ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.079.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 79

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
16 ta' Marzu 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2013/C 079/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 71, 9.3.2013

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2013/C 079/02

Kawża C-541/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vrhovno sodišče — is-Slovenja) — Jožef Grilc vs Slovensko zavarovalno združenje GIZ (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozza — Direttiva 2000/26/KE — Korpi ta’ indennizz — Talba għal kumpens ippreżentata quddiem qorti nazzjonali)

2

2013/C 079/03

Kawża C-261/12 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 — Annunziata Del Prete vs Giorgio Armani SpA, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Reputazzjoni — Sinjal figurattiv AJ AMICI JUNIOR — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti AJ ARMANI JEANS u tat-trade mark nazzjonali verbali preċedenti ARMANI JUNIOR)

2

2013/C 079/04

Kawża C-488/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Nagy Sándor vs Hajdú-Bihar megyei Kormányhivatal

3

2013/C 079/05

Kawża C-489/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Böszörményi Lajos Tiborné vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

3

2013/C 079/06

Kawża C-490/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Róbert Gálóczhi-Tömösváry vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

3

2013/C 079/07

Kawża C-491/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Magdolna Margit Szabadosné Bay vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

4

2013/C 079/08

Kawża C-526/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (ir-Repubblika tal-Ungerija) fl-20 ta’ Novembru 2012 — Ványai Józsefné kontra Nagyrábé Község Polgármesteri Hivatal

4

2013/C 079/09

Kawża C-574/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-7 ta’ Diċembru 2012 — Centro Hospitalar de Setúbal, EPE, Serviço de Utilização Comum dos Hospitais (SUCH) vs Eurest Portugal — Sociedade Europeia de Restaurantes Lda

5

2013/C 079/10

Kawża C-577/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenats, Außenstelle Wien (l-Awstrija) fl-10 ta’ Diċembru 2012 — Michaela Hopfgartner

6

2013/C 079/11

Kawża C-588/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju) fl-14 ta’ Diċembru 2012 — Lyreco Belgium NV vs Sophie Rogiers

6

2013/C 079/12

Kawża C-592/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fit-18 ta’ Diċembru 2012 — Compañía Europea de Viajeros de España S.A. vs Tribunal Económico Administrativo Regional de Madrid (Ministerio de Economia y Hacienda)

6

2013/C 079/13

Kawża C-594/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verfassungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Diċembru 2012 — Kärntner Landesregierung et

7

2013/C 079/14

Kawża C-598/12: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

8

2013/C 079/15

Kawża C-605/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Welmory Sp z.o.o. vs Dyrektorowi Izby Skarbowej w Gdańsku

8

2013/C 079/16

Kawża C-14/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fl-10 ta’ Jannar 2013 — Gena Ivanova Cholakova vs Osmo rayonno upravlenie pri Stolichna direktsia na vatreshnite raboti

9

2013/C 079/17

Kawża C-18/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Jannar 2013 — MAKS PEN EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto Sofia

10

2013/C 079/18

Kawża C-23/13: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

11

2013/C 079/19

Kawża C-666/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — il-Ġermanja) — M, N, O, p, Q vs Bundesamt für Migration und Flüchtlinge

11

 

Il-Qorti Ġenerali

2013/C 079/20

Kawża T-494/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2013 — Bank Saderat Iran vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

12

2013/C 079/21

Kawża T-540/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni (Fond ta’ Koeżjoni — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond f’erba’ stadji ta’ proġett li jikkonċerna l-kostruzzjoni ta’ sezzjonijiet tal-linja ta’ veloċità għolja li tgħaqqad lil Madrid u l-fruntiera Franċiża — Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 — Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1386/2002 — Xogħlijiet jew servizzi addizzjonali — Kunċett ta’ raġunijiet mhux imbassra — Artikolu 20(2)(f) tad-Direttiva 93/98/KEE)

13

2013/C 079/22

Kawża T-66/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013 — Present-Service Ullrich vs UASI — Punt-Nou (babilu) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali babilu — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BABIDU — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-servizzi — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

13

2013/C 079/23

Kawża T-104/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2013 — Ferrari vs UASI (PERLE') (Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva PERLE' — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(1)(b) u (c), u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

14

2013/C 079/24

Kawża T-159/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2013 — Marszałkowski vs UASI — Mar-Ko Fleischwaren (WALICHNOWY MARKO) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva WALICHNOWY MARKO — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MAR-KO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

14

2013/C 079/25

Kawża T-235/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni (Fondi ta’ koeżjoni — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment mill-Fond lil ħames proġetti li jikkonċernaw l-implementazzjoni ta’ ċerti linji ta’ netwerk ferrovjarju b’veloċità għolja fi Spanja — Terminu ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni — Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 — Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1386/2002 — Provvisti addizzjonali — Xogħlijiet jew servizzi addizzjonali — Kunċett ta’ cirkustanza imprevista — Artikolu 20(2)(e) u (f) tad-Direttiva 93/38/KEE)

14

2013/C 079/26

Kawża T-263/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2013 — Bopp vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ qafas ottagonali aħdar) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta qafas ottagonali aħdar — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Artikolu 7 (1)(b)u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Produzzjoni ta’ prova ppreżentata l-ewwel darba fir-replika — Artikolu 48(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Trażmissjoni ta’ dokument lill-UASI permezz ta’ fax — Regoli applikabbli)

15

2013/C 079/27

Kawża T-272/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2013 — Coin vs UASI — Dynamiki Zoi (Fitcoin) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Fitcoin — Trade marks nazzjonali, Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti coin — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

15

2013/C 079/28

Kawża T-368/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2013 — Polyelectrolyte Producers Group et vs Il-Kummissjoni (REACH — Miżuri tranżitorji li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet applikabbli għat-tqegħid fis-suq u l-użu tal-akrillamid għall-applikazzjonijiet tal-mili tal-fili — Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni)

16

2013/C 079/29

Kawża T-412/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2013 — Maharishi Foundation vs UASI (TRANSCENDENTAL MEDITATION) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TRANSCENDENTAL MEDITATION — Raġuni assoluta għal rifjut — Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tibgħat lura l-każ quddiem id-Diviżjoni ta’ Eżami — Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ammissibbiltà — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 — Pubbliku pertinenti)

16

2013/C 079/30

Kawża T-426/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2013 — Maharishi Foundation vs UASI (MÉDITATION TRANSCENDANTALE) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MÉDITATION TRANSCENDANTALE — Raġuni assoluta għal rifjut — Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tirrinvija l-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Eżaminazzjoni — Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ammissibbiltà — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c), tar-Regolament Nru 207/2009 — Pubbliku rilevanti)

17

2013/C 079/31

Kawża T-504/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2013 — Hartmann vs UASI — Protecsom (DIGNITUDE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DIGNITUDE — Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti Dignity — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenza ta’ xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

17

2013/C 079/32

Kawża T-54/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013 — K2 Sports Europe vs UASI — Karhu Sport Iberica (SPORT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SPORT — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti K2 SPORTS — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

18

2013/C 079/33

Kawża T-560/12: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2012 — Miejskie Przedsiębiorstwo Energetyki Cieplnej vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

18

2013/C 079/34

Kawża T-572/12: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2012 — Nissan Jidosha vs UASI (CVTC)

19

2013/C 079/35

Kawża T-577/12: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2012 — NIOC et vs Il-Kunsill

19

2013/C 079/36

Kawża T-578/12: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2012 — NIOC vs Il-Kunsill

20

2013/C 079/37

Kawża T-580/12: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2012 — Yaqub vs UASI — It-Turkija (ATATURK)

21

2013/C 079/38

Kawża T-2/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — CFE-CGC France Télécom-Orange vs Il-Kummissjoni

21

2013/C 079/39

Kawża T-3/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — Ronja vs Il-Kummissjoni

22

2013/C 079/40

Kawża T-7/13: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — ADEAS vs Il-Kummissjoni

22

2013/C 079/41

Kawża T-9/13: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2013 — National Iranian Gas Company vs Il-Kunsill

23

2013/C 079/42

Kawża T-10/13: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2013 — Bank of Industry and Mine vs Il-Kunsill

24

2013/C 079/43

Kawża T-17/13: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2013 — ANKO vs Il-Kummissjoni

24

2013/C 079/44

Kawża T-19/13: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2013 — Ekologický právní servis vs Il-Kummissjoni Ewropea

25

2013/C 079/45

Kawża T-28/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2013 — ECC Couture vs UASI — Ball Wholesale (Culture)

26

2013/C 079/46

Kawża T-29/13: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar2013 — AbbVie et vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

26

2013/C 079/47

Kawża T-30/13: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE american blend)

27

2013/C 079/48

Kawża T-34/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2013 — Meta Group vs Il-Kummissjoni Ewropea

27

2013/C 079/49

Kawża T-35/13: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2013 — Meta Group vs Il-Kummissjoni Ewropea

29

2013/C 079/50

Kawża T-36/13: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2013 — Erreà Sport vs UASI — Facchinelli (ANTONIO BACIONE)

29

2013/C 079/51

Kawża T-42/13: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2013 — 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni

30

2013/C 079/52

Kawża T-43/13: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2013 — Donnici vs Il-Parlament

31

2013/C 079/53

Kawża T-44/13: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2013 — AbbVie vs EMA

31

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2013/C 079/54

Kawża F-27/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Jannar 2013 — BO vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Sigurtà soċjali — Teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ trasport marbuta ma’ kura medika — Spejjeż ta’ trasport għal raġunijiet lingwistiċi)

33

2013/C 079/55

Kawża F-25/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Frar 2013 — Presset vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Allowance ta’ kuljum — Kundizzjonijiet għall-għoti)

33

2013/C 079/56

Kawża F-1/13: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Europol

33

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/1


2013/C 79/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 71, 9.3.2013

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 63, 2.3.2013

ĠU C 55, 23.2.2013

ĠU C 46, 16.2.2013

ĠU C 38, 9.2.2013

ĠU C 32, 2.2.2013

ĠU C 26, 26.1.2013

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Vrhovno sodišče — is-Slovenja) — Jožef Grilc vs Slovensko zavarovalno združenje GIZ

(Kawża C-541/11) (1)

(It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-karozza - Direttiva 2000/26/KE - Korpi ta’ indennizz - Talba għal kumpens ippreżentata quddiem qorti nazzjonali)

2013/C 79/02

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jožef Grilc

Konvenut: Slovensko zavarovalno združenje GIZ

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Vrhovno sodišče — Interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE (ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi), (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 331) — Kunċett ta’ “talba għal kumpens” u ta’ “responsabbli għall-kumpens” — Locus standi passiv tal- Korpi ta’ indennizz

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Mejju 2000, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE (ir-Raba’ Direttiva fuq l-assigurazzjoni tal-vetturi), għandha tiġi interpretata fis-sens li, minn naħa, il-persuna li tkun sofriet dannu tista’ titlob kumpens għad-dannu tagħha lill- Korpi ta’ indennizz fil-kundizzjonijiet previsti fl-imsemmi artikolu u, min-naħa l-oħra, din it-talba għandha neċessarjament tiġi ppreżentata, minn qabel, lil dan il-korp, mingħajr preġudizzju għall-possibiltà għall-persuna li tkun sofriet dannu li tippreżenta sussegwentement, skont il-każ, kawża quddiem il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni territorjali f’każ ta’ ċaħda mill-imsemmi korp li jilqa’ t-talba tagħha.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 — Annunziata Del Prete vs Giorgio Armani SpA, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-261/12 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Reputazzjoni - Sinjal figurattiv “AJ AMICI JUNIOR” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti AJ ARMANI JEANS u tat-trade mark nazzjonali verbali preċedenti ARMANI JUNIOR)

2013/C 79/03

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Annunziata Del Prete (rappreżentant: R. Bocchini, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Giorgio Armani SpA, (rappreżentant: M. Rapisardi, avukat), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u F. Mattina, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali — (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Marzu 2012, Armani vs UASI (T-420/10), li permezz tagħha din tal-aħħar annullat id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Lulju 2010, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Giorgio Armani SpA u Annunziata Del Prete (Każ R 1360/2009-2) — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146).

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Annunziata Del Prete hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Nagy Sándor vs Hajdú-Bihar megyei Kormányhivatal

(Kawża C-488/12)

2013/C 79/04

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Debreceni Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nagy Sándor

Konvenuta: Hajdú-Bihar megyei Kormányhivatal

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi interpretat fis-sens li intiż biss sabiex jiggarantixxi l-possibbiltà għal rikors fil-każ ta’ tkeċċija illegali jew inġusta (“unjustified”)?

(2)

Din id-dispożizzjoni tfisser li, meta ssir it-tkeċċija, il-persuna li timpjega għandha tikkomunika bil-miktub lill-ħaddiem ir-raġunijiet għal din it-tkeċċija, li mingħajrhom din it-tkeċċija tista’ tirriżulta inġusta (unjustified)?

(3)

L-assenza ta’ komunikazzjoni tar-raġunijiet iwassal, fih innifsu, għal-illegalità tal-miżura jew il-persuna li timpjega tista tindika r-raġunijiet sussegwentement waqt eventwali proċedura kontenzjuża?


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Böszörményi Lajos Tiborné vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

(Kawża C-489/12)

2013/C 79/05

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Debreceni Munkaügyi Bíróság.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lajos Tiborné Böszörményi

Konvenut: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż biss li jiggarantixxi l-eżistenza ta’ rimedju ġudizzjarju f’każ ta’ tkeċċija illegali u mhux iġġustifikata (“unjustified”)?

(2)

[Din id-dispożizzjoni] tfisser li, meta ssir it-tkeċċija, il-persuna li timpjega hija obbligata tikkomunika lill-ħaddiem il-motivi tagħha bil-miktub, [u fin-nuqqas ta’ tali komunikazzjoni] din it-tkeċċija tista’ sseħħ b’mod mhux iġġustifikat (unjustified)?

(3)

L-assenza ta’ komunikazzjoni tal-motivi, waħedha, twassal għall-illegalità tal-miżura jew il-persuna li timpjega tista’ tindika l-motivi sussegwentement matul proċedura kontenzjuża eventwali?


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Róbert Gálóczhi-Tömösváry vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

(Kawża C-490/12)

2013/C 79/06

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Debreceni Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Róbert Gálóczhi-Tömösváry

Konvenuta: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż biss sabiex jiggarantixxi l-possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju fil-każ ta’ tkeċċija illegali u infondata (unjustified)?

(2)

[Din id-dispożizzjoni] tfisser li, meta ssir it-tkeċċija, il-persuna li timpjega għandha l-obbligu li tikkomunika bil-miktub lill-ħaddiem ir-raġunijiet għal din it-tkeċċija, fin-nuqqas ta’ liema jista’ jkun li din isseħħ b’mod mhux ġustifikat (unjustified)?

(3)

L-assenza ta’ komunikazzjoni tar-raġunijiet, minnha nfisha, tagħti lok għall-illegalità tal-miżura jew il-persuna li timpjega tista’ tindika r-raġunijiet sussegwentement matul eventwali tilwima industrijali?


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-31 ta’ Ottubru 2012 — Magdolna Margit Szabadosné Bay vs Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

(Kawża C-491/12)

2013/C 79/07

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Debreceni Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Magdolna Margit Szabadosné Bay

Konvenuta: Mezőgazdasági és Vidékfejlesztési Hivatal

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż biss sabiex jiggarantixxi l-possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju fil-każ ta’ tkeċċija illegali u infondata (unjustified)?

(2)

[Din id-dispożizzjoni] tfisser li, meta ssir it-tkeċċija, il-persuna li timpjega għandha l-obbligu li tikkomunika bil-miktub lill-ħaddiem ir-raġunijiet għal din it-tkeċċija, fin-nuqqas ta’ liema jista’ jkun li din it-tkeċċija sseħħ b’mod mhux ġustifikat (unjustified)?

(3)

L-assenza ta’ komunikazzjoni tar-raġunijiet, minnha nnifisha, tagħti lok għall-illegalità tal-miżura jew il-persuna li timpjega tista’ tindika r-raġunijiet sussegwentement matul eventwali tilwima industrijali?


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Munkaügyi Bíróság (ir-Repubblika tal-Ungerija) fl-20 ta’ Novembru 2012 — Ványai Józsefné kontra Nagyrábé Község Polgármesteri Hivatal

(Kawża C-526/12)

2013/C 79/08

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Debreceni Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ványai Józsefné

Konvenuta: Nagyrábé Község Polgármesteri Hivatal

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jista’ jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż esklużivament sabiex jiggarantixxi l-eżistenza ta’ rimedju f’każ ta’ tkeċċija illegali u infondata (“unjustified”)?

(2)

Din id-dispożizzjoni tfisser li, mat-tkeċċija, il-persuna li timpjega għandha tikkomunika bil-miktub lill-impjegat ir-raġunijiet għat-tkeċċija, li mingħajrhom it-tkeċċija tkun infondata (“unjustified”)?

(3)

In-nuqqas ta’ komunikazzjoni tar-raġunijiet, fih innifsu, jwassal għall-illegalità tal-miżura jew il-persuna li timpjega tista’ tindika r-raġunijiet sussegwentement matul proċedura kontenzjuża eventwali?


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fis-7 ta’ Diċembru 2012 — Centro Hospitalar de Setúbal, EPE, Serviço de Utilização Comum dos Hospitais (SUCH) vs Eurest Portugal — Sociedade Europeia de Restaurantes Lda

(Kawża C-574/12)

2013/C 79/09

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Centro Hospitalar de Setúbal, EPE, Serviço de Utilização Comum dos Hospitais (SUCH)

Konvenuta: Eurest Portugal — Sociedade Europeia de Restaurantes Lda

Domandi preliminari

(1)

Il-fatt li sptar pubbliku jagħti, mingħajr ma jsegwi l-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti prevista bil-liġi għall-kuntratt inkwistjoni, lil assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru li magħha dan huwa assoċjat u li l-għan tagħha huwa t-twettiq ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku fil-qasam tas-saħħa sabiex titjieb l-effikaċja u l-effiċjenza tal-imsieħba tagħha, kuntratt għas-servizzi relattivi għall-ikel f’ambjent ta’ sptar li jaqa’ taħt il-kompetenza tagħha, u b’hekk jittrasferixxi lil dik l-assoċjazzjoni r-responsabbiltà tal-funzjonijiet tiegħu f’dan il-qasam, huwa kompatibbli mal-ġurisprudenza Komunitarja dwar il-qasam tal-għoti intern ta’ kuntratti jekk, skont l-istatuti, din l-assoċjazzjoni jista’ jkollha bħala msieħba mhux biss entitajiet li jappartjenu għas-settur pubbliku, iżda wkoll għas-settur soċjali u fid-data tal-għoti tal-kuntratt, l-entitajiet tas-settur soċjali kienu rrappreżentati minn 23 istituzzjoni privata ta’ solidarjetà soċjali (IPSS), kollha kemm huma mingħajr skop ta’ lukru, fosthom istituzzjonijiet karitattivi, minn total ta’ 88 membru?

(2)

Jista’ jitqies li, għad-deċiżjonijiet tiegħu, dak li ngħata l-kuntratt jinsab f’pożizzjoni ta’ subordinazzjoni meta mqabbel mal-imsieħba pubbliċi, sa fejn dawn tal-aħħar jeżerċitaw, b’mod iżolat jew b’mod konġunt, kontroll analogu għal dak li huma jeżerċitaw għad-dipartimenti tagħhom stess jekk, b’konformità mal-istatuti, dak li jingħata l-kuntratt għandu jiżgura li l-maġġoranza tad-drittijiet ta’ vot jappartjenu lill-imsieħba li jagħmlu parti u li huma soġġetti għas-setgħa ta’ direzzjoni, ta’ superviżjoni u ta’ tutela tal-membru tal-gvern inkarigat mill-qasam tas-saħħa u li l-Bord tal-Amministrazzjoni tiegħu ukoll ikun kompost, fil-maġġor parti tiegħu, minn imsieħba pubbliċi?

(3)

Il-kundizzjoni dwar il-“kontroll analogu” tista’ titqies bħala sodisfatta fid-dawl tal-ġurisprudenza Komunitarja li tikkonċerna l-għoti intern ta’ kuntratti meta, b’konformità mal-istatuti, dak li jingħata l-kuntratt huwa suġġett għas-setgħat ta’ tutela tal-membru tal-gvern inkarigat mill-qasam tas-saħħa li għandu jinnomina l-President u l-Viċi President tal-Bord tal-Amministrazzjoni, japprova d-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali dwar is-self li jinvolvi dejn nett ta’ 75 % jew iktar tal-kapital tiegħu irreġistrat għas-sena preċedenti, japprova d-deliberazzjonijiet dwar l-emendi tal-istatuti, japprova d-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali dwar ix-xoljiment ta’ dak li jingħata l-kuntratt, kif ukoll jiddetermina d-destinazzjoni tal-beni tiegħu f’każ ta’ xoljiment?

(4)

Il-fatt li dak li jingħata l-kuntratt huwa organizzazzjoni ta’ daqs kbir u kumplessa, li taġixxi fit-territorju Portugiż kollu u li għandha bħala msieħba d-dipartimenti u l-istituzzjonjiet kollha tas-Serviço Nacional de Saúde, inklużi l-ikbar sptarijiet tal-pajjiż, li għandha dħul mill-bejgħ previst ta’ madwar EUR 90 miljun, li għandha attività li tkopri diversi oqsma ta’ attività kumplessi, li għandha indikaturi ta’ attivitajiet kbar ħafna, u li għandha iktar minn 3 300 impjegat, li tipparteċipa f’żewġ gruppi addizzjonali ta’ impriżi u f’żewġ kumpanniji kummerċjali, jippermetti li tikklasifika r-relazzjoni bejnha u bejn l-imsieħba pubbliċi tagħha bħala għoti purament intern jew “in-house”?

(5)

Il-fatt li dak li jingħata l-kuntratt jista’, b’konformità mal-istatuti, jipprovdi servizzi, fuq bażi kompetittiva, lil entitajiet pubbliċi li ma humiex imsieħba jew lil entitajiet privati, nazzjonali jew barranin (i) ladarba dan ma jikkawża ebda preġudizzju lill-imsieħba, kemm fuq il-livell ekonomiku kif ukoll fil-qasam ta’ arrikkiment u ta’ valorizzazzjoni teknoloġika u ii) ladarba l-provvista ta’ dawn is-servizzi ma tirrappreżentax volum ta’ ħruġ ta’ fatturi ta’ iktar minn 20 % tad-dħul mill-bejgħ tagħha annwali globali tas-sena preċedenti, jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-kundizzjoni dwar l-għoti intern, b’mod partikolari l-kundizzjoni dwar l-“iskop essenzjali tal-attività” meħtieġa mill-Artikolu 5(2)(b) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi, hija sodisfatta?

(6)

Jekk ir-risposta għal kwalunkwe waħda minn dawn id-domandi ta’ hawn fuq ma hijiex, fiha nnifisha, biżżejjed sabiex jiġi konkluż li l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi humiex sodisfatti jew le fid-dawl tal-ġurisprudenza Komunitarja dwar l-għoti intern ta’ kuntratti, l-evalwazzjoni konġunta ta’ dawn ir-risposti tippermetti li jiġi konkluż li jeżisti dan it-tip ta’ għoti?


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenats, Außenstelle Wien (l-Awstrija) fl-10 ta’ Diċembru 2012 — Michaela Hopfgartner

(Kawża C-577/12)

2013/C 79/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Michaela Hopfgartner

Konvenut: Finanzamt Wien

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikoli 56 et seq TFUE), jipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi li l-estensjoni tad-dritt għall-ħlas ta’ allowances tal-familja tingħata biss — fost kundizzjonijiet oħra — meta l-post li fih isseħħ l-attività ta’ għajnuna volontarja jkun jinsab fit-territorju Awstrijak?


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Antwerpen (il-Belġju) fl-14 ta’ Diċembru 2012 — Lyreco Belgium NV vs Sophie Rogiers

(Kawża C-588/12)

2013/C 79/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidshof te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lyreco Belgium NV

Konvenuta: Sophie Rogiers

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijet tal-klawżoli 1 u 2(4) tal-Ftehim-qafas dwar il-leave tal-ġenituri [leave parentali], konkluż fl-14 ta’ Diċembru 1995, mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali b’vokazzjoni ġenerali UNICE, CEEP u CES li jinsabu fl-anness għad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KEE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri [leave parentali] konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, jipprekludu li l-allowance ta’ protezzjoni li għandu jitħallas lill-ħaddiem li kien marbut mal-persuna li timpjegah permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat fuq bażi full-time u li l-kuntratt ta’ xogħol tiegħu ġie rexiż unilateralment minn din il-persuna li timpjega mingħajr raġuni imperattiva jew suffiċjenti matul perijodu ta’ tnaqqis tas-servizzi minħabba t-teħid ta’ leave parentali ta’ 20 % jew ta’ 50 %, jiġi kkalkolat abbażi tal-paga dovuta matul dan il-perijodu ta’ tnaqqis ta’ servizzi, meta l-istess ħaddiem ikollu dritt għal allowance ta’ protezzjoni li jikkorrispondi għall-paga full-time li kieku huwa naqqas is-servizzi tiegħu b’100 %?


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Madrid (Spanja) fit-18 ta’ Diċembru 2012 — Compañía Europea de Viajeros de España S.A. vs Tribunal Económico Administrativo Regional de Madrid (Ministerio de Economia y Hacienda)

(Kawża C-592/12)

2013/C 79/12

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compañía Europea de Viajeros de España S.A.

Konvenuta: Tribunal Económico Administrativo Regional de Madrid (Ministerio de Economia y Hacienda)

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (1), u b’mod partikolari l-eżiġenza li taxxa partikolari jkollha “[għan speċifiku]”,

(a)

għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-għan speċifiku ma jistax jintlaħaq permezz ta’ taxxa armonizzata oħra?

(b)

għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan tiegħu huwa purament baġitarju meta taxxa partikolari tkun ġiet stabbilita fl-istess ħin mat-trasferiment ta’ ċerti kompetenzi lill-Komunitajiet awtonomi li lilhom ġie ttrasferit id-dħul li jirriżulta mill-ġbir tat-taxxa, sabiex ikunu jistgħu jħallsu parzjalment l-ispejjeż li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ dawn il-kompetenzi, peress li r-rati ta’ tassazzjoni jistgħu jvarjaw minn Komunità awtonoma għall-oħra?

(c)

f’każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, il-kunċett ta’ “għanijiet speċifiċi” għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għan għandu jkun uniku jew inkella, għall-kuntrarju, li jista’ jkollu diversi għanijiet differenti, li għan tagħhom huwa purament baġitarju li jiffinanzja ċerti kompetenzi?

(d)

jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun fis-sens li l-pluralità tal-għanijiet hija possibbli, liema grad ta’ rilevanza għandu jkollu għan partikolari, għall-finijiet tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 92/12, sabiex il-kundizzjoni, li t-taxxa jkollha “għan speċifiku” fis-sens aċċettat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tiġi ssodisfatta, u liema huma l-kriterji li jippermettu li ssir distinzjoni bejn l-għan prinċipali u l-għan sussidjarju?

(2)

L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE (2), tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, u b’mod partikolari l-kundizzjoni tal-osservanza tar-regoli ta’ taxxa applikabbli għall-bżonnijiet tas-sisa jew tat-taxxa fuq il-valur miżjud għad-determinazzjoni ta’ meta hija dovuta,

(a)

jipprekludi taxxa indiretta mhux armonizzata, bħall-IVMDH, li hija dovuta mal-bejgħ bl-imnut ta’ karburant lill-konsumatur finali, b’differenza mit-taxxa armonizzata, sisa fuq iż-żjut minerali, li hija dovuta meta l-prodotti joħorġu mill-aħħar depożitu fiskali, jew tat-taxxa fuq il-valur miżjud, li, minkejja li hija wkoll dovuta fil-mument tal-bejgħ bl-imnut finali, hija dovuta f’kull fażi tal-proċess ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni, minħabba li ma tosservax — fit-termini tas-sentenza tad-9 ta’ Marzu 2000, EKW u Wein & Co. (3) (C-437/97, Ġabra p. I-1157, punt 47) — l-ekonomija ġenerali ta’ waħda jew iktar minn dawn it-tekniki ta’ tassazzjoni kif organizzati mil-leġiżlazzjoni Komunitarja?

(b)

f’każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, hemm lok li tingħata l-interpretazzjoni li din il-kundizzjoni ta’ osservanza tiġi ssodisfatta mingħajr ma tkun neċessarja l-eżistenza ta’ koinċidenzi fir-rigward ta’ meta hija dovuta, għas-sempliċi raġuni li t-taxxa indiretta mhux armonizzata, f’dan il-każ l-IVMDH, ma tinterferixxix, fis-sens li ma tfixkilx jew ma tikkomplikax, il-funzjonament normali ta’ meta ssir dovuta s-sisa jew it-taxxa fuq il-valur miżjud?


(1)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179.

(2)  ĠU L 76, p. 1.

(3)  Sentenza tad-9 ta’ Marzu (C-437/97, Ġabra p. I-1157)


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verfassungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Diċembru 2012 — Kärntner Landesregierung et

(Kawża C-594/12)

2013/C 79/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verfassungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kärntner Landesregierung, Michael Seitlinger, Christof Tschohl, Andreas Krisch, Albert Steinhauser, Jana Herwig, Sigrid Maurer, Erich Schweighofer, Hannes Tretter, Scheucher Rechtsanwalt GmbH, Maria Wittmann-Tiwald, Philipp Schmuck, Stefan Prochaska

Parti oħra fil-proċedura: Il-Gvern Federali

Domandi preliminari

(1)   Fuq il-validità ta’ atti ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni:

L-Artikoli 3 sa 9 tad-Direttiva 2006/24/CE (1) huma kompatibbli mal-Artikoli 7, 8 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

(2)   Fuq l-interpretazzjoni tat-Trattati:

2.1.

Fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet fuq l-Artikolu 8 tal-Karta, li ġew mħejjija, skont l-Artikolu 52(7) tal-Karta, bħala gwida għall-interpretazzjoni tal-Karta u li huma debitament ikkunsidrati mill-Verfassungsgerichtshof, id-Direttiva 95/46/KE (2) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 (3) għandhom jiġu kkunsidrati bl-istess mod bħall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8(2) u fl-Artikolu 52(1) tal-Karta sabiex tiġi evalawata l-legalità tal-interventi?

2.2.

Liema hija r-relazzjoni bejn id-“dritt tal-Unjoni” msemmi fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 52(3) tal-Karta u d-direttivi fil-qasam tal-protezzjoni tad-data?

2.3.

Fid-dawl tal-kundizzjonijiet u tar-restrizzjonijiet imposti mid-Direttiva 95/46/KE u mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 fis-salvagwardja tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data stabbilita fil-Karta, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Karta, il-bidliet li jirriżultaw mid-dritt sekondarju futur?

2.4.

Fid-dawl tal-Artikolu 52(4) tal-Karta, il-prinċipju tal-prevalenza tal-livell ogħla ta’ protezzjoni stabbilit fl-Artikolu 53 tal-Karta għandu l-konsegwenza li l-limiti assenjati mill-Karta lir-restrizzjonijiet li jistgħu validament jirriżultaw mid-dritt sekondarju, għandhom ikunu imħejjija b’mod li jkunu eqreb lejn dan?

2.5.

Fid-dawl tal-Artikolu 52(3) tal-Karta, tal-ħames paragrafu tal-preambolu u tal-ispjegazzjonijiet dwar l-Artikolu 7 tal-Karta, li jindikaw li d-drittijiet iggarantiti fl-Artikolu 7 jikkorrispondu għal dawk iggarantiti mill-Artikolu 8 tal-KEDB, il-ġurisprudenza li l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem stabbiliet fl-Artikolu 8 tal-KEDB tista’ tipprovdi indikazzjonijiet għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Karta li jaffetwaw l-interpretazzjoni ta’ dan l-aħħar artikolu?


(1)  Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54).

(2)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).

(3)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/8


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-598/12)

2013/C 79/14

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mal-Artikolu 2(1), (22), (32) u (33), l-Artikolu 3(7), (8) u (13), l-Artikolu 6(1) u (3), l-Artikolu 9 kif ukoll l-Artikoli 13 sa 14 u l-Artikoli 17 sa 23, l-Artikoli 10 u 11, l-Artikolu 16(1) u (2), l-Artikolu 26(2)(b), (c) u (d), it-tielet u r-raba’ sentenza, l-Artikolu 29, l-Artikolu 38(1) sa (4), l-Artikolu 39(1) sa (4) u l-Artikolu 40(1) sa (3) u (5) sa (7) ta’, u l-punti 1 u 2 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (1) u fi kwalunkwe każ billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni b’tali dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49(1) ta’ dik id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja, b’mod konformi mal-Artikolu 260(3) TFUE, għall-ħlas ta’ penalità għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tagħha li tinnotifika l-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2009/72/KE bir-rata ta’ EUR 84 378,24 għal kull jum, dekorribbli mid-data li tingħata s-sentenza f’din il-kawża;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE skada fit-3 ta’ Marzu 2011.


(1)  ĠU 2009 L 211, p. 55.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-24 ta’ Diċembru 2012 — Welmory Sp z.o.o. vs Dyrektorowi Izby Skarbowej w Gdańsku

(Kawża C-605/12)

2013/C 79/15

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Welmory Sp z.o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Gdańsku

Domanda preliminari

Għall-finijiet tal-intaxxar tal-provvisti ta’ servizzi pprovduti mill-kumpannija A, li s-sede tagħha huwa stabbilit fil-Polonja, lill-kumpannija B, li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Europa, l-istabbiliment fiss fis-sens tal-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) huwa fejn tinsab is-sede tal-kumpannija A, meta l-kumpannija B teżerċita attività ekonomika billi tuża l-infrastruttura tal-kumpannija A?


(1)  ĠU L 347, p. 1


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fl-10 ta’ Jannar 2013 — Gena Ivanova Cholakova vs Osmo rayonno upravlenie pri Stolichna direktsia na vatreshnite raboti

(Kawża C-14/13)

2013/C 79/16

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gena Ivanova Cholakova

Konvenuta: Osmo rayonno upravlenie pri Stolichna direktsia na vatreshnite raboti

Domandi preliminari

(1)

Fid-dawl tal-limitazzjonijiet tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għal moviment liberu fuq it-territorju tal-Istati Membri permessi mid-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-Artikolu 21(1) TFUE u tal-Artikolu 67, kif ukoll l-Artikolu 72 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tal-punt 5 tal-Artikolu 63(1), tal-liġi dwar il-Ministeru tal-Intern, skont liema l-awtorità tal-pulizija għandha s-setgħa li żżomm f’detenzjoni, għal sa mhux iktar minn 24 siegħa, ċittadin ta’ Stat Membru sabiex tistabbilixxi l-identità tiegħu wara verifika, li ma tagħmilx riferiment għal każ partikolari previst mil-liġi ta’ dan l-Istat Membru, għall-eżekuzzjoni ta’ verifika intiża li tippermetti lis-servizzi tal-pulizija jistabbilixxu l-identità, u li, b’mod partikolari, ma hijiex espressament marbuta mal-konstatazzjoni jew mal-prevenzjoni la ta’ att kriminali, la ta’ ksur amministrattiv, u lanqas ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna?

(2)

Mill-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretat flimkien mal-limitazzjonijiet tad-drittijiet mogħtija mill-Artikolu 6 u mill-Artikolu 45(1) tal-imsemmija karta u f’konformità mal-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni għall-protezzjoni kontra l-arbitrarjetà jew kontra preġudizzju sproporzjonat għall-isfera ta’ attività privata ta’ persuni naturali jirriżulta li dan ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tal-punt 5 tal-Artikolu 63(1) tal-liġi dwar il-Ministeru tal-Intern, rigward id-detenzjoni mill-pulizija, għal mhux iktar minn 24 siegħa, meta huwa impossibbli li tiġi stabbilita l-identità ta’ ċittadin ta’ Stat Membru skont il-metodi previsti mil-liġi, li tippermetti l-imsemmija detenzjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

A.

l-impożizzjoni tal-miżura taqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-awtorità tal-pulizija meta huwa impossibbli li tiġi stabbilita l-identità grazzi għal dokument ta’ identità, għal persuna oħra li l-identità tagħha hija stabbilita jew permezz ta’ mezz affidabbli ieħor;

B.

id-dispożizzjoni ma tipprovdix għal evalwazzjoni tan-neċessità li tiġi stabbilita l-identità, b’mod partikolari evalwazzjoni tan-neċessità li tiġi eżerċitata l-kompetenza tal-awtorità tal-pulizija prevista mil-liġi, abbażi ta’ fatti preċiżi, jew tal-imġiba individwali tal-persuna;

C.

id-determinazzjoni tal-identità ma hijiex marbuta espressament ma’ każijiet partikolari fejn il-liġi tippermetti li jittieħdu miżuri għall-identifikazzjoni ta’ persuna, iżda hija possibbli wkoll grazzi għal sempliċi konsultazzjoni tas-sistema informatika jew mezz affidabbli ieħor minbarra l-miżuri ta’ identifikazzjoni;

D.

l-evalwazzjoni tal-qorti tar-rinviju dwar l-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjoni hija limitata għall-kundizzjonijiet previsti minnha peress li tirrigwarda kompetenza eżerċitata b’mod diskrezzjonali?


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fl-14 ta’ Jannar 2013 — “MAKS PEN” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Sofia

(Kawża C-18/13)

2013/C 79/17

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Maks Pen” EOOD

Konvenuta: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto”

Domandi preliminari

(1)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-VAT fid-dritt tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu ttrattati bħala li jirreferu għal “evażjoni fiskali”, ċirkustanzi fattwali li fihom il-fornitur indikat fil-fattura, jew is-sottokuntrattur tiegħu, ma jkollux il-persunal, ir-riżorsi materjali u l-attivi neċessarji biex jipprovdi s-servizz, fejn l-ispejjeż għall-provvista effettiva tas-servizz ma jkunux ġew iddokumentati u lanqas inklużi fir-rekords tal-kontabbilità tal-fornitur u fejn dokumenti foloz dwar dak li jikkonċerna l-identità tal-persuni li ffirmawhom bħala fornituri — jiġifieri kuntratt u dikjarazzjoni ta’ aċċettazzjoni — ġew stabbiliti u ppreżentati bħala prova tal-provvisti dovuti b’mod reċiproku u tat-twettiq tal-provvista tas-servizz li għalih tkun inħarġet fattura fiskali u li kien ġie eżerċitat id-dritt għal tnaqqis?

(2)

L-obbligu tal-qorti — li jirriżulta mid-dritt tal-Unjoni u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — li tirrifjuta d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fil-każ ta’ evażjoni fiskali, jirriżulta wkoll fl-obbligu tal-qorti nazzjonali — fid-dawl tal-obbligi tagħha skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tiddeċiedi dwar il-mertu tal-kawża, tosserva l-projbizzjoni ta’ bdil tal-pożizzjoni tar-rikorrenti, tosserva l-prinċipji ta’ drittijiet għal difiża u taċ-ċertezza legali u li tapplika ex officio r-regoli tad-dritt rilevanti — li tevalwa ex officio jekk hemmx evażjoni fiskali fiċ-ċirkustanzi tal-kawża inkwistjoni billi tanalizza elementi ġodda ta’ fatt invokati għall-ewwel darba quddiemha kif ukoll il-provi kollha, b’mod partikolari dawk relatati ma’ tranżazzjonijiet fittizji, dokumenti foloz u dokumenti b’kontenut ineżatt?

(3)

Fid-dawl tal-obbligu tal-qorti li tirrifjuta dritt għal tnaqqis tal-VAT fil-każ ta’ evażjoni fiskali, l-Artikolu 178(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jeżiġi li l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-provvista tkun ġiet effettivament ipprovduta mill-fornitur indikat fil-fattura jew mis-sottokuntrattur tiegħu?

(4)

Ir-rekwiżit fl-Artikolu 242 tad-Direttiva 2006/112, li jeħtieġ li jinżamm rekord iddettaljat biżżejjed tal-kontabbiltà sabiex jiġi kkontrollat id-dritt għal tnaqqis, ifisser li għandhom ukoll jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar il-kontabbiltà korrispondenti tal-Istat Membru, li jeħtieġu konformità mal-prinċipji internazzjonali ta’ kontabbiltà skont id-dritt tal-Unjoni, jew dan ir-rekwiżit sempliċement jeħtieġ iż-żamma tad-dokumenti tal-kontabbiltà relatati mal-VAT li huma previsti minn din id-direttiva, jiġifieri l-fatturi, id-dikjarazzjonijiet u r-rendikonti?

Fil-każ tat-tieni ipoteżi:

Fid-dawl tar-rekwiżit tal-Artikolu 226(1)(6) tad-Direttiva 2006/112, li jgħid li l-fattura trid tinkludi “il-limitu u n-natura tas-servizzi mogħtija”, dan jimplika li, fl-ipoteżi ta’ provvista ta’ servizzi, il-fatturi — jew id-dokument maħruġ relatat ma’ dawn — għandhom ikun fihom informazzjoni dwar il-provvista effettiva tas-servizz, jiġifieri fatti oġġettivi u verifikabbli, u li jipprovaw li s-servizz korrispondenti ġie effettivament ipprovdut, u dan, mill-fornitur indikat fil-fattura?

(5)

Interpretat fid-dawl tal-Artikoli 63 u 273 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-rekwiżit li jinsab fl-Artikolu 242 ta’ din id-direttiva, li jinżammu rekords tal-kontabbiltà ddettaljati biżżejjed sabiex jiġi kkontrollat id-dritt għal tnaqqis, jawtorizza dispożizzjoni nazzjonali li taħtha servizz huwa kkunsidrat bħala li ġie pprovdut fid-data li fiha ġew issodisfatti l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tad-dħul idderivat minn din il-provvista ta’ servizz skont il-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-kontabbiltà applikabbli li tipprovdi għall-osservanza mar-regoli internazzjonali ta’ kontabbiltà tad-dritt tal-Unjoni u l-osservanza mal-prinċipji ta’ dokumentazzjoni tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi, tal-prevalenza tas-sustanza fuq il-forma u tat-tqabbil tad-dħul u tal-ispejjeż?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/11


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-23/13)

2013/C 79/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ma żguratx il-ġbir u t-trattament tal-ilma urban mormi minn tmien agglomerazzjonijiet ta’ popolazzjoni ekwivalenti (e.p.) ta’ iktar minn 15 000 ruħ mqiegħda f’żoni imsejħa normali, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (1);

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tallega li Franza ma kinitx wettqet korrettament, fi tmien agglomerazzjonijiet, id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.

Skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/271/KEE, f’agglomerazzjonijiet b’popolazzjoni ekwivalenti (e.p.) ta’ iktar minn 15 000 kellhom jiġu mgħammra b’sistemi ta’ ġbir u jissottomettu għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti tal-ilma mormi, mhux iktar tard mill-31 Diċembru 2000.

F’dak li jirrigwarda l-obbligi ta’ trattament tal-ilma urban mormi, l-Artikolu 4(1) tad-direttiva timponi fuq l-Istati Membri l-obbligu tiżgura li l-ilma mormi li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir isirlu trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti qabel ma jiġi skarikat.

Fl-aħħar nett, il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti fil-punt D tal-Anness I tad-direttiva jippermettu li jiġi vverifikat jekk l-iskariki tal-impjanti ta’ trattament tal-ilma urban mormi huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-direttiva fil-qasam tal-iskarikament ta’ ilma użat.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/11


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — il-Ġermanja) — M, N, O, p, Q vs Bundesamt für Migration und Flüchtlinge

(Kawża C-666/11) (1)

2013/C 79/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 73, 10.03.2012


Il-Qorti Ġenerali

16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2013 — Bank Saderat Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-494/10) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

2013/C 79/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Saderat Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: inizjalment S. Gadhia u S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC, u R. Blakeley, barrister, sussegwentement S. Gadhia, S. Ashley, R. Blakeley u D. Wyatt, QC, u finalment S. Ashley, R. Blakeley, D. Wyatt, S. Jeffrey u A. Irvine, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bolaert u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1) sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Sa fejn jikkonċernaw lil Bank Saderat Iran, huma annullati:

il-punt 7 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK;

il-punt 5 tat-Tabella B tal-Anness tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

il-punt 7 tat-Tabella B, taħt it-Titolu I, tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413;

il-punt 7 tat-Tabella B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007;

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413;

ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010;

il-punt 7 tat-Tabella B, taħt it-Titolu I, tal-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010;

(2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644 u bid-Deċiżjoni 2011/783, jibqgħu fis-seħħ sa fejn jikkonċernaw lil Bank Saderat Iran sad-data effettiva tal-annullament tar-Regolament Nru 267/2012.

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Bank Saderat Iran.

(5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-540/10) (1)

(Fond ta’ Koeżjoni - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond f’erba’ stadji ta’ proġett li jikkonċerna l-kostruzzjoni ta’ sezzjonijiet tal-linja ta’ veloċità għolja li tgħaqqad lil Madrid u l-fruntiera Franċiża - Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1386/2002 - Xogħlijiet jew servizzi addizzjonali - Kunċett ta’ ‘raġunijiet mhux imbassra’ - Artikolu 20(2)(f) tad-Direttiva 93/98/KEE)

2013/C 79/21

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Muñoz Pérez, sussegwentement A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annulament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6154, tat-13 ta’ Settembru 2010, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni lill-istadji ta’ proġett intitolati “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Saragossa-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma). Sottosezzjoni IX-A” (CCI 2001.ES.16.C.PT.005), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Saragossa-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma). Sottosezzjoni X-B (Avinyonet del Penedès-Sant Sadurní d’Anoia)” (CCI 2001.ES.16.C.PT.008), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Saragossa-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma). Sottosezzjonijiet XI-A u XI-B (Sant Sadurní d’Anoia-Gelida)” (CCI 2001.ES.16.C.PT.009), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Saragossa-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma). Sottosezzjoni IX-C” (CCI 2001.ES.16.C.PT.010) u, sussidjarjament, talba għall-annullament parzjali tal-imsemmija deċiżjoni, sa fejn tikkonċerna l-korrezzjonjiet applikati għall-emendi li jirriżultaw mill-qbiż tal-livelli tal-ħoss (sottosezzjoni IX-A), mill-bidla ta’ pjan ġenerali ta’ żvilupp urban tal-muniċipalità ta’ Santa Oliva (Spanja) (sottosezzjoni IX-A) u mit-tibdil tal-kundizzjonijiet ġeotekniċi (sottosezzonijiet X-B, XI-A, XI-B u IX-C), billi l-ammont tal-korrezzjonijiet deċiżi mill-Kummisjoni jitnaqqsu b’EUR 2 348 201,96.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013 — Present-Service Ullrich vs UASI — Punt-Nou (babilu)

(Kawża T-66/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali babilu - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BABIDU - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 79/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Present-Service Ullrich GmbH & Co. KG (Erlangen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Graf von Kalckreuth u I. Stein avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: (Punt Nou, SL (Valencia, Spanja) (rappreżentant: I. Sempere Massa, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2010 (Każ R 773/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Punt-Nou, SL u Present-Servcie Ullrich GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Present Servcie Ullrich GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 89, 19.03.2011.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2013 — Ferrari vs UASI (PERLE')

(Kawża T-104/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva PERLE' - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (c), u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 79/23

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ferrari F.lli Lunelli SpA (Trente, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u G. Ghisletti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Mannucci, sussegwentement L. Rampini u F. Mattina, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Diċembru 2010 (Każ R 1249/2010-2) dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea għat-trade mark figurattiva PERLE'.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ferrari F.lli Lunelli SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 113, 9.4.2011.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2013 — Marszałkowski vs UASI — Mar-Ko Fleischwaren (WALICHNOWY MARKO)

(Kawża T-159/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva WALICHNOWY MARKO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MAR-KO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 79/24

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Marek Marszałkowski (Sokolniki, il-Polonja) (rappreżentant: C. Sadkowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Zajfert u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mar-Ko Fleischwaren GmbH & Co. KG (Blankenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Ruhl, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Jannar 2011, (Każ R 760/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mar-Ko Fleischwaren GmbH & Co. KG u Marek Marszałkowski.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Marek Marszałkowski huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 145, 14.05.2011.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-235/11) (1)

(Fondi ta’ koeżjoni - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja mogħtija inizjalment mill-Fond lil ħames proġetti li jikkonċernaw l-implementazzjoni ta’ ċerti linji ta’ netwerk ferrovjarju b’veloċità għolja fi Spanja - Terminu ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni - Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1386/2002 - Provvisti addizzjonali - Xogħlijiet jew servizzi addizzjonali - Kunċett ta’ ‘cirkustanza imprevista’ - Artikolu 20(2)(e) u (f) tad-Direttiva 93/38/KEE)

2013/C 79/25

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: inizjalment M. Muñoz Pérez u N. Díaz Abad, sussegwentement N. Díaz Abad u A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Adserá Ribera u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1023 finali, tat-18 ta’ Frar 2001, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija favur fażijiet ta’ proġett intitolati “Provvista u istallazzjoni ta’ tagħmir ferrovjarju fuq il-linja b’veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Madrid-Lérida” (CCI 1999.ES.16.C.PT.001, “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Barcelona. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma, fażi 1)” (CCI 2000.ES.16.C.PT.001), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Aċċess ferrovjarju għall-istazzjon il-ġdid ta’ Zaragoza” (CCI 2000.ES.16.C.PT.003), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell. Sub-sezzjoni X-A (Olérdola-Avinyonet del Penedés” (CCI 2001.ES.16.C.PT.007) “Aċċess ferrovjarju ġdid tal-linja b’veloċità għolja f’Levante. Sub-sezzjoni La Gineta-Albacete (pjattaforma)” (CCI 2004.ES.16.C.PT.014) u, sussidjarjament, talba għal annullament parzjali tal-istess deċiżjoni fir-rigward tal-korrezzjonijiet mwettqa mill-Kummissjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 186, 25.06.2011.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2013 — Bopp vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ qafas ottagonali aħdar)

(Kawża T-263/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta qafas ottagonali aħdar - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7 (1)(b)u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Produzzjoni ta’ prova ppreżentata l-ewwel darba fir-replika - Artikolu 48(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Trażmissjoni ta’ dokument lill-UASI permezz ta’ fax - Regoli applikabbli)

2013/C 79/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Carsten Bopp (Glashütten, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Russ, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment K. Klüpfel u D. Walicka, sussegwentement K. Klüpfel u A. Pohlmann, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Marzu 2011 (Każ R 605/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta qafas ottagonali aħdar bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta’ Marzu 2011 (Każ R 605/2010-4) hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2013 — Coin vs UASI — Dynamiki Zoi (Fitcoin)

(Kawża T-272/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Fitcoin - Trade marks nazzjonali, Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti coin - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 79/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Coin SpA (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u G. Ghisletti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dynamiki Zoi AE (Ateni, il-Greċja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Frar 2011 (Każ R 1836/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Coin SpA u Dynamiki Zoi AE.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-21 ta’ Frar 2011 (Każ R 1836/2010-2) hija annullata sa fejn din tiċħad l-oppożizzjoni f’dak li jikkonċerna l-“ħwejjeġ, inklużi żraben u papoċċi”, li jaqgħu fil-klassi 25.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll terz mill-ispejjeż sostnuti minn Coin SpA.

(4)

Coin għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2013 — Polyelectrolyte Producers Group et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-368/11) (1)

(REACH - Miżuri tranżitorji li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet applikabbli għat-tqegħid fis-suq u l-użu tal-akrillamid għall-applikazzjonijiet tal-mili tal-fili - Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2013/C 79/28

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polyelectrolyte Producers Group (Brussell, il-Belġju); SNF SAS (Andrézieux-Bouthéon, Franza); u Travetanche Injection SPRL (Brussell) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u R. Cana, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn K. Sawyer, barrister)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, M. Noort u B. Koopman, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011, tal-14 ta’ April 2011, li jemenda r Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), sa fejn jikkonċerna l-Anness XVII (akrillamid) (ĠU L 101, p. 12).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Producers Group, SNF SAS u Travetanche Injection SPRL għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-kawża prinċipali, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Travetanche Injection għandha tbati l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

(4)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2013 — Maharishi Foundation vs UASI (TRANSCENDENTAL MEDITATION)

(Kawża T-412/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TRANSCENDENTAL MEDITATION - Raġuni assoluta għal rifjut - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tibgħat lura l-każ quddiem id-Diviżjoni ta’ Eżami - Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ammissibbiltà - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 - Pubbliku pertinenti)

2013/C 79/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maharishi Foundation Ltd (Saint-Hélier, Jersey) (rappreżentant: A. Meijboom, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors mid-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Marzu 2011 (Każ R 1293/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TRANSCENDENTAL MEDITATION bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Maharishi Foundation Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2013 — Maharishi Foundation vs UASI (MÉDITATION TRANSCENDANTALE)

(Kawża T-426/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MÉDITATION TRANSCENDANTALE - Raġuni assoluta għal rifjut - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tirrinvija l-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Eżaminazzjoni - Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ammissibbiltà - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c), tar-Regolament Nru 207/2009 - Pubbliku rilevanti)

2013/C 79/30

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maharishi Foundation Ltd (Saint-Helier, Jersey) (rappreżentant: A. Meijboom, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ April 2011 (Każ R 1294/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali MÉDITATION TRANSCENDANTALE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Maharishi Foundation Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2013 — Hartmann vs UASI — Protecsom (DIGNITUDE)

(Kawża T-504/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DIGNITUDE - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti Dignity - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 79/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Protecsom SAS (Valognes, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1197/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Paul Hartmann AG u Protecsom SAS.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Paul Hartmann AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 340, 19.11.2011.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013 — K2 Sports Europe vs UASI — Karhu Sport Iberica (SPORT)

(Kawża T-54/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SPORT - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti K2 SPORTS - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 79/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: K2 Sports Europe (Penzberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u I. Harrington, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Karhu Sport Iberica, SL (Córdoba, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Novembru 2011 (Każ R 986/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn K2 Sports Europe GmbH u Karhu Sport Iberica, SL.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

K2 Sports Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 109, 14.04.2012.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/18


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2012 — Miejskie Przedsiębiorstwo Energetyki Cieplnej vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(Kawża T-560/12)

2013/C 79/33

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Miejskie Przedsiębiorstwo Energetyki Cieplnej sp. z o.o. (Brzesko, il-Polonja) (rappreżentant: T. Dobrzyński, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi SME (2012) 3538, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li timponi fuq ir-rikorrenti tariffa amministrattiva ta’ EUR 20 700;

bħala prekawzjoni, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv tal-ECHA MB/D/29/2010, tat-12 ta’ Novembru 2010, dwar il-klassifikazzjoni tas-servizzi li għalihom jintalab il-ħlas ta’ tariffa;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 u tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll tal-ksur tal-prinċipju ta’ għoti tal-kompetenzi

Id-deċiżjoni kkontestata tikser ir-regolament dwar it-tariffi, għaliex il-konvenuta tista’ biss timponi tariffi amministrattivi, filwaqt li l-kompetenza li jiġu imposti multi bħala deterrent hija tal-Istati Membri. It-tariffi amministrattivi għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-portata tal-attivitajiet imwettqa mill-ECHA. L-impożizzjoni ta’ tariffa amministrattiva ta’ EUR 20 700 minħabba f’dikjarazzjoni żbaljata tad-daqs tal-impriża għandha l-funzjoni ta’ penali u għalhekk hija simili għal multa. Għalhekk, il-konvenuta kienet interferixxiet fis-setgħat tal-Istati Membri bi ksur tal-prinċipju ta’ għoti tal-kompetenzi stabbilit fl-Artikolu 5 TUE, u b’mod li aġixxiet f’ċirkustanzi ta’ nuqqas ta’ kompetenza fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza

L-istabbiliment tal-ammont tat-tariffa amministrattiva skont id-daqs tal-impriża, imur kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza stabbilit fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi Ewropew ta’ Prattika Amministrattiva Tajba u fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Skont id-definizzjoni tagħhom stess, it-tariffi amministrattivi jservu sabiex ikopru l-ispiża tas-servizzi amministrattivi, għalhekk ma hijiex iġġustifikata oġġettivament distinzjoni bbażata fuq id-daqs tal-impriżi rreġistrati. Fil-fatt, il-portata tal-attivitajiet imwettqa mill-amministrazzjoni sabiex tivverifika d-daqs tal-impriża hija simili. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-impriżi l-kbar li kienu kklassifikati b’mod żbaljat bħala impriża żgħira u ta’ daqs medju għandhom iħallsu tariffa li mhux biss tkopri l-ispejjeż marbuta mal-verifika tad-daqs tagħhom stess, iżda wkoll l-ispejjeż marbuta mal-verifika tad-daqs tal-impriżi l-oħra, kif ukoll l-ispejjeż għal servizzi oħra pprovduti mill-ECHA.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali

Meta ddikjarat li l-impriża tagħha kienet żgħira r-rikorrenti kienet temmen, għalkemm kienet żbaljata dwar dan, li din kienet klassifikazzjoni korretta tad-daqs tal-impriża. Skont l-informazzjoni taħt l-intestatura “tariffi” fuq is-sit tal-ħelpdesks nazzjonali għar-REACH, id-daqs ta’ impriża hija ddefinita mil-liġi nazzjonali dwar il-libertà tal-attività ekonomika. Skont din il-liġi, fid-determinazzjoni tad-daqs tal-impriża ma kienx meħtieġ li tingħata ħarsa lejn l-istruttura tal-azzjonisti tagħha, iżda kien meħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni n-numru ta’ impjegati u d-dħul mill-bejgħ nett annwali, data li ġiet ikkunsidrata mir-rikorrenti. L-obbligu ta’ teħid inkunsiderazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, tas-6 Mejju 2003, sabiex jiġi ddeterminat id-daqs tal-impriża, ma ġiex ikkomunikat lill-persuni kkonċernati b’mod korrett. Barra minn hekk, l-ECHA ma informatx lill-impriżi dwar l-ammont tat-tariffi amministrattivi imposti fil-każ ta’ klassifikazzjoni żbaljata tad-daqs tal-impriża, bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq abbuż ta’ poter

Il-konvenuta wettqet abbuż ta’ poter meta stabbilit, fid-deċiżjoni MB/D/29/2010, rati għoljin wisq ta’ tariffi u wkoll meta attribwiet lilha nnifisha setgħat ferm wiesgħa fil-forma tal-applikabbiltà ta’ kwalunkwe mezzi legali sabiex tiġbor u jitħallsu dawn it-tariffi. L-Artikolu 13(4) tar-Regolament Nru 340/2008 ma jistax jiġġustifika dawn il-kompetenzi. L-impożizzjoni ta’ tariffa amministrattiva għandha għan differenti minn dak stabbilit fil-premessa 2 tar-Regolament Nru 340/2008 (biex ikopri l-ispiża tas-servizzi mwettqa mill-ECHA) u ma tirriflettix il-portata tal-attivitajiet imwettqa mill-konvenuta, iżda tikkostitwixxi multa illegalment imposta fuq ir-rikorrenti.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/19


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2012 — Nissan Jidosha vs UASI (CVTC)

(Kawża T-572/12)

2013/C 79/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nissan Jidosha KK (Yokohama-shi, il-Ġappun) (rappreżentanti: B. Brandreth, Barrister u D. Cañadas Arcas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tas-6 ta’ Settembru 2012, (Każ R 2469/2011-1)

tordna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż tagħha sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “CVTC” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 12

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għat-tiġdid tat-trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 50 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/209.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/19


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2012 — NIOC et vs Il-Kunsill

(Kawża T-577/12)

2013/C 79/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: National Iranian Oil Company PTE Ltd (NIOC) (Singapor, Singapor); National Iranian Oil Company International Affairs Ltd (NIOC International Affairs) (Londra, ir-Renju Unit); Iran Fuel Conservation Organization (IFCO) (Téhéran, l-Iran); Karoon Oil & Gas Production Co. (Ahwaz, l-Iran); Petroleum Engineering & Development Co. (PEDEC) (Téhéran); Khazar Exploration and Production Co. (KEPCO) (Téhéran); National Iranian Drilling Co. (NIDC) (Ahwaz); South Zagros Oil & Gas Production Co. (Shiraz, l-Iran); Maroun Oil & Gas Co. (Ahwaz); Masjed-Soleyman Oil & Gas Co. (MOGC) (Khouzestan, l-Iran); Gachsaran Oil & Gas Co. (Ahmad, l-Iran); Aghajari Oil & Gas Production Co. (AOGPC) (Omidieh, l-Iran); Arvandan Oil & Gas Co. (AOGC) (Khoramshar, l-Iran); West Oil & Gas Production Co. (Kermanshah, l-Iran); East Oil & Gas Production Co. (EOGPC) (Mashhad, l-Iran); Iranian Oil Terminals Co. (IOTC) (Téhéran); Pars Special Economic Energy Zone (PSEEZ) (Boushehr, l-Iran); u Iran Liquefied Natural Gas Co. (Téhéran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

tiddikjara inapplikabbli fil-konfront tagħhom ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012;

tiddikjara inapplikabbli fil-konfront tagħhom id-Deċiżjoni 2012/635/PESK;

tordna li l-Kunsill ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE, peress li r-Regolament ta’ Implementazzjoni li jinkludi lir-rikorrenti fil-lista tal-entitajiet issanzjonati ma jindikax espressament il-bażi legali li huwa bbażat fuqha.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali, peress li l-bażi legali għar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 945/2012 (1) hija r-Regolament Nru 267/2012 (2), li għandu jiġi ddikjarat inapplikabbli fil-konfront tar-rikorrenti peress li, minn naħa, dan ġie adottat bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 215 TFUE u, min-naħa l-oħra, peress li l-Artikolu 23(2)(d) tiegħu, li jikkostitwixxi l-bażi legali għall-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, jikser it-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

It-tielet, ir-raba’, il-ħames u s-sitt motivi insostenn tan-nullità tal-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012 u tal-Anness għad-Deċiżjoni 2012/635/PESK (3) ibbażati fuq (i) żball ta’ liġi, (ii) żball ta’ fatt, (iii) il-fatt li l-imsemmija inklużjoni tikser id-drittijiet tad-difiża, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif ukoll (iv) il-fatt li l-imsemmija inklużjoni tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(4)

Is-seba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ applikabbiltà fil-konfront tar-rikorrenti tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni 2012/635/PESK, li jikkostitwixxi l-bażi legali għall-inklużjoni tagħhom fil-listi tal-entitajiet milquta minn miżuri restrittivi, minħabba li din id-dispożizzjoni tmur kontra t-Trattati, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012 tal-15 ta’ Ottubru 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58).


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/20


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2012 — NIOC vs Il-Kunsill

(Kawża T-578/12)

2013/C 79/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: National Iran Oil Co. (NIOC) (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J. M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti;

tiddikjara inapplikabbli fir-rigward tagħha r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012;

tiddikjara inapplikabbli fir-rigward tagħha d-Deċiżjoni 2012/635/PESK;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi li essenzjalment huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-577/12, NIOC et vs Il-Kunsill.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/21


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2012 — Yaqub vs UASI — It-Turkija (ATATURK)

(Kawża T-580/12)

2013/C 79/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: J. Yaqub (Nottingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Jenkins, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ir-Repubblika tat-Turkija

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tas-17 ta’ Settembru 2012.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “ATATURK” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 25, 29, 30 u 32 (Trade mark Komunitarja 4 633 434)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-Repubblika tat-Turkija

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità kienet ibbażata fuq raġunijiet għal rifjut skont l-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(10(b) u (f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ

Motivi invokati: ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/21


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — CFE-CGC France Télécom-Orange vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-2/13)

2013/C 79/38

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CFE-CGC France Télécom-Orange (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A.-L. Lefort des Ylouses u A.-S. Gay, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors tal-union ammissibbli;

tiddikjara l-annullament tad-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Bir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9403 finali, tal-20 ta’ Settembru 2011, li tiddikjara bħala kompatibbli mas-suq intern, taħt ċerti kundizzjonijiet, l-għajnuna mwettqa mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom dwar ir-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom [Għajnuna mill-Istat Nru C 25/2008 (ex NN 23/2008)] (1).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, prinċipalment, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat ir-riforma fil-metodu ta’ finanzjament tal-irtirar tal-uffiċjali tal-Istat assenjati ma’ France Télécom implementata mil-liġi Nru 96-660 tas-26 ta’ Lulju 1996. Ir-rikorrenti tosserva li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE:

meta kkunsidrat li l-liġi tal-1996 setgħet tiġi kkwalifikata bħala vantaġġ ekonomiku;

meta kkonkludiet li r-riforma kellha natura selettiva, minkejja li l-assenza ta’ paragun estern teskludi kull selettività;

meta kkunsidrat li l-liġi tal-1996 tista’ toħloq distorsjonijiet fil-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, minkejja li l-ħlas ta’ kontribuzzjoni eċċezzjonali minn France Télécom effettivament innewtralizzat l-effetti żvantaġġużi li l-liġi tal-1990 kellha fuq France Télécom.

(2)

It-tieni motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni meta ssuġġettat il-kompatibbiltà tal-liġi tal-1996 mas-suq intern għall-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur ta’ diversi prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-prinċipju tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet, id-dritt għal smigħ tal-partijiet interessati, il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u d-dritt għal rispett ta’ terminu raġonevoli.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, peress li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex intiża sabiex tiġi rkuprata għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern, iżda sabiex fil-ġejjieni timponi fuq France Télécom spejjeż supplimentari li jkollhom l-effett li jwaqqfu l-iżvilupp tagħha fis-swieq tat-telekomunikazzjonijiet.


(1)  ĠU 2012, L 279, p. 1.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/22


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — Ronja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-3/13)

2013/C 79/39

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ronja s.r.o. (Znojmo, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: E. Engin Deniz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tipproċedi għall-proċedura orali;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni f’Gestdem 2012/3329 u tippermetti l-aċċess għad-dokumenti kollha;

tikkonstata li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi ma tatx bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika tal-Awstrija minħabba ksur tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/37/KE (1) u tal-Artikolu 34 TFUE abbażi tal-Artikolu 7a tal-Att Awstrijak dwar it-Tabakk;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża u tar-rappreżentazzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka fost oħrajn il-motivi li ġejjin.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tat-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2)

Fuq dan il-punt, ir-rikorrenti essenzjalment issostni li l-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess sħiħ għad-dokumenti mitluba (ittri bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u l-Kummissjoni b’konnessjoni mal-ilment Nru 2008/4340 fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ konformità tal-Att Awstrijak dwar it-Tabakk mad-Direttiva 2001/37) għall-biċċa l-kbira fuq il-bażi tal-argumenti tal-awtoritajiet Awstrijaċi, mingħajr ma eżaminat il-kontenut ta’ dawn l-argumenti. Skont ir-rikorrenti, madankollu, ma huwiex l-aċċess għad-dokumenti, iżda r-rifjut ta’ aċċess li kellu effetti negattivi fuq il-proċedura dwar ir-responsabbiltà tal-Istat li hija bdiet quddiem il-Verfassungsgerichthof tal-Awstrija. Hija żżid li l-iskop tad-deroga fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kien pjuttost jeżiġi l-għoti ta’ aċċess għad-dokumenti inkwistjoni.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq in-nuqqas li jingħata bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika tal-Awstrija minħabba ksur tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/37 u tal-Artikolu 34 TFUE abbażi tal-Artikolu 7a tal-Att Awstrijak dwar it-Tabakk

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti b’mod partikolari ssostni li kieku ngħata bidu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, fid-deċiżjoni tagħha fuq ir-responsabbiltà tal-Istat, il-Verfassungsgerichthof tal-Awstrija ma setgħetx tasal fid-deċiżjoni tagħha dwar id-drittijiet tar-rikorrenti li jirriżultaw mir-responsabbiltà tal-Istat għall-konklużjoni li d-Direttiva 2001/37 tagħti biss drittijiet lill-konsumaturi iżda mhux lill-impriżi.


(1)  Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropej u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147).

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/22


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2013 — ADEAS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-7/13)

2013/C 79/40

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Association pour la Défense de l’Épargne et de l’Actionnariat des Salariés de France Télécom-Orange (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A.-L. Lefort des Ylouses u A.-S. Gay, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara bħala ammissibbli r-rikors tal-ADEAS;

tiddikjara l-annullament tad-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9403 finali, tal-20 ta’ Diċembru 2011, li tiddikjara, taħt ċerti kundizzjonijiet, bħala kompatibbli mas-suq intern l-għajnuna implementata mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom dwar ir-riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-irtirar tal-uffiċċjali tal-Istat marbuta ma’ France Télécom [għajnuna mill-Istat Nru C 25/2008 (ex NN 23/2008)] (1).

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment simili jew identiċi għal dawk sostnuti fil-kuntest tal-Kawża T-2/13, CFE-CGC France Télécom-Orange vs Il-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2012, L 279, p. 1.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/23


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2013 — National Iranian Gas Company vs Il-Kunsill

(Kawża T-9/13)

2013/C 79/41

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: The National Iranian Gas Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: E. Glaser u S. Perrotet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn dan jemenda l-Artikolu 20(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn din niżżlet lill-kumpannija NIGC fil-lista tal-entitajiet li għandhom ikunu suġġetti għal miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/412/PESK;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn dan niżżel lill-kumpannija NIGC fil-lista tal-entitajiet li għandhom ikunu suġġetti għal miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012;

tiddikjara inapplikabbli fir-rigward tan-National Iranian Gas Company, ir-Regolament Nru 267/2012, id-Deċiżjoni Nru 2010/413/PESK kif emendata bid-Deċiżjonijiet 2012/35/PESK u 2012/635/PESK fid-dispożizzjonijiet tagħhom li jintroduċu, u sussegwentement jemendaw l-Artikolu 20(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u li jintroduċu lir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II;

u, sussidjarjament fl-eventwalità li l-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni Nru 2012/635/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn dan emenda l-Artikolu 20(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK ma jiġix annullat, tiddikjarah inapplikabbli fir-rigward tan-National Iranian Gas Company.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq inapplikabbiltà tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1) kif imdaħħal u emendat bid-Deċiżjonijiet 2012/35/PESK (2) u 2012/635/PESK (3), kif ukoll fuq illegalità tal-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni 2012/635/PESK li jemenda l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, peress li dawn id-deċiżjonijiet huma bbażati fuq kunċetti mhux preċiżi u indeterminati, kuntrarji għad-dritt għall-proprjetà u għall-prinċipju ta’ proporzjonalità.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq irregolarità ta’ proċedura u fuq l-inkompetenza tal-Kunsill li jaġixxi waħdu skont l-Artikolu 215 TFUE.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, billi l-Kunsill ibbaża ruħu fuq elementi vagi u impreċiżi li ma jistgħux jiġu vverifikati.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, peress li r-rikorrenti tinsab imċaħħda mid-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u mid-dritt għall-proprjetà tagħha, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn motivazzjoni insuffiċjenti li ma tippermettix lir-rikorrenti li tiddefendi ruħha b’mod effettiv u ma tippermettixx lill-Qorti Ġenerali li teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha. Ir-rikorrenti ssostni li hija ma kellhiex aċċess għad-dokumenti tal-fajl tagħha quddiem il-Kunsill.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq assenza ta’ provi kontra r-rikorrenti, peress li l-Kunsill jibbaża ruħu fuq sempliċi allegazzjonijiet.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi, peress li mill-fatt li r-rikorrenti kienet impriża pubblika l-Kunsill iddeduċa li hija kienet tagħti l-għajnuna finanzjarja tagħha lill-Gvern Iranjan.

(7)

Is-seba’ motiv ibbażat fuq ineżattezza materjali tal-fatti, peress li r-rikorrenti ma hijiex kumpannija miżmuma u amministrata mill-Istat u r-rikorrenti ma tatx l-għajnuna finanzjarja tagħha lill-Gvern Iranjan.

(8)

It-tmien motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li r-restrizzjonijiet miġjuba lid-dritt għall-proprjetà tar-rikorrenti u lid-dritt tagħha li teżerċità attività ekonomika kienu sproporzjonati fir-rigward tal-għan segwit. Ir-rikorrenti ssostni li l-iffriżar tal-fondi tagħha ma ssodisfax l-għan segwit peress li din ma hijiex involuta fl-implementazzjoni tal-programm nukleari li bih il-Gvern Iranjan huwa akkużat.

(9)

Id-disa’ motiv ibbażat fuq assenza ta’ bażi legali għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 945/2012 (4).

(10)

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-fatt li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 945/2012 huwa vvizzjat minn inkompetenza u minn motivazzjoni insuffiċjenti.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif rettifikata.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/35/PESK, tat- 23 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (Ġ L 19, p. 22), kif rettifikata.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58).

(4)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/24


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2013 — Bank of Industry and Mine vs Il-Kunsill

(Kawża T-10/13)

2013/C 79/42

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bank of Industry and Mine (Téhéran, l-Iran) (rappreżentanti: E. Glaser u S. Perrotet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn din emendat l-Artikolu 20(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn din niżżlet lill-kumpannija BIM fil-lista tal-entitajiet suġġetti tal-miżuri ta’ iffriżar ta’ fondi msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK;

tannulla fl-intier tiegħu r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn dan niżżel lill-kumpannija BIM fil-lista tal-entitajiet suġġetti tal-miżuri ta’ iffriżar ta’ fondi msemmija fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012;

tiddikjara inapplikabbli fir-rigward tal-BIM, ir-Regolament Nru 267/2012, id-Deċiżjoni Nru 2010/413/PESK hekk kif emendata mid-Deċiżjonijiet 2012/35/PESK u 2012/635/PESK fid-dispożizzjonijiet tagħhom li jintroduċu u mbagħad jemendaw l-Artikolu 20(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u li jsemmu lir-rikorrenti fil-lista li tinsab fl-Anness II;

u, sussidjarjament fl-ipoteżi fejn l-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni Nru 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn hija emendat l-Artikolu 20(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK ma jkunx annullat, tiddikjaraha inapplikabbli fir-rigward tal-BIM;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi li huma essenzjalment identiċi għal jew jixbhu lil dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-9/13, National Iranian Gas Company vs Il-Kunsill.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/24


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2013 — ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/13)

2013/C 79/43

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-rikorrenti ma għandhiex tħallas lura, fir-rigward ta’ ammonti mħallsa indebitament, l-ammont li l-Kummissjoni ħallsitilha għall-proġett POCEMON;

tiddikjara li r-rikorrenti ma għandhiex tħallas lill-Kummissjoni kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa għall-proġett POCEMON

tiddikjara li l-Kummissjoni ma setgħetx tipproċedi leġittimament għall-kumpens tal-ammont li kellha tħallas lil ANKO, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti relatati mal-kawża

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 272 TFUE, dwar il-kuntratt Nru 216088 għall-implementazzjoni tal-proġett “Point Of CarE MONitoring and Diagnostics for Autoimmune Diseases” (POCEMON). B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni, minkejja li ssodisfat l-obbligi kuntrattwali tagħha, talbet ir-rimbors tal-ammonti mħallsa lill-ANKO bi ksur ta’ dan il-kuntratt, tal-prinċipju ta’ bona fide, tal-projbizzjoni ta’ abbuż tad-dritt u tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni riedet tikkumpensa krediti li ma kinux ċerti, likwidi u dovuti.

Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li ma hijiex obbligata tirrimborsa, peress li mħallas indebitament, l-ammont kollu li l-Kummissjoni ħallsitilha għall-proġett POCEMON. It-tieni nett, hija tqis li ma hijiex obbligata li tħallas lill-Kummissjoni kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa (liquidated damages) għall-proġett POCEMON. It-tielet nett, hija tikkonkludi li l-Kummissjoni ma kinetx intitolata tipproċedi għall-kumpens tal-ammonti dovuti lir-rikorrenti li ma humiex ċerti, likwidi u dovuti.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/25


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2013 — Ekologický právní servis vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-19/13)

2013/C 79/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ekologický právní servis (Brno, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Černý, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2012) 8382, tat-12 ta’ Novembru 2012, li tiddikjara inammissibbli t-talba tar-rikorrent intiża għall-eżami intern mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4576, tas-6 ta’ Lulju 2012, dwar l-applikazzjoni nnotifikata mir-Repubblika Ċeka, skont l-Artiklu 10c(5) tad-Direttiva 2003/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għall-finijiet tal-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti b’mod tranżitorju għall-modernizzazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4576, tas-6 ta’ Lulju 2012, dwar l-applikazzjoni nnotifikata mir-Repubblika Ċeka, skont l-Artiklu 10c(5) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-finijiet tal-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti b’mod tranżitorju għall-modernizzazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

(1)

Permezz tal-ewwel motiv, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2012) 8382, tat-12 ta’ Novembru 2012, hija illegali, peress li tikser l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 2(1)(g) u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (2).

(2)

Permezz tat-tieni motiv, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4576, tas-6 ta’ Lulju 2012, hija illegali, peress li tikser l-Artikolu 263 TFUE, id-Direttiva 2003/87/KE li tistabblixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, kif emendata bid-Direttiva 2009/29/KE (3), il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Dokument ta’ gwida dwar l-applikazzjoni mhux obbligatorja tal-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE (2011/C 99/03) u d-Direttiva 2001/42/KE (4) dwar l-istima tal-effetti ta’ ċertu pjanijiet u programmi fuq l-ambjent.


(1)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).

(3)  Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (ĠU L 140, p. 63).

(4)  Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/26


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2013 — ECC Couture vs UASI — Ball Wholesale (Culture)

(Kawża T-28/13)

2013/C 79/45

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: ECC Couture BV (Oldenzaal, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. A. S. M. van Leent u I. de Jonge, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ball Wholesale ApS (Billund, id-Danimarka)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta’ Ottubru 2012, fil-Każ R 290/2012-1, sa fejn f’din id-deċiżjoni r-rikorrenti tilfet u ġiet ikkundannata għall-ispejjeż tal-proċedimenti;

tiddikjara li r-reġistrazzjoni Komunitarja Nru 993 511 tat-trade mark figurattiva “Culture” hija valida għall-prodotti u għas-servizzi kollha li huma s-suġġett tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-kawża b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tkopri l-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurativa “Culture” għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 — Trade mark Komunitarja Nru 993 511

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ball Wholesale ApS

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: trade mark verbali nazzjonali “CULTURE” għal prodotti fil-klassijiet 14, 25 u 26

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/26


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar2013 — AbbVie et vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)

(Kawża T-29/13)

2013/C 79/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AbbVie, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) u AbbVie Ltd (Maidenhead, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Bogaert, G. Berrisch, avukati, u B. Kelly, Solicitor)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini EMA/685471/2012, tal-5 ta’ Novembru 2012, li tagħti aċċess għad-dokumenti mill-fajl ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali; u

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-ispejjeż kollha, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors preżenti huwa intiż għall-annullament, taħt l-Artikolu 263(4) TFUE, tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini EMA/685471/2012, tal-5 ta’ Novembru 2012, li tagħti aċċess għad-dokumenti mill-fajl ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar it-trasparenza u tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar it-trasparenza.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċpju tal-aspettattivi leġittimi.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-Direttiva 2001/29/KE (1) dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, tad-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni tad-dritt għall-proprjetà, inklużi d-drittijiet tal-awtur u tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn l-aċċess jingħata billi tiġi pprovduta kopja tad-dokumenti.


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/27


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2013 — GRE vs UASI — Villiger Söhne (LIBERTE american blend)

(Kawża T-30/13)

2013/C 79/47

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Villiger Söhne GmbH (Waldshut-Tiengen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Novembru 2012, fil-Każ R 731/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “LIBERTE american blend” għal prodotti fil-klassi 34 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 481 252

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Villiger Söhne GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali u figurattiva li jinkludu l-element verbali “LA LIBERTAD”, għal prodotti fil-klassijiet 14 u 34.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/27


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2013 — Meta Group vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-34/13)

2013/C 79/48

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Meta Group Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bartolini, V. Colcelli, u A. Formica, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla n-Nota Nru 1687862 tad-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija tal-11 ta’ Diċembru 2012;

tannulla r-Rapport tal-Verifika Nru S12.16817;

u sa fejn meħtieġ:

tannulla n-Nota tad-DĠ għall-implementazzjoni tal-Baġit (baġit ġenerali u EDF) tal-Kummissjoni Ewropea, tat-12 ta’ Novembru 2012, dwar il-“Pagament permezz ta’ tpaċija ma kreditu tal-Kummissjoni” li biha l-Kummissjoni kkomunikat li l-kreditu ta’ EUR 69 061,80 li Meta Group iddikjarat li kien dovut mingħand il-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt Take-it-Up (Nru 245637) kien ġie mpaċi mad-debitu korrispondenti dovut minn Meta Group kif jidher fin-Nota ta’ Debitu Nru 32412078833;

tannulla n-Nota Nru 1380282 tad-DĠ għall-implimentazzjoni tal-Baġit (baġit ġenerali u EDF) tal-Kummissjoni Ewropea, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar it-tpaċija tal-kreditu ta’ EUR 16 772,36 li Meta Group iddikjarat li kien dovut mingħand il-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt BCreative (Nru 245599), mad-debitu korrispondenti, kif jidher fin-Nota ta’ Debitu Nru 32412078833;

tannulla n-Nota Nru 1380323 tad-DĠ għall-implimentazzjoni tal-Baġit (baġit ġenerali u EDF) tal-Kummissjoni Ewopea, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar it-tpaċija tal-kreditu ta’ EUR 16 772,36 li Meta Group iddikjarat li kien dovut mingħand il-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt BCreative mad-debitu ekwivalenti korrispondenti;

tannulla n-Nota Nru 1387638 tad-DĠ għall-implimentazzjoni tal-Baġit (baġit ġenerali u EDF) tal-Kummissjoni Ewropea, tat-22 ta’ Novembru 2012, dwar it-tpaċija tal-kreditu ta’ EUR 220 518,25 li Meta Group iddikjarat li kien dovut mingħand il-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt Take-it-Up (Nru 245637) u l-kuntratt Ecolink+ (Nru 256224) mas-somma ta’ EUR 209 108,92, kif tirriżulta fin-Nota ta’ Debitu Nru 32412078833;

u għaldaqstant, tikkundanna lill-Amministrazzjoni għal ħlas favur ir-rikorrenti fl-ammont ta’ EUR 424 787,9, bl-interessi moratorji;

tikkundanna lill-Amministrazzjoni għall-ħlas tad-dannu konsegwenti subit mir-rikorrenti.

u tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda l-ftehim ta’ għajnuna konkluż bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni fil-kuntest tal-“Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) (2007-2013)”.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatt, fuq ksur tal-Emenda Nru 1 tal-kuntratt Ecolink+, tal-14 ta’ Ottubru 2011, fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, u ksur tal-prinċipji ta’ rispett tad-drittijiet kweżiti, ta’ ċertezza legali u ta’ dmir ta’ premura.

Fuq dan il-punt, huwa sostnut li l-aġir tal-Kummissjoni kien jinkludi ksur tal-impenji kuntrattwali li daħlet għalihom fil-konfront ta’ Meta Group, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-aċċettazzjoni tal-metodu ta’ kalkolu propost mir-rikorrenti.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 11 tal-ftehim ta’ għajnuna li jikkonċerna l-Programm CIP (BCreative, Take-it-Up, Ecolink+), fuq ksur tal-prinċipju ta’ raġonevolezza, kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti.

Fuq dan il-punt, huwa sostnut li r-rikorrenti pproduċiet il-prova li r-remunerazzjoni tal-ħaddiema tagħha kienet konformi kemm mal-valur tas-suq kif ukoll mar-remunerazzjoni ta’ ħaddiema li jaħdmu għal rashom parasubordinati (“konsulenti in house”) u ta’ impjegati li jwettqu attivitajiet simili. Skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, dawn il-minimi jistgħu jiżdiedu anki b’100 % jekk is-servizz mitlub huwa “partikolarment importanti, kumpless jew diffiċli” (ara l-Artikolu 6(1) tad-Digriet Ministerjali Nru 169 tat-2 ta’ Settembru 2010). L-ingaġġ, minn naħa ta’ Meta Group, ta’ esperti internazzjonali midħla f’attivitajiet marbuta mal-proġetti inkwistjoni abbażi ta’ “kollaborazzjoni kuntrattwali kontinwa u koordinata” huwa wkoll perfettament leġittimu.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-azzjoni amministrattiva u fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ trasparenza u ta’ predeterminazzjoni tal-kriterji.

F’dan ir-rigward, huwa sostnut li l-eżistenza ta’ numru ta’ kriterji li jistgħu jintużaw għad-determinazzjoni tal-metodi li jikkalkulaw ir-remunerazzjonijiet kellu jwassal lill-amministrazzjoni sabiex tadotta l-iktar kriterju favorevoli għal individwi privati. Ladarba ġie magħruf li hemm diskrepanza konsiderevoli bejn ir-rata mħallsa fis-swieq Taljani u dawk Ewropej għall-istess servizzi, l-aġir xieraq tal-amministrazzjoni kellu jkun li tiġi adottata s-soluzzjoni li tikkawża l-inqas detriment possibbli lir-rikorrenti.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegat żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti, fuq ksur tal-Emenda Nru 1 tal-kuntratt Ecolink+, tal-14 ta’ Ottubru 2011, u fuq ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ bona fide, ta’ rispett tad-drittijiet kweżiti, ta’ ċertezza legali u ta’ dmir ta’ premura

Fuq dan il-punt, huwa sostnut li d-deċiżjonijiet ta’ tpaċija huma illegali, peress illi s-somom indikati bħala krediti dovuti lil Meta Group fir-rigward tal-kuntratti msemmija iktar ’il fuq huma ħafna inqas minn dawk attwalment dovuti. B’mod partikolari l-Kummissjoni, permezz tal-final audit report ikkontestat f’din il-kawża, applikat b’mod arbitrarju, fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli li jikkonċernaw il-ħaddiema, rata fis-siegħa sostanzjament inqas minn dik proposta minn Meta Group.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba kif ukoll fuq motivazzjoni insuffiċjenti.

Fuq dan il-punt, huwa sostnut li d-deċiżjonijiet ta’ tpaċija huma kompletament nieqsa minn motivazzjoni, anki fir-rigward tal-kriterji u tal-parametri użati fil-kalkolu. Għalhekk, peress li l-konklużjonijiet finali tar-rapport ta’ verifika ma kinux disponibbli għall-Meta Group meta ġiet innotifikata bid-deċiżjonijiet ta’ tpaċija inkwistjoni, il-Kummissjoni kellha tipprovdi kjarifika fir-rigward tal-evalwazzjonijiet magħmula abbażi tad-deċiżjoni li tuża metodi differenti għall-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli mill-metodi ddeterminat fil-kuntratti.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq allegat żball manifest fil-kalkolu mwettaq fil-kuntest tad-determinazzjoni tas-somom dovuti lir-rikorrenti.

F’dan ir-rigward, huwa sostnut li anki l-kalkoli mwettqa mill-Kummissjoni għal finijiet ta’ tpaċija jidhru li huma żbaljati, anki jekk tiġi applikata r-rata fissa li tikkonċerna l-Programm “Marie Curie”, il-kontijiet huma inkonsistenti.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2013 — Meta Group vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-35/13)

2013/C 79/49

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Meta Group Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bartolini, V. Colcelli, u A. Formica, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla n-nota tad-D.Ġ. tal-Budget execution (general budget and EDF) tal-Kummissjoni Ewropea tat-12.11.2012 (referenza nru 1328694), li għandha bħala għan “il-ħlas permezz ta’ tpaċija bejn il-krediti u d-debiti tal-Kummissjoni”, li biha l-Kummissjoni kienet tikkomunika l-imsemmija tpaċija tal-kreditu ta’ EUR 69 061,89 ivvantat minn META Group kontra l-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt Take-it-Up (nru 245637) mad-debitu korrispettiv hekk kif jirriżulta mid-Debit Note nru 32412078833.

tannulla n-nota tad-D.Ġ. tal-Budget execution (general budget and EDF) tal-Kummissjoni Ewropea tal-21.11.2012 (referenza nru 1380282), li għandha bħala għan it-tpaċija tal-kreditu ta’ EUR 16 772,36 ivvantat minn META Group kontra l-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt BCreative (nru 245599), mad-debitu korrispettiv hekk kif jirriżulta mid-Debit Note nru 32412078833.

tannulla n-nota tad-D.Ġ. tal-Budget execution (general budget and EDF) tal-Kummissjoni Ewropea tal-21.11.2012 (referenza nru 1380323), li għandha bħala għan it-tpaċija tal-kreditu ta’ EUR 16 772,36 ivvantat minn META Group kontra l-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt BCreative mad-debitu korrispettiv ekwivalenti.

tannulla n-nota tal-Budget execution (general budget and EDF) tal-Kummissjoni Ewropea tat-22.11.2012 (referenza nru 1387638), li għandha bħala għan it-tpaċija tal-kreditu ta’ EUR 220 518,25 ivvantat minn META Group kontra l-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt Take-it-UP (nru 245637) u Ecolink+ (nru 256224) mas-somma ta’ EUR 209 180,92, hekk kif jirriżulta mid-Debit Note nru 32412078833.

B’konsegwenza ta’ dan:

tikkundanna lill-amministrazzjoni għall-ħlas favur ir-rikorrenti tal-ammont ta’ EUR 424 787, kif ukoll għall-interessi moratorji.

tikkundanna lill-amministrazzjoni għall-ħlas tad-dannu li ġie mġarrab mir-rikorrenti minħabba f’hekk.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk imsemmija fil-Kawża T-34/13.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/29


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2013 — Erreà Sport vs UASI — Facchinelli (ANTONIO BACIONE)

(Kawża T-36/13)

2013/C 79/50

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Erreà Sport SpA (Torrile, l-Italja) (rappreżentanti: D. Caneva u G. Fucci, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Antonio Facchinelli (Dalang, iċ-Ċina)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2012 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 1561/2011-1 u, b’konsegwenza, tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ppubblikata fil-Bullettin tat-trade marks Komunitarji Nru 117/2010, iddepożitata minn Antonio Facchinelli għall-prodotti kollha;

bil-ħlas tal-ispejjeż sostnuti minn Errèa Sport S.p.A. matul dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Antonio Facchinelli

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li fiha l-elementi verbali “ANTONIO BACIONE”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 18 u 25 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarju Nru. 9 056 037

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “erreà” u t-trade mark figurattiva li fiha żewġ djamanti maqtugħa, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 25, 28, 35 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/30


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2013 — 1. garantovaná vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-42/13)

2013/C 79/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 1. garantovaná a.s. (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: M. Powell, Solicitor, G. Forwood, Barrister, M. Staroň u P. Hodál, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla l-ittra tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2012, fil-Każ COMP/39.396 — Karbur tal-Kalċju, sa fejn hija:

tapplika rata ta’ interessi ta’ 4.5 % għall-perijodi li matulhom il-Qorti tal-Ġustizzja kienet (i) issospendiet l-applikazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, fil-Każ COMP/39.396 — reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjeżju għall-industriji tal-azzar u tal-gass, fir-rigward tar-rikorrenti, u (ii) issospendiet l-obbligu fuq ir-rikorrenti li tipprovdi garanzija bankarja sabiex tevita l-irkupru immedjat tal-multa imposta permezz tal-Artikolu 2 ta’ dik id-deċiżjoni;

tistabbilixxi l-bilanċ pendenti fil-25 ta’ Jannar 2013, li jkopri l-multa u l-interessi moratorji, għal EUR 20 293 586,60;

tagħti avviż formali li r-rikorrenti għandha, sa mhux iktar tard mill-25 ta’ Jannar2013, jew tagħmel ħlas provviżorju ta’ EUR 20 293 586,60 jew tiddepożita garanzija finanzjarja aċċettabbli li tkopri dan l-ammont.

Tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma kellha l-ebda bażi legali sabiex timponi interessi fir-rigward tal-perijodu kopert mid-digriet għal miżuri provviżorji ex parte, billi d-digriet għal miżuri provviżorji ex parte tal-20 ta’ Ottubru 2009 issospenda l-applikazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2009) 5791 sa fejn kien jirrigwarda lir-rikorrenti. Bħala tali, il-multa ma saritx “dovuta” skont it-tifsira tal-Artikolu 79(ċ) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni (1). Skont il-prinċipju ta’ accessorium sequitur principale, l-interessi marbutin mal-multa jistgħu biss jibdew jakkumulaw mid-data li fiha l-multa hija dovuta.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li, fir-rigward tal-perijodu kopert mid-digriet għal miżuri provviżorji, l-applikazzjoni tar-rata ta’ interessi bħala penali ta’ 4.5 % kienet tikser l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti, billi d-digiriet għal miżuri provviżorji tat-2 ta’ Marzu 2011 issospenda l-obbligu fuq ir-rikorrenti li tipprovdi garanzija bankarja sabiex tevita l-irkupru immedjat tal-multa imposta fuqha permezz tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C(2009) 5791. Din qiegħdet lir-rikorrenti fl-istess pożizzjoni li kienet tkun fiha, li kieku pprovdiet garanzija bankarja. Ir-rikorrenti kienet għalhekk intitolata li tibbaża fuq aspettattiva leġittima, maħluqa mill-ittra tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Lulju 2009 li tinnotifika d-Deċiżjoni C(2009) 5791, li l-interessi fuq il-multa kellhom jitħallsu bir-rata stabbilita fl-Artikolu 86(5) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-applikazzjoni tar-rata ta’ interessi bħala penali ta’ 4.5 % għall-perijodi koperti mid-digrieti għal miżuri provviżorji ċċaħħad lid-digrieti għal miżuri provviżorji mill-effett prattiku tagħhom, billi r-raġunament għaż-żewġ rati ta’ interessi li jinsab fl-Artikoli 86(2)(b) u 86(5) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni huwa sabiex jinċentivaw impriżi li jipprovdu garanzija bankarja, u, bil-maqlub, sabiex jippenalizzaw lil min jirrifjuta jħallas il-multa meta ssir dovuta, jew li jirrifjutaw li jipprovdu garanzija bankarja xierqa. Ir-rikorrenti ma għandhiex tkun ippenalizzata bl-impożizzjoni ta’ rata ta’ interessi punittiva talli ma pprovdietx garanzija bankarja, f’ċirkustanzi meta (i) il-Qorti tal-Ġustizzja ssospendiet l-applikazzjoni tal-multa, u (ii) iddeċidiet li kien oġġettivament impossibbli għar-rikorrenti li tipprovdi garanzija bankarja.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-applikazzjoni tar-rata ta’ interessi bħala penali ta’ 4.5 % għall-perijodi koperti mid-digrieti għal miżuri provviżorji tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ikun sproporzjonat li kieku r-rikorrenti tiġi ppenalizzata permezz tal-applikazzjoni ta’ interessi b’rata pprovduta fl-Artikolu 86(2)(b) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni, f’ċirkustanzi fejn (i) il-multa ma hijiex infurzabbli, u (ii) il-ġudikatura tal-UE stabbiliet li ma tistax tħallas il-multa jew tipprovdi garanzija bankarja xierqa.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145), kif emendat.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/31


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2013 — Donnici vs Il-Parlament

(Kawża T-43/13)

2013/C 79/52

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Beniamino Donnici (Casrolibero, l-Italja) (rappreżentanti: V. Vallefuoco u J. Van Gyseghem, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tikkonstata n-nuqqas serju min-naħa tal-Parlament Ewropew għal dak li jirrigwarda d-deċiżjoni adottata fl-24 ta’ Mejju 2007, li tikkawża preġudizzju lir-rikorrent, u li sussegwentement tħassret permezz ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ April 2009, u, konsegwentement, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-għoti ta’ kumpens għad-danni materjali u dawk mhux materjali, li sofra u ser isofri b’konsegwenza tal-imsemmi att illegali, fuq bażi ta’ ekwità skont il-każ, li jammonta għal EUR 1 720 470, jew għal ammont inqas kif stabbilit mill-qorti.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjez.

Motivi u argumenti prinċipali

L-istess bħal fil-kawżi T-215/07 u C-9/08, Donnici vs Il-Parlament, ir-rikorrent jitlob kumpens għad-dannu li huwa sofra wara li l-konvenut irrifjuta li jirrikonoxxi l-validità tal-mandat tiegħu bħala membru tal-Parlament Ewropew, li sussegwentement ġie annullat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li, f’dan il-kawża, il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa mill-ġurisprudenza sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-instituzzjonijiet tal-Unjoni huma ssodisfatti, u b’mod partikolari:

l-illegalità tal-aġir ikkontestat;

ir-realtà tad-dannu;

ir-rabta kawżali, kif ukoll

il-ħtija tal-Unjoni, jew il-gravità tal-ksur imwettaq minn din tal-aħħar. F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li billi adotta d-deċiżjoni li tat lok għal din il-kawża, il-konvenut kiser b’mod suffiċjentement gravi u manifest dispożizzjoni legali intiża sabiex tagħti drittijiet lill-individwi.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/31


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2013 — AbbVie vs EMA

(Kawża T-44/13)

2013/C 79/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AbbVie, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti); u AbbVie Ltd (Maidenhead, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Bogaert, G. Berrisch, avukati, u B. Kelly, Solicitor)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini EMA/748792/2012 tal-14 ta’ Jannar 2013 li tagħti aċċess għad-dokumenti tal-fajl ta’ awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali; u

tordna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser l-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar it-trasparenza (1) u d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser l-Artikolu 4(4) tar-Regolament dwar it-trasparenza u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament dwar it-trasparenza.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tikser id-Direttiva 2001/29/KE (2), id-drittijiet fundamentali li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà, inklużi d-drittijiet tal-awtur u l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn l-aċċess jingħata billi tiġi pprovduta kopja tad-dokumenti.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/33


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Jannar 2013 — BO vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-27/11) (1)

(Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ trasport marbuta ma’ kura medika - Spejjeż ta’ trasport għal raġunijiet lingwistiċi)

2013/C 79/54

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BO (Amman, il-Ġordan) (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-konvenuta li jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni għal benefiċċji mediċi mitluba mir-rikorrent għal ibnu, għal martu u għalih innifsu.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tal-1 ta’ Ġunju 2010 li jirrifjutaw it-teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż ta’ trasport u ta’ akkumpanjament tat-tifel ta’ BO huma annullati.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn BO.


(1)  ĠU C 186, 25.06.2011, p. 33.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/33


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Frar 2013 — Presset vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-25/12) (1)

(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Allowance ta’ kuljum - Kundizzjonijiet għall-għoti)

2013/C 79/55

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paul-Henri Presset (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Pradal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti tal-allowances ta’ kuljum lir-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

M. Presset għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 138, 12.05.2012, p. 36.


16.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 79/33


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2013 — ZZ vs Europol

(Kawża F-1/13)

2013/C 79/56

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti għal żmien mhux determinat u l-kundanna tal-Europol għall-ħlas tad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li għaliha r-rikorrenti setgħet kienet intitolata li tirċievi li kieku baqgħet taħdem mal-Europol u kull allowance oħra li hija effettivament irċieviet.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-konvenut fid-29 ta’ Frar 2012 li permezz tagħha l-konvenut informa lir-rikorrenti li huwa ma huwiex ser iġġedded il-kuntratt tagħha għal żmien determinat li jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2012;

jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti id-differenza bejn, minn naħa, l-ammont tar-remunerazzjoni li setgħet tkun intitolata għaliha li kieku baqgħet taħdem fi ħdanu u, min-naħa l-oħra, l-ammont tar-remunerazzjoni, ta’ onorarji, ta’ allowances tal-qgħad jew ta’ kwalunkwe allowance oħra sostituttiva li hija effettivament irċieviet mill-1 ta’ Ġunju 2012 minflok ir-remunerazzjoni li hija tirċievi bħala aġent temporanju;

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.