tal-ħalib u l-ipproċessar tiegħu għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-ħalib prodott minn żewġ ħalbiet kuljum, jista’ jiġi soġġett għal trattamenti termali għal skop ta' iġjene, u jitlaqqam b’fermenti lattiċi u/jew kulturi tax-xorrox, jiżdied b’tames likwidu u jagħqad b’temperatura ta’ bejn is-27 °C u s-36 °C.

Il-ġobon għandu jiġi prodott bl-użu ta’ teknoloġiji karatteristiċi tradizzjonali, u jinħadem għal massimu ta’ sebat ijiem. Għandhom jintużaw preses, u forom ċilindriċi jew rettangolari xierqa.

Il-ġobon miksub jiġi soġġett għal tmelliħ niexef (normalment darbtejn). It-tmelliħ niexef jista’ jiġi ppreċedut minn tmelliħ fis-salmura. Il-perjodu tal-maturazzjoni jdum mill-anqas xahar.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għat-tħakkik, għall-imballaġġ, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

Il-marka ta’ konformità tingħata permezz tat-tikketta tal-karta (ta' dijametru ta' 25 ċm għall-forma t-tonda u ta' naħa ta' 25 ċm għal dik kwadra, b’marka ħadra għall-produzzjoni normali u safra għal dik “d'Alpeggio”), u marka li tinħaraq fuq il-parti ċentrali ta’ waħda mill-partijiet ċatti. Dawn il-marki jitqiegħdu fil-mument tal-kummerċjalizzazzjoni. Il-prodott ikun jista' jinħareġ għall-konsum biss wara li jiġi mmarkat u ttikkettat b'dan il-mod bid-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini “Raschera”.

Biex titwaħħal it-tikketta tal-karta tista’ tintuża l-kolla tal-ikel.

Il-marka tal-ġobon DPO “Raschera” tinkludi “R” stilizzata, għar-“Raschera d'Alpeggio” tiddaħħal l-ittra “A” fl-“R” stilizzata.

Dawn il-marki jiġu riprodotti fuq folji tar-ram isfar biex jintużaw mill-markaturi tan-nar. Parti integrali u sostanzjali mill-marka nnifisha huwa n-numru ta’ identifikazzjoni tal-azjenda tal-ġobon jew tal-faċilità għall-maturazzjoni tal-ġobon taħt l-R jew tal-R ta’ “di Alpeggio”. L-istess logo (mingħajr in-numru ta’ identifikazzjoni) jiġi riprodott ukoll fuq it-tikketti tal-karta u jrid jiġi inkluż fir-referenza ta' awtorizzazzjoni għall-porzjonijiet.

Image

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni u tal-maturazzjoni tinkludi t-territorju kollu tal-provinċja ta’ Cuneo.

Ir-“Raschera” tond u kwadru li jiġi prodott u li jimmatura fi kwota superjuri ta’ 900 m ’il fuq minn wiċċ il-baħar fil-muniċipalitajiet ta’:

Frabosa Soprana, Frabosa Sottana, Garessio fir-rigward ta' Valcasotto, Magliano Alpi għall-parti li tmiss mal-muniċipalità ta' Ormea, Montaldo Mondovì, Ormea, Pamparato, Roburent, Roccaforte Mondovì

u huwa magħmul minn ħalib tal-istess oriġini, jista’ juża t-terminu “di Alpeggio”.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-mergħat tal-Alpi Marittimi, minħabba l-qagħda ġeografika tagħhom bejn il-Baħar Ligure u l-Pjanura Padana, igawdu minn klima b'ħafna xita. Din ir-raġuni, flimkien mal-fatt li l-baħar jinsab fil-qrib u dan ibaxxi t-temperatura biżżejjed, tiddetermina rikkezza veġetali konsiderevoli li tagħti lil dawn il-mergħat interess botaniku qawwi għall-ispeċijiet varji ta’ ħaxix li jinsabu fihom ('il fuq minn mitt speċi endemika). Ir-rikkezza u l-varjetà ta’ dan il-ħaxix iwasslu sabiex anke l-karatteristiċi tal-ħalib li jittieħed minn dawn l-annimali jakkwista togħmiet u rwejjaħ tipiċi u karatteristiċi esklużivi għal din iż-żona ta' distribuzzjoni. Anki ż-żona bl-għoljiet ta’ Pjemonte u l-pjanura ta’ Cuneo maġenbha huma affettwati minn din l-influwenza marittima, li flimkien mal-karatteristiċi pedagoloġiċi ta' pjanura ta' oriġini alluvjali, jagħtu xejra ratba lill-ħamrija u għalhekk fertili ħafna, u b’hekk jippermettu l-produzzjoni ta’ ħaxix u tiben tajbin ħafna u rikki fin-nutrijenti. Bl-istess mod, anke l-għalf mill-ħaxix u l-kulturi taċ-ċereali li jintużaw għall-finijiet żootekniċi, minħabba l-karatteristika tad-dawl tax-xemx Mediterranja, flimkien ma' tibdiliet fit-temperatura tat-tip kontinentali mtaffija mill-qrubija tal-baħar li ssemmiet diġà, jiddeterminaw rikkezza nutrittiva konsiderevoli fil-produzzjoni ta' ħalib tajjeb bil-ħsieb li jintuża biex isir il-ġobon. Il-karatteristiċi klimatiċi u tal-ħamrija msemmija aktar 'il fuq, il-kapaċità storika u sinifikanti ta' dawk li jrabbu l-bhejjem tal-ħalib u dawk li jagħmlu l-ġobon ta' ħafna mħaleb żgħar u medji mifruxin mal-pjanura ta’ Cuneo, ir-riċerka u l-konsistenza tal-konsumaturi tal-prodotti tradizzjonali bħall-ġobon “Raschera”, minn dejjem kienu jikkaratterizzaw il-provinċja ta' Cuneo.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ġobon “Raschera” huma qoxra sottili u li tiġġebbed ta’ lewn griż jew griż fl-isfar li, b’mod partikolari fit-tip “d’Alpeggio”, xi drabi tkun ta’ lewn aħmar minħabba l-preżenza ta' moffa speċifika; l-istruttura tal-għaġna hija piuttost konsistenti, tiġġebbed u b’toqob żgħar ħafna mifruxin u irregolari; it-togħma hija fina u delikata tipikament tfuħ (bi ħjiel ta’ ħaxix tal-muntanja fit-tip “d’Alpeggio”), kemxejn pikkanti u bnina meta titħalla timmatura għal aktar żmien. L-aħħar u mhux l-inqas hemm il-forma kwadra li qiegħda tieħu post dik tonda (preżenti mill-anqas fi 3 % tal-produzzjoni totali) u li mall-ewwel tingħaraf mill-konsumatur.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-ġobon ġejjin mill-kwalità għolja tal-ħalib li ġej biss mit-territorju tal-provinċja ta’ Cuneo, bit-teknika lokali tat-trasformazzjoni u bil-maturazzjoni f'kantini naturali jew fi kmamar bi klima kkontrollata li jirriproduċu b’mod xieraq l-umdità u t-temperatura tal-għerien naturali, għandhom impatt sinifikanti fuq il-kwalità tal-prodott lest.

Il-kwalità għolja tal-ħalib tagħti lill-ġobon it-togħma tiegħu. Il-ħalib li jintuża fil-produzzjoni tar-“Raschera” huwa xhieda tal-ispeċijiet ta’ ħaxix li jikbru f’din iż-żona, li xi wħud minnhom huma endemiċi, u li jintużaw fl-għalf għall-bhejjem u b’hekk jinfluwenzaw il-ħalib.

L-elementi assoċjati mat-tekniki tal-ipproċessar huma espressjoni tal-fattur uman fiż-żona, b’mod partikulari l-użu ta’ tames likwidu li ġej mill-annimali, li tradizzjonalment kien jintuża mill-produtturi lokali biex jagħqad il-ħalib, u l-kapaċità kkonsolidata ta' dawk li jagħmlu l-ġobon biex jaħdmu u jaqsmu l-baqtiet. Il-baqtiet jibqgħu jinħadmu sakemm jitkissru f’biċċiet daqs żerriegħa tal-qamħirrun. L-implimentazzjoni xierqa f’dan l-istadju tgħin lill-ġobon jiżviluppa l-istruttura tiġġebbed tiegħu, kif ukoll it-toqob tal-għaġna.

Il-maturazzjoni sseħħ f’kantini naturali jew fi kmamar bi klima kkundizzjonata li jirriproduċu sew l-umdità u t-temperatura tal-grotti naturali. Tali kundizzjonijiet għandhom impatt sostanzjali fuq l-iżvilupp tal-moffa fuq il-ħxuna u l-elastiċità tal-qoxra.

Għal sekli sħaħ il-ġobon “Raschera” kien il-ġobon tipiku tal-mergħat ta’ Monte Reale, bil-produzzjoni li matul iż-żmien estendiet għall-pjanura ta’ Cuneo, minħabba l-fatt li ħafna merħliet jiċċaqilqu lejn il-pjanura fi żminijiet ta' temp ħażin biex jieklu it-tiben li jiġi prodott hemm. B'riżultat ta' dan, u b'mod partikolari f'żoni rurali, in-nies dejjem iddeskrivew ġobon ta' kwalità għolja ħafna bħala “Raschera”.

Dan kollu jfisser li l-ġobon “Raschera” huwa mfittex ħafna fis-suq is-sena kollha, u kkonvinċa lil konsumaturi mhux biss minn Pjemonte iżda wkoll mit-Tramuntana tal-Italja.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (4))

Il-Gvern nieda l-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni nazzjonali bil-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal emenda tad-DPO “Raschera” fil-‘Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana’ Nru 280 tat-30 ta’ Novembru 2010.

It-test ikkonsolidat tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

jew billi wieħed jikklikkja mill-ewwel fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, Alimentari u tal-Forestrija (http://www.politicheagricole.it), u jidħol fuq “Qualità e sicurezza” (fuq in-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin) u fl-aħħar fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 3.