ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.100.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 100

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
6 ta' April 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 100/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 100/02

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2013/C 100/03

Deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-31 ta' Diċembru 2012 dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ewropew tal-Investiment

7

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2013/C 100/04

Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar l-Emenda għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 628 finali/2 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u s-sorveljanza tal-politika agrikola komuni (minn hawn ’il quddiem: l-Emenda)

10

2013/C 100/05

Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposti għal Direttiva dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, Direttiva li temenda ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli u Regolament dwar id-dokumenti ta’ tagħrif ewlieni għall-prodotti ta’ investiment

12

2013/C 100/06

Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja

14

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 100/07

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

16

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2013/C 100/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

19.12.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35018 (12/N)

Stat Membru

Il-Polonja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Zwrot części podatku akcyzowego zawartego w cenie oleju napędowego wykorzystywanego do produkcji rolnej

Il-bażi legali

Projekt ustawy o zmianie ustawy o zwrocie podatku akcyzowego zawartego w cenie oleju napędowego wykorzystywanego do produkcji rolnej

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Eżenzjonijiet mit-taxxa skont id-Direttiva 2003/96/KE

Il-forma tal-għajnuna

Tnaqqis fir-rata tat-taxxa

L-estimi

 

Baġit globali: PLN 5 000 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: PLN 720 (f'miljuni)

L-intensità

Miżura li mhix għajnuna

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstwo Rolnictwa i Rozwoju Wsi

ul. Wspólna 30

00-930 Warszawa

POLSKA/POLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

14.12.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35210 (12/N)

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Podpora činností souvisejících s neškodným odstraněním kadáverů asanačními podniky

Il-bażi legali

1)

Zákon č. 252/1997 Sb., o zemědělství

2)

Zákon č. 166/1999 Sb., o veterinární péči a o změnách některých souvisejících zákonů

3)

Zásady, kterými se stanovují podmínky pro poskytování dotací na základě § 2 a § 2d zákona č. 252/1997 Sb., o zemědělství

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Settur tal-annimali tat-trobbija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: CZK 1 050 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: CZK 150 (f'miljuni)

L-intensità

75 %

It-tul ta' żmien

1.1.2013-31.12.2019

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' annimali

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo zemědělství

Těšnov 17

117 05 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.12.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35230 (12/N)

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Národní ozdravovací program od infekční bovinní rinotracheitidy skotu

Il-bażi legali

1)

Zákon č. 252/1997 Sb., o zemědělství

2)

Zákon č. 166/1999 Sb., o veterinární péči a o změně některých souvisejících zákonů (veterinární zákon)

3)

Zásady, kterými se stanovují podmínky pro poskytování dotací na základě § 2 a §2d zákona č. 252/1997 Sb., o zemědělství

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Mard tal-annimali

Il-forma tal-għajnuna

Servizzi ssussidjati

L-estimi

 

Baġit globali: CZK 240 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: CZK 40 (f'miljuni)

L-intensità

Miżura li mhix għajnuna

It-tul ta' żmien

1.1.2013-31.12.2018

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' annimali

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo zemědělství

Těšnov 17

117 05 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

14.2.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35471 (12/N)

Stat Membru

L-Awstrija

Reġjun

Niederösterreich

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Zuschuss des Landes Niederösterreich zu Überbrückungskrediten zur Abfederung der Auswirkungen der Dürre 2012 in Niederösterreich

Il-bażi legali

NÖ Landwirtschaftsgesetz

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Kundizzjonijiet ħżiena tat-temp

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 0,60 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 0,60 (f'miljuni)

L-intensità

5 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Amt der NÖ Landesregierung, Abteilung Landwirtschaftsförderung

Landhausplatz 1

3109 St. Pölten

ÖSTERREICH

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

28.1.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.35594 (12/N)

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Olomoucký

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Pravidla pro poskytování finančních příspěvků na hospodaření v lesích na území Olomouckého kraje pro období 2014–2020 a způsobu kontroly jejich využití

Il-bażi legali

1)

Pravidla pro poskytování finančních příspěvků na hospodaření v lesích na území Olomouckého kraje pro období 2014–2020 a způsobu kontroly jejich využití

2)

Zákon č. 129/2000 Sb., o krajích, ve znění pozdějších předpisů

3)

Zákon č. 289/1995 Sb., o lesích a o změně a doplnění některých zákonů (lesní zákon)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: CZK 161 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: CZK 23 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2014-31.12.2020

Setturi ekonomiċi

Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Olomoucký kraj

Jeremenkova 40a

779 11 Olomouc

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-5 ta’ April 2013

2013/C 100/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2944

JPY

Yen Ġappuniż

124,49

DKK

Krona Daniża

7,4547

GBP

Lira Sterlina

0,84910

SEK

Krona Żvediża

8,3984

CHF

Frank Żvizzeru

1,2158

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4475

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,763

HUF

Forint Ungeriż

301,13

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7012

PLN

Zloty Pollakk

4,1738

RON

Leu Rumen

4,4215

TRY

Lira Turka

2,3294

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2425

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3134

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0517

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5408

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6045

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 466,25

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,8430

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0272

HRK

Kuna Kroata

7,6100

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 615,11

MYR

Ringgit Malażjan

3,9616

PHP

Peso Filippin

53,319

RUB

Rouble Russu

40,8580

THB

Baht Tajlandiż

37,939

BRL

Real Brażiljan

2,6060

MXN

Peso Messikan

15,9620

INR

Rupi Indjan

70,9780


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Bank Ewropew tal-Investiment

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/7


DEĊIŻJONI TAL-BORD TAL-GVERNATURI

tal-31 ta' Diċembru 2012

dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ewropew tal-Investiment

2013/C 100/03

IL-BORD TAL-GVERNATURI TAL-BANK EWROPEW TAL-INVESTIMENT,

WARA LI KKUNSIDRA l-Artikoli 4(3) u 5(2) tal-Istatut,

BILLI:

(1)

Il-ħidma tal-Bank hija stabbilita fl-Artikolu 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

(2)

L-iżviluppi ekonomiċi riċenti fl-UE jagħmlu sejħa biex tittieħed azzjoni mtejba mill-BEI, b'mod partikolari bil-għan li jwieġeb għall-istedina tal-Kunsill Ewropew biex jikkontribwixxi għat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi fl-UE,

(3)

Żieda kapitali b'pagament attwali bi flus kontanti mill-azzjonisti eżistenti hija meqjusa bħala l-mod l-aktar effettiv biex tissaħħaħ il-kapaċità tat-tislif tal-BEI filwaqt li ssaħħaħ il-pożizzjoni kapitali tal-BEI, u għaldaqstant twieġeb għall-bżonnijiet attwali, filwaqt li tiżgura li tinżamm l-ogħla pożizzjoni ta' kreditu tiegħu fis-swieq finanzjarji,

(4)

Huwa kruċjali li l-finanzjament kollu disponibbli tal-BEI fl-UE joffri kontribuzzjoni ottimali għat-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi fl-Istati Membri kollha, b'mod partikolari fir-reġjuni inqas żviluppati,

(5)

Filwaqt li l-BEI se jżomm approċċ settorjali skont l-objettivi tal-Ewropa 2020, il-Bank, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, se jiżviluppa strateġiji għall-investiment mmexxija mir-riżultati li jkunu adatti sew għall-prijoritajiet tat-tkabbir reġjonali biex jintużaw mill-2013 'il quddiem,

(6)

Il-kwalità tal-portafoll ta' self tal-Bank għandha tinżamm fl-ogħla standard u l-Bank għandu jibqa' sieħeb attraenti fl-Istati Membri kollha tal-UE, u għandu jiżgura valur miżjud ottimali tal-attivitajiet tiegħu,

(7)

Skont id-diskussjonijiet tal-Bord tad-Diretturi dwar ir-rekwiżiti tal-Bank għall-kapitali fil-laqgħa tiegħu nhar l-24 ta' Lulju 2012, il-kapital sottoskritt tal-Bank għandu jiżdied għal EUR 242 392 989 000; il-porzjon li għandu jitħallas għandu jiżdied minn 5 fil-mija għal 8,919255272 fil-mija tal-kapital sottoskritt, iffinanzjat mill-Istati Membri pro rata skont is-sehem attwali tagħhom tal-kapital tal-BEI, u l-Fond ta' Riżerva għandu jerġa' jinbena progressivament mill-Bank għar-rekwiżit statutorju tiegħu ta' 10 fil-mija tal-kapital sottoskritt,

FILWAQT LI JITQIES li, fl-1 ta' Lulju 2013, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja, il-Kroazja se tkun Membru tal-Bank; f'din l-okkażjoni tiġi kkunsidrata żieda kapitali addizzjonali bil-għan li jinżamm l-allinjament bejn is-sehem tal-Kroazja fil-Bank u l-prodott gross domestiku relattiv tagħha fl-Unjoni Ewropea ppubblikat mill-Eurostat qabel l-adeżjoni;

IDDEĊIEDA UNANIMAMENT, fuq proposta mill-Bord tad-Diretturi, skont l-Artikoli 4(3) u 5(2) tal-Istatut, li:

(1)

B'effett mill-31 ta' Diċembru 2012, il-kapital tal-Bank se jiżdied hekk kif ġej:

Il-kapital sottoskritt mill-Istati Membri għandu jiżdied pro rata b'EUR 10 biljun, jiġifieri minn EUR 232 392 989 000 għal EUR 242 392 989 000. Din il-kontribuzzjoni aggregata tal-kapital se titqassam mal-Istati Membri kollha kif spjegat hawn taħt;

Il-Ġermanja

1 617 003 000

Franza

1 617 003 000

L-Italja

1 617 003 000

Ir-Renju unit

1 617 003 000

Spanja

970 202 000

Il-Belġju

448 222 000

Il-Pajjiżi l-Baxxi

448 222 000

L-Isvezja

297 351 000

Id-Danimarka

226 947 500

L-Awstrija

222 499 500

Il-Polonja

206 984 000

Il-Finlandja

127 834 500

Il-Greċja

121 579 000

Il-Portugall

78 351 000

Ir-Repubblika Ċeka

76 379 000

L-Ungerija

72 258 000

L-Irlanda

56 737 000

Ir-Rumanija

52 395 000

Ir-Repubblika Slovakka

25 999 500

Is-Slovenja

24 138 000

Il-Bulgarija

17 652 000

Il-Litwanja

15 146 000

Il-Lussemburgu

11 347 500

Ċipru

11 127 000

Il-Latvja

9 243 000

L-Estonja

7 138 000

Malta

4 235 500

Dan il-kapital ikun meqjus bħala parti mill-kapital sottoskritt u mħassal, u għaldaqstant iżid il-kapital imħallas tal-Bank minn EUR 11 619 649 450 għal EUR 21 619 649 450.

(2)

Il-porzjon li għandu jitħallas mill-Istati Membri jiżdied minn 5 għal 8,919255272 fil-mija tal-medja tal-kapital sottoskritt, b'riżultat ta' din iż-żieda.

(3)

Kull Stat Membru jħallas is-sehem tiegħu taż-żieda fil-kapital mill-aktar fis possibbli wara d-data tal-approvazzjoni mill-Bord tal-Gvernaturi, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2013. Madankollu, l-Istati Membri li avżaw il-Bank nhar jew qabel l-14 ta' Settembru 2012 għandhom jitħallew iħallsu s-sehem rispettiv tagħhom taż-żieda fil-kapital fi tliet pagamenti, 50 fil-mija sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2013 u l-50 fil-mija tal-kumplament f'żewġ pagamenti ugwali sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2014 u l-31 ta' Marzu 2015.

GĦALDAQSTANT

(4)

L-Istatut tal-Bank jiġi emendat, mill-31 ta' Diċembru 2012, hekk kif ġej:

 

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Istatut tal-Bank jinbidel b'dan li ġej

“Il-kapital tal-Bank se jkun EUR 242 392 989 000, sottoskritt mill-Istati Membru hekk kif ġej:

Il-Ġermanja

39 195 022 000

Franza

39 195 022 000

L-Italja

39 195 022 000

Ir-Renju Unit

39 195 022 000

Spanja

23 517 013 500

Il-Belġju

10 864 587 500

Il-Pajjiżi l-Baxxi

10 864 587 500

L-Isvezja

7 207 577 000

Id-Danimarka

5 501 052 500

L-Awstrija

5 393 232 000

Il-Polonja

5 017 144 500

Il-Finlandja

3 098 617 500

Il-Greċja

2 946 995 500

Il-Portugall

1 899 171 000

Ir-Repubblika Ċeka

1 851 369 500

L-Ungerija

1 751 480 000

L-Irlanda

1 375 262 000

Ir-Rumanija

1 270 021 000

Ir-Repubblika Slovakka

630 206 000

Is-Slovenja

585 089 500

Il-Bulgarija

427 869 500

Il-Litwanja

367 127 000

Il-Lussemburgu

275 054 500

Ċipru

269 710 500

Il-Latvja

224 048 000

L-Estonja

173 020 000

Malta

102 665 000”

 

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tal-Istatut tal-Bank jiġi emendat kif spjegat hawn taħt:

“Il-kapital sottoskritt għandu jitħallas mill-Istati Membri sa 8,919255272 % tal-medja tal-ammonti kif stipulati fl-Artikolu 4(1).”

(5)

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għall-Bord tal-Gvernaturi

Iċ-Chairman

G. MATOLCSY

Is-Segretarju

A. QUEREJETA


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/10


Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar l-Emenda għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 628 finali/2 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u s-sorveljanza tal-politika agrikola komuni (minn hawn ’il quddiem: “l-Emenda”)

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEDP http://www.edps.europa.eu)

2013/C 100/04

I.   Introduzzjoni

I.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fil-25 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni adottat l-Emenda għall-proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 628 finali/2 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u s-sorveljanza tal-politika agrikola komuni (minn hawn ’il quddiem: “l-Emenda”). L-Emenda għal proposta tal-Kummissjoni ntbagħtet lill-KEPD għal konsultazzjoni.

2.

Qabel l-adozzjoni tal-Emenda, il-KEPD ingħata l-opportunità mill-Kummissjoni sabiex jipprovdi kummenti informali. Preċedentement, il-KEPD kien ħareġ Opinjoni dwar il-proposti leġiżlattivi dwar il-futur tal-politika agrikola komuni (minn hawn ’il quddiem: “il-PAK”). (1)

I.2.   Kuntest tal-Emenda

3.

Fis-sentenza ta’ Schecke (2), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat bħala invalidi ċerti dispożizzjonijiet dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni minn persuni fiżiċi li kienu benefiċjarji ta’ fondi tal-PAK. L-Emenda żżid kapitolu ġdid dwar it-trasparenza għall-Proposta għal Regolament dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u s-sorveljanza tal-PAK (3). Il-kapitolu fih dispożizzjonijiet ġodda dwar il-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji tal-fondi tal-PAK li jippruvaw iqisu s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ Schecke.

IV.   Konklużjoni

20.

Il-KEPD jilqa’ l-isforz tal-Kummissjoni li ssib bilanċ bejn il-prinċipju tat-trasparenza u d-drittijiet tal-benefiċjarji għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali.

21.

Madankollu, huwa jirrakkomanda dan li ġej:

tiġi applikata l-eżenzjoni mill-pubblikazzjoni għall-benefiċjarji taħt il-limitu għall-persuni fiżiċi biss (l-Artikolu 110b);

jiġi ġġustifikat aħjar fil-Premessa 70C għaliex miżuri oħra inqas intrużivi ma jissodisfawx l-għan tat-trasparenza u għaliex modi oħra ta’ pubblikazzjoni tqiesu inqas xierqa;

tiġi inkluża dispożizzjoni addizzjonali biex jiġi żgurat li f’każ ta’ komunitajiet żgħar tiġi ppubbikata biss id-dejta aggregata;

jiġi ġġustifikat fil-Preambolu, it-tul magħżul fl-Artikolu 110a(3) għall-pubblikazzjoni tad-dejta;

tiġi kkumplimentata l-informazzjoni li għandha tingħata lis-suġġetti tad-dejta fl-Artikolu 110c.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  Ara l-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-proposti legali għall-politika agrikola komuni wara l-2013 (ĠU C 35, 9.2.2012, p. 1).

(2)  Qorti tal-Ġustizzja, 9.11.2010, Schecke u Eifert, il-każijiet konġunti C-92/09 u C-93/09.

(3)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u s-sorveljanza tal-politika agrikola komuni (COM(2011) 628 finali).


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/12


Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposti għal Direttiva dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni, Direttiva li temenda ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli u Regolament dwar id-dokumenti ta’ tagħrif ewlieni għall-prodotti ta’ investiment

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR & DE fis-sit tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2013/C 100/05

1.   Introduzzjoni

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Nhar it-3 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva dwar il-medjazzjoni fl-assikurazzjoni (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva tal-IM”), proposta għal Direttiva li temenda ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva tal-UCITS”) u proposta għal Regolament dwar id-dokumenti ta’ tagħrif ewlieni għall-prodotti ta’ investiment (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament tal-KID”). Dawn il-proposti ntbagħtu lill-KEPD għall-konsultazzjoni fil-5 ta’ Lulju 2012.

2.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li huwa ġie kkonsultat mill-Kummissjoni u jirrakkomanda li fil-preamboli tal-istrumenti ġuridiċi proposti ssir referenza għal din l-Opinjoni.

3.

Dispożizzjonijiet simili għal dawk imsemmija f’din l-Opinjoni jinsabu f’bosta proposti pendenti u ġejjiena, bħal dawk diskussi fl-Opinjonijiet tal-KEPD dwar il-pakkett leġiżlattiv dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni bankarja, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MiFID/MiFIR) u l-abbuż tas-suq (1). Għalhekk, din l-Opinjoni għandha tinqara flimkien mal-Opinjonijiet tal-KEPD tal-10 ta’ Frar 2012 dwar l-inizjattivi msemmija hawn fuq.

4.

Iż-żewġ Direttivi proposti u r-Regolament propost se jaffettwaw id-drittijiet tal-individwi relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom b’modi differenti minħabba li jittrattaw is-setgħat investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti, inkluż l-aċċess għar-reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u t-traffiku tad-dejta, id-databases, il-pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi inkluż l-identità ta’ dawk responsabbli u r-rapportar ta’ ksur (l-hekk imsejħa skemi ta’ whistle blowing).

5.

Billi l-kwistjonijiet diskussi f’din l-Opinjoni diġà ġew diskussi f’Opinjonijiet imgħoddija tal-KEPD dwar il-qasam Finanzjarju, il-KEPD beħsiebu jippubblika linji gwida dwar dawn il-kwistjonijiet u oħrajn konċernati biex jipprovdi gwida dwar kif għandhom jiġu ttrattati kwistjonijiet marbuta mal-Protezzjoni tad-Dejta fi proposti ġejjiena tal-Kummissjoni f’dan il-qasam.

1.2.   Objettivi u kamp ta’ applikazzjoni tal-proposti

6.

Il-Kummissjoni tiddikjara li swieq ta’ bejgħ bl-imnut b’saħħithom u regolati tajjeb, li għandhom għal qalbhom l-aħjar interessi tal-konsumaturi, huma neċessarji għall-fiduċja tal-konsumatur u t-tkabbir ekonomiku għall-perjodu medju u dak fit-tul. Speċifikament, skont il-Kummissjoni, il-proposti leġiżlattivi msemmija hawn fuq jintroduċu standards ġodda u iktar faċli għall-konsumaturi dwar l-informazzjoni dwar investimenti, jgħollu l-istandards fl-għoti tal-pariri, u jissikkaw ċerti regoli dwar fondi ta’ investiment biex jassiguraw is-sigurtà tagħhom.

3.   Konklużjonijiet

34.

Il-KEPD jirrakkomanda:

li jiġu inklużi referenzi għal din l-Opinjoni fil-preamboli tal-proposti kollha;

li fil-proposti kollha jiddaħħlu dispożizzjonijiet li jenfasizzaw l-applikabbiltà sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tad-dejta. Il-KEPD jissuġġerixxi wkoll li r-referenza għad-Direttiva 95/46/KE tiġi ċċarata billi jitniżżel b’mod speċifiku li d-dispożizzjonijiet se jkunu japplikaw skont ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE;

li fil-każ tad-Direttiva tal-IM li qed tiġi proposta, l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti jiġi limitat għal dokumenti u informazzjoni għal ksur serju tad-Direttivi proposti, identifikat speċifikament, u għal każijiet fejn ikun hemm suspett raġonevoli (li għandu jkun imsaħħaħ b’evidenza inizjali konkreta) li twettaq xi ksur;

li fil-każ tad-Direttiva tal-IM li qed tiġi proposta, jiġi introdott ir-rekwiżit li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu dokumenti u informazzjoni b’deċiżjoni formali ta’ awtorità ġuridika, li tispeċifika l-bażi legali u l-għan tat-talba u x’informazzjoni hija rikjesta, il-limitu taż-żmien li fih l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, kif ukoll id-dritt tal-indirizzat li jitlob ir-reviżjoni tad-deċiżjoni minn Qorti.

li fil-każ tad-Direttiva tal-UCITS li qed tiġi proposta, jiġi introdott r-rekwiżit li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu r-reġistrazzjonijiet telefoniċi u t-traffiku tad-dejta b’deċiżjoni formali tal-awtorità kompetenti li tispeċifika l-bażi legali u l-għan tat-talba u x’informazzjoni hija rikjesta, il-limitu taż-żmien li fih l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, kif ukoll id-dritt tal-indirizzat li jitlob reviżjoni tad-deċiżjoni minn Qorti.

li fil-każ tad-Direttiva tal-IM li qed tiġi proposta, jiġu ċċarati l-modalitajiet tad-database tal-EIOPA billi jiġu introdotti dispożizzjonijiet aktar dettaljati tar-Regolamenti proposti. Dawn id-dispożizzjonijiet iridu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. B’mod partikolari, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi d-database trid (i) tidentifika l-għan tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar u tistabbilixxi liema huma l-użi kompatibbli; (ii) tidentifika liema entitajiet (l-EIOPA, l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni) se jkollhom aċċess għal liema dejta maħżuna fid-database u liema se jkollhom il-possibbiltà li jimmodifikaw id-dejta; (iii) tiżgura d-dritt ta’ aċċess u informazzjoni xierqa għas-suġġetti kollha tad-dejta li d-dejta personali tagħhom tista’ tinħażen u tiġi skambjata (iv) tiddefinixxi u tillimita l-perjodu ta’ żamma tad-dejta personali għall-minimu neċessarju biex jitwettaq it-tali għan;

li tiġi vvalutata n-neċessità tas-sistema proposta għall-pubblikazzjoni obbligatorja tas-sanzjonijiet fil-proposti kollha u li jiġi vverifikat li l-obbligu ta’ pubblikazzjoni ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb l-objettiv ta’ interess pubbliku fil-mira, u jekk hemmx miżuri inqas restrittivi biex jintlaħaq l-istess objettiv. Soġġett għar-riżultat ta’ dan it-test tal-proporzjonalità, l-obbligu ta’ pubblikazzjoni għandu f’kwalunkwe każ jiġi appoġġat b’salvagwardji adegwati biex jiġi assigurat ir-rispett tal-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt tal-persuni kkonċernati li joġġezzjonaw, is-sigurtà/il-preċiżjoni tad-dejta, u t-tħassir tagħha wara perjodu ta’ żmien adegwat.

li fir-rigward tar-rappurtar ta’ ksur, fil-proposti kollha (i) jiddaħħlu dispożizzjonijiet fid-Direttivi proposti li jgħidu li: “l-identità ta’ dawn il-persuni għandha tiġi garantita fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm l-iżvelar tagħha ma jkunx mitlub mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċeduri ġudizzjarji sussegwenti”; (ii) jiżdied paragrafu li jitlob li l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ “proċeduri xierqa li jiżguraw id-dritt tal-persuna akkużata għad-difiża u li tinstema’ qabel tiġi adottata deċiżjoni li tikkonċerna lilha u d-dritt li tfittex rimedju ġudizzjarju effettiv kontra kull deċiżjoni jew miżura li tikkonċerna lilha”; (iii) jitneħħa l-kliem “il-prinċipji stipulati” mid-dispożizzjonijiet.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  L-Opinjonijiet tal-KEPD tal-10 ta’ Frar 2012 huma disponibbli f’http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/edps/Consultation/Opinions


6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/14


Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR & DE fis-sit tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2013/C 100/06

1.   Introduzzjoni

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fid-19 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja (1) (“il-Proposta”).

2.

Qabel ġiet adottata l-Proposta, il-KEPD ngħata l-possibbiltà li jipprovdi kummenti informali. Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni kkonsultatu wkoll formalment wara li l-Proposta ġiet adottata u li din l-Opinjoni tissemma fil-preambolu tal-Proposta.

1.2.   Objettivi u kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta

3.

B’konformità mal-Artikolu 214(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din il-Proposta tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja (2).

4.

Fuq il-bażi tal-Proposta, voluntiera mħarrġa għandhom jiġu mobilizzati bħala “EU Aid Volunteers” (Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE) fi proġetti umanitarji madwar id-dinja. L-‘EU Aid Volunteers’ għandhom jintgħażlu u jiġu mobilizzati minn organizzazzjonijiet umanitarji ċċertifikati li jimxu ma’ sett ta’ standards Ewropej dwar il-ġestjoni ta’ voluntiera umanitarji. Dawn l-istandards kif ukoll il-proċedura ta’ ċertifikazzjoni għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni. Huwa previst ukoll li l-Kummissjoni tipprovdi finanzjament, programm ta’ taħriġ Ewropew, reġistru ċentrali li jinkludi l-voluntiera mħarrġa kollha, kif ukoll netwerk għall-voluntiera biex jinteraġixxu onlajn qabel, waqt u wara li jiġu mobilizzati.

1.3.   Rilevanza tal-protezzjoni tad-dejta; objettivi u fokus tal-Opinjoni

5.

Waqt li l-objettiv ewlieni tal-Proposta mhuwiex li tipproċessa d-dejta personali, il-Proposta xorta tirrikjedi l-ipproċessar ta’ dejta personali. Din tinkludi d-dejta personali tal-voluntiera rreġistrati fir-Reġistru tal-EU Aid Volunteers (Artikolu 13) kif ukoll dejta personali (ta’ voluntiera jew partijiet terzi) li tista’ tittella’ fin-netwerk tal-IT maħsuba għall-interazzjoni tagħhom onlajn (Artikolu 16). Il-proċess tal-għażla tal-kandidati minn organizzazzjonijiet umanitarji ċċertifikati, kif ukoll il-ġestjoni sussegwenti, li għandhom jiġu standardizzati taħt Artikolu 9, ukoll jirrikjedi l-ipproċessar ta’ dejta personali.

6.

Dawn l-attivitajiet ta’ pproċessar jirrikjedu salvagwardji adegwati tal-protezzjoni tad-dejta. L-implimentazzjoni prattika ta’ dawn is-salvagwardji tista’ u għandha tiġi żviluppata aktar fl-istandards li se jiġu stabbiliti taħt l-Artikolu 9 u fil-politiki tal-protezzjoni tad-dejta li għandhom jiġu żviluppati mill-Kummissjoni u minn organizzazzjonijiet umanitarji ċċertifikati.

7.

L-Artikoli 9 u 25 jipprevedu li l-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati biex tistabbilixxi l-istandards tal-identifikazzjoni, tal-għażla u tat-tħejjija tal-voluntiera kandidati, kif ukoll il-ġestjoni sussegwenti u l-mobilizzazzjoni tagħhom. Il-KEPD jirrakkomanda li dawn l-istandards għandhom jintużaw b’mod partikolari bħala għajnuna biex jassiguraw li d-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta jitħarsu kif jixraq waqt il-proċess tal-għażla, tar-reġistrazzjoni, kif ukoll tal-mobilizzazzjoni tal-voluntiera, u li f’dan ir-rigward jittieħed approċċ konsistenti mill-organizzazzjonijiet umanitarji ċċertifikati mal-Ewropa kollha.

8.

Minkejja dan, ċerti elementi essenzjali li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ salvagwardji xierqa tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jitniżżlu mill-ewwel fir-Regolament propost innifsu. Biex tindirizza dawn l-elementi essenzjali, Taqsima 2 ta’ din l-Opinjoni tipprevedi rakkomandazzjonijiet dwar l-Artikoli 13 u 16 tal-Proposta.

9.

It-Taqsima 3 tal-Opinjoni, imbagħad, tappella biex il-KEPD jiġi kkonsultat meta jkunu qegħdin jiġu żviluppati l-istandards taħt l-Artikoli 9 u 25 tal-Proposta. It-Taqsima 3 wkoll tiġbed diġà l-attenzjoni fil-qosor lejn xi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta li għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni meta l-istandards ikunu qegħdin jiġu żviluppati, kif ukoll fil-livell prattiku, meta r-Regolament propost jiġi implimentat.

4.   Konklużjonijiet

34.

Il-KEPD jirrakkomanda li għandha tiġi inkluża referenza għal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta bħala dispożizzjoni sostantiva tal-proposta.

35.

Il-KEDP jirrakkomanda li fit-test isiru l-kjarifiki addizzjonali li ġejjin:

L-Artikolu 13 għandu jispeċifika l-għanijiet tar-Reġistru, il-kategoriji tad-dejta li jkun fih, kif ukoll il-firxa ta’ entitajiet li jista’ jkollhom aċċess għar-Reġistru, biex jassigura ċ-ċertezza legali.

L-Artikolu 13 għandu wkoll jidentifika b’mod ċar il-Kummissjoni u l-organizzazzjonijiet utenti bħala kontrolluri separati.

L-Artikoli 13 u 16 għandhom jirrikjedu l-adozzjoni ta’ politika tal-protezzjoni tad-dejta għar-Reġistru u għan-Network rispettivament.

36.

Barra minn hekk, il-KEPD jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkonsulta l-KEPD qabel l-adozzjoni ta’ xi wieħed mill-atti delegati taħt l-Artikolu 25 li jista’ jkollu impatt fuq l-ipproċessar ta’ dejta personali, b’mod partikolari, fuq l-istandards li għandhom jiġu adottati taħt l-Artikolu 9. Dawn l-istandards għandhom jirrikjedu l-adozzjoni ta’ politiki xierqa tal-protezzjoni tad-dejta mill-organizzazzjonijiet li jmexxu l-proċess tal-għażla tal-voluntiera u li jġestixxu u jimmobilizzaw il-voluntiera. Dan jista’ jinkludi l-armonizzazzjoni tal-kategoriji tad-dejta miġbura, u jista’ possibilment iwassal għal formola ta’ applikazzjoni standard li tintuża kullimkien fl-Ewropa.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja – EU Aid Volunteers, COM(2012) 514 final.

(2)  Ara wkoll http://ec.europa.eu/echo/euaidvolunteers/index_en.htm


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

6.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/16


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2013/C 100/07

Għajnuna Nru: SA.35916 (12/XA)

Stati Membri: Il-Belġju

Reġjun: Oost-Vlaanderen

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Subsidie voor Agro Bedrijfshulp

Bażi legali: Provinciaal reglement betreffende de toekenning van subsidies aan erkende diensten voor bedrijfsverzorging of aan erkende federaties van diensten voor bedrijfsverzorging in de sector land- en tuinbouw

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża:

 

Ammont kumplessiv ta' għajnuna ad hoc konċessa lill-impriża: EUR 0,05 (f'miljuni)

 

Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,05 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincie Oost-Vlaanderen

Gouvernementstraat 1

9000 Gent

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz tal-Internet: http://www.oost-vlaanderen.be/docs/nl/8i/166reglementenlandbouwbedrijfsverzorgingcoor.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.35917 (12/XA)

Stati Membri: Il-Belġju

Reġjun: Oost-Vlaanderen

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Werkingssubsidie aan het Vlaams Coördinatiecentrum Mestverwerking

Bażi legali: Besluit van de Deputatie betreffende werkingssubsidie aan het Vlaams Coördinatiecentrum Mestverwerking

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,01 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincie Oost-Vlaanderen

Gouvernementstraat 1

9000 Gent

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz tal-Internet: http://www.oost-vlaanderen.be/public/economie_landbouw/landbouw/subsidies/steunmelding/index.cfm#subtitleN10064

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.35918 (12/XA)

Stati Membri: Il-Belġju

Reġjun: Oost-Vlaanderen

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Subsidie aan Economische Raad Oost-Vlaanderen voor een marktstrategisch plan voor de Oost-Vlaamse sierteelt

Bażi legali: Besluit van de Deputatie voor een subsidie aan Economische Raad Oost-Vlaanderen voor een marktstrategisch plan voor de Oost-Vlaamse sierteelt

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,06 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincie Oost-Vlaanderen

Gouvernementstraat 1

9000 Gent

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz tal-Internet: http://www.oost-vlaanderen.be/public/economie_landbouw/landbouw/subsidies/steunmelding/index.cfm#subtitleN10064

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.36339 (13/XA)

Stati Membri: Il-Bulgarija

Reġjun: Bulgaria

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: „Помощ за участие в киноложки изложби“

Bażi legali: Чл. 12, ал. 1, т. 10 от Закона за подпомагане на земеделските производители; Указания, приети с Решение на Управителния съвет на Държавен фонд „Земеделие“ за схема на държавна помощ

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: BGN 0,01 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mis-26 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Държавен фонд „Земеделие“

бул. „Цар Борис III“ № 138

1618 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Indirizz tal-Internet: http://dfz.bg/bg/darzhavni-pomoshti/notificirana-darjavna-pomosht/

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.36340 (13/XA)

Stati Membri: Il-Bulgarija

Reġjun: Bulgaria

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: „Помощ за участие на международни изложения — Ситеви в гр. Монпелие, Франция и Осми международен конгрес гр. Доха, Катар“

Bażi legali: Чл. 12, ал. 1, т. 10 от Закона за подпомагане на земеделските производители; Указания, приети с Решение на Управителния съвет на Държавен фонд „Земеделие“ за схема на държавна помощ

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: BGN 0,04 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 80 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mis-26 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Държавен фонд „Земеделие“

бул. „Цар Борис III“ № 138

1618 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Indirizz tal-Internet: http://dfz.bg/bg/darzhavni-pomoshti/notificirana-darjavna-pomosht/

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.36341 (13/XA)

Stati Membri: Il-Bulgarija

Reġjun: Bulgaria

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: „Помощ за участие в Специализирана изложба по млечно говедовъдство — гр. Сливен“

Bażi legali: Чл. 12, ал. 1, т. 10 от Закона за подпомагане на земеделските производители; Указания, приети с Решение на Управителния съвет на Държавен фонд „Земеделие“ за схема на държавна помощ

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: BGN 0,03 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 80 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mis-26 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Държавен фонд „Земеделие“

бул. „Цар Борис III“ № 138

1618 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Indirizz tal-Internet: http://dfz.bg/bg/darzhavni-pomoshti/notificirana-darjavna-pomosht/

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.36342 (13/XA)

Stati Membri: Il-Bulgarija

Reġjun: Bulgaria

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: „Помощ за участие в Национално говедовъдно изложение — гр. Сливен“

Bażi legali: Чл. 12, ал. 1, т. 10 от Закона за подпомагане на земеделските производители; Указания, приети с Решение на Управителния съвет на Държавен фонд „Земеделие“ за схема на държавна помощ

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: BGN 0,03 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 80 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mis-26 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Държавен фонд „Земеделие“

бул. „Цар Борис III“ № 138

1618 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Indirizz tal-Internet: http://dfz.bg/bg/darzhavni-pomoshti/notificirana-darjavna-pomosht/

Informazzjoni oħra: —