ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.051.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 51

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
22 ta' Frar 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 051/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Frar 2013 dwar il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li ġej mill-Faċilità ta’ Ġestjoni u Ħżin ta’ Skart Solidu, li tinsab fis-sit tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta' Ignalina fil-Litwanja

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 051/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6810 – E.ON/Sabanci/Enerjisa) ( 1 )

3

2013/C 051/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6798 – CDC/BULL/JV) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 051/04

Rata tal-kambju tal-euro

4

2013/C 051/05

Sommarju ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2011 li jemenda l-Impennji Nru 73 u Nru 84 fid-Deċiżjoni fil-Każ COMP/M.4180 – Gaz de France/Suez (Każ COMP/M.4180 – Gaz de France/Suez) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7572)

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 051/06

Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26; ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4)

6

2013/C 051/07

Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14; ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30; ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18; ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12; ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3; ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7; ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11; ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22)

9

2013/C 051/08

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għal permess esklussiv għat-tiftix ta' minjieri ta' idrokarburi likwidi jew gassużi, imsejjaħ Permis de Deux Ormes)  ( 1 )

13

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction

2013/C 051/09

Sejħa għal espressjoni ta’ interess fis-sħubija fil-Kumitat xjentifiku taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga

15

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 051/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6827 – Honeywell/Intermec) ( 1 )

17

2013/C 051/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6877 – Oiltanking GmbH/Gunvor Group Ltd/PT Oiltanking Karimun) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

18

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Frar 2013

dwar il-pjan għar-rimi ta' skart radjuattiv li ġej mill-Faċilità ta’ Ġestjoni u Ħżin ta’ Skart Solidu, li tinsab fis-sit tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta' Ignalina fil-Litwanja

(It-test bil-Litwan biss huwa awtentiku)

2013/C 51/01

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, bla ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja (1).

Fis-27 ta' Ġunju 2012, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Litwan, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, id-Dejta Ġenerali li tikkonċerna l-pjan tar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-Faċilità ta’ Ġestjoni u Ħżin ta’ Skart Solidu.

Abbażi ta' din id-dejta u t-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fis-16 ta' Lulju 2012 u fid-9 ta’ Settembru 2012 u pprovdut mill-awtoritajiet Litwani fis-6 ta’ Settembru 2012 u fit-13 ta’ Novembru 2012, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta' Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanza bejn is-sit u l-eqreb punt ta' Stat Membru ieħor, li f'dan il-każ huwa l-Latvja, hija ta' 9 km. L-eqreb Stat Membru li jmiss huwa l-Polonja, li jinsab madwar 250 km ’il bogħod. Ir-Repubblika tal-Bjelorussja, bħala pajjiż ġar, tinsab 6 km ’il bogħod.

2.

Taħt kundizzjonijiet normali operattttivi, ir-rilaxx ta’ effluwenti likwidi u gassużi radjuattivi ma jwassalx għal esponiment li huwa sinifikanti mil-lat ta' saħħa, għall-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz ġar.

3.

L-iskart radjuattiv solidu sekondarju se jiġi trasferit għall-faċilitajiet xierqa ta’ trattament u rimi ta’ skart preżenti fuq is-sit ta' Ignalina.

4.

F'każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara aċċident tat-tip u l-kobor ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li probabbilment il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz ġar jirċievu ma jkunux sinifikanti mil-lat ta’ saħħa.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv fi kwalunkwe għamla, li jirriżulta mill-Faċilità ta’ Ġestjoni u Ħżin ta’ Skart Solidu, li jinsab fis-Sit tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari ta’ Ignalina fil-Litwanja, kemm waqt it-tħaddim normali kif ukoll f’każ ta’ aċċident tat-tip u l-kobor ikkunsidrat fid-Dejta Ġenerali, x'aktarx ma jirriżultax f'kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lat tas-saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż terz ġar.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali għandhom jiġu vvalutati aktar. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6810 – E.ON/Sabanci/Enerjisa)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 51/02

Fl-14 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6810. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6798 – CDC/BULL/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 51/03

Fit-30 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6798. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Frar 2013

2013/C 51/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3186

JPY

Yen Ġappuniż

122,85

DKK

Krona Daniża

7,4596

GBP

Lira Sterlina

0,86420

SEK

Krona Żvediża

8,4615

CHF

Frank Żvizzeru

1,2290

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4755

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,496

HUF

Forint Ungeriż

292,47

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6997

PLN

Zloty Pollakk

4,1735

RON

Leu Rumen

4,3795

TRY

Lira Turka

2,3656

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2859

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3437

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,2267

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5796

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6344

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 435,48

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,7640

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2274

HRK

Kuna Kroata

7,5905

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 807,01

MYR

Ringgit Malażjan

4,0975

PHP

Peso Filippin

53,829

RUB

Rouble Russu

40,0680

THB

Baht Tajlandiż

39,373

BRL

Real Brażiljan

2,5935

MXN

Peso Messikan

16,8313

INR

Rupi Indjan

72,0020


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/5


Sommarju ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta’ Ottubru 2011

li jemenda l-Impennji Nru 73 u Nru 84 fid-Deċiżjoni fil-Każ COMP/M.4180 – Gaz de France/Suez

(Każ COMP/M.4180 – Gaz de France/Suez)

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7572)

(It-test bil-Franċiż biss hu awtentiku)

2013/C 51/05

Fit-28 ta’ Ottubru 2011 il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni li timmodifika l-impennji magħmula f'każ ta' amalgamazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi  (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) ta’ dak ir-Regolament. Verżjoni mhux kunfidenzjali tad-Deċiżjoni sħiħa hija disponibbli fl-ilsien awtentiku tal-każ u fl-ilsna proċedurali tal-Kummissjoni fuq il-websajt tad-Direttorat – Ġenerali għall-Kompetizzjoni, fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/case_details.cfm?proc_code=2_M_4180

I.   INTRODUZZJONI

(1)

Bid-Deċiżjoni tagħha tal-14 ta' Novembru 2006 (2), il-Kummissjoni awtorizzat l-amalgamazzjoni ta’ GDF u Suez, suġġett għall-implimentazzjoni tal-impenji (minn hawn ‘il quddiem “l-Impenji”).

(2)

L-impenji kienu jinkludu, inter alia, impenji marbuta ma': (i) l-iżvilupp tal-kapaċità tal-ħżin tal-gass fi Franza, bil-kapaċità eċċessiva tagħhom li tiġi offruta fis-suq (Impenn Nru 73), u (ii) l-istallazzjoni ta’ impjant ta’ deodorizzazzjoni ta’ gass f’Taisnières, fuq il-fruntiera Franco-Belġjana (Impenn Nru 84).

(3)

Permezz ta’ ittri tad-9 ta' Novembru 2009, l-24 ta’ Ġunju 2011 u t-18 ta' Lulju 2011 GDF Suez (l-entità l-ġdida li tirriżulta mill-amalgamazzjoni tas-16 ta’ Lulju 2008) infurmat lill-Kummissjoni bid-diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-Impennji Nru 73 u Nru 84 u talbu l-modifika tagħhom (minn hawn ‘il quddiem “it-Talbiet”). Hija pproponiet ukoll l-impennji modifikati għall-Impenn Nru 73 u infurmat lill-Kummissjoni li s-sit ta’ Hauterive se jissostitwixxi s-sit tal-Alsace inizjalment previst fl-istess l-impenn.

(4)

Fir-rigward tal-Impenn Nru 73, il-valutazzjoni tat-talba ta’ GDF Suez uriet li jeżistu raġunijiet leġittimi biex jittardja il-bejgħ ta' kapaċità ta’ ħażna (iżda mhux id-data li fiha l-kapaċità ser titqiegħed għad-disposizzjoni tas-suq kif previst fl-Impennji) u li taċċetta l-impennji modifikati proposti minn GDF Suez li jiżguraw is-suċċess ta’ dan il-bejgħ. B’mod partikolari l-impennji modifikati fir-rigward tal-bejgħ tal-kapaċità multiannwali, il-limitu tar-riżerva u ż-żmien relattiv għall-kapaċità ta’ trasmissjoni ta’ gass x’aktarx jiżguraw l-ikbar suċċess fil-bejgħ futur tal-kapaċità ta' ħażna.

(5)

Fir-rigward tal-Impenn Nru 84, il-valutazzjoni wriet li l-kostruzzjoni ta’ impjant ta’ deodorizzazzjoni hija mhedda serjament minn fatturi lil hinn mill-kontroll ta’ GDF Suez u, barra minn hekk, ma għadux jikkorrispondi mad-domanda reali tas-suq. Il-konklużjoni għalhekk tista’ ssir li t-talba ta’ GDF Suez sabiex jinħeles mill-Impenn Nru 84 hija bbażata fuq raġunijiet leġittimi.

II.   KONKLUŻJONI

(6)

Għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, id-Deċiżjoni tikkonkludi li:

L-impenn Nru 73 huwa emendat. Il-bejgħ ta’ kapaċità ta' ħażna tas-sit Hauterive (is-sostituzzjoni għas-sit tal-Alsace) se jittardja u se jitwettaq f'konformità mal-prinċipji kif esposti minn GDF Suez fit-Talbiet;

L-impenn Nru 84 qed jiġi rtirat.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  Każ COMP/M.4180 – Gaz de France/Suez, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Novembru 2006.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/6


Aġġornament tal-lista ta' permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 1; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 5; ĠU C 192, 18.8.2007, p. 11; ĠU C 271, 14.11.2007, p. 14; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 31; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 14; ĠU C 207, 14.8.2008, p. 12; ĠU C 331, 21.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 5; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 15; ĠU C 198, 22.8.2009, p. 9; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 2; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 15; ĠU C 308, 18.12.2009, p. 20; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 5; ĠU C 82, 30.3.2010, p. 26; ĠU C 103, 22.4.2010, p. 8; ĠU C 108, 7.4.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 5; ĠU C 201, 8.7.2011, p. 1; ĠU C 216, 22.7.2011, p. 26; ĠU C 283, 27.9.2011, p. 7; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 5; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 7; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 4)

2013/C 51/06

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta' residenza msemmija fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

REPUBBLIKA ĊEKA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 201, 8.7.2011

1.   Permessi ta’ residenza maħruġa skont il-format uniformi

Povolení k pobytu

(Permess ta’ residenza, stiker uniformi mwaħħla fuq dokument tal-ivjaġġar – maħruġ mill-1 ta’ Mejju 2004 lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal permanenza permanenti jew fit-tul (ir-raġuni rilevanti tar-residenza hija indikata fuq l-istiker) mill-4 ta' Lulju 2011 dawn il-permessi jistgħu jinħarġu bħala dokument proviżjonali (matul il-proċedimenti għal prolongazzjoni ta' residenza fit-tul preċedenti jew f'każijiet ta' emerġenza)

2.   Id-dokumenti l-oħra kollha maħruġa lil ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom valur ekwivalenti għal permess ta’ residenza

Průkaz o pobytu rodinného příslušníka občana Evropské unie

(Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-UE – maħruġa lil ċittadini ta' pajjiżi terzi – membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE għal residenza temporanja – librett ikħal, maħruġ mis-27 ta' April 2006 sal-31 ta' Diċembru 2012)

Pobytová karta rodinného příslušníka občana Evropské unie

(Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea – maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi – membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE għal residenza temporanja – librett ikħal, maħruġ mill-1 ta’ Jannar 2013)

Průkaz o povolení k trvalému pobytu

(Karta ta’ residenza permanenti, librett aħdar – maħruġa mis-27 ta’ April 2006 lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi – membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE; sal-21 ta' Diċembru 2007 dan id-dokument kien jinħareġ ukoll għal ċittadini taż-ŻEE/Svizzeri

Potvrzení o přechodném pobytu na území

(Ċertifikat ta’ residenza temporanja, dokument li jintewa – maħruġ mis-27 ta’ April 2006 lil ċittadini tal-UE/ŻEE/Svizzeri)

Povolení k pobytu

Permess ta’ residenza, stiker imwaħħla ma’ dokument tal-ivvjaġġar – maħruġ mill-15 ta’ Marzu 2003 sat-30 ta’ April 2004 lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu residenti permanenti)

Průkaz o povolení k pobytu pro cizince

(Permess ta’ residenza, librett aħdar – maħruġ mill-1996 sal-1 ta’ Mejju 2004 lil ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti permanenti, mill-1 ta’ Mejju 2004 sas-27 ta’ April 2006 għal residenza permanenti jew temporanja ta’ membri tal-familja ta' ċittadini tal-UE u lil ċittadini taż-ŻEE/Svizzeri u l-membri tal-familja tagħhom.)

Průkaz o povolení k pobytu pro cizince

(Permess ta’ residenza, librett aħdar – maħruġ mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka fiż-Żona Schengen lil ċittadini taż-ŻEE/l-Isvizzera u lill-membri tal-familji tagħhom.)

Průkaz povolení k pobytu azylanta

(Permess ta’ residenza għall-persuni mogħtija l-ażil, librett griż – maħruġ lill-persuni li jkunu ngħataw l-ażil; maħruġ mill-1 ta' Jannar 2001; mill-4 ta' Lulju 2011 dawn id-dokumenti qed jinħarġu biss f'każijiet ta' emerġenza)

Průkaz oprávnění k pobytu osoby požívající doplňkové ochrany

(Permess ta’ residenza għall-persuni mogħtija protezzjoni sussidjarja, librett isfar – maħruġ għall-persuni mogħtija protezzjoni sussidjarja; maħruġ mill-1 ta' Settembru 2006; mill-4 ta' Lulju 2011 dawn id-dokumenti qed jinħarġu biss f'każijiet ta' emerġenza)

Cestovní doklad Úmluva z 28. července 1951

(Konvenzjoni dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar tat-28 ta’ Lulju 1951 – maħruġa mill-1 ta’ Jannar 1995 (mill-1 ta’ Settembru 2006 bħala passaport elettroniku))

Cizinecký pas

(Passaport ta’ frustier – jekk jinħareġ għal persuna apolidi (immarkat fuq il-paġni ta’ ġewwa b’timbru uffiċjali bil-kliem “Úmluva z 28. září 1954/Konvenzjoni tat-28 ta’ Settembru 1954” – maħruġ mis-17 ta’ Ottubru 2004 (mill-1 ta’ Settembru 2006 bħala passaport elettroniku)

Seznam cestujících na školní výlet v rámci Evropské unie

(Lista ta’ parteċipanti ta’ żjara skolastika fl-Unjoni Ewropea, dokument tal-karti maħruġ mill-1 ta’ April 2006)

Identifikační průkazy vydané Ministerstvem zahraničních věcí:

(Karta tal-identità maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin)

Diplomatické identifikační průkazy s označením

(Karti tal-identità diplomatiċi bil-kodiċi li ġejjin)

D – pro členy diplomatického personálu diplomatických misí

(D – membri tal-persunal diplomatiku ta' missjonijiet diplomatiċi)

K – pro konzulární úředníky konzulárních úřadů

(K – uffiċjali konsulari tal-konsulati)

MO/D – pro úředníky mezinárodních vládních organizací, kteří požívají diplomatických výsad a imunit ve stejném rozsahu jako diplomatičtí zástupci.

(MO/D – uffiċjali ta' organizzazzjonijiet governattivi internazzjonali li jgawdu, taħt id-dispożizzjonijiet ta’ trattat internazzjonali jew leġiżlazzjoni domestika, l-istess privileġġi u immunitajiet bħall-persunal diplomatiku tal-missjonijiet diplomatiċi)

Identifikační průkazy s označením

(Karti tal-identità bil-kodiċijiet li ġejjin)

ATP – pro členy administrativního a technického personálu diplomatických misí

(ATP – membri ta’ persunal amministrattiv u tekniku ta' missjonijiet diplomatiċi)

KZ – pro konzulární zaměstnance konzulárních úřadů

(KZ – impjegati konsolari tal-konsolati)

MO/ATP – pro úředníky mezinárodních vládních organizací, kteří požívají diplomatických výsad a imunit ve stejném rozsahu jako členové administrativního a technického personálu diplomatické mise

(МО/ATP – uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet governattivi internazzjonali li jgawdu, taħt id-dispożizzjoniiet ta’ trattat internazzjonali jew leġiżlazzjoni domestika, l-istess privileġġi u immunitajiet bħall-persunal amministrattiv u tekniku tal-missjonijiet diplomatiċi)

MO – pro úředníky mezinárodních vládních organizací, kteří požívají výsad a imunit podle příslušné mezinárodní smlouvy

(MO – uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet governattivi internazzjonali li jgawdu immunitajiet u privileġġi taħt trattati internazzjonali rilevanti)

SP, resp. SP/K – pro členy služebního personálu diplomatické mise, resp. konzulárního úřadu

(SP jew SP/K – membri tal-persunal ta' servizz ta' missjonijiet diplomatiċi jew konsolati)

SSO, resp. SSO/K – pro soukromé služebné osoby členů personálu diplomatické mise, resp. konzulárního úřadu.

(SSO jew SSO/K – qaddejja personali ta’ membri ta’ missjonijiet diplomatiċi jew konsolati)


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/9


Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14; ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30; ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18; ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12; ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3; ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7; ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11; ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22)

2013/C 51/07

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, jeżisti aġġornament regolari li huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IL-FINLANDJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 316, 28.12.2007

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

Fruntieri terrestri (Il-Finlandja–Ir-Russja)

(1)

Haapovaara (*)

(2)

Imatra

(3)

Inari (*)

(4)

Karttimo (*)

(5)

Kurvinen (*)

(6)

Kuusamo

(7)

Leminaho (*)

(8)

Niirala

(9)

Nuijamaa

(10)

Parikkala (*)

(11)

Raja-Jooseppi

(12)

Salla

(13)

Vaalimaa

(14)

Vainikkala (rail)

(15)

Vartius

SPJEGAZZJONI:

Il-punti ta' qsim tal-fruntiera huma msejsa fuq il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u dak tal-Federazzjoni Russa dwar punti ta' qsim tal-fruntiera ta’ bejniethom (Ħelsinki, 11 ta’ Marzu 1994). Dawk immarkati b’asterisk (*) jintużaw b’mod limitat skont dan il-Ftehim u jinżammu miftuħa għat-traffiku kif ikun meħtieġ. It-traffiku huwa kważi esklussivament dak ta’ ġarr tal-injam. Il-maġġoranza tal-punti ta’ qsim huma magħluqa l-parti l-kbira tal-ħin.

Ajruporti

(1)

Enontekiö

(2)

Helsinki–Hernesaari (exclusively for helicopter traffic)

(3)

Helsinki–Malmi

(4)

Helsinki–Vantaa

(5)

Ivalo

(6)

Joensuu

(7)

Jyväskylä

(8)

Kajaani

(9)

Kemi–Tornio

(10)

Kittilä

(11)

Kokkola – Pietarsaari

(12)

Kuopio

(13)

Kuusamo

(14)

Lappeenranta

(15)

Maarianhamina

(16)

Mikkeli

(17)

Oulu

(18)

Pori

(19)

Rovaniemi

(20)

Savonlinna

(21)

Seinäjoki

(22)

Tampere–Pirkkala

(23)

Turku

(24)

Vaasa

(25)

Varkaus

Fruntieri marittimi

Punti ta’ qsim fil-port għal bastimenti kummerċjali u tas-sajd

(1)

Eckerö

(2)

Eurajoki

(3)

Färjsundet

(4)

Förby

(5)

Hamina

(6)

Hanko (ukoll għal inġenji tal-baħar tad-divertiment)

(7)

Haukipudas

(8)

Helsinki

(9)

Inkoo

(10)

Kalajoki

(11)

Kaskinen

(12)

Kemi

(13)

Kemiö

(14)

Kirkkonummi

(15)

Kokkola

(16)

Kotka

(17)

Kristiinankaupunki

(18)

Lappeenranta

(19)

Loviisa

(20)

Långnäs

(21)

Maarianhamina (ukoll għal inġenji tal-baħar tad-divertiment)

(22)

Merikarvia

(23)

Naantali

(24)

Nuijamaa (ukoll għal inġenji tal-baħar tad-divertiment)

(25)

Oulu

(26)

Parainen

(27)

Pernaja

(28)

Pietarsaari

(29)

Pohja

(30)

Pori

(31)

Porvoo

(32)

Raahe

(33)

Rauma

(34)

Salo

(35)

Sipoo

(36)

Taalintehdas

(37)

Tammisaari

(38)

Tornio

(39)

Turku

(40)

Uusikaupunki

(41)

Vaasa

Stazzjonijiet tal-gwardji tal-kosta li jservu wkoll ta’ punti ta' qsim tal-fruntiera għal inġenji tal-baħar tad-divertiment

(1)

Åland

(2)

Haapasaari

(3)

Hanko

(4)

Nuijamaan satama

(5)

Santio

(6)

Suomenlinna

Stazzjonijiet tal-gwardji tal-kosta li jservu wkoll ta’ punti ta' qsim tal-fruntiera għal idroplani

(1)

Åland

(2)

Hanko

(3)

Kotka

(4)

Porkkala

(5)

Suomenlinna

L-IŻVIZZERA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 316, 28.12.2007

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

Fruntieri tal-Ajru

(1)

Bâle–Mulhouse

(2)

Genève–Cointrin

(3)

Zurich

(4)

Saint-Gall–Altenrhein SG

(5)

Berne–Belp

(6)

Granges

(7)

La-Chaux-de-Fond–Les Eplatures

(8)

Lausanne–La Blécherette

(9)

Locarno–Magadino

(10)

Lugano–Agno

(11)

Samedan

(12)

Sion


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/13


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għal permess esklussiv għat-tiftix ta' minjieri ta' idrokarburi likwidi jew gassużi, imsejjaħ “Permis de Deux Ormes”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 51/08

Permezz tat-talba bid-data tat-13 ta' Ġunju 2012, l-impriża Vermilion REP SAS, li s-sede tagħha tinsab f'Route de Pontenx, kaxxa postali nru 5, 40161 Parentis-en-Born cedex (Franza), applikat għal permess esklussiv ta' ħames (5) snin għat-tiftix ta' minjieri ta' idrokarburi likwidi jew gassużi, imsejħa “Permis des Deux Ormes”, li jkopri d-départements ta' Marne u ta' Seine-et-Marne.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.

Quċċata

Lonġitudni tal-Lvant

Latitudni tat-Tramuntana

A

01,20

54,20

B

01,40

54,20

C

01,40

54,10

D

01,50

54,10

E

01,50

54,00

F

01,40

54,00

G

01,40

54,10

H

01,21

54,10

I

01,21

54,15

J

01,20

54,15

Skont din id-definizzjoni, is-superfiċje hija ta’ madwar 194 km2.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tad-dritt

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet li jikkompetu magħha għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tad-dritt, kif iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 immodifikati skont id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni li tikkompeti ma' dik inizjali fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura mogħtija fil-qosor fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji ta' idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

It-talbiet li jikkompetu mal-oħrajn jiġu indirizzati lill-Ministeru tal-Ekoloġija, tal-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Enerġija fl-indirizz indikat hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet li jikkompetu magħha jittieħdu fi żmien sentejn mill-wasla tal-applikazzjoni inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri mhux aktar tard mill-15 ta' Lulju 2014.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għad-Digriet immodifikat 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, tal-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Enerġija:

Direction générale de l'énergie et du climat — Direction de l’énergie, Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France — Telefown: +33 140819527.

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fuq is-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/15


Sejħa għal espressjoni ta’ interess fis-sħubija fil-Kumitat xjentifiku taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga

2013/C 51/09

Din is-sejħa qiegħda ssir lil xjenzati li jixtiequ jitqiesu kandidati għas-sħubija fil-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA.

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (EMCDDA), li huwa bbażat f’Lisbona, il-Portugall, twaqqaf biex jagħti lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha “informazzjoni fattwali, oġġettiva, affidabbli u kumparabbli fuq il-livell Ewropew dwar id-drogi u d-dipendenza mid-drogi u l-konsegwenzi tagħhom” (1). Għal aktar tagħrif dwar l-EMCDDA, jekk jogħġbok żur is-sit elettroniku

http://www.emcdda.europa.eu

Il-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA

Il-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA twaqqaf bl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1920/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (riformulazzjoni) (1).

Il-kompitu tal-Kumitat Xjentifiku jikkonsisti fl-għajnuna lill-Bord Maniġerjali u lid-Direttur tal-EMCDDA bl-għoti ta’ opinjoni dwar kwalunkwe kwistjoni xjentifika li jkollha x’taqsam mal-attività taċ-Ċentru li l-Bord Maniġerjali jew id-Direttur ikun ressaqlu.

Barra dan, il-valutazzjoni tar-riskji ta’ sustanzi psikoattivi ġodda ssir taħt l-awspiċji tal-Kumitat Xjentifiku, b’mod konformi mal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/387/ĠAI tal-10 ta’ Mejju 2005 dwar l-iskambju tal-informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskji u l-kontroll tas-sustanzi psikoattivi ġodda (2).

Il-Kumitat Xjentifiku ser ikun magħmul mill-iżjed 15-il xjenzat magħruf li jinħatru mill-Bord Maniġerjali abbażi tal-eċċellenza xjentifika u tal-indipendenza tagħhom. Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku ser jinħatru b’kapaċità personali u għandhom jagħtu l-opinjonijiet tagħhom b’mod għalkollox indipendenti mill-Istati Membri u mill-Istituzzjonijiet Ewropej.

Dawn ikopru l-iżjed oqsma xjentifiċi rilevanti li għandhom x’jaqsmu mal-problemi tad-drogi u d-dipendenzi mid-droga:

Riċerka bijoloġika, newrobijoloġika u komportamentali bażika (inkluża riċerka eżjoloġika u riċerka dwar imġiba konnessa mad-dipendenza);

Riċerka bbażata fuq il-popolazzjoni u l-epidemjoloġija (inklużi eżerċizzji ta’ stħarriġ fuq il-post u studji etnografiċi);

It-tnaqqis fid-domanda (inklużi l-prevenzjoni, it-trattament, it-tnaqqis tal-ħsara u reintegrazzjoni);

Il-provvista, it-tnaqqis fil-provvista u l-kriminalità;

Il-politika dwar id-droga (inklużi liġijiet, kwistjonijiet ekonomiċi u strateġiji).

Il-kandidati li jinħatru membri fil-Kumitat Xjentifiku ser jintalbu jiddikkjaraw kwalunkwe kunflitt ta’ interess possibbli u jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ indipendenza u impenn għall-attivitajiet tal-Kumitat Xjentifiku tal-EMCDDA.

Iżjed informazzjoni u l-formuli tal-applikazzjoni jinsabu fis-sit elettroniku Ingliż tal-EMCDDA http://www.emcdda.europa.eu/calls/2013/sc. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fuq l-emajl scicom.call2013@emcdda.europa.eu jew bil-posta rreġistrata fl-indirizz li jidher hawn taħt. Il-karti tal-formuli tal-applikazzjoni huma disponibbli wkoll bil-posta mill-istess indirizz:

EMCDDA

Attn: Scientific Committee selection

Cais do Sodré

1249-289 Lisboa

PORTUGAL

Skadenza

L-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet tagħlaq fil-15 ta’ April 2013 fil-17.00, ħin ta' Lisbona (data u s-siegħa tal-marka tal-posta jew emejl). L-EMCDDA żżomm id-dritt li tinjora kull espressjoni ta’ interess li tintbagħat wara din id-data.


(1)  ĠU L 376, 27.12.2006, p. 1. Ara: http://www.emcdda.europa.eu/index.cfm?fuseaction=public.Content&nNodeID=382&sLanguageISO=EN

(2)  ĠU L 127, 20.5.2005, p. 32.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6827 – Honeywell/Intermec)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 51/10

1.

Fil-15 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Honeywell International Inc. (“Honeywell”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Intermec, Inc. (“Intermec”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Honeywell: attiva f’prodotti u servizzi tal-ajruspazju, prodotti tal-karozzi, materjali elettroniċi, materjali speċjali, polimeri ta’ prestazzjoni għolja, sistemi ta’ trasport u enerġija, kontrolli tad-djar u tal-binjiet, u kontrolli industrijali. Permezz tad-Diviżjoni tas-Soluzzjonijiet ta’ Kontroll u Awtomatizzazzjoni, Honeywell hi attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ tagħmir ta’ identifikazzjoni awtomatika ta’ dejta u l-ġbir ta’ dejta (“AIDC”), inkluż kompjuters mobbli ssodati, magni skaner laser u tal-immaġni u skaners tal-kodiċi tal-iżbarri, u servizzi u aċċessorji relatati,

Intermec: attiva fil-manifattura u fil-fornitura ta’ tagħmir AIDC, inklużi kompjuters mobbli ssodati, magni skaner laser u tal-immaġni u skaners tal-kodiċi tal-iżbarri, sistemi ta’ għarfien tal-leħen, stampaturi u tikketti tal-kodiċi tal-iżbarri, sistemi ta’ identifikazzjoni tal-frekwenza tar-radju, servizzi u aċċessorji relatati u servizzi taċ-ċiklu tal-ħajja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6827 – Honeywell/Intermec, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


22.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 51/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6877 – Oiltanking GmbH/Gunvor Group Ltd/PT Oiltanking Karimun)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 51/11

1.

Fil-15 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Oiltanking GmbH (“Oiltanking”, il-Ġermanja), finalment ikkontrollata minn Marquard & Bahls AG, u Coral Cay Pte Ltd (“Coral”, is-Singapor), li hija affiljata posseduta totalment mill-Gunvor Group Ltd takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt fuq PT Oiltanking Karimun (“OTK” l-Indoneżja), permezz ta’ xiri ta’ ishma. Oiltanking bħalissa għandha 95 % tal-ishma fl-OTK.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal Oiltanking: servizzi ta’ ħażna ta’ prodotti petrolifiċi, żjut veġetali, kimiċi u likwidi u gassijiet oħra fuq bażi dinjija,

għal Gunvor: attiva fil-kummerċ, fit-trasport, fil-ħażna u l-ottimizzazzjoni ta’ żejt mhux maħdum, fil-prodotti magħmula miż-żejt minerali raffinat u fi prodotti oħra tal-enerġija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6877 – Oiltanking GmbH/Gunvor Group Ltd/PT Oiltanking Karimun, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).