ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.086.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 86

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
23 ta' Marzu 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 086/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 79, 16.3.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 086/02

Kawża C-12/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dublin Metropolitan District Court — l-Irlanda) — Denise McDonagh vs Ryanair Ltd (Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Kunċett ta’ ċirkostanzi straordinarji — Obbligu ta’ assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba ċirkostanzi straordinarji — Eruzzjoni ta’ vulkan li twassal għall-għeluq tal-ispazju tal-ajru — Eruzzjoni tal-vulkan Islandiż Eyjafjallajökull)

2

2013/C 086/03

Kawża C-26/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof — il-Belġju) — Belgische Petroleum Unie VZW et vs Belgische Staat (Direttiva 98/70/KE — Kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diesel — Artikoli 3 sa 5 — Speċifikazzjonijiet ambjentali applikabbli għall-karburanti — Direttiva 98/34/KE — Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regoli u leġiżlazzjonijiet tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni — Artikoli 1 u 8 — Kunċett ta’ regolament tekniku — Obbligu ta’ komunikazzjoni ta’ abbozz ta’ regolamenti tekniċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq kumpanniji taż-żejt li jipprovdu fis-suq karburanti tal-petrol u/jew tad-diesel li jipprovdu wkoll fis-suq, fl-istess sena kalendarja, kwantità partikolari ta’ bijokarburanti)

2

2013/C 086/04

Kawża C-175/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland — l-Irlanda) — H.I.D., B.A. vs Refugee Applications Commissioner, Refugee Appeals Tribunal, Minister for Justice, Equality and Law Reform, l-Irlanda, Attorney General (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil — Applikazzjoni minn ċittadin ta’ pajjiż terz sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat — Direttiva 2005/85/KE — Artikolu 23 — Possibbiltà li wieħed jirrikorri għall-proċedura ta’ pproċessar prijoritarju tal-applikazzjonijiet għal ażil — Proċedura nazzjonali li tapplika proċedura prijoritarja għall-eżami tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn persuni li jappartjenu għal ċerta kategorija ddefinita fuq il-kriterju tan-nazzjonalità jew tal-pajjiż ta’ oriġini — Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva — Artikolu 39 tal-imsemmija direttiva — Il-kunċett ta’ qorti jew tribunal fis-sens ta’ dan l-artikolu)

3

2013/C 086/05

Kawża C-301/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Leġiżlazzjoni fiskali — Trasferiment ta’ residenza fiskali — Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 49 TFUE — Tassazzjoni fuq qligħ kapitali mhux realizzat — Taxxa tal-ħruġ immedjata)

4

2013/C 086/06

Kawża C-394/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Komisia za zashtita ot diskriminatsia (il-Bulgarija) Valeri Hariev Belov vs CHEZ Elektro Balgaria АD et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Kunċett ta’ qorti nazzjonali — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

4

2013/C 086/07

Kawża C-396/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-29 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanța — ir-Rumanija) — Ministerul Public — Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Constanța: Eżekuzzjoni tal-mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra Ciprian Vasile Radu (Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Mandat ta’ arrest Ewropew u proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri — Mandat ta’ arrest Ewropew għal finijiet ta’ proċedimenti — Raġunijiet ta’ rifjut għal eżekuzzjoni)

5

2013/C 086/08

Kawża C-642/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Varna — il-Bulgarija) — Stroy trans EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Dritt għal tnaqqis — Rifjut — Artikolu 203 — Indikazzjoni tal-VAT fuq il-fattura — Eżiġibbiltà — Eżistenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli — Evalwazzjoni identika fir-rigward tal-emittent tal-fattura u tad-destinatarju tagħha — Neċessità)

5

2013/C 086/09

Kawża C-643/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Varna — il-Bulgarija) — LVK — 56 EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Dritt għal tnaqqis — Rifjut — Artikolu 203 — Indikazzjoni tal-VAT fuq il-fattura — Eżiġibbiltà — Eżistenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli — Evalwazzjoni identika fir-rigward tal-emittent tal-fattura u tad-destinatarju tagħha — Neċessità)

6

2013/C 086/10

Kawża C-496/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fis-6 ta’ Novembru 2012 — Spoločenstvo vlastníkov bytov MYJAVA vs Podtatranská vodárenská prevádzková spoločnosť, a.s.

7

2013/C 086/11

Kawża C-595/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2012 — Loredana Napoli vs Ministero della Giustizia — Dipartimento Amministrazione Penitenziaria

7

2013/C 086/12

Kawża C-597/12: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2012 minn Isdin, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-9 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-366/11 — Bial-Portela & Ca, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

8

2013/C 086/13

Kawża C-599/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju) fl-20 ta’ Diċembru 2012 — Jetair NV, BTW-eenheid BTWE Travel4you vs FOD Financiën

9

2013/C 086/14

Kawża C-604/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-27 ta’ Diċembru 2012 — H.N. vs Minister for Justice, Equality and Law Reform, l-Irlanda u l-Attorney General

9

2013/C 086/15

Kawża C-617/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) Patents Court (ir-Renju Unit) fit-18 ta’ Diċembru 2012 — Astrazeneca AB vs Comptroller-General of Patents

10

2013/C 086/16

Kawża C-11/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Jannar 2013 — Bayer CropScience AG

10

2013/C 086/17

Kawża C-17/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-14 ta’ Jannar 2013 — Alpina River Cruises GmbH u Nicko Tours GmbH vs Ministero delle infrastrutture e dei trasporti — Capitaneria di Porto di Chioggia

10

2013/C 086/18

Kawża C-19/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-15 ta’ Jannar 2013 — Ministero dell’Interno vs Fastweb SpA

11

2013/C 086/19

Kawża C-20/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Jannar 2013 — Daniel Unland vs Land Berlin

11

2013/C 086/20

Kawża C-22/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fis-17 ta’ Jannar 2013 — Mascolo vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

12

2013/C 086/21

Kawża C-35/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2013 — ASS.I.CA. u Krafts Foods Italia SpA vs Associazioni fra produttori per la tutela del Salame Felino et

13

2013/C 086/22

Kawża C-54/13 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2013 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-21 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-270/08, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

14

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 086/23

Kawża T-269/00: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 — Sagar vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Tnaqqis tal-piżijiet soċjali favur il-kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna mħallsa — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

15

2013/C 086/24

Kawża T-272/00: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 — Barbini et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mħallsa — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

15

2013/C 086/25

Kawża T-273/00: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 — Unindustria et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mogħtija — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

16

2013/C 086/26

Kawża T-368/11 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2013 — Travetanche Injection vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ċaħda tar-rikors prinċipali — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

16

2013/C 086/27

Kawża T-551/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2013 — BSI vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Dumping — Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi ta’ qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti kkunsinjati mill-Malasja — Importatur indipendenti — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Nuqqas ta’ interess dirett — Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

17

2013/C 086/28

Kawża T-347/12 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2013 minn Dana Mocová mis-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Ġunju 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-41/11, Mocová vs Il-Kummissjoni

17

2013/C 086/29

Kawża T-1/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2013 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Montres Tudor (GLAMOUR)

18

2013/C 086/30

Kawża T-12/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2013 — Sherwin-Williams Sweden vs UASI — Akzo Nobel Coatings International (ARTI)

18

2013/C 086/31

Kawża T-13/13: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2013 — MasterCard International vs UASI — Nehra (surfpin)

19

2013/C 086/32

Kawża T-14/13: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2013 — Seal Trademarks vs UASI — Exel Composites (XCEL)

19

2013/C 086/33

Kawża T-26/13: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2013 — dm-drogerie markt vs UASI — Semtee (CALDEA)

20

2013/C 086/34

Kawża T-27/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2013 — Elan vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2013/C 086/35

Kawża T-31/13: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2013 minn Vincent Bouillez mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Novembru 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-75/11, Bouillez vs Il-Kunsill

22

2013/C 086/36

Kawża T-32/13 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2013 minn Mario Paulo da Silva Tenreiro mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-14 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża F-120/11, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni

22

2013/C 086/37

Kawża T-33/13: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2013 — Türkiye Garanti Bankasi vs UASI — Card & Finance Consulting (bonus&more)

23

2013/C 086/38

Kawża T-37/13: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2013 — Exakt Advanced Technologies vs UASI — Exakt Precision Tools (EXAKT)

23

2013/C 086/39

Kawża T-41/13: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2013 — Roy vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

24

2013/C 086/40

Kawża T-46/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2013 — Sabores de Navarra vs UASI — Frutas Solano (KIT, EL SABOR DE NAVARRA)

24

2013/C 086/41

Kawża T-47/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2013 — Goldsteig Käsereien Bayerwald vs UASI — Vieweg (goldstück)

25

2013/C 086/42

Kawża T-48/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2013 — Out of the blue vs UASI Mombauer (REFLEXX)

25

2013/C 086/43

Kawża T-50/13: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2013 — Think Schuhwerk vs UASI — Müller (VOODOO)

26

2013/C 086/44

Kawża T-51/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2013 — Evropaïki Dynamiki vs BEI

26

2013/C 086/45

Kawża T-62/13: Rikors ippreżentat fis-6 ta Frar 2013 — GOLAM vs UASI — Glaxo Group (METABIOMAX)

27

2013/C 086/46

Kawża T-64/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta Frar 2013 — ANKO vs Il-Kummissjoni

27

2013/C 086/47

Kawża T-74/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2013 — Al-Tabbaa vs Il-Kunsill

28

2013/C 086/48

Kawża T-80/13: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2013 — Syrian Lebanese Commercial Bank vs Il-Kunsill

28

2013/C 086/49

Kawża T-650/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 — Dimension Data Belgium vs Il-Parlament

29

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2013/C 086/50

Kawża F-158/12: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

30

2013/C 086/51

Kawża F-162/12: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs EEA

30

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/1


2013/C 86/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 79, 16.3.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 71, 9.3.2013

ĠU C 63, 2.3.2013

ĠU C 55, 23.2.2013

ĠU C 46, 16.2.2013

ĠU C 38, 9.2.2013

ĠU C 32, 2.2.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Dublin Metropolitan District Court — l-Irlanda) — Denise McDonagh vs Ryanair Ltd

(Kawża C-12/11) (1)

(Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Kunċett ta’ “ċirkostanzi straordinarji” - Obbligu ta’ assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba “ċirkostanzi straordinarji” - Eruzzjoni ta’ vulkan li twassal għall-għeluq tal-ispazju tal-ajru - Eruzzjoni tal-vulkan Islandiż Eyjafjallajökull)

2013/C 86/02

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Dublin Metropolitan District Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Denise McDonagh

Konvenuta: Ryanair Ltd

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Dublin Metropolitan District Court — Interpretazzjoni u validità tal-Artikoli 5 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) — Kunċett ta’ “cirkostanzi straordinarji” fis-sens tar-Regolament — Portata — Kanċellazzjoni tat-titjira minħabba l-għeluq tal-ispazju tal-ajru Ewropew ikkawżat mill-eruzzjoni tal-vulkan Islandiż Eyjafjallajokull

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċirkustanzi bħalma huma l-għeluq ta’ parti mill-ispazju tal-ajru Ewropew wara l-eruzzjoni tal-vulkan Eyjafjallajökull jikkostitwixxu “ċirkostanzi straordinarji” fis-sens ta’ dan ir-regolament li ma jeżentawx lit-trasportaturi tal-ajru mill-obbligu tagħhom ta’ assistenza previst fl-Artikoli 5(1)(b) u 9 tar-Regolament Nru 261/2004.

(2)

L-Artikoli 5(1)(b) u 9 tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba “ċirkostanzi straordinarji” li jkollhom l-istess tul bħalma kellha dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-obbligu ta’ assistenza lill-passiġġieri tal-ajru previst f’dawn id-dispożizzjonijiet għandu jiġi sodisfatt, u dan mingħajr ma hija effettwata l-validità ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Madankollu, passiġġier tal-ajru jista’ jikseb biss, bħala kumpens minħabba n-nuqqas ta’ osservanza mit-trasportatur tal-ajru tal-obbligu tiegħu ta’ assistenza previst fl-Artikoli 5(1)(b) u 9 tar-Regolament Nru 261/044, ir-rimbors tas-somom li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull każ, jirriżultaw neċessarji, xierqa u raġonevoli sabiex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas tat-trasportatur tal-ajru li jassisti lil dan il-passiġġier, u dan huwa l-kompitu tal-qorti nazzjonali li tevalwa.


(1)  ĠU C 80, 12.03.2011


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof — il-Belġju) — Belgische Petroleum Unie VZW et vs Belgische Staat

(Kawża C-26/11) (1)

(Direttiva 98/70/KE - Kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diesel - Artikoli 3 sa 5 - Speċifikazzjonijiet ambjentali applikabbli għall-karburanti - Direttiva 98/34/KE - Proċedura ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regoli u leġiżlazzjonijiet tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni - Artikoli 1 u 8 - Kunċett ta’ “regolament tekniku” - Obbligu ta’ komunikazzjoni ta’ abbozz ta’ regolamenti tekniċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq kumpanniji taż-żejt li jipprovdu fis-suq karburanti tal-petrol u/jew tad-diesel li jipprovdu wkoll fis-suq, fl-istess sena kalendarja, kwantità partikolari ta’ bijokarburanti)

2013/C 86/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Belgische Petroleum Unie VZW, Continental Tanking Company NV, Belgische Olie Maatschappij NV, Octa NV, Van Der Sluijs Group Belgium NV, Belgomazout Liège NV, Martens Energie NV, Transcor Oil Services NV, Mabanaft BV, Belgomine NV, Van Raak Distributie NV, Bouts NV, Gabriels & Co NV, Joassin René NV, Orion Trading Group NV, Petrus NV, Argosoil Belgium NV

Konvenut: Belgische Staat

fil-preżenza ta’: Belgian Bioethanol Association VZW, Belgian Biodiesel Board VZW

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Grondwettelijk Hof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4(3) TUE, tal-Artikoli 26(2), 28, 34, 35 u 36 TFUE, tal-Artikoli 3, 4 u 5 tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 23, p. 182) u tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, fuq kumpanniji taż-żejt li jipprovdu karburant għall-konsum, l-obbligu li fl-istess sena kalendarja jipprovdu wkoll kwantità ta’ bio-ethanol għall-konsum, pur jew fil-forma ta’ bio-ETBE, u ta’ aċidu grass methyl ester (FAME)

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 3 sa 5 tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 1998, dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE, kif emendata bid-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, b’konformità mal-għan ta’ promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti fis-settur tat-trasport, mogħti lill-Istati Membri permezz tad-Direttivi 2003/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Mejju 2003, dwar il-promozzjoni tal-użu tal-bijokarburanti jew karburanti oħra rinnovabbli għat-trasport, 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE u 2009/30, timponi fuq il-kumpanniji taż-żejt li jqiegħdu fis-suq karburanti tal-petrol u/jew tad-diesel, l-obbligu li jqiegħdu fis-suq ukoll, matul l-istess sena kalendarja, billi jħaltuha ma’ dawk il-prodotti, kwantità ta’ bijokarburanti, meta din il-kwantità tiġi kkalkulata b’perċentwali tal-kwanitità totali tal-imsemmija prodotti li huma jikkummerċjalizzaw annwalment, u li dawn il-perċentwali jkunu konformi mal-ammonti tal-limiti massimi stabbiliti mid-Direttiva 98/70, kif emendata bid-Direttiva 2009/30.

(2)

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, moqri flimkien mal-aħħar inċiż tal-Artikolu 10(1) tal-imsemmija direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix notifika ta’ abbozz ta’ liġi nazzjonali li tobbliga lill-kumpanniji taż-żejt li jqiegħdu fis-suq karburanti tal petrol u/jew tad-diesel, li jqiegħdu fis-suq ukoll, matul l-istess sena kalendarja, kwantità ta’ bijokarburanti, meta, wara li jkun ġie nnotifikat skont l-imsemmi l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1), dan l-abbozz ikun ġie emendat bil-għan li jiġu kkunsidrati l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar dan tal-aħħar u li l-abbozz hekk emendat ikun ġie kkomunikat lilha.


(1)  ĠU C 113, 09.04.2011


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland — l-Irlanda) — H.I.D., B.A. vs Refugee Applications Commissioner, Refugee Appeals Tribunal, Minister for Justice, Equality and Law Reform, l-Irlanda, Attorney General

(Kawża C-175/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema Ewropea Komuni ta’ Ażil - Applikazzjoni minn ċittadin ta’ pajjiż terz sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat - Direttiva 2005/85/KE - Artikolu 23 - Possibbiltà li wieħed jirrikorri għall-proċedura ta’ pproċessar prijoritarju tal-applikazzjonijiet għal ażil - Proċedura nazzjonali li tapplika proċedura prijoritarja għall-eżami tal-applikazzjonijiet ippreżentati minn persuni li jappartjenu għal ċerta kategorija ddefinita fuq il-kriterju tan-nazzjonalità jew tal-pajjiż ta’ oriġini - Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva - Artikolu 39 tal-imsemmija direttiva - Il-kunċett ta’ “qorti jew tribunal” fis-sens ta’ dan l-artikolu)

2013/C 86/04

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: H.I.D., B.A.

Konvenuti: Refugee Applications Commissioner, Refugee Appeals Tribunal, Minister for Justice, Equality and Law Reform, l-Irlanda, Attorney General

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Ireland — Interpretazzjoni tal-Artikolu 23 u 39 tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175 M, p.168) — Applikazzjoni minn ċittadin ta’ pajjiż terz sabiex jikseb l-istatus ta’ refuġjat — Konformità mad-dritt tal-Unjoni ta’ proċedura nazzjonali li tipprovdi għall-applikazzjoni ta’ proċedura mħaffa jew prijoritarja għall-eżami tal-applikazzjonijiet għal ażil ippreżentati minn persuni li jappartjenu għal ċerta kategorija ddefinita abbażi tan-nazzjonalità jew tal-pajjiż tal-oriġini — Dritt għal rikors effettiv — Kunċett ta’ “qorti jew tribunal” skont l-Artikolu 267 TFUE

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 23(3) u (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jissottometti għal proċedura mħaffa jew prijoritarja l-eżami, fl-osservanza tal-prinċipji bażiċi u l-garanziji fundamentali msemmija fil-Kapitolu II tal-istess direttiva, ta’ ċerti kategoriji ta’ applikazzjonijiet għal ażil iddefiniti fuq il-kriterju tan-nazzjonalità jew tal-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant.

(2)

L-Artikolu 39 tad-Direttiva 2005/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil applikant għal ażil li jippreżenta appell kontra d-deċiżjoni tal-awtorità determinanti quddiem qorti jew tribunal bħar-Refugee Appeals Tribunal (l-Irlanda), u li jappella mid-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar quddiem qorti superjuri bħall-High Court (l-Irlanda), jew jikkontesta l-validità tad-deċiżjoni ta’ din l-istess awtorità quddiem il-High Court, li s-sentenzi tagħha jistgħu jkunu s-suġġett ta’ appell quddiem is-Supreme Court (l-Irlanda).


(1)  ĠU C 204, 09.07.2011.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-301/11) (1)

(Leġiżlazzjoni fiskali - Trasferiment ta’ residenza fiskali - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Tassazzjoni fuq qligħ kapitali mhux realizzat - Taxxa tal-ħruġ immedjata)

2013/C 86/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, J. Langer u M. de Ree, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE — Taxxa tal-ħruġ għall-impriżi li r-residenza fiskali tagħhom ma tibqax fil-Pajjiżi l-Baxxi — Tassazzjoni fuq qligħ kapitali mhux realizzat ta’ impriża fil-każ ta’ bdil ta’ residenza tal-impriża, ta’ ċaqliq tal-istabbiliment tagħha jew ta’ trasferiment tal-assi tagħha fi Stat Membru ieħor

Dispożittiv

(1)

Billi adotta u żamm fis-seħħ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għat-tassazzjoni fuq qligħ kapitali mhux realizzat f’każ ta’ trasferiment ta’ impriża jew ta’ trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat jew reali ta’ kumpannija lejn Stat Membru ieħor, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 49 TFUE.

(2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Komisia za zashtita ot diskriminatsia (il-Bulgarija) Valeri Hariev Belov vs CHEZ Elektro Balgaria АD et

(Kawża C-394/11) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Kunċett ta’ ‘qorti nazzjonali’ - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

2013/C 86/06

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Komisia za zashtita ot diskriminatsia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Valeri Hariev Belov

Konvenuti: CHEZ Elektro Balgaria AD, Lidia Georgieva Dimitrova, Roselina Dimitrova Kostova, Kremena Stoyanova Stoyanova, CHEZ Razpredelenie Balgaria AD, Ivan Kovarzhchik, Atanas Antonov Dandarov, Irzhi Postolka, Vladimir Marek, Darzhavna Komisia po energiyno i vodno regulirane

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Komisia za zashtita ot diskriminatsia — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(1)(a) u (b) u 3(1)(h) u 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23) u tal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll tal-premessa 29 u tal-Artikoli 1 u 13(1) tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2006, dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (ĠU L 114, p. 64), u tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211), kif ukoll tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda [tħassar] d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, p. 55) — Prassi amministrattiva li permezz tagħha l-impriża ta’ distribuzzjoni tal-elettriku tingħata l-libertà li twaħħal fid-distretti Romm arloġġi tad-dawl fuq arbli tal-elettriku fit-triq f’għoli inaċċessibbli għall-utenti u li ma tippermettix lill-konsumaturi ta’ dawn id-distretti jaraw l-arloġġ tagħhom, minkejja li fid-distretti li ma humiex Romm l-arloġġi tad-dawl jitwaħħlu f’għoli aċċessibbli — Dritt jew interess tal-utent finali tal-elettriku li jivverifika regolarment l-ammonti li jinsabu fuq l-arloġġ tad-dawl — Oneru tal-prova fil-qasam tad-diskriminazzjoni

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Komisia za zashtita ot diskriminatsia fid-deċiżjoni tagħha ta’ rinviju tad-19 ta’ Lulju 2011.


(1)  ĠU C 298, 08.10.2011.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-29 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanța — ir-Rumanija) — Ministerul Public — Parchetul de pe lângă Curtea de Apel Constanța: Eżekuzzjoni tal-mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa kontra Ciprian Vasile Radu

(Kawża C-396/11) (1)

(Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Mandat ta’ arrest Ewropew u proċeduri ta’ konsenja bejn Stati Membri - Mandat ta’ arrest Ewropew għal finijiet ta’ proċedimenti - Raġunijiet ta’ rifjut għal eżekuzzjoni)

2013/C 86/07

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanța

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ciprian Vasile Radu

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Constanța — Interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Kwadu [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU L 18, 22.01.2009, p. 45), kif ukoll tal-Artikolu 6 TUE u tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari tal-Artikoli 6, 48 u 52 tagħha — Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għal finijiet ta’ prosekuzzjoni — Possibbiltà tal-Istat Membru li jeżegwixxi l-mandat li jirrifjuta t-talba għall-konsenja tal-persuna rikjesta minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-Konvenzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ traspożizzjoni totali jew parzjali tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI mill-Istat Membru li joħroġ il-mandat

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni ma jistgħux jirrifjutaw l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għal finijiet tal-eżerċizzju ta’ proċeduri kriminali għar-raġuni li l-persuna rikjesta ma nstemgħetx fl-Istat Membru ta’ emissjoni qabel il-ħruġ ta’ dan il-mandat ta’ arrest.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Varna — il-Bulgarija) — Stroy trans EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-642/11) (1)

(Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Dritt għal tnaqqis - Rifjut - Artikolu 203 - Indikazzjoni tal-VAT fuq il-fattura - Eżiġibbiltà - Eżistenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli - Evalwazzjoni identika fir-rigward tal-emittent tal-fattura u tad-destinatarju tagħha - Neċessità)

2013/C 86/08

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Stroy trans EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tal-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input — Taxxa dovuta minħabba li hija mniżżla fuq il-fattura, minkejja n-nuqqas ta’ kunsinna jew ta’ ħlas tas-suġġett tal-fattura — Prova li l-kunsinna ta’ merkanzija twettqet verament — Aġġustament fiskali li jirrigwarda lill-fornitur dirett tal-persuna taxxabbli li ma jinkludix korrezzjoni tat-taxxa

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

it-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmija fuq fattura minn persuna hija dovuta minnha indipendentement mill-eżistenza effettiva ta’ tranżazzjoni taxxabbli;

mis-sempliċi fatt li l-awtorità tat-taxxa ma kkoreġietx, f’avviż ta’ taxxa rettifikattiv indirizzat lill-emittent ta’ din il-fattura, il-VAT iddikjarata minnu, ma jistax jiġi dedott li din l-awtorità rrikonoxxiet li l-imsemmija fattura kienet tikkorrispondi għal tranżazzjoni taxxabbli effettiva.

(2)

Il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ proporzjonalità u ta’ aspettattivi leġittimi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li d-destinatarju ta’ fattura jiġi mċaħħad mid-dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input minħabba l-assenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli effettiva, minkejja li, fl-avviż ta’ taxxa rettifikattiv indirizzat lill-emittent ta’ din il-fattura, il-VAT iddikjarata minn dan tal-aħħar ma ġietx ikkoreġuta. Madankollu, jekk, fid-dawl ta’ frodi jew irregolaritajiet imwettqa minn dan l-emittent jew fi stadju preċedenti għat-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt għal tnaqqis, jiġi kkunsidrat li din it-tranżazzjoni effettivament ma saritx, għandu jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi u mingħajr ma d-destinatarju tal-fattura jiġi obbligat iwettaq verifiki li ma huwiex obbligat iwettaq, li dan id-destinatarju kien jaf jew kellu jkun jaf li l-imsemmija tranżazzjoni kienet implikata fi frodi tal-VAT, punt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 80, 17.03.2012


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-31 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Varna — il-Bulgarija) — LVK — 56 EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-643/11) (1)

(Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Dritt għal tnaqqis - Rifjut - Artikolu 203 - Indikazzjoni tal-VAT fuq il-fattura - Eżiġibbiltà - Eżistenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli - Evalwazzjoni identika fir-rigward tal-emittent tal-fattura u tad-destinatarju tagħha - Neċessità)

2013/C 86/09

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LVK — 56 EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa — Prova tal-eżistenza tal-avveniment li jagħti lok għall-ħlas tal-VAT — Prassi tal-awtoritajiet tat-taxxa li jirrifjutaw li jagħtu d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT lil destinatarju tal-kunsinna ta’ beni taxxabbli, minħabba n-nuqqas ta’ dokumenti li jiġġustifikaw il-kunsinna effettiva, minkejja l-konstatazzjoni tat-taxxa dovuta mingħand il-fornitur

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

it-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmija fuq fattura minn persuna hija dovuta minnha indipendentement mill-eżistenza effettiva ta’ tranżazzjoni taxxabbli;

mis-sempliċi fatt li l-awtorità tat-taxxa ma kkoreġietx, f’avviż ta’ taxxa rettifikattiv indirizzat lill-emittent ta’ din il-fattura, it-taxxa fuq il-valur miżjud iddikjarata minnu, ma jistax jiġi dedott li din l-awtorità rrikonoxxiet li l-imsemmija fattura kienet tikkorrispondi għal tranżazzjoni taxxabbli effettiva.

(2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Artikoli 167 u 168(a) tad-Direttiva 2006/112 kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament ma jipprekludux li d-destinatarju ta’ fattura jiġi mċaħħad mid-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input minħabba l-assenza ta’ tranżazzjoni taxxabbli effettiva, minkejja li, fl-avviż ta’ taxxa rettifikattiv indirizzat lill-emittent ta’ din il-fattura, il-VAT iddikjarata minn dan tal-aħħar ma ġietx ikkoreġuta. Madankollu, jekk, fid-dawl ta’ frodi jew irregolaritajiet imwettqa minn dan l-emittent jew fi stadju preċedenti għat-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt għal tnaqqis, jiġi kkunsidrat li din it-tranżazzjoni effettivament ma saritx, għandu jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi u mingħajr ma d-destinatarju tal-fattura jiġi obbligat iwettaq verifiki li ma huwiex obbligat iwettaq, li dan id-destinatarju kien jaf jew kellu jkun jaf li l-imsemmija tranżazzjoni kienet implikata fi frodi tal-VAT, punt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 80, 17.03.2012


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fis-6 ta’ Novembru 2012 — Spoločenstvo vlastníkov bytov MYJAVA vs Podtatranská vodárenská prevádzková spoločnosť, a.s.

(Kawża C-496/12)

2013/C 86/10

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Spoločenstvo vlastníkov bytov MYJAVA

Konvenuta: Podtatranská vodárenská prevádzková spoločnosť, a.s.

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea, fosthom id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (1), id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi (2) u d-direttivi l-oħra intiżi li jipproteġu lill-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna ġuridika tista’ tinvoka l-istess protezzjoni bħal dik li jibbenefika minnha l-konsumatur, bil-kundizzjoni li, fil-kuntratti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi, hija taġixxi għal finijiet mhux marbuta ma’ kwalunkwe attività professjonali jew kummerċjali?

(2)

Id-dispożizzjonijiet tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea, fosthom id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom u d-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responabbiltà għall-prodotti difettużi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-każ li jiġi kkonstatat difett li jaffettwa l-prodott ipprovdut, tillimita l-azzjonijiet għal rimbors bħall-azzjoni għall-irkupru tal-pagament mhux dovut għall-perijodu biss li għadda wara l-aħħar qari tal-ammont tal-arloġġ tal-ilma difettuż qabel it-tressiq tat-talba?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 223.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Diċembru 2012 — Loredana Napoli vs Ministero della Giustizia — Dipartimento Amministrazione Penitenziaria

(Kawża C-595/12)

2013/C 86/11

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Loredana Napoli

Konvenut: Ministero della Giustizia — Dipartimento Amministrazione Penitenziaria

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/54/KE (1) (dwar ir-ritorn mil-leave tal-maternità) japplika għall-attendenza għal kors ta’ taħriġ professjonali li jagħmel parti mir-relazzjoni ta’ xogħol, u għandu jiġi interpretat fis-sens li, fi tmiem il-perijodu tal-leave, il-ħaddiema mara għandha d-dritt li tiġi integrata mill-ġdid fl-istess kors li jkun għadu għaddej, jew jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-ħaddiema mara tista’ tiġi iskritta f’kors suċċessiv, anki jekk ma jkunx magħruf, minn tal-inqas, meta ser jinżamm dan il-kors?

(2)

L-Artikolu 2(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/54, li jikkunsidra bħala diskriminatorju kwalunkwe trattament inqas favorevoli għal raġunijiet marbuta mal-leave tal-maternità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħaddiema mara għandha tiġi żgurata protezzjoni assoluta, li ma tista’ tkun suġġetta għal ebda deroga minħabba interessi oħra, kontra kwalunkwe inugwaljanza ta’ natura sostanzjali (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ April 1998, Thibault, C-136/95), b’tali mod li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, filwaqt li timponi r-riżenja minn kors professjonali u fl-istess ħin tiggarantixxi l-possibbiltà ta’ iskrizzjoni fil-kors suċċessiv bil-għan li tiżgura taħriġ adegwat, iċċaħħad lill-ħaddiema mara mill-possibbiltà li jkollha aċċess, f’data sussegwenti, għal pożizzjoni ġdida fuq ix-xogħol fl-istess waqt bħall-kollegi rġiel tagħha fl-istess kompetizzjoni u fl-istess kors, fejn tirċievi r-remunerazzjoni korrispondenti?

(3)

L-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/54, li jipprovdi li differenza fit-trattament ibbażata fuq karatteristiċi li jikkostitwixxu rekwiżit professjonali ġenwin ma hijiex diskriminatorja, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil Stat Membru jdewwem l-aċċess għax-xogħol b’detriment għal ħaddiema mara li ma setgħetx tibbenefika minn taħriġ professjonali komplet minħabba l-leave tal-maternità?

(4)

Fis-sitwazzjoni msemmija fid-domanda 3 u jekk jitqies li l-Artikolu 14(2) japplika, teoretikament, għal din is-sitwazzjoni, din id-dispożizzjoni, ikkunsidrata flimkien mal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità, għandha xorta waħda tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-esklużjoni mill-kors tal-ħaddiema mara li l-assenza tagħha tkun dovuta għal leave tal-maternità minflok ma tiżgura l-implementazzjoni ta’ korsijiet paralleli ta’ rkupru li jippermettu li jiġi rrimedjat għat-taħriġ li tkun tilfet, soluzzjoni din li tikkonċilja d-drittijiet tal-ħaddiema mara li jkollha familja u l-interess pubbliku, minkejja li timplika spejjeż organizzattivi u finanzjarji?

(5)

Id-Direttiva 2006/54, fl-eventwalità li tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali diġà msemmija, tistabbilixxi f’dan ir-rigward dispożizzjonijiet hekk imsejħa “self-executing” li huma direttament applikabbli mill-qorti nazzjonali?


(1)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, p. 23)


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/8


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2012 minn Isdin, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-9 ta’ Ottubru 2012 fil-Kawża T-366/11 — Bial-Portela & Ca, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-597/12)

2013/C 86/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Isdin, SA (rappreżentanti: H. L. Mosback, avukat, G. Marín Raigal, P. López Ronda, G. Macias Bonilla, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Bial-Portela & Ca, SA

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ April 2011 li tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;

tikkundanna lil Bial-Portela & Ca, SA għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tissottometti li l-Qorti Ġenerali wettqet żnaturament tal-provi, peress li dik il-qorti stabbiliet fil-paragrafu 34 tas-sentenza appellata li “il-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li ma hemmx xebh fonetiku bejn is-sinjali”. Madankollu, il-Bord tal-Appell ma wettaqx żball, kif iddikjarat il-Qorti Ġenerali, meta kkonkluda li ma kienx hemm xebh fonetiku bejn is-sinjali, iżda minflok analizza korrettament ix-xebh fonetiku bejn is-sinjali, u kkonkluda li minkejja x-xebh fonetiku bejn is-sinjali, is-sonorità globali tas-sinjali hija differenti. Ir-rappreżentanti legali tal-appellanti huma tal-fehma li l-konklużjoni ta’ hawn fuq tal-Bord tal-Appell, li ġiet interpretata ħażin mill-Qorti Ġenerali, għandha tiġi kkonfermata.

Barra minn hekk, l-appellanti ssostni li kien hemm żnaturament tal-fatti mill-Qorti Ġenerali peress li hi indikat, fil-punt 40 tas-sentenza appellata, li l-prodotti fil-klassi 3 u proporzjon kbir tal-prodotti fil-klassi 5 (…) “huma normalment ikkummerċalizzati fis-supermarkets u għalhekk jintagħżlu mill-klijenti wara eżami viżiv tal-imballaġġ tagħhom”. Din il-konklużjoni fattwali ma kienet sostnuta minn ebda prova u b’hekk żnaturat il-fatti li fuqhom kellha tiġi bbażata d-deċiżjoni. Barra minn hekk, dan il-fatt ma ġiex imressaq minn xi waħda mill-partijiet, u għalhekk seta’ biss jittieħed inkunsiderazzjoni jekk kien magħruf sew (u minħabba l-argumenti insostenn tan-nuqqas ta’ verosimiljanza ta’ dan il-fatt, jekk jiġi kkunsidrat bħala tali jirriżulta hu nnifsu fi żnaturament tal-fatti). Għalhekk, dan il-fatt ma jistax jintuża bħala bażi għall-konstatazzjoni ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.

L-appellanti ssostni wkoll li sar ksur tal-prinċipju audi alteram partem stabbilit fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) (li kien l-Artikolu 74(1) tar-Regolament 40/94 (2))) u li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 8(l)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u l-ġurisprudenza rilevanti, u b’hekk kisret id-dritt tal-Unjoni. Il-Qorti Ġenerali ma wettqitx evalwazzjoni globali tat-trade marks inkwistjoni, li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti għaċ-ċirkustanzi tal-każ preżenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja

ĠU L 78, p. 1

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja

ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17 Vol. 1 p. 146.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju) fl-20 ta’ Diċembru 2012 — Jetair NV, BTW-eenheid BTWE Travel4you vs FOD Financiën

(Kawża C-599/12)

2013/C 86/13

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brugge

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jetair NV, BTW-eenheid BTWE Travel4you

Konvenut: FOD Financiën

Domandi preliminari

(1)

Il-leġiżlatur Belġjan jista’ jemenda l-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex jintaxxa provvista ta’ servizzi eżentata (f’dan il-każ, il-vjaġġi magħmula barra mill-UE) fi żmien (l-1 ta’ Diċembru 1977) immedjatament qabel id-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1) (l-1 ta’ Jannar 1978) u b’hekk jevita l-klawżola ta’ “stand still” imsemmija fl-Artikolu 28(3) tas-Sitt Direttiva (Artikolu 370 tad-Direttiva 2006/112/KE (2)), li jipprovdi li l-vjaġġi inkwistjoni jistgħu jkomplu jiġu ntaxxati biss jekk kienu ntaxxati qabel id-dħul fis-seħħ tas-Sitt Direttiva?

(2)

Il-leġiżlatur Belġjan kellu jibqa’ lura mit-13 ta’ Ġunju 1977 (data tal-pubblikazzjoni tas-Sitt Direttiva) milli jintaxxa vjaġġi magħmula barra mill-UE?

(3)

Il-leġiżlatur Belġjan jikser l-Artikolu 309 tad-Direttiva 2006/112/KE meta ma jikkunsidrax lill-aġenziji tal-ivvjaġġar bħala intermedjarji għat-tranżazzjonijiet tagħhom magħmula barra mill-Komunità u meta xorta jkompli jintaxxa dawn il-provvisti ta’ servizzi?

(4)

L-Artikoli 309, 153, 370 u l-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE jiksru l-prinċipji ġenerali tad-Dritt Komunitarju, il-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ proporzjonalità, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-persuni, tal-merkanzija u tas-servizzi, b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 56 KE, meta jħallu lill-Istati Membri l-għażla li jintaxxaw jew le s-servizzi marbuta mal-vjaġġi magħmula barra mill-Komunità?

(5)

L-Istat Belġjan aġixxa bi ksur tal-prinċipji tad-dritt Komunitarju, b’mod partikolari tal-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali tal-VAT, meta, permezz tad-Digriet Irjali tat-28 Novembru 1999, intaxxa biss lill-aġenziji tal-ivvjaġġar għall-vjaġġi magħmula barra mill-UE, iżda mhux lill-intermedjarji?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-27 ta’ Diċembru 2012 — H.N. vs Minister for Justice, Equality and Law Reform, l-Irlanda u l-Attorney General

(Kawża C-604/12)

2013/C 86/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H.N.

Konvenuti: Minister for Justice, Equality and Law Reform (Ministru għall-Ġustizzja, għall-Ugwalanza u għar-Riforma fil-Liġi), l-Irlanda u l-Attorney General

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE (1), interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba fid-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, kif ipprovdut fl-Artikolu 41 tal-Karta ta’ Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tippermetti lil Stat Membru li jipprovdi fil-liġi tiegħu li applikazzjoni għall-istat ta’ protezzjoni sussidjarja tista’ titqies biss jekk l-applikant ikun applika għal u ġie rrifjutat l-istat ta’ refuġjat skont il-liġi nazzjonali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96)


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) Patents Court (ir-Renju Unit) fit-18 ta’ Diċembru 2012 — Astrazeneca AB vs Comptroller-General of Patents

(Kawża C-617/12)

2013/C 86/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division) Patents Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Astrazeneca AB

Konvenut: Comptroller-General of Patents

Domandi preliminari

(1)

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq maħruġa mill-awtoritajiet Svizzeri li ma nħarġitx skont il-proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni prevista mid-Direttiva 2001/83/KE (1), iżda li hija rikonoxxuta awtomatikament fil-Liechtenstein, tista’ tikkostitwixxi l-“ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq” fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 (2)?

(2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti jekk:

(a)

id-data klinika kollha li abbażi tagħha l-awtorità Svizzera ħarġet l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tqieset mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (3); u/jew

(b)

l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq maħruġa fl-Isvizzera ġiet sospiża wara li nħarġet u ġiet stabbilita mill-ġdid biss wara li ġiet ippreżentata data addizzjonali?

(3)

Jekk l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 jirreferi biss għal awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq maħruġa skont il-proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva prevista mid-Direttiva 2001/83/KE, il-fatt li prodott mediċinali tqiegħed għall-ewwel darba fis-suq fiż-ŻEE abbażi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq Svizzera rikonoxxuta fil-Liechtenstein li ma nħarġitx skont id-Direttiva 2001/83/KE, jeskludi l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal dan il-prodott b’mod konformi mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009?


(1)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).

(2)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229)


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Jannar 2013 — Bayer CropScience AG

(Kawża C-11/13)

2013/C 86/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bayer CropScience AG

Domandi preliminari

Il-kunċetti ta’ “prodott” fl-Artikolu 3(1) u fil-punt 8 tal-Artikolu 1 kif ukoll ta’ “sustanza attiva” fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkopru wkoll aġent protettiv?


(1)  Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 19, p. 335).


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-14 ta’ Jannar 2013 — Alpina River Cruises GmbH u Nicko Tours GmbH vs Ministero delle infrastrutture e dei trasporti — Capitaneria di Porto di Chioggia

(Kawża C-17/13)

2013/C 86/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alpina River Cruises GmbH, Nicko Tours GmbH

Konvenut: Ministero delle infrastrutture e dei trasporti — Capitaneria di Porto di Chioggia

Domanda preliminari

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992 (1), għandu jiġi interpretat bħala li japplika għall-kruċieri mwettqa bejn portijiet ta’ Stat Membru mingħajr imbark u żbark ta’ diversi passiġġieri f’dawn il-portijiet, inkwantu dawn il-kruċieri jibdew u jispiċċaw bl-imbark u l-iżbark tal-istess passiġġieri fl-istess port tal-Istat Membru?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 10)


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-15 ta’ Jannar 2013 — Ministero dell’Interno vs Fastweb SpA

(Kawża C-19/13)

2013/C 86/18

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministero dell’Interno

Konvenuta: Fastweb SpA

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 2d(4) tad-Direttiva 2007/66 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta awtorità kontraenti — qabel ma tagħti l-kuntratt direttament lil operatur ekonomiku partikolari, magħżul mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt — tkun ippubblikat l-avviż minħabba trasparenza ex ante volontaire fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tkun stenniet tal-inqas għaxart’ijiem għall-konklużjoni tal-kuntratt, il-qorti nazzjonali hija awtomatikament ipprojbita — dejjem u fi kwalunkwe ipoteżi — milli tiddeċiedi li l-kuntratt ma għandux effett, anki jekk hija tikkonstata l-ksur ta’ regoli li jippermettu, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-għoti tal-kuntratt mingħajr ma ssir il-proċedura ta’ sejħa għal offerti?

(2)

Fil-każ li l-Artikolu 2d(4) tad-Direttiva 2007/66 jiġi interpretat bħala li jeskludi kull possibbiltà li tiġi deċiża l-ineffettività tal-kuntratt skont id-dritt nazzjonali (Artikolu 122 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva), minkejja l-fatt li l-qorti kkonstatat ksur tar-regoli li jippermettu, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-għoti ta’ kuntratt mingħajr ma ssir il-proċedura ta’ sejħa għal offerti, l-imsemmi Artikolu 2d(4) tad-Direttiva 2007/66 huwa konformi mal-prinċipji ta’ ugwaljanza bejn il-partijiet, ta’ nondiskriminazzjoni u tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u jiżgura d-dritt għal rimedju effettiv fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


(1)  Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU L 335, p. 31)


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Jannar 2013 — Daniel Unland vs Land Berlin

(Kawża C-20/13)

2013/C 86/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Daniel Unland

Konvenut: Land Berlin

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt primarju Ewropew u/jew leġiżlazzjoni sussidjarja, b’mod partikolari, f’dan il-każ, id-Direttiva 2000/78/KE (1) għandu jiġi interpretat, għall-finijiet tal-applikazzjoni kompleta tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni mhux ġustifikata minħabba l-età, fis-sens li jestendi wkoll għar-regoli nazzjonali dwar ir-remunerazzjoni tal-imħallfin tal-Land?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: din l-interpretazzjoni tad-dritt primarju Ewropew u/jew leġiżlazzjoni sussidjarja għandha twassal għall-konklużjoni li tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta jew indiretta minħabba l-età, dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-ammont tas-salarju bażiku ta’ mħallef mad-dħul fil-kariga tiegħu fil-ġudikatura u ż-żieda sussegwenti tiegħu jiddependu fuq l-età tiegħu?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: din l-interpretazzjoni tad-dritt primarju Ewropew u/jew leġiżlazzjoni sussidjarja tipprekludi l-ġustifikazzjoni ta’ tali dispożizzjoni nazzjonali bl-għan leġiżlattiv li tiġi kkumpensata l-esperjenza professjonali u/jew il-kompetenzi soċjali?

(4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda: din l-interpretazzjoni tad-dritt primarju Ewropew u/jew leġiżlazzjoni sussidjarja tippermetti, fil-każ li tiġi stabbilita sistema nondiskriminatorja ta’ remunerazzjoni tal-uffiċjali, konsegwenza legali oħra għajr dik tal-għoti ta’ kumpens retroattiv lil persuni diskriminati li jikkorrispondi għall-ogħla skala tal-grad tagħhom?

Il-konsegwenza legali marbuta mal-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni f’dan il-każ tirriżulta direttament mid-dritt primarju Ewropew u/jew leġiżlazzjoni sussidjarja innifsu, b’mod partikolari, fil-każ ineżami, id-Direttiva 2000/78/KE jew l-allegazzjoni tal-persuna diskriminata tirriżulta biss mill-applikazzjoni tal-prinċipju, rikonoxxut fid-dritt tal-Unjoni, tar-responsabbiltà tal-Istati Membri fil-każ ta’ traspożizzjoni inkorretta tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Ewropew?

(5)

Din l-interpretazzjoni tad-dritt primarju Ewropew u/jew leġiżlazzjoni sussidjarja tipprekludi miżura nazzjonali li tissuġġetta l-eżistenza ta’ dritt għal ħlas (a posteriori) jew kumpens għall-kundizzjoni li l-imħallfin ikunu ressqu tali talba fit-terminu qasir?

(6)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel sat-tielet domanda: din l-interpretazzjoni tad-dritt primarju Ewropew u/jew leġiżlazzjoni sussidjarja timplika li liġi, li tiddefinixxi l-metodu ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ mħallfin diġà fil-kariga fis-sistema l-ġdida billi tipprovdi li l-iskala tas-sistema l-ġdida li ser jiġu assenjati fiha, tkun esklużivament iddeterminata mill-ammont tas-salarju bażiku li kienu jirċevu, skont is-sistema ta’ remunerazzjoni qadima (diskriminatorja), fid-data ta’ referenza stabbilita għat-tranżizzjoni lejn is-sistema l-ġdida, u li l-progressjoni sussegwenti lejn skala ogħla mbagħad tiġi ddeterminata biss abbażi tal-esperjenza miksuba wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, indipendentement mill-esperjenza totali miksuba mill-imħallef, tissokta — sakemm imħallef ikun laħaq l-ogħla skala — bid-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età?

(7)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għas-sitt domanda: din l-interpretazzjoni tad-dritt primarju Ewropew u/jew leġiżlazzjoni sussidjarja tipprekludi li t-trattament mhux ugwali kontinwu jista’ jkun iġġustifikat mill-għan leġiżlattiv ta’ protezzjoni mhux (biss) tad-drittijiet misuba fid-data ta’ referenza għat-tranżizzjoni lejn is-sistema l-ġdida, iżda (wkoll) tal-aspettattivi ta’ mħallfin diġà fil-kariga fir-rigward tal-perspettivi tagħhom ta’ qligħ fil-grad rispettiv tagħhom li huwa ggarantit lilhom mis-sistema l-qadima, u li tipprovdi remunerazzjoni aħjar għall-imħallfin ġodda milli għal dawk diġà fil-kariga?

Id-diskriminazzjoni kontinwa kontra mħallfin diġà fil-kariga tista’ tkun iġġustifikata mill-argument ibbażat fuq il-fatt li s-soluzzjoni l-oħra possibbli (li tikkonsisti fi klassifikazzjoni individwali mill-ġdid tal-imħallfin diġà fil-kariga skont it-tul tal-esperjenza professjonali tagħhom) hija amministrattivament iktar diffiċli sabiex tiġi implementata?

(8)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad il-ġustifikazzjonijiet imsemmija fis-seba’ domanda: din l-interpretazzjoni tad-dritt primarju Ewropew u/jew leġiżlazzjoni sussidjarja tippermetti, sakemm tiġi stabbilita sistema nondiskriminatorja ta’ remunerazzjoni inkluż għal imħallfin diġà fil-kariga, konsegwenza legali oħra għajr dik ta’ għoti lill-imħallfin diġà fil-kariga ta’ remunerazzjoni li tikkorrispondi għall-ogħla skala tal-grad tagħhom, b’mod retroattiv u kontinwu?

(9)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel sat-tielet domanda: din l-interpretazzjoni tad-dritt primarju Ewropew u/jew leġiżlazzjoni sussidjarja twassal għall-konklużjoni li, tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta jew indiretta minħabba l-età, leġiżlazzjoni li tikklassifika mill-ġdid l-imħallfin fis-sistema l-ġdida ta’ remunerazzjoni li, minn ċertu skala, tibbenefika lill-imħallfin diġà fil-kariga li jkunu laħqu ċerta età fid-data stabbilita għat-tranżizzjoni lejn is-sistema l-ġdida, b’rata ta’ progressjoni tar-remunerazzjoni li tkun iktar mgħaġġla minn dik tal-imħallfin diġà fil-kariga iżda li kienu iżgħar fid-data stabbilita għat-tranżizzjoni lejn is-sistema l-ġdida?

(10)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-disa’ domanda: din l-interpretazzjoni tad-dritt primarju Ewropew u/jew leġiżlazzjoni sussidjarja tipprekludi li dan it-trattament mhux ugwali jista’ jiġi ġġustifikat mill-għan leġiżlattiv li jikkonsisti fil-protezzjoni mhux tad-drittijiet miksuba fid-data ta’ referenza għat-tranżizzjoni lejn is-sistema l-ġdida, iżda biss tal-aspettattivi tal-imħallfin diġa fil-kariga f’dak li jirrigwarda l-perspettivi tagħhom ta’ qligħ, fil-grad rispettiv tagħhom, li kienet tiggarantilhom is-sistema l-antika?

(11)

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad il-ġustifikazzjoni msemmija fl-għaxar domanda: din l-interpretazzjoni tad-dritt primarju Ewropew u/jew leġiżlazzjoni sussidjarja tippermetti, sakemm tiġi stabbilita sistema nondiskriminatorja ta’ remunerazzjoni, inkluż għall-imħallfin diġà fil-kariga, konsegwenza legali differenti għajr l-għoti lill-imħallfin diġà fil-kariga, tal-istess rata ta’ progressjoni tar-remunerazzjoni li tingħata lill-imħallfin ipprivileġġjati kif deskritti fid-domanda 9, b’mod retroattiv u kontinwu?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli (l-Italja) fis-17 ta’ Jannar 2013 — Mascolo vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

(Kawża C-22/13)

2013/C 86/20

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Napoli

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raffaella Mascolo

Konvenut: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca

Domandi preliminari

(1)

Il-qafas leġiżlattiv tas-settur edukattiv, [li jippermetti li jiġu konklużi kuntratti għal żmien determinat suċċessivi, mingħajr possibbiltà ta’ kontinwità, mal-istess għalliem għal numru indeterminat ta’ drabi, anki sabiex jiġu ssodisfatti eżiġenzi fit-tul ta’ persunal], jikkostittwixxi miżura ekwivalenti skont il-klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE (1)?

(2)

Meta għandu jiġi kkunsidrat, għal relazzjoni ta’ xogħol, li l-persuna li timpjega hija l-“Istat”, skont il-klawżola 5 tad-Direttiva 1999/70/KE, u b’mod partikolari skont l-espressjoni “setturi speċifiċi u/jew kategoriji ta’ ħaddiema”, fatt li għalhekk jippermetti li jiġu ġġustifikati konsegwenzi differenti meta mqabbla mar-relazzjonijiet tax-xogħol privati?

(3)

Fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet mogħtija fl-Artikolu 3(1)(c), tad-Direttiva 2000/78/KE (2) u tal-Artikolu 14(1)(c), tad-Direttiva 2006/54/KE (3), il-kunċett ta’ kundizzjonijiet ta’ impjieg, imsemmija fil-klawżola 4 tad-Direttiva 1999/70/KE, tinkludi l-konsegwenzi tal-interruzzjoni illegali tar-relazzjoni ta’ xogħol? Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, il-konsegwenzi differenti li l-leġiżlazzjoni nazzjonali normalment torbot mal-interruzzjoni illegali tar-relazzjoni ta’ xogħol skont jekk din hijiex għal żmien indeterminat jew għal żmien determinat jistgħu jkunu ġġustifikati fid-dawl tal-klawżola 4?

(4)

Stat Membru huwa prekluż, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, milli jippreżenta fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-kuntest ta’ proċedura għal deċiżjoni preliminari ta’ interpretazzjoni, qafas leġiżlattiv nazzjonali li ma jikkorrispondix intenzjonalment mar-realtà u l-qorti hija obbligata, fl-assenza ta’ interpretazzjoni oħra tad-dritt nazzjonali li tissodisfa bl-istess mod l-obbligi li jirrizultaw mill-appartenenza għall-Unjoni Ewropea, li tinterpreta, fejn huwa possibbli, id-dritt nazzjonali f’konformità mal-interpretazzjoni pprovduta mill-Istat?

(5)

Il-kundizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni ta’ xogħol imsemmija fid-Direttiva 91/533/KEE (4) u b’mod partikolari fl-Artikolu 2(1) u (2)(e) tagħha, jinkludu l-indikazzjoni tal-każijiet fejn il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat jista’ jinbidel f’kuntratt għal żmien indeterminat?

(6)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, emenda b’effett retroattiv tal-qafas leġiżlattiv li ma tiggarantixxix lill-ħaddiem impjegat il-possibbiltà li jinvoka d-drittijiet mogħtija lilu mid-direttiva, jiġifieri l-osservanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol imsemmija fid-dokument ta’ ingaġġ tmur kontra l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/533/KEE u kontra l-għanijiet imsemmija fid-Direttiva 91/533/KEE, b’mod partikolari fit-tieni premessa tagħha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malt, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).

(3)  Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 204, p.23).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE, tal-14 ta’ Ottubru 1991, dwar l-obbligazzjoni ta’ min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 3).


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di Cassazione (l-Italja) fl-24 ta’ Jannar 2013 — ASS.I.CA. u Krafts Foods Italia SpA vs Associazioni fra produttori per la tutela del “Salame Felino” et

(Kawża C-35/13)

2013/C 86/21

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ASS.I.CA. — Associazione Industriali delle Carni, Krafts Foods Italia SpA

Konvenuta: Associazioni fra produttori per la tutela del “Salame Felino”et

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2081/92 (1) għandu jiġi interpretat bħala li jeskludi li assoċjazzjoni ta’ produtturi tista’ tipprevalixxi ruħha mid-dritt esklużiv li tuża, fi ħdan iż-żona Komunitarja, denominazzjoni ta’ oriġini ġeografika wżata fit-territorju ta’ Stat Membru sabiex isir riferiment għal tip speċifiku ta’ salami, mingħajr ma tkun kisbet preliminarjament minn tali Stat Membru, att ġuridikament vinkolanti, li fih ikunu stabbiliti l-konfini taż-żona ġeografika ta’ produzzjoni, ir-regoli tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet eventwali li l-produtturi għandhom jissodisfaw sabiex jibbenefikaw mid-dritt li jużaw id-denominazzjoni inkwistjoni?

(2)

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Komunitarju Nru 2081/92, liema reġim għandu japplika fis-suq Komunitarju u, barra minn hekk, fis-suq ta’ Stat Membru, fir-rigward ta’ denominazzjoni ġeografika li ma tkunx ġiet irreġistrata kif previst f’dan ir-regolament.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, tal-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 4).


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/14


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2013 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-21 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-270/08, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-54/13 P)

2013/C 86/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, aġent, C. von Donat u J. Lipinsky, avukati)

Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Franċiża

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-21 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-270/08, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja (intervenjenti), ir-Repubblika Franċiża (intervenjenti) u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (intervenjenti) vs Il-Kummissjoni Ewropea li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1615 finali, tad-29 ta’ April 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1973, tal-5 ta’ Awwissu 1994, għall-programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv Nru 1 (1994-1999), dwar Berlin-Lvant (il-Ġermanja) u sabiex fil-Kawża T-270/08 tannulla d-deċiżjoni kkontestata, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1615 finali, tad-29 ta’ April 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1973, tal-5 ta’ Awwissu 1994, għall-programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv Nru 1 (1994-1999), dwar Berlin-Lvant (il-Ġermanja)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

 

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 24(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 (1), kif ukoll l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (2) u l-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi (li qabel kien l-Artikolu 5 KE: Artikolu 5(2) TEU, Artikolu 7 TFEU), peress li wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li żbalji amministrattivi attribwibbli lill-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jikkostitwixxu “irregolaritajiet” li jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament 4253/88.

 

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 24(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 kif ukoll il-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi (Artikolu 5(2) TEU, Artikolu 7 TFEU), peress li b’mod żbaljat tat lill-Kummissjoni il-kompetenza li testrapola korrezzjonijiet finanzjarji (l-ewwel parti tat-tieni aggravju). Anki jekk skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament 4253/88, il-Kummissjoni kellha din is-setgħa ta’ estrapolazzjoni, il-Qorti Ġenerali jmissha rrikonoxxiet l-illegalità tal-applikazzjoni tal-estrapolazzjoni fil-każ preżenti. Minn naħa, il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika l-allegat żball sistematiku tagħha għall-programm kollu u li tippermetti li r-rata ta’ żball tagħha stabbilit tiġi estrapolata għall-programm globali. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-kampjun applikat minnha, sabiex tasal għal tnaqqis permezz tal estrapolazzjoni għall-programm globali (it-tieni parti tat-tieni aggravju). Barra minn hekk, matul l-estrapolazzjoni l-Kummissjoni wettqet żball rappreżentattiv u ffissat korrezzjonijiet finanzjarji mħallsa f’daqqa li wassal għal tnaqqis sproporzjonat fil-kontribuzzjoni finanzjarja għall-programm operattiv (it-tielet parti tat-tieni aggravju).

 

It-tielet aggravju: is-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali tikser ukoll l-Artikolu 24(2) tar-Regolament 4253/88 flimkien mal-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi, peress li l-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li l-Kummissjoni kellha s-setgħa li twaqqaf il-korrezzjonijiet finanzjarji mħallsa f’daqqa (l-ewwel parti tat-tielet aggravju). Anki jekk tali setgħa kienet teżisti f’dak li jirrigwarda l-korrezzjonijiet imħallsa f’daqqa, il-Qorti Ġenerali kkonfermat l-iżball ta’ liġi meta f’dan il-każ ittieħdu korrezzjonijiet imħallsa f’daqqa sproporzjonati (it-tieni parti tat-tielet aggravju).

 

Ir-raba’ aggravju: fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ ġustifikazzjoni xierqa taħt l-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja flimkien mal-Artikoli 36 u 53(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, minħabba li mingħajr ma indikat ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni fil-kawża l-Qorti Ġenerali ddeċidiet dwar l-argument tal-appellanti dwar l-inammissibbiltà tal-korrezzjonijiet finanzjarji mħallsa f’daqqa (l-ewwel parti tat-tieni aggravju) kif ukoll lli ma huwiex possibbli li jiġu ddeterminati l-kunsiderazzjonijiet li wasslu lill-Qorti Ġenerali li tiċħad dan l-argument


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88, tad-19 ta’ Diċembru 1988, dwar dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 f’dak li jikkonċerna l-koordinazzjoni bejn l-interventi tal-Fondi Strutturali differenti, minn naha, u bejn dawn u dawk tal-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti finanzjarji eżistenti oħra, min-naħa l-oħra (ĠU L 374, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


Il-Qorti Ġenerali

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/15


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 — Sagar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/00) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis tal-piżijiet soċjali favur il-kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2013/C 86/23

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Sagar Srl (Segrate, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vianello, M. Merola u M. Pappalardo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: V. Di Bucci, aġent, assistit minn de A. Dal Ferro, avukat)

Parti intervenjenti għas-sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment U. Leanza, sussegwentement minn I. Braguglia, sussegwentement minn R. Adam u fl-aħħar minn I. Bruni, aġenti, assistiti minn G. Aiello u P. Gentili, avvocati dello Stato)

Suġġett

Talba ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur il-kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistitwixxu t-tnaqqis tar-responsabbiltajiet soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).

Dispożittiv

(1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea hija magħquda mal-mertu.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala li huwa manifestament infondat fid-dritt.

(3)

Sagar Srl għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni.

(4)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 355, 09.12.2000.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/15


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 — Barbini et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-272/00) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

2013/C 86/24

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alfredo Barbini Srl (Murano, l-Italja); Aureliano Toso Srl (Murano); AVMazzega Srl (Murano); Barovier & Toso vetrerie artistiche riunite Srl (Murano); Carlo Moretti Srl (Murano); Effetre SpA (Resana, l-Italja); Ferro & Lazzarini Srl (Murano); Formia Srl (Murano); Gino Cenedese & Figlio (Murano); La Murrina (Murano); Mazzuccato International Srl (Murano); Nason & Moretti Srl (Murano); Tfz Internazionale Srl (Murano); V. Nason & C. Srl (Murano); Venini SpA (Murano); Vetreria de Majo Srl (Murano); u Vetreria LAG Srl (Murano) (rappreżentanti: A. Vianello, M. Merola u A. Sodano, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment U. Leanza, sussegwentement I. Braguglia, sussegwentement R. Adam u fl-aħħar nett I. Bruni, aġenti, assistiti minn G. Aiello u P. Gentili, avvocati dello Stato)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).

Dispożittiv

(1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea hija magħquda mal-mertu.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala li huwa parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

(3)

Alfredo Barbini Srl, Aureliano Toso Srl, AVMazzega Srl, Barovier & Toso vetrerie artistiche riunite Srl, Carlo Moretti Srl, Effetre SpA, Ferro & Lazzarini Srl, Formia Srl, Gino Cenedese & Figlio, La Murrina, Mazzuccato International Srl, Nason & Moretti Srl, Tfz Internazionale Srl, V. Nason & C. Srl, Venini SpA, Vetreria de Majo Srl u Vetreria LAG Srl għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk tal-Kummissjoni.

(4)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 355, 09.12.2000.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 — Unindustria et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-273/00) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mogħtija - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

2013/C 86/25

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Unione degli industriali della provincia di Venezia (Unindustria) (Venezia, l-Italja); Comitato “Venezia vuole vivere” (Venezja); Siram SpA (Milano, l-Italja); Fiorital Srl (Venezia); Jesurum di M. e A. Levi Morenos Sas (Venezia); Grafiche Veneziane Srl (Venezia); Cantiere navale De Poli SpA (Pellestrina, l-Italja); Aive Srl (Marcon, l-Italja); Bortoli Ettore Srl (Venezia); Tessuti Artistici Fortuny SpA (Venezia); Lorenzo Rubelli SpA (Venezia); Tecnomare SpA (Venezia); u Arsenale Venezia SpA (Venezia) (rappreżentanti: A. Vianello, M. Merola u A. Sodano, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentati: inizjalment U. Leanza, sussegwentement I. Braguglia, u iktar sussegwentement, R. Adam u fl-aħħar nett I. Bruni, aġenti, assistiti minn G. Aiello u P. Gentili, avvocati dello Stato)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u ta’ Chioggia, previsti mil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis ta’ kontribuzzjonijiet socjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).

Dispożittiv

(1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea hija magħquda mal-mertu.

(2)

Ir-rikors huwa miċħud peress li huwa manifestament infondat fid-dritt.

(3)

L-Unione degli industriali della provincia di Venezia (Unindustria), il-Comitato “Venezia vuole vivere”, Siram SpA, Fiorital Srl, Jesurum di M. e A. Levi Morenos Sas, Grafiche Veneziane Srl, Cantiere navale De Poli SpA, Aive Srl, Bortoli Ettore Srl, Tessuti Artistici Fortuny SpA, Lorenzo Rubelli SpA, Tecnomare SpA, u Arsenale Venezia SpA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk tal-Kummissjoni.

(4)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 355, 09.12.2000.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/16


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2013 — Travetanche Injection vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-368/11 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ċaħda tar-rikors prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2013/C 86/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Travetanche Injection SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u R. Cana, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn K. Sawyer, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011, tal-14 ta April 2011, li jemenda r Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU L 101, p. 12), sa fejn huwa kkonċernat l-Anness XVII (akrillamid).

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal miżuri provviżorji.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2013 — BSI vs Il-Kunsill

(Kawża T-551/11) (1)

(Rikors għal annullament - Dumping - Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti elementi ta’ qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ dawn il-prodotti kkunsinjati mill-Malasja - Importatur indipendenti - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Nuqqas ta’ interess dirett - Att regolamentari li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)

2013/C 86/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Brugola Service International Srl (BSI) (Cassano Magnago, l-Italja) (rappreżentanti: S. Bariatti u M. Farneti, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u P. Mahnič Bruni, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u M. de Morpurgo, sussegwentement minn G. Berrisch, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011, tat-18 ta’ Lulju 2011, li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 194, p. 6).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Brugola Service International Srl (BSI) hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 370, 17.12.2011.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/17


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2013 minn Dana Mocová mis-sentenza mogħtija fit-13 ta’ Ġunju 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-41/11, Mocová vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-347/12 P)

2013/C 86/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Dana Mocová (Praga, Ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Il-parti l-oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża F-41/11, Dana Mocová vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal tiġdid tal-kuntratt tal-appellanti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi fir-rigward tal-portata tal-prinċipju ta’ legalità, billi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) kkunsidra, minn naħa waħda, li r-raġuni mogħtija mill-Awtorità awtoriżżata biex tikkonkludi l-kuntratti (iktar ’il quddiem “AATK”) fl-istadju taċ-ċaħda tal-ilment tista’ tissostitwixxi u temedna r-raġuni mogħtija waqt iċ-ċaħda tat-talba tal-appellanti tal-estensjoni tal-kuntratt tagħha bħala aġent temporanju u, min-naħa l-oħra, billi t-TSP qies li r-raġuni hija valida minkejja li hija bbażata fuq elementi stabiliti wara l-att ikkontestat. L-appellanti ssostni li:

għalkemm, fil-każ inkwistjoni, il-kuntratt tal-appellanti ma ġiex imġedded minħabba r-regola antikumulu ta’ tmien snin, l-AATK ma tistax sussegwentement issostni fir-risposta għall-ilment li l-kuntratt ma kienx ġie mġedded minħabba limitazzjonijiet baġitarji, raġunijiet relatati mal-appellanti u l-interess tad-dipartiment sabiex iktar tard tillimita, quddiem it-Tribunal, din ir-raġuni għal limitazzjonijiet baġitarji.

it-TSP huwa, għal kuntrarju ta’ dak li huwa stabbilit fil-punt 50 tas-sentenza appellata, obbligat li jeżamina l-eċċezzjoni ta’ illegalità kontra r-regola ta’ tmien snin, raġuni li kienet ingħatat fil-mument taċ-ċaħda tat-talba għal estensjoni tal-kuntratt bħala aġent temporanju.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, billi t-TSP ikkunsidra li l-AATK kienet ħadet id-deċiżjoni kkontestata f’konformità mal-interess tad-dipartiment filwaqt li t-TSP ikkonstata li l-Kummissjoni rrikonoxxiet waqt is-seduta li l-limitazzjonjiet baġitarji biss setgħu jiġu invokati sabiex jimmotivaw l-att ikkontestat fl-ewwel istanza. L-appellanti barra minn hekk issostni li t-TFP naqas milli josserva l-obbligu ta’ motivazzjoni u l-obbligu li jeżamina l-ksur kollu tad-drittijiet allegati quddiemu billi ma għamel l-ebda riferiment għall-argument tal-appellanti dwar il-kontradizzjoni bejn ir-raġuni dwar it-tnaqqis ta’ postijiet għal raġunijiet baġitarji u l-ftuħ ta’ postijiet ġodda bħala aġenti temporanji fil-grad AD9.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/18


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Jannar 2013 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Montres Tudor (GLAMOUR)

(Kawża T-1/13)

2013/C 86/29

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab, H. Lauf u V. Ahmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Montres Tudor SA (Genève, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla kompletament id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Ottubru 2012, fil-Każ R 0231/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GLAMOUR” — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 380 916

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali b’effett fil-Komunità, “TUDOR GLAMOUR”, għal prodotti fil-klassi 14

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/18


Rikors ippreżentat fl-4 ta' Jannar 2013 — Sherwin-Williams Sweden vs UASI — Akzo Nobel Coatings International (ARTI)

(Kawża T-12/13)

2013/C 86/30

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sherwin-Williams Sweden AB (Märsta, l-Isvezja) (rappreżentant: L. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Akzo Nobel Coatings International BV (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) Nru R 2085/2011-1, tat-18 ta’ Ottubru 2012, (li tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni Nru B 1 717 142, tad-9 ta’ Awwissu 2011);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ARTI” għal prodotti fil-klassi 2 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 017 427

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Benelux Nru 753 216 u Reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 872 478 tat-trade mark verbali “ARTITUDE” għal prodotti fil-klassi 2

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/19


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2013 — MasterCard International vs UASI — Nehra (surfpin)

(Kawża T-13/13)

2013/C 86/31

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MasterCard International, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Bolter u C. Sawdy, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sheetal Nehra (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni skont l-Artikoli 8(1)(b), 8(4) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

tilqa’ l-oppożizzjoni tar-rikorrenti magħmula kontra t-trade mark tal-konvenut kollha kemm hi;

sussidjarjament, tilqa’ l-oppożizzjoni tar-rikorrenti f’dak li jirrigwarda tali servizzi li fir-rigward tagħhom jinstab li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni, u/jew tali servizzi fejn jiġi ddeterminat li jeżisti riskju li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni tikseb vantaġġ inġust mill-, jew tkun ta’ detriment għall-, karattru distintiv jew reputazzjoni tat-trade mark tar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri blu, iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “surfpin” u disinn ta’ tliet ċrieki li jiltaqgħu, għal servizzi fil-klassi 36 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 368 862

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi b’kuluri differenti li jinkludu disinn ta’ ċrieki li jiltaqgħu, u wħud minnhom l-elementi verbali “MasterCard Worldwide” jew “MasterCard” — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5 198 585, reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5 198 494, reġistrazzjoni ta’ trade mark tar-Renju Unit Nru 2 425 471, reġistrazzjoni ta’ trade mark tar-Renju Unit Nru 2 429 669, reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitaja Nru 5 646 261, reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 761 221, reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5 646 492 u reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5 646 609 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 6, 9, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 27, 28, 35, 36, 38, 39, 41 u 45

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(4) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/19


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2013 — Seal Trademarks vs UASI — Exel Composites (XCEL)

(Kawża T-14/13)

2013/C 86/32

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Seal Trademarks Pty Ltd (Queensland, l-Awstralja) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Exel Composites Oyj (Mäntyharju, il-Finlandja)

Talbiet

tannulla id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-11 ta’ Ottubru 2012 jew;

sussidjarjament, temendha sabiex tiġi ssegwi l-parargrafu 52, peress li din tikser l-Artikolu 42(2) u (3) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (fejn tikkundanna b’mod espress lill-UASI għall-ispejjeż).

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “XCEL” għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 809 571

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 996 891, reġistrazzjoni tat-trade mark Awstrijaka Nru 149 726 u reġistrazzjoni tat-trade mark Svediża Nru 324 307 u t-trade mark verbali “EXEL” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/20


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2013 — dm-drogerie markt vs UASI — Semtee (CALDEA)

(Kawża T-26/13)

2013/C 86/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u B. Beinert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Semtee (Escaldes Engornay, Andorra)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Ottubru 2012, (appell relatat mal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru R 2432/2011-1) u, bħala korrezzjoni, tħassar l-applikazzjoni għal trademark tar-rikorrenti;

sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Ottubru 2012, (appell relatat mal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru R 2432/2011-1) u, tirrinvija l-każ lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni;

sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Ottubru 2012, (appell relatat mal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru R 2432/2011-1).

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CALDEA”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 35, 37, 42, 44 u 45 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 264 433

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni internazzjonali Nru 894 004 b’effett inter alia fl-Unjoni Ewropea għal prodotti fil-klassi 3, 5 u 8

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/20


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2013 — Elan vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-27/13)

2013/C 86/34

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrent: Elan proizvodnja športnih izdelkov d.o.o. (Begunje na Gorenjskem) (rappreżentant: P. Pensa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikoli 2 sa 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2012 dwar il-miżuri favur l-impriża Elan d.o.o SA.26379 (C 13/2010)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u ksur tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE).

Il-Kummissjoni ma mmotivatx b’mod suffiċjenti r-raguni li għaliha hija imputat il-kontribuzzjoni f’kapital tal-kumpanniji Zavarovalnica Triglav u Triglav Naložbe lill-Istat. Barra minn hekk hija lanqas ma mmotivat ir-raguni li għaliha ma rrikonoxxietx li ċ-ċessjonijiet fid-diviżjoni nawtika tal-kumpannija Elan kienu jikkostitwixxu miżuri kumpensatorji xierqa.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE minħabba żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tal-fatti f’dak li jirrigwarda l-eżistenza ta’ riżorsi pubbliċi u fl-imputazzjoni lill-Istat tal-aġir tal-kumpanniji Zavarovalnica Triglav, Triglav Naložbe u KAD-PPS.

L-ewwel nett, il-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti f’dak li jirrigwarda l-kontroll u l-influwenza li l-Istat kellu fuq iz-Zavod za pokojninsko in invalidsko zavarovanje (ZPIZ) u għaldaqstant fuq il-kumpanniji Zavarovalnica Triglav u Triglav Naložbe. It-tieni nett, il-Kummissjoni ma pproduċiet ebda indizju, meħtieġ abbażi tal-ġurisprudenza fil-kawża Stardust Marine, li jispjega għaliex l-aġir tal-kumpanniji KAD-PPS, Zavarovalnica Triglav u Triglav Naložbe jista’ jiġi imputat lill-Istat filwaqt li injorat totalment, f’din iċ-ċirkustanza, li s-soċji privati Zavarovalnica Triglav u Triglav Naložbe kellhom kontroll negattiv fuq il-kumpannija Elan.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE f’dak li jirrigwarda l-konformità tal-aġir tas-soċji mal-prinċipju ta’ investitur privat li jopera f’ekonomija tas-suq minħabba l-evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-fatti f’dak li jirrigwarda d-deċiżjoni tas-soċji qabel ir-rikapitalizzazzjoni u l-implementazzjoni tal-miżura 2 (rikapitalizzazjoni ta’ Elan fl-2008).

Il-Kummissjoni kienet manifestament żbaljata fir-rigward ta’ sitt fatti deċiżivi li abbażi tagħhom hija kkonkludiet li l-miżura 2 ma kinitx konformi mal-prinċipju tal-investitur privat li jopera f’ekonomija tas-suq:

l-ewwel nett, il-Kummissjoni b’mod żbaljat għażlet l-iktar evalwazzjoni ħażina tal-valur tal-kapital proprju tal-kumpannija Elan, filwaqt li fl-evalwazzjoni rapida tal-valur kienu ċċitati erba’ evalwazzjonijiet;

it-tieni nett, hija, arbitrarjament u mingħajr perizji professjonali, ċaħdet bħala obsoleta u irrilevanti, l-evalwazzjoni tal-valur imwettqa mill-kumpannija Audit-IN u mingħajr ebda bażi tagħt prijorità lill-evalwazzjoni rapida tal-valur;

it-tielet nett, hija b’mod żbaljat iddeċidiet li ebda investitur privat ma kien ikkollabora fir-rikapitalizzazjoni filwaqt li l-kapital privat kien jammonta għal sehem ta’ mill-inqas 35.05 %;

ir-raba’ nett, il-Kummissjoni b’mod żbaljat iddeċidiet li l-pjan multiannwali 2008-2012 u l-pjan ta’ rkupru kienu ġew elaborati minn Elan innifisha minħabba li hija injorat totalment il-fatt li l-bażi għall-elaborazzjoni tal-pjan ta’ rkupru ta’ Elan kienet l-istrateġija ta’ riorjentazzjoni mfassla għal Elan minn konsulent estern;

il-ħames nett, il-konstatazzjoni li ma kien intlaħaq ebda ftehim mal-banek fir-rigward tal-konsolidazzjoni tal-krediti li kienu jeżistu qabel ir-rikapitalizzazjoni hija żbaljata, peress li l-Kummissjoni manifestament u totalment injorat il-provi li jixhdu li l-banek kienu kkonfermaw ma’ Elan li jekk is-soċji jirrikapitalizzaw il-kumpannija Elan huma kienu ser jikkonsolidaw il-krediti;

is-sitt nett, l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li r-rikapitalizzazjoni tal-kumpannija Elan fl-2007 ma kinitx ipproduċiet suċċessi u li konsegwentement l-investituri privati ma kinux qed jinvestu iktar fil-kumpannija Elan hija falza.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq evalwazzjoni manifestament żbaljata tal-fatti f’dak li jirrigwarda l-miżuri kumpensatorji abbażi tal-punti 38 sa 40 tal-Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà bi ksur tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE.

Il-Kummissjoni kienet manifestament żbaljata meta ddeċidiet li l-kumpannija Elan ma adottatx miżuri kumpensatorji xierqa u konsegwentement applikat ħażin l-Artikolu 107(3)(c) TFUE flimkien mal-Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà:

l-ewwel nett, il-Kummissjoni injorat il-fatt li fl-istrateġija ta’ riorjentazzjoni hemm espliċitament indikat li f’każ estrem setgħet tiġi likwidata l-kumpannija ta’ distribuzzjoni fl-Istati Uniti tal-Amerika;

it-tieni nett, il-Kummissjoni b’mod żbaljat iddikjarat li t-tmiem tal-kollaborazzjoni fil-kumpannija bi sħab ta’ distribuzzjoni seħħ fuq inizjattiva tal-impriża Dal Bello;

it-tielet nett, mingħajr ebda ġustifikazzjoni l-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-effett tal-miżuri kumpensatorji adottati fis-suq tad-distribuzzjoni tal-iskis fis-suq “prinċipali” tal-kumpannija Elan, jiġifieri s-suq tal-manifattura tal-iskis.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/22


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2013 minn Vincent Bouillez mis-sentenza mogħtija fl-14 ta’ Novembru 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-75/11, Bouillez vs Il-Kunsill

(Kawża T-31/13)

2013/C 86/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Vincent Bouillez (Overijse, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla), tal-14 ta’ Novembru 2012, fil-Kawża F-75/11, Vincent Bouillez vs Il-Kunsill;

tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda, mingħajr effettivament ma stħarreġ, li d-deċiżjoni kkontestata fl-ewwel istanza kienet konformi mal-prinċipju ta’ obbligu ta’ motivazzjoni filwaqt li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma talabx lill-Kunsill jipproduċi xi prova dwar l-applikazzjoni konkreta tal-kriterji tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea matul l-eżami komparattiv tal-merti tar-rikorrent ma dawk ta’ uffiċjali oħra li jistgħu jiġu promossi.

(2)

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bbaża ruħu fuq sempliċi dikjarazzjonijiet tal-Kunsill, li jgħidu li l-livell ta’ responsabbiltajiet kien tabilħaqq ittieħed inkunsiderazzjoni matul l-eżami komparattiv tal-merti, sabiex jiddeċiedi li r-rikorrent ma kienx wera mod ieħor minkejja l-informazzjoni pprovduta mir-rikorrent fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazjoni tal-proċedura, li minnhom kien jirriżulta li diversi uffiċjali promossi la għandhom livell ta’ responsabbiltà u lanqas marka armonizzata daqstant għolja daqs dawk tar-rikorrent, u lanqas ma għandhom numru ikbar ta’ lingwi użati (fir-rigward tal-punti 45 u 46 tas-sentenza appellata).

(3)

It-tielet aggravju bbażat fuq raġunament kontradittorju sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma jistax minn naħa jiddikjara li l-Kunsill kien iġġustifikat meta ddeċieda li jwettaq eżami komparattiv ġdid tal-merti tal-uffiċjali kollha fil-grad AST 6 li jistgħu jiġu promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2007, u min-naħa l-oħra jiddikjara li l-Kunsill ma kienx obbligat li jieħu inkunsiderazzjoni l-merti ta’ uffiċjal partikolari diġà promoss abbażi tal-istess proċedura u li l-promozzjoni tiegħu kienet saret definittiva (dwar il-punti 69 u 70 tas-sentenza appellata).

Barra minn hekk ir-rikorrent isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta ma kklassifikax il-fatti, abbażi tal-atti tal-proċess, bħala li jikkostitwixxu żball manifest ta’ evalwazzjoni.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/22


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2013 minn Mario Paulo da Silva Tenreiro mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-14 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża F-120/11, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-32/13 P)

2013/C 86/36

Lingwa tal-kawża: il-Franciż

Partijiet

Appellant: Mario Paulo da Silva Tenreiro (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tiddikjara u tiddeċiedi,

li s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mogħtija fl-14 ta’ Novembru 2012 (Kawża F-120/11, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni) li tiċħad l-azzjoni tar-rikorrent, hija annullata;

tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda,

tiddikjara u tiddeċiedi,

li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad il-kandidatura tal-appellant għall-pożizzjoni vakanti ta’ direttur tad-Direttorat A “Ġustizzja Ċivili” tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Ġustizzja”, kif ukoll id-deċiżjoni li taħtar lil Y f’din il-pożizzjoni, huma annullati;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti:

min-naħa, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkunsidra li t-terminu “background” użat fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti tal-proċedura inkwistjoni kien jagħmel riferiment għal esperjenza u mhux għal taħriġ. L-appellant josserva li mill-avviżi ta’ pożizzjoni vakanti ppubblikati mill-Kummissjoni jirriżulta b’mod partikolari li kienet meħtieġa esperjenza professjonali, peress li jintuża t-terminu “esperjenza” u mhux “background”;

min-naħa l-oħra, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkunsidra li t-terminu “regolazzjoni” ma kienx jirreferi għall-mekkaniżmi ta’ regolazzjoni iżda għall-proċess normattiv.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żbalji ta’ liġi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eżamina l-indizji ta’ użu ħażin ta’ poter b’mod iżolat u mhux b’mod globali, mingħajr ma pprova jistabbilixxi jekk l-indizji kkunsidrati kollha flimkien kinux jippermettu, fid-dawl tan-numru ta’ indizji, li titqiegħed indiskussjoni l-preżunzjoni ta’ legalità tad-deċiżjonijiet ikkontestati fl-ewwel istanza.

Barra minn hekk, l-appellant josserva li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kiser, fid-dawl tan-nuqqas ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, id-dritt għal smigħ xieraq billi rrifjuta milli jadotta miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura li jippermettu li jiġu msaħħa l-indizji ta’ użu ħażin ta’ poter u milli jipproduċi l-prova ta’ element li seta’ biss jiġi pprovat permezz ta’ tali miżura.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/23


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2013 — Türkiye Garanti Bankasi vs UASI — Card & Finance Consulting (bonus&more)

(Kawża T-33/13)

2013/C 86/37

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Türkiye Garanti Bankasi AS (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Card & Finance Consulting GmbH (Nürnberg, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “bonus&more”, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 38, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 037 251

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Ir-reġistrazzjoni Internazzjonali tat-trade mark figurattiva “bonusnet”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 38 u 42 — Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 931 921

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/23


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2013 — Exakt Advanced Technologies vs UASI — Exakt Precision Tools (EXAKT)

(Kawża T-37/13)

2013/C 86/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Exakt Advanced Technologies GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. von Bismarck, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Exakt Precision Tools Ltd (Aberdeen, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Ottubru 2012 fil-Każ R 1764/2011-1;

tikkundanna l-intervenjenti għall-ispejjeż inklużi l-ispejjeż inkorsi fil-kuntest tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “EXAKT”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9 u 37 — Trade mark Komunitarja Nru 3 996 592

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Exakt Precision Tools Ltd

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “EXAKT”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 8 u 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/24


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2013 — Roy vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

(Kawża T-41/13)

2013/C 86/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: René Roy (Juillac-le-Coq, Franza) (rappreżentant: C.-E. Gudin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tikkumpensa b’mod sħiħ għad-dannu b’hekk subit permezz ta’ sanzjonijiet pekunjarji, jiġifieri s-somma ta’ EUR 87 400;

tikkumpensa b’mod sħiħ għad-dannu morali subit, jiġifieri s-somma ta’ EUR 100 000;

tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawżi T-195/11, Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (1), u T-458/11, Riche vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (2).


(1)  ĠU 2011, C 173, p. 14.

(2)  ĠU 2011, C 298, p. 28.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/24


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2013 — Sabores de Navarra vs UASI — Frutas Solano (KIT, EL SABOR DE NAVARRA)

(Kawża T-46/13)

2013/C 86/40

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sabores de Navarra, AIE (Pamplona, Spanja) (rappreżentanti: J. Calderón Chavero u O. González Fernández, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Frutas Solano, SA (Calahorra, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Novembru 2012, fil-Każijiet R 2542/2011-2 u R 2550/2011-2;

konsegwentement, tapplika d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ottubru 2011, mogħtija mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI, fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 4633 C; din id-deċiżjoni tiddikjara l-invalidità parzjali tat-trade mark Komunitarja Nru 5042346 “KIT, EL SABOR DE NAVARRA” (verbali) fil-klassi 29 għal: “Frott u ħaxix ippreservat, imnixxef u msajjar; ġèli, ġammijiet, frott ippreservat jew misjur fix-xropp; li kollha joriġinaw minn Navarra” u fil-klassi 30 għal: “ikel tal-għaġina u ħlewwiet, għasel, għasel iswed; zlazi (kondimenti); ħwawar”;

tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti li jordnaw lid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni korrispondenti tal-UASI tiddikjara mill-ġdid bħala invalidi l-prodotti indikati fil-punt preċedenti;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “KIT, EL SABOR DE NAVARRA” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 33 — Trade mark Komunitarja rreġistrata Nru 5 042 346

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Frutas Solano, SA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva bl-element verbali “Sabores de Navarra La Sabiduría del Sabor” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 33, 39 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell ta’ Frutas Solano, SA milqugħ parzjalment u deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata parzjalment, appell tar-rikorrenti miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tal-istess regolament;

ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/25


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2013 — Goldsteig Käsereien Bayerwald vs UASI — Vieweg (goldstück)

(Kawża T-47/13)

2013/C 86/41

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Goldsteig Käsereien Bayerwald GmbH (Cham, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Christin Vieweg (Sonneberg, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Novembru 2012 fil-Każ R 2589/2011-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Christin Vieweg

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “goldstück” għall-prodotti fil-klassijiet 29 u 30 — applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 153 677

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “GOLDSTEIG” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 29 u 43

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-diviżjoni tal-oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni tar-rikorrenti miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/25


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2013 — Out of the blue vs UASI Mombauer (REFLEXX)

(Kawża T-48/13)

2013/C 86/42

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Out of the blue KG (Lilienthal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u I. George, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meinhard Mombauer (Köln, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tad-19 ta’ Novembru 2012, fil-Każ R 1656/2011-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti;

fil-każ li Meinhard Mombauer jintervjeni fil-kawża, tikkundanna lill-intervenjent għall-ispejjeż tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “REFLEXX” għal prodotti fil-klassi 9 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 239 511

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Meinhard Mombauer

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “REFLECTS”, għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(5) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/26


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2013 — Think Schuhwerk vs UASI — Müller (VOODOO)

(Kawża T-50/13)

2013/C 86/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Think Schuhwerk GmbH (Kopfing, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andreas Müller (Ulm, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Novembru 2012 fil-Każ R 474/2012-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “VOODOO” għal prodotti fil-klassi 25 — Trade mark Komunitarja Nru 5 832 464

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Andreas Müller

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/26


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2013 — Evropaïki Dynamiki vs BEI

(Kawża T-51/13)

2013/C 86/44

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: B. Christianos, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-BEI għall-ħlas lir-rikorrenti tal-ammont ta’ EUR 536 610,22 bħala kumpens għad-dannu kkawżat mit-telf tal-possibbiltà li tikkonkludi ftehim qafas, bl-interessi kumpensatorji dekorribbli mill-31 ta’ Jannar 2008 sakemm tingħata s-sentenza f’din il-kawża u l-interessi moratorji minn meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża sal-ħlas sħiħ,

tikkundanna lill-BEI għall-ħlas lir-rikorrenti tal-ammont ta’ EUR 150 000 li huma danni punittivi, bl-interessi kumpensatorji dekorribbli mill-31 ta’ Jannar 2008 sakemm tingħata s-sentenza f’din il-kawża u l-interessi moratorji minn meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża sal-ħlas sħiħ,

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż tal-kawża tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

B’dan ir-rikors ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 266 TFUE, il-kumpens għad-dannu li sofriet b’riżultat tal-aġir illegali tal-Bank Ewropew tal-Investiment (iktar ’il quddiem il-“BEI”).

Dan id-dannu sar meta, kif iddikjarat fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2011, Evropaïki Dynamiki vs BEI, T-461/08, il-BEI illegalment irrifjuta l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti għall-konklużjoni ta’ ftehim qafas dwar il-provvista ta’ servizzi.

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti titlob, fl-ewwel lok, il-kumpens għad-dannu li sofriet għat-telf tal-possibbiltà li tikkonkludi ftehim qafas, bħala mezz għal restitutio in integrum u, fit-tieni lok, danni punittivi għall-aġir illegali u abbużiv tal-BEI fil-konfront tar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti ssostni li, fir-rigward tal-kumpens tagħha, il-kundizzjonijiet għall-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-BEI, kif interpretati mill-ġurisprudenza, huma sodisfatti.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/27


Rikors ippreżentat fis-6 ta Frar 2013 — GOLAM vs UASI — Glaxo Group (METABIOMAX)

(Kawża T-62/13)

2013/C 86/45

Lingwa tar-rikors: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Sofia Golam (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Trovas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Glaxo Group Ltd (Greenford, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ dan ir-rikors għall-finijiet tal-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta’ Ottubru 2012, fil-Każ R 2089/2011-2;

tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell u tilqa’ t-talba tar-rikorrenti kollha kemm hi;

tordna lill-parti l-oħra tħallas lir-rikorrenti għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “METABIOMAX”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 16 u 30 — Trade mark Komunitarja Nru 8885261

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “BIOMAX” irreġistrata bin-Nru 2661858, għal prodotti fil-kalssijiet 5, 30 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parzjali tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/27


Rikors ippreżentat fl-4 ta Frar 2013 — ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-64/13)

2013/C 86/46

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopion, Emporiou kai Viomikhanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Khristianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li r-rikorrenti ma għandhiex l-obbligu tirrimborsa, bħala somma mhux dovuta, l-ammont li l-Kummissjoni kienet ħallsitha għall-proġett DOC@HAND;

tiddikjara li r-rikorrenti ma għandhiex l-obbligu tħallas id-danni lill-Kummissjoni għall-proġett DOC@HAND; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda r-responsabbiltà tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-Kuntratt Nru 508015 għall-implementazzjoni tal-proġett “Knowledge Sharing and Decision Support for Healthcare Professionals” (DOC@HAND), skont l-Artikolu 272 TFUE. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li, għalkemm hija wettqet l-obbligi kuntrattwali tagħha, il-Kummissjoni, bi ksur tal-imsemmi kuntratt, tal-prinċipju ta’ bona fede, tal-projbizzjoni mill-abbuż ta’ dritt u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, talbet mingħand ANKO rimbors tal-ammonti li tħallsu lilha.

Għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li ma hijiex obbligata tirrimborsa bħala somma mhux dovuta l-ammont kollu mħallas lilha mill-Kummissjoni għall-proġett DOC@HAND u, it-tieni nett, li ma hijiex obbligata tħallas id-danni lill-Kummissjoni għall-proġett DOC@HAND.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/28


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2013 — Al-Tabbaa vs Il-Kunsill

(Kawża T-74/13)

2013/C 86/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mazen Al Tabbaa (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentanti: M. Lester, Barrister, u G. Martin, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782/PESK (ĠU L 330, p. 21), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) tal-Kunsill Nru 1117/2012, tad-29 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 330, p. 9), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-argument li l-konveut wettaq żball manifest ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni billi ddeċieda li japplika dawn il-miżuri restrittivi għar-rikorrent u billi kkunsidra li ġie sodisfatt wieħed mill-kriterji sabiex jitniżżel fil-lista.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-argument li l-konvenut naqas milli jagħti motivi suffiċjenti jew adegwati lir-rikorrent għall-inklużjoni tiegħu fil-miżuri kkontestati.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-argument li l-konvenut kiser id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent fir-rigward tad-difiża u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-argument li l-konvenut kiser, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, b’mod partikolari d-dritt tiegħu għall-proprjetà, għat-tmexxija tal-impriża tiegħu, għall-protezzjoni tar-reputazzjoni u għall-ħajja privata u tal-familja tiegħu.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/28


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2013 — Syrian Lebanese Commercial Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-80/13)

2013/C 86/48

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syrian Lebanese Commercial Bank S.A.L. (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentanti: P. Vanderveeren, L. Defalque u T. Bontinck, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, u tal-Anness I.b sa fejn ir-rikorrenti tinsab fin-Nru 34 ta’ dan l-Anness;

tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1117/2012, tad-29 ta’ Novembru 2012, sa fejn l-imsemmi regolament għandu bħala konsegwenza ż-żamma tal-inklużjoni tar-rikorrenti fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 55/2012, tat-23 ta’ Jannar 2012, u l-punt 27 tal-Anness ta’ dan ir-regolament;

tannulla, sa fejn meħtieġ, l-ittra deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2012;

tordna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni suffiċjenti u jispeċifika li l-Kunsill sempliċement espona kunsiderazzjonijiet vagi u ġenerali mingħajr ma indika r-raġunijiet speċifiċi u konkreti għaliex huwa jqis li r-rikorrenti għandha tkun is-suġġett ta’ miżuri restrittivi.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża, tad-drittijiet għal smigħ xieraq u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva permezz tal-assenza ta’ kontradittorju matul il-proċedura tal-adozzjoni tal-atti kkontestati u permezz tar-rifjut impliċitu tal-Kunsill li jipproduċi provi li jiġġustifikaw in-natura u l-portata tas-sanzjoni.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-involviment tar-rikorrenti fil-finanzjament tar-reġim Sirjan, peress li l-Kunsill ma pproduċiex, kemm jekk qabel u kemm jekk wara l-adozzjoni tal-atti kkontestati, il-prova tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-finanzjament tal-imsemmi reġim.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq difetti li jaffettwaw l-evalwazzjoni magħmula mill-Kunsill u li tolqot l-illegalità tal-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill sa fejn il-Kunsill ma kienx eżamina r-rilevanza u l-fondatezza tal-elementi ta’ informazzjoni u l-provi li jistgħu jservu ta’ bażi għal miżura restrittiva qabel ma’ din tal-aħħar tiġi adottata.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2013 — Dimension Data Belgium vs Il-Parlament

(Kawża T-650/11) (1)

2013/C 86/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 73, 10.03.2012.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/30


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-158/12)

2013/C 86/50

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-reklutaġġ tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III li tressqet mill-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu u kumpens għad-dannu materjali subit.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kap tad-Diviżjoni “Reklutaġġ u Tmiem ta’ Servizz” (DG HR.B.2) tal-Kummissjoni Ewropea, tas-6 ta’ Marzu 2012, li tiċħad it-talba għar-reklutaġġ tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet III li tressqet mill-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fil-Lussemburgu;

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu materjali kkawżat lir-rikorrent permezz tad-deċiżjoni kkontestata li għandu jiġi evalwat fl-ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn il-ħlasijiet li jikkorrispondu għall-GF III minn Ottubru 2011 u dawk li huwa kompla jirċievi bħala membru tal-persunal bil-kuntratt tal-GF I, flimkien mal-interessi korrispondenti mid-data ta’ skadenza ta’ kull wieħed mix-xhur ta’ remunerazzjoni sad-data tal-ħlas effettiv tagħhom;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/30


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs EEA

(Kawża F-162/12)

2013/C 86/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tintegra mill-ġdid lir-rikorrent sussegwentement għal leave tal-mard wara d-data li fiha seta’ jerġa’ jibda jaħdem skont l-opinjonijiet mediċi.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda imposta fl-20 ta’ Settembru 2012 mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti fil-konfront tat-talba tal-21 ta’ Mejju 2012 intiża għall-irtirar tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Frar 2012 li tintegrah mill-ġdid fl-24 ta’ Jannar 2012 wara leave tal-mard.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.