ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.017.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 17

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
19ta' Jannar 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

It-98 Sessjoni Plenarja tad-29 u t-30 ta’ Novembru 2012

2013/C 017/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-prijoritajiet tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2013 abbażi tal-Programm Leġislattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea

1

2013/C 017/02

Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar In-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-qafas finanzjarju pluriennali

6

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

 

It-98 Sessjoni Plenarja tad-29 u t-30 ta’ Novembru 2012

2013/C 017/03

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej — spinta lill-fiduċja u lit-tkabbir

8

2013/C 017/04

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Kodiċi tal-Kondotta dwar is-Sħubija

13

2013/C 017/05

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità

18

2013/C 017/06

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM)

25

2013/C 017/07

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Lejn is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali: implimentazzjoni aħjar tal-liġi tal-UE dwar l-ambjent

30

2013/C 017/08

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija

37

2013/C 017/09

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Ninnovaw għal tkabbir sostenibbli: bijoekonomija għall-Ewropa

45

2013/C 017/10

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni: produttività u sostenibbiltà fil-qasam agrikolu

51

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

It-98 Sessjoni Plenarja tad-29 u t-30 ta’ Novembru 2012

2013/C 017/11

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Qafas Strateġiku Komuni

56

2013/C 017/12

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi

67

2013/C 017/13

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea

81

2013/C 017/14

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma

91

2013/C 017/15

Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-Snin 2020 sal-2033

97

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Reġjuni

It-98 Sessjoni Plenarja tad-29 u t-30 ta’ Novembru 2012

19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-prijoritajiet tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-2013 abbażi tal-Programm Leġislattiv u ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea”

2013/C 17/01

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-KtR tad-19 ta’ Lulju 2012 dwar il-prijoritajiet fid-dawl tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea (1) u r-Riżoluzzjoni tiegħu fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-2012 (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2013 (3) u l-Protokoll ta’ Kooperazzjoni tiegħu mal-Kummissjoni Ewropea ffirmat fis-16 ta’ Frar 2012,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Settembru 2012 dwar il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2013 (4),

Prijoritajiet politiċi ewlenin għall-2013

1.

jaħseb li l-isfida ewlenija tal-Unjoni Ewropea hija n-neċessità li tegħleb il-kriżi ekonomika, soċjali u finanzjarja. Għalhekk, jappoġġja bil-qawwa l-isforzi biex tiżdied u tinżamm l-enfasi tal-UE fuq:

l-Istrateġija Ewropa 2020,

is-Suq Uniku,

investimenti mmirati, b’mod partikolari fir-riċerka u l-innovazzjoni fejn l-istituti tal-edukazzjoni u tar-riċerka (Ewropej), l-intrapriżi u l-awtoritajiet pubbliċi (l-ispiral triplu) jikkooperaw biex jimplimentaw l-Istrateġija Ewropa 2020 b’mod intelliġenti,

u riżultati tajbin, flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

2.

jappella għal Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ambizzjuż u riżorsi proprji ġenwini għall-Unjoni;

3.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi fuq il-qgħad fost iż-żgħażagħ u huwa ħerqan biex jgħin fit-tiswir tal-Pakkett tal-Impjieg taż-Żgħażagħ li ġej;

4.

ifakkar li t-Trattat ta’ Lisbona saħħaħlu r-responsabbiltajiet tiegħu fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, u l-impenn tiegħu li jsir punt ta’ referenza għall-applikazzjoni korretta tiegħu; f’dan ir-rigward jenfasizza l-importanza li ser jagħti lill-monitoraġġ tal-inizjattivi tal-UE inklużi fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2013, u jiġbed l-attenzjoni għall-programm ta’ ħidma tiegħu dedikat għall-monitoraġġ tas-sussidjarjetà fl-2013, li għandu jiġi adottat f’Jannar;

5.

jappoġġja l-idea ta’ diskussjoni fid-dettall dwar il-ġejjieni tal-Ewropa mill-perspettiva tal-leġittimità demokratika, ir-responsabbiltà u l-integrazzjoni effettiva. Iqis li huwa essenzjali li jiddefinixxi l-pożizzjoni politika tiegħu dwar ir-rwol futur tal-livell lokali u reġjonali, inkluża l-possibbiltà li jsiru bidliet fl-arranġamenti istituzzjonali tal-UE; għaldaqstant, fl-2013 il-KtR ser jagħti spinta lil kwalunkwe dibattitu dwar ir-riforma tat-Trattat billi jorganizza dibattiti politiċi u billi jiddefinixxi aħjar il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-kunċett ta’ governanza f’diversi livelli bħala għodod importanti għall-ksib ta’ dawn l-objettivi;

6.

jappoġġja t-talba li għamel il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Novembru 2012 biex l-Istati Membri jikkunsidraw li jiffirmaw “Patt dwar l-Investiment Soċjali”. Dan il-“Patt dwar l-Investiment Soċjali”, li tfassal abbażi tal-mudell tal-“Patt Euro Plus”, jistabbilixxi miri ta’ investiment għall-investimenti soċjali li għandhom isiru mill-Istati Membri fi żmien definit sabiex jiksbu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 fir-rigward tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-qasam soċjali b’konformità mal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u l-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma;

7.

se jkompli janalizza bir-reqqa l-impatt territorjali tal-programm leġislattiv tal-Kummissjoni Ewropea;

Unjoni Ekonomika u Monetarja

8.

jitlob li jiġi kkonsultat dwar il-Blueprint tal-KE għal Unjoni Monetarja Ewropea komprensiva u ġenwina, meta wieħed iqis id-dimensjoni territorjali ta’ kull wieħed mill-erba’ pilastri tagħha;

9.

jappella għal koordinazzjoni aħjar tal-politiki ekonomiċi u soċjali bejn il-livell Ewropew u dak nazzjonali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u jitlob għal parteċipazzjoni ikbar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’din il-koordinazzjoni. Il-KtR se jkompli jimmonitorja l-progress f’din id-direzzjoni filwaqt li jfittex kooperazzjoni iktar mill-qrib mal-Parlament Ewropew;

10.

jappoġġja bil-qawwa l-appell li għamel il-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni (5) biex “tindirizza bis-sħiħ”, fis-SAT (Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir) tagħha li jmiss, “ir-rwol tal-baġit tal-UE fil-proċess tas-Semestru Ewropew billi tipprovdi data fattwali u konkreta dwar l-effetti katalitiċi, sinerġetiċi u kumplimentari li jqanqlu bidla fuq in-nefqa pubblika ġenerali fuq livell lokali, reġjonali u nazzjonali”;

11.

jilqa’ l-fatt li jitwaqqfu mekkaniżmi effettivi fil-livell tal-UE sabiex jiġu żgurati politiki baġitarji sostenibbli fl-Istati Membri iżda jwissi dwar ir-riskji li tista’ toħloq il-koordinazzjoni tal-politika baġitarja fil-livell tal-UE għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-forniment ta’ servizzi pubbliċi adegwati;

12.

jiddispjaċih li l-proposta għal Green Paper dwar is-sinerġiji bejn il-baġits tal-UE, nazzjonali u sottonazzjonali ma ġietx inkluża fil-Programm ta’ Ħidma; ifakkar b’mod speċifiku l-appoġġ tiegħu għal Komunikazzjoni Ewropea dwar il-kwalità tal-infiq pubbliku li għandha tindirizza, inter alia, il-kwistjoni tas-separazzjoni tal-infiq attwali u l-investiment fil-kalkoli tad-defiċit tal-baġit sabiex jiġi evitat li investimenti b’benefiċċji netti fit-tul jiġu kkalkolati bħala negattivi;

13.

jimpenja ruħu li janalizza bis-sħiħ id-dimensjoni lokali u reġjonali tal-Unjoni Bankarja;

14.

jitlob kjarifika dwar l-istrument legali previst għall-Inizjattiva dwar il-Kontijiet Bankarji;

Politika ta’ koeżjoni

15.

japprova bil-qawwa, fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-QFP, li l-Politika ta’ Koeżjoni hija politika ta’ investiment li teħtieġ kemm infiq effettiv kif ukoll baġit b’saħħtu li ma jistax jitnaqqas jekk irridu nistimolaw it-tkabbir u l-impjiegi, inżidu l-kompetittività u nsaħħu l-ġlieda kontra d-differenzi territorjali fi ħdan ir-reġjuni kollha tal-UE u bejniethom, b’mod speċjali fi żmien ta’ kriżi;

16.

jiddispjaċih li l-“Kodiċi tal-Kondotta” propost mill-Kummissjoni Ewropea ma ġiex adottat mill-Presidenza Ċiprijotta; jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tippromovi u tanalizza bir-reqqa l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil tal-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operattivi rilevanti, u jitlob għal rapport dwar din il-kwistjoni sa tmiem l-2013. F’dan ir-rigward, il-Kumitat tar-Reġjuni ser isegwi mill-qrib in-negozjati rilevanti abbażi tal-mandati ta’ negozjar speċifiċi għal kull pajjiż tal-Kummissjoni għall-fondi tal-QSK għall-2014-2020, b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipju tas-sħubija;

17.

jitlob għal konsultazzjoni formali mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tar-reviżjoni tal-linji gwida għal għajnuna reġjonali;

18.

jitlob għal strateġija ta’ żvilupp rurali Ewropea sabiex jiġu bbilanċjati r-riżorsi għal żoni rurali li l-livell ta’ żvilupp tagħhom huwa inqas mill-medja tal-UE u ta’ sikwit ħafna inqas minn żoni li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma urbani;

19.

jitlob għall-adozzjoni ta’ Regolament rivedut dwar ir-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali separat mill-pakkett leġislattiv dwar il-Fondi Strutturali;

Suq Uniku

20.

jiddispjaċih għall-pass bil-mod tal-implimentazzjoni tal-Att dwar is-Suq Uniku;

21.

jieħu nota tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal fatturi elettroniċi obbligatorji fl-akkwist pubbliku, iżda jirrimarka li bidla sħiħa għal sistemi elettroniċi se tkun ta’ sfida għal uħud mill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jistgħu jirrikjedu għajnuna jew perjodu ta’ tranżizzjoni itwal;

22.

jitlob għall-ħolqien ta’ Sħubijiet tal-Att dwar is-Suq Uniku sabiex l-Att dwar is-Suq Uniku jiġi implimentat iktar fil-livell sottonazzjonali. Jaħseb li l-inizjattiva tar-Reġjuni Intraprenditorjali Ewropej (EER), li ilha tingħata mill-KtR mill-2010, tista’ tkun sors ta’ ispirazzjoni għal aktar promozzjoni tal-intraprenditorija, b’mod speċjali fost iż-żgħażagħ;

23.

jitlob lill-Kummissjoni tispjega għala l-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-Saħħa Elettronika, li ġie mitlub preċedentement mill-Kumitat tar-Reġjuni u li tħabbar fil-Programm ta’ Ħidma għall-2012, għadu ma ġiex ippreżentat u ma jidhirx la fost il-miżuri li huma ppjanati li jiġu adottati sa tmiem l-2012 u lanqas fil-Programm ta’ Ħidma għall-2013;

24.

jemmen li aktar ċertezza legali hija meħtieġa għal attivitajiet fl-ekonomija soċjali u f’dan il-kuntest jappella għal statut ta’ impriża mutwa Ewropea;

25.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li timmodernizza r-regoli tal-għajnuna tal-istat tal-UE u li tnaqqas il-piżijiet amministrattivi billi tadatta l-eżenzjonijiet ta’ kategorija ġenerali, u f’dan ir-rigward isejjaħ għal żieda fil-limitu de minimis;

26.

jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea ma kkonsultatx formalment lill-KtR b’rabta mat-tfassil tal-linji gwida ġodda li jirregolaw l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament pubbliku ta’ netwerks tal-broadband;

27.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi fl-Anness II tal-Programm ta’ Ħidma fuq inizjattivi konkreti dwar is-semplifikazzjoni u t-tnaqqis ta’ piżijiet amministrattivi, u beħsiebu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħhom;

Nibnu n-netwerks tal-ġejjieni

28.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu passi lejn is-soluzzjoni ta’ problemi ta’ konnettività bejn l-Istati Membri u bejn ir-reġjuni; jappella lill-Kummissjoni Ewropea f’dan il-kuntest biex iżżid l-isforzi tagħha mmirati lejn it-tnaqqis tal-iżolament enerġetiku ta’ Stati Membri individwali u li tistabbilixxi suq intern tal-enerġija kompletament operattiv sal-2014;

29.

jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ impenn ċar mill-Kummissjoni Ewropea sabiex issaħħaħ il-politiki tagħha mmirati lejn l-iżvilupp ta’ grilja infrastrutturali moderna, u b’mod speċifiku l-iżvilupp ta’ grilji intelliġenti u l-kejl intelliġenti (smart metering), li huma aspetti importanti tal-effiċjenza enerġetika u s-sigurtà tal-provvista; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tippromovi miżuri li jiffaċilitaw it-tixrid tal-mikroproduzzjoni tal-enerġija u l-integrazzjoni tagħha fil-grilji ta’ distribuzzjoni;

30.

jiddispjaċih li l-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni ma jinkludix aktar inizjattivi relatati mal-mobilità urbana; itenni, f’dan il-kuntest, is-suġġeriment tiegħu li l-biljetti elettroniċi u intelliġenti, pereżempju dawk mobbli, għall-mezzi ta’ trasport kollha huma prerekwiżit essenzjali għall-mobilità urbana sostenibbli, u jittama li din il-kwistjoni tkun tista’ tiġi indirizzata fis-segwitu ppjanat tal-Green Paper dwar “Lejn suq Ewropew integrat għal pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl”;

31.

jistenna li l-Kummissjoni Ewropea tieħu kull opportunità biex l-għanijiet stabbiliti fr-reviżjoni tan-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport jiġu implimentati b’mod konsistenti;

32.

jistenna bil-ħerqa l-proposta futura dwar il-politika portwarja tal-ġejjieni tal-UE u jfakkar dwar il-ħtieġa li tkun soġġetta għal Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali;

Tkabbir, impjiegi u inklużjoni

33.

jaħseb li l-mobilità tal-ħaddiema fi ħdan u bejn l-Istati Membri hija fattur importanti fil-ġlieda kontra l-qgħad u għalhekk jappoġġja l-pjani biex jiġu modernizzati s-servizzi pubbliċi ta’ impjieg, b’attenzjoni partikolari għar-riforma tal-EURES, li bħalissa qed jopera f’livell inqas mill-possibilitajiet tiegħu; madankollu jfakkar ukoll li s-servizzi pubbliċi ta’ impjieg ta’ sikwit huma ġestiti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jridu jiġu kkonsultati b’mod sħiħ dwar ir-riformi;

34.

jiddispjaċih li l-Kummissjoni Ewropea ma kkunsidratx is-sejħa ripetuta tiegħu għal aġenda Ewropea dwar l-akkomodazzjoni soċjali, li tikkjarifika fost affarijiet oħra r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-akkomodazzjoni soċjali u tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jipprovdu akkomodazzjonijiet soċjali deċenti u affordabbli, jippromovu t-taħlit soċjali u jiġġieldu d-diskriminazzjoni;

35.

jirrimarka dwar l-importanza ta’ pensjonijiet tal-irtirar għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma entitajiet kbar li jħaddmu n-nies u jistenna li l-proposta tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni tinkludi proposti dwar trasferibilità transkonfinali mtejba tal-pensjonijiet tax-xogħol;

36.

jaħseb li t-twaqqif ta’ pjattaforma sabiex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat huwa inizjattiva f’waqtha; u huwa tal-fehma li huwa essenzjali li l-entitajiet tal-infurzar reġjonali u l-ispettorati tax-xogħol jiġu inklużi f’din il-pjattaforma; barra minn hekk jara li hemm possibilitajiet kbar għal sinerġiji bejn din il-pjattaforma u l-proposti li jsaħħu l-infurzar tar-regoli dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema;

37.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura li fil-linji gwida ġodda tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat għall-films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra jinżamm il-prinċipju tal-obbligi ta’ nfiq territorjali, kif spjegat fil-Komunikazzjoni dwar iċ-Ċinema tal-2001, b’konformità mal-Artikolu 107(3)(d) tat-TFUE;

38.

jiddispjaċih dwar il-livell baxx ta’ ambizzjoni fil-Programm ta’ Ħidma fir-rigward tal-kultura, meta wieħed iqis l-importanza tagħha għal identità Ewropea u li hija mutur tat-tkabbir;

L-użu aħjar tar-riżorsi tal-Ewropa

39.

jilqa’ l-pubblikazzjoni tal-Qafas għas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali li huwa għodda ewlenija biex l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 jissarrfu f’azzjoni ambjentali u li għandu jiffoka fuq it-titjib tal-implimentazzjoni tal-politika ambjentali tal-UE f’kooperazzjoni mill-qrib mal-livelli kollha ta’ governanza, fuq l-integrazzjoni tat-tħassib dwar l-ambjent fl-oqsma ta’ politika kollha u fuq id-dimensjoni internazzjonali tal-isfidi ambjentali;

40.

jitlob biex l-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE għat-tibdil fil-klima tinkludi sezzjoni dwar azzjoni ta’ adattament speċifika fil-livell reġjonali u muniċipali kif ukoll linji gwida u appoġġ f’termini ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjar u governanza għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell lokali u reġjonali, kif propost mill-Patt tas-Sindki;

41.

huwa impenjat li jaħdem mal-Kummissjoni Ewropea biex jiġi implimentat b’suċċess ir-riżultat tal-UNCCC f’Doha kif ukoll il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi;

42.

jistenna li r-reviżjoni tal-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-arja ssaħħaħ id-Direttiva dwar il-Limiti tal-Emissjonijiet Nazzjonali sabiex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet fl-isfond. Jappoġġja istandards iżjed stretti għall-vetturi u jsejjaħ għall-indirizzar tal-emissjonijiet mill-bastimenti, it-traffiku tal-ajru u l-agrikoltura, filwaqt li jiġu semplifikati l-indikaturi u l-kriterji tal-kejl. Isejjaħ ukoll għall-integrazzjoni tal-politika tal-UE dwar il-kwalità tal-arja ma’ oqsma ta’ politika oħra, b’mod partikolari t-trasport, id-djar, l-industrija, l-enerġija u l-klima;

43.

iġedded l-impenn tiegħu għal kooperazzjoni msaħħa mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Bijodiversità 2020 tal-UE;

44.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-istedina tal-Bank Ewropew tal-Investiment biex il-Kumitat tar-Reġjuni jikkontribwixxi għall-politika futura tiegħu dwar is-self enerġetiku u jsejjaħ biex l-aċċess għal self għal investimenti fl-oqsma tal-effiċjenza enerġetika u rinnovabbli jiġi faċilitat għall-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju u l-awtoritajiet lokali u reġjonali. F’dan il-kuntest, jaħseb li għandu jitqies il-periklu dejjem jikber tal-faqar enerġetiku fl-inizjattivi tal-politika tal-enerġija tal-UE;

Ewropa għaċ-ċittadini

45.

ifittex biex ikun involut fit-tfassil tal-azzjonijiet kollha tal-UE relatati mas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013 sabiex jiżdiedu s-sensibilizzazzjoni u l-fehim taċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom, sabiex jitneħħew l-ostakli li baqa’ għall-applikazzjoni u t-tisħiħ min-naħa tagħhom tal-idea taċ-ċittadinanza fl-Unjoni;

46.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tipprepara rapport kontra l-korruzzjoni u klassifika ġudizzjarja, bħala mekkaniżmi li se jgħinu biex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-livelli kollha, u joffri l-għajnuna tiegħu fl-iżvilupp tagħhom;

47.

jistenna bil-ħerqa li jaħdem mal-Kummissjoni Ewropea fl-iżvilupp tan-netwerk ta’ integrazzjoni, bil-għan li jkun hemm unità fid-diversità;

L-Ewropa bħala attur globali

48.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni tidħol f’aktar dettall fir-rapporti dwar l-istrateġija ta’ tkabbir tagħha dwar il-gvernijiet awtonomi lokali u reġjonali, u li tenfasizza lill-pajjiżi tat-tkabbir – fejn dan ikun adatt – dwar il-ħtieġa għad-deċentralizzazzjoni;

49.

jitlob li jiġi faċilitat l-aċċess tal-atturi lokali u reġjonali fil-pajjiżi tat-tkabbir u fil-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) għal fondi speċifiċi tal-UE għal dan il-qasam, u jappoġġja użu akbar tal-programmi li diġà jeżistu, inkluż l-Erasmus Mundus u r-REKT lill-imsieħba fil-pajjiżi ġirien;

50.

jafferma mill-ġdid l-intenzjoni tiegħu li jkompli l-kooperazzjoni pożittiva mal-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-programm tal-Faċilità tal-Amministrazzjoni Lokali sabiex jitjieb il-bini tal-kapaċità lokali u jiġi promoss l-għarfien tal-UE u l-proċeduri tagħha fil-pajjiżi kandidati u ta’ qabel il-kandidatura; jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja l-possibilità li dan jiġi estiż għall-gvernijiet lokali tal-pajjiżi tal-PEV;

51.

jilqa’ b’sodisfazzjon id-distinzjoni li għamlet il-Kummissjoni Ewropea bejn ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili fit-twassil tal-politika ta’ kooperazzjoni fl-iżvilupp billi tippreżenta Komunikazzjonijiet separati, u jsejjaħ lill-Parlament Ewropew biex jagħmel l-istess;

52.

jistenna li l-bliet u r-reġjuni jkunu involuti fid-definizzjoni tal-pożizzjoni tal-UE fid-dawl tas-Summit dwar l-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millenju tal-2015;

53.

jagħti istruzzjonijiet lill-President tal-Kumitat tar-Reġjuni biex iressaq din ir-riżoluzzjoni quddiem il-President tal-Kummissjoni Ewropea, il-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Parlament Ewropew, il-Presidenza Ċiprijotta tal-Kunsill tal-UE u l-Presidenza futura Irlandiża u dik Litwana tal-Kunsill.

Brussell, 30 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 1031/2012 fin.

(2)  CdR 42/2012 fin.

(3)  COM(2012) 629 final.

(4)  P7_TA(2012) 0319.

(5)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew “Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2012”.


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/6


Riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “In-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-qafas finanzjarju pluriennali”

2013/C 17/02

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

wara li kkunsidra l-Opinjoni riveduta tiegħu dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali wara l-2013 li ġiet adottata fid-9 ta’ Ottubru 2012;

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew;

1.

jiddispjaċih li l-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta’ Novembru 2012 ma setax jilħaq ftehim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid wara l-2013;

2.

jenfasizza l-importanza li jintlaħaq ftehim u jwissi dwar il-konsegwenzi tad-dewmien għat-tħejjija tal-programmazzjoni, b’mod partikolari tal-Qafas Strateġiku Komuni għall-fondi wara l-2014 li se jkollhom impatt serju fuq l-investimenti li jridu jsiru fir-reġjuni u l-bliet tal-UE;

3.

jieħu nota tar-rikonoxximent mill-Kunsill Ewropew li “Il-baġit Ewropew huwa importanti għall-koeżjoni tal-Unjoni u għall-impjiegi u t-tkabbir fil-pajjiżi kollha tagħna”; madankollu, dan ir-rikonoxximent mhuwiex kompatibbli mal-proposti għat-tnaqqis fil-politika ta’ koeżjoni minn xi Stati Membri; jenfasizza li fi kwalunkwe każ hemm bżonn iktar ħin biex jingħataw iktar dettalji dwar il-konsegwenzi konkreti taċ-ċifri fuq il-politiki u l-proposti li qed jiġu negozjati bħalissa;

4.

jenfasizza li fl-istess ħin il-Kumitat tar-Reġjuni, bħala korp tal-UE li jirrappreżenta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, huwa għalkollox konxju mill-problemi ekonomiċi li qed jiffaċċjaw il-membri tal-UE u jemmen li l-ewwel prijorità għandha tkun l-istabbiliment ta’ ekonomiji b’saħħithom, b’inqas burokrazija, li jwasslu għal aktar opportunitajiet ta’ impjieg fl-Istati Membri;

5.

itenni l-appell tiegħu għal baġit pluriennali tal-UE kredibbli bħala għodda ta’ investiment għall-benefiċċju tal-Istati Membri u r-reġjuni kollha tal-UE tal-inqas fl-istess livell f’termini ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn bħala perċentwal tad-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) bħal dak li ġie miftiehem għall-perjodu ta’ programmazzjoni attwali 2007-2013 u jappoġġja l-appell tal-Parlament Ewropew għal baġit li jista’ jniedi tkabbir mill-ġdid, b’konformità mal-għanijiet tal-Ewropa 2020 u li jirreaġixxi b’mod adegwat għall-bżonnijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’termini ta’ koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali;

6.

jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-Parlament Ewropew fil-proċess tan-negozjar, mhux biss fir-rigward tal-proċedura ta’ approvazzjoni applikabbli għall-QFP kollu kemm hu, imma anke meta jitqies li għadd sinifikanti ta’ kwistjonijiet fl-abbozz ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (il-verżjoni tat-22 ta’ Novembru 2012), u b’mod partikolari l-punti relatati mas-sottointestatura 1(b) (il-koeżjoni), l-intestatura 2 (il-PAK), u dawk relatati mal-Qafas Strateġiku Komuni kif ukoll il-kwistjonijiet orizzontali, huma soġġetti għall-kodeċiżjoni;

7.

ifakkar li t-Trattati (Artikolu 312 tat-TFUE) jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi biex tiġi indirizzata l-possibbiltà li l-QFP ma jiġix adottat qabel ma jiskadu l-bażijiet legali tal-programmi kollha tal-UE tal-infiq pluriennali fl-aħħar tal-2013, apparti mill-ewwel pilastru tal-Politika Agrikola Komuni (PAK);

8.

jopponi t-tnaqqis għall-baġit ta’ koeżjoni. Ifakkar li l-politika ta’ koeżjoni hija għodda ta’ investiment li tistimola l-kompetittività b’mod sostenibbli u tikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-disparitajiet bejn ir-reġjuni;

9.

ifakkar li għall-kwistjonijiet relatati mal-politika ta’ koeżjoni, koperti mill-Artikolu 177, bħall-metodu għad-distribuzzjoni tal-allokazzjonijiet nazzjonali u l-limiti fuq il-livelli għall-politika ta’ koeżjoni u l-iżvilupp rurali, tapplika l-proċedura ta’ kodeċiżjoni b’konsultazzjoni obbligatorja tal-KtR u d-dritt permanenti tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ibbażat fuq l-Artikolu 263(3);

10.

b’segwitu tal-Opinjonijiet li adotta mill-bidu tal-2012 dwar id-diversi proposti leġislattivi tal-Kummissjoni, itenni li:

a.

rigward is-sottointestatura 1(a), 1(b) u l-Fondi koperti mill-Qafas Strateġiku Pluriennali (QSP):

jappoġġja finanzjament iktar b’saħħtu għar-riċerka u l-innovazzjoni;

jappella għar-riintegrazzjoni tal-baġit propost inizjalment għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-finanzjament tal-investimenti fin-netwerks Trans-Ewropej, jappoġġja l-ħolqien ta’ QSP għaż-żewġ Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni, il-FAEŻR u l-FEMS;

itenni li, b’mod ċar u sod, huwa kontra kwalunkwe forma ta’ kundizzjonalità makroekonomika;

bi pjaċir jinnota li l-proposta biex tiġi stabbilita kategorija ta’ reġjuni “fi transizzjoni” u l-bżonn li titqies is-sitwazzjoni speċifika u unika tar-reġjuni ultraperiferiċi ġew adottati;

itenni li għandha tinżamm xibka ta’ sigurtà għar-reġjuni kollha li ma jibqgħux jaqgħu taħt l-objettiv ta’ konverġenza li tkun tikkonsisti minn żewġ terzi tal-allokazzjoni attwali;

jappoġġja l-fatt li għandhom jiġu żgurati l-livell ta’ riżorsi maħsuba għar-reġjuni u l-Istati Membri l-anqas żviluppati u t-tnaqqis tad-disparitajiet fl-intensitajiet medji tal-għajnuna per capita peress li dan huwa l-objettiv ta’ prijorità tal-politika ta’ koeżjoni;

jiddispjaċih li l-abbozz ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jipproponu tnaqqis ta’ 26 % għall-objettiv tal-koeżjoni territorjali Ewropea; madankollu, bi pjaċir jinnota li l-appell tal-KtR biex ir-rata ta’ kofinanzjament tiżdied għal 85 % intlaqgħet;

jappoġġja t-twaqqif ta’ rata ta’ kofinanzjament li tkun 10 punti perċentwali ogħla għall-Istati Membri li jkunu qed jiffaċċjaw diffikultajiet baġitarji;

jappoġġja li l-VAT mhux rikuperabbli tkun infiq eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi tal-QSK;

itenni l-oġġezzjonijiet tiegħu għar-riżerva ta’ prestazzjoni li ġiet proposta;

b.

rigward l-intestatura 2:

jiddeplora li l-abbozz ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jipproponu limitazzjoni tal-pagamenti diretti mill-Istati Membri fuq bażi volontarja;

iħeġġeġ li l-appoġġ dirett jinqasam b’mod aktar ġust bejn l-Istati Membri b’pagamenti diretti għal kull ettaru ta’ inqas minn 90 % tal-medja tal-UE matul il-perjodu li jmiss, u b’hekk jinbeda l-proċess dinamiku li jingħalaq id-distakk sa mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss u tinkiseb il-medja tal-UE sa nofs il-perspettiva finanzjarja li jmiss;

jilqa’ r-rata ta’ 30 % għall-ekoloġizzazzjoni;

jappoġġja l-għażla ta’ trasferimenti baġitarji mill-ewwel pilastru għat-tieni wieħed;

jappoġġja l-inklużjoni tar-reġjuni fi transizzjoni fir-regolament dwar l-iżvilupp rurali;

jopponi l-ħolqien ta’ riżerva ġdida għall-kriżijiet fis-settur tal-agrikoltura u b’mod partikolari l-proposta tar-rimborż għall-ammonti li ma jintefqux fil-forma ta’ pagamenti diretti;

11.

bi pjaċir jinnota li l-abbozz ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew żammew il-programm tal-għajnuna għall-ikel lill-persuni l-iktar fil-bżonn, iżda jopponi bil-qawwa li l-fondi jiġu mill-allokazzjoni tal-FSE;

12.

iqis li t-tnaqqis b’47 % tal-ammonti assenjati għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEAG) meta mqabbla mal-baġit attwali tiegħu huwa kompletament kontradittorju fil-kuntest tal-kriżi li għadha għaddejja. Jifhem li l-abbozz ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill tfasslu fuq is-suppożizzjoni li l-FEAG ma japplikax għas-settur tal-agrikoltura;

Dħul u riżorsi proprji

13.

jiddispjaċih li n-negozjati ffokaw fuq it-tnaqqis fl-infiq tal-baġit tal-UE, mingħajr ma taw l-attenzjoni dovuta lid-dħul u lill-bżonn kruċjali tar-riforma tas-sistema attwali biex l-UE tkun tista’ tiddisponi minn riżorsi proprji u l-għan li jiġi eliminat is-sett attwali ta’ korrezzjonijiet u eżenzjonijiet finanzjarji;

14.

bi pjaċir jinnota l-proposta li żewġ terzi tal-ammonti miġbura mill-Istati Membri li ħadu l-impenn li jintroduċu Taxxa fuq it-Transazzjonijiet Finanzjarji (TTF) fil-qafas tal-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa għandhom jiġu intaxxati għal riżorsa proprja ġdida fil-baġit tal-UE u li l-kontribuzzjoni bbażata fuq id-DNG ta’ dawn l-Istati Membri għall-baġit tal-UE ser titnaqqas kif dovut;

15.

jagħti istruzzjonijiet lill-President tal-Kumitat tar-Reġjuni biex iressaq din ir-riżoluzzjoni quddiem il-President tal-Kummissjoni Ewropea, il-President tal-Kunsill Ewropew, i-President tal-Parlament Ewropew, il-Presidenza Ċiprijotta tal-Kunsill tal-UE u l-Presidenza futura Irlandiża u dik Litwana tal-Kunsill.

Brussell, 30 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Reġjuni

It-98 Sessjoni Plenarja tad-29 u t-30 ta’ Novembru 2012

19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/8


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej — spinta lill-fiduċja u lit-tkabbir”

2013/C 17/03

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

huwa konvint li l-politika tal-konsumaturi ser tikkontribwixxi biex l-UE toħroġ mill-kriżi aktar malajr: konsumaturi responsabbli huma rekwiżit essenzjali għall-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi sikuri, ta’ kwalità u kompetittivi, fattur li jikkontribwixxi għall-irkupru sostenibbli tal-ekonomija;

u jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex

l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu mgħammra bl-għodod adatti ħalli jiddefendu kemm jistgħu d-drittijiet tal-konsumaturi;

tikkoopera aktar mill-viċin mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali. B’mod aktar speċifiku, anke jekk fin-natura tagħhom l-azzjonijiet tal-aġenda jridu jiġu implimentati prinċipalment mill-awtoritajiet Ewropej u dawk nazzjonali, ir-rwol tal-awtoritajiet lokali huwa importanti peress li jirrappreżentaw lill-komunitajiet lokali u jistgħu jikkontribwixxu għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet;

ma tinsiex il-fatt li l-awtoritajiet reġjonali u lokali huma huma stess konsumaturi ta’ oġġetti u servizzi u li għaldaqstant, għandhom bżonn, qafas sikur li jiggarantixxi r-rispett tal-interessi tagħhom u ta’ dawk il-komunitajiet li jirrappreżentaw u li spiss jikkontribwixxu għall-baġits tagħhom;

tagħraf li l-għoti tal-awtonomija lill-konsumaturi tirrikjedi wkoll l-edukazzjoni tagħhom u f’dan ir-rigward, jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll is-soċjetà ċivili jipparteċipaw fil-kampanji ta’ informazzjoni tal-konsumaturi;

jenfasizza l-importanza li l-mekkaniżmi ta’ sorveljanza fir-reġjuni li jbatu minn limitazzjonijiet ġeografiċi jew demografiċi permanenti jitjiebu permezz ta’ riżorsi u kompetenzi adegwati;

Berichterstatter

Spyros SPYRIDON (EL/EVP), Mitglied des Regionalrats der Region Attika

Referenzdokument

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej - Spinta lill-fiduċja u lit-tkabbir

COM(2012) 225 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Introduzzjoni

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-komunikazzjoni approfondita tal-Kummissjoni Ewropea, li tkopri firxa wiesgħa ta’ problemi li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-konsumaturi;

2.

jinsab sodisfatt li l-aġenda tifforma strument koerenti u komplut li jwassal għall-progress fil-qasam tat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumaturi. Għandu jkun hemm rikonoxximent ta’ kemm hi kbira l-isfida li naslu għall-awtonomija tal-konsumaturi u għat-tisħiħ tas-suq intern. Il-fattur essenzjali biex l-Istrateġija Ewropa 2020 ikollha suċċess huwa li l-konsumaturi jkunu informati u responsabbli;

3.

jesprimi t-tħassib tiegħu li filwaqt li l-ambitu tal-aġenda huwa pjuttost globali, ma jinkludix is-servizzi tas-saħħa, li huma element importanti tal-politika tal-konsumatur. Is-servizzi tas-saħħa huma pprovduti lill-konsumaturi, il-konsumaturi jħallsu għalihom u fil-biċċa l-kbira huma jipprovdu missjoni ta’ interess ġenerali. Il-politika tas-saħħa għalhekk għandha tiġi inkluża fl-aġenda bħala politika rilevanti għall-konsumatur;

4.

huwa jaqbel mal-erba’ għanijiet tematiċi ewlenin magħżulin mill-Kummissjoni Ewropea, bħala oqsma li fuqhom trid tiffoka l-politika tal-protezzjoni tal-konsumaturi, jiġifieri i) titjib tas-sigurtà tal-konsumaturi ii) titjib tal-għarfien, iii) titjib tal-implimentazzjoni, żieda fl-infurzar u l-iżgurar tar-rimedju u iv) allinjament tad-drittijiet u l-politiki ewlenin mal-bidla fl-ekonomija u s-soċjetà. Il-Kumitat jappella għat-tisħiħ tat-trasparenza u li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni li tista’ titqabbel u ta’ kwalità aħjar, biex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet aktar razzjonali;

Implimentazzjoni tal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea

5.

jinsisti li waqt li jkunu qed jitfasslu l-azzjonijiet, iridu jiġu rispettati l-prinċipju tal-proporzjonalità tal-miżuri li jkunu ser jittieħdu u b’mod partikolari trid issir analiżi fil-fond tal-bilanċ spejjeż-vantaġġi;

6.

jenfasizza l-importanza li jiġu garantiti l-effikaċja u l-adegwatezza tal-miżuri li ser jittieħdu, b’mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa u tas-sigurtà. Il-metodi li jintgħażlu jridu jkunu flessibbli biżżejjed biex ikunu jistgħu jiġu aġġustati għar-realtajiet reġjonali, il-ħtiġijiet tal-gruppi vulnerabbli u l-iżviluppi mgħaġġlin tas-swieq, bil-għan li jitħarsu l-konsumaturi;

7.

jipproponi li biex jitħarsu d-drittijiet tal-konsumaturi fil-politiki Ewropej b’mod globali, ikun hemm ukoll perspettiva orizzontali fil-qafas tal-kompetenzi eżistenti tal-implimentazzjoni tal-miżuri, barra mill-miżuri settorjali msemmija hawn fuq;

8.

jinnota n-nuqqas ta’ enfasi fuq l-għan tal-koeżjoni territorjali li kien iddaħħal mit-Trattat ta’ Lisbona. B’mod partikolari, huwa jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu mħarsa l-gruppi ta’ konsumaturi vulnerabbli, li jkollhom diffikultajiet kemm ta’ aċċess għas-swieq, kemm ta’ għażliet limitati kif ukoll ta’ problemi meta jiġu biex jiddefendu drittijiethom. F’din il-kategorija jinsabu l-konsumaturi li ġejjin minn reġjuni ultraperiferiċi, dawk minn reġjuni b’densità baxxa fil-popolazzjoni, kif ukoll dawk minn reġjuni iżolati jew muntanjużi, fejn is-suq jaħdem b’mod imperfett.

9.

għaldaqstant jinsisti fuq l-importanza dejjem tikber tal-internet għal dawn il-kategoriji ta’ konsumaturi, peress li permezz tiegħu jkunu jistgħu jilħqu s-swieq, jiksbu informazzjoni, iqabblu l-prodotti u s-servizzi differenti, u jiddefendu d-drittijiet tagħhom f’każ ta’ tilwim;

10.

jenfasizza l-importanza li l-mekkaniżmi ta’ sorveljanza fir-reġjuni li jbatu minn limitazzjonijiet ġeografiċi jew demografiċi permanenti jitjiebu permezz ta’ riżorsi u kompetenzi adegwati;

11.

jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u tal-istituzzjonijiet nazzjonali leġislattivi li huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-miżuri adottati jiġu adattati għal dak li jistgħu jagħmlu l-produtturi minn reġjuni żvantaġġjati. Għal dawn il-kategoriji, l-ispejjeż u ż-żmien meħtieġa għal dawn l-adattamenti jistgħu jkunu differenti ferm minn dawk ta’ reġjuni oħra Ewropej;

L-isfruttar tal-opportunitajiet li joffri l-Internet, kontroll u aġġornar

12.

qed jieħu l-okkażjoni biex jenfasizza l-ħtieġa li tiġi implimentata aġenda diġitali, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 peress li r-rwol tal-internet huwa partikolarment importanti għall-kategoriji kollha tal-konsumaturi. Il-livelli differenti ta’ governanza, minn dak Ewropew għal dawk nazzjonali u reġjonali, iridu jipparteċipaw b’mod attiv f’dan l-isforz, sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej;

13.

jinsisti fuq l-influwenza tal-internet fuq dawk l-aktar żgħar, li nistgħu nassumu li huma ferm aktar vulnerabbli mill-adulti quddiem it-teknoloġiji l-ġodda li huma jużaw ħafna aktar;

14.

josserva li l-użu tal-internet huwa aktar baxx fost gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni bħall-anzjani, il-persuni b’diżabbiltà u dawk soċjalment żvantaġġati. B’mod partikolari, il-Kumitat jenfasizza li r-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi ġeografiċi għandhom problemi akbar ta’ tixjiħ tal-popolazzjoni mill-oħrajn. B’mod ġenerali, dawn il-kategoriji tal-popolazzjoni għandhom inqas possibbiltà li jgawdu l-opportunitajiet li joffri s-suq uniku u li jiddefendu drittijiethom. Għandu jsir sforz speċjali, bil-kollaborazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex tiġi promossa prosperità li tilħaq ukoll din il-kategorija ta’ ċittadini permezz ta’ azzjonijiet immirati;

15.

fid-dawl tad-diffikultajiet li jiffaċċjaw it-territorji u l-komunitajiet sabiex itejbu aċċess għall-internet, b’mod partikolari ż-żoni rurali, dawk muntanjużi, il-gżejjer u dawk imbiegħda u periferiċi, jappoġġja l-proposti reċenti tal-Kummissjoni biex tinbidel il-leġislazzjoni dwar l-għajnuna Statali. Hija tipproponi fost affarijiet oħra li l-eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika legali tal-għajnuna għall-provvista ta’ konnessjoni broadband hija kompatibbli mas-suq intern

16.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea li taħdem flimkien mal-Istati Membri biex jitnedew inizjattivi mmirati li jtejbu l-kompetenzi elettroniċi tal-konsumaturi, filwaqt li taċċerta li l-gruppi kollha taċ-ċittadini jkollhom aċċess għas-suq uniku diġitali u li jkunu jistgħu jgawdu minnu kompletament;

17.

jenfasizza li l-iżvilupp mgħaġġel tal-kummerċ elettroniku huwa essenzjali għall-konsumaturi peress li jżid il-possibbiltajiet li jkollhom ta’ għażla, l-aktar fil-każ taċ-ċittadini li jgħixu f’reġjuni li mhumiex aċċessibbli ħafna, f’dawk ultraperiferiċi jew lil hinn miċ-ċentri prinċipali, kif ukoll għal dawk b’mobbiltà ridotta, li, altrimenti, ma jkollhomx aċċess għal għażla kbira;

18.

jirrimarka b’insistenza li s-sigurtà tal-Internet hija problema kbira ħafna li l-importanza tagħha tiżboq l-aġenda tal-konsumaturi. Hemm bżonn li jittieħdu l-miżuri adegwati kollha biex din l-għodda importanti tintuża għall-benefiċċju taċ-ċittadini, kemm konsumaturi kif ukoll intrapriżi, u biex jiġu evitati l-prattiki kriminali u sleali, preżempju l-ġbir abbużiv ta’ data personali jew il-vjolazzjoni tad-dritt fuq il-proprjetà;

19.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex tressaq proposti leġislattivi tal-Kummissjoni dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim onlajn u r-riżoluzzjoni alternattiva tal-kontroversji,, peress li jiffurmaw strument importanti għall-koeżjoni territorjali. Il-Kumitat jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-infurzar tal-liġi tal-konsumaturi għandu jiġi semplifikat anke permezz tas-soluzzjoni extra-ġudizzjarja tat-tilwim. Madankollu jqis li hemm bżonn li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttivi jiġi limitat għall-kompetenzi tal-UE u b’mod partikolari għal sitwazzjonijiet transkonfinali;

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

20.

huwa konvint li huwa indispensabbli li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw għodod adatti biex jiggarantixxu l-protezzjoni tal-konsumaturi, skont il-kompetenza tagħhom. F’dan il-qafas, u fid-dawl tal-fatt li bħalissa qed jiġi diskuss il-qafas finanzjarju għall-perjodu 2014-2020, u minħabba f’hekk ninsabu fi żmien propizju, il-Kumitat jipproponi li ma jintużawx biss ir-riżorsi tal-fondi strutturali għall-implimentazzjoni tal-aġenda imma wkoll il-previżjonijiet tal-programmi nazzjonali ta’ riforma;

21.

fir-rigward tal-fondi strutturali b’mod partikolari, jipproponi li jiġu adottati miżuri biex l-iffinanzjar tal-intrapriżi jiġi marbut ma’ kriterji ta’ rispett tal-obbligi tagħhom u l-attitudni ġenerali lejn il-konsumaturi (pereżempju, il-produzzjoni sostenibbli) u ma jkunux limitati biss għal fatturi marbutin essenzjalment mas-sostenibbiltà ekonomika;

22.

dwar dan il-punt, jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm kooperazzjoni mill-viċin bejn l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali meta jiġu adottati dawn il-miżuri. B’mod aktar speċifiku, anke jekk fin-natura tagħhom l-azzjonijiet tal-aġenda jridu jiġu implimentati prinċipalment mill-awtoritajiet Ewropej u dawk nazzjonali, ir-rwol tal-awtoritajiet lokali huwa importanti peress li jirrappreżentaw lill-komunitajiet lokali u jistgħu jikkontribwixxu għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet;

23.

jenfasizza wkoll li m’għandux jiġi traskurat il-fatt li l-awtoritajiet reġjonali u lokali huma huma stess konsumaturi ta’ oġġetti u servizzi u li għaldaqstant, għandhom bżonn, kif jammettu huma stess, qafas sikur li jiggarantixxi r-rispett tal-interessi tagħhom u ta’ dawk il-komunitajiet li jirrappreżentaw u li spiss jikkontribwixxu għall-baġits tagħhom;

24.

josserva li l-isforz biex l-aġenda tal-konsumaturi tiġi applikata b’mod effikaċi fil-perjodu attwali ta’ kriżi m’għandux jitqies bħala lussu. Għall-kuntrarju, il-KtR huwa konvint li l-politika tal-konsumaturi ser tikkontribwixxi biex l-UE toħroġ mill-kriżi aktar malajr: konsumaturi responsabbli huma rekwiżit essenzjali għall-produzzjoni ta’ oġġetti u servizzi sikuri, ta’ kwalità u kompetittivi, fattur li jikkontribwixxi għall-irkupru sostenibbli tal-ekonomija;

Id-dimensjoni soċjali tal-aġenda

25.

jirrimarka li l-kriżi finanzjarja attwali għandha tibdel b’mod radikali d-drawwiet tal-konsum taċ-ċittadini, peress li minn naħa, hija qed tkabbar id-diżugwaljanzi soċjali u min-naħa l-oħra qed tnaqqas id-dħul disponibbli għall-konsum. Dan jista’ jwassal biex iċ-ċittadini jduru lejn modi ġodda ta’ konsum, li permezz tagħhom il-konsumaturi jkunu jridu jkollhom kontroll aktar strett fuq it-tranżazzjonijiet, informazzjoni aktar sħiħa u l-possibbiltà li jqabblu, li jbiddlu d-deċiżjoni li jkunu ħadu u jiddefendu d-drittijiet tagħhom f’każ ta’ tilwim. Il-Kummissjoni trid tqis il-kundizzjonijiet il-ġodda li qed jitfaċċaw u tuża l-aġenda b’mod li toħloq l-aħjar ambjent possibbli għall-promozzjoni tal-benesseri taċ-ċittadini, kif wara kollox jipprevedi t-Trattat ta’ Lisbona;

26.

jindika li sabiex il-konsumatur ikun jista’ jivvaluta r-rapport bejn il-kost u l-kwalità tal-merkanzija, jeħtieġ li jkollu aktar informazzjoni u garanziji dwar it-traċċabbilità tal-prodotti;

27.

jinnota li hemm riskju li dejjem qed jiżdied li l-konsumaturi jibdew iduru lejn għażliet li jkunu dettati mill-prezz tal-merkanzija kkonċernata, għad-detriment tal-kwalità. Peress li dan jirrigwarda b’mod speċifiku n-negozju fuq il-fruntieri tal-UE, il-Kumitat jibża’ li tista’ tiġi reġistrata żieda fil-każijiet ta’ kuntrabandu;

28.

jilqa’ b’sodisfazzjoni l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi studju dwar l-effetti tad-dejn tal-familji. Jissuġġerixxi li dan l-istudju ma janalizzax biss il-metodi li bihom tista’ tiġi indirizzata l-problema, li bil-kriżi kibret u ħarġet mil-limiti tal-kontroll, iżda li janalizza wkoll il-kawżi u jipproponi miżuri bħal, pereżempju, il-garanzija ta’ self responsabbli u fl-istess waqt it-tnedija ta’ azzjonijiet speċifiċi mmirati li jnaqqsu l-effetti tad-dejn eċċessiv;

29.

jinnota li hemm bżonn li jiddaħħal regolament dwar is-sigurtà tal-prodotti u tal-prestazzjonijiet fil-qasam tal-mediċina, kwistjonijiet li reċentement ġibdu l-attenzjoni tal-istampa;

30.

jinnota b’sens ta’ preokkupazzjoni li, skont il-Komunikazzjoni, kienu biss 2 % tal-konsumaturi li rrispondew tajjeb għall-mistoqsijiet dwar id-drittijiet tagħhom. Dan il-perċentwali jidher baxx ħafna; għalhekk il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li jsaħħu l-isforzi tagħhom ħalli d-drittijiet tal-konsumaturi jsiru magħrufa b’mod aktar mifrux. Il-proposta li tiġi organizzata kampanja ta’ informazzjoni fil-livell Ewropew tagħti kontribut f’dan ir-rigward. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jikkontribwixxu wkoll, b’kollaborazzjoni mal-partijiet interessati li jaħdmu fid-difiża tal-konsumaturi;

31.

jesprimi wkoll il-qbil tiegħu mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-awtoritajiet inkarigati mill-applikazzjoni tal-liġi huma mistiedna li jagħmlu aktar b’anqas riżorsi. Dan jeħtieġ ippjanar iddettaljat u l-eżami kontinwu tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet meħuda biex jinkiseb l-aħjar riżultat;

32.

jenfasizza li l-għoti tal-awtonomija lill-konsumaturi tirrikjedi wkoll l-edukazzjoni tagħhom u f’dan ir-rigward, jiġbed l-attenzjoni għall-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll is-soċjetà ċivili jipparteċipaw fil-kampanji ta’ informazzjoni tal-konsumaturi. Għandu jkun hemm lok li l-kampanji tal-informazzjoni jiġu adattati għall-karatteristiċi reġjonali. Huwa jissuġġerixxi li l-enfasi tkun fuq il-programmi ta’ tagħlim fl-iskejjel u l-universitajiet, biex il-ġenerazzjonijiet iż-żgħar jitħejjew ħalli jsiru konsumaturi attenti fl-għażliet tagħhom; barra minn hekk, m’għandux jiġi injorat ir-rwol li għandhom l-istituzzjonijiet li joffru tagħlim lill-adulti;

33.

jaqbel mal-isforzi biex il-problemi jissolvew fis-sors, b’miżuri intiżi li jinkoraġġixxu l-konformità tal-intrapriżi. Madankollu, dan l-approċċ irid iqis il-kundizzjonijiet partikolari tal-produtturi, f’kull pajjiż u reġjun, kif ukoll madwar id-dinja, fejn jinsabu l-fornituri. Il-miżuri ta’ inċentivazzjoni jridu jkunu suffiċjenti biex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-konformità mar-regolamenti l-ġodda li għad joħorġu u trid titqies ukoll il-kapaċità tal-intrapriżi li jadattaw;

34.

jenfasizza li hija u timplimenta l-politika għall-konsumaturi, il-Kummissjoni Ewropea ser ikollha tirrispetta l-ordni ġuridiku tal-Istati Membri u l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Min-naħa l-oħra, huma u jintegraw il-leġislazzjoni tal-Unjoni fil-liġi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz partikolari biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ eżiġenzi akbar minn dawk li huma meħtieġa għal dan il-għan. Dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri, f’każijiet individwali, jimmiraw lejn livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumaturi;

35.

iqis li l-konsumaturi jridu jiġu informati dwar it-tibdil li jseħħ biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mit-titjib fil-leġislazzjoni. Il-Kumitat jinsisti wkoll dwar il-possibbiltà li għandha tingħata lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta’ miżuri ta’ informazzjoni fost il-konsumaturi dwar drittijiethom u t-tibdil li seħħ fil-liġijiet għall-benefiċċju tagħhom;

36.

jinsab sodisfatt li l-aġenda għall-konsumaturi tirreferi għall-azzjonijiet kollettivi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipproponi qafas speċifiku sabiex dawn jitwettqu; il-proposti tal-Kummissjoni dwar l-istrumenti kollettivi għall-protezzjoni legali għandhom ikunu limitati għal leġislazzjoni qafas li tinkludi linji gwida dwar standards minimi li għandhom jiġu applikati fil-livell nazzjonali, u li tħalli f’idejn l-Istati Membri d-deċiżjoni dwar kif jistgħu jiġu implimentati l-istrumenti kollettivi ta’ protezzjoni legali fid-dawl tat-tradizzjonijiet legali nazzjonali rispettivi individwali. Sakemm l-UE ma titlobx li jkollha kompetenza regolatorja għal aktar strumenti legali kollettivi, dawn għandhom jirrispettaw l-ordinamenti ġuridiċi rispettivi u s-sistemi ta’ infurzar tal-liġi tal-Istati Membri individwali;

37.

huwa konvint li l-promozzjoni ta’ strateġija integrata għall-konsumaturi tissupponi li huma jkollhom rappreżentanza qawwija fil-korpi deċiżjonali. F’dan ir-rigward, il-Kumitat jinsisti fuq ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, li għandhom l-aktar stampa sħiħa tal-problemi li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi fil-ħajja ta’ kuljum, u b’hekk jistgħu jikkontribwixxu biex jinstabu s-soluzzjonijiet meta jintalbu biex jagħmlu dan. Fl-istess waqt, dawn l-organizzazzjonijiet huma kanali ta’ informazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-amministrazzjoni, li b’hekk jippermettu d-diffużjoni tal-informazzjoni minn fuq għal isfel. Il-Kumitat jirrikonoxxi li hemm lok li r-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jitjiebu, kemm fil-livell primarju kif ukoll f’dak sekondarju, fl-istess waqt jistieden lill-Istati Membri li jappoġġjawhom skont il-ħtieġa, u li jistabbilixxu qafas għall-azzjoni f’każ ta’ bżonn;

Lejn implimentazzjoni aktar effikaċi tal-aġenda

38.

jitlaq mill-prinċipju li ċ-ċittadini jridu jkunu jistgħu jafdaw fl-awtoritajiet responsabbli li japplikaw il-liġi; dan l-għan jintlaħaq kemm bl-applikazzjoni korretta tar-regolament kif ukoll bil-possibbiltà li ċ-ċittadini jingħataw li jirrikkorru għand dawn l-awtoritajiet f’każ ta’ tilwim;

39.

jenfasizza li fir-rigward tal-intrapriżi, tul il-katina tal-produzzjoni kollha, l-intrapriżi jridu jiġu konvinti li jkun aħjar għalihom li jirrispettaw l-impenji tagħhom marbutin mal-liġi milli li ma jikkonformawx. Ta’ min wieħed jinnota li l-informazzjoni marbuta mal-liġijiet dwar il-konsumaturi m’għandhiex tkun immirata biss lejn dawn tal-aħħar imma għandha testendi wkoll għall-intrapriżi;

40.

jaqbel li l-importanza tar-rwol tal-intermedjarji, qed tikber dejjem aktar speċjalment għas-servizzi bl-internet. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jiġu ggarantiti t-trasparenza u l-kunfidenza iżda wkoll li jiġi assigurat li ssir ġustizzja u li jiġu imposti sanzjonijiet f’każijiet ta’ insolvenza tal-intermedjarji. Dan jirrikjedi l-ħolqien ta’ strutturi ta’ kontroll u ta’ sorveljanza, kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-UE;

41.

jissuġġerixxi li jiġu adottati wkoll regoli vinkolanti dwar il-garanziji kummerċjali biex jimtela vojt importanti fil-ħarsien tal-konsumaturi fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni li taħdem mal-intermedjarji u mal-professjonisti biex ittejjeb il-qafas li jirregola l-ftehimiet kummerċjali;

42.

jappella lill-Kummissjoni biex tara li l-Istati Membri japplikaw il-leġislazzjoni dwar l-approfonidment tas-suq uniku fil-ħin u fil-waqt u fuq kollox li japplikawha mingħajr riżervi;

43.

jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-baġit previst għall-azzjonijiet tal-aġenda tal-konsumaturi huwa limitat, peress li jilħaq madwar 0,05 € għal kull ċittadin Ewropew fis-sena. B’hekk jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħtieġa li tkun prudenti ħafna fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri biex tikseb l-aħjar riżultat possibbli;

44.

ser ikun attent biex jara li l-Aġenda għall-Konsumaturi Ewropej tiġi implimentata b’mod effiċjenti u effikaċi, biex titjieb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej.

Brussell, 29 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/13


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Kodiċi tal-Kondotta dwar is-Sħubija”

2013/C 17/04

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI:

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tobbliga lill-Istati Membri jorganizzaw kooperazzjoni bbażata fuq is-sħubija bejn l-awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u l-imsieħba ekonomiċi, soċjali u s-settur tal-NGOs;

jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tikkomplementa r-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) b’Kodiċi tal-Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija (KKES), u jiddispjaċih ferm dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill li jneħħi l-Kodiċi tal-Kondotta mill-kaxxa tan-negozjati;

jitlob lill-Kummissjoni biex il-KKES tiżgura bilanċ ġenwin bejn il-ħtieġa li l-Istati Membri jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti għas-sħubija u d-dritt tal-Istati Membri li jżommu l-possibbiltajiet speċifiċi tagħhom u l-prattiki attwali tagħhom, b’mod partikolari b’referenza għall-prinċipju tas-sussidjarjetà;

jenfasizza li s-sħubija hija rekwiżit essenzjali biex tittejjeb l-effiċjenza tal-politika ta’ koeżjoni u li hija biss sistema ta’ governanza f’diversi livelli li tinvolvi l-livelli kollha li tista’ tiżgura rabta effettiva bejn il-linji gwida strateġiċi stabbiliti mill-Unjoni Ewropea u l-isfidi lokali u reġjonali;

jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti bis-sħiħ fit-tħejjija tal-Ftehimiet ta’ Sħubija u anke fid-definizzjoni u l-implimentazjoni tal-prijoritajiet ta’ investiment tal-politika reġjonali;

iħoss li jeħtieġ li tiġi stabbilita ġerarkija adatta ta’ msieħba fejn il-pożizzjoni prinċipali fil-proċess ta’ sħubija tkun f’idejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali peress li jesprimu fehmiet, valuri u interessi komuni;

jinnota l-bżonn li l-imsieħba jkunu adattati għat-tip tal-programm, iżda jiddubita jekk il-programmi jistgħux jinġabru skont it-tip ta’ fond.

Relatur

Is-Sur SZWABSKI (PL/AE), President tal-Kunsill tal-Belt ta’ Gdynia

Dokument ta’ referenza

Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni – Il-prinċipju tas-sħubija fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-Qafas Strateġiku Komuni – elementi għal Kodiċi tal-Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija

SWD(2012) 106 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Daħla

1.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li s-sħubija hija kruċjali biex l-Istrateġija Ewropa 2020 tiġi implimentata b’suċċess u biex il-fondi relatati mal-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) tal-Unjoni Ewropea jiġu implimentati b’mod effikaċi;

2.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tobbliga lill-Istati Membri jorganizzaw kooperazzjoni bbażata fuq is-sħubija bejn l-awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali u l-imsieħba ekonomiċi, soċjali u s-settur tal-NGOs f’kull aspett ta’ implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni Ewropea;

3.

jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tikkomplementa r-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) b’Kodiċi tal-Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija (KKES), dokument konkret u speċifiku dwar il-proċess ta’ sħubija fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi u l-fondi tal-Qafas Strateġiku Komuni (QSK);

4.

jiddispjaċih ferm dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill li jneħħi l-Kodiċi tal-Kondotta mill-kaxxa tan-negozjati u b’hekk jinjora l-pożizzjonijiet li ħadu l-Parlament Ewropew u l-KtR li ser ikomplu jiddefendu l-bżonn ta’ strument bħal dan fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020;

5.

f’dan il-kuntest, jitlob lill-Kummissjoni biex il-KKES tiżgura bilanċ ġenwin bejn il-ħtieġa li l-Istati Membri jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti għas-sħubija u d-dritt tal-Istati Membri li jżommu l-possibbiltajiet speċifiċi tagħhom u l-prattiki attwali tagħhom;

6.

b’rabta ma’ dan, jissuġġerixxi li fil-proposta għal KKES tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li tiddaħħal proċedura għal ftehim minn qabel dwar kif l-Istati Membri individwali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit għas-sħubija, b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Id-dispożizzjonijiet tat-tali ftehimiet joffru l-Kummissjoni l-bażi biex tivverifika l-konformità mal-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi bir-rekwiżiti tal-KKES;

7.

ifakkar u jenfasizza li l-politika ta’ koeżjoni fiha nnifisha tgħaqqad dimensjoni strateġika mad-deċentralizzazzjoni tar-responsabbiltajiet lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, li għandhom l-esperjenza u l-kompetenzi li huma essenzjali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva fl-Istati Membri. Ladarba jintlaħaq ftehim dwar l-istrateġija ġenerali tal-Kummissjoni, ħafna drabi jkunu r-reġjuni li huma responsabbli biex jittieħdu deċiżjonijiet kruċjali dwar kwistjonijiet bħall-għażla u l-ġestjoni ta’ proġetti;

8.

jenfasizza li għalhekk is-sħubija hija rekwiżit essenzjali biex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-politika ta’ koeżjoni biex il-linji gwida tal-Unjoni Ewropea jkunu jistgħu jiġu adattati għall-isfidi lokali u reġjonali. Fil-prattika, hija biss sistema ta’ governanza f’diversi livelli li tinvolvi l-livelli kollha li tista’ tgħaqqad b’mod effettiv dawn iż-żewġ dimensjonijiet. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma parti essenzjali tal-governanza f’diversi livelli u għalhekk ma jistgħux jitqiegħdu fl-istess livell tal-imsieħba mis-settur nongovernattiv;

9.

fl-istess ħin, ma japprovax dan it-tip ta’ implimentazzjoni tal-prinċipju tal-governanza f’diversi livelli, li effettivament jagħti rwol ikbar lil-livelli ogħla ta’ gvern milli lil-livelli iktar baxxi fil-proċeduri tas-sħubija. Il-KKES għandha tħeġġeġ b’mod determinat lill-Istati Membri biex jevitaw din is-sitwazzjoni permezz ta’ azzjoni effettiva;

10.

jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti bis-sħiħ fit-tħejjija tal-Ftehimiet ta’ Sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u biex tali kuntratti jinkludu dispożizzjoni li tistipula r-regoli miftiehma għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-entitajiet reġjonali u lokali, li jistgħu jiddaħħlu bħala waħda mill-kundizzjonijiet ex ante stabbiliti fir-Regolament Ġenerali;

11.

jixtieq ukoll jara l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ investiment tal-politika reġjonali. Għalhekk jappella lill-Kummissjoni biex tikkonferma r-rwol mexxej tal-awtoritajiet lokali u reġjonali b’rabta ma’ msieħba oħra identifikati fil-KKES;

12.

jappoġġja l-intenzjoni dikjarata mill-Kummissjoni li fil-KKES tistabbilixxi biss rekwiżiti minimi rigward l-obbligu tal-Istati Membri li jinvolvu l-imsieħba fid-diversi fażijiet tal-programazzjoni. Fl-istess ħin, jittama li t-tali rekwiżiti jkunu ambizzjużi u ċari biżżejjed biex tiġi żgurata sħubija ġenwina fl-iktar kwistjonijiet importanti;

13.

jenfasizza b’mod partikolari l-importanza tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, li minn naħa għandhom jippermettu u jsaħħu l-parteċipazzjoni fis-sħubija tal-entitajiet f’livell li jikkorrispondi mal-ambitu territorjali ta’ programm partikolari, u min-naħa l-oħra jiżguraw li l-parteċipazzjoni tal-imsieħba tkun taqbel mal-potenzjal u r-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni tal-programm;

14.

jiġbed l-attenzjoni li, apparti d-differenzi fl-istituzzjonijiet u l-kultura politika, l-Istati Membri huma ferm diversi mil-lat tal-erja tal-art, id-daqs u l-firxa ta’ distribuzzjoni tal-popolazzjoni. B’rabta ma’ dan, it-tqassim bejn il-livell nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri individwali fil-prattika tfisser sitwazzjoni varjata sew, ħaġa li taffettwa l-metodi għall-implimentazzjoni tas-sħubija;

15.

bi pjaċir jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni beħsiebha tadotta l-KKES bħala att iddelegat eżatt wara li jidħol fis-seħħ ir-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni. Jekk jiġi deċiż li dan id-dokument jingħata status legali differenti, il-Kumitat jappella għal soluzzjonijiet li jiżguraw konformità reali u aħjar mal-prinċipji tas-sħubija fil-perjodu tal-baġit 2014-2020;

L-imsieħba

16.

jiġbed l-attenzjoni li fl-abbozz ta’ KKES it-tqassim fir-rigward tal-imsieħba potenzjali fi tliet gruppi: (a) l-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali, (b) l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u (c) il-korpi li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba ambjentali, l-NGOs u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, iqiegħed fl-istess livell korpi ta’ tipi ferm differenti u b’opportunitajiet differenti biex jinfluwenzaw b’mod reali l-implimentazzjoni tal-programmi;

17.

fid-dawl ta’ dan, iħoss li jeħtieġ li tiġi stabbilita ġerarkija adatta ta’ msieħba. Il-pożizzjoni prinċipali fil-proċess ta’ sħubija għandha tkun f’idejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, billi huma għandhom il-leġittimità – u għalhekk ir-responsabbiltà – politika, inkluża r-responsabbiltà finanzjarja. B’hekk għandhom l-obbligu li jirrappreżentaw l-interess ġenerali u huma responsabbli wkoll għall-implimentazzjoni ta’ għadd kbir ta’ programmi u proġetti. Barra minn hekk, f’xi pajjiżi deċentralizzati, l-awtoritajiet reġjonali għandhom kompetenzi leġislattivi;

18.

jiġbed l-attenzjoni li l-istqarrija li r-reġjuni għandhom rwol ewlieni fl-organizzazzjoni tal-proċess tas-sħubija fl-Istati Membri “deċentralizzati” m’għandhiex tinftiehem li fi Stati Membri oħra dan ir-rwol irid jinqeda mill-awtoritajiet nazzjonali;

19.

jaqbel mal-Kummissjoni li huwa partikolarment importanti li jintgħażlu istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u gruppi li jistgħu verament jinfluwenzaw l-implimentazzjoni ta’ programm partikolari jew li jintlaqtu b’mod konsiderevoli mit-twettiq tiegħu;

20.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tagħraf il-proċeduri u l-metodi diġà stabbiliti fl-Istati Membri għall-implimentazzjoni tas-sħubija (workshops, stħarriġ, forums, konsultazzjonijiet, laqgħat), filwaqt li jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jitqiesu l-bidliet rivoluzzjonarji fit-tipi tal-komunikazzjoni soċjali fil-kuntest tat-tixrid tat-teknoloġiji l-ġodda tat-telekomunikazzjoni. Il-KKES għandha tħeġġeġ l-Istati Membri jkunu iżjed ambizzjużi u innovattivi f’dan il-qasam. Din hija wkoll kundizzjoni neċessarja sabiex jiġu involuti ċ-ċittadini l-iktar żagħżagħ fil-proċessi ta’ sħubija;

21.

jaqbel mat-tħassib tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni ta’ rappreżentanti tal-iktar gruppi vulnerabbli u marġinalizzati, iżda ma jarax il-bżonn li jissemmew speċifikament fid-dokument ġenerali, billi, skont il-kundizzjonijiet lokali u l-programm speċifiku konċernat, jistgħu jkunu involuti diversi gruppi;

22.

madankollu, jiġbed l-attenzjoni li fid-dawl tal-esperjenza tal-passat ta’ kunflitti soċjali li nħolqu mill-implimentazzjoni ta’ ċerti inizjattivi, il-KKES għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri biex, fi stadju bikri tal-proċess ta’ sħubija, jinvolvu lir-rappreżentanti tal-gruppi u l-korpi li jistgħu jikkritikaw l-implimentazzjoni ta’ programm partikolari;

Awtoritajiet pubbliċi reġjonali, lokali, urbani u oħrajn

23.

ifakkar li l-imsieħba li jirrappreżentaw l-komunitajiet reġjonali u lokali, irrispettivament mill-kompetenzi formali tagħhom fl-Istati Membri individwali, jesprimu fehmiet, valuri u interessi komuni. Għalhekk, il-pożizzjoni tagħhom bħala msieħba hija oġġettivament differenti minn dik tal-imsieħba settorjali u soċjali li jirrappreżentaw fehmiet, valuri u interessi frammentati. Dan il-fatt għandu jiġi rifless b’mod ċar fid-dokument tal-KKES;

24.

jissuġġerixxi li t-tipi ta’ korpi territorjali li jistgħu jiġu involuti fil-proċess ta’ sħubija jissemmew speċifikament fil-KKES. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-korpi li mhumiex unitajiet territorjali ta’ Stat Membru partikolari: żoni funzjonali (urbani, rurali, infrastrutturali, naturali, transkonfinali, kostali, eċċ.), gruppi ta’ kooperazzjoni intermuniċipali territorjali u netwerks ta’ kooperazzjoni tal-bliet;

25.

jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li, fil-kuntest tal-KKES, tirrikjedi lill-awtoritajiet reġjonali li jiġġestixxu l-programmi jorganizzaw - fil-livelli kollha tal-implimentazzjoni tal-programm - il-proċess ta’ sħubija bejn ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u urbani, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u tas-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba ambjentali, l-NGOs u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni;

26.

jissuġġerixxi li l-awtoritajiet muniċipali u r-rappreżentanti taż-żoni funzjonali urbani jiġu involuti fil-proċessi ta’ sħubija mhux biss meta jkunu qed jimplimentaw l-investimenti territorjali integrati (ITI) iżda kull meta dan ikun utli fil-kuntest ta’ programm partikolari;

L-imsieħba ekonomiċi u soċjali

27.

jaqbel mal-Kummissjoni li l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-impjegati għandhom jingħataw rwol indaqs fis-sħubija. Madankollu, għandhom jitqiesu wkoll il-livelli u l-metodi ferm differenti ta’ kif inhuma organizzati dawn il-korpi fl-Istati Membri differenti. F’ħafna setturi n-natura tax-xogħol effettivament tagħmilha impossibbli li jiġu stabbiliti organizzazzjonijiet tal-impjegati. Il-KKES għandha tinkludi rakkomandazzjonijiet li, filwaqt li ma jimponux soluzzjonijiet speċifiċi, jirrikjedu li l-Istati Membri jfasslu proċeduri għall-kooperazzjoni mal-imsieħba ekonomiċi u soċjali li jqisu l-karatteristiċi nazzjonali, reġjonali u anke lokali;

28.

jiġbed l-attenzjoni li fid-dawl tas-sitwazzjoni f’ħafna swieq tax-xogħol Ewropej, fost l-imsieħba soċjali msemmija għandhom jiġu inklużi l-organizzazzjonijiet jew l-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni li qed ifittxu impjieg, speċjalment dawk li jkunu żgħażagħ u kwalifikati;

L-imsieħba li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, inklużi l-imsieħba ambjentali, l-NGOs u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni

29.

jappoġġja għal kollox is-suġġeriment tal-Kummissjoni li s-sħubija bejn l-organizzazzjonijiet numerużi u diversi li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili għandha tkun ibbażata fuq il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet umbrella tagħhom, u li għandu jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ diversi forom ta’ netwerking u kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet individwali li jieħdu sehem fis-sħubija;

30.

josserva li l-KKES għandha tinkludi kriterji ċari u trasparenti għas-selezzjoni tal-NGOs rappreżentattivi, l-iktar fuq il-bażi tal-kompetenzi tagħhom u l-attività li jkunu wettqu fil-qasam kopert mill-programm inkwistjoni;

IL-proċess ta’ sħubija

Nadattaw is-sħubija għall-programm

31.

jinnota l-bżonn li l-imsieħba jkunu adattati għat-tip tal-programm, iżda jiddubita jekk il-programmi jistgħux jinġabru skont it-tip ta’ fond (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FEŻR), Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS), Fond ta’ Koeżjoni u Fond Soċjali Ewropew (FSE)), speċjalment għax hemm il-ħsieb li l-programmi jiġu kofinanzjati minn diversi fondi. L-għażla tal-imsieħba għandha tkun determinata mit-tip ta’ programm u l-isfera ta’ attività;

32.

jissuġġerixxi li l-KKES tinkorpora prinċipju ġenerali li r-rikonoxximent ta’ tip speċifiku ta’ msieħeb bħala wieħed ewlieni m’għandux jeskludi awtomatikament lil korpi oħra milli jieħdu sehem fis-sħubija, jekk dan ikun ġustifikat;

33.

jiġbed l-attenzjoni li fil-programmi finanzjati mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni, jeħtieġ li jiġi żgurat li s-sħubija tinkludi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gruppi tal-awtoritajiet pubbliċi reġjonali u lokali, inklużi l-gruppi transkonfinali;

34.

jara l-bżonn li l-korpi tar-riċerka u l-iżvilupp jiġu inklużi bħala msieħba fil-programmi rilevanti kollha, bl-ambitu u l-forma ta’ sħubija li jikkorrispondu mal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom. Dan jirriżulta mill-kumplessità tal-proċessi ta’ żvilupp moderni u l-bżonn ta’ aċċess għall-għarfien espert dettaljat bil-għan li dawn il-proċessi jiġu influwenzati b’mod effettiv;

L-involviment tal-imsieħba fit-tħejjija tad-dokumenti ta’ programmazzjoni

35.

jaqbel mal-approċċ suġġerit mill-Kummissjoni li l-imsieħba jiġu involuti fl-iktar stadju bikri possibbli tal-programmazzjoni, u mal-idea li dawn is-sħubijiet ikunu separati mill-proċedura tal-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali (VSA);

36.

b’mod partikolari, jenfasizza l-importanza tal-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dawn il-fażijiet tal-programmazzjoni: (1) fl-analiżi tal-isfidi u l-ħtiġiet indirizzati mill-Qafas Strateġiku Komuni (QSK), (2) fl-għażla tal-għanijiet u l-prijoritajiet, u (3) fil-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni li għandhom l-għan li jinkisbu s-sinerġiji fl-iżvilupp. Fl-istess ħin iħeġġeġ lill-Istati Membri jgħidu b’mod konkret kif beħsiebhom jiżguraw dan it-tip ta’ sħubijiet;

It-tfassil tal-Ftehimiet ta’ Sħubija

37.

jitlob li jiġu definiti xi rekwiżiti ġenerali għall-Istati Membri fil-kwistjoni tat-tfassil ta’ proċeduri biex tiġi żgurata sħubija ġenwina matul it-tfassil tal-Ftehimiet ta’ Sħubija;

38.

jemmen li l-awtoritajiet reġjonali u lokali kompetenti għandhom ikunu parti integrali mill-proċess ta’ negozjar għat-tħejjija tal-Ftehimiet ta’ Sħubija kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak reġjonali;

39.

japprezza l-fatt li l-abbozz ta’ KKES jirrifletti l-inizjattiva tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Patti Territorjali għall-Ewropa 2020 bħala element ewlieni tal-governanza f’diversi livelli. Fl-istess ħin, huwa tal-fehma li dan l-istrument ma ntużax biżżejjed;

Il-prinċipji tal-parteċipazzjoni fis-sħubija

40.

jaċċetta u jappoġġja r-rekwiżiti stabbiliti fl-abbozz ta’ KKES li l-Istati Membri jistabbilixxu prinċipji ċari ta’ proċedura għas-sħubija b’rabta ma’ dawn il-kwistjonijiet: (1) l-aċċessibbiltà tad-dokumenti fi stadju bikri, (2) il-garanzija ta’ ħin biżżejjed biex jinqraw id-dokumenti, titwettaq konsultazzjoni u tingħata tweġiba, (3) l-iżgurar li jiġu stabbiliti l-kanali ta’ informazzjoni, (4) l-iżgurar tat-trasparenza fil-metodi li bihom jitqiesu s-suġġerimenti u l-kummenti, (5) it-tixrid tar-riżultati;

L-informazzjoni fid-dokumenti ta’ programmazzjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sħubija

41.

jaċċetta u jappoġġja r-rekwiżiti stabbiliti fl-abbozz ta’ KKES għall-Istati Membri biex jinkludu prinċipji dettaljati għas-sħubija fil-Ftehimiet ta’ Sħubija. Madankollu, ir-rekwiżiti għandhom jirriflettu s-sitwazzjoni speċifika fl-Istati Membri individwali. Dan japplika b’mod partikolari għas-sitwazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livell reġjonali u lokali;

Il-kompożizzjoni, l-importanza u l-ġestjoni tal-kumitati ta’ monitoraġġ

42.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-kumitati ta’ monitoraġġ għandhom rwol ewlieni x’jaqdu fl-implimentazzjoni tal-programmi kollha tal-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) tal-Unjoni Ewropea. Jaċċetta u jappoġġja r-rekwiżiti dettaljati għall-Istati Membri fl-abbozz ta’ KKES rigward l-involviment tal-imsieħba, u b’mod partikolari l-awtoritajiet pubbliċi fil-livell lokali u reġjonali fil-ħolqien tal-kumitati ta’ monitoraġġ. Dawn l-awtoritajiet għandhom ikunu involuti fit-twaqqif tal-prinċipji uffiċjali ta’ kif għandhom jaħdmu dawn il-kumitati ta’ monitoraġġ u l-ħidma kontinwa tagħhom;

L-involviment tal-imsieħba fl-għażla tal-proġetti

43.

jaċċetta l-proposta għal suġġeriment fl-abbozz ta’ KKES li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistabbilixxu rekwiżiti dettaljati għall-għanijiet li ġejjin: (1) l-involviment tal-imsieħba rilevanti fid-definizzjoni tas-sejħat għal proposti u l-valutazzjoni tagħhom, (2) il-prevenzjoni effettiva ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess bejn l-imsieħba, (3) il-garanzija ta’ tibdil regolari fil-persuni li jirrappreżentaw l-imsieħba involuti fis-sejħat għall-offerti, (4) l-iżgurar li l-imsieħba jkunu kompletament konxji tal-obbligi tagħhom meta jkunu involuti fil-proċeduri tal-għażla tal-proġetti. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ewlieni fl-għażla u fl-evalwazzjoni ta’ proġetti li huma mistennija li jkollhom impatt territorjali;

L-involviment tal-imsieħba fil-fażijiet ta’ rappurtar u evalwazzjoni

44.

jaċċetta l-proposta għal suġġeriment fl-abbozz ta’ KKES li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistabbilixxu rekwiżiti dettaljati sabiex l-imsieħba jiġu involuti fit-tfassil tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi, kif ukoll tar-rapporti perjodiċi dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija fl-ewwel nofs tal-2017 u l-2019, b’mod partikolari b’rabta mal-informazzjoni li jinkludu dwar il-progress u l-evalwazzjoni tar-rwol tal-imsieħba fl-implimentazzjoni;

45.

jaqbel mal-insistenza tal-Kummissjoni li l-aworità kontraenti tfassal pjan ta’ valutazzjoni għal kull programm kopert mill-QSK. Jemmen ukoll li hemm raġunijiet importanti għall-adozzjoni ta’ prinċipji differenti għat-tfassil tal-pjani ta’ valutazzjoni għall-programmi finanzjati minn naħa mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew u min-naħa l-oħra mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR);

Assistenza għall-imsieħba

46.

ċerti msieħba, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet ambjentali, l-NGOs, u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni, jistgħu jsibuha diffiċli li jieħdu sehem b’mod suffiċjenti fil-proċess ta’ sħubija minħabba n-nuqqas ta’ għarfien u r-riżorsi limitati;

47.

għalhekk jaċċetta u jappoġġja s-suġġeriment fl-abbozz ta’ KKES li l-Istati Membri jużaw parti mill-fondi allokati għall-assistenza teknika għall-bżonnijiet tal-imsieħba dgħajfa.

Brussell, 29 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/18


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità”

2013/C 17/05

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

huwa tal-fehma li, għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, l-iżvilupp lokali jeħtieġ iżjed appoġġ iffinanzjat mill-UE bil-għan li jkun hemm sjieda aħjar tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 miċ-ċittadini u biex jiġu ffaċilitati u tingħata spinta lill-irkupru ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi;

huwa tal-fehma li s-CLLD huwa fost l-iżjed aspetti radikali tal-pakkett leġislattiv propost għall-2014-2020, u li għandu jitħeġġeġ bil-qawwa l-użu tiegħu;

josserva li s-CLLD huwa l-unika dispożizzjoni fis-CPR fejn jiġu previsti sinerġiji ġenwini fil-livell tal-implimentazzjoni biex flimkien iwasslu għall-użu tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali; il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd; il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni; għalhekk, is-CCLD jista’ jservi bħala “punt ta’ kuntatt waħdieni” għall-benefiċjarji lokali, li jagħmilha possibbli li jkun hemm użu integrat u ssemplifikat fil-post;

huwa tal-fehma li s-CLLD huwa strument ewlieni għall-iżvilupp armonjuż taż-żoni urbani u rurali, li jsaħħaħ il-kapaċità li jiġu żviluppati rabtiet maż-żoni periurbani u rurali tal-madwar;

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibni fuq is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri u rapporti u valutazzjonijiet oħra biex tiżgura li t-tagħlimiet li tawna LEADER u URBACT iwasslu fil-fatt għal mudell tas-CLLD li jkun ferm iżjed b’saħħtu, trasparenti u responsabbli;

jitlob li l-Kummissjoni tħejji mill-iżjed fis possibbli linji gwida indikattivi ssemplifikati komuni għall-implimentazzjoni tas-CLLD f’oqsma kruċjali.

Relatur

Is-Sur Graham GARVIE (UK/ALDE), Membru tal-Kunsill tas-Scottish Borders

Dokumenti ta’ referenza

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti tal-Kummissjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss li jagħmlu enfasi speċifika u mġedda fuq l-iżvilupp lokali fil-politiki reġjonali, rurali u marittimi tal-UE;

2.

huwa tal-fehma li l-iżvilupp lokali jagħmel parti minn approċċ usa’ tal-UE għall-iżvilupp territorjali;

3.

huwa tal-fehma li l-iżvilupp lokali huwa definit aħjar bħala kunċett olistiku li jiffoka fuq l-isfidi u l-potenzjal fi ħdan ir-reġjuni ta’ kull tip, sew dawk urbani, rurali, u rurali-urbani (rurbani), sew dawk funzjonali;

4.

huwa tal-fehma li, għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, l-iżvilupp lokali jeħtieġ iżjed appoġġ iffinanzjat mill-UE bil-għan li mhux biss ikun hemm sjieda aħjar tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 miċ-ċittadini u biex jiġi ffaċilitat il-ksib ta’ dawn l-għanijiet iżda wkoll biex jiġu ffaċilitati u tingħata spinta lill-irkupru ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-oqsma li ntlaqtu b’mod partikolari mill-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali;

5.

josserva li l-approċċ imsejjes fuq l-iżvilupp lokali jista’ jiġi implimentat permezz ta’ strumenti differenti, u l-istrument il-ġdid Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (Community-Led Local Development – CLLD) huwa waħda mill-possibbiltajiet ewlenin proposti mill-Kummissjoni; madanakollu, il-kunċett ta’ żvilupp lokali għandu tifsira usa’ u għandu jqis il-qafas istituzzjonali u l-prattiki ta’ kull Stat Membru tal-UE;

6.

jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-fatt li huwa ddedikat kapitolu sħiħ fir-Regolament li jistabbilixxi Dispożizzjonijiet Komuni (Common Provisions Regulation – CPR) għall-istrument CLLD;

7.

josserva li s-CLLD huwa l-unika dispożizzjoni fis-CPR fejn jiġu previsti sinerġiji ġenwini fil-livell tal-implimentazzjoni biex flimkien iwasslu għall-użu tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR); il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS) u l-Fondi Strutturali – il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta’ Koeżjoni. Għalhekk, jaqdi rwol sostanzjali biex jagħti spinta lill-kredibbiltà tal-politika ta’ koeżjoni billi juri li fondi differenti tal-UE jistgħu fil-fatt jintużaw flimkien b’mod integrat u effettiv;

8.

huwa tal-fehma li dan l-istrument jista’ jintuza kemm biex tiġi garantita aħjar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea kif ukoll biex jiġu implimentati fil-livell lokali l-ħdax-il għan tematiku tal-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) u, b’hekk, l-Istrateġija Ewropa 2020. Madankollu, jixtieq jenfasizza li għandu jiġi estiż il-perjodu ta’ żmien għat-tfassil tal-istrateġija għall-iżvilupp lokali;

9.

huwa tal-fehma li, f’dawn iż-żminijiet diffiċli ta’ kriżi u tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, nilqgħu iżjed minn qatt qabel it-tneħħija tal-ostakli artifiċjali bejn il-fondi differenti tal-UE, sabiex ikunu jistgħu jintużaw fil-livell lokali, sew fiż-żoni urbani kif ukoll f’dawk rurali billi jiġu kkunsidrati aħjar il-bżonnijiet speċifiċi ta’ kull territorju u billi jingħataw attenzjoni mmirata;

10.

jenfasizza li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet huwa aspett fundamentali tas-CLLD, u għandhom isiru disponibbli biżżejjed riżorsi biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju u jimplimentaw l-istrateġija lokali tagħhom;

11.

jilqa’ b’sodisfazzjon kbir il-fatt li s-CPR jipprovdi għaż-żoni tas-CLLD biex jibbenefikaw minn rata ogħla ta’ kofinanzjament (jiġifieri, 10 % addizzjonali ta’ kofinanzjament tal-UE għall-FEŻR u l-FSE jekk jiġi implimentat assi sħiħ permezz tas-CLLD) u huwa tal-fehma li għandhom japplikaw l-istess inċentivi, jew inċentivi simili, għall-fondi kollha, inkluż, b’mod partikolari, il-FEMS;

12.

jenfasizza li l-valur miżjud ewlieni tas-CLLD huwa l-parteċipazzjoni tal-komunità lokali, inkluż is-settur privat u dak tal-volontarjat permezz tat-twaqqif ta’ Gruppi ta’ Azzjoni Lokali (GAL) li ser ifasslu Strateġiji ta’ Żvilupp Lokali integrati;

13.

huwa tal-fehma li dan l-approċċ minn isfel għal fuq jikkuntrasta bil-qawwa mal-approċċ minn fuq għal isfel użat għall-infiq tal-fondi tal-UE li f’każi bħal dawn normalment jippredomina. Dan jagħmel lis-CLLD l-aqwa eżempju prattiku ta’ xi jfisser il-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-livell lokali, u ser jgħin fiż-żieda tal-appartenenza pubblika u l-għarfien ta’ azzjonijiet fil-post appoġġjati mill-UE;

Għanijiet ewlenin

L-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Qafas Strateġiku Komuni

14.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Istati Membri u r-reġjuni huma kompletament fil-libertà li jiddeċiedu li jintroduċu s-CLLD għall-FEŻR u l-FSE fil-kuntratti ta’ sħubija u l-programmi operattivi tagħhom;

15.

huwa tal-fehma li, flimkien mal-Aġenda Urbana, l-investimenti territorjali integrati u l-pjani ta’ azzjoni konġunti, is-CLLD huwa fost l-iżjed aspetti radikali tal-pakkett leġislattiv propost għall-2014-2020, u li għandu jitħeġġeġ iżjed l-użu tiegħu;

16.

huwa tal-fehma li s-CLLD jista’ jsir għodda kruċjali biex jiġi ffaċilitat il-ksib tal-għanijiet stabbiliti fil-qafas strateġiku komuni u fl-Aġenda Territorjali 2020 fil-livell lokali billi jagħmilha possibbli li jkun hemm programmazzjoni konġunta tal-politiki li jimplimentaw l-Istrateġija Ewropa 2020;

17.

huwa tal-fehma li s-CLLD għandu jibni fuq dak li tgħallimna minn strumenti preċedenti adattati għal setturi speċifiċi bil-għan li jkun hemm żvilupp lokali, b’mod partikolari LEADER fil-qasam tal-iżvilupp rurali u l-Fond Ewropew għas-Sajd – l-inizjattivi taħt l-Assi 4 kif ukoll il-Programm ta’ Netwerk għall-Iżvilupp Urban (URBACT) u l-inizjattiva preċedenti URBAN għal-iżvilupp sostenibbli f’distretti urbani fi kriżi u l-inizjattiva preċedenti EQUAL għall-esklużjoni, id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza;

18.

jinsab imħasseb li l-attivitajiet għat-tħejjija tas-CLLD fil-QSK jagħmlu enfasi żejda fuq l-iżvilupp ta’ strateġiji u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet. Filwaqt li l-proċess għandu jitqies bħala wieħed essenzjali, l-enfasi ewlenija tas-CLLD hija l-ksib ta’ riżultati konkreti u sinifikattivi permezz ta’ investimenti li jistgħu jtejbu l-benesseri tal-komunità lokali;

19.

għandu dubju dwar il-loġika li s-CLLD jissemma biss taħt l-Għan Tematiku 9 tal-QSK: inklużjoni soċjali. Is-CLLD huwa strument multidimensjonali ffukat fuq il-komunità lokali, li n-natura u l-isfidi diversi tiegħu jmorru ferm lil hinn mill-inklużjoni soċjali. B’mod konkret, jista’ jgħin b’mod konsiderevoli biex jikkoreġi żbilanċi ġeografiċi u demografiċi sostanzjali li jxekklu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali f’ċerti reġjuni;

20.

għalhekk, jitlob bil-qawwa li l-QSK jiġi emendat biex is-CLLD jissemma fil-firxa sħiħa tal-ħdax-il għan tematiku tal-QSK u jkun jista’ jintuża skont iċ-ċirkustanzi lokali u mhux biss fil-kuntest ta’ attivitajiet relatati mal-inklużjoni soċjali;

21.

jenfasizza li l-GAL tas-CLLD għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mir-rata addizzjonali ta’ kofinanzjament ta’ 10 % irrispettivament minn liema għanijiet tematiċi tal-QSK jindirizzaw. Huwa importanti li l-bonus ta’ 10 % japplika anke meta l-fondi maħsuba għall-inklużjoni soċjali prevista fis-CPR ma jiġux allokati għas-CLLD biss;

Valur miżjud speċifiku

22.

huwa tal-fehma li l-elementi tal-valur miżjud tas-CLLD huma: il-parteċipazzjoni, il-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni tal-popolazzjoni lokali u tal-atturi pubbliċi u privati kollha tat-territorju, l-adegwatezza tal-istrateġija ta’ żvilupp lokali fir-rigward tal-bżonnijiet speċifiċi tat-territorju; influwenza qawwija fuq il-kooperazzjoni transsettorjali u dik f’diversi livelli; l-użu ta’ għarfien u għarfien speċjalizzat sod fil-livell lokali; il-kapaċità taż-żoni lokali li jinnovaw; u l-approċċ integrat u multisettorjali; azzjonijiet u riżultati definiti fil-livell lokali u approċċ flessibbli u strateġiku.

23.

huwa tal-fehma li approċċ imsejjes fuq l-iżvilupp lokali b’konformità mas-CLLD jindirizza wkoll il-bżonn ta’ politika ta’ koeżjoni iżjed orjentata lejn il-ksib ta’ riżultati billi jindirizza l-isfidi fil-livell territorjali adatt, u jagħti s-setgħa lill-komunitajiet u l-gvernijiet lokali biex jaqdu rwol attiv fl-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-politika tal-UE u, b’mod partikolari, l-Istrateġija Ewropa 2020;

24.

josserva li s-CLLD jista’ jservi bħala “punt ta’ kuntatt waħdieni” għall-benefiċjarji lokali, li jagħmilha possibbli li jkun hemm użu integrat u ssemplifikat tal-fondi tal-QSK fil-post. Dan jista’ potenzjalment ikun pass kbir ħafna ’l quddiem biex jiġi żgurat li muniċipalità tkun tista’ tiżviluppa proġetti integrati li jistgħu jirċievu kofinanzjament minn firxa ta’ fondi tal-UE;

25.

jargumenta li s-CLLD, minħabba n-natura integrata tiegħu u s-sehem tal-komunità, strutturalment jista’ jappoġġja iżjed id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet, l-iżvilupp u l-innovazzjoni ekonomika u soċjali milli proċessi standardizzati ta’ applikazzjoni minn fuq għal isfel;

26.

jemmen li għandu jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ proġetti innovattivi li normalment ma tkunx prevista fi programmi operattivi. Il-valur miżjud ewlieni tas-sħubijiet ta’ żvilupp lokali jinsab fil-mod kif jużaw id-diversità ta’ għarfien espert involut fil-GAL, li billi jaħdmu mal-benefiċjarji biex ikomplu jiżviluppaw l-applikazzjoni oriġinali tagħhom għall-finanzjament, itejbu l-kwalità tagħhom u jgħinuhom biex issir iktar adatti għall-bżonnijiet speċifiċi lokali;

27.

iħeġġeġ lill-Istati Membri u lir-reġjuni jivvalutaw bir-reqqa jekk l-inklużjoni ta’ assi speċifika tas-CLLD fil-ftehim ta’ sħubija jew programm operattiv tagħhom tagħtihomx livell ogħla ta’ valur miżjud għall-allokazzjonijiet tagħhom mill-fondi tal-UE milli programmi standard minn fuq għal isfel;

Skala

28.

iħeġġeġ lill-Kummissjonii u lill-Istati Membri jiżguraw li hemm biżżejjed massa kritika, kemm mil-lat tad-daqs tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali kif ukoll mil-lat tal-ammont finanzjarju medju li s-CLLD tal-GAL jistgħu normalment ikunu mistennija li jimmaniġġjaw. L-esperjenza attwali fil-LEADER u l-FES Assi 4 tissuġġerixxi li l-GAL individwali tas-CLLD jistgħu jkopru popolazzjoni totali ta’ żona ta’ GAL ta’ bejn il-5 000 u l-150 000 persuna, u strateġija lokali integrata tista’ twassal għal medja ta’ bejn EUR 2 miljun u EUR 10 miljun matul il-perjodu ta’ seba’ snin;

29.

huwa tal-fehma, madankollu, li s-CLLD għandu l-potenzjal f’ċerti każi li jwassal għal livell ogħla ta’ massa kritika milli dak imsemmi fil-punt 28, u għandhom jiġu permessi eċċezzjonijiet ġustifikati għal żoni urbani ikbar u żoni ġeografiċi bħall-gżejjer jew iż-żoni remoti, bil-kundizzjoni li jinżamm l-aspett marbut mat-tmexxija min-naħa tal-komunità;

Żvilupp Territorjali Integrat

30.

jixtieq ifakkar li s-CLLD bħala strument fakultattiv biex jiżgura żvilupp lokali bl-użu ta’ fondi tas-CPR huwa relatat ma’ strumenti oħra bħall-Investimenti Territorjali Integrati (ITI), u jikkontribwixxi biex titwettaq strateġija ta’ żvilupp usa’ li tippermetti li l-politiki jiġu lokalizzati;

31.

jappoġġja l-fatt li r-regoli Ewropej u dawk nazzjonali relatati mal-implimentazzjoni jipprevedu biċ-ċar li l-ITI u l-GAL jistgħu jintrabtu biex flimkien iwettqu ambizzjonijiet lokali skont strateġija kondiviża, meta dan jinħass li din l-għażla tkun adatta. B’mod partikolari, ir-regoli ta’ implimentazzjoni għandhom jagħmluha possibbli u jiffaċilitaw il-fatt li GAL wieħed jew iżjed jiġu inkarigati biex iwettqu, fuq skala iżgħar, biċċa mill-attivitajiet fdati f’idejn ITI f’livell ġeografiku ikbar;

32.

huwa tal-fehma li f’dawn il-każi jista’ jkun għalkollox bis-sens li ITI jibbenefika wkoll mill-10 % addizzjonali previsti għas-CLLD;

33.

jixtieq, madankollu, ifakkar li l-valur miżjud tas-CLLD huwa preċiżament il-parteċipazzjoni tal-komunità lokali usa’ u r-rabta espliċita bejn l-għodod eżistenti bħal-LEADER u l-FES Assi 4 fi ħdan il-Fondi Strutturali;

Is-CLLD fiż-żoni urbani u rurali

34.

huwa tal-fehma li l-element komunitarju tas-CLLD huwa partikolarment adatt biex jindirizza l-problemi kkonċentrati f’żona ġeografika li jitolbu tweġiba fil-livell komunitarju;

35.

jilqa’ bi pjaċir kbir il-fatt li s-CLLD jista’ jkun ukoll wieħed fost għadd ta’ għodod potenzjali disponibbli għall-istabbiliment ta’ servizzi pubbliċi aċċessibbli għal kulħadd fi ħdan iż-żoni urbani inklużivi, bil-għan li ma jinħolqux gettos, jinstabu soluzzjonijiet għal sitwazzjonijiet ta’ faqar u jiġu promossi rabtiet soċjali fi ħdan komunitajiet diversi, fosthom politiki għat-tħeġġiġ tat-tixjiħ attiv, l-innovazzjoni soċjali u l-appoġġ reċiproku bejn il-ġenerazzjonijiet u l-kulturi;

36.

jemmen li, filwaqt li l-enfasi ta’ din l-Opinjoni hi li tesplora l-użu tas-CLLD f’oqsma u setturi oħra barra l-użu eżistenti u ttestjat sew tal-LEADER fiż-żoni rurali, is-CLLD, bħala l-estensjoni naturali tal-LEADER wara l-2014, jista’ jkun ukoll wieħed fost għadd ta’ għodod possibbli intiżi biex jindirizzaw l-isfidi taż-żoni rurali fir-rigward tal-aċċessibbiltà, id-diversifikazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku u ż-żamma tas-servizzi essenzjali għall-pubbliku, inklużi l-politiki li jippromovu t-tixjiħ attiv, l-innovazzjoni soċjali u l-appoġġ reċiproku bejn il-ġenerazzjonijiet u l-kulturi;

37.

huwa tal-fehma li għadd ta’ GAL tas-CLLD fil-livell tal-viċinat jew dak komunitarju jistgħu jeżistu wkoll f’żoni urbani ikbar biex jagħmlu possibbli soluzzjonijiet minn isfel għal fuq jew għall-isfidi bbażati fuq il-lokalità bħall-privazzjoni multipla u d-degradazzjoni ambjentali jew l-impjegabbiltà ta’ gruppi speċifiċi bi żvantaġġi komuni. Għandu jinkiseb livell ta’ koordinazzjoni bejn il-GAL meta jkun hemm iżjed minn grupp wieħed attiv fl-istess żona lokali;

Żoni rurbani (ir-rabta bejn iż-żoni urbani u rurali)

38.

huwa tal-fehma li s-CLLD huwa strument ewlieni għall-iżvilupp armonjuż taż-żoni urbani u rurali, li jsaħħaħ il-kapaċità li jiġu żviluppati rabtiet maż-żoni periurbani u rurali tal-madwar, għajnuna biex jiġi evitat it-tifrix urban (urban sprawl), jitħeġġeġ it-twaqqif ta’ netwerk bilanċjat ta’ bliet żgħar u ta’ daqs medju u jissaħħu r-rabtiet bejn il-produtturi u l-konsumaturi ta’ prodotti agrikoli lokali;

39.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-azzjoni preparatorja msejħa RURBAN li għandha l-għan li tiġbor riċerka aġġornata u żviluppi fil-politika fil-qasam tar-rabtiet bejn iż-żoni urbani u rurali. Il-KtR jixtieq li qabel jibda l-perjodu 2014-2020 din tiġi żviluppata fi programm li jinkoraġġixxi l-iskambju tal-prattiki tajba u l-evalwazzjoni bejn il-pari filwaqt li jidentifika netwerking u soluzzjonijiet innovattivi li jistgħu jintużaw mis-sħubijiet il-ġodda tas-CLLD;

40.

jixtieq ukoll itenni l-proposta tiegħu li jiġi stabbilit programm operazzjonali bl-isem ta’ RURBACT li jinkoraġġixxi l-iskambju ta’ prattiki tajbin u l-ħolqien ta’ netwerks dwar kwistjonijiet urbani u rurali (1);

41.

huwa tal-fehma li jeżistu għadd ta’ forom ta’ rabtiet urbani-rurali fl-UE li huma influwenzati bil-kbir mis-sistemi politiċi u amministrattivi fil-livell nazzjonali. Għalhekk, kwalunkwe forma ta’ intervent tal-UE għandha tkun flessibbli biżżejjed biex takkomoda din il-firxa wiesgħa ta’ sistemi ta’ governanza;

42.

jara bħala sfida ewlenija l-bżonn li negħlbu s-separazzjoni ġeografika u settorjali attwali fil-qasam tal-fondi tal-UE. Filwaqt li l-programmi operattivi għandhom it-tendenza jkunu pjuttost settorjali, l-istrumenti l-ġodda bħas-CLLD, u l-ITI b’mod partikolari, jistgħu jipprovdu l-approċċ territorjali meħtieġ u jegħlbu s-separazzjonijiet settorjali;

43.

huwa tal-fehma li s-CLLD li jindirizza r-relazzjonijiet urbani-rurali għandu jirrikonoxxi l-fatt li l-kuntesti nazzjonali huma differenti ħafna, b’mod partikolari rigward ir-rabtiet urbani-rurali fl-Istati Membri kollha (differenzi ikbar fil-benesseri bejn iż-żoni urbani u rurali, inqas kapaċità) jew bejn pajjiżi b’ħafna muniċipalitajiet (fejn jeħtieġ li l-kooperazzjoni tkun bejn il-fruntieri lokali biex tinkiseb massa kritika) jew dawk b’muniċipalitajiet ikbar (fejn l-ikbar għadd ta’ sħubijiet lokali jinsabu fi ħdan iż-żona lokali);

Komunitajiet ikkaratterizzati minn sajd mal-kosta u sajd fuq skala żgħira

44.

josserva li s-CLLD jista’ jiġi applikat b’suċċess anke f’żoni bi problemi settorjali speċifiċi. Pereżempju, dan hu l-każ tal-Assi 4 attwali tal-Fond Ewropew għas-Sajd, fejn tintuża metodoloġija tas-CLLD biex jiġu megħjuna l-komunitajiet lokali tas-sajd, kif ukoll is-settur tas-sajd;

45.

josserva li f’ħafna postijiet fl-Ewropa, is-CLLD jista’ jibni b’suċċess fuq is-sħubijiet lokali eżistenti ffinanzjati mill-FAEŻR u/jew il-FES; barra minn hekk, f’ċerti żoni, diġà ngħatat prova tal-kooperazzjoni bejn l-Assi 4 tal-FES u s-sħubijiet tal-LEADER, għax kultant ikunu l-istess korp. Is-CLLD ser jipprovdi wkoll l-ambitu biex dawn l-interventi tal-FAEŻR u l-FEMS jiġu kkollegati mal-FES u l-FEŻR meta dan japplika;

46.

huwa mħasseb b’mod partikolari dwar il-fatt li huwa mistenni li l-FEMS jiġi ġestit fil-livell tal-Istati Membri, mentri l-Fondi Strutturali u l-LEADER huma ta’ spiss reġjonalizzati. Din l-inkonsistenza ser tkun ta’ xkiel għas-CLLD;

Sħubija

47.

jixtieq ifakkar fit-talbiet tal-Kumitat tar-Reġjuni li tiġi kkunsidrata mill-ġdid ir-regola li skontha l-awtoritajiet pubbliċi ma jistgħux iżommu iżjed minn 49 % tad-drittijiet tal-vot meta sħubijiet istituzzjonalizzati fil-qasam tal-iżvilupp lokali jkunu diġà twaqqfu u, f’dawn il-każi, jirrakkomanda “rappreżentanza bilanċjata” tas-setturi differenti li jħaddan il-Grupp ta’ Azzjoni Lokali;

48.

huwa tal-fehma li, fost affarijiet oħra, il-proċessi tal-GAL għat-teħid tad-deċiżjonijiet għandhom ikunu b’saħħithom u ddefiniti b’mod ċar sa mill-bidu nett, sabiex l-awtorità lokali, bħala l-istituzzjoni pubblika responsabbli demokratikament fis-sħubija lokali, tkun tista’ tmexxi l-istrateġija wiesgħa, filwaqt li fl-istess ħin tiżgura li l-GAL ma jkunx iddominat mill-muniċipalità;

49.

jenfasizza li, filwaqt li s-CLLD għandu l-għan li jagħti s-setgħa lis-settur privat u dak tal-volontarjat fil-livell lokali, hemm bżonn li jiġi rikonoxxut ir-rwol ta’ appoġġ li għandu jaqdi l-gvern lokali f’dawn l-arranġamenti. Ta’ spiss, l-awtorità lokali jkollha taqdi rwol ta’ tmexxija sabiex isserraħ moħħ l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-KE li ser jiġu ġestiti b’mod adatt ir-riskji ta’ awditjar u konformità tad-deċiżjonijiet meħuda, u li tkun disponibbli l-kapaċità lokali biex l-istrutturi u l-proċeduri tal-GAL ikunu effettivi;

50.

għalhekk, jixtieq ifakkar li s-CLLD jista’ jiġi organizzat b’tali mod li d-delega tar-responsabbiltajiet lill-GAL min-naħa ta’ awtorità ta’ ġestjoni jew kwalunkwe korp lokali jew reġjonali ieħor inkarigat mill-implimentazzjoni, skont kif ikun xieraq, issir b’mod proporzjonat li jirrifletti l-kapaċità reali tal-GAL u l-bżonn li d-deċiżjonijiet tiegħu jkunu inklużivi, trasparenti u responsabbli;

51.

iħeġġeġ bis-sħiħ lill-Kummissjoni Ewropea biex tqis l-inizjattivi lokali li jeżistu diġà f’kull Stat Membru bil-għan li dawn l-inizjattivi jiġu allinjati b’mod armonjuż mal-istrument il-ġdid ta’ CLLD;

Sfidi

52.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibni fuq is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri u rapporti u valutazzjonijiet oħra biex tiżgura li t-tagħlimiet li tawna LEADER u URBACT iwasslu fil-fatt għal mudell tas-CLLD li jkun ferm iżjed b’saħħtu, trasparenti u responsabbli;

53.

iħeġġeġ li jiġu definiti regoli ċari sa mill-bidu nett sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess u, tal-inqas, ir-responsabbiltà, l-iskrutinju pubbliku, ir-rikorsi kontra deċiżjonijiet meħuda u r-regoli tat-trasparenza għall-GAL jkunu stretti kemm jista’ jkun bħal dawk diġà meħtieġa għall-kunsilliera lokali. Sew il-muniċipalitajiet u l-GAL għandhom ikun responsabbli b’mod trasparenti fejn għandhom x’jaqsmu l-flejjes pubbliċi li jonfqu u d-deċiżjonijiet li jieħdu;

54.

jenfasizza li l-kapaċità hija kwistjoni kruċjali li jeħtiġilha tiġi indirizzata permezz tal-kjarifika u s-semplifikazzjoni tar-rekwiżiti proċedurali u amministrattivi u, fejn possibbli, it-twaqqif ta’ interfaces f’forma ta’ punt ta’ kuntatt waħdieni fost il-fondi, fejn possibbli, permezz ta’ mezzi elettroniċi;

55.

huwa tal-fehma li dan jitlob awditjar u konformità fil-fondi kollha lil hinn minn dak li qed jiġi propost attwalment. Jemmen ukoll li dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu proporzjonati, inkella jiskoraġġixxi l-benefiċjarji lokali potenzjali milli japplikaw għall-fondi tal-UE;

56.

għalhekk, huwa mħasseb li hemm mnejn li s-CLLD ikollu jiffaċċja tipi differenti ta’ ġestjoni finanzjarja u piż tal-awditjar għal kull fond, ta’ spiss b’fondi differenti ġestiti b’mod vertikali permezz ta’ awtoritajiet differenti ta’ ġestjoni jew ministeri differenti, li jista’ jwassal għal proġetti integrati f’żewġ fondi jew iżjed, li jimxu ’l quddiem skont ir-ritmu tal-iżjed fond li jimxi bil-mod. Barra minn hekk, huwa importanti ħafna wkoll li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni ma jżidux ir-rekwiżiti proċedurali tagħhom li joħolqu iżjed diffikultajiet;

57.

jenfasizza li t-tisħiħ tal-kapaċità lokali u tal-istrateġiji huma biss il-mezz biex jintlaħaq l-għan aħħari, li huwa li s-CLLD jagħmel possibbli investimenti tanġibbli u riżultati kwantifikabbli għall-benefiċċju tal-komunità lokali;

58.

huwa tal-fehma li hemm bżonn ta’ enfasi iżjed b’saħħitha fir-rigward tas-CLLD f’dak li għandu x’jaqsam mad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji lokali li jimxu lejn riżultati ddefiniti b’mod ċar;

59.

jenfasizza li wieħed mill-benefiċċji ewlenin tas-CLLD huwa l-kapaċità li jkun innovattiv u dan jinkiseb permezz ta’ flessibbiltà fl-implimentazzjoni. F’dan ir-rigward, ir-regoli tal-UE u dawk nazzjonali ma għandhomx jimponu miżuri minn fuq għal isfel u uniformi, u regoli u kriterji tal-eleġibbiltà fil-pajjiżi u r-reġjuni bil-għan li jkun iżjed faċli li jiġu identifikati s-soluzzjonijiet lokali għall-problemi lokali minn isfel għal fuq;

60.

huwa tal-fehma li jeħtieġ li r-rabta bejn id-definizzjoni ta’ strateġiji lokali u l-iskambju ta’ ideat tajbin u implimentazzjoni fuq skala iżjed wiesgħa jkunu diretti u b’saħħithom, b’mod partikolari rigward l-implimentazzjoni ta’ interventi fuq skala kbira taħt il-Fondi Strutturali;

61.

josserva li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni tista’ tiġihom it-tentazzjoni ma jappoġġjawx operazzjonijiet integrati, u li jirrikjedu ħafna riżorsi, bħas-CLLD, jekk jezistu modi iżjed sempliċi kif jintefqu l-fondi. Madankollu, bis-saħħa ta’ iżjed għajnuna teknika minn dik disponibbli bħalissa, is-CLLD jkollu dimensjoni kwalitattiva iżjed b’saħħitha u xiri sfurzat mill-komunità lokali milli approċċ minn fuq għal isfel;

62.

jiġbed l-attenzjoni għall-inkonsistenza li, meta jkun qed jintuża s-CLLD, ikun hemm 5 % allokati f’riżorsi għal-LEADER iżda mhux għal fondi oħra. Jitlob li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jikkunsidraw li japplikaw dawn il-5 % għat-tliet fondi l-oħra meta s-CLLD jintgħażel fost il-fondi tas-CPR jew fl-istadju tal-ftehim ta’ sħubija jew f’dak tal-programm operattiv;

63.

huwa tal-fehma li jeħtieġ li tiġi indirizzata l-frammentazzjoni attwali tal-iżvilupp lokali fil-programmi, sabiex jiżdiedu l-viżibbiltà, ir-responsabbiltà u d-dimostrazzjoni tal-proġetti, it-tagħlim reċiproku, u t-trasferiment tal-għarfien, b’mod partikolari dwar ir-riżultati rotob (soft outcomes);

64.

jitlob lill-erba’ direttorati ġenerali kkonċernati fi ħdan il-Kummissjoni biex, mill-iżjed fis, u b’mod komuni, iħejju linji gwida indikattivi ssemplifikati għall-implimentazzjoni tas-CLLD f’oqsma kruċjali, pereżempju valutazzjoni ta’ kif il-fondi tas-CPR jistgħu realistikament iwettqu programmi lokali integrati u proġetti individwali, l-eleġibbiltà tal-infiq, ir-rappurtar, il-kooperazzjoni, u l-metodi relatati mal-istandards applikabbli mal-awditjar u l-konformità u mal-promozzjoni u t-trasferiment tal-għarfien. Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tniedi djalogu strateġiku mal-prattikanti fil-livell nazzjonali, reġjonali u dak tal-iżvilupp lokali li jistggħu jipprovdu ċerti mistoqsijiet biex jiġu indirizzati fil-linji gwida, kif ukoll xi tweġibiet potenzjali u eżempji ta’ sħubijiet eżistenti fil-qasam tal-iżvilupp lokali.

Brussell, 29 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  Il-programm RURBACT ikun ibbażat fuq l-esperjenza tan-netwerk RUR@CT sabiex tiġi kkunsidrata aħjar ir-rabta bejn id-dimensjonijiet urbani u rurali.


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/25


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM)”

2013/C 17/06

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ l-għan tal-Kummissjoni li tiffoka fuq il-każijiet li għandhom impatt partikolarment qawwi fuq is-suq intern, u għalhekk li tiżdied il-prijoritizzazzjoni fil-proċeduri tal-għajnuna mill-Istat biex jittaffa l-piż minn fuq dawk kollha kkonċernati – il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali;

jinnota li l-punt tat-tluq adatt għal din il-prijoritizzazzjoni tal-għajnuna b’rilevanza reali u essenzjali għas-suq intern jista’ jkun, fost affarijiet oħrajn, li jiġu ċċarati l-kriterju tal-impatt fuq il-kummerċ transkonfinali u l-kunċett ta’ impriża;

jitlob li f’dan il-kuntest jiġi kkunsidrat il-fatt li għalkemm il-pagamenti għal attivitajiet li essenzjalment ikunu ta’ natura purament lokali jistgħu jiġu kklassifikati legalment bħala għajnuna mill-Istat, dawn jista’ jkollhom impatt limitat fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri;

jitlob li jogħlew il-limiti għar-regolament de minimis u fl-istess ħin jiżdiedu l-limiti de minimis maħsuba b’mod speċifiku għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ), u jappella wkoll li jiġu estiżi l-kategoriji orizzontali fir-regolament ta’ awtorizzazzjoni u li jiġi estiż u ċċarat ir-regolament għal eżenzjoni ta’ kategorija bħala alternattivi sabiex jinkiseb l-għan tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din il-modernizzazzjoni.

Relatur

Is-Sur LINDEMANN (DE/PSE), Kap tal-Awtorità tal-Kontea ta’ Saarpfalz (Landrat des Saarpfalz-Kreises)

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM)

COM(2012) 209 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat saru qafas legali frammentat u kumpless li jinvolvi piż kbir għal dawk kollha kkonċernati, irrispettivament mill-impatt tiegħu fuq is-suq intern;

2.

jitlob, għalhekk, li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu ssemplifikati b’mod ċar, li dawn ir-regoli jiġu ffokati fuq il-każijiet essenzjali, li tittejjeb l-applikazzjoni prattika tagħhom u li jitħaffu u/jew jitnaqqsu l-proċeduri;

3.

għaldaqstant, jilqa’ li l-Kummissjoni Ewropea ħabbret li ser tirrazzjonalizza r-regoli u tiċċara l-kunċetti importanti;

4.

jilqa’ l-għan tal-Kummissjoni li tiffoka fuq il-każijiet li għandhom impatt partikolarment qawwi fuq is-suq intern, u għalhekk li tiżdied il-prijoritizzazzjoni fil-proċeduri tal-għajnuna mill-Istat biex jittaffa l-piż minn fuq dawk kollha kkonċernati – il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali;

5.

jinnota li l-punt tat-tluq adatt għal din il-prijoritizzazzjoni tal-għajnuna b’rilevanza reali u essenzjali għas-suq intern jista’ jkun, fost affarijiet oħrajn, li jiġu ċċarati l-kriterju tal-impatt fuq il-kummerċ transkonfinali u l-kunċett ta’ impriża;

6.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiċċara f’liema kundizzjonijiet jista’ jitqies li qed jiġi ostakolat il-kummerċ bejn l-Istati Membri u f’liema każijiet attività ma tkunx rilevanti għas-suq intern;

7.

jitlob li f’dan il-kuntest jiġi kkunsidrat il-fatt li għalkemm il-pagamenti għal attivitajiet li essenzjalment ikunu ta’ natura purament lokali jistgħu jiġu kklassifikati legalment bħala għajnuna mill-Istat, dawn jista’ jkollhom impatt limitat fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri;

8.

jipproponi li jekk dawn il-pagamenti kompensatorji ma jagħmlux parti minn eżenzjoni ġenerali, għall-inqas għandha tiġi kkunsidrata l-alternattiva ta’ proċedura semplifikata;

9.

iħeġġeġ li l-kunċett ta’ impriża jiġi ċċarat permezz ta’ separazzjoni ċara bejn il-qasam ekonomiku u dak mhux ekonomiku, pereżempju bl-użu ta’ kriterji, u permezz ta’ listi nazzjonali speċifiċi għall-Istati Membri li jitfasslu b’mod konġunt mill-istess Stati Membri u mill-Kummissjoni. Filwaqt li l-kriterji astratti jikkunsidraw ukoll l-iżviluppi dinamiċi, il-listi mfassla b’mod konġunt jipprovdu ċertezza legali għall-oqsma stabbiliti. Dan jissemplifika l-affarijiet kemm għall-korpi lokali u reġjonali kif ukoll għall-Kummissjoni;

10.

bħala alternattiva f’każ li dan ma jiġix aċċettat, jipproponi li jiġu definiti aktar fid-dettall il-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom jitqies li tkun qed issir attività ekonomika f’dawn l-oqsma;

11.

huwa tal-fehma li tipikament il-kunċett ta’ impriża la jkopri l-qasam soċjali, kulturali u edukattiv u lanqas is-servizzi ta’ interess mhux ekonomiku ġenerali;

12.

jisħaq li l-Kummissjoni Ewropea m’għandhiex tiġi notifikata b’kull għajnuna li tkun limitata ħafna fid-daqs u l-ambitu tagħha, u li l-Istati Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà li japplikaw il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat (pereżempju, permezz tal-eżenzjonijiet jew ir-regoli de minimis);

13.

jitlob li jogħlew il-limiti għar-regolament de minimis u fl-istess ħin jiżdiedu l-limiti de minimis maħsuba b’mod speċifiku għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ), u jappella wkoll li jiġu estiżi l-kategoriji orizzontali fir-regolament ta’ awtorizzazzjoni u li jiġi estiż u ċċarat ir-regolament għal eżenzjoni ta’ kategorija bħala alternattivi sabiex jinkiseb l-għan tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din il-modernizzazzjoni;

14.

jenfasizza l-ħtieġa ta’ separazzjoni aktar ċara bejn id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-għajnuna soġġetti għal din il-modernizzazzjoni u r-regoli dwar l-għajnuna għas-SIEĠ (l-hekk imsejjaħ Pakkett ta’ Almunia), b’mod partikolari fir-rigward tal-każijiet dubbjużi fejn il-klassifikazzjoni bħala SIEĠ ma tkunx evidenti;

Kunsiderazzjoni akbar tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020

15.

jilqa’ l-fatt li ssir enfasi akbar fuq l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. Madankollu, fl-aħħar mill-aħħar m’għandux ikun hemm regoli aktar estensivi u kumplessi għall-awtoritajiet pubbliċi minflok is-semplifikazzjoni prevista;

16.

jenfasizza l-importanza tal-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, għaliex huma jiddeterminaw liema setturi tal-intrapriża jistgħu jiġu appoġġjati u f’liema żoni. B’rabta ma’ dan, fiż-żoni megħjuna l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom ukoll setgħa diskrezzjonali biex jappoġġjaw l-istrutturi tal-intrapriżi irrispettivament mid-daqs tagħhom;

17.

jenfasizza li għandu jkun possibbli li jingħata appoġġ flessibbli skont il-kundizzjonijiet lokali fil-postijiet li jeħtieġu b’mod konkret miżuri ta’ appoġġ minħabba t-tibdil demografiku jew żvantaġġi naturali permanenti, b’mod partikolari fiż-żoni rurali jew dawk muntanjużi;

18.

jitlob li tingħata aktar flessibbiltà biex jinħolqu miżuri ta’ appoġġ u strateġiji ta’ żvilupp adatti għall-kuntest reġjonali u lokali, u biex jinħolqu baġits reġjonali;

19.

jinnota li r-reviżjoni tal-linji gwida reġjonali għall-2014-2020 dwar l-għajnuna mill-Istat m’għandha twassal għall-ebda żbilanċ mhux ġustifikat bejn l-Istati Membri rigward il-limitu massimu tal-popolazzjoni, u li fil-futur anke l-intrapriżi l-kbar għandhom jiġu kkunsidrati fiż-żoni kollha;

20.

għalhekk, jilqa’ l-Istrument tal-Investimenti Territorjali Integrati. Dan l-istrumenti jagħti setgħa akbar lil-livell lokali u jagħmilha possibbli li jsiru investimenti trasversali;

21.

jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea favur approċċ aktar integrat u biex tittejjeb il-koordinazzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ;

22.

jilqa’ l-possibbiltà li l-istrumenti ta’ appoġġ jiġu kkombinati mal-finanzjament minn fondi differenti, u jilqa’ wkoll it-titjib relatat fl-użu sostenibbli tal-fondi għall-appoġġ reġjonali;

Semplifikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna

23.

f’dan il-kuntest u fid-dawl tar-reviżjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għar-reġjuni, jappella biex l-għajnuniet mill-Istat għas-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali li, b’konformità mad-Deċiżjoni tal-20 ta’ Novembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħtija lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali fil-prinċipju huma meqjusin bħala kompatibbli mat-Trattat u fl-istess ħin li jistgħu jiġu kofinanzjati mill-Fondi Strutturali, ma jiġux inklużi jew li jiġu inklużi b’rata baxxa ħafna fil-kalkolu tal-livelli massimi tal-intensità tal-għajnuna reġjonali. Din il-kjarifika għandha ssir jew fil-verżjoni emendata tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għar-reġjuni jew inkella permezz ta’ Komunikazzjoni dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat applikabbli għall-Fondi Strutturali li jikkofinanzjaw is-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali;

24.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħraf li irrispettivament mill-inkarigu pubbliku, il-finanzjament pubbliku tal-proġetti pubbliċi ta’ infrastruttura m’għandux jitqies bħala għajnuna mill-Istat;

25.

jisħaq l-importanza li tiġi ċċarata l-applikabbiltà tal-iskema tal-għajnuna mill-Istat għall-infrastrutturi, fid-dawl tal-problemi fl-interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-każ Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt (T-443/08) u Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH (T-455/08) kontra l-Kummissjoni Ewropea li wassal għal ittardjar konsiderevoli fil-verifika ex ante ta’ madwar 200 proġett ta’ infrastruttura finanzjati mill-Fondi Strutturali;

26.

jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tispjega l-interpretazzjoni tal-kunċett tal-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi ta’ deċiżjonijiet u tal-każistika f’komunikazzjoni u li tapplika dan il-kunċett b’mod għalkollox uniformi;

27.

jappella biex il-komunikazzjoni interpretattiva ma toħloqx il-bżonn ta’ aktar interpretazzjoni. Għandu jiġi evitat kompletament l-użu ta’ kunċetti legali vagi;

28.

jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkun aktar stretta fir-rigward tal-ħafna liġijiet sekondarji u liġijiet mhux vinkolanti (soft law) fil-qasam tal-għajnuna (regolamenti, komunikazzjonijiet, linji gwida, eċċ.) u li fejn ikun possibbli tiġborhom flimkien;

29.

jopponi b’mod kategoriku li l-Kummissjoni Ewropea tinkludi kunsiderazzjonijiet addizzjonali ta’ kwalità u ta’ effiċjenza fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà. Fil-prinċipju, il-kompetenzi mogħtija lill-Kummissjoni abbażi tal-kapitolu dwar il-kompetizzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ma jkoprux l-aspetti relatati mal-kwalità u l-effiċjenza li jirrestrinġu aktar is-setgħa diskrezzjonali tal-korpi lokali u reġjonali li jagħtu l-għajnuna. Id-deċiżjonijiet dwar il-kwalità u l-effiċjenza għandhom jitħallew f’idejn l-awtoritajiet tal-post sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni fil-livell lokali;

30.

jinnota li l-obbligi dejjem jiżdiedu ta’ rapportar għall-korpi nazzjonali joħolqu burokrazija enormi kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni;

31.

jitlob, b’mod speċjali fil-kuntest tal-isforzi tal-UE biex tnaqqas il-burokrazija, li tiddaħħal sistema ta’ testijiet aleatorji fuq kampjuni sabiex ikun jista’ jiġi evitat għalkollox li jitfassal rapport għal finanzjament taħt ċertu ammont;

Reviżjoni tat-testi leġislattivi

32.

fil-kuntest tal-modernizzazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, b’kollox jiġu riveduti erba’ testi leġislattivi bil-għan li tissaħħaħ il-prijoritizzazzjoni:

a)   Reviżjoni tar-Regolament de minimis tal-Kummissjoni

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1998/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 (107 tat-TFUE) u 88 (108 tat-TFUE) tat-Trattat dwar l-għajnuna de minimis

33.

jilqa’ l-għan tal-Kummissjoni li tagħti aktar responsabbiltà lill-Istati Membri fil-każ ta’ għajnuna f’ammonti żgħar. Però dan għandu japplika b’mod ġenerali, u mhux għall-għajnuna żgħira biss. Minn banda dan għandu jiffaċilita b’mod konsiderevoli l-ħidma tal-Kummissjoni, u mill-banda l-oħra huwa ta’ benefiċċju wkoll għall-korpi muniċipali peress li l-livell nazzjonali jifhem il-ħtiġijiet muniċipali aħjar mill-Kummissjoni;

34.

jappella biex il-limitu tar-Regolament de minimis ġenerali jitla’ minn EUR 200 000 għal tal-inqas EUR 500 000 matul perjodu ta’ tliet snin fiskali, u dan fid-dawl tal-isforzi li l-Kummissjoni ġustament qed tagħmel biex tiffoka aktar fuq il-każijiet partikolarment rilevanti għas-suq intern;

35.

jinnota li r-Regolament de minimis speċifiku b’limiti aktar għoljin għas-SIEĠ tfassal fl-għarfien tal-limiti aktar baxxi tar-Regolament de minimis ġenerali u b’mod separat minnhom;

36.

għalhekk jitlob li l-limitu għal dawn is-servizzi jogħla b’mod ċar meta mqabbel mal-limitu de minimis ġenerali, sabiex jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tas-SIEĠ u titħares il-pożizzjoni speċjali tagħhom fl-istruttura ġenerali;

37.

ifakkar li l-KtR, fil-kuntest tal-Pakkett ta’ Almunia, diġà talab li l-limitu de minimis għas-SIEĠ ikun ta’ EUR 800 000 fis-sena, u hawnhekk jerġa’ jtenni din it-talba tiegħu;

38.

jitlob li fil-każ tal-għajnuna li ma tingħatax fil-forma ta’ sovvenzjoni iżda f’forom oħra (garanziji, b’mod speċjali garanziji ta’ pagament), id-dispożizzjonijiet tar-Regolament de minimis għas-SIEĠ japplikaw ukoll għar-Regolament de minimis ġenerali;

39.

f’dan il-kuntest jitlob li loġikament, bħalma jiġri fir-Regolament de minimis għas-SIEĠ, l-ammont massimu speċifiku tal-għajnuna individwali mogħtija abbażi tar-regoli dwar il-garanziji jitla’ għal EUR 3,75 miljun. Dan jgħodd l-aktar fil-kuntest tal-projbizzjoni li l-għajnuna tiġi akkumulata ma’ għajnuna oħra għall-istess spejjeż eliġibbli, hekk kif stabbilit fir-Regolament de minimis għas-SIEĠ;

b)   Reviżjoni tar-Regolament ta’ Awtorizzazzjoni tal-Kunsill

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/1998 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 (112 tat-TFUE) u 93 (113 tat-TFUE) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ għajnuna Statali orizzontali

40.

jilqa’ l-miżuri previsti tal-Kummissjoni biex jinbidel ir-Regolament ta’ Awtorizzazzjoni tal-Kunsill, bil-għan li aktar kategoriji jitqiesu li huma kompatibbli mas-suq intern u għalhekk jiġu eżentati mill-obbligu ta’ notifika;

41.

jilqa’ wkoll li l-Kummissjoni ħabbret li ser teżenta l-għajnuna li ġejja mill-obbligu ta’ notifika:

għajnuna għall-kultura,

għajnuna għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali,

għajnuna għal proġetti (parzjalment) iffinanzjati mill-UE bħal pereżempju JESSICA,

u oħrajn;

42.

jipproponi li l-komponent komprensiv “oħrajn” jinkludi l-qasam soċjali, tal-edukazzjoni u tas-saħħa – sakemm ma jkollhomx skop kummerċjali jew ta’ qligħ – kif ukoll il-kopertura tal-broadband u l-miżuri kontra l-mard tal-annimali;

43.

jitlob li tiġi ċċarata r-rabta bejn dawn l-eżenzjonijiet orizzontali u d-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni tas-SIEĠ;

c)   Reviżjoni tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 (107 tat-TFUE) u 88 (108 tat-TFUE) tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa)

44.

jilqa’ l-miżuri mħabbra għar-reviżjoni u l-estensjoni tar-Regolament għal Eżenjoni Ġenerali Sħiħa fil-kategoriji ta’ għajnuna koperti mir-Regolament ta’ Awtorizzazzjoni rivedut, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

45.

jitlob li l-eżenzjoni ta’ kategorija tiġi estiża, b’konformità mal-estensjoni orizzontali fir-Regolament ta’ Awtorizzazzjoni, għall-qasam soċjali, tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tal-broadband;

46.

jenfasizza li fil-qasam tal-edukazzjoni, l-eżenzjoni għandha tkopri b’mod partikolari l-edukazzjoni tal-adulti u fl-iskejjel mhux statali, sakemm dawn ma jaqgħux taħt ir-Regolament dwar l-għajnuna mill-Istat għas-SIEĠ;

47.

jisħaq li dan għandu japplika wkoll għas-servizzi tas-saħħa f’dipartimenti jew kliniki speċjalizzati kif ukoll għas-servizzi soċjali mhux kummerċjali li jingħataw mill-organizzazzjonijiet karitattivi u d-djar tax-xjuħ (b’differenza mir-residenzi tal-irtirar);

48.

ifakkar fl-Aġenda Diġitali u l-għan tal-UE li sal-2013 il-broadband ikun disponibbli għall-Ewropej kollha;

49.

josserva li l-kundizzjonijiet għall-ħolqien ta’ netwerks tal-broadband effiċjenti fiż-żoni rurali mhumiex ser jinħolqu mingħajr l-għajnuna mill-Istat, u għalhekk jenfasizza li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat m’għandhomx ixekklu bla bżonn l-iżvilupp tan-netwerks tal-broadband fiż-żoni rurali. Iż-żoni rurali għandhom ikunu mħarsa mill-esklużjoni diġitali;

50.

jisħaq li f’dan il-kuntest għandhom jitqiesu b’mod partikolari l-vantaġġi li jirriżultaw mill-ħolqien ta’ infrastruttura tal-broadband peress li dan jiftaħ suq downstream tas-servizzi tal-broadband;

51.

jiddispjaċih li l-abbozz tal-linji gwida l-ġodda dwar il-broadband ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea ma jinkludix it-talba li saret kemm-il darba biex jiġu razzjonalizzati u ssemplifikati r-regoli;

52.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura, billi tikkunsidra l-iżvilupp tal-broadband fir-regolament għal eżenjoni ta’ kategorija, li l-kopertura tal-broadband tkun tista’ tiġi żviluppata fiż-żona kollha tar-reġjuni b’popolazzjoni aktar baxxa, fejn wieħed jista’ jassumi li d-dħul mhux ser ikun biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż kollha għall-istabbiliment ta’ teknoloġija attiva u għall-operat tagħha;

53.

jitlob li l-eżenzjoni ta’ kategorija tiġi estiża, b’konformità mal-estensjoni orizzontali fir-Regolament ta’ Awtorizzazzjoni, għall-miżuri kontra l-mard tal-annimali li jkopru b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ strutturi li jittrattaw l-epidemiji;

54.

jilqa’ l-fatt li l-estensjoni tal-eżenzjoni tagħti responsabbiltà akbar lill-Istati Membri. Għaldaqstant, jilqa’ ż-żieda tar-responsabbiltà tal-Istati Membri fil-kontroll tal-għajnuna mill-Istat b’mod ġenerali;

55.

jisħaq li dan m’għandux iwassal biex jitnaqqas biss il-piż tal-Kummissjoni, filwaqt li mill-banda l-oħra l-piż tal-Istati Membri jkompli jikber minħabba l-bosta obbligi ta’ rapportar u dokumentazzjoni, kundizzjonijiet preċiżi u dettaljati tal-użu, eċċ;

56.

f’dan il-kuntest, jemmen li d-dritt ta’ kontroll ex-post li għandha l-Kummissjoni m’għandux ikompli jikber, u li minflok ir-responsabbiltà għandha verament tiġi ddelegata lill-Istati Membri. L-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat m’għandhomx jiġu sfruttati mid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni bħala awtoritajiet responsabbli għall-kontrolli preliminari, meta l-Kummissjoni għad għandha l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet;

57.

jopponi l-idea tal-Kummissjoni li l-kontroll nazzjonali tal-għajnuna mill-Istat jitwettaq minn awtoritajiet indipendenti (pereżempju, awtoritajiet tal-kompetizzjoni), għaliex id-deċiżjoni dwar l-organizzazzjoni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fil-livell nazzjonali hija kompetenza tal-Istati Membri biss u mhux tal-Kummissjoni. Għall-istess raġunijiet, jopponi l-possibbiltà li l-Kummissjoni Ewropea twettaq investigazzjonijiet għal rasha;

d)   Reviżjoni tar-Regolament Proċedurali tal-Kunsill

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (Artikolu 113 tat-TFUE];

58.

jilqa’ s-semplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Proċedurali;

59.

jopponi li l-Kummissjoni Ewropea tagħti s-setgħa lilha nnifisha li tinvestiga l-intrapriżi, pereżempju permezz tas-sistema ta’ informazzjoni tas-suq (market information tools), u b’hekk taqbeż lill-Istati Membri. Jekk jiġri dan, ikun ifisser li l-kompetenzi tal-Istati Membri qed jiġu ttrasferiti lejn il-livell Ewropew.

Brussell, 29 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/30


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Lejn is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali: implimentazzjoni aħjar tal-liġi tal-UE dwar l-ambjent”

2013/C 17/07

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jitlob li s-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali jappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni, b’mod partikolari bl-inklużjoni ta’ elementi bħal: parteċipazzjoni lokali u reġjonali akbar fil-proċess kollu tat-tfassil, it-traspożizzjoni u l-evalwazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE; politiki effettivi ibbażati fuq is-sors u l-espansjoni tal-possibbiltajiet għall-irkupru tal-ispejjeż għall-awtoritajiet lokali u reġjonali; enfasi fuq il-ġestjoni sostenibbli tal-ambjent urban, u t-twaqqif ta’ skadenza taż-żmien raġonevoli bejn l-adozzjoni tal-liġijiet u r-reviżjoni sussegwenti tagħhom;

jappoġġja t-titjib tal-istrutturar, it-tixrid proattiv u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni inkluż l-iżvilupp tal-implimentazzjoni strutturata u l-oqfsa tal-informazzjoni (SIIFs); l-appoġġ finanzjarju għandu jkun possibbli fil-qafas tal-assistenza teknika provduta mill-Fondi Strutturali 2007-2014 kif ukoll mill-programm futur LIFE;

jemmen li s-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali għandu jwassal biex l-UE u l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jintroduċu strumenti ġodda u mtejba għall-implimentazzjoni bħal qafas ġenerali tal-UE dwar l-ispezzjonijiet u s-sorveljanza ambjentali; setgħat ta’ spezzjonali għall-Kummissjoni Ewropea; kriterji ġenerali għall-ġestjoni tal-ilmenti fil-livell nazzjonali u Direttiva dwar l-aċċess għall-ġustizzja;

jilqa’ l-“Ftehimiet ta’ implimentazzjoni ta’ sħubija” proposti; madankollu m’għandhomx jiġu mifthiema biss bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istat Membru, iżda għandhom jinvolvu wkoll awtorità lokali u reġjonali, jew aktar, bil-għan li tiġi riflessa b’mod adegwat il-governanza f’diversi livelli;

jirrakkomanda li jittejbu r-riżultati ambjentali permezz tal-metodi innovattivi tal-governanza f’diversi livelli, anke billi jiġi estiż il-Patt tas-Sindki għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-iżvilupp addizzjonali tal-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa

jilqa’ l-appoġġ li l-Kummissjoni Ewropea tagħti fil-Komunikazzjoni tagħha lill-proposta tal-KtR li jiġi koorganizzat forum regolari biex jiġu diskussi l-problemi u s-soluzzjonijiet lokali u reġjonali fl-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-ambjent.

Relatur

Il-Kunsilliera CANVER (UK/PSE), il-Borough ta’ Londra ta’ Haringey

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni dwar Nisfruttaw aħjar il-benefiċċji tal-miżuri ambjentali tal-UE: nibnu l-fiduċja permezz ta’ għarfien u rispons aħjar

COM(2012) 95 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.    Kummenti ġenerali

1.

ifakkar li din l-Opinjoni għandha tliet għanijiet:

li tirreaġixxi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Marzu 2012, b’tali mod li tikkontribwixxi għat-tfassil tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali futur;

li tikkontribwixxi għad-dibattitu dwar is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali futur u l-enfasi mistennija tiegħu fuq implimentazzjoni aħjar;

li żżid mal-Opinjoni ta’ prospettiva preċedenti tal-KtR dwar “Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-politika ambjentali tal-ġejjieni” (CdR 164/2010 fin) li enfasizzat l-opportunitajiet għat-titjib tal-effikaċja tal-protezzjoni ambjentali fil-livelli kollha ta’ governanza u fl-istadji kollha tal-iżvilupp tal-politika;

2.

jagħraf li filwaqt li l-Komunikazzjoni tal-2008 dwar l-implimentazzjoni tal-liġi ambjentali tal-UE (1) ffukat fuq is-setgħat ta’ infurzar tal-Kummissjoni Ewropea biex tittratta ksur fil-liġi tal-UE dwar l-ambjent, din il-Komunikazzjoni tal-2012 hija ffukata fuq kif tista’ titjieb l-implimentazzjoni permezz ta’ governanza tajba fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Dan jirrifletti l-kritika u r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-KtR (2);

3.

jinnota li l-Komunikazzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ id-djalogu mal-partijiet interessati, fosthom il-gvernijiet lokali u reġjonali, dwar kif jistgħu jaħdmu flimkien aħjar biex itejbu l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE billi jtejbu l-ġbir u l-qsim tal-għarfien, ikollhom sjieda akbar u jirreaġixxu lkoll għall-indirizzar effettiv tal-problemi fil-prattika. Il-KtR jappoġġja l-fehma li l-għarfien u r-rispons huma elementi komplementarji tal-implimentazzjoni;

4.

jemmen li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom il-potenzjal biex jiksbu koerenza akbar fl-implimentazzjoni u l-infurzar b’diversi modi, b’mod partikolari billi jistabbilixxu miri u strateġiji ambjentali għall-perjodu fit-tul; permezz tal-mobilizzazzjoni taċ-ċittadini tagħhom; billi jistabbilixxu dipartimenti u servizzi li jaħdmu sew; jużaw il-fondi tal-UE biex jinvestu fl-infrastruttura ambjentali u s-servizzi tal-ekosistemi; permezz tal-adattament għat-tibdil fil-klima u t-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri; billi japplikaw id-Direttivi SEA u EIA; u billi jippromovu t-trasparenza u l-aċċess għall-ġustizzja (3);

5.

madankollu, jagħraf li l-kompiti u r-regoli l-ġodda imposti mill-UE fuq il-gvern lokali u reġjonali f’dan il-qasam jistgħu jwasslu għal piż amministrattiv u żieda fl-ispejjeż. Il-KtR jaħseb li inizjattivi ġodda għandhom jiġu implimentati b’tali mod li ma jiżdiedx il-piż tal-ispejjeż u dak amministrattiv fuq il-gvernijiet lokali u reġjonali. Il-KtR għalhekk jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex twettaq valutazzjonijiet tal-impatt kif ukoll studji dwar dan is-suġġett. Filwaqt li jfakkar il-pożizzjonijiet stabbiliti sew tiegħu dwar il-piżijiet amministrattivi u fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat (4), jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex twettaq valutazzjoni tal-impatt fid-dettall dwar il-piż amministrattiv u regolatorju ta’ kwalunkwe inizjattiva ġdida tal-UE li tiġi stabbilita b’riżultat ta’ din il-Komunikazzjoni;

B.    Nagħmlu l-implimentazzjoni prijorità tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali

6.

itenni l-fehma tiegħu li jinħtieġ is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, peress li l-Programm ta’ Azzjoni Ambjentali attwali skada fit-22 ta’ Lulju 2012 u hemm bżonn li tiġi żgurata l-kontinwità. Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali għandu jiżgura li l-għażliet ambjentali tal-UE jibqgħu ċari u prevedibbli biżżejjed għall-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali (5);

7.

ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-natura ġenerali u l-prijoritajiet tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (6), li enfasizzaw b’mod partikolari l-bżonn li s-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali jikkontribwixxi għall-ksib ta’ Ewropa li tagħmel użu effiċjenti mir-riżorsi fi ħdan il-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 u viżjoni fit-tul tal-politika tal-UE dwar l-ambjent. Għandu wkoll jistabbilixxi miri, skedi ta’ żmien u azzjonijiet ċari għall-2020. Hemm bżonn li jiġu kkunsidrati bir-reqqa d-Dikjarazzjoni ta’ Rio+20 kif ġiet adottata mill-UNCSD fit-22 ta’ Ġunju 2012 u l-enfasi tagħha fuq ekonomija ekoloġika inklużiva u l-Għanijiet għal Żvilupp Sostenibbli għal wara l-2015, kif ukoll il-kontribut tal-KtR għas-Summit ta’ Rio (7);

8.

bi tħassib jinnota li l-acquis tal-UE dwar l-ambjent għadu ma ġiex implimentat biżżejjed u li l-implimentazzjoni sħiħa u l-infurzar fil-livelli kollha huma kruċjali biex jitjiebu l-qagħda tal-ambjent u s-saħħa pubblika, jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti għal kulħadd,tiġi stabbilita ċertezza regolatorja għall-industrija, u jiġu evitati distorsjonijiet fis-swieq (8). Sa tmiem l-2009, 18,8 % (544) tal-proċedimenti kollha kontra Stati Membri tal-UE minħabba ksur tal-leġislazzjoni tal-UE kienu relatati mal-ambjent; dan jindika d-dannu kontinwu lill-ambjent u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni (9);

9.

jinnota, pereżempju, li huwa stmat li l-ispejjeż tan-nonimplimentazzjoni tal-leġislazzjoni attwali tal-UE dwar l-ambjent bejn wieħed u ieħor jammontaw għal madwar EUR 50 biljun fis-sena u jinkludu spejjeż marbuta mas-saħħa u spejjeż diretti għall-ambjent (10). Spejjeż oħra tan-nonimplimentazzjoni jinkludu l-opportunitajiet kummerċjali mitlufa, id-diversi spejjeż ta’ konformità, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fost l-industriji tal-UE kif ukoll żieda fl-ispejjeż b’rabta mal-każijiet ta’ ksur. Huwa stmat li l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġislazzjoni kolha dwar l-iskart tista’ twassal għal introjtu addizzjonali ta’ EUR 42 biljun għall-industrija tal-iskart (u tar-riċiklaġġ) u żieda ta’ madwar 400 000 impjieg ġdid (11). Huwa stmat li l-industrija ambjentali tal-UE għandha introjtu annwali ta’ aktar minn EUR 300 biljun, u għalhekk in-nuqqas ta’ ċertezza dwar il-linji gwida għall-implimentazzjoni u l-iskedi ta’ żmien jistgħu jwasslu għal spejjeż konsiderevoli f’termini ta’ opportunitajiet mitlufa (12). Jekk, minħabba każ ta’ ksur, ikollu jsir investiment fuq perjodu qasir ħafna x’aktarx li dan l-investiment ikun ogħla milli f’każ fejn l-implimentazzjoni tkun ġiet ippjanata aħjar;

10.

jitlob li l-implimentazzjoni tajba ssir objettiv prijoritarju tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali bil-għan li jiġi żgurat impenn għall-ksib ta’ riżultati ambjentali aħjar, b’mod partikolari dawk stabbiliti fil-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, il-Pjan Direzzjonali għal ekonomija b’użu baxx ta’ karbonju u l-Istrateġija dwar il-bijodiversità 2020;

11.

jitlob li s-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali jappoġġja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni, b’mod partikolari bl-inklużjoni ta’ elementi bħal:

parteċipazzjoni lokali u reġjonali akbar fil-proċess kollu tat-tfassil, it-traspożizzjoni u l-evalwazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE, b’mod li jiġu sfruttati l-esperjenzi fil-livelli lokali u reġjonali, bil-għan li titjieb l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni u tiġi ffaċilitata sjieda akbar;

mekkaniżmi biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiipparteċipaw u jkunu jistgħu jaqsmu l-aqwa prattiki tal-implimentazzjoni tal-politika;

politiki effettivi ibbażati fuq is-sors u l-espansjoni tal-possibbiltajiet għall-irkupru tal-ispejjeż għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

enfasi fuq il-ġestjoni sostenibbli tal-ambjent urban, b’attenzjoni partikolari fuq l-ippjanar ambjentali integrat, il-mobbiltà sostenibbli, il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa pubblika;

twaqqif ta’ skadenza taż-żmien raġonevoli bejn l-adozzjoni tal-liġijiet u r-reviżjoni sussegwenti tagħhom, sabiex ikun hemm ambjent legali stabbli fejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom il-ħin biex jippjanaw l-implimentazzjoni u jinvestu fl-adattamenti, u fl-istess waqt tinżamm il-flessibiltà biex l-UE taġġorna l-liġijiet skont it-tibdil teknoloġiku u skont il-tibdil fil-ħtiġijiet jew aspettativi pubbliċi;

12.

jemmen li s-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali għandu jwassal biex l-UE u l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jintroduċu strumenti ġodda u mtejba għall-implimentazzjoni, u jibnu wkoll fuq l-inizjattivi stabbiliti fil-Komunikazzjoni u deskritti fis-sezzjonijiet C u D, fosthom (13):

it-titjib tal-istrutturar, it-tixrid proattiv u l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni relatata mal-ambjent u l-implimentazzjoni, inkluż minn aġenziji nazzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

qafas tal-UE għall-ispezzjonijiet ambjentali fil-livell tal-Istati Membri;

il-kriterji għall-ġestjoni tal-ilmenti fil-livell nazzjonali, inkluż ir-riżoluzzjoni tat-tilwim bħall-medjazzjoni;

it-tnedija mill-ġdid tal-proposta għal Direttiva dwar l-aċċess għall-ġustizzja, li bħalissa tinsab imwaqqfa;

l-iżvilupp ta’ ftehimiet ta’ implimentazzjoni tripartitiċi mal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali u strumenti oħra għall-kooperazzjoni ta’ governanza f’diversi livelli;

il-monitoraġġ effettiv tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, inkluż l-inklużjoni ta’ miri dwar l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u indikaturi fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u l-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali tal-Istati Membri;

kunċetti innovattivi ta’ finanzjament u modi kif jitħeġġeġ l-investiment privat fl-implimentazzjoni, inkluż l-eliminazzjoni gradwali ta’ sussidji ambjentali dannużi u l-promozzjoni ta’ riformi fiskali favur l-ambjent li jikkunsidraw aktar l-użu tar-riżorsi;

it-titjib fl-armonizzazzjoni tal-politika dwar l-ambjent u l-klima f’politiki oħra tal-UE bil-għan li jiġi faċilitat approċċ integrat għall-implimentazzjoni fil-livell lokali u l-inklużjoni ta’ kunsiderazzjonijiet dwar it-tnaqqis tar-riskju fil-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali;

C.    Intejbu l-għarfien dwar l-implimentazzjoni

13.

għandu l-istess tħassib bħall-Kummissjoni Ewropea dwar l-isforzi inugwali ta’ monitoraġġ madwar l-Ewropa, fejn l-informazzjoni li qed tiġi ġenerata spiss mhux qed tkun kompluta, inkompatibbli jew mhux aġġornata. Mhux qed titqiegħed biżżejjed informazzjoni utli onlajn u spiss din mhux qed tiġi ppubblikata b’mod sistematiku. Il-KtR jirrikonoxxi li informazzjoni aħjar u aktar aċċessibbli fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali tippermetti li problemi ambjentali ewlenin jiġu identifikati minn qabel, u b’hekk jiġu ffrankati l-flus fil-perjodu fit-tul;

14.

jenfasizza r-rwol prinċipali li jaqdu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġbir tal-għarfien dwar l-implimentazzjoni. L-għan għandu jkun li jiġu żgurati l-konsistenza u l-kompatibbiltà tal-informazzjoni fil-livell nazzjonali u tal-UE u li din l-informazzjoni tkun effettiva u affidabbli;

15.

jemmen li t-trasparenza hija importanti biex jiġu stimolati implimentazzjoni u infurzar aħjar. Hemm bżonn li jiġu promossi l-investimenti fis-sistemi tal-informazzjoni onlajn li jagħmlu l-informazzjoni dwar l-ambjent u l-implimentazzjoni disponibbli lill-pubbliku ġenerali u lill-istituzzjonijiet pubbliċi, b’aktar sforzi fil-livelli governattivi kollha biex jixxerred u jiġi provdut b’mod proattiv l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-ambjent;

Sistemi tal-informazzjoni aktar effettivi dwar l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali

16.

jinsisti li hi u ttejjeb id-Direttiva dwar l-aċċess għall-informazzjoni, kif previst fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura li l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom jimplimentaw sew ir-rekwiżiti minimi eżistenti tad-Direttiva, b’mod partikolari dawk dwar tixrid aktar proattivi, aġġornat u sistematiku tal-informazzjoni liċ-ċittadini, b’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (14);

17.

jappoġġja l-iżvilupp tal-implimentazzjoni strutturata u l-oqfsa tal-informazzjoni (SIIFs) għal-liġijiet kollha ewlenin tal-UE dwar l-ambjent, kif propost mill-Kummissjoni Ewropea. Madankollu, l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ informazzjoni simili għandu jkun effettiv u effiċjenti, b’tali mod li s-sistemi tal-Istati Membri individwali jintużaw aħjar u b’mod prattiku u flessibbli. Jitlob lill-Istati Membri biex jikkooperaw mal-Kummissjoni Ewropea bil-għan li jiġu implimentati tali SIIFs bil-parteċipazzjoni tal-gvern lokali u reġjonali; Il-KtR jemmen li l-SIIFs, flimkien mal-firxa ta’ inizjattivi ta’ Sistemi Komuni ta’ Informazzjoni Ambjentali (SEIS), għandhom iwasslu għal sistemi ta’ informazzjoni trasparenti fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali li jagħmlu l-informazzjoni aċċessibbli onlajn u jistgħu jippermettu li l-implimentazzjoni tiġi traċċata bl-aktar mod effiċjenti u fil-ħin, mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, iċ-ċittadini, l-esperti u n-negozji (15);

18.

iqis li hemm bżonn ta’ aktar koordinazzjoni u armonizzazzjoni tad-domandi għad-data li jsiru lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, b’konformità mal-prinċipju “ipproduċi oġġett darba u użah bosta drabi”. Id-data ġġenerata bħala parti mill-obbligi ta’ rapportar taħt leġislazzjoni waħda sikwit tkun rilevanti għal atti leġislattivi oħra;

19.

madankollu jenfasizza li hemm bżonn jittejbu d-definizzjonijiet fid-Direttivi tal-UE biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti fil-qasam tal-monitoraġġ u r-rappurtar, l-informazzjoni pubblika u l-infurzar, pereżempju l-possibbiltajiet differenti ta’ ġestjoni tal-iskart u flussi tal-iskart fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart;

20.

jagħti importanza kbira lill-impenn tal-Kummissjoni Ewropea biex tanalizza kif il-fondi tal-UE jistgħu jintużaw biex fl-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet jiġu żviluppati, aġġornati u mnedija SIIFs u sistemi rilevanti ta’ informazzjoni interoperabbli, taħriġ rilevanti u żieda fil-kapaċità amministrattiva fejn ikun hemm bżonn. B’mod partikolari, dan l-appoġġ għandu jkun possibbli fil-qafas tal-assistenza teknika provduta mill-Fondi Strutturali 2007-2014 kif ukoll mill-programm futur LIFE;

21.

jitlob lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tanalizza, permezz ta’ proġetti piloti, kif il-pressjonijiet ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jitnaqqsu bis-saħħa tal-ICT u l-gvern elettroniku mingħajr ma jintlaqat l-impatt tal-leġislazzjoni;

22.

jappoġġja l-inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri biex jisfruttaw l-opportunitajiet, inkluż f’termini ta’ tnaqqis tal-ispejjeż tal-monitoraġġ, ta’ tekniki għall-osservazzjoni tad-dinja, bħall-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES), biex titjieb l-effikaċja tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni fil-prattika (16). Dan jista’ jinkludi l-promozzjoni ta’ proġetti pilota mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

23.

jenfasizza l-importanza tad-Direttivi SEA u EIA bħala strumenti għall-parteċipazzjoni pubblika fil-livell lokali u reġjonali fil-qasam tal-politika ambjentali u jtenni t-talba tiegħu biex fir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva EIA jissaħħu l-arranġamenti biex il-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-EIA jibdew kmieni kemm jista’ jkun, pereżempju fl-istadju preliminari tad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-iskrining, biex b’hekk ukoll l-istadji suċċessivi u l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti jsiru aktar malajr, u biex jiġu inklużi rekwiżiti minimi dwar kif id-dokumentazzjoni dwar l-EIA tista’ tkun disponibbli għall-pubbliku kkonċernat (17);

Intejbu l-informazzjon fil-livell tal-UE

24.

jappoġġja l-ħtieġa ta’ data u mapep ġeoreferenzati onlajn dwar l-ambjent, li jitqassmu aħjar, b’mod sistematiku u proattiv madwar l-UE kollha, bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti u jiġu kkomplementati sistemi ta’ informazzjoni mtejba fi ħdan l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali;

25.

jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li testendi l-approċċ użat fid-Direttiva dwar l-ilma għall-għawm għal-liġijiet rilevanti kollha tal-UE dwar l-ambjent, filwaqt li tibni wkoll fuq eżerċizzji pilota li qed jitħejjew bħalissa mill-EEA dwar il-kwalità tal-arja u l-iskart;

26.

jirrikonoxxi r-rwol tal-EEA fl-ipproċċessar tad-data tal-monitoraġġ li ressqu l-Istati Membri lill-Kummissjoni, u jappoġġja wkoll ir-rwol dejjem akbar tagħha fl-appoġġ tal-analizi mill-Kummissjoni Ewropea tar-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-Istati Membri; jitlob għal rwol akbar ta’ koordinazzjoni tal-EEA fl-iżgurar tal-konsistenza u l-kompatibbiltà fil-ġbir u t-tqabbil tad-data differenti fil-livell tal-UE, kif isir permezz ta’ diversi għodod, pereżempju INSPIRE, SEIS, GMES, GEOSS u EyeonEarth;

27.

jistenna li l-Kummissjoni Ewropea timxi ’l quddiem bis-SEIS (Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Ambjentali) u li tippreżenta l-Pjan ta’ Implimentazzjoni tas-SEIS dalwaqt fl-2012, tispjega s-sitwazzjoni attwali u tistabbilixxi kif jista’ jsir titjib;

28.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tippubblika l-istudji dwar il-verifika tal-konformità li tikkummissjona b’mod regolari dwar l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE dwar l-ambjent mis-27 Stat Membru bil-għan li tippermetti diskussjonijiet demokratiċi dwar il-qagħda tal-liġi dwar l-ambjent;

D.    Intejbu r-rispons

Intejbu l-ispezzjonijiet u s-sorveljanza

29.

itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq qafas ġenerali tal-UE dwar l-ispezzjonijiet u s-sorveljanza ambjentali (18). Qafas bħal dan għandu jippermetti lill-Istati Membri japplikaw il-linji gwida b’mod flessibbli filwaqt li jiksbu livell għoli ta’ konsistenza fl-applikazzjoni;

30.

mil-lat ta’ regolamentazzjoni aħjar, il-qafas Ewropew għall-ispezzjonijiet għandu jsir il-qafas ċentrali tal-leġislazzjoni ambjentali tal-UE. Id-dispożizzjonijiet speċjali fid-direttivi settorjali tal-UE għall-ambjent għandhom jiġu evitati kemm jista’ jkun. F’każ li dawn id-dispożizzjonijiet speċjali fid-direttivi settorjali jkunu indispensabbli, għandhom ikunu konformi mal-qafas;

31.

jemmen li qafas għall-UE kollha għall-ispezzjonijiet nazzjonali jista’ jnaqqas il-kompetizzjoni mhux ġusta bejn ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet tal-UE minħabba sistemi differenti ta’ spezzjonar jew in-nuqqas tagħhom, jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti għall-azzjoni legali u jtejjeb il-kooperazzjoni transkonfinali u l-konsistenza madwar l-UE. Il-forma u l-kontenut tal-ispezzjonijiet għandhom jiġu regolati mill-pajjiż u żviluppati fil-livell lokali u reġjonali, iżda fuq il-bażi tal-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-qafas tal-UE, inkluż approċċ armonizzat u bbażat fuq ir-riskju (19) u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, bil-kooperazzjoni tal-aġenziji nazzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent, tista’ taqdi rwol importanti fl-identifikar u l-promozzjoni tagħhom;

32.

jemmen li l-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha l-possibbiltà li tinvestiga każijiet fejn ikun hemm suspett li l-liġi tal-UE dwar l-ambjent ma tkunx ġiet irrispettata. Bħalissa jeżistu possibbiltajiet ta’ investigazzjoni bħal dawn fl-oqsma tal-unjoni doganali, l-agrikoltura, is-sajd, il-politika reġjonali, il-kompetizzjoni, il-politika veterinarja u dik finanzjarja (20). Il-possibbiltajiet ta’ investigazzjoni simili mill-Kummissjoni Ewropea jistgħu jkunu f’kunflitt fl-Istati Membri. Dawn l-investigazzjonijiet għalhekk għandhom iqisu r-regoli applikabbli għall-monitoraġġ tal-intergovernanza fis-seħħ fl-Istat Membru partikolari. Barra minn hekk, l-investigazzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea għandhom isiru kemm jista’ jkun skont il-proċedura ta’ ksur normali tal-UE;

33.

iqis li huwa essenzjali li, bħala azzjoni komplementari, il-Kummissjoni Ewropea tressaq rapport dwar modi possibbli biex jissaħħaħ in-Netwerk tal-UE għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali (IMPEL), inkluż b’mod partikolari l-iżgurar ta’ appoġġ finanzjarju adegwat fit-tul għall-IMPEL, iż-żieda fl-użu sistematiku tal-IMPEL għal spezzjonijiet ta’ reviżjoni bejn il-pari, u l-ħidma tiegħu fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-qsim tal-prattika tajba, kif ukoll li din il-ħidma tiġi estiża għal-livelli lokali u reġjonali (21);

Ġestjoni aħjar tal-ilmenti u l-medjazzjoni fil-livell nazzjonali

34.

jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-defiċits u n-nuqqas ta’ rimedji f’ħafna sistemi ta’ ġestjoni tal-ilmenti li jwasslu biex iċ-ċittadini jindirizzaw lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew jew lill-Ombudsman tal-UE, li huma mgħobbija wisq bl-ilmenti;

35.

jappoġġja l-proposti għal kriterji ġenerali għall-ġestjoni nazzjonali tal-ilmenti, inkluż għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bħall-medjazzjoni, abbażi ta’ dispożizzjoni speċifika reċenti dwar mekkaniżmi nazzjonali għar-riżoluzzjoni tal-ilmenti u t-tilwim fil-leġislazzjoni tal-konsumatur (22). Il-kriterji jistgħu jinkludu pereżempju salvagwardji ġenerali dwar il-kunfidenzjalità u l-puntwalità, dwar il-bżonn li tiġi provduta informazzjoni onlajn għaċ-ċittadini dwar kif ġiet solvuta problema u biex iċ-ċittadini u l-NGOs ikollhom istituzzjonijiet lokali indipendenti fejn iressqu l-ilmenti, filwaqt li jitqiesu l-obbligi tal-aċċess għall-ġustizzja li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus mingħajr ma jintlaqat id-dritt ġenerali li jitressaq ilment quddiem l-istituzzjonijiet tal-UE;

Intejbu l-aċċess għall-ġustizzja

36.

jinnota li għalkemm il-proposta tal-2003 għal Direttiva dwar l-aċċess għall-ġustizzja fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali għadha ma ġietx adottata bħala strument legali, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE kkonfermat li l-qrati nazzjonali għandhom jinterpretaw l-aċċess għar-regoli tal-ġustizzja b’mod li jkun konformi mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (23). Minħabba ġurisprudenza li tipprevedi aċċess akbar għall-qrati għaċ-ċittadini u l-NGOs, il-qrati nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u dawk li għandhom interessi ekonomiċi u ambjentali issa qed jiffaċċjaw inċertezza dwar kif jindirizzaw din l-isfida;

37.

għaldaqstant itenni li hemm bżonn li titnieda mill-ġdid id-Direttiva dwar l-aċċess għall-ġustizzja, li bħalissa tinsab imwaqqfa (24). B’hekk jistgħu jiġu eliminati d-differenzi eżistenti f’ħafna Stati Membri peress li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9(3) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Iwassal ukoll għal titjib fir-rwol tal-pubbliku bħala xprun ta’ infurzar aħjar tal-liġi dwar l-ambjent fil-livelli kollha. Din il-Komunikazzjoni ma tesprimix b’mod espliċitu l-mod kif il-Kummissjoni Ewropea beħsiebha ssolvi din il-kwistjoni;

Intejbu r-riżultati ambjentali permezz tal-bini tal-kapaċità u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet li jimpenjaw l-Istati Membri

38.

jilqa’ l-appoġġ li l-Kummissjoni Ewropea tagħti fil-Komunikazzjoni tagħha lill-proposta tal-KtR li jiġi koorganizzat forum regolari biex jiġu diskussi l-problemi u s-soluzzjonijiet lokali u reġjonali fl-applikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-ambjent (25). Forum bħal dan jista’ jwassal għal djalogu kontinwu u l-iskambju ta’ esperjenza bejn dawk li jaħdmu fil-qasam tal-ambjent fi ħdan l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u fi ħdan il-pjattaformi u n-netwerks konsultattivi tal-KtR, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea;

39.

jilqa’ l-fatt li l-istrument il-ġdid ta’ “Ftehimiet ta’ implimentazzjoni ta’ sħubija” tal-Kummissjoni Ewropea jirrifletti b’mod wiesa’ talba preċedenti tal-KtR (26) lill-UE biex testendi l-ħidma pilota li diġà kienet saret mill-Kummissjoni Ewropea fl-2002 dwar ftehimiet u kuntratti tripartitiċi (27). Il-KtR jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tipprovdi aktar informazzjoni u gwida dwar kif beħsieba tfassal u timplimenta l-istrument;

40.

jemmen li l-ftehimiet ta’ implimentazzjoni ta’ sħubija m’għandhomx jiġu mifthiema biss bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istat Membru, iżda għandhom jinvolvu wkoll awtorità lokali u reġjonali, jew aktar, bil-għan li tiġi riflessa b’mod adegwat il-governanza f’diversi livelli, u b’hekk isiru ftehim ta’ implimentazzjoni tripartit;

41.

jemmen li l-ftehimiet ta’ implimentazzjoni tripartitiċi jistgħu jikkontribwixxu għall-ksib tal-implimentazzjoni ta’ ċerti politiki ambjentali tal-UE meta l-istrumenti tradizzjonali ma jkunux biżżejjed biex isolvu problemi ambjentali u ta’ nuqqas ta’ konformità emerġenti jew kontinwi. Il-ftehimiet għandhom iwasslu għal impenn ċar min-naħa tal-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa, kif ukoll min-naħa tal-UE biex tipprovdi appoġġ. Dawn l-impenji għandhom jiġu formalizzati b’objettivi u skedi ta’ żmien li jistgħu jinkisbu u li huma disponibbli pubblikament sabiex ikunu soġġetti għal skrutinju;

Intejbu r-riżultati ambjentali permezz tal-metodi innovattivi tal-governanza f’diversi livelli

42.

jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni ma tirriflettix il-propsota tal-KtR li, b’mod konġunt, jiġu kkunsidrati modi speċifiċi dwar kif jista’ jiġi estiż il-Patt tas-Sindki biex ikopri oqsma ewlenin tal-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, bħall-bijodiversità u l-użu tal-art, il-ġestjoni tal-iskart u tal-ilma u t-tniġġis (28). Il-KtR jemmen li dan jista’ jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar l-ambjent b’metodu innovattiv ta’ governanza f’diversi livelli, li jippromovi l-impenn proattiv tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-implimentazzjoni minflok jibbaża fuq l-infurzar sempliċi tal-liġi tal-UE;

43.

jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni ma tirreferix għall-Premju tal-Belt Kapitali Ekoloġika tal-Ewropa mogħti mill-Kummissjoni Ewropea, premju li l-KtR jappoġġja bis-sħiħ bħala mezz importanti biex jiġu enfasizzati l-bliet li jagħtu eżempju u li huma innovaturi fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-ambjent, u li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ bliet oħra. Għal dan il-għan, il-KtR itenni r-rakkomandazzjonijiet li għamel fl-2010 dwar l-iżvilupp ulterjuri tal-Premju (29);

44.

jenfasizza li l-problemi ambjentali u tat-tibdil fil-klima ma jistgħux jiġu solvuti minn livell amministrattiv wieħed, u lanqas il-politika tal-UE ma tista’ tiġi implimentata minn livell wieħed ta’ governanza. Hemm bżonn approċċ f’diversi livelli fejn kull livell ta’ gvern (Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali) għandu jassumi r-responsabbiltà tiegħu u jadotta l-miżuri li jistgħu u għandhom jiġu adottati fil-livell tiegħu. Il-Kumitat jappoġġja approċċ f’diversi livelli u jirrakkomanda li jitwaqqfu gruppi b’membri minn diversi livelli amministrattivi fl-Istati Membri fejn esperti minn diversi livelli ta’ governanza jaħdmu flimkien biex ifasslu pjani ta’ implimentazzjoni nazzjonali (30).

E.    Is-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u regolamentazzjoni aħjar

45.

ifakkar li l-politika ambjentali hija qasam fejn il-kompetenzi huma kondiviżi bejn l-UE u l-Istati Membri, u b’hekk japplika l-prinċipju tas-sussidjarjetà;

46.

jinnota li l-Kummissjoni Ewropea ma tagħmel l-ebda valutazzjoni tal-għażliet differenti spjegati f’termini tal-kompattibbiltà tagħhom mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; iqis li l-għażliet preżentati fil-Komunikazzjoni huma miftuħa għad-diskussjoni u r-riflessjoni f’dan l-istadju, u għalhekk għadhom mhux żviluppati biżżejjed biex il-KtR jifforma opinjoni definittiva u ħafna jiddependi minn jekk (u kif) il-Kummissjoni Ewropea tiddeċidix li tkompli b’xi wħud minnhom;

47.

b’din ir-riżerva, jieħu nota tal-kontributi tan-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà, li ġeneralment jindikaw li l-għażliet fil-Komunikazzjoni, meta jkunu formulati bis-sħiħ, mhux suppost jirrappreżżentaw ksur sinifikanti tas-sussidjarjetà (31).

48.

madankollu jinnota li għalkemm in-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà jappoġġja l-aġġornament tal-qafas eżistenti għall-ispezzjonijiet, jista’ jagħti l-każ li n-Netwerk jopponi li dan l-aġġornament ikun vinkolanti u li jinħoloq korp ta’ spezzjoni tal-UE. Bl-istess mod, filwaqt li l-kriterji għall-ġestjoni tal-ilmenti huma appoġġjati mill-Istati Membri, xi membri tan-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà jippreferu li dawn ma jkunux rakkomandazzjonijiet vinkolanti. Jidher li hija idea aċċettata li l-UE tiddefinixxi l-kundizzjonijiet għal aċċess effiċjenti u effettiv għall-qrati nazzjonali fir-rigward tal-liġi tal-UE dwar l-ambjent.

Brussell, 30 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  COM(2008) 773 final.

(2)  CdR 164/2010 fin.

(3)  CdR 164/2010 fin, CdR 38/2010 fin, CdR 199/2009 fin, CdR 89/2009 fin.

(4)  “L-abbozzi ta’ atti leġislattivi għandhom iqisu l-ħtieġa li kwalunkwe piż, kemm finanzjarju kif ukoll amministrattiv, li jaqa’ fuq l-Unjoni, fuq il-gvernijiet nazzjonali, fuq l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq iċ-ċittadini, ikun minimizzat kemm jista’ jkun u jkun proporzjonat ma’ l-objettiv li jrid jintlaħaq.” [Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Protokoll Nru 2, Artikolu 5].

(5)  CdR 164/2010 fin, Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ April 2012 (2011/2194(INI)).

(6)  CdR 164/2010 fin.

(7)  CdR 187/2011 fin.

(8)  Ara wkoll ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ April 2012 (2011/2194(INI)), il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Intejbu l-Istrumenti tal-Politika Ambjentali”, 20 ta’ Diċembru 2010.

(9)  Is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea “Statistics on environmental infringements” (Statistika dwar il-ksur tal-liġi dwar l-ambjent – mhux disponibbli bil-Malti).

(10)  L-istudju “The costs of not implimenting the environmental acquis” (L-ispiża tan-nonimplimentazzjoni tal-acquis dwar l-ambjent) (mhux disponibbli bil-Malti), COWI 2011, ikkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea.

(11)  Studju “Implementing EU Waste Legislation for Green Growth” (L-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE dwar l-iskart għal tkabbir ekoloġiku) (mhux disponibbli bil-Malti), Bio Intelligence Service 2011, ikkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea.

(12)  L-istudju “The costs of not implementing the environmental acquis” (L-ispejjeż tan-nonimplimentazzjoni tal-acquis dwar l-ambjent”) (mhux disponibbli bil-Malti), COWI 2011.

(13)  CdR 164/2010 fin, CdR 140/2011 fin.

Ara wkoll ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ April 2012 (2011/2194(INI)), il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, 11 ta’ Ġunju 2012, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali u t-triq ’il quddiem: Lejn is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali tal-UE”, 10 ta’ Ottubru 2011.

(14)  Il-Konvenzjoni NU/KEE dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali.

(15)  Il-Kummissjoni Ewropea tagħti bħala eżempju: għall-implimentazzjoni nazzjonali, reġjonali u lokali tar-regoli tal-UE dwar l-ilma tax-xorb, għandna nkunu nistgħu nidentifikaw fuq mappa l-punti ta’ estrazzjoni, iż-żoni ta’ protezzjoni tas-sors, l-impjanti tal-ipproċessar u n-netwerks tad-distribuzzjoni u għandu jkollna rabtiet mal-informazzjoni relatata bħall-programmi għat-tnaqqis tat-tnixxijiet (Kummissjoni Ewropea, MEMO/12/159) (mhux disponibbli bil-Malti).

(16)  Ara wkoll CdR 163/2011 fin.

(17)  CdR 38/2010 fin.

(18)  CdR 164/2010 fin.

(19)  CdR 164/2010 fin.

(20)  Ara wkoll ClientEarth 2012: The 7th Environment Action Programme and Enforcement.

(21)  Ara wkoll CdR 164/2010 fin, IMPEL 2012 Response to the 7EAP consultation (Ir-Rispons tal-IMPEL 2012 għall-konsultazzjoni dwar is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali) (mhux disponibbli bil-Malti), ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta’ April 2012 (2011/2194(INI), il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “Intejbu l-Istrumenti tal-Politika Ambjentali”, 20 ta’ Diċembru 2010.

(22)  Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE; ĠU L 211, 14.8.2009.

(23)  Il-Kawża C-240/09.

(24)  CdR 164/2010 fin.

(25)  COM(2012) 95 final, p. 10. Ittra tal-Kummissarju Potocnik tal-5 ta’ Lulju 2012.

(26)  CdR 164/2010 fin.

(27)  CdR 89/2009 fin, COM(2002) 709 finali.

(28)  CdR 140/2011 fin, CdR 164/2010 fin, COM(2011) 571 final.

(29)  CdR 164/2010 fin.

(30)  It-twaqqif ta’ dawn il-gruppi ġie rrakkomandat f’CdR 164/2010 fin.

(31)  Ir-riżultati huma disponibbli hawnhekk: http://extranet.cor.europa.eu/subsidiarity/Pages/default.aspx


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/37


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija”

2013/C 17/08

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jemmen li t-tip ta’ ħamrija, il-ġestjoni tal-art u l-klima jvarjaw bil-kbir bejn reġjun u ieħor tal-Ewropa u dan ifisser li jinħtieġu strateġiji speċifiċi ta’ ħarsien u ta’ gwida b’rabta mal-ġestjoni sabiex jiżguraw li l-ħamrija titħares b’mod proporzjonat abbażi tal-prijoritajiet reġjonali, iżda fil-kuntest ta’ qafas globali li jiżgura wkoll it-twettiq tal-politiki tal-UE;

jinnota li jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod urġenti r-riskji u t-theddidiet għall-ħamrija, b’mod partikolari fir-rigward tat-tibdil fil-klima;

jenfasizza li t-tibdil fil-klima jista’ jkollu firxa ta’ impatti fuq il-ħamrija, prinċipalment minħabba t-tibdil tal-umdità tal-ħamrija, it-temperatura tal-ħamrija kif ukoll it-tendenzi ta’ meta tinżel ix-xita, li jistgħu jirriżultaw fid-degradazzjoni tal-ħamrija, inklużi t-telf tal-materja organika u ż-żieda fl-erożjoni, it-tirsis u l-iskol;

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu rwol importanti fil-monitoraġġ tad-degradazzjoni tal-ħamrija u jistgħu jagħtu kontribut biex isir inventarju tas-siti kontaminati;

jemmen li l-politika tal-ħamrija għandha ssib bilanċ ġust bejn l-azzjoni fil-livell Ewropew u l-prinċipji tas-sussidjarjetà u t-tfassil aħjar tal-liġijiet bil-għan li jiġu evitati l-piżijiet amministrattivi addizzjonali mhux meħtieġa u l-ispejjeż sproporzjonati. Għaldaqstant, ir-regolamenti tal-UE dwar il-ħamrija għandhom jitfasslu b’tali mod li jintervjenu biss meta jkun hemm bżonn ta’ azzjoni;

jemmen li l-lakuni fil-miżuri għall-ħarsien tal-ħamrija l-aħjar jiġu indirizzati b’mod komuni fl-UE kollha permezz ta’ qafas ġenerali u prinċipji komuni li l-pajjiżi kollha jridu jżommu magħhom. Għalhekk, Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija ser tiġi appoġġjata, iżda huwa essenzjali li l-politika ma tkunx preskrittiva mingħajr bżonn pereżempju, b’dispożizzjonijiet u livelli limiti kwantitattivi.

Relatur

Is-Sur McCHORD (UK/PSE), Membru tal-Kunsill ta’ Stirling

Dokument ta’ referenza

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija u attivitajiet kontinwi

COM(2012) 46 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.    Kummenti ġenerali

1.

Ir-rapport tal-Kummissjoni jagħti ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Tematika għall-Ħarsien tal-Ħamrija sa mill-adozzjoni tagħha f’Settembru 2006, u jikkunsidra wkoll it-tendenzi attwali ta’ degradazzjoni tal-ħamrija kif ukoll l-isfidi biex jiġi żgurat il-ħarsien fil-futur.

2.

L-Istrateġija identifikat erba’ pilastri prinċipali għall-implimentazzjoni: is-sensibilizzazzjoni, ir-riċerka, l-integrazzjoni u l-leġislazzjoni. Parti integrali mill-Istrateġija kienet il-proposta għal Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija (COM(2006) 232 final), li kienet strutturata fuq tliet temi: miżuri preventivi, identifikazzjoni tal-problema u miżuri operattivi.

3.

Il-KtR diġà ppubblika l-opinjonijiet li ġejjin dwar il-ħarsien tal-ħamrija:

Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020 (Michel Lebrun, CdR 140/2011 fin);

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-politika ambjentali tal-ġejjieni (Paula Baker, CdR 164/2010 fin);

Strateġija tematika għall-ħarsien tal-ħamrija (Cor Lamers, CdR 321/2006 fin [mhux disponibbli bil-Malti]);

Lejn strateġija tematika għall-ħarsien tal-ħamrija (Corrie McChord, CdR 190/2002 fin [mhux disponibbli bil-Malti])

4.

Il-ħamrija hija parti integrali mis-sistemi ambjentali, soċjali u ekonomiċi tagħna u hija l-bażi tal-produzzjoni tal-ikel, il-kontroll tal-kwalità u l-kwantità tal-flussi tal-ilma, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, u l-bijodiversità, fost servizzi ambjentali oħra. Li jiġi żgurat li l-ħamrija tinsab fi stat tajjeb sabiex tkun tista’ taqdi l-funzjonijiet essenzjali tagħha huwa importanti ħafna għas-sostenibbiltà tal-ambjent u tal-ekonomija tal-Ewropa.

5.

Rapport importanti maħruġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea fl-2012 dwar l-istat tal-ħamrija fl-Ewropa (1) enfasizza l-importanza ta’ għaxar theddidiet prinċipali għall-ħamrija fl-Ewropa: it-tnaqqis tal-materja organika, l-erożjoni, it-tirsis, l-issiġillar, is-salinizzazzjoni, l-aċidifikazzjoni, il-bijodiversità, id-deżertifikazzjoni (għan-Nofsinhar tal-Ewropa), l-uqigħ tal-art u l-kontaminazzjoni tal-ħamrija. Ġew diskussi wkoll il-karbonju fil-ħamrija u l-klima dinjija, l-erożjoni, iż-żamma tal-ilma, l-aċidifikazzjoni u l-bijokarburanti. Ir-rapport juri li l-politiki u l-leġislazzjoni li jeżistu fil-livell tal-UE, nazzjonali jew reġjonali mhumiex biżżejjed sabiex iħarsu bis-sħiħ il-ħamrija.

6.

It-tip ta’ ħamrija minerali u organika, il-ġestjoni tal-art u l-klima jvarjaw bil-kbir bejn reġjun u ieħor tal-Ewropa u dan ifisser li jinħtieġu strateġiji speċifiċi ta’ ħarsien u ta’ gwida b’rabta mal-ġestjoni sabiex jiżguraw li l-ħamrija titħares b’mod proporzjonat abbażi tal-prijoritajiet reġjonali, iżda fil-kuntest ta’ qafas globali li jiżgura wkoll it-twettiq tal-politiki tal-UE.

7.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jaqdu rwol kruċjali fil-ħarsien tal-ħamrija Ewropea. Dan jinkludi r-responsabbiltà li jassiguraw li l-leġislazzjoni dwar l-ippjanar tal-użu tal-art, fejn teżisti, tilħaq l-għan li tipproteġi l-ħamrija, u tiġi implimentata b’mod adegwat, fil-kapaċità tagħhom ta’ korpi responsabbli għall-ippjanar tal-użu tal-art u bħala korpi li jagħtu l-permessi għall-bini u għall-użu tal-art. Dawn l-awtoritajiet jista’ jkollhom is-setgħa biex jimpedixxu t-tifrix urban (urban sprawl) u l-issiġillar tal-ħamrija, biex jinċentivaw ir-riabilitazzjoni ta’ siti urbani residenzjali u industrijali degradati jew abbandunati u biex iħarsu u jippromovu l-artijiet naturali.

8.

Il-KtR jappoġġja li f’kull dispożizzjoni Ewropea futura dwar il-ħamrija jiġu adottati approċċi bi flessibbiltà adegwata biex jitqiesu d-differenzi fiċ-ċirkustanzi nazzjonali u reġjonali. Qafas komuni dwar il-ħamrija fl-UE kollha ser jikkontribwixxi sabiex jiġi żgurat li dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-art (f’sens wiesa’), fl-Istati Membri differenti, ikollhom obbligi simili b’rabta mal-ħarsien tal-ħamrija u b’hekk jitnaqqas il-potenzjal tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

B.    Sfidi attwali u imminenti

9.

Ir-rapport tal-Kummissjoni (Taqsima 4) jevalwa l-isfidi attwali u imminenti. Il-KtR jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni li fl-aħħar għaxar snin id-degradazzjoni tal-ħamrija żdiedet sew fl-UE u sew fil-bqija tad-dinja, u li din it-tendenza x’aktarx ser tissokta jekk ma jiġux indirizzati b’mod effettiv l-użu u l-ġestjoni tal-art, il-materja organika u l-karbonju, u l-użu effiċjenti tar-riżorsi.

10.

Jidher ċar li t-tkabbir imbassar fil-popolazzjoni dinjija, iż-żieda fil-konsum ta’ prodotti tal-laħam u tal-ħalib u ż-żieda fl-użu tal-bijomassa għall-enerġija, flimkien mal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattment għalih, ir-riskji ta’ deżertifikazzjoni u l-użu tal-art, ser iwasslu lkoll għal żieda fil-kompetizzjoni għar-riżorsi tal-art u tal-ilma u ser iżidu r-riskji ta’ degradazzjoni.

11.

Jeħtieġ li jiġu indirizzati b’mod urġenti r-riskji u t-theddidiet għall-ħamrija, b’mod partikolari fir-rigward tat-tibdil fil-klima. L-agrikoltura għandha impatt partikolarment qawwi fuq l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) u tal-ossidu nitruż (N2O) mill-ħamrija. Il-ħamrija tal-UE fiha aktar minn 70 biljun tunnellata karbonju organiku, u dan huwa ekwivalenti għal kważi 50 darba iktar mill-emissjonijiet tagħna ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fis-sena. It-telf tal-materja organika mill-ħamrija u, għalhekk, iż-żieda fl-emissjonijiet tas-CO2 huma kwistjoni serja ħafna minħabba li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima. Teżisti evidenza (2) li tissuġġerixxi li l-materja organika qed tonqos fir-Renju Unit, Franza, il-Belġju u l-Awstrija. Minbarra l-impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħamrija, it-telf tal-materja organika tal-ħamrija jista’ jirriżulta f’emissjonijiet tal-karbonju fl-atmosfera u b’hekk ikollu impatt negattiv fuq il-miri tal-UE biex jintaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju.

12.

It-tibdil fil-klima jista’ jkollu firxa ta’ impatti fuq il-ħamrija, prinċipalment minħabba t-tibdil tal-umdità tal-ħamrija, it-temperatura tal-ħamrija kif ukoll it-tendenzi ta’ meta tinżel ix-xita, li jistgħu jirriżultaw fid-degradazzjoni tal-ħamrija, inklużi t-telf tal-materja organika u ż-żieda fl-erożjoni, it-tirsis u l-iskol. Bħalissa l-politiki tal-ġestjoni tal-art mhux fil-pajjiżi kollha tal-Ewropa jħarsu l-karbonju fil-ħamrija.

13.

Qed isiru appelli biex tittieħed azzjoni urġenti għar-restawr tat-torbieri li tkun saritilhom il-ħsara, bil-għan li jieqaf it-telf tal-karbonju u li jerġgħu jibdew jingħataw id-diversi servizzi tal-ekosistema ta’ torbiera f’saħħitha. Filwaqt li t-torbieri jirrappreżentaw biss 2 % tal-art kultivata fl-UE, huma responsabbli għal aktar minn 50 % tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ dan is-settur. Fl-aħħar snin żdied it-tħassib dwar l-impatt tal-użu tat-torbieri biex jipprovdu l-pit kummerċjali għal finijiet ortikulturali.

14.

Iż-żamma tal-istokkijiet tal-karbonju (u t-tnaqqis kemm jista’ jkun tal-emissjonijiet tal-ossidu nitruż) ser jagħtu kontribut importanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Il-proġett tal-Kummissjoni (3) msejjaħ “Agrikoltura Sostenibbli u Konservazzjoni tal-Ħamrija” (SoCo) ippreżenta sett utli ta’ studji tal-każijiet (case studies) u rakkomandazzjonijiet.

15.

L-użu effiċjenti tar-riżorsi huwa kruċjali. L-agrikoltura tiddependi ħafna minn ħamrija fertili u b’mod partikolari mid-disponibbiltà tan-nutrijenti. Il-maġġoranza tal-fertilizzanti fosforiċi użati fl-UE huma importati. Kull sena l-UE tipproduċi wkoll ammonti kbar ta’ demel, bijoskart u ħama tad-dranaġġ. Mod kif tiġi indirizzati s-sigurtà tal-provvista tan-nutrijenti, jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u jiġi limitat it-tniġġis minn sustanzi potenzjalment tossiċi huwa li jkunu żgurati ġbir, trattament u użu adegwati ta’ dawn il-materjali. Il-KtR jirrakkomanda li d-Direttiva dwar il-Ħama tiġi riveduta sabiex tikkontrolla l-użu ta’ materjali organiċi oħra fuq l-art, liema użu bħalissa mhux kontrollat minn din id-Direttiva.

16.

It-tendenzi attwali tat-teħid tal-artijiet (l-issiġillar tal-ħamrija) xejn mhuma sostenibbli fl-UE u din hija waħda mill-kawżi ewlenin tad-degradazzjoni tal-ħamrija fl-UE. L-issiġillar tal-ħamrija sikwit jaffettwa l-art agrikola fertili, joħloq riskju għall-bijodiversità, iżid ir-riskju tal-għargħar u l-iskarsezza tal-ilma, u jikkontribwixxi għat-tisħin globali. F’April 2012, il-Kummissjoni ppubblikat linji gwida (4) dwar l-aħjar prattiki biex jiġi limitat, imtaffi jew ikkumpensat l-issiġillar tal-ħamrija. Il-KtR jirrakkomanda bil-qawwi l-użu ta’ dawn il-linji gwida.

17.

Id-depożizzjoni atmosferika tas-sustanzi aċidifikanti fil-ħamrija jista’ jkollha effetti negattivi minħabba l-aċidifikazzjoni u n-nitrifikazzjoni. L-ossidi tan-nitroġenu u l-ammonja issa ġew identifikati bħala l-aġenti aċidifikanti prinċipali, filwaqt li b’mod ġenerali l-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit naqsu fl-aħħar snin permezz tar-regolazzjoni. Ser ikun essenzjali li jiġi żgurat li l-emissjonijiet tal-elementi aċidifikanti fl-Ewropa jkomplu jonqsu, sabiex jonqsu ż-żoni tal-art li jkun fihom aktar mill-ammont kritiku ta’ aċidità.

C.    L-attivitajiet kontinwi tal-Kummissjoni Ewropea

18.

Ir-rapport tal-Kummissjoni (Taqsima 5) jidentifika ħames attivitajiet kontinwi u l-KtR jixtieq jagħmel il-kummenti li ġejjin fuq kull waħda minnhom.

Sensibilizzazzjoni

19.

Is-sensibilizzazzjoni fir-rigward tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija u tal-bżonn li titħares il-ħamrija fl-UE hija ta’ importanza konsiderevoli. Dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-art għandhom ikunu konxji bis-sħiħ mill-prattiki tal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija li jżommu s-servizzi tal-ekosistema pprovduti mill-ħamrija. Għaldaqstant, il-KtR ifaħħar ħafna lill-Kummissjoni għall-ħidma li ilha twettaq mill-2006 b’rabta mas-sensibilizzazzjoni dwar il-ħamrija. Dan jinkludi l-pubblikazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-Atlas tal-Ħamrija tal-Ewropa (5) u l-Atlas Ewropew tal-Bijodiversità tal-Ħamrija (6), kif ukoll il-konferenzi kbar dwar il-ħamrija. Il-KtR ifaħħar ukoll il-ħidma tal-Kummissjoni biex twaqqaf grupp ta’ ħidma dwar is-Sensibilizzazzjoni u l-Edukazzjoni fil-kuntest tan-Netwerk Ewropew tal-Bureau għall-Ħamrija.

20.

Is-sensibilizzazzjoni fost dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-art u partijiet interessati oħrajn, kif ukoll l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-importanza tal-ħamrija ser jaqdu rwol prinċipali fil-promozzjoni tal-użu sostenibbli tal-ħamrija. Madankollu, waħedha s-sensibilizzazzjoni mhux ser tikseb il-livell meħtieġ ta’ ħarsien tal-ħamrija, u għalhekk hemm bżonn ta’ sensiela ta’ miżuri fejn l-inċentivi edukattivi u ekonomiċi jkunu importanti daqs il-miżuri regolatorji. L-użu tas-sensibilizzazzjoni biex titjieb l-implimentazzjoni tal-prattiki tal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija ser jibqa’ jaqdi rwol importanti biex titnaqqas kemm jista’ jkun id-degradazzjoni tal-ħamrija. Għalhekk, il-KtR jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex iservu bħala ambaxxaturi f’dan il-qasam, u wieħed mill-eżempji li jistgħu jsegwu huwa l-European Land and Soil Alliance (ELSA e.V.).

Riċerka

21.

Ir-riċerka hija kruċjali biex tiżgura li l-prijoritajiet tal-ħarsien tal-ħamrija jiġu mifhuma aħjar u li l-iżvilupp tal-politika jkompli jkun ibbażat fuq xjenza soda. Għalhekk, il-KtR jilqa’ bi pjaċir il-ħidma li l-Kummissjoni ilha twettaq mill-2006 permezz tal-finanzjament ta’ madwar 25 proġett ta’ riċerka (7), bħal ENVASSO, RAMSOIL u SOILSERVICE, sabiex tindirizza l-kwistjonijiet tal-ħamrija. Ser ikun importanti li jiġi żgurat li l-għarfien miksub minn dawn il-proġetti ta’ riċerka jkompli jitwassal b’mod adegwat lill-utenti aħħarin ta’ din ir-riċerka, li jinkludu fl-aħħar mill-aħħar lil dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-art. Id-disponibbiltà ta’ aktar riċerka dwar il-ħamrija u ta’ aktar data dwar il-monitoraġġ tal-ħamrija hija neċessarja sabiex jimtela l-vojt attwali fl-għarfien, iżda dan għandu dejjem isir bi spejjeż adegwati u fil-qafas ta’ skambju reċiproku bejn il-partijiet interessati kollha. L-identifikazzjoni tal-metodoloġiji ta’ valutazzjoni, il-miżuri ta’ mitigazzjoni u r-rekwiżiti minimi għall-armonizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ tal-ħamrija huma ta’ importanza kruċjali.

22.

Il-KtR jinnota li l-Kummissjoni ser tkompli tiffinanzja r-riċerka, partikolarment dwar l-uqigħ tal-art, l-issiġillar tal-ħamrija, il-funzjonijiet tal-ħamrija, iċ-ċikli tal-karbonju u tan-nitroġenu fil-ħamrija (b’enfasi fuq ir-restawr tat-torbieri), il-fertilità tal-ħamrija u r-riċiklaġġ tan-nutrijenti fl-agrikoltura. Il-KtR jappoġġja l-bżonn ta’ din ir-riċerka, li ser teħtieġ ukoll skambju adegwat tal-għarfien mal-partijiet interessati.

23.

Il-Kumitat tar-Reġjuni jappella għal sintesi aġġornata dwar il-livell ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija fl-UE u x’qed jagħmlu l-Istati Membri biex jindirizzaw din il-problema. Dan l-eżerċizzju għandu jiffoka b’mod partikolari fuq ir-rabta bejn il-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma ta’ taħt l-art peress li f’ħafna pajjiżi l-ilma ta’ taħt l-art huwa sors ewlieni tal-ilma tax-xorb.

Monitoraġġ

24.

Bħalissa ma jeżistux standards ambjentali għall-ħarsien tal-proċessi u l-funzjonijiet prinċipali tal-ħamrija, u l-Ewropa m’għandhiex skema globali għall-monitoraġġ tal-ħamrija. Jeħtieġ li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ data sistematika dwar il-ħamrija fl-UE, li tiġi mifhuma l-informazzjoni disponibbli, li jiġu identifikati l-lakuni u li jsiru rakkomandazzjonijiet dwar il-monitoraġġ tal-ħamrija fil-futur. Il-KtR jaqbel li hemm bżonn jiżdied il-monitoraġġ tal-ħamrija, pereżempju biex jiġu appoġġjati l-approċċi reġjonali adegwati għall-ħarsien tal-ħamrija. Jeħtieġ li dawk li jfasslu l-politika u li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali jkollhom aċċess aħjar għad-data u l-informazzjoni rilevanti dwar il-ħamrija fuq skali adegwati. Barra minn hekk, fl-Ewropa kollha, il-monitoraġġ fit-tul tal-ħamrija fi ħdan netwerk ta’ siti mhux adegwat sabiex jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet, b’mod partikolari l-interazzjonijiet bejn il-ħamrija u t-tibdil fil-klima. Għaldaqstant, il-KtR jilqa’ l-fatt li ser jitkomplew l-attivitajiet taċ-Ċentru Ewropew tad-Data dwar il-Ħamrija (ESDAC – European Soil Data Centre).

25.

Minkejja li l-Istrateġija tinsab fis-sitt sena tagħha, l-UE għad m’għandha l-ebda sistema ta’ monitoraġġ sistematiku jew armonizzat tal-ħamrija madwar l-Ewropa kollha u l-metodoloġiji tar-riċerka jvarjaw. Jeżistu diskrepanzi kbar fil-forom ta’ ħarsien tal-ħamrija u ta’ kwalità tal-ħamrija fl-UE, u d-Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija pprovat tindirizza din il-kwistjoni. F’dan il-kuntest, il-KtR jilqa’ l-proġetti ta’ riċerka bħal LUCAS, li l-għan tiegħu hu li jipprovdi d-data liċ-Ċentru Ewropew tad-Data dwar il-Ħamrija. Il-KtR jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni li tikkonsolida l-monitoraġġ armonizzat tal-ħamrija billi tirrepeti l-investigazzjonijiet tagħha dwar il-ħamrija u billi tittestja tekniki ġodda ta’ telerilevament.

26.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu rwol importanti fil-monitoraġġ tad-degradazzjoni tal-ħamrija u jistgħu jagħtu kontribut biex isir inventarju tas-siti kontaminati. Politika mmirata u effiċjenti għall-ħarsien tal-ħamrija għandha tissejjes fuq l-għarfien ta’ fejn jista’ jkun hemm id-degradazzjoni.

27.

Il-monitoraġġ tal-kwalità tal-ħamrija jsir b’ħafna modi differenti fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni pproponiet l-armonizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ monitoraġġ bil-għan li tinkiseb stampa aktar ċara tal-istat tal-ħamrija Ewropea. Il-JRC diġà ġabar ammont konsiderevoli ta’ data, iżda jista’ jsir aktar bis-saħħa ta’ rapporti ċari u komparabbli mill-Istati Membri. Il-monitoraġġ armonizzat għandu jiġi implimentat f’sinerġija mad-Deċiżjoni li tikkonċerna l-Mekkaniżmu għall-Monitoraġġ, li qed tiġi riveduta bħalissa.

Integrazzjoni

28.

Il-KtR jilqa’ l-involviment attiv tal-Kummissjoni fl-Istati Membri b’rabta mal-iżvilupp ta’ miżuri relatati mal-ħamrija, inkluż fil-Pjan Direzzjonali dwar l-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi, fil-Politika Agrikola Komuni (PAK) u fil-Politika Reġjonali. In-natura trasversali tal-ħamrija tfisser li l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għall-ħarsien tal-ħamrija ser ikollhom jiġu integrati f’numru ta’ inizjattivi ta’ politika u mekkaniżmi ta’ eżekuzzjoni (eż. Direttiva Qafas dwar l-Ilma, Direttivi dwar in-Nitrati, dwar l-Għargħar u dwar il-Ħama, Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar għall-protezzjoni tal-bijodiversità, Direttivi dwar il-Valutazzjoni Ambjentali tal-proġetti, il-pjani u l-programmi, Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali u l-PAK).

29.

Il-KtR jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi l-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija bħala pjan ta’ azzjoni konġunt biex l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu f’qagħda aħjar li jimplimentaw il-politika tal-ħamrija u li japplikaw ir-regoli Ewropej. Bħalissa l-proposti u l-miżuri relatati mal-ħamrija huma mifruxa fuq sensiela ta’ proposti tal-UE. L-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija tista’ tagħti viżjoni integrata tal-azzjonijiet eżistenti u ġodda. Hi tista’ tidħol fid-dettall fir-rigward ta’:

liema problemi tal-ħamrija ġew solvuti mil-leġislazzjoni ambjentali settorjali u liema problemi għad fadal;

liema possibbiltajiet jeżistu biex permezz ta’ bidliet fil-leġislazzjoni settorjali jiġu indirizzati l-problemi li għad fadal fir-rigward tal-ħamrija; u

sintesi ta’ proġetti tal-ħamrija li twettqu bil-fondi tal-UE. Il-KtR jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tinkludi l-proġetti tal-ħamrija fil-qafas tal-fondi Ewropej.

30.

Il-Kumitat jilqa’ l-“approċċ aktar ekoloġiku” propost għall-PAK. Ir-riforma hija meħtieġa biex tipprovdi miżuri li bihom il-PAK issir aktar attraenti għas-soluzzjonijiet reġjonali fi kwistjonijiet bħall-ħarsien tal-ħamrija. Dan jinkludi li jiġi kkunsidrat l-użu tal-fondi tal-UE għall-iżvilupp rurali sabiex jitwaqqfu Kuntratti tal-Iżvilupp Rurali li jiffinanzjaw lil dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-art bil-għan li jħarsu l-ħamrija, jirrestawraw it-torbieri, joħolqu artijiet mistgħadra, jibdlu r-raba’ fi bwar, jipprevjenu l-erożjoni tal-ħamrija u jipproteġu l-materja organika. Għalhekk, il-KtR jappoġġja bis-sħiħ il-kummenti tal-Kummissjoni dwar iż-żieda tal-miżuri permezz tal-fondi għall-iżvilupp rurali sabiex titjieb il-kwalità tal-ħamrija u biex tiġi estiża ż-żona koperta minn dawn il-miżuri.

31.

Ir-rapport tal-EEA/JRC tal-2012 jindika li l-miżuri adottati fil-kuntest tal-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin (KAAT) fi ħdan il-PAK ma kinux adegwati għalkollox għall-ħarsien tal-ħamrija. Għalhekk, il-proposti attwali għal “approċċ aktar ekoloġiku fil-PAK” għandhom jiffokaw aktar fuq it-titjib tar-riżultati tal-ħarsien tal-ħamrija, mingħajr ma jżidu l-piżijiet amministrattivi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri. F’dan il-kuntest għandu jiġi evalwat jekk il-miżuri tal-KAAT jistgħux ikomplu jiġu żviluppati biex itejbu l-ħarsien tal-ħamrija.

32.

Għandu jiġi rikonoxxut ukoll li l-miżuri tal-PAK ikopru biss l-artijiet agrikoli li għalihom il-bdiewa jirċievu l-pagamenti. Il-KtR jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni li tkompli tikkjarifika u tispeċifika l-istandards relatati mal-ħamrija fil-kuntest tar-riforma globali tal-PAK. B’mod partikolari, il-KtR jilqa’ l-proposta attwali għal KAAT ġodda dwar il-ħarsien tal-materja organika, inklużi l-projbizzjoni li tinħaraq il-qasbija fir-raba’ tal-ħrit u l-projbizzjoni tal-ewwel ħrit ta’ artijiet mistagħdra u ħamrija b’ħafna karbonju.

33.

Il-KtR jappoġġja l-ħidma kontinwa tal-Kummissjoni biex tintegra aħjar il-ħarsien tal-ħamrija f’oqsma ta’ politika rilevanti oħrajn. Dan jinkludi l-iżvilupp ta’ Sħubija Ewropea ta’ Innovazzjoni dwar is-Sostenibbiltà u l-Produttività fl-Agrikoltura, b’enfasi partikolari fuq il-ġestjoni tal-art u l-ħamrija, Programm Ġenerali għas-Salvagwardja tal-Ilma tal-Ewropa u l-implimentazzjoni tal-Politika ta’ Koeżjoni.

34.

Jeżistu rabtiet ċari bejn il-ġestjoni tal-ħamrija u t-tniġġis diffuż (diffuse pollution), u din hija kwistjoni importanti u urġenti b’rabta mal-kwalità tal-ilma fl-Ewropa. L-erożjoni tal-ħamrija u t-telf tal-pestiċidi u n-nutrijenti mill-art agrikola joħolqu r-riskji għall-kwalità tal-ilma. Id-Direttiva dwar in-Nitrati (91/676/KEE), id-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art (2006/118/KE) u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma ma jirrikjedux b’mod dirett li jkun hemm leġislazzjoni speċifika dwar il-ħamrija minkejja l-importanza tat-tniġġis diffuż. Meta jiġi kontaminat, l-ilma ta’ taħt l-art jista’ jieħu bosta mijiet ta’ snin sabiex jiġi dekontaminat, u għalhekk il-KtR jappella li jiġu introdotti miżuri adegwati għall-ġlieda kontra d-degradazzjoni tal-ħamrija u kontra r-riskji ta’ tniġġis diffuż fl-ilma ta’ taħt l-art kif ukoll f’kanali oħra tal-ilma.

35.

Filwaqt li l-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamrija għandha tibqa’ prijorità, l-istat attwali ta’ xi ħamrija Ewropea jirrikjedi li jittieħdu miżuri ta’ rimedju tal-ħamrija. Il-KtR jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li l-Fondi ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jkomplu jgħinu r-riġenerazzjoni ta’ siti abbandunati fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss (2014-2020). L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikomplu jkunu konxji li għad hemm ammont konsiderevoli ta’ riżorsi mill-Fond ta’ Koeżjoni li huma disponibbli għar-reġjuni eliġibbli li jixtiequ jindirizzaw id-degradazzjoni tal-ħamrija.

36.

Il-KtR jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tagħti iżjed opportunitajiet għall-proġetti tal-ħamrija fil-qafas tal-programm ta’ appoġġ LIFE+. Fil-perjodu li jmiss il-modi li bihom jiġu finanzjati l-proġetti jistgħu jiġu estiżi. Skont ir-rekwiżiti attwali l-proġetti li jaqgħu taħt “il-politika u l-governanza ambjentali” għandhom jagħtu l-eżempju u/jew ikunu innovattivi. F’ħafna każijiet meta jiġu indirizzati l-problemi tal-ħamrija fil-fatt hemm iktar bżonn ir-ripetizzjoni ta’ attivitajiet u t-tkomplija ta’ sensiela ta’ attivitajiet li jkunu diġà nbdew milli l-innovazzjoni.

Leġislazzjoni

37.

Il-KtR jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tipproponi li terġa’ teżamina d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali, u dan ser jagħti l-opportunità li t-tħassib dwar il-ħamrija jiġi integrat aħjar u fi stadju bikri tal-ippjanar tal-proġetti. Ser ikun importanti li l-Kummissjoni tqis kif toħloq inċentivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u tinżamm il-materja organika fil-ħamrija billi jittieħed kont tas-settur tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) bħala parti mill-impenn tal-UE għat-tibdil fil-klima għall-2020.

Livell internazzjonali

38.

Il-ħsara li ssir lill-ħamrija jista’ jkollha effetti transkonfinali (eż. emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, tniġġis diffuż, erożjoni tas-sedimenti, telf tal-karbonju fil-ħamrija, tixrid tal-kontaminazzjoni lil hinn mill-fruntieri). Il-ħamrija tal-Ewropa hija bir prinċipali kif ukoll sors potenzjali ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, inklużi emissjonijiet tal-N2O.

39.

Il-KtR jilqa’ l-isforzi kostruttivi tal-Kummissjoni fil-konferenza Rio+20 u l-inklużjoni tat-tħassib dwar id-degrazzjoni tal-artijiet fit-test finali (8), u jixtieq jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni żżomm il-politika tal-ħamrija fost il-prijoritajiet tagħha fil-konferenzi internazzjonali, bħal-laqgħat tal-UNFCCC u forums rilevanti oħra bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika. Il-KtR ifaħħar ukoll il-fatt li l-Kummissjoni u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni (UNCCD) qed jappoġġjaw b’mod attiv inizjattiva dwar l-aspetti ekonomiċi tad-degradazzjoni tal-artijiet biex jiġu stabbiliti inċentivi għall-investiment f’politiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-artijiet. Il-KtR huwa kuntent ukoll li l-Kummissjoni ser taħdem fil-livell internazzjonali biex tippromovi t-twaqqif ta’ bord intergovernattiv dwar il-ħamrija.

D.    Is-sussidjarjetà, il-proporzjonalità u t-tfassil aħjar tal-liġijiet

40.

Fih innifsu, ir-rapport tal-Kummissjoni ma jqajjimx kwistjonijiet relatati mas-sussidjarjetà jew mal-proporzjonalità, billi hu rapport fuq l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija. Però, dan ir-rapport jirreferi b’mod indirett għall-possibbiltà ta’ leġislazzjoni tal-UE dwar il-ħarsien tal-ħamrija, li tqajjem kwistjonijiet ta’ dan it-tip.

41.

L-Istati Membri li joġġezzjonaw għall-proposta tal-2006 għal direttiva qafas u li bblokkaw il-leġislazzjoni fil-Kunsill fl-2010 jressqu l-argument tas-sussidjarjetà. Il-problema hija li filwaqt li ċerti Stati Membri diġà għandhom leġislazzjoni avvanzata dwar il-ħarsien tal-ħamrija, Stati Membri oħrajn m’għandhom l-ebda qafas legali jew inkella għandhom qafas legali ħafna inqas żviluppat. Il-KtR iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri fil-livell nazzjonali u jitlob minnufih:

Lill-Istati Membri li diġà għandhom politika tal-ħamrija biex jiżviluppawha kemm ikun meħtieġ;

Lill-Istati Membri li diġà għandhom politika tal-ħamrija żviluppata ħafna biex jaġixxu ta’ ħolqa ma’ dawk l-Istati Membri li m’għandhom l-ebda tip ta’ politika billi jaqsmu l-għarfien espert tagħhom. Il-Kumitat tar-Reġjuni jitlob lill-Kummissjoni Ewropea timmonitorja dan il-proċess;

Lill-Istati Membri li għad m’għandhomx politika tal-ħamrija biex jintroduċuha fil-ġejjieni qarib, filwaqt li jistennew li jkun hemm progress fil-livell Ewropew.

Il-KtR jappoġġja l-miżuri tal-Kummissjoni li permezz tagħhom l-Istati Membri jkunu jistgħu jfasslu u jimplimentaw dispożizzjonijiet tal-ħamrija fi ħdan il-kompetenzi tagħhom.

42.

Id-degradazzjoni tal-ħamrija, inkluż it-telf tal-gassijiet b’effett ta’ serra, il-kontaminazzjoni, it-tirsis, it-tniġġis diffuż u l-issiġillar ilkoll għandhom effetti li jmorru lil hinn mill-fruntieri ta’ pajjiż, u għalhekk hemm bżonn ta’ (mill-inqas) koordinazzjoni tal-politika fil-livell Ewropew. Pereżempju, il-ħamrija mrassa jew deterjorata li ma tkunx tista’ taħżen l-ilma tax-xita tista’ żżid l-għargħar fil-pajjiżi ġirien. L-ewtrofikazzjoni u t-tniġġis tal-ilma huma wkoll konsegwenzi tat-tniġġis tal-ħamrija u mhumiex limitati mill-fruntieri tal-pajjiżi. Is-sedimenti li jinħaslu mal-erożjoni tal-ħamrija f’pajjiż wieħed jistgħu jibblokkaw id-digi jew jagħmlu l-ħsara fl-infrastruttura bħall-portijiet f’pajjiżi oħra; il-ħamrija kontaminata tista’ tniġġes l-ilma ta’ taħt l-art f’pajjiż ġar. Għalhekk, il-leġislazzjoni Ewropea titqies bħala mod kif jiġu protetti l-utenti tal-art f’pajjiż partikolari mill-konsegwenzi dannużi ta’ prattiki f’pajjiż ieħor li l-utenti mhumiex responsabbli għalihom (9). Fejn ikun hemm effetti transkonfinali, l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali huma essenzjali biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet.

43.

Peress li l-Ewropa għadha qed tara effetti ta’ detriment għall-ħamrija sitt snin wara l-pubblikazzjoni tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija, huwa diffiċli li wieħed jifhem kif Strateġija Tematika riveduta mingħajr Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija tista’ tkun biżżejjed biex jinkiseb livell għoli ta’ ħarsien tal-ħamrija fl-Istati Membri kollha u biex jingħelbu l-problemi msemmija hawn fuq. Hemm bżonn ta’ sforzi akbar mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex jiżguraw il-protezzjoni tal-ħamrija.

44.

Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità, fil-futur il-leġislazzjoni tal-UE dwar il-ħarsien tal-ħamrija għandha tagħti lill-Istati Membri biżżejjed flessibbiltà biex ikunu jistgħu jidentifikaw l-aktar miżuri adatti fl-aktar livell ġeografiku u amministrattiv adatt. Dan ser ikun ta’ importanza kruċjali biex jiġi żgurat li l-ispeċifiċiatjiet reġjonali u lokali rigward il-varjabbiltà tal-ħamrija, l-użi tal-art, il-kundizzjonjiet klimatiċi lokali u l-aspetti soċjoekonomiċi jiġu kkunsidrati b’mod adegwat.

E.    Konklużjonijiet

45.

Il-KtR ifaħħar il-ħidma tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija. Il-ħamrija tal-Ewropa hija fundamentali għall-għajxien tagħna u teħtieġ li tiġi mħarsa. L-importanza tal-ħamrija bħala sors mhux rinnovabbli essenzjali għal ambjent sostenibbli għandha tiġi rikonoxxuta permezz ta’ politika u miżuri globali ta’ ħarsien.

46.

Il-ħamrija għandha tiġi mħarsa sabiex:

jiġu żgurati provvisti ta’ ikel sikur u ta’ kwalità tajba kemm illum kif ukoll fil-futur;

l-ilma tal-wiċċ u ta’ taħt l-art jinżamm nadif;

jinħażen il-karbonju, jittaffew l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u jkun hemm adattament għat-tibdil fil-klima;

isir kontribut għall-ġestjoni tal-għargħar naturali u l-mitigazzjoni tal-effetti tiegħu u ta’ diżastri naturali oħra;

tinżamm il-bijodiversità u l-komponenti tagħha;

ikun hemm żoni ta’ rikreazzjoni f’saħħithom;

jinżammu l-ġeodiversità u l-wirt kulturali u arkeoloġiku.

47.

Fil-pajjiżi Ewropej kollha jista’ jkun hemm għadd ta’ problemi relatati mal-ħamrija, li kultant ikollhom konsegwenzi serji u irriversibbli bi spejjeż kbar. Dawn jiġu kkawżati l-aktar mill-kontaminazzjoni tal-ħamrija, l-uqigħ tal-art, it-telf tal-materja organika, l-erożjoni, is-salinizzazzjoni, id-deżertifikazzjoni u l-issiġillar. Fil-livell tal-UE hemm bżonn ta’ politiki u regolamenti ġodda dwar il-ħarsien tal-ħamrija, u fil-livell tal-Istati Membri jinħtieġu miżuri nazzjonali u, fejn m’hemmx, anke regolamenti biex iħarsu l-ħamrija, minħabba l-funzjonijiet kruċjali u l-oġġetti tal-ekosistema li l-ħamrija tipprovdi fl-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent tal-Ewropa. L-ispejjeż ta’ azzjoni regolatorja għandhom jitqabblu mal-ispejjeż tan-nuqqas ta’ azzjoni f’termini ta’ spejjeż indiretti li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima, it-tniġġis tal-ilma, il-ġestjoni tal-għargħar, is-saħħa pubblika, eċċ. Fl-2006, l-istimi tal-Kummissjoni wrew li l-ispejjeż totali tad-degrazzjoni tal-ħamrija fl-UE-25 jistgħu jkunu ta’ EUR 38 biljun fis-sena.

48.

Il-kwalità tal-ħamrija hija marbuta mill-qrib ma’ aspetti ambjentali oħra li huma ta’ rilevanza għall-UE (eż. l-arja, il-kwalità tal-ilma, ir-riskju tal-għargħar, il-bijodiversità, it-tibdil fil-klima, l-enerġiji rinnovabbli, eċċ.). Il-politika tal-ħamrija tal-ġejjieni trid tirrikonoxxi r-rabtiet tagħha ma’ għanijiet ambjentali oħra tal-UE (pereżempju, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma). Jeżistu bosta dispożizzjonijiet tal-UE li fihom xi elementi li jħarsu l-ħamrija, madankollu ma teżisti l-ebda leġislazzjoni speċifika globali dwar il-ħamrija. Id-dispożizzjonijiet li jeżistu huma ġeneralment ristretti għal każijiet speċifiċi ta’ użu jew ġestjoni tal-art u ma jkoprux l-art u l-ħamrija kollha.

49.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jassessjaw it-teħid tal-art fiż-żoni tagħhom u jikkunsidraw x’jista’ jsir jekk it-tendenzi ma jibqgħux sostenibbli. Dan ix-xogħol jista’ jiġi appoġġjat bl-użu tal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-issiġillar, u bl-implimentazzjoni kontinwa tal-erba’ pilastri tal-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikomplu jikkontribwixxu b’mod proattiv għal din l-Istrateġija, billi pereżempju jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ kodiċi lokali ta’ prattiki dwar il-ħarsien tal-ħamrija.

50.

Il-lakuni fil-miżuri għall-ħarsien tal-ħamrija l-aħjar jiġu indirizzati b’mod komuni fl-UE kollha permezz ta’ qafas ġenerali u prinċipji komuni li l-pajjiżi kollha jridu jżommu magħhom. Għalhekk, Direttiva Qafas dwar il-Ħamrija ser tiġi appoġġjata, iżda huwa essenzjali li l-politika ma tkunx preskrittiva mingħajr bżonn pereżempju, b’dispożizzjonijiet u livelli limiti kwantitattivi. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa partikolarment importanti għaliex il-ħamrija tvarja ħafna bejn reġjun u ieħor tal-Ewropa. L-istrateġiji għall-ħarsien tal-ħamrija għandhom għalhekk ikunu bbażati fuq ir-riskju u jiddependu fuq is-sitwazzjoni, u jkunu proporzjonati u jqisu ċ-ċirkustanzi reġjonali. Jinħtieġu miżuri speċifiċi sabiex jiżguraw il-ħarsien tal-ħamrija. Il-politika tal-ħamrija tiġi implimentata l-aktar fil-livell lokali u reġjonali u huwa għalhekk li r-regolazzjoni f’dan il-qasam għandha bżonn tiddaħħal f’dan il-livell. Għandna bżonn ta’ monitoraġġ aħjar tal-ħamrija sabiex jgħin fl-iżvilupp, l-appoġġ u l-valutazzjoni tal-approċċi għall-ħarsien tal-ħamrija.

51.

Il-politika tal-ħamrija għandha ssib bilanċ ġust bejn l-azzjoni fil-livell Ewropew u l-prinċipji tas-sussidjarjetà u t-tfassil aħjar tal-liġijiet bil-għan li jiġu evitati l-piżijiet amministrattivi addizzjonali mhux meħtieġa u l-ispejjeż sproporzjonati. Għaldaqstant, ir-regolamenti tal-UE dwar il-ħamrija għandhom jitfasslu b’tali mod li jintervjenu biss meta jkun hemm bżonn ta’ azzjoni.

Brussell, 30 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  http://ec.europa.eu/dgs/jrc/downloads/jrc_reference_report_2012_02_soil.pdf

(2)  Aġenzija Ewropea għall-Ambjent/Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, 2012: State of Soil in Europe, http://ec.europa.eu/dgs/jrc/downloads/jrc_reference_report_2012_02_soil.pdf

(3)  Ara http://eusoils.jrc.ec.europa.eu/projects/SOCO/

(4)  Report on best practices for limiting soil sealing and mitigating its effects (April 2011).

(5)  Ara http://eusoils.jrc.ec.europa.eu/projects/soil_atlas/index.html

(6)  European Atlas of Soil Biodiversity.

(7)  Proġetti tal-JRC dwar il-ħamrija.

(8)  http://www.uncsd2012.org/thefuturewewant.html

(9)  European Environmental Bureau (EEB) (2011), “Soil: Worth Standing your ground for. Arguments for the Soil Framework Directive”.


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/45


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Ninnovaw għal tkabbir sostenibbli: bijoekonomija għall-Ewropa”

2013/C 17/09

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI jinnota li:

ix-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-għanijiet ta’ politika essenzjali tal-UE fil-qasam tas-saħħa, l-iżvilupp sostenibbli u ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi;

it-transizzjoni lejn il-bijoekonomija hija prerekwiżit biex l-Ewropa ssir mexxejja dinjija fil-bijoekonomija, speċjalment fir-rigward tal-innovazzjoni u l-kompetittività;

il-bijoekonomija, flimkien mas-sigurtà tal-ikel u l-agrikoltura sostenibbli, tissemma bħala “sfida tas-soċjetà” f’Orizzont 2020, b’baġit propost mill-Kummissjoni ta’ EUR 4,5 biljuni; il-KtR jilqa’ dan;

iridu jgħaddu mill-inqas 25 sena qabel ma l-bijoekonomija tkun tista’ tikkompeti mal-ekonomija bbażata fuq il-fjuwils fossili u li dan jirrikjedi investiment (fir-Riċerka u l-Iżvilupp), strateġiji (lil hinn mill-2020) u kooperazzjoni fit-tul bejn il-partijiet interessati kollha tul il-katina tal-valur bil-għan li jsir trasferiment ta’ għarfien kooperattiv;

il-bijoekonomija ser tipprovdi opportunitajiet ġodda ta’ negozju u ta’ innovazzjoni għall-katina tal-valur tal-Ewropa, inkluż is-settur agrikolu;

l-istrumenti tal-ippjanar territorjali huma importanti għall-konservazzjoni tal-art li tintuża għall-agrikoltura u l-forestrija;

il-pjan ta’ azzjoni propost mill-Kummissjoni ma jipprevedi l-ebda miżura għal żieda fl-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi naturali.

Relatur

Is-Sur VAN DER SANDE (NL/ALDE), Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Provinċja ta’ Zuid-Holland

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Ninnovaw għal Tkabbir Sostenibbli: Bijoekonomija għall-Ewropa

COM(2012) 60 final

I.   IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Messaġġi prinċipali

1.

jilqa’ din il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea (minn issa ’l quddiem “il-Kummissjoni”) li tipproponi bidla lejn użu ikbar u iktar sostenibbli tar-riżorsi rinnovabbli u li tappella għal transizzjoni minn soċjetà bbażata fuq il-fjuwils fossili għal bijosoċjetà (“biobased society”) bl-appoġġ tar-riċerka u l-innovazzjoni;

2.

jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-bijoekonomija hija element prinċipali għat-tkabbir intelliġenti u ekoloġiku u tagħti kontribut biex jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija UE 2020 u l-inizjattivi ewlenin tal-Unjoni tal-Innovazzjoni u Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza; itenni li x-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-għanijiet ta’ politika essenzjali tal-UE fil-qasam tas-saħħa, l-iżvilupp sostenibbli u ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi (1);

3.

jagħraf li t-transizzjoni lejn il-bijoekonomija hija prerekwiżit biex l-Ewropa ssir mexxejja dinjija fil-bijoekonomija, speċjalment fir-rigward tal-innovazzjoni u l-kompetittività; jenfasizza li l-bijoekonomija toffri potenzjal enormi għall-ħolqien tal-impjiegi, u mhux biss fis-setturi tal-agrikoltura; josserva li r-riżorsi naturali tad-dinja qed jonqsu u li l-Ewropa ser ikollha tħaffef il-pass sabiex tibqa’ kompetittiva fil-bijoekonomija peress li pajjiżi oħra madwar id-dinja qed joħolqu strateġiji simili u qed jistimolaw b’mod attiv l-inizjattivi tas-suq (pereżempju ċ-Ċina, l-Istati Uniti); jemmen li l-Ewropa teħtieġ reazzjoni Ewropea b’saħħitha bbażata fuq l-innovazzjoni li tappoġġja l-bijoekonomija;

4.

jemmen li l-pjan ta’ azzjoni stabbilit fil-Komunikazzjoni għad jonqsu miżuri u strumenti prattiċi biex jiġu indirizzati l-ostakli jew ir-riskji li jistgħu jinqalgħu matul il-bidla lejn il-bijoekonomija; għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-regolamenti doppji jew konfliġġenti u d-disponibbiltà tal-kapital ta’ riskju;

5.

jilqa’ l-fatt li l-bijoekonomija, flimkien mas-sigurtà tal-ikel u l-agrikoltura sostenibbli, tissemma bħala “sfida tas-soċjetà” f’Orizzont 2020 (2), b’baġit propost mill-Kummissjoni ta’ EUR 4,5 biljuni; dan jagħti lok għal miżuri innovattivi, intiżi biex jindirizzaw is-sigurtà tal-ikel, l-iskarsezza tar-riżorsi naturali, l-agrikoltura sostenibbli, id-dipendenza mir-riżorsi fossili, il-fertilità tal-ħamrija u t-tibdil fil-klima, filwaqt li jinkiseb tkabbir ekonomiku sostenibbli. Madankollu, jinnota li r-restrizzjoni ta’ dawn il-fondi għall-oqsma tas-“sigurtà tal-ikel, is-sostenibbiltà agrikola, ir-riċerka marittima u marina u l-bijoekonomija” tfisser limitazzjoni kbira fir-rigward tas-setturi li l-Kummissjoni ssemmi fil-Komunikazzjoni bħala setturi relatati mal-bijoekonomija; jenfasizza li jridu jgħaddu mill-inqas 25 sena qabel ma l-bijoekonomija tkun tista’ tikkompeti mal-ekonomija bbażata fuq il-fjuwils fossili u li dan jirrikjedi investiment (fir-Riċerka u l-Iżvilupp), strateġiji (lil hinn mill-2020) u kooperazzjoni fit-tul bejn il-partijiet interessati kollha tul il-katina tal-valur bil-għan li jsir trasferiment ta’ għarfien kooperattiv;

6.

jemmen li minħabba t-transizzjoni minn ekonomija bbażata fuq il-fjuwils fossili għal bijoekonomija, is-settur agrikolu, li jipprovdi s-sigurtà tal-ikel mingħajr ma jikkomprometti ir-rwol primarju tiegħu bħala provveditur tal-ikel, jista’ jsir fl-istess ħin provveditur ta’ varjetà ta’ bijoprodotti (mhux tal-ikel), ħaġa li tista’ twassal għal settur agrikolu iżjed sostenibbli. Il-bijoekonomija ser tipprovdi opportunitajiet ġodda ta’ negozju u ta’ innovazzjoni għall-katina tal-valur tal-Ewropa, inkluż is-settur agrikolu; jemmen li sabiex isir l-aħjar użu possibbli mir-riżorsi naturali, jeħtieġ li jkun hemm interazzjoni (3) mill-qrib bejn is-setturi tal-agrikoltura, tal-bijoekonomija u tax-xjenzi biex jinħoloq settur agrikolu sostenibbli u iktar effiċjenti; jemmen li kwalunkwe intensifikazzjoni tal-produzzjoni primarja ma tistax tmur kontra l-prinċipju tas-sostenibbiltà, u għalhekk jenfasizza l-importanza tal-istrumenti tal-ippjanar territorjali għall-konservazzjoni tal-art li tintuża għall-agrikoltura u l-forestrija;

7.

jaqbel li sabiex titħaffef it-transizzjoni lejn bijoekonomija Ewropea sostenibbli, jeħtieġ li l-ewwel jiġu żgurati provvista sigura u suffiċjenti ta’ bijoprodotti siguri u ta’ kwalità għolja kif ukoll sistemi ta’ produzzjoni primarja li jużaw ir-riżorsi b’effiċjenza; madankollu, ifakkar li l-pjan ta’ azzjoni propost mill-Kummissjoni ma jipprevedi l-ebda miżura għal żieda fl-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi naturali;

L-implimentazzjoni tal-bijoekonomija (transsettorjali)

8.

jenfasizza li jeħtieġ li niffokaw iżjed f’termini ta’ strateġija u politika, regolazzjoni u inċentivi fil-qasam tal-bijoekonomija; jisħaq li hemm bżonn koordinazzjoni kontinwa, impenn politiku ċar u integrazzjoni ikbar bejn is-setturi u l-politiki Ewropej (Orizzont 2020, il-politika ta’ koeżjoni, il-PAK, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart) sabiex jiġu evitati l-kontradizzjonijiet fl-għanijiet ta’ politika u tiġi żgurata sitwazzjoni b’kundizzjonijiet indaqs għall-atturi kollha;

9.

jilqa’ l-isforzi u l-ambizzjoni tal-Kummissjoni għal approċċ ta’ politika integrat, transsettorjali u interdixxiplinari għall-bijoekonomija; jinnota li hemm bżonn koordinazzjoni ta’ politika soda min-naħa tal-Kummissjoni u li l-ambizzjonijiet għadhom ma jqisux il-livell ta’ implimentazzjoni prattika meħtieġ fil-livell reġjonali u lokali;

10.

jappoġġja t-tentattiv tal-Kummissjoni li tistabbilixxi definizzjoni komuni u wiesgħa tal-bijoekonomija; jemmen li minħabba n-natura transsettorjali tal-bijoekonomija t-tifsira tagħha taf tvarja fost id-diversi partijiet interessati Ewropej, nazzjonali u reġjonali attivi fis-settur tal-bijoekonomija; jissuġġerixxi li l-piramida tal-bijomassa (Figura 1) (4) tista’ toffri qafas għad-diskussjoni dwar il-valuri u l-użu preferut tal-bijomassa b’mod iktar strutturat;

11.

jemmen li l-Ewropa għandha tiżviluppa u timplimenta viżjoni proprja ċara u fit-tul għall-bijoekonomija, ibbażata fuq id-diversi segmenti tal-piramida tal-bijomassa (ara Figura 1), fejn l-ogħla segmenti jirrappreżentaw l-ogħla valuri; jemmen li l-Ewropa għandha ssegwi “strateġija ta’ valur” li tiffoka fuq l-ogħla segmenti fil-piramida tal-bijomassa u li tagħti preferenza lill-użu ta’ bijomassa tat-tieni u eventwalment tat-tielet ġenerazzjoni (5); jirrikonoxxi li l-investiment fil-bijomassa tal-ewwel ġenerazzjoni huwa pass neċessarju fit-transizzjoni lejn il-bijomassa tat-tieni u eventwalment tat-tielet ġenerazzjoni; jemmen li dawn l-għanijiet Ewropej għandhom ikunu mnaqqxa fil-politiki transsettorjali kollha relatati mal-bijoekonomija;

Image

12.

jemmen li l-Ewropa għandha tkun u tibqa’ fuq quddiem nett fl-iżvilupp tal-kriterji tas-sostenibbiltà sabiex jiġu ottimizzati l-provvista u d-domanda tal-bijomassa (jew “riżorsi bijoloġiċi rinnovabbli”) u fil-promozzjoni tal-użu sostenibbli tal-art, fid-dawl taż-żieda fil-kapaċità produttiva agrikola u l-użu mħaffef tal-bijomassa tat-tieni u eventwalment tat-tielet ġenerazzjoni, filwaqt li tnaqqas kemm jista’ jkun l-effetti negattivi potenzjali tal-użu mhux sostenibbli tal-bijomassa tal-ewwel ġenerazzjoni u tipparteċipa fid-dibattitu tal-ikel kontra l-fjuwil;

13.

jagħti parir lill-Kummissjoni biex tiżviluppa pjan direzzjonali komuni dwar il-bijoekonomija li jipprovdi analiżi tal-passi li jmiss li huma meħtieġa għall-iżvilupp ta’ bijoekonomija Ewropea, filwaqt li jqis l-approċċ tal-katina tal-valur u l-ħidma attwali, u li jqis il-ħidma attwali (tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-OECD u oħrajn); jappella biex jiġu inklużi miżuri u strumenti prattiċi, filwaqt li jitqiesu d-diversi profili li jkollhom ir-reġjuni; jenfasizza l-potenzjal tal-kooperazzjoni interreġjonali għall-katina tal-valur;

14.

jinnota li l-bijoekonomija tħaddan firxa ta’ oqsma ta’ politika fil-Kummissjoni. Għalhekk, sabiex jiġi faċilitat aktar l-aċċess għall-inizjattivi u programmi tal-UE relatati mal-bijoekonomija, jissuġġerixxi approċċ ta’ one-stop shop, fejn il-mistoqsijiet jiġu proċessati minn punt uniku fil-Kummissjoni;

L-istrumenti tal-governanza f’diversi livelli u s-sussidjarjetà

15.

jilqa’ l-fatt li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tqis id-dimensjoni reġjonali tal-bijoekonomija u jqis li l-Komunikazzjoni u l-proposti kollha tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Bijoekonomija huma konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

16.

jinnota li fl-Ewropa ftit Stati Membri qed iwettqu attivitajiet li jappoġġjaw l-iżvilupp tal-bijoekonomija, u li l-istrateġiji hawnhekk jiġu żviluppati l-iktar mill-gvernijiet nazzjonali; eżempju tajjeb huwa l-istrateġija reġjonali komuni għall-bijoekonomija Biobased Delta Europe (fil-Lbiċ tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Fjandri); jemmen li hemm bżonn qafas integrat u approċċ Ewropew iżjed kooperattiv; jemmen li rridu nsaħħu l-inizjattivi lokali u reġjonali permezz tal-implimentazzjoni ta’ strateġiji tal-bijoekonomija fil-livelli kollha ta’ kooperazzjoni (UE, nazzjonali, reġjonali, lokali) u l-koordinazzjoni ta’ attivitajiet transsettorjali. Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi għall-koordinazzjoni tal-oqsma ta’ politika (transsettorjali) kollha rilevanti relatati mal-bijoekonomija fil-livell nazzjonali, reġjonali u tal-UE;

17.

japprova l-proposta tal-Kummissjoni li jitwaqqaf Panel tal-Bijoekonomija, li jgħin itejjeb is-sinerġiji u l-koerenza bejn il-politiki, u jiddiskuti u jevalwa l-impatt prattiku tal-azzjonijiet ta’ politika marbuta mal-bijoekonomija; iqis li l-għan preċiż tal-Panel għadu mhuwiex ċar, u lanqas mhu ċar kif ser jaħdem fil-prattika u kif ser ikunu involuti r-reġjuni; jenfasizza li l-Panel għandu jkun forum ta’ partijiet interessati differenti fejn ir-rappreżentanti jinġabru fil-kuntest tat-tliet spirali (Triple-Helix) (intrapriżi, istituti ta’ riċerka u awtoritajiet lokali u reġjonali) biex jaqsmu l-għarfien u l-ideat u jiddiskutu soluzzjonijiet għall-bijosoċjetà kif ukoll sforzi prattiċi biex issir il-bidla minn ekonomija bbażata fuq il-karburati fossili għal bijoekonomija; jemmen li għandu jkun hemm rappreżentanza tajba ta’ firxa wiesgħa ta’ setturi fil-pjattaforma, ħaġa li tipprovdi bażi tajba biex jiġi faċilitat approċċ transsettorjali lejn il-bijoekonomija;

18.

jemmen li t-tħaddim u r-rwol tal-pjattaformi tal-bijoekonomija nazzjonali, reġjonali u lokali jistgħu jvarjaw; jappella lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi linji gwida speċifiċi li jiddeskrivu l-kompetenzi tal-panels tal-bijoekonomija nazzjonali, reġjonali u lokali; jenfasizza li l-panels tal-bijoekonomija għandhom iwettqu kompiti ta’ koordinazzjoni bejn il-komunitajiet politiċi, xjentifiċi u kummerċjali bil-għan li jintlaħaq qbil dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fl-istadju ta’ qabel il-kompetizzjoni; jappella għal approċċ skont il-post, approċċ li jqis iċ-ċirkostanzi u l-prijoritajiet rispettivi tal-ġeografija, tal-iżvilupp, tal-ambjent u tar-reġjun u l-inizjattivi reġjonali eżistenti; jemmen li kull reġjun għandu jkun jista’ “jippreżenta l-istorja tiegħu” u jiżviluppa strateġija reġjonali proprja dwar il-bijoekonomija;

19.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol essenzjali fl-implimentazzjoni u l-iżvilupp tal-bijoekonomija; jagħraf li dawn l-awtoritajiet huma kruċjali biex jiġu definiti r-riskji u l-ostakli potenzjali għall-implimentazzjoni fil-prattika, u għalhekk iħeġġeġ bil-qawwa l-involviment u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fit-twaqqif, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Panel tal-Bijoekonomija; jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi biżżejjed flessibbiltà u biex tiċċara l-funzjoni u r-rwol tal-panels reġjonali u/jew nazzjonali, il-mod kif jinteraġixxu u kif l-esperjenzi reġjonali u/jew lokali ser jiġu riflessi fil-Panel tal-Bijoekonomija tal-UE;

20.

jemmen li s-suċċess tat-transizzjoni lejn il-bijoekonomija ser jiddependi mill-impenn attiv tas-soċjetà ċivili fil-proċessi ta’ pjanar u implimentazzjoni; jenfasizza l-importanza tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tenfasizza r-relazzjoni bejn ix-xjenza, is-soċjetà u t-tfassil tal-politika, u r-rwol importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali f’din it-transizzjoni;

21.

jemmen li t-transizzjoni lejn bijoekonomija tista’ tkun ta’ suċċess biss fi ħdan “bijosoċjetà”; għalhekk jissuġġerixxi li l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jaqdu rwol kbir fl-istadji bikrija tat-transizzjoni u għandhom ikunu rappreżentati fuq il-panels;

22.

jenfasizza l-potenzjal tal-bijoekonomija għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa; jemmen li dan jirrikjedi ħaddiema bi kwalifiki għoljin biex jiżviluppaw l-innovazzjonijiet u l-bażi tal-għarfien li jsawru l-bijoekonomija; jenfasizza li huwa importanti li l-iżviluppi relatati mal-bijoekonomija jiġu inkorporati fil-kurrikulu regolari tal-edukazzjoni primarja u l-edukazzjoni għolja u vokazzjonali, permezz ta’ studji u korsijiet dwar l-agrikoltura, il-kimika u l-ikel. Madankollu, skont l-Artikolu 165 tat-TFUE, l-edukazzjoni hija kompitu tal-Istati Membri u għalhekk fil-livell tal-UE ma jista’ jiġi stabbilit l-ebda rekwiżit f’dan il-qasam;

23.

jemmen li l-kooperazzjoni bbażata fuq il-kunċett tat-tliet spirali hija kruċjali għall-innovazzjoni u l-applikazzjoni tal-għarfien fil-bijoekonomija. Jeħtieġ ukoll li jiġi modernizzat u żviluppat il-kunċett ta’ tliet spirali bil-għan li jkun hemm ekosistemi innovattivi reġjonali li jaħdmu b’mod effettiv. Dan il-qasam naturalment jibbenefika minn parteċipazzjoni wiesgħa u pożittiva taċ-ċittadini u għalhekk qiegħed f’pożizzjoni tajba biex ikun xprun fl-Ewropa f’termini ta’ attività ta’ innovazzjoni b’riċerka intensiva iżda mmexxija mill-utenti;

Bijoekonomija sostenibbli fis-suq intern u fis-swieq globali

24.

jenfasizza r-rwol importanti tas-sħubijiet pubbliċi-privati (PPP) biex titħaffef it-transizzjoni lejn bijoekonomija; jemmen li l-SMEs jaqdu rwol kruċjali biex ir-riċerka xjentifika tissarraf f’applikazzjonijiet u fit-tqegħid fis-suq bħala prodotti jew tekniki ġodda; ir-rwol tal-SMEs reġjonali fl-innovazzjoni ma jistax jiġi enfasizzat biżżejjed u hemm bżonn appoġġ sod u strutturat biex jiġu xprunati l-attivitajiet tagħhom;

25.

jemmen li huwa meħtieġ li l-SMEs jingħataw aċċess aħjar għall-finanzi permezz tal-investiment fl-istart-ups, fil-kapital ta’ riskju u fl-appoġġ għat-trasferiment tat-teknoloġija, u regolamenti inqas kumplessi u l-applikazzjoni tal-għarfien fil-qasam tal-bijoekonomija; jissuġġerixxi li jitwaqqaf panel tal-SMEs biex jagħti parir lill-Panel tal-Bijoekonomija u jiżgura approċċ influwenzat mill-intrapriżi;

26.

jinsab imħasseb li l-qafas politiku u ekonomiku attwali fl-UE ma jappoġġjax l-użu industrijali tal-bijomassa bħala materja (prima);

27.

jenfasizza li t-transizzjoni lejn il-bijoekonomija trid tkun konsistenti mal-implimentazzjoni tas-suq intern u l-politika kummerċjali;

Eżempji reġjonali u strumenti ta’ finanzjament

28.

jilqa’ l-ħolqien tan-netwerks Ewropej ewlenin tar-reġjuni u l-clusters fil-bijoekonomija; xi eżempji huma l-kooperazzjoni bejn il-Fjandri (il-Belġju) u l-Lbiċ tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Majjistral ta’ Franza, Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja), ir-reġjun ta’ Ħelsinki (il-Finlandja), Styria (l-Awstrija) u l-inizjattivi fl-Isvezja, l-Estonja u l-Ungerija; jappella lill-Kummissjoni biex tappoġġja t-tali netwerks u clusters biex jiġi promoss l-iskambju tal-esperjenzi u l-ipproċessar konġunt tal-applikazzjonijiet għall-proġetti flimkien mar-reġjuni Ewropej u tinvolvihom fil-Panel tal-Bijoekonomija; jemmen li t-tagħlim reċiproku dwar it-twaqqif ta’ fondi tal-investiment u t-trasferiment teknoloġiku huwa importanti;

29.

huwa tal-fehma li l-inizjattivi minn isfel għal fuq (bottom-up) huma importanti fil-ħolqien ta’ bijosoċjetà, u li l-approċċ immexxi min-negozju u d-domanda, flimkien ma’ wieħed immexxi mill-gvern, huwa kruċjali;

30.

jinnota li r-reġjuni li jipproduċu l-bijomassa għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-innovazzjoni teknoloġika u mhux jitqiesu biss bħala provvedituri tal-bijomassa; għalhekk hemm bżonn li tingħata attenzjoni speċifika għat-trasferiment tat-teknoloġija u l-applikazzjoni tal-għarfien; jemmen li r-rabtiet mill-qrib bejn ir-reġuni urbani u agrikoli huma importanti biex jiġi stabbilit it-trasferiment tat-teknoloġija u l-applikazzjoni tal-għarfien;

31.

jemmen li parti mill-fondi tal-PAK għandhom jappoġġjaw – flimkien ma’ Orizzont 2020 – is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni “Produttività u sostenibbiltà fil-qasam agrikolu” biex jingħalaq id-distakk bejn ir-riċerka u l-iżvilupp u l-prattika tal-biedja bil-għan li jitwessgħu l-bażi tal-għarfien u l-applikazzjoni tal-għarfien (6);

32.

jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tiffaċilita l-informazzjoni ġenerali u t-tixrid tal-aħjar prattiki, l-attivitajiet eżistenti u l-bijoprodotti disponibbli tal-clusters reġjonali u r-reġjuni, billi tibni fuq ix-xogħol u r-riżultati tal-programmi eżistenti, bħall-ABC-Europe, Cluster-IP iffinanzjat mid-DĠ ENTR (7) u l-programmi tal-Interreg u r-Reġjuni tal-Għarfien iffinanzjati taħt il-politika reġjonali u l-FP7 (8) rispettivament, u tippromovi l-programmazzjoni b’diversi fondi;

33.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li parti mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali tiġi assenjata għal proġetti ta’ “ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju” fir-reġjuni inqas żviluppati, fir-reġjuni fi transizzjoni u fir-reġjuni iktar għonja; jemmen li dan ikollu impatt pożittiv fuq it-transizzjoni lejn bijosoċjetà Ewropea; jenfasizza l-potenzjal tal-Istrateġiji tal-Ispeċjalizzazzjoni Intelliġenti (Smart Specialisation Strategies – S3) biex ir-reġjuni jkunu jistgħu jadottaw approċċ iktar strateġiku u integrat għall-bijoekonomija;

34.

jissuġġerixxi li r-reġjuni avvanzati fil-qasam tal-bijoekonomija jiġu appoġġjati meta jieħdu l-passi meħtieġa mill-ktajjen tal-valur tal-bijoekonomija u meta joħolqu rabtiet ma’ reġjuni inqas avvanzati; jemmen li r-reġjuni avvanzati u dawk inqas avvanzati flimkien għandhom jixprunaw impjanti pilota fejn il-kumpaniji (start-up) ikunu jistgħu jittestjaw prodotti ġodda f’ambjent protett; jemmen li dan l-approċċ ta’ “Triq għall-Eċċellenza” iwassal għal użu effettiv tar-riżorsi, filwaqt li tiġi mħeġġa l-koeżjoni; jappoġġja l-inizjattivi bħar-Reġjuni tal-Għarfien li jipprovdu għodda utli għall-iskambju tal-għarfien, jippromovu bis-sħiħ l-aċċettazzjoni effettiva u l-applikazzjoni reġjonali tar-riżultati tar-riċerka u jiġġeneraw aktar kooperazzjoni fir-riċerka;

35.

huwa konvint li l-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) u l-Komunitajiet Reġjonali ta’ Implimentazzjoni u Innovazzjoni (KRII) qed jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà fit-tul u jidentifikaw u jindirizzaw opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni fl-Ewropa; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tniedi KKI li tiffoka fuq il-bijoekonomija fis-sensiela l-ġdida ta’ KKI fil-perjodu 2014-2020 (9);

36.

madankollu, jemmen li hemm sens ċar ta’ urġenza fost il-partijiet interessati Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali fir-rigward tal-iżvilupp ta’ ekonomija/bijoekonomija b’livell baxx ta’ karbonju; l-identifikazzjoni tat-triq li twassal għal dan il-għan u l-implimentazzjoni fil-prattika teħtieġ bdil radikali fil-modi kif naħsbu u nagħmlu l-affarijiet; peress li r-reġjuni huma essenzjali għat-twettiq fil-prattika, il-KtR joffri l-kompetenzi tiegħu u jistqarr li huwa lest li jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni biex l-istrateġija tal-bijoekonomija tkompli għall-fażi li jmiss;

37.

nitolbu lill-Kummissjoni tieħu l-passi li ġejjin fil-livell tal-UE:

a.

tkompli tiżviluppa l-Istrateġija tal-Bijoekonomija (billi tuża l-istruttura tat-tliet spirali), b’enfasi fuq l-ogħla livelli tal-piramida tal-bijomassa; tistabbilixxi Panel tal-Bijoekonomija li jinkludi rappreżentanti mill-intrapriża, mill-istituzzjonijiet tal-għarfien u l-awtoritajiet pubbliċi (fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew);

b.

tiżviluppa approċċ integrat għall-bijoekonomija li jirrikjedi u jkun ibbażat fuq strateġija ta’ finanzjament minn diversi sorsi kemm fil-livell reġjonali kif ukoll f’dak Ewropew (Orizzont 2020, il-Politika ta’ Koeżjoni, il-PAK, l-Enerġija);

c.

tissensibilizza l-pubbliku fir-reġjuni dwar il-bżonn li jkollna bijoekonomija u l-opportunitajiet li ġġib magħha;

d.

tibbaża l-approċċ integrat għall-bijoekonomija fuq regolamenti u miżuri li jixprunaw u li ma jkunux konfliġġenti (permezz ta’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni, programmi ta’ riċerka u żvilupp integrati u speċifiċi f’diversi Direttorati Ġenerali) u l-possibbiltà li r-reġjuni jiddeterminaw it-triq li jixtiequ jieħdu rigward il-bijoekonomija u l-Istrateġija ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti;

u li tkompli tiżviluppa strateġija Ewropea b’enfasi fuq:

l-ispeċjalizzazzjoni u l-applikazzjoni tal-għarfien tal-innovazzjonijiet fis-settur tal-bijoekonomija Ewropew sabiex nibqgħu kompetittivi fil-livell dinji;

ir-riċerka u l-iżvilupp dwar il-bijomassa tat-tieni u t-tielet ġenerazzjoni;

il-ktajjen tal-valur (mill-produzzjoni tal-materja prima sal-prodotti finali fis-suq);

il-prodotti b’valur miżjud għoli.

38.

aħna nemmnu li r-reġjuni jistgħu joffru:

a.

l-identifikazzjoni u d-disponibbiltà tal-aħjar prattiki dokumentati tar-reġjuni li qed jippjanaw u jimplimentaw il-bijoekonomija (jew xi aspetti tagħha) b’suċċess u jsibu modi biex jestendu u jallokaw dawn l-istrutturi f’reġjuni oħra (Triq għall-Eċċellenza);

b.

l-għajnuna fil-ħolqien ta’ strutturi tat-tliet spirali u jagħtu kontribut għall-panels tal-bijoekonomija;

c.

minħabba li huma qrib iċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jissensibilizzaw aktar lill-pubbliku dwar il-bijoekonomija (ħtieġa u benefiċċji) fil-livell lokali u reġjonali;

d.

appoġġ fil-ħolqien ta’ “Toroq għall-Eċċellenza” billi jiffaċilitaw u jagħtu bidu għall-kooperazzjoni interreġjonali bejn ir-reġjuni inqas żviluppati u dawk iktar żviluppati u jużaw approċċi ta’ finanzjament minn diversi sorsi għall-programmi u l-proġetti Ewropej.

Brussell, 30 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 174/2007 fin

(2)  COM(2011) 808 final.

(3)  CdR 1749/2012 –NAT-V-022.

(4)  Ir-rapport “De Ecopyramide – Biomassa beter benutten” (Derksen et al. 2008) u s-sommarju bl-Ingliż “The Ecopyramid – better biomass efficiency”

http://www.innovatienetwerk.org/en/bibliotheek/rapporten/342/DeEcopyramide.

(5)  Ġeneralment, il-bijofjuwils tal-ewwel ġenerazzjoni huma manifatturati mill-uċuħ tal-ikel (eż. qamħ, qamħirrum), l-uċuħ taż-żejt (eż. żejt taż-żerriegħa tal-kolza u tal-palm) u l-uċuħ taz-zokkor (eż. tal-pitrava taz-zokkor, iz-zokkor tal-kannamiela) bl-użu ta’ teknoloġija stabbilita. Ġeneralment, il-bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni huma manifatturati minn materja ċelluluża (materja prima linjoċelluluża) u residwi agrikoli jew uċuħ ikkoltivati apposta (li mhumiex iddestinati għall-produzzjoni tal-ikel). Il-bijofjuwils tat-tielet ġenerazzjoni jistgħu jiġu definiti bħala bijomassa kkoltivata, mhux fil-għamla ta’ uċuħ tar-raba’ alimentari, u li jagħmlu użu effiċjenti ħafna tad-dawl u tal-art. L-alki huma l-aħjar eżempju ta’ dawn il-bijofjuwils u jipprovdu żejt u prodotti oħrajn ta’ valur għoli. Ara fost oħrajn: http://www.biofuelstp.eu/fuelproduction.html u http://biofuelsandthepoor.com/facts-and-definitions/.

(6)  Opinjoni (abbozz) tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni “Produttività u Sostenibbiltà fil-qasam agrikolu”, CdR 1749/2012 (NAT-V-022).

(7)  http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/biotechnology/index_mt.htm u http://www.europe-innova.eu/web/guest/cluster-cooperation/cluster-innovation-platform.

(8)  ftp://ftp.cordis.europa.eu/pub/fp7/kbbe/docs/regional-biotech-report.pdf, http://cordis.europa.eu/fp7/kbbe/library_en.html.

(9)  L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) bil-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni tiegħu f’diversi oqsma, fl-2014 ser jindirizza l-kwistjonijiet relatati mal-bijoekonomija, b’mod partikolari fil-qafas tal-KKI “Food4Future”. Ara COM(2012) 60 final; il-bijoekonomija ma tinkludix biss l-ikel iżda anke prodotti li mhumiex tal-ikel. Hawnhekk huwa importanti li jiġi inkluż ukoll l-element li mhuwiex tal-ikel bħala parti mill-katina tal-valur globali tal-bijoekonomija.


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/51


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni: produttività u sostenibbiltà fil-qasam agrikolu”

2013/C 17/10

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI jagħti parir lill-Kummissjoni Ewropea biex:

tirrikonoxxi l-pożizzjoni fundamentali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet interessati biex jagħmlu suċċess mill-EIP għall-Produttività u s-Sostenibbiltà fil-qasam Agrikolu;

tinvolvi b’mod sħiħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-istrutturi ta’ governanza mwaqqfa biex jistimulaw u jissorveljaw din l-inizjattiva;

tiddefinixxi “ż-żieda fil-produttività” bħala “żieda fil-produzzjoni u żieda fil-kwalità b’inqas”;

tippermetti, fid-dawl tal-fatt li l-EIP għandha tindirizza s-suġġetti li ġejjin, firxa wiesgħa ta’ suġġetti fil-qasam tal-produzzjoni primarja, il-ġestjoni tar-riżorsi, il-bijoekonomija, il-katina tal-provvista, il-kwalità, is-sikurezza tal-ikel u l-konsumaturi;

tipprijoritizza l-programmi għall-innovazzjoni, filwaqt li tiżgura ż-żamma tal-attivitajiet agrikoli fl-Ewropa kollha, tiżgura li l-ħidma fil-qasam tar-riċerka li tibbenefika r-reġjuni involuti fit-trobbija tal-annimali, ir-reġjuni periurbani, iż-żoni soġġetti għal restrizzjonijiet naturali u żoni agrikoli lokali tiġi inkluża;

tiffavorixxi inizjattivi dwar l-innovazzjoni tal-SMEs minn isfel għal fuq pjuttost milli dawk tal-industrija, sabiex tiġġieled l-iżbilanċ eżistenti fil-parteċipazzjoni, minħabba livelli differenti ta’ organizzazzjoni u kapaċità;

tkompli tħabrek biex ittejjeb il-pożizzjoni tal-produtturi primarji fil-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel;

tippermetti lill-gruppi operattivi jużaw ukoll l-appoġġ tal-FAEŻR għall-ispejjeż tal-bidu, pereżempju għall-iżvilupp ta’ approċċ biex tiġi indirizzata kwistjoni teknika jew xjentifika jew biex jintużaw is-servizzi ta’ intermedjarju fil-qasam tal-innovazzjoni u l-għarfien.

Relatur

Is-Sur BRINK (NL/ALDE) Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Provinċja ta’ Drenthe

Dokument ta’ referenza

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni “Produttività u Sostenibbiltà fil-qasam Agrikolu”

COM(2012) 79 final

I.   SFIDI U GĦANIJIET

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

L-inizjattiva ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020 “Unjoni tal-Innovazzjoni”

jappoġġja l-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u huwa konxju li:

1.

biex jirnexxielha tkun kompetittiva fil-livell dinji, jeħtieġ li l-Ewropa żżid l-isforzi tagħha biex iżżomm u ttejjeb il-pożizzjoni tagħha fil-kummerċ, it-tmexxija industrijali u l-eċċellenza fil-bażi xjentifika;

2.

L-għarfien Ewropew dwar il-produzzjoni sostenibbli tal-ikel, inkluż l-għarfien dwar il-ġestjoni tal-irziezet, is-soluzzjonijiet fil-qasam tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), is-sikurezza tal-ikel, l-agrobijoteknoloġija, it-teknoloġija tat-tkabbir, il-protezzjoni tal-uċuħ tar-raba’, l-ilma, ir-residwi, il-ġestjoni tal-enerġija u tal-iskart u l-agrisoċjoloġija huwa apprezzat ħafna fid-dinja kollha u għandu potenzjal qawwi għall-kummerċjalizzazzjoni fi swieq li qed jinħolqu u jiżviluppaw b’ritmu mgħaġġel fi ħdan u lil hinn mill-Ewropa.

3.

biex jirnexxielha tiġġenera valur minn dan l-għarfien, l-Ewropa teħtieġ 1) SMEs iżjed innovattivi għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi, 2) iżjed investiment privat, 3) innovazzjoni miksuba fis-setturi eżistenti u dawk emerġenti, 4) kollaborazzjonijiet multidixxiplinari għall-ħolqien ta’ soluzzjonijiet innovattivi u 5) partijiet interessati li huma ħerqana li jittestjaw, juru, u jimplimentaw fuq skala usa’ s-soluzzjonijiet promettenti.

Sfidi fil-qasam tal-agrikoltura, is-sigurtà tal-ikel u r-riżorsi naturali

jinnota li:

4.

bħalissa, id-dinja qed tiffaċċja sensiela ta’ sfidi differenti u sostanzjali: tkabbir kontinwu tal-popolazzjoni u tkabbir fil-kapaċità tal-akkwist, liema ħaġa tiġġenera tibdil fid-dieta u żieda fid-domada għal prodotti primarji, flimkien ma’ theddid għall-kapaċità tal-produzzjoni agrikola fil-livell dinji minħabba t-tibdil fil-klima;

5.

dawn l-isfidi huma akkumpanjati mit-theddida tal-iskarsezza tal-ikel, tal-għalf, tal-karburanti fossili, tal-materja prima, tal-fibri u tal-ilma ħelu, minħabba ż-żieda fid-degradazzjoni tal-ħamrija u t-telf tal-bijodiversità, kif ukoll minħabba l-periklu dejjem jiżdied tal-falliment tas-swieq finanzjarji, ta’ żbilanċ politiku u ta’ kunflitti armati;

6.

jeħtieġ li l-agrikoltura u l-provvista tal-ikel fil-ġejjieni jużaw inqas ilma u karburanti fossili, kif ukoll inqas prodotti fertilizzanti u fitosanitarji, u jkunu iktar diversifikati u intelliġenti biex jagħmlu l-aqwa użu possibbli mis-sinerġiji bejn il-biedja tal-ħrit, it-trobbija tal-annimali, il-ġestjoni tal-iskart organiku, il-flussi tar-residwi u l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli;

u josserva li:

7.

l-Istati Membri u l-partijiet interessati kemm-il darba esprimew interess qawwi fil-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-agrikoltura permezz ta’ aproċċ fil-livell tal-UE, u li l-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Ġunju 2008 diġà osserva li “Jeħtieġ li titkompla l-ħidma dwar l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp tal-produzzjoni agrikola, partikolarment biex jitjiebu l-effiċjenza fl-enerġija, it-tkabbir fil-produttività u l-abbiltà tagħha li tadatta għat-tibdil fil-klima”;

8.

konklużjonijiet simili ntlaħqu minn organizzazzjonijiet agrikoli u Kmamar tal-Agrikoltura, u li d-dikjarazzjoni tal-G20 ta’ Cannes tenfasizza l-ħtieġa primordjali li jsir investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni agrikoli.

Għalhekk, il-Kumitat tar-Reġjuni:

9.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni għall-promozzjoni tal-innovazzjoni fis-settur tal-biedja bit-twaqqif ta’ Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (European Innovation Partnership – EIP) dwar Produttività u Sostenibbiltà fil-qasam Agrikolu u ż-żewġ għanijiet prinċipali tagħha huma: 1) li tgħin lis-settur tal-biedja jsir iżjed produttiv u effiċjenti (billi jsir titjib fit-tnaqqis reċenti osservat fil-livelli ta’ żieda tal-produttività sal-2020) u 2) tippromovi l-iżvilupp sostenibbli tal-agrikoltura (billi jiġi żgurat użu adatt tal-art sal-2020);

10.

jilqa’ b’sodisfazzjon partikolari l-fatt li s-sistemi lokali tal-ikel u l-biedja huma riflessi fis-suġġetti msemmija bħala li huma intitolati għall-kooperazzjoni, jiġifieri kooperazzjoni orizzontali u vertikali fost l-atturi tal-ktajjen tal-provvista għat-twaqqif ta’ pjattformi tal-loġistika għall-promozzjoni ta’ ktajjen qosra tal-provvista u swieq lokali, u attivitajiet ta’ promozzjoni f’kuntest lokali relatati mal-iżvilupp ta’ ktajjen qosra tal-provvista u swieq lokali;

11.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li talloka EUR 4,5 biljun lir-riċerka u l-innovazzjoni dwar is-sigurtà tal-ikel, il-bijoekonomija u l-agrikoltura sostenibbli (taħt l-Orizzont 2020);

12.

jaqbel li l-fondi mill-PAK, flimkien mal-fondi mill-programm qafas għar-riċerka, għandhom jappoġġjaw l-EIP dwar il-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn id-dinja tar-riċerka u l-biedja fil-prattika;

13.

huwa tal-fehma li l-bidla meħtieġa mis-settur agrikolu, minħabba l-urġenza dejjem tikber li jkun hemm effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, ser twassal biex, primarjament, jiġi prodott iżjed ikel b’mod iżjed sostenibbli, iżda wkoll fil-provvista ta’ firxa ta’ servizzi soċjetali differenti u prodotti bijoloġiċi marbutin mas-saħħa, id-divertiment, il-ġestjoni tat-territorju, il-ġestjoni tal-iskart, l-għalf, il-fibri u l-enerġija rinnovabbli. Dan l-ambitu iżjed wiesa’ għandu jibbenefika kemm lis-settur kif ukoll lis-soċjetà, bil-kundizzjoni li jiġi żgurat bilanċ tajjeb bejn il-produzzjoni tal-ikel kif ukoll dik ta’ prodotti mhux tal-ikel, li l-enfasi tas-settur agrikolu tkun fuq il-prijoritajiet definiti mill-ġdid tal-PAK u li l-awtoritajiet ikunu konsistenti huma u jfittxu li jwettqu dawn il-prijoritajiet;

14.

huwa tal-fehma li dan is-settur agrikolu definit mill-ġdid jipprovdi opportunitajiet ġodda fil-qasam tan-negozju u l-innovazzjoni għall-katina Ewropea tal-valur;

15.

huwa tal-fehma li, sabiex isir l-aħjar użu possibbli mir-riżorsi naturali, jeħtieġ li jkun hemm interazzjoni mill-qrib bejn is-setturi tal-agrikoltura, tal-bijoekonomija u tax-xjenzi (1) biex jinħoloq settur agrikolu iżjed sostenibbli u effiċjenti. Fir-rigward tal-agrikoltura bħala fornitur tal-bijomassa għall-produzzjoni tal-enerġija, jeħtieġ li jinżamm bilanċ bejn il-produzzjoni tal-ikel u tal-bijomassa;

II.   PREOKKUPAZZJONIJIET/FATTURI EWLENIN GĦAS-SUĊĊESS

Preokkupazzjonijiet

josserva li:

16.

l-isforz biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-prattika u x-xjenza huwa kruċjali, imma s-sempliċi fatt tal-eżistenza tal-EIP ma jsolvix id-distakk kulturali u professjonali bejn żewġ perspettivi li huma importanti ndaqs: 1) il-perspettiva tal-komunità xjentifika, li għandha t-tendenza li tiffoka fuq l-eċċellenza fil-qasam xjentifiku, fuq ir-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, it-teknoloġiji futuri u dawk emerġenti, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-iżvilupp tal-karriera, u l-infrastruttura tar-riċerka; u 2) il-perspettiva tal-intraprendituri u dawk responsabbli għat-tfassil tal-politika, li jeżaminaw modi li jiġġeneraw il-valur mill-għarfien u jfittxu soluzzjonijiet li jgħinu jindirizzaw il-bżonnijiet tas-soċjetà u l-opportunitajiet ta’ negozju. Ser ikun hemm bżonn ta’ komunikazzjoni u inċentivi fuq iż-żewġ naħat;

17.

il-FAEŻR propost joffri għadd ta’ inċentivi, kif stabbiliti fl-Artikoli 15, 16, 18, 20, 33, 36, 46, 53, 61, 62 u 63, iżda dawn mhux ser jintlaqgħu tajjeb sakemm intermedjarju tal-għarfien fil-qasam tal-EIP ma jikkomunikax il-possibbiltajiet fil-livell tal-Istati Membri qabel ma jiġu finalizzati l-kuntratti ta’ sħubija u matul il-proċess tal-abbozzar tal-programmi operattivi nazzjonali u/jew reġjonali għall-iżvilupp rurali;

18.

l-EIP mhux ser tiġi inkorporata fil-programmi ta’ żvilupp reġjonali, sakemm ma jiġix ipprogrammat kofinanzjament nazzjonali bil-għan li jiffinanzja l-fażijiet differenti tal-proċess tal-innovazzjoni: 1) kooperazzjoni (biex jitwaqqfu l-gruppi operattivi) għall-iżvilupp tan-negozju (biex jitnieda proġett relatat mal-innovazzjoni); 2) trasferiment tal-għarfien u servizzi ta’ konsulenza (biex jinkiseb għarfien espert u jsir użu mir-riżultati tar-riċerka eżistenti); 3) it-tnedija ta’ skemi ta’ kwalità (biex jitħeġġu l-benefiċċji tas-soċjetà u r-riżultati tan-negozju); u 4) investiment (appoġġ finanzjarju biex jintlaħqu l-għanijiet; il-produttività u s-sostenibbiltà);

19.

s’issa, twaqqfu ħames Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni, dwar dawn is-suġġetti:

a.

it-tixjiħ attiv u b’saħħtu, SEC(2011) 1028, adottata fl-1.9.2011

b.

il-materja prima, COM(2012) 82, adottata fid-29.2.2012

c.

il-produttività u s-sostenibbiltà fil-qasam agrikolu, COM(2012) 79, adottata fid-20.2.2012

d.

l-ilma, COM(2012) 216, adottata fl-10.5.2012

e.

il-bliet intelliġenti, C(2012) 4701, adottata fl-10.7.2012

u lkoll kemm huma huma 1) importanti għall-awtoritajiet reġjonali u lokali iżda wkoll 2) dipendenti mill-ġestjoni, l-appoġġ u l-finanzjament reġjonali biex jirnexxu; madankollu, sal-lum il-ġurnata, l-awtoritajiet reġjonali ma ġewx mistiedna jkunu involuti fil-proċess.

L-elementi importanti għas-suċċess

josserva li:

20.

ir-reġjuni u l-komunitajiet rurali jistgħu jaqdu rwol deċiżiv fit-tmexxija u l-kofinanzjament tal-azzjonijiet meħudin permezz tal-FAEŻR u mezzi oħra li jistimulaw l-innovazzjoni, u issa huma indispensabbli biex jadattaw l-appoġġ għall-karatteristiċi agrikoli, ambjentali u territorjali ta’ reġjun speċifiku, li b’hekk jagħmel possibbli użu effiċjenti tal-fondi Ewropej;

21.

ir-reġjuni u l-komunitajiet rurali japprezzaw li jagħtu fehmiethom dwar il-prijoritajiet jew l-implimentazzjoni u l-arranġamenti tal-ġestjoni;

22.

huwa tal-fehma li t-twaqqif ta’ qafas ta’ governanza f’diversi livelli (Ewropej, nazzjonali, reġjonali) huwa rekwiżit essenzjali għal reviżjoni sħiħa b’suċċess tal-Politika Agrikola Komuni wara l-2013, inkluża l-EIP;

23.

il-partijiet interessati jkunu mistennija jiffurmaw grupp operattiv bażiku li jkompli jeżamina l-lakuni fl-għarfien, pereżempju rigward: it-teknoloġija, il-mudelli tan-negozju, is-sistemi ta’ organizzazzjoni, l-istrateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni, il-bżonnijiet u l-edukazzjoni tal-konsumaturi, u minn issa jilqa’ b’sodisfazzjon il-finanzjament tal-FAEŻR għal dan il-għan; il-pass li jmiss jista’ jkun dak li jfittxu msieħba u joħolqu tim multidixxiplinari, biex jeżamina l-użu tal-kooperazzjoni transkonfinali u/jew il-bażi eżistenti tal-għarfien qabel ma jikkuntattja n-netwerk tal-EIP għal appoġġ addizzjonali, iżda dan il-pass ma għandux ikun obbligatorju;

24.

ċerti inizjattivi minn isfel għal fuq fil-qasam tal-innovazzjoni dwar is-sostenibbiltà jew il-produttività jistgħu jintlaqgħu tajjeb f’livell reġjonali jew nazzjonali, iżda xorta waħda huma fil-periklu li ma jissodisfawx l-għażla tat-temi prijoritarji kif stabbiliti fil-Pjan Strateġiku ta’ Implimentazzjoni (SIP) u l-pjan direzzjonali multiannwali (ippubblikat mill-Grupp ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli wara konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti dwa ir-Riċerka Agrikola u l-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali); madankollu, dan ma għandux ikun ta’ xkiel għall-għoti tal-appoġġ, peress li dan ikollu effett skoraġġanti qawwi fuq il-parteċipanti u jinterrompi l-proċess tal-innovazzjoni fl-iżjed punt vulnerabbli tagħha;

25.

is-servizzi ta’ intermedjarju fl-innovazzjoni u l-għarfien huma indispensabbli għat-tnedija ta’ proċess ta’ innovazzjoni u għat-tħeġġiġ tal-progress tiegħu.

III.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Lill-Kummissjoni Ewropea

iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni Ewropea biex:

26.

tirrikonoxxi l-pożizzjoni fundamentali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet interessati biex jagħmlu suċċess mill-EIP għall-Produttività u s-Sostenibbiltà fil-qasam Agrikolu;

27.

tinvolvi b’mod sħiħ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-istrutturi ta’ governanza mwaqqfa biex jistimulaw u jissorveljaw din l-inizjattiva;

28.

tistieden rappreżentant tal-Kumitat tar-Reġjuni biex jiġi involut fil-ħidma tal-grupp ta’ tmexxija ta’ livell għoli li ser jiddefinixxi strateġija għall-EIP, u fil-kumitat ta’ koordinazzjoni tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, sabiex jiġi żgurat li tiġi implimentata l-inizjattiva b’konformità mal-bżonnijiet ġenwini tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

29.

tobbliga lill-Istati Membri jintegraw l-għanijiet transsettorjali tal-EIP fil-kuntratt ta’ sħubija;

30.

tiddefinixxi “ż-żieda fil-produttività” bħala “żieda fil-produzzjoni u żieda fil-kwalità b’inqas”;

31.

tippermetti, fid-dawl tal-fatt li l-EIP għandha tindirizza s-suġġetti li ġejjin, firxa wiesgħa ta’ suġġetti fil-qasam tal-produzzjoni primarja, il-ġestjoni tar-riżorsi, il-bijoekonomija, il-katina tal-provvista, il-kwalità, is-sikurezza tal-ikel u l-konsumaturi;

32.

tipprijoritizza l-programmi għall-innovazzjoni, filwaqt li tiżgura ż-żamma tal-attivitajiet agrikoli fl-Ewropa kollha, tiżgura li l-ħidma fil-qasam tar-riċerka li tibbenefika r-reġjuni involuti fit-trobbija tal-annimali, ir-reġjuni periurbani, iż-żoni soġġetti għal restrizzjonijiet naturali u żoni agrikoli lokali tiġi inkluża;

33.

tiffavorixxi inizjattivi dwar l-innovazzjoni tal-SMEs minn isfel għal fuq pjuttost milli dawk tal-industrija, sabiex tiġġieled l-iżbilanċ eżistenti fil-parteċipazzjoni, minħabba livelli differenti ta’ organizzazzjoni u kapaċità;

34.

tiffoka fuq biedja sostenibbli, fuq biedja produttiva bħala riżultat tad-disponibbiltà tat-teknoloġija moderna, fuq il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel u t-telf wara l-ħsad u fuq l-imġiba responsabbli min-naħa tal-konsumaturi flimkien maż-żieda fil-volumi tal-produzzjoni;

35.

tiffoka fuq l-esportazzjoni tal-UE u l-kummerċjalizzazzjoni tal-għarfien u l-(bijo)teknoloġija u fuq il-parteċipazzjoni ġusta fi produzzjoni remota (metropolitana jew fuq skala żgħira) fil-livell lokali f’pajjiżi terzi;

36.

tkompli tħabrek biex ittejjeb il-pożizzjoni tal-produtturi primarji fil-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel;

37.

titlob, bħala inċentiv għax-xjentisti biex inaqqsu d-disparitajiet fl-innovazzjoni, li l-kriterju relatat mal-“livell ta’ użu prattiku tar-riżultati tar-riċerka” jintuża fil-klassifikazzjonijiet tal-istituzzjonijiet li jiżviluppaw l-għarfien;

38.

japprezza netwerks ewlenin ta’ reġjuni Ewropej, istituti ta’ riċerka u clusters dwar il-produttività għolja u l-agrikoltura sostenibbli, u jitlob lill-Kummissjoni biex tagħraf ir-rwol ta’ dawn in-netwerks u l-clusters u tiffaċilita t-trasferiment tal-għarfien bejn l-intraprendituri kemm lokalment kif ukoll bejn ir-reġjuni;

39.

tippermetti lill-Istati Membri jappoġġjaw attivitajiet reġjonali u dawk ta’ fażi bikrija min-naħa ta’ gruppi operattivi – li jaħdmu fuq l-għanijiet u l-miri tal-EIP – bl-użu ta’ fondi tal-FAEŻR u kofinanzjament reġjonali, indipendentement minn jekk jirnexxilhomx jiksbu wkoll appoġġ min-Netwerk tal-EIP wara li jwieġbu s-sejħiet;

40.

taqbel li l-gruppi operattivi joperaw jew fi ħdan il-fruntieri ta’ Stat Membru partikolari jew ikollu membri f’għadd ta’ Stati Membri u f’pajjiżi terzi;

41.

tagħmel referenza għall-“bdiewa u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi” u tispeċifika li “l-bdiewa” huma intitolati, bil-għan li jkun iżjed faċli li jitwaqqaf grupp;

42.

tippermetti lill-gruppi operattivi jużaw ukoll l-appoġġ tal-FAEŻR għall-ispejjeż tal-bidu, pereżempju għall-iżvilupp ta’ approċċ biex tiġi indirizzata kwistjoni teknika jew xjentifika jew biex jintużaw is-servizzi ta’ intermedjarju fil-qasam tal-innovazzjoni u l-għarfien;

43.

taħtar tim tal-komunikazzjoni qabel ma twaqqaf il-Bord ta’ Tmexxija ta’ Livell Għoli, il-grupp ta’ appoġġ SHERPA, l-uffiċċju ta’ appoġġ għall-gruppi operattivi u s-segretarjat responsabbli għall-kitba tal-Pjan Strateġiku ta’ Implimentazzjoni, li jippromovi l-użu 1) tal-EIP fil-Programmi għall-Iżvilupp Rurali fil-livell Nazzjonali; 2) l-għażliet tal-Orizzont 2020 biex jappoġġjaw il-proġetti tar-riċerka, proġetti b’diversi atturi, clusters ta’ azzjonijiet fil-qasam tal-innovazzjoni, intermedjarji tal-innovazzjoni u ċentri tal-innovazzjoni; 3) il-faċilitajiet u l-kuntatti tan-Netwerk tal-EIP; u 4) manwal/linji gwida għall-gruppi lokali.

Lill-awtoritajiet lokali u reġjonali

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali:

44.

jappoġġjaw il-parteċipazzjoni fl-EIP u l-inklużjoni tiegħu fil-programmi operattivi tal-FAEŻR, u jħejju biex iwaqqfu gruppi operattivi;

45.

jinkoraġġixxu lill-Istati Membri jikkunsidraw bis-serjetà l-urġenza li jindirizzaw il-produttività, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u s-sostenibbiltà, u għelhekk iħeġġiġhom jonfqu mill-inqas 10 % tal-kontribuzzjoni totali mill-FAEŻR fuq it-trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali;

46.

isaħħu l-parteċipazzjoni tagħhom fin-Netwerk Nazzjonali u Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

Brussell, 30 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 1112/2012 –EDUC-V-024 “Ninnovaw għal tkabbir sostenibbli: bijoekonomija għall-Ewropa”.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

It-98 Sessjoni Plenarja tad-29 u t-30 ta’ Novembru 2012

19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/56


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Qafas Strateġiku Komuni”

2013/C 17/11

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

itenni l-konvinzjoni tiegħu li hemm bżonn Qafas Strateġiku Komuni (QSK) għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020 bil-għan li jistabbilixxi koordinazzjoni u sinerġija bejn l-attivitajiet tal-ħames fondi tal-QSK u li tingħata direzzjoni strateġika ċara lill-kuntratti ta’ sħubija u l-programmi operattivi;

għandu dubji dwar il-leġittimità tad-diviżjoni proposta fil-QSK bejn anness għar-regolament ġenerali u att delegat b’azzjonijiet indikattivi ta’ valur miżjud Ewropew għoli u prijoritajiet għall-kooperazzjoni. Jappoġġja l-adozzjoni tal-QSK biss bħala anness għar-regolament ġenerali;

iqis li l-azzjonijiet indikattivi ta’ valur miżjud Ewropew għoli għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni Ewropea fil-forma ta’ Komunikazzjoni mhux vinkolanti, bħal fil-każ tal-Linji Gwida Strateġiċi tal-Komunità 2007-2013;

jenfasizza li l-għan tal-QSK għandu jkun li joħloq il-kundizzjonijiet għal tranżizzjoni bla xkiel bejn il-pakkett leġislattiv u l-kuntratt ta’ sħubija u l-programmi operattivi, u jinnota li hemm bżonn li d-dettalji tal-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni jiġu spjegati b’mod ċar;

jiddispjaċih li l-11-il objettiv tematiku elenkati fil-proposta għal regolament ġenerali huma differenti mis-sitt prijoritajiet tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u s-sitt prijoritajiet separati tal-Fond Marittimu Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, li jagħmlu l-koordinazzjoni aktar diffiċli mis-soltu;

jinsab konvint dwar il-bżonn ta’ deċentralizzazzjoni tal-ġestjoni operattiva fil-livell lokali u reġjonali sabiex tiżdied il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà bejn il-fondi, li jiżgura approċċ integrat effettiv, jiġifieri metodu multitematiku minn isfel għal fuq li jkun imfassal għall-bżonnijiet speċifiċi ta’ kull reġjun;

jirrakkomanda bis-sħiħ l-implimentazzjoni ta’ programmi operattivi bbażati fuq ħafna fondi;

jitlob għal programm qafas stabbli biex tiġi żgurata l-koerenza mal-perspettiva multiannwali tal-politika ta’ koeżjoni;

jistaqsi jekk huwiex possibbli li l-QSK jiġi emendat permezz ta’ att delegat.

Relatur ġenerali

Is-Sur WOŹNIAK (PL/PPE), Marixxal tar-Reġjun ta’ Wielkopolska

Dokument ta’ referenza

Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006

COM(2012) 496 final, Anness I

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kummenti ġenerali

1.

itenni l-konvinzjoni tiegħu li hemm bżonn Qafas Strateġiku Komuni (QSK) għall-perjodu ta’ bejn l-2014 u l-2020 għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni (FK), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS), bil-għan li jistabbilixxi koordinazzjoni u sinerġija bejn l-attivitajiet tal-fondi tal-QSK u li tingħata direzzjoni strateġika ċara lill-kuntratti ta’ sħubija u l-programmi operattivi;

2.

ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet politiċi li l-KtR kien fassal fl-opinjoni tiegħu dwar ir-regolament ġenerali u jenfasizza li, billi l-QSK ser jiġi adottat bħala anness għar-regolament ġenerali, huwa dan tal-aħħar li jipprovdi viżjoni strateġika u miri filwaqt li l-QSK għandu jkun ikkunsidrat bħala l-għodda ta’ implimentazzjoni prinċipali;

3.

għandu dubji dwar il-leġittimità tad-diviżjoni proposta fil-QSK bejn anness għar-regolament ġenerali (1) u att delegat b’azzjonijiet indikattivi ta’ valur miżjud Ewropew għoli u prijoritajiet għall-kooperazzjoni. Jappoġġja l-adozzjoni tal-QSK biss bħala anness għar-regolament ġenerali. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-atti delegati għandhom ikunu limitati għal elementi mhux essenzjali ta’ atti legali bażiċi filwaqt li l-kwistjonijiet kollha relatati mal-QSK huma ta’ importanza fundamentali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u huma ta’ natura strateġika. L-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ma tkoprix l-atti delegati mentri l-QSK huwa qasam fejn il-konsultazzjoni tal-KtR hija obbligatorja, b’konformità mal-Artikolu 177 tat-TFUE;

4.

iqis li l-QSK għandu jiġi adottat mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew u għandu jiġi rivedut biss f’każ ta’ tibdil fundamentali fis-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-UE. B’rabta ma’ dan, jistaqsi jekk huwiex possibbli li l-Anness I jiġi emendat permezz ta’ att delegat;

5.

iqis li l-azzjonijiet indikattivi ta’ valur miżjud Ewropew għoli għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni Ewropea fil-forma ta’ Komunikazzjoni mhux vinkolanti, bħal fil-każ tal-Linji Gwida Strateġiċi tal-Komunità 2007-2013 (COM(2005) 299 final);

6.

jenfasizza li l-fondi tal-QSK jaqdu rwol ewlieni fl-appoġġ tal-istrumenti li jimplimentaw l-Istrateġija Ewropa 2020 u għall-investiment biex jingħalaq id-distakk fl-iżvilupp bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn ir-reġjuni u fi ħdanhom. Fl-istess ħin, jitlob li l-obbligi tat-Trattat ikunu l-prinċipju li jiggwida;

7.

jilqa’ l-fatt li l-proposti tal-QSK ser jimplimentaw il-prinċipji fundamentali tal-Artikolu 11 tal-Proposta għal Regolament Ġenerali1 li, b’konformità magħhom, il-QSK għandu l-għan li jindirizza l-isfidi territorjali prinċipali. Jinnota wkoll li l-QSK għandu jinkludi referenzi ċari għar-reġjuni ultraperiferiċi u ż-żoni b’karatteristiċi territorjali partikolari, bħaż-żoni muntanjużi, iż-żoni periferiċi, iż-żoni industrijali fi tranżizzjoni, il-gżejjer, ir-reġjuni b’popolazzjoni mifruxa ħafna u r-reġjuni b’popolazzjoni baxxa, li jeħtieġu forom ta’ intervent speċjali;

8.

jilqa’ r-referenza għall-bżonn li jiġu involuti l-imsieħba nazzjonali, reġjonali u lokali bħala kundizzjoni għall-ksib tal-objettivi politiċi. Jemmen li dan ser jiffaċilita l-applikazzjoni ta’ approċċ territorjali minn isfel għal fuq;

9.

jitlob li l-QSK, b’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jaqdi r-rwol tiegħu b’mod effettiv li jikkjarifika u jirfina l-loġika tal-użu tal-fondi fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss filwaqt li jkun flessibbli biżżejjed biex l-intervent tal-programm jiġi adattat għas-sitwazzjoni speċifika, il-bżonnijiet u l-potenzjal tal-Istati Membri individwali u r-reġjuni. Il-QSK għandu jipprovdi oqfsa indikattivi għall-kuntratti ta’ sħubija u l-programmi operattivi preparati mill-Istati Membri individwali, u b’hekk l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti jingħataw l-opportunità li jindirizzaw b’mod indipendenti l-isfidi tal-iżvilupp, b’mod partikolari fi-rigward tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. Jenfasizza li l-għan tal-QSK għandu jkun li joħloq il-kundizzjonijiet għal tranżizzjoni bla xkiel bejn il-pakkett leġislattiv u l-kuntratt ta’ sħubija u l-programmi operattivi;

10.

jinnota li hemm bżonn li d-dettalji tal-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni jiġu spjegati b’mod ċar;

11.

jiddispjaċih li l-11-il objettiv tematiku elenkati fil-proposta għal regolament ġenerali huma differenti mis-sitt prijoritajiet tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u s-sitt prijoritajiet separati tal-Fond Marittimu Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, li jagħmlu l-koordinazzjoni aktar diffiċli mis-soltu;

Introduzzjoni għall-Anness tal-QSK

12.

jiddispjaċih li l-QSK m’għandux elementi dwar il-prinċipji ewlenin li għandhom jiġu implimentati;

Koerenza u konsistenza mal-governanza ekonomika tal-UE

13.

jitlob għal programm qafas stabbli biex tiġi żgurata l-koerenza mal-perspettiva multiannwali tal-politika ta’ koeżjoni;

14.

iqis li, mill-bidu nett, l-attività ewlenija għandha tkun li jiġu identifikati l-prijoritajiet adatti tal-programm għall-perjodu kollu 2014-2020 pereżempju meta jkunu qed jitħejjew il-kuntratti ta’ sħubija u l-programmi operattivi. F’dan il-kuntest, jibża’ li l-kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet għall-pajjiżi individwali u tal-programmi nazzjonali ta’ riforma tista’ tmur kontra programmazzjoni multiannwali miftiehma fil-livell reġjonali;

15.

jirreferi għall-Opinjoni tal-KtR dwar ir-regolament ġenerali, li tiċħad il-proposti intiżi biex joħolqu rabta bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-konformità mal-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir (2), iżda jipproponi l-possibbiltà li jiġu emendati l-kuntratti ta’ sħubija u l-programmi operattivi abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet li joħorġu mis-Semestru Ewropew;

16.

madankollu jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ipprogrammar mill-ġdid frekwenti jnaqqas il-prevedibbiltà tal-ġestjoni tal-fondi u għalhekk għandu jkun jsir biss meta jkun verament meħtieġ;

Mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni fost il-Fondi tal-QSK

17.

jenfasizza l-bżonn ta’ koordinazzjoni aħjar bejn il-fondi tal-QSK, sabiex tittejjeb l-effikaċja tal-intervent tagħhom u jinħolqu s-sinerġiji meħtieġa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni baġitarja diffiċli u riżorsi finanzjarji limitati. B’hekk jiġi żgurat livell ogħla ta’ sinerġija u ta’ komplementarjetà fl-investiment tal-UE;

18.

jitlob biex il-komplementarjetà tkun l-enfasi ċentrali tal-QSK. Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit approċċ multitematiku integrat li jorbot l-azzjonijiet indikattivi ta’ komplementarjetà reċiproka minn fondi differenti intiżi għall-ksib tal-istess objettiv. Madankollu, jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma għamlitx aktar biex tikkjarifika l-komplementarjetà potenzjali bejn id-diversi prijoritajiet tematiċi, il-prijoritajiet ta’ investiment ta’ bosta fondi tal-QSK kif ukoll bejn l-azzjonijiet indikattivi u l-prijoritajiet ta’ investiment. B’rabta ma’ dan, jenfasizza li l-abbozz ta’ dokument dwar il-QSK għandu jiżgura l-komplementarjetà bejn l-oqsma ta’ attività tal-fondi individwali u jelimina r-riskju ta’ duplikazzjoni;

19.

jinsab konvint dwar il-bżonn ta’ deċentralizzazzjoni tal-ġestjoni operattiva fil-livell lokali u reġjonali sabiex tiżdied il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà bejn il-fondi, li jiżgura approċċ integrat effettiv, jiġifieri metodu intertematiku minn isfel għal fuq li jkun imfassal għall-bżonnijiet speċifiċi ta’ kull reġjun;

20.

jirrakkomanda bis-sħiħ l-implimentazzjoni ta’ programmi operattivi bbażati fuq ħafna fondi, li jimmassimizzaw l-impatt pożittiv tal-intervent tal-UE fir-reġjuni permezz ta’ użu integrat tal-opportunitajiet li joħolqu d-diversi strumenti ta’ żvilupp reġjonali u t-twettiq ġenwin tal-istrateġiji ta’ żvilupp soċjoekonomiku mill-awtoritajiet lokali u reġjonali;

21.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tenfasizza ħafna l-bżonn tal-ipprogrammar tal-iżvilupp territorjali integrat. Jilqa’ r-referenzi għall-“investiment territorjali integrat” (ITI), l-“operazzjonijiet integrati” (OI) u l-“pjani ta’ azzjoni konġunta”; madankollu, jiddispjaċih li mhemm l-ebda definizzjoni ta’ dawn l-istrumenti jew tal-kunċett ta’ “operazzjonijiet integrati” fir-regolament ġenerali u fl-anness tal-QSK. Jenfasizza l-bżonn li jiġi definit b’mod preċiż il-kunċett ta’ operazzjoni integrata bħala strument li għandu jintuża għall-iffinanzjar integrat ma’ oqsma ta’ politika u strumenti oħra tal-UE;

22.

partikolarment b’referenza għall-istrateġija tal-iżvilupp urban (b’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament FEŻR), jenfasizza l-importanza u n-natura innovattiva tal-allokazzjoni tar-riżorsi għall-azzjonijiet integrati għall-iżvilupp urban sostenibbli fil-bliet, li jridu jiġu implimentati permezz tal-“investimenti territorjali intergrati” (ITI), u jiddispjaċih li l-qafas regolatorju ma jurix b’mod ċar biżżejjed li f’dan il-każ ir-responsabbiltà tal-ġestjoni u tal-implimentazzjoni tal-“investimenti territorjali integrati” għandha tkun tal-awtoritajiet urbani;

23.

iqis li n-natura lokali tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità għandha tinżamm;

24.

b’konformità mal-opinjoni tal-KtR dwar l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità, jiġbed l-attenzjoni għan-natura olistika tal-iżvilupp lokali li tiffoka fuq l-isfidi u l-potenzjal tat-tipi kollha ta’ reġjuni, inklużi r-reġjuni urbani, rurali u periurbani kif ukoll iż-żoni funzjonali. Għaldaqstant, jitlob li tittieħed azzjoni biex l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jkun jista’ jintuża għall-implimentazzjoni tal-11-il objettiv tematiku taħt il-qafas strateġiku, skont il-bżonnijiet lokali;

Koordinazzjoni bejn il-Fondi tal-QSK u strumenti u oqsma ta’ politika oħra tal-UE

25.

jappoġġja r-referenza għall-bżonn ta’ koordinazzjoni mal-politiki u l-istrumenti l-oħra tal-UE barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-QSK. Dan ser jippermetti rabta aktar mill-qrib bejn l-Istrateġija Ewropa 2020 u l-koeżjoni tal-UE u l-politiki settorjali fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Iqis b’mod partikolari li dan ser jippermetti l-armonizzazzjoni tal-ġestjoni u li tiżdied l-effikaċja tal-programmi implimentati;

26.

jitlob għal definizzjoni aktar preċiża tal-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni u t-tfassil ta’ linji gwida għall-oqsma ta’ politika tal-UE u l-istrumenti marbuta mal-QSK, speċjlament fil-livell tal-UE. Jinnota li, peress li l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-istrumenti huma ġestiti b’mod ċentrali, ir-responsabbiltà konġunta tal-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi enfasizzata flimkien mar-rwol tal-Istati Membri;

27.

jilqa’ l-introduzzjoni ta’ lista tal-oqsma ta’ politika u ta’ strumenti/programmi tal-UE inklużi fl-abbozz ta’ anness (li tinkludi l-Orizzont 2020, in-NER, il-COSME, il-LIFE, l-Erasmus għal Kulħadd, il-Programm għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna ta’ qabel l-Adeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp);

28.

jilqa’ l-enfasi fuq ir-rabta bejn il-fondi tal-QSK u l-programm Orizzont 2020. Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni Ewropea estendiet il-linji gwida, bis-saħħa tal-proposta tagħha li l-fondi tal-QSK jappoġġjaw l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti b’rabta mal-programm Orizzont 2020, fuq il-bażi ta’ żewġ tipi ta’ attività ferm differenti – it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-esplojtazzjoni u t-tqassim immedjat tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni;

29.

jilqa’ r-rakkomandazzjoni li l-fondi tal-QSK jkunu jistgħu jikkofinanzjaw is-sħubijiet bejn is-setturi tal-edukazzjoni, l-intrapriża u r-riċerka, u li dawn l-attivitajiet jiġu koordinati ma’ sħubijiet internazzjonali bejn kumpaniji u istituzzjonijiet edukattivi fil-forma ta’ alleanzi ta’ għarfien jew alleanzi ta’ ħiliet settorjali li jistgħu jiġu appoġġjati mill-programm Erasmus għal Kulħadd;

30.

jappoġġja l-introduzzjoni ta’ possibbiltà ġdida li l-fondi tal-QSK jintużaw biex jikkomplmentaw l-attivitajiet tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, pereżempju permezz ta’ rabtiet tat-tieni u t-tielet livell mal-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-UE;

31.

jirreferi għall-Opinjoni tal-KtR dwar il-programm LIFE u jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-Programm jaqdi rwol deċiżiv billi jimmobilizza ħafna iktar riżorsi tal-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni għal finijiet ambjentali. Il-Kumitat tar-Reġjuni jappoġġja l-proġetti integrati tal-programm LIFE li jieħdu l-forma ta’ proġetti ta’ kategorija ġdida ogħla;

32.

jenfasizza l-bżonn li tiżdied il-koordinazzjoni bejn l-istrumenti esterni tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, l-Istrument għall-Għajnuna ta’ qabel l-Adeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, speċjalment fil-każ tar-reġjuni li għandhom fruntieri komuni ma’ pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u l-Unjoni għall-Mediterran u fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE li għandhom fruntieri komuni mal-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP);

Il-koordinazzjoni ma’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni

33.

jinnota li, kif ġie spjegat fl-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-abbozz ta’ Regolament Ġenerali, m’hemm l-ebda raġuni biex id-dispożizzjonijiet tal-Kuntratti ta’ Sħubija jinkludu l-kooperazzjoni territorjali Ewropea. Għaldaqstant, jiċħad l-inklużjoni tas-sezzjoni dwar il-“Prijoritajiet għal Kooperazzjoni” fl-att delegat;

34.

madankollu, jilqa’ s-sezzjoni mqassra “Koordinazzjoni ma’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni” tal-Anness tal-QSK;

35.

jiġbed l-attenzjoni li tkun ħaġa utli li titwessa’ l-kooperazzjoni territorjali transnazzjonali fil-qafas tal-FSE biex tinkludi l-kooperazzjoni interreġjonali u transkonfinali;

36.

jilqa’ l-fatt li ġiet ikkunsidrata d-dimensjoni makroreġjonali u jisħaq fuq l-importanza mogħtija fl-istrument għall-kooperazzjoni territorjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġiji makroreġjonali;

Il-prinċipji orizzontali u l-għanijiet ta’ politika transversali

37.

jilqa’ l-fatt li l-Qafas Strateġiku Komuni jinkludi l-prinċipji ta’ governanza f’diversi livelli u s-sħubija taħt il-prinċipji orizzontali tiegħu, b’konformità mal-Artikolu 5 tal-Proposta għal Regolament Ġenerali;

38.

jitlob li jiġi applikat fil-prattika l-prinċipji ta’ governanza f’diversi livelli billi jenfasizza l-importanza li jiġi adottat approċċ minn isfel għal fuq fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u ta’ tħejjija ta’ kuntratti ta’ sħubija u programmi operattivi;

39.

jappoġġja bil-qawwa l-attivitajiet għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Madankollu, huwa tal-fehma li l-identifikazzjoni ta’ korpi ġodda dedikati esklużivament għal dan il-għan fi ħdan is-sistema tal-implimentazzjoni tal-fondi mhijiex effettiva. Tkun ħaġa iktar adatta li jiġu applikati soluzzjonijiet proċedurali li jippermettu li dan il-prinċipju jintlaħaq b’mod effettiv fi ħdan il-qafas ta’ strutturi istituzzjonali eżistenti;

40.

jirreferi għall-opinjonijiet preċedenti tal-KtR dwar il-FEŻR u l-FSE, li jenfasizzaw in-nuqqas ta’ interess fil-kwistjoni tal-bidla demografika. Għaldaqstant, jilqa’ b’mod speċjali l-inklużjoni tal-kwistjoni tal-bidla demografika bħala waħda mill-objettivi ta’ politika trasversali proposti;

Arranġamenti sabiex jiġu indirizzati l-isfidi territorjali

41.

jilqa’ l-fatt li l-QSK jenfasizza l-bżonn li l-forom ta’ intervent jiġu adatti għall-isfidi u l-opportunitajiet lokali, iżda jistenna analiżi aktar dettaljata u li ssir aktar ħidma f’dan il-qasam, li r-riżultati tagħhom jservu ta’ indikaturi għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;

42.

jilqa’ l-proposta għal kuntratti ta’ sħubija li jittraduċu l-elementi stabbiliti fil-QSK fil-kuntest nazzjonali tagħhom. Jenfasizza l-bżonn li jitqiesu l-entitajiet fil-livelli baxxi tal-gvern lokali, ħaġa li teħtieġ il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti;

43.

jinnota d-diffikultà ta’ tfassil ta’ definizzjoni armonizzata tat-territorji fil-fondi tal-QSK u joffri l-appoġġ tiegħu biex din il-kwistjoni timxi ’l quddiem. Jenfasizza li d-definizzjoni tinbidel skont il-leġislazzjoni settorjali, ħaġa li tagħmilha iktar diffiċli biex jiġu identifikati l-isfidi territorjali ewlenin.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

COM(2012) 496 final

Anness I, punt 3.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri u l-awtoritajiet ta' ġestjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Kuntratt ta' Sħubija u tal-programmi.

L-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom, l-imsieħba u l-awtoritajiet ta' ġestjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Fondi tal-QSK għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Kuntratt ta' Sħubija u tal-programmi.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 2

COM(2012) 496 final

Anness I, punt 3.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(…) 2.

L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-iżvilupp ta’ approċċi lokali u subreġjonali, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità billi jiddelegaw it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni lil sħubija lokali ta’ entitajiet pubbliċi, privati u tas-soċjetà ċivili. L-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità għandu jkun implimentat fil-kuntest ta’ approċċ strateġiku biex jiżgura li d-definizzjoni “minn isfel għal fuq” tal-bżonnijiet lokali tqis il-prijoritajiet stabbiliti f’livell ogħla. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiddefinixxu l-approċċ ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità għall-Fondi tal-QSK u għandhom jindikaw fil-kuntratti ta’ Sħubija l-isfidi ewlenin li għandhom jiġu indirizzati b'dan il-mod, l-għanijiet ewlenin u l-prijoritajiet tal-Iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità, it-tipi ta’ territorji li għandhom jiġu koperti, liema rwol speċifiku se jiġi attribwit lil gruppi ta' azzjoni lokali meta jitwettqu l-istrateġiji, u l-irwol previst għall-fondi differenti tal-QSK biex jiġu implimentati l-istrateġiji għall-iżvilupp lokali f’tipi differenti ta’ territorji bħal dawk rurali, urbani u ż-żoni kostali, u l-mekkaniżmi ta' koordinament korrispondenti.

(…) 2.

L-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità għandu jkun implimentat fil-kuntest ta’ approċċ strateġiku biex jiżgura li d-definizzjoni “minn isfel għal fuq” tal-bżonnijiet lokali tqis il-prijoritajiet stabbiliti f’livell ogħla. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-iżvilupp ta’ approċċi lokali u subreġjonali, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità billi jiddelegaw it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-implimentazzjoni lil sħubija lokali ta’ entitajiet pubbliċi, privati u tas-soċjetà ċivili. L-iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità għandu jkun implimentat fil-kuntest ta’ approċċ strateġiku biex jiżgura li d-definizzjoni “minn isfel għal fuq” tal-bżonnijiet lokali tqis il-prijoritajiet stabbiliti f’livell ogħla. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiddefinixxu l-approċċ ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità għall-Fondi tal-QSK u għandhom jindikaw fil-kuntratti ta’ Sħubija l-isfidi ewlenin li għandhom jiġu indirizzati b'dan il-mod, l-għanijiet ewlenin u l-prijoritajiet tal-Iżvilupp lokali mmexxi mill-Komunità, it-tipi ta’ territorji li għandhom jiġu koperti, liema rwol speċifiku se jiġi attribwit lil gruppi ta' azzjoni lokali meta jitwettqu l-istrateġiji, u l-irwol previst għall-fondi differenti tal-QSK biex jiġu implimentati l-istrateġiji għall-iżvilupp lokali f’tipi differenti ta’ territorji bħal dawk rurali, urbani u ż-żoni kostali, u l-mekkaniżmi ta' koordinament korrispondenti.

3.

L-Investiment Territorjali Integrat (ITI) huwa strument li jipprovdi arranġamenti integrati għall-provvediment ta’ investimenti taħt aktar minn assi wieħed ta’ prijorità ta’ programm operattiv jew aktar. Il-finanzjament minn bosta assijiet ta’ prijorità u programmi jista’ jinġabar fi strateġija integrata ta’ investiment għal territorju jew żona funzjonali partikolari. Dan jista’ jieħu l-forma ta’ strateġija integrata għall-iżvilupp urban, iżda wkoll ta’ kooperazzjoni intermuniċipali fit-territorji rurali. Jippermetti li l-awtoritajiet amministrattivi jiddelegaw l-implimentazzjoni ta’ partijiet ta’ assijiet differenti ta’ prijorità lil awtorità lokali biex jiżguraw li l-investimenti jsiru b’mod komplementari. Fi ħdan l-ITI, ċerti elementi jistgħu jiġu implimentati permezz ta’ żvilupp lokali mmexxi fil-livell komunitarju, u b’hekk jingħaqdu żewġ approċċi.

4.

Operazzjoni Integrata (OI) hija proġett, kuntratt, azzjoni jew grupp ta’ proġetti li jiġu appoġġjati minn Fond, wieħed jew aktar, tal-QSK jew minn strumenti oħra tal-Unjoni. Dan huwa soġġett għall-kundizzjoni li partita ta’ nfiq ma tiġix iffinanzjata darbtejn mill-Fondi tal-QSK jew minn strument ieħor tal-Unjoni.

5.

Pjan ta’ Azzjoni Konġunta huwa operazzjoni implimentatata permezz ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riżultati sabiex jinkisbu għanijiet speċifiċi mifthiema b’mod konġunt bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Jista’ jagħmel parti minn programm operattiv jew bosta programmi u b’hekk jista’ jkun strument utli għal integrazzjoni aħjar tal-Fondi differenti tal-QSK lejn għan komuni.

6.

Programm Operattiv Konġunt huwa programm operattiv li jinkludi appoġġ minn diversi Fondi tal-QSK.

7.

L-Istati Membri għandhom jippromovu l-iżvilupp ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, l-investimenti territorjali integrati, l-operazzjonijiet integrati, il-pjani ta’ azzjoni konġunta u l-programmi operattivi konġunti billi fil-kuntratti ta’ sħubija jindikaw l-isfidi ewlenin li għandhom jiġi indirizzati b’dan il-mod, l-għanijiet ewlenin u l-prijoritajiet għal dawn l-istrumenti, it-tipi ta’ territorji li għandhom jiġu koperti, ir-rwol speċifiku li ser jingħata lill-gruppi ta’ azzjoni lokali fit-twettiq ta’ strateġiji għall-iżvilupp lokali u r-rwol previst għall-fondi differenti tal-QSK f’tipi differenti ta’ territorji bħal dawk rurali, urbani u ż-żoni kostali, u l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni korrispondenti.

Raġuni

Ara punt 21 tal-Opinjoni.

Emenda 3

COM(2012) 496 final

Anness I, żid punt ġdid wara punt 3.3.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

3.

Fejn “investiment territorjali integrat”, b’konformità mal-Artikolu 99 tal-proposta għal Regolament ġenerali dwar il-fondi strutturali, ikun jirrigwarda xi strateġija ta’ żvilupp urban sostenibbli skont l-Artikolu 7 tal-proposta għal Regolament FEŻR, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ tali investiment integrat għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-awtoritajiet urbani benefiċjarji.

Raġuni

It-test jinkorpora, fil-għamla ta’ dispożizzjoni leġislattiva, il-kontenut tal-punt 22 tal-Opinjoni, bil-għan li tiġi enfasizzata l-innovazzjoni tad-delegar tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-ITIs lill-bliet, kif inhu pprovdut fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEŻR u fl-Artikolu 99 tar-regolament ġenerali.

Emenda 4

COM(2012) 496 final

Anness I, punt 4.4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fejn xieraq, li l-finanzjament mill-Fondi tal-QSK huwa kkoordinat mal-appoġġ mill-Programm NER 300 (…)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw, fejn xieraq, li l-finanzjament mill-Fondi tal-QSK huwa kkoordinat mal-appoġġ mill-Programm NER 300 (…)

Raġuni

Ara punt 26 tal-Opinjoni.

Emenda 5

COM(2012) 496 final

Anness I, punt 4.5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.

L-Istati Membri għandhom, fejn possibbli, ifittxu li jisfruttaw is-sinerġiji mal- strumenti tal-politika tal-Unjoni (kemm strumenti tal-iffinanzjar kif ukoll dawk mhux tal-iffinanzjar) li jservu għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-effiċjenza tar-riżorsi.

1.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, fejn possibbli, ifittxu li jisfruttaw is-sinerġiji mal- strumenti tal-politika tal-Unjoni (kemm strumenti tal-iffinanzjar kif ukoll dawk mhux tal-iffinanzjar) li jservu għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-effiċjenza tar-riżorsi.

2.

L-Istati Membri għandhom, fejn ikun il-każ, jiżguraw il-kumplimentarjetà u l-koordinazzjoni ma’ LIFE, b’mod partikolari ma’ Proġetti Integrati fl-oqsma tan-natura, l-ilma, l-iskart, l-arja, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

2.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom, fejn ikun il-każ, jiżguraw il-kumplimentarjetà u l-koordinazzjoni ma’ LIFE, b’mod partikolari ma’ Proġetti Integrati fl-oqsma tan-natura, l-ilma, l-iskart, l-arja, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

Raġuni

Ara punt 26 tal-Opinjoni.

Emenda 6

COM(2012) 496 final

Anness I, punt 4.6.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom ifittxu li jużaw il-Fondi tal-QSK biex jintegraw l-għodod u l-metodi żviluppati u ttestjati b’suċċess taħt “Erasmus għal kulħadd”.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom ifittxu li jużaw il-Fondi tal-QSK biex jintegraw l-għodod u l-metodi żviluppati u ttestjati b’suċċess taħt “Erasmus għal kulħadd”.

Raġuni

Ara punt 26 tal-Opinjoni.

Emenda 7

COM(2012) 496 final

Anness I, punt 4.9.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.

Biex tkun appoġġjata integrazzjoni territorjali aktar profonda, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jikkapitalizzaw fuq is-sinerġiji bejn l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni territorjali taħt il-politika ta’ Koeżjoni u l-istrumenti Ewropej ta’ Viċinat, b'mod partikolari fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni transkonfinali. L-Istati Membri għandhom ukoll, fejn xieraq, jiżguraw li attivitajiet eżistenti huma assoċjati ma’ Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali li għadhom kemm jinħolqu, b’attenzjoni speċjali għall-koordinazzjoni u għall-iskambju tal-aħjar prattiki.

2.

Biex tkun appoġġjata integrazzjoni territorjali aktar profonda, l-Istati Membri għandhom ifittxu li jikkapitalizzaw fuq is-sinerġiji bejn l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni territorjali taħt il-politika ta’ Koeżjoni, u l-istrumenti Ewropej ta’ Viċinat, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni u L-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, b'mod partikolari fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni transkonfinali. L-Istati Membri għandhom ukoll, fejn xieraq, jiżguraw li attivitajiet eżistenti huma assoċjati ma’ Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali li għadhom kemm jinħolqu, b’attenzjoni speċjali għall-koordinazzjoni u għall-iskambju tal-aħjar prattiki.

Raġuni

Ara punt 32 tal-Opinjoni.

Emenda 8

COM(2012) 496 final

Anness I, punt 6.3.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-korpi rilevanti responsabbli mill-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà fis-sħubija, u għandhom jiżguraw strutturi adegwati skont il-prattiki nazzjonali biex jagħtu pariri dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà, sabiex jipprovdu l-għarfien espert meħtieġ fit-tħejjija, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-fondi tal-QSK. L-għamla tal-kumitati ta' monitoraġġ għandha tirrefletti bilanċ bejn is-sessi u għandha tinkludi għarfien espert dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi/funzjoni ta' responsabbiltà.

Fi ħdan il-qafas tal-istrutturi nazzjonali eżistenti L l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni tal-korpi rilevanti responsabbli mill-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà fis-sħubija, u għandhom jiżguraw strutturi adegwati skont il-prattiki nazzjonali biex jagħtu pariri dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà, sabiex jipprovdu l-għarfien espert meħtieġ fit-tħejjija, is-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-fondi tal-QSK. L-għamla tal-kumitati ta' monitoraġġ għandha tirrefletti bilanċ bejn is-sessi u għandha tinkludi għarfien espert dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi/funzjoni ta' responsabbiltà.

Raġuni

Ara punt 39 tal-Opinjoni.

Emenda 9

COM(2012) 496 final

Anness I, punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

7.1.

L-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jieħdu l-passi li ġejjin bl-iskop li jħejju il-Kuntratti ta' Sħubija u l-programmi tagħhom:

7.1.

L-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jieħdu l-passi li ġejjin bl-iskop li jħejju il-Kuntratti ta' Sħubija u l-programmi tagħhom:

(a)

L-analiżi tal-potenzjal u l-kapaċità ta' żvilupp tal-Istat Membru jew tar-reġjun, partikolarment fir-rigward tal-isfidi ewlenin li ġew identifikati f’Ewropa 2020, il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi. L-awtoritajiet responsabbli għandhom jagħmlu analiżi ddettaljata tal-karatteristiċi nazzjonali, reġjonali u lokali;

(a)

L-analiżi tal-potenzjal u l-kapaċità ta' żvilupp tal-Istat Membru jew tar-reġjun, partikolarment fir-rigward tal-isfidi ewlenin li ġew identifikati fir-rapporti tal-Kummissjoni dwar il-politika ta’ koeżjoni, f’ l-Ewropa 2020, il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi. L-awtoritajiet responsabbli għandhom jagħmlu analiżi ddettaljata tal-karatteristiċi nazzjonali, reġjonali u lokali;

(b)

Evalwazzjoni tal-isfidi ewlenin li għandhom jiġu indirizzati mir-reġjun jew l-Istat Membru, l-identifikazzjoni ta' ostakli u nuqqas ta’ konnessjonijiet, lakuni fl-innovazzjoni, inklużi n-nuqqas ta' kapaċità ta’ ppjanar u implimentazzjoni li jinibixxu l-potenzjal fit-tul għat-tkabbir u l-impjiegi. Dan jifforma l-bażi sabiex jkunu identifikati l-oqsma u l-attivitajiet possibbli għall-prijoritizzazzjoni, l-intervent u l-konċentrazzjon ta’ politiki;

(b)

Evalwazzjoni tal-isfidi ewlenin li għandhom jiġu indirizzati mir-reġjun jew l-Istat Membru, l-identifikazzjoni ta' ostakli u nuqqas ta’ konnessjonijiet, lakuni fl-innovazzjoni, inklużi n-nuqqas ta' kapaċità ta’ ppjanar u implimentazzjoni li jinibixxu l-potenzjal fit-tul għat-tkabbir u l-impjiegi. Dan jifforma l-bażi sabiex jkunu identifikati l-oqsma u l-attivitajiet possibbli għall-prijoritizzazzjoni, l-intervent u l-konċentrazzjon ta’ politiki;

(c)

Evalwazzjoni tal-isfidi transsettorjali, transġurisdizzjonali jew tal-koordinazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ strateġiji makroreġjonali u tal-baċini tal-baħar;

(c)

Evalwazzjoni tal-ispeċifiċitajiet territorjali li għandhom jiġu kkunsidrati:

ir-rwol tal-bliet, iż-żoni rurali tas-sajd u ż-żoni tal-kosta, żoni li jiffaċċjaw problemi ġeografiċi jew demografiċi speċifiċi;

l-isfidi speċifiċi taż-żoni milquta mit-tranżizzjoni industrijali, tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, tar-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b’densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna kif ukoll tal-gżejjer, tar-reġjuni transkonfinali u tar-reġjuni muntanjużi;

ir-rabtiet bejn żoni urbani u żoni rurali, f’termini ta’ aċċess għal infrastrutturi u servizzi affordabbli u ta’ kwalità, kif ukoll problemi f’reġjuni b’konċentrazzjoni għolja ta’ komunitajiet soċjalment marġinalizzati.

(d)

Identifikazzjoni tal-passi sabiex tinkiseb koordinazzjoni mtejba f’livelli differenti territorjali, u tas-sorsi ta’ finanzjament sabiex jitwassal l-approċċ integrat li jgħaqqad Ewropa 2020 ma’ partijiet reġjonali u lokali.

(d c)

Evalwazzjoni tal-isfidi transsettorjali, transġurisdizzjonali jew tal-koordinazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ strateġiji makroreġjonali u tal-baċini tal-baħar;

 

(e d)

Identifikazzjoni tal-passi sabiex tinkiseb koordinazzjoni mtejba f’livelli differenti territorjali, u tas-sorsi ta’ finanzjament sabiex jitwassal l-approċċ integrat li jgħaqqad Ewropa 2020 ma’ partijiet reġjonali u lokali.

7.2.

Sabiex jittieħed inkonsiderazzjoni l-objettiv ta’ koeżjoni territorjali, l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jiżguraw li approċċ globali għall-promozzjoni tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv:

7.2.

Sabiex jittieħed inkonsiderazzjoni l-objettiv ta’ koeżjoni territorjali, l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jiżguraw li approċċ globali għall-promozzjoni tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv:

(a)

jirrifletti l-irwol tal-bliet, iż-żoni rurali tas-sajd u ż-żoni tal-kosta, żoni li jiffaċċjaw problemi ġeografiċi jew demografiċi speċifiċi;

(a)

jirrifletti l-irwol tal-bliet, iż-żoni rurali tas-sajd u ż-żoni tal-kosta, żoni li jiffaċċjaw problemi ġeografiċi jew demografiċi speċifiċi;

(b)

jieħu kont tal-isfidi speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, tar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna kif ukoll tal-gżejjer, tar-reġjuni transkonfinali u tar-reġjuni muntanjużi;

(b)

jieħu kont tal-isfidi speċifiċi tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, tar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b'densità tal-popolazzjoni baxxa ħafna kif ukoll tal-gżejjer, tar-reġjuni transkonfinali u tar-reġjuni muntanjużi;

(c)

jindirizza ir-rabtiet bejn żoni urbani u żoni rurali, f'termini ta' aċċess għal infrastrutturi u servizzi affordabbli u ta’ kwalità, kif ukoll problemi f’reġjuni b’konċentrazzjoni għolja ta' komunitajiet soċjalment emarġinati.

(c)

jindirizza ir-rabtiet bejn żoni urbani u żoni rurali, f'termini ta' aċċess għal infrastrutturi u servizzi affordabbli u ta’ kwalità, kif ukoll problemi f’reġjuni b’konċentrazzjoni għolja ta' komunitajiet soċjalment emarġinati.

Raġuni

Il-Kumitat jilqa’ r-referenza għall-obbligi tat-Trattat fir-rigward tal-objettiv tal-koeżjoni territorjali fil-punt 7.2 iżda jissuġġerixxi li dan il-parametru jiġi inkluż fil-passi msemmija fil-punt 7.1.

Brussell, 29 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  COM(2012) 496 final.

(2)  Jiġifieri s-sospensjoni tal-ħlasijiet u l-impenji taħt programmi operattivi f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rakkomandazzjoni tal-UE dwar il-governanza ekonomika.


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/67


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi”

2013/C 17/12

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

josserva li f’dawn l-aħħar snin żdied il-fenomenu tal-istazzjonar tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea; fl-istess ħin jenfasizza li n-numru ta’ ħaddiema stazzjonati jvarja ħafna, kemm mil-lat tal-Istati Membri ta’ oriġini kif ukoll tal-Istati Membri li jospitaw l-istazzjonar;

f’dan il-kuntest iqis li llum huwa importanti li jiġi adottat strument Komunitarju relatat mal-istazzjonar tal-ħaddiema fil-kuntest ta’ prestazzjoni ta’ servizz, li jarmonizza l-kontroll tal-applikazzjoni tiegħu u fl-istess ħin jindirizza l-kwistjonijiet fundamentali li setgħu ħarġu mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li wasslu għal interpretazzjoni ristretta tad-Direttiva 96/71/KE;

jiddispjaċih li l-proposta attwali tal-Kummissjoni Ewropea ma tirrevedix jew tfassal mill-ġdid id-Direttiva 96/71/KE u għalhekk ma tistax tindirizza l-kwistjonijiet fundamentali kollha li ħarġu mill-każistika, b’mod partikolari dawk marbutin mal-estensjoni tal-ftehimiet kollettivi, l-estensjoni “tan-nukleu” tar-regoli applikabbli, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet aktar favorevoli tal-pajjiż ospitanti, u r-rispett tad-drittijiet soċjali fundamentali bħad-dritt għal strajk;

jipproponi li l-obbligazzjoni in solidum ta’ min iħaddem u tas-sottokuntrattur tissaħħaħ bl-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni li jkollha l-għan li tillimita n-numru ta’ livelli ta’ sottokuntrattar;

bi pjaċir jinnota li fil-11 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea rtirat il-Proposta għal Regolament (Monti II) dwar il-konċiljazzjoni tad-dritt għal strajk mal-libertajiet ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-klawżola tal-flessibbiltà, fil-kuntest tal-ikkompletar tas-suq intern (Artikolu 352 tat-TFUE.

Relatur

Is-Sur HUTCHINSON, Membru tal-Parlament tar-Reġjun ta’ Brussell Kapitali

Dokumenti ta’ referenza

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi

COM(2012) 131 final

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-eżerċizzju tad-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva fil-kuntest tal-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li tagħti servizz

COM(2012) 130 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jappoġġja l-inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea li għandhom l-għan li jsaħħu d-dimensjoni soċjali tas-suq intern b’konformità mal-Artikolu 9 tat-Trattat ta’ Lisbona, li jassigura li d-dimensjoni soċjali tiġi kkunsidrata fil-politiki kollha tal-Unjoni Ewropea;

Żviluppi attwali fl-istazzjonar tal-ħaddiema

2.

josserva li f’dawn l-aħħar snin żdied il-fenomenu tal-istazzjonar tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea. Skont il-Kummissjoni Ewropea, kull sena, miljun ħaddiem jiġu stazzjonati minn min iħaddimhom minn Stat Membru għal ieħor; fl-istess ħin jenfasizza li n-numru ta’ ħaddiema stazzjonati jvarja ħafna, kemm mil-lat tal-Istati Membri ta’ oriġini kif ukoll tal-Istati Membri li jospitaw l-istazzjonar;

3.

jinnota li huma s-setturi li jirrikjedu ħafna ħaddiema li jfittxu l-aktar l-istazzjonar tal-ħaddiema. Tradizzjonalment, is-settur tal-kostruzzjoni u x-xogħlijiet pubbliċi huwa dak li jħaddem l-akbar numru ta’ ħaddiema stazzjonati (skont id-data tal-Kummissjoni Ewropea, 24 % tal-istazzjonar li jsir fl-Ewropa), u dawn il-ħaddiema stazzjonati jkunu fil-biċċa l-kbira lavranti;

4.

jenfasizza li d-differenzi fis-salarji bejn il-pajjiżi jistgħu jkunu konsiderevoli;

Id-dimensjoni territorjali tal-istazzjonar tal-ħaddiema

5.

jiġbed l-attenzjoni għall-konċentrazzjoni ġeografika tal-istazzjonar speċifiku għal ċerti setturi; ir-reġjuni transkonfinali huma responsabbli għal parti sostanzjali mid-dikjarazzjonijiet ta’ stazzjonar;

6.

iqis li r-reġjuni, partikolarment ir-reġjuni mal-fruntieri, għandhom jaqdu rwol akbar fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi minn pajjiżi differenti sabiex jassiguraw li dan l-istazzjonar isir, minn naħa, b’konformità mad-drittijiet u d-dinjità tal-persuna u, min-naħa l-oħra, bi skambju tal-aħjar prattika. Għalhekk, ir-reġjuni kkonċernati għandu jkollhom il-mezzi adatti sabiex jaqdu l-kompiti tagħhom;

7.

jenfasizza li l-firxa territorjali tal-ftehimiet kollettivi tax-xogħol hija waħda mill-kundizzjonijiet biex jiġu applikati għall-ħaddiema stazzjonati, skont it-tifsira tad-Direttiva 1996/71/KE. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jinfurmaw lill-provvedituri tas-servizzi u lill-ħaddiema stazzjonati f’dawn it-territorji minn pajjiż ieħor, bil-kontenut tagħhom u jiggarantixxu li jiġu applikati;

Il-bżonn li tiġi kkontrollata aħjar l-applikazzjoni tar-regoli fir-rigward tal-istazzjonar

8.

jenfasizza li dan l-istazzjonar tal-ħaddiema ta’ spiss isir fil-marġni tar-regolamenti tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali kif ukoll tal-liġijiet fiskali. Fost il-modi kif wieħed jista’ jaħrab mill-obbligi legali, nistgħu nsemmu:

ir-reklutaġġ bl-iskop uniku ta’ stazzjonar – il-kumpaniji fittizji li jagħmluha possibbli li jirreġistraw indirizz fil-pajjiż li suppost huwa l-Istat ta’ oriġini tal-istazzjonar,

dawk li taparsi jaħdmu għal rashom, li ma jħallsu l-ebda kontribuzzjoni soċjali u mhumiex koperti mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-salarji tal-pajjiż ospitanti, kif stabbilit fid-Direttiva 96/71/KE li tapplika biss għall-impjegati;

il-prattika adottata minn ċerti intrapriżi kbar li joħolqu pjattaforma għall-ħaddiema stazzjonati, billi jiftħu fergħa fi Stat fejn ir-regoli fiskali u soċjali huma ta’ vantaġġ finanzjarju u jistazzjonaw il-ħaddiema hemmhekk,

l-użu abbużiv tal-istazzjonar f’postijiet ta’ xogħol li fil-fatt huma permanenti,

in-nuqqas li l-istazzjonar jiġi ddikjarat;

jenfasizza li studji juru li hemm bosta każijiet ta’ stazzjonar ta’ ħaddiema fejn il-kundizzjonijiet legali minimi stabbiliti tal-impjieg u x-xogħol fl-Istat Membru ospitanti ma jiġux rispettati u jsiru tentattivi ta’ evitar tar-regoli tas-sigurtà soċjali u t-tassazzjoni

9.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fid-dawl tad-differenzi estremi li stabbiliet il-Kummissjoni bejn il-miżuri ta’ kontroll nazzjonali tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi marbutin bi ftehimiet dwar il-moviment liberu tal-persuni, standards komuni ta’ kontroll huma ta’ importanza partikolari; madankollu l-possibbiltajiet li l-awtoritajiet nazzjonali jwettqu kontroll m’għandhomx jiġu limitati f’dan ir-rigward;

10.

f’dan il-kuntest iqis li llum huwa importanti li jiġi adottat strument Komunitarju relatat mal-istazzjonar tal-ħaddiema fil-kuntest ta’ prestazzjoni ta’ servizz, li jarmonizza l-kontroll tal-applikazzjoni tiegħu u fl-istess ħin jindirizza l-kwistjonijiet fundamentali li setgħu ħarġu mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea indikati hawn fuq, partikolarment il-kawżi Viking (Kawża C-438/05), Laval (Kawża C-341/05), Rüffert (Kawża C-346/06) u Luxembourg (Kawża C-319/06), li wasslu għal interpretazzjoni ristretta tad-Direttiva 96/71/KE;

11.

jilqa’ għalhekk b’mod pożittiv il-pjan li tiġi adottata proposta għal Direttiva f’dan il-qasam, iżda madankollu jiddispjaċih li l-proposta attwali tal-Kummissjoni Ewropea ma tirrevedix jew tfassal mill-ġdid id-Direttiva 96/71/KE u għalhekk ma tistax tindirizza l-kwistjonijiet fundamentali kollha li ħarġu mill-każistika msemmija hawn fuq, b’mod partikolari dawk marbutin mal-estensjoni tal-ftehimiet kollettivi, l-estensjoni “tan-nukleu” tar-regoli applikabbli, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet aktar favorevoli tal-pajjiż ospitanti, u r-rispett tad-drittijiet soċjali fundamentali bħad-dritt għal strajk;

12.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Proposta għal Direttiva li tressqet quddiemu fil-fatt hija limitata li tistabbilixxi miżuri u mekkaniżmi intiżi biex itejbu u jsaħħu l-kontroll tal-applikazzjoni u l-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71/KE, li s’issa ntweriet li ma kenitx biżżejjed fil-ġlieda kontra d-dumping soċjali u l-frodi;

Id-drittijiet fundamentali m’għandhomx jiġu soġġetti għal-libertajiet ekonomiċi

13.

bi pjaċir jinnota li fil-11 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea rtirat il-Proposta għal Regolament (Monti II) dwar il-konċiljazzjoni tad-dritt għal strajk mal-libertajiet ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea abbażi tal-klawżola tal-flessibbiltà, fil-kuntest tal-ikkompletar tas-suq intern (Artikolu 352 tat-TFUE);

14.

jaqbel mal-analiżi li skontha d-dritt għal strajk m’għandux ikun soġġett għall-għan komplementari li jiġi kkompletat is-suq intern peress li dan huwa prinċipju intanġibbili stabbilit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Barra minn hekk il-“lex specialis” kif imfissra fl-Artikolu 153 tat-Trattat teskludi b’mod espliċitu d-dritt għal strajk mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja;

15.

madankollu, iqis li l-irtirar tal-Proposta għal Regolament iħalli għadd ta’ mistoqsijiet imqajma mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mingħajr tweġiba. Għalhekk jappella għal proposta legali ġdida li tiżgura b’mod ċar li d-drittijiet soċjali fundamentali (id-dritt għan-negozjar kollettiv, id-dritt għall-azzjoni tat-trejdjunjins) ma jistgħux ikunu limitati mil-libertajiet ekonomiċi (il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-prestazzjoni tas-servizzi) u li l-libertajiet ekonomiċi ma jistgħux jiġġustifikaw li jiġu evitati l-liġijiet u l-prattiki nazzjonali fil-kwistjonijiet soċjali;

16.

ifakkar li 12-il parlament nazzjonali (19-il vot) għall-ewwel darba eżerċitaw il-mekkaniżmu tat-twissija bikrija kontra l-Kummissjoni b’rabta ma’ din il-Proposta għal Regolament minħabba li dawn il-proposti jidħlu f’kunflitt mal-kompetenzi nazzjonali u r-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità;

17.

madankollu huwa tal-fehma li hemm bżonn ta’ azzjoni min-naħa tal-leġislatur tal-UE sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn “azzjonijiet kollettivi” u l-libertà tal-istabbiliment u l-libertà tal-prestazzjoni ta’ servizzi f’sitwazzjonijiet li huma verament transnazzjonali, bħal pereżempju fil-każ ta’ negozji b’fergħat f’diversi Stati Membri;

18.

jikkunsidra għalhekk li kieku l-Kummissjoni żammet il-Proposta għal Regolament tagħha, fid-dawl tal-opinjonijiet motivati adottati mill-parlamenti nazzjonali kif ukoll il-pożizzjonijiet espressi fuq livell reġjonali permezz tal-KtR, dan tal-aħħar seta’ jikkunsidra li jkun kapaċi jipprepara appell ex-post kontriha minħabba ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà kemm fir-rigward tal-għażla tal-bażi legali kif ukoll minħabba li l-valur miżjud ta’ azzjoni tal-UE f’dan is-suġġett ma jintwerix biżżejjed; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni li l-Kumitat tar-Reġjuni ser jibqa’ jissorvelja b’mod rigoruż ir-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà f’dawn il-kwistjonijiet;

19.

iqis li l-proposta relatata mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE għadha valida u jistħoqqilha l-attenzjoni kollha tiegħu;

20.

iqis li d-Direttiva 96/71/KE tistabbilixxi drittijiet fundamentali, liema implimentazzjoni suppost tiffaċilita, li dawn id-drittijiet marbuta mad-dinjità tal-persuni barra minn hekk issaħħu bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, li issa jagħmel il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali legalment vinkolanti u li dawn id-drittijiet m’għandhomx jiġu soġġetti għal-loġika tal-libertajiet ekonomiċi;

21.

jiddispjaċih għalhekk li l-proposta tal-Kummissjoni ma wasslitx għal dibattitu dwar l-għażla tal-bażi legali; minflok, il-bażi legali magħżula kienet il-“prestazzjoni ta’ servizzi” (Artikolu 62 tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 53), bil-konsegwenza li tindirizza l-kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE mill-ġdid mil-lat tal-libertajiet ekonomiċi u li ma tinvolvix bis-sħiħ lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew kif ukoll lill-imsieħba soċjali fit-tfassil ta’ test li jikkonċernahom b’mod dirett;

Il-Proposta għal Direttiva għandha tqis is-sitwazzjonijiet kollha ta’ stazzjonar

22.

jappoġġja madankollu l-kontenut ta’ din il-proposta tal-Kummissjoni, il-ġlieda kontra d-dumping soċjali u l-frodi relatati mal-istazzjonar tal-ħaddiema kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi għall-kontroll tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-salarji għall-ħaddiema stazzjonati; madankollu din il-proposta ma tindirizzax dan il-għan u għalhekk xi punti għandhom jittejbu b’mod konsiderevoli;

23.

iqis li s-sitwazzjonijiet ta’ stazzjonar mill-pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea li huma inklużi fid-Direttiva 96/71/KE jistħoqqilhom jissemmew f’din il-proposta. Wara li tiġi adottata, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu inklużi malajr kemm jista’ jkun fil-korp tal-liġi taż-ŻEE u l-ftehim mal-Isvizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni;

24.

huwa konxju tal-limiti eżistenti fil-monitoraġġ, bħall-ostaklu tal-lingwa, il-monitoraġġ tal-istazzjonar fuq perjodu qasir, id-diffikultajiet sabiex tinkiseb l-informazzjoni fi Stat Membru ieħor, il-kumplessità fl-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet u n-nuqqas ta’ riżorsi sabiex jiġu mmonitorjati l-amministrazzjonijiet nazzjonali;

25.

għalhekk jappoġġja b’mod pożittiv ħafna l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Proposta għal Direttiva li għandhom l-għan li kemm jista’ jkun ineħħu dawn il-limiti u jsaħħu l-mekkaniżmi li jimplimentaw il-miżuri ta’ kontroll u s-sanzjonijiet sabiex id-Direttiva 96/71/KE tiġi applikata mhux biss b’mod effikaċi iżda wkoll b’mod effettiv; fl-istess ħin, is-sistema tal-infurzar transkonfinali tas-sentenzi għandha tiġi fformulata b’mod aktar ċar, għandha tkun konformi mal-prinċipji fis-seħħ tal-kooperazzjoni internazzjonali u tar-rikonoxximent reċiproku u l-applikazzjoni tas-sentenzi, u għandha tikkunsidra d-drittijiet proċedurali tal-individwu;

26.

huwa tal-fehma li jekk ma tiġix rispettata d-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva, pereżempju jekk impjegat ma jkunx fil-fatt stazzjonat, l-intrapriża kkonċernata għandha tieħu ħsieb li tapplika l-leġislazzjoni applikabbli fl-Istat Membri fejn ikun qed jingħata s-servizz. L-impjegati kollha kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment ħieles skont l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

L-obbligazzjoni in solidum: dispożizzjoni importanti tal-Proposta għal Direttiva li jistħoqqilha tiġi kkompletata

27.

jilqa’ d-dispożizzjonijiet li jindirizzaw l-obbligazzjoni in solidum ta’ min iħaddem u tas-sottokuntrattur, b’mod partikolari fis-settur tal-kostruzzjoni, u jilqa’ l-fatt li tmien Stati Membri tal-UE diġà jagħmlu użu minn din l-obbligazzjoni in solidum (l-Awstrija, il-Ġermanja, Spanja, il-Finlandja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Belġju); madankollu dan mhuwiex biżżejjed biex jiġi evitat b’mod effettiv l-abbuż u, minflok, għandu jiġi żgurat li kull intrapriża li tabbuża mill-impjegati stazzjonati jew tibbenefika minn dan l-abbuż tinżamm responsabbli;

28.

iqis li jkun xieraq li ma’ din id-dispożizzjoni dwar l-obbligazzjoni in solidum tiżdied dispożizzjoni li jkollha l-għan li tillimita n-numru ta’ livelli ta’ sottokuntrattar, li għandu jnaqqas ir-riskji ta’ abbuż relatati mal-istazzjonar tal-ħaddiema. Barra minn hekk, dan għandu jwassal għal klassifikar aħjar tas-sottokuntratturi;

Ir-rwol proattiv tal-partijiet interessati soċjali fil-kontroll tal-applikazzjoni tal-liġi

29.

jappoġġja d-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li għandhom l-għan li jagħtu rwol prinċipali lill-partijiet interessati mit-trejdjunjins u mill-imsieħba soċjali, kif ukoll lill-ispezzjonar tax-xogħol; madankollu, fl-istess ħin għandhom jitqiesu d-differenzi bejn is-sistemi tal-Istati Membri individwali;

30.

jaħseb li jkun importanti li jissaħħaħ dan ir-rwol billi l-korpi kompetenti responsabbli għall-kontroll jingħataw id-drittijiet fl-Istati Membri sabiex jaqsmu l-prattiki tagħhom fil-qasam tal-konroll sabiex jikkombinaw b’mod aħjar l-isforzi tagħhom f’dan il-qasam;

31.

jaħseb ukoll li r-rappreżentanti tal-impjegati fl-intrapriżi tal-kostruzzjoni, b’mod partikolari l-membri tal-Kumitati tal-Intrapriżi Ewropej, għandhom jissemmew ukoll bħala atturi prinċipali. Fis-siti l-kbar tax-xogħol, pereżempju, il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet rappreżentattivi tista’ wkoll tkun lieva ta’ informazzjoni u twissija. Dawn l-inizjattivi mir-rappreżentanti tal-impjegati huma dejjem aktar validi meta għadd ta’ intrapriżi jirrapportaw dwar il-politika tagħhom ta’ responsabbiltà soċjali;

It-test tal-proposta jeħtieġ preċiżjonijiet neċessarji għal applikazzjoni tajba tad-dispożizzjonijiet tagħha

32.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-qrati nazzjonali ser jaqdu rwol importanti fl-implimentazzjoni operattiva tal-Proposta għal Direttiva, li din għalhekk għandha tinkludi dispożizzjonijiet ċari u preċiżi sabiex ma jinħolqux dubji ġodda dwar l-interpretazzjoni tat-test mill-qrati nazzjonali differenti u jiżdied in-numru ta’ lmenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

33.

iqis għal dawn ir-raġunijiet li ċerti termini li jinsabu fil-Proposta għal Direttiva għandhom jiġu ċċarati u definiti b’mod ċar. Pereżempju, il-kundizzjonijiet għall-istazzjonar tal-ħaddiema għandhom jiġu stabbiliti b’mod ċar b’tali mod li l-konsegwenzi legali f’każ ta’ abbuż ma jkunux għad-detriment tal-impjegati. Jeħtieġ ukoll li jiġi kjarifikat l-użu, f’ċerti verżjonijiet lingwistiċi, ta’ żewġ termini differenti għall-kunċett ta’ “stazzjonati temporanjament” (pereżempju, fil-verżjoni Franċiża ntużaw “provisoirement détaché” (stazzjonat provviżorjament) u “temporairement détaché” (stazzjonat temporanjament)) jew l-użu tat-terminu “effettiv” li għandu jkun marbut ma’ dak ta’ “effettività”, jew l-użu tal-kunċett ta’ “nukleu ta’ patti u kondizzjonijiet ta’ xogħol”, li ma jeżistix fid-Direttiva 96/71/KE;

34.

għall-istess raġunijiet, jiġbed l-attenzjoni għall-preambolu (premessa 5) tal-proposta li jenfasizza li “ir-relazzjoni bejn id-Direttiva 96/71/[K]E u r-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali […] jeħtieġ li jkunu ċċarati”, mingħajr ma hemm risposta għal din it-talba ta’ preċiżjoni fit-test tal-proposta;

Il-bżonn li titneħħa kwalunkwe konfużjoni fl-applikazzjoni tat-testijiet

35.

iqis li l-preambolu tal-proposta b’konsegwenza jista’ jżid il-konfużjoni fir-rigward tal-kwistjoni tal-liġi applikabbli għall-kuntratt tax-xogħol (dik tal-pajjiż ta’ oriġini jew dik tal-pajjiż ospitanti?). Filwaqt li huwa minnu, bħalma tenfasizza l-premessa 6 tal-preambolu, li l-proposta ma tikkonċernax direttament il-liġi applikabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tar-Regolament Ruma I, jeħtieġ li niftakkru li d-Direttiva tal-1996 lanqas ma kellha l-għan li temenda din id-dispożizzjoni (dak iż-żmien l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980) iżda l-għan li tispeċifika l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-“regoli mandatarji skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament Ruma I (dak iż-żmien l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma tal-1980);

36.

ser jassigura li l-Proposta għal Direttiva ma tibdilx dak li kkostitwixxa l-ispirtu u l-għan tad-Direttiva 96/71/KE;

37.

iqis li l-esiġenża li l-offerent jirrispetta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71/KE għandha tikkostitwixxi kriterju għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jew privati u għandu jkun possibbli li l-offerent ikkonċernat jiġi eskluż f’każ ta’ ksur gravi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, bħal kif diġà huwa l-każ;

38.

jappoġġja r-rieda tal-Kummissjoni li tqarreb il-leġislazzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-infurzar transkonfinali ta’ multi u sanzjonijiet amministrattivi imposti.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Preambolu

L-ewwel frażi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 53(1) u 62 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 53(1) u 62 l-Artikolu 153(1)(b) tiegħu,

Raġuni

Il-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tradizzjonalment jiġu ddeterminati min-negozjar kollettiv u għalhekk mill-awtonomija tal-imsieħba soċjali, li jaqdu wkoll rwol importanti fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-Konvenzjonijiet rilevanti. B’riżultat, l-Artikolu 153(1)(b), li b’mod espliċitu jirreferi għall-inizjattivi tal-UE relatati mal-kondizzjonijiet tax-xogħol, huwa l-aktar bażi legali adegwata. Barra minn hekk, peress li din hija proposta għal Direttiva dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, li l-bażi legali tagħha tinsab fil-“prestazzjoni ta’ servizzi”, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għażla tal-bażi legali ma jeskludux b’mod espliċitu l-użu ta’ bażi legali aktar adegwata sabiex tiġi adottata din il-proposta.

Emenda 2

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

3)

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ħaddiema stazzjonati temporanjament biex iwettqu xogħol biex jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor li mhux dak li normalment iwettqu xogħolhom fih, id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi tistabbilixxi nukleu ta’ patti u kondizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impjieg iddefiniti b’mod ċar li jridu jiġu rispettati minn min jipprovdi s-servizz fl-Istat Membru li fih iseħħ l-istazzjonament biex jiġi żgurat il-ħarsien minimu tal-ħaddiema stazzjonati kkonċernati.

3)

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ħaddiema stazzjonati temporanjament biex iwettqu xogħol biex jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru dakli normalment iwettqu xogħolhom fih, id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi tistabbilixxi nukleu ta’ patti u kondizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impjieg iddefiniti b’mod ċar li jridu jiġu rispettati minn min jipprovdi s-servizz fl-Istat Membru li fih iseħħ l-istazzjonament biex jiġi żgurat il-ħarsien minimu tal-ħaddiema stazzjonati kkonċernati.

Raġuni

L-emenda mhijiex biss ta’ natura semantika, għandha l-għan ukoll li tkun konsistenti mal-kunċetti użati fid-Direttiva 96/71/KE. L-emenda tuża kelma b’kelma t-test tal-premessa 3 tad-Direttiva 96/71/KE fejn fil-verżjoni Franċiża tintuża l-kelma “temporaire (temporanju)” u mhux “provisoire” (provviżorju) (terminu li mil-lat legali huwa anqas preċiż) kif tintuża wkoll fil-premessa 5 ta’ din il-proposta. L-emenda mhijiex limitata biss għall-istazzjonar bejn l-Istati Membri kif huwa l-każ tal-premessi tal-proposta. Jekk dan huwa l-iskop ta’ din il-proposta, allura qed titbiegħed mill-intenzjoni tal-leġislatura tal-1996 li tuża l-kliem “fit-territorju ta’ Stat Membru barra minn dak ...” (Premessa 3 tad-Direttiva 96/71/KE) u mhux “fi Stat Membru ieħor” kif jintqal f’din il-Proposta għal Direttiva u dan isir bil-għan li jiġi kkunsidrat l-istazzjonar minn pajjiżi terzi. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jeħtieġ li dan il-prinċipju jiġi inkluż fil-premessi ta’ din il-proposta.

Emenda 3

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

6)

Bħal fil-każ tad-Direttiva 96/71/EC, din id-Direttiva ma għandhiex tkun ta’ ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi li, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Ruma I, tapplika għall-kuntratti individwali ta’ impjieg, jew l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali.

6)

Bħal fil-każ tad-Direttiva 96/71/EC, din id-Direttiva ma għandhiex tkun ta’ ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi li, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Ruma I, tapplika għall-kuntratti individwali ta’ impjieg, jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet vinkolanti tal-Istat Membru li jospita l-istazzjonar, b’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament Ruma I, jew l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali.

Raġuni

Din l-emenda hija importanti peress li tiċċara kwalunkwe konfużjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE u r-rabta tagħha mal-liġi internazzjonali privata. Fil-fatt, id-Direttiva 96/71/KE ma tikkonċernax b’mod dirett l-applikazzjoni tal-liġi li, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Ruma I, tapplika għal kuntratti ta’ xogħol individwali, iżda tipprevedi b’mod espliċitu l-applikazzjoni tar-regoli vinkolanti tal-pajjiżi ospitanti (irrispettivament mil-liġi applikabbli tal-kuntratt) fir-rigward tal-ħaddiema stazzjonati, b’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament Ruma I. Jekk dan ma jiġix enfasizzat jew iddikjarat b’mod ċar hawnhekk jista’ jkun hemm nuqqas ta’ fehim u r-riskju li nitbiegħdu mill-ispirtu u s-sens tad-Direttiva 96/71/KE.

Emenda 4

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-obbligi tal-Istati Membri li jagħmlu disponibbli b’mod ġenerali l-informazzjoni dwar il-patti u l-kondizzjonijiet tal-impjieg u li jipprovdu aċċess effettiv għaliha, mhux biss għal dawk li jipprovdu s-servizzi minn Stati Membri oħra, iżda wkoll lill-ħaddiema stazzjonati kkonċernati, għandhom jiġu aktar ikkonkretizzati.

L-obbligi tal-Istati Membri li jagħmlu disponibbli b’mod ġenerali l-informazzjoni dwar il-patti u l-kondizzjonijiet tal-impjieg u li jipprovdu aċċess effettiv u mingħajr ħlas għaliha, mhux biss għal dawk li jipprovdu s-servizzi minn Stati Membri oħra, iżda wkoll lill-ħaddiema stazzjonati kkonċernati, għandhom jiġu aktar ikkonkretizzati.

Raġuni

Sabiex tkun aċċessibbli b’mod effettiv, b’mod partikolari l-informazzjoni trid tkun b’xejn.

Emenda 5

Artikolu 1, punt ġdid (3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 1

Suġġett

(…)

Artikolu 1

Suġġett

(…)

3.   Fir-rigward tal-applikazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg tal-ħaddiema stazzjonati, din id-Direttiva għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 96/71/KE li tistipula li, “L-Impriżi stabbiliti fi Stat li mhux membru m’għandhomx jingħataw trattamenti iktar favorevoli minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru”;

Raġuni

Din l-emenda tagħmel sens jekk inqisu li din il-Propsota għal Direttiva m’għandhiex tibdel l-istruttura tad-Direttiva 96/71/KE; il-leġislatur introduċa l-Artikolu 1(4) biex jevita r-riskju ta’ dumping soċjali minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni Ewropea. Għall-istess raġuni, jeħtieġ li jiġi evitat li l-applikazzjoni stretta tad-Direttiva 96/71/KE tkun limitata għall-istazzjonar tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor, u b’hekk ikun hemm il-possibbiltà li pajjiżi terzi jikkommettu frodi jew jaħarbu mir-regoli. L-Istati Membri għaldaqstant għandhom joqogħdu attenti u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi evitat li wieħed ikun jista’ jaħrab mil-liġi li jista’ jfisser nuqqasijiet fil-mekkaniżmu ta’ kontroll stabbilit.

Emenda 6

Artikolu 3(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 3

Prevenzjoni tal-abbuż u t-tidwir mar-regoli

1.   Għall-fini tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-elementi fattwali li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa minn impriża fl-Istat li fih tkun stabbilita sabiex jiddeterminaw jekk ġenwinament twettaqx attivitajiet sostanzjali, apparti mill-ġestjoni pura interna u/jew attivitajiet amministrattivi. Dawn l-elementi jistgħu jinkludu:

(a)

il-post fejn l-impriża għandha l-uffiċċju reġistrat u l-amministrazzjoni tagħha, tokkupa l-ispazju ta’ uffiċċju, tħallas it-taxxi, għandha l-liċenzja professjonali jew hija reġistrata mal-kamra tal-kummerċ jew entitajiet professjonali,

(b)

il-post fejn jiġu ngaġġati l-ħaddiema stazzjonati,

(c)

il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-impriża mal-ħaddiema tagħha, min naħa, u mal-klijenti tagħha, min-naħa l-oħra,

(d)

il-post fejn l-impriża twettaq l-attività sostanzjali ta’ negozju tagħha u fejn timpjega persunal amministrattiv,

(e)

l-għadd limitat, mhux normali, ta’ kuntratti mwettqa u/jew id-daqs ta’ fatturat imwettaq fl-Istat Membru tal-istabbiliment.

L-evalwazzjoni ta’ dawn l-elementi għandha tiġi adattata għal kull każ speċifiku u għandha tqis in-natura tal-attivitajiet imwettqa min-naħa tal-impriża fl-Istat Membru fejn hija stabbilita.

Artikolu 3

Prevenzjoni tal-abbuż u t-tidwir mar-regoli

1.   Għall-fini tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-elementi fattwali li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa minn impriża fl-Istat li fih tkun stabbilita sabiex jiddeterminaw jekk ġenwinament twettaqx attivitajiet sostanzjali, apparti mill-ġestjoni pura interna u/jew attivitajiet amministrattivi. Dawn l-elementi jistgħu jinkludu:

(a)

l-Istat Membru fejn l-intrapriża twettaq l-attività professjonali prinċipali tagħha, imkejla mill-unità ta’ ħin imqatta’ minn kull impjegat, u il-post fejn l-impriża għandha l-uffiċċju reġistrat u l-amministrazzjoni tagħha, tokkupa l-ispazju ta’ uffiċċju, tħallas it-taxxi, għandha l-liċenzja professjonali jew hija reġistrata mal-kamra tal-kummerċ jew entitajiet professjonali,

(b)

il-post fejn jiġu ngaġġati l-ħaddiema stazzjonati,

(c)

il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-impriża mal-ħaddiema tagħha, min naħa, u mal-klijenti tagħha, min-naħa l-oħra,

(d)

il-post fejn l-impriża twettaq l-attività sostanzjali ta’ negozju tagħha u fejn timpjega persunal amministrattiv,

(e)

l-għadd limitat, mhux normali, ta’ kuntratti mwettqa u/jew id-daqs ta’ fatturat imwettaq fl-Istat Membru tal-istabbiliment.

L-evalwazzjoni ta’ dawn l-elementi għandha tiġi adattata għal kull każ speċifiku u għandha tqis in-natura tal-attivitajiet imwettqa min-naħa tal-impriża fl-Istat Membru fejn hija stabbilita.

2.   Sabiex issir evalwazzjoni ta’ kemm ħaddiem stazzjonat temporanjament iwettaq ix-xogħol tiegħu/tagħha fi Stat Membru li mhux dak li fih normalment jaħdem/taħdem, l-elementi kollha fattwali li jikkaratterizzaw dan ix-xogħol u s-sitwazzjoni tal-ħaddiem se jiġu eżaminati.

Dawn l-elementi jistgħu jinkludu jekk:

(a)

ix-xogħol jitwettaq għal perjodu limitat ta’ żmien fi Stat Membru ieħor;

(b)

l-istazzjonament iseħħ lejn Stat Membru ieħor li mhux dak li fih jew li minnu l-ħaddiem stazzjonat normalment iwettaq ħidmietu skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 u/jew il-Konvenzjoni ta’ Ruma;

(c)

il-ħaddiem stazzjonat imurx lura jew hux mistenni li jerġa' jibda jaħdem fl-Istat Membru mnejn ikun ġie stazzjonat wara tmiem ix-xogħol jew il-provvista ta’ servizzi li minħabba fihom huwa kien stazzjonat;

(d)

l-iskariġġ, l-ikel u l-alloġġ/l-akkomodazzjoni humiex pprovduti jew hemmx rimborż għalihom minn min iħaddem u jistazzjona l-ħaddiem, u jekk ikun il-każ, kif dan iseħħ; kif ukoll

(e)

xi perjodi preċedenti li fihom kien imtela l-post mill-istess ħaddiem jew minn ħaddiem ieħor (stazzjonat).

L-elementi fattwali kollha li tagħhom hemm lista hawn fuq huma fatturi indikattivi fl-evalwazzjoni komplessiva li trid ssir u għalhekk ma għandhomx jitqiesu b’mod iżolat. Il-kriterji għandhom jiġu adottati għal kull każ speċifiku u għandhom jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni.

2.   L-evalwazzjoni ta’ dawn l-elementi tagħmel parti mill-kwalifikazzjoni tal-ħaddiem stazzjonat fi Stat Membru li jospita l-istazzjonar, kif previst fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi.

3.   Sabiex issir evalwazzjoni ta’ kemm ħaddiem stazzjonat temporanjament iwettaq ix-xogħol tiegħu/tagħha fi Stat Membru li mhux dak li fih normalment jaħdem/taħdem, l-elementi kollha fattwali li jikkaratterizzaw dan ix-xogħol u s-sitwazzjoni tal-ħaddiem se jiġu eżaminati.

Dawn l-elementi jistgħu jinkludu jekk:

(a)

ix-xogħol jitwettaq għal perjodu limitat ta’ żmien fi Stat Membru ieħor;

(b)

l-istazzjonament iseħħ lejn Stat Membru ieħor li mhux dak li fih jew li minnu l-ħaddiem stazzjonat normalment iwettaq ħidmietu skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 u/jew il-Konvenzjoni ta’ Ruma;

(c)

il-ħaddiem stazzjonat imurx lura jew hux mistenni li jerġa' jibda jaħdem fl-Istat Membru mnejn ikun ġie stazzjonat wara tmiem ix-xogħol jew il-provvista ta’ servizzi li minħabba fihom huwa kien stazzjonat;

(d)

bħala prova li huwa kopert mis-sigurtà soċjali fl-Istat Membru ta’ oriġini, il-ħaddiem stazzjonat għandu jkollu formola A1 valida. Din il-formola mhijiex retroattiva. Hija għandha tiġi ppreżentata fil-bidu tal-perjodu tal-istazzjonament u provduta qabel kull spezzjoni;

(e)

l-iskariġġ, l-ikel u l-alloġġ/l-akkomodazzjoni humiex pprovduti jew hemmx rimborż għalihom minn min iħaddem u jistazzjona l-ħaddiem, u jekk ikun il-każ, kif dan iseħħ; kif ukoll

(f)

xi perjodi preċedenti li fihom kien imtela l-post mill-istess ħaddiem jew minn ħaddiem ieħor (stazzjonat).

L-elementi fattwali kollha li tagħhom hemm lista hawn fuq huma fatturi indikattivi fl-evalwazzjoni komplessiva li trid ssir u għalhekk ma għandhomx jitqiesu b’mod iżolat. Il-kriterji għandhom jiġu adottati għal kull każ speċifiku u għandhom jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni.

Raġuni

Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li timpedixxi li fl-Istat Membru tal-istabbiliment jinħolqu intrapriżi li l-attivitajiet tagħhom ikunu fittizji sempliċiment sabiex iduru mar-regoli relatati mal-kundizzjonijiet ta’ xogħol fl-Istat Membru ospitanti.

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 96/71/KE għandu l-għan li jimpedixxi li l-ħaddiema stazzjonati ta’ pajjiż (inkluż pajjiż mhux membru tal-UE) jiġu kkunsidrati bħala persuni li jaħdmu għal rashom u li b’hekk id-Direttiva ma tapplikax għalihom. Pereżempju, ikun biżżejjed jekk ħaddiem impjegat li jwettaq attività fis-settur tal-kostruzzjoni f’pajjiż A isir persuna li taħdem għal rasha minn min jimpjegah fil-pajjiż A, biex dan tal-aħħar jinħeles mill-obbligi tad-Direttiva fl-Istat Membru B fejn il-ħaddiem jiġi stazzjonat. Biex jiġi evitat dan it-tip ta’ frodi, id-Direttiva tal-1996 ħalliet il-pajjiż ospitanti tal-prestazzjoni (jiġifieri l-Istat Membru B hawn fuq) jiddefinixxi l-kunċett ta’ ħaddiem u b’hekk ir-rabta tax-xogħol mal-liġi interna tiegħu. L-uniku punt dgħajjef ta’ din l-istruttura legali jinsab fid-diffikultà li jiġi applikat b’mod konkret il-prinċipju stabbilit: il-lista tal-elementi msemmija fl-Artikolu 4 żgur tikkostitwixxi indiċi għall-iffaċilitar tal-applikazzjoni konkreta tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 96/71/KE.

Emenda 7

Artikolu 3(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Artikolu 3(a)

Sanzjonijiet f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità

F’każ li ma jiġix rispettat l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE jew l-artikoli rilevanti ta’ din id-Direttiva, l-intrapriża u l-ħaddiema kkonċernati tagħha għandhom japplikaw il-leġislazzjoni applikabbli fl-Istat Membri fejn ikun qed jingħata s-servizz. L-impjegati kollha kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment ħieles skont l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Istat Membru li jospita jista’ jirrikjedi minnufih il-provi li l-ħaddiema kkonċernati qed jirċievu trattament ugwali għal dawk mill-Istat Membru fir-rigward tal-kundizzjonijiet kollha tax-xogħol u l-impjieg u d-drittijiet soċjali korrispondenti, b’konformità mal-Artikolu 45 tat-TFUE.

Emenda 8

Artikolu 5(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-patti u l-kondizzjonijiet ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE li jridu jiġu applikati u rrispettati minn min jipprovdi s-servizz tkun disponibbli għal kulħadd b’mod ċar u li jiftiehem u aċċessibbli faċilment, anki mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi, f’formati u skont standards tal-web li jiżguraw aċċess għal persuni b’diżabbiltajiet u li jiżguraw li l-uffiċċji ta’ kollegament jew il-korpi nazzjonali l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE jkunu f’qagħda li jwettqu ħidmiethom b’mod effettiv.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE li jridu jiġu applikati u rrispettati minn min jipprovdi s-servizz tkun disponibbli mingħajr ħlas għal kulħadd b’mod ċar, trasparenti u li jiftiehem u aċċessibbli faċilment, anki mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi, f’formati u skont standards tal-web li jiżguraw aċċess għal persuni b’diżabbiltajiet u li jiżguraw li l-uffiċċji ta' kollegament jew il-korpi nazzjonali l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE jkunu f’qagħda li jwettqu ħidmiethom b’mod effettiv

Raġuni

Sabiex tkun aċċessibbli b’mod effettiv, b’mod partikolari l-informazzjoni trid tkun b’xejn.

Emenda 9

Artikolu 7(4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-obbligu stipulat fil-paragrafi 1 u 2 ma għandux ifisser dmir min-naħa tal-Istat Membru tal-istabbiliment li jwettaq verifiki u kontrolli fattwali fit-territorju tal-Istat Membru li jospita fejn jiġi provdut is-servizz. Dawn il-verifiki u kontrolli għandhom, jekk ikun meħtieġ, jitwettqu mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jospita fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment, skont l-Artikolu 10 u b’konformità mas-setgħat ta’ sorveljanza stipulati fil-liġi, prassi u proċeduri nazzjonali amministrattivi tal-Istat Membru jospita u li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni.

L-obbligu stipulat fil-paragrafi 1 u 2 ma għandux ifisser dmir min-naħa tal-Istat Membru tal-istabbiliment li jwettaq verifiki u kontrolli fattwali fit-territorju tal-Istat Membru li jospita fejn jiġi provdut is-servizz. Dawn il-verifiki u kontrolli għandhom, jekk ikun meħtieġ, jitwettqu mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jospita fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment, skont l-Artikolu 10 u b’konformità mas-setgħat ta’ sorveljanza stipulati fil-liġi, prassi u proċeduri nazzjonali amministrattivi tal-Istat Membru jospita u li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni.

Raġuni

Dan sabiex jitneħħew l-ostakli proċedurali għall-kontrolli tal-fatti kemm fl-Istat Membru tal-istabbilment kif ukoll fl-Istat Membru li jospita.

Emenda 10

Artikolu 9(1), il-kliem tal-bidu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta’ kontroll li ġejjin:

L-Istati Membri jistgħu jimponu biss Sabiex tittejjeb l-applikazzjoni tal-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 96/71/KE, l-Istat Membru li jospita, għandu jimponi mill-inqas ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta’ kontroll li ġejjin:

Raġuni

Minflok ma jiġu proposti rekwiżiti massimi bħalma tipproponi l-Kummissjoni Ewropea, qiegħed jiġi ssuġerit li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi. Din il-bidla fil-loġika barra minn hekk hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(3) kif proposti mill-Kummissjoni Ewropea.

Emenda 11

Artikolu 9(1)(a)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

obbligu fuq min jipprovdi servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor biex jagħmel stqarrija sempliċi lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli mhux aktar tard minn meta tibda l-provvista tas-servizz, l-istqarrija tista’ tkopri biss l-identità tal-fornitur tas-servizz, il-preżenza ta' ħaddiem stazzjonat wieħed jew aktar li jkun identifikabbli b’mod ċar, kemm huwa mistenni jibqa’ u l-post tal-preżenza tiegħu u s-servizzi li jiġġustifikaw l-istazzjonament;

obbligu fuq min jipprovdi servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor biex jagħmel stqarrija sempliċi lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli mhux aktar tard minn meta tibda l-provvista tas-servizz,. Din l-istqarrija tindika li tista’ tkopri biss l-identità tal-fornitur tas-servizz jaf bil-kundizzjonijiet minimi tax-xogħol u l-impjieg fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE fl-Istat Membru fejn qed jingħata s-servizz, u li jirrispettahom. Hija għandha mill-inqas tindika l-perjodu tal-istazzjonament, l-ewwel ġurnata tal-istazzjonament, l-identità u l-għadd ta’ ħaddiema stazzjonati, kif ukoll il-post tax-xogħol fit-territorju tal-Istat Membru li jospita, il-preżenza ta’ ħaddiem stazzjonat wieħed jew aktar li jkun identifikabbli b’mod ċar, kemm huwa mistenni jibqa’ u l-post tal-preżenza tiegħu u s-servizzi li jiġġustifikaw l-istazzjonament.

Raġuni

Dan sabiex jiġi ċċarat x’inhu meħtieġ mid-dikjarazzjoni li għandha ssir mill-fornitur tas-servizz.

Emenda 12

Artikolu 9(1)(b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

obbligu li jinżammu jew ikunu disponibbli u/jew ikunu fil-possess kopji stampati jew b’forma elettronika tal-kuntratt ta’ impjieg (jew dokument ekwivalenti skont it-tifsira tad-Direttiva 91/533, inkluża, fejn xieraq jew rilevanti, l-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva), riċevuti tal-paga, reġistri tal-ħinijiet u prova ta’ ħlas ta' pagi jew kopji ta’ dokumenti ekwivalenti matul il-perjodu ta’ stazzjonament f’post aċċessibbli u identifikat b’mod ċar fuq it-territorju tiegħu, bħall-post tax-xogħol, jew il-post ta’ kostruzzjoni,jew għall-ħaddiema mobbli fis-settur tat-trasport il-bażi tal-operazzjonijiet jew il-vettura li biha jiġi pprovdut is-servizz;

obbligu li jinżammu jew ikunu disponibbli u/jew ikunu fil-possess kopji stampati jew b’forma elettronika tal-kuntratt ta’ impjieg (jew dokument ekwivalenti skont it-tifsira tad-Direttiva 91/533, inkluża, fejn xieraq jew rilevanti, l-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva), riċevuti tal-paga, reġistri tal-ħinijiet u prova ta’ ħlas ta’ pagi, il-formola A1 li tiġġustifika li l-ħaddiem huwa kopert mis-sistema tas-sigurtà soċjali fl-Istat Membru ta’ oriġini, l-evalwazzjoni rikjesta dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, b’konformità mad-Direttiva 89/391/KE u, meta l-ħaddiem stazzjonat ikun ġej minn pajjiż terz, il-kopja tal-permess tax-xogħol u l-awtorizzazzjoni tar-residenza, kif ukoll kull dokument ieħor meħtieġ biex jiġi verifikat li d-Direttiva 96/71/KE u d-direttiva attwali ġew rispettati, jew kopji ta’ dokumenti ekwivalenti matul il-perjodu ta’ stazzjonament f’post

Raġuni

Nota: marbuta mal-emenda għall-Artikolu 3(2)

Emenda 13

Artikolu 11, punt ġdid (4)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 11

Difiża tad-drittijiet – faċilitar ta’ ilmenti – ħlasijiet b’lura

(…)

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trejdjunjins u partijiet terzi oħrajn, bħal assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħra li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu osservati, jistgħu jkunu involuti, għan-nom jew b’sostenn tal-ħaddiema stazzjonati jew ta’ min jimpjegahom, bl-approvazzjoni tagħhom, f’kull proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv stipulat bl-objettiv ta’ implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u/jew l-infurzar tal-obbligi skont din id-Direttiva.

Artikolu 11

Difiża tad-drittijiet – faċilitar ta’ ilmenti – ħlasijiet b’lura

(…)

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trejdjunjins u partijiet terzi oħrajn, bħal assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħra li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu osservati, jistgħu jkunu involuti, għan-nom jew b’sostenn tal-ħaddiema stazzjonati jew ta’ min jimpjegahom, bl-approvazzjoni tagħhom, f’kull proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv stipulat bl-objettiv ta’ implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u/jew l-infurzar tal-obbligi bil-għan li jiġu rispettati d-drittijiet skont din id-Direttiva. It-trejdjunjins għandhom id-dritt ukoll li jaġixxu f’isem il-ħaddiema stazzjonati bl-approvazzjoni tagħhom.

4.   Ir-rappreżentanti tal-ħaddiema, b’mod partikolari l-membri tal-Kumitati tal-Intrapriżi Ewropej tas-settur tal-kostruzzjoni għandhom id-dritt li fi kwalunkwe ħin jiġbdu l-attenzjoni tat-trejdjunjins u l-awtoritajiet kompetenti għall-kontroll tal-applikazzjoni tal-liġi dwar kwalunkwe sitwazzjoni ta’ stazzjonar li tista’ tqajjem dubji serji dwar ir-rispett tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg ta’ ħaddiema stazzjonati;

5. 4.   Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw mingħajr ħsara għar-regoli nazzjonali dwar skadenzi ta’ preskrizzjoni jew limiti ta’ żmien biex iressqu azzjonijiet bħal dawn.

Raġuni

Ir-rappreżentanti mħallsa tal-intrapriżi u b’mod partikolari l-membri tal-Kumitati tal-Intrapriżi Ewropej għandhom kuntatt dirett mar-realtajiet tad-diversi intrapriżi u stabbilimenti fl-Istati Membri. Peress li huma osservaturi ġenwini tar-relazzjonijiet tax-xogħol fi ħdan l-intrapriżi nnifishom jew fil-livell transnazzjonali, għandu jkollhom id-dritt li jiġbdu l-attenzjoni f’każijiet ta’ frodi fl-applikazzjoni tat-testi relatati mal-istazzjonar tal-ħaddiema.

Emenda 14

Artikolu 12(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 12

Subkuntrattar – Responsabbiltà in solidum

Fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fl-Anness tad-Direttiva 96/71/KE, għas-sitwazzjonijiet kollha ta’ stazzjonament koperti bl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw fuq bażi ta’ non-diskriminazzjoni fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet ekwivalenti tal-impjegati tas-subkuntratturi diretti stabbiliti fit-territorju tagħhom, li l-kuntrattur li tiegħu min jimpjega (fornitur tas-servizz jew impriża ta’ impjieg temporanju jew aġenzija ta’ kollokament) huwa subkuntrattur dirett jista’, flimkien ma’ jew minflok min jimpjega, jinżamm responsabbli mill-ħaddiem stazzjonat u/jew fondi komuni jew istituzzjonijiet ta’ imsieħba soċjali għan-nuqqas ta’ ħlas ta’ dan li ġej:

Artikolu 12

Subkuntrattar – Responsabbiltà in solidum

Kull Stat Membru għandu, mingħajr diskriminazzjoni, jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżgura li intrapriża li taħtar intrapriża oħra biex tipprovdi servizzi tinżamm responsabbli, flimkien ma’ jew minflok min jimpjega, għall-obbligi tat-tali intrapriża jew kuntrattur jew min ikun ħallas għas-servizz, għax-xogħol assenjat minn din l-intrapriża. Fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fl-Anness tad-Direttiva 96/71/KE, għas-sitwazzjonijiet kollha ta’ stazzjonament koperti bl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw fuq bażi ta’ non-diskriminazzjoni fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet ekwivalenti tal-impjegati tas-subkuntratturi diretti stabbiliti fit-territorju tagħhom, li l-kuntrattur li tiegħu min jimpjega (fornitur tas-servizz jew impriża ta’ impjieg temporanju jew aġenzija ta’ kollokament) huwa subkuntrattur dirett jista’, flimkien ma’ jew minflok min jimpjega, jinżamm responsabbli mill-ħaddiem stazzjonat u/jew fondi komuni jew istituzzjonijiet ta’ imsieħba soċjali għan-nuqqas ta’ ħlas ta’ dan li ġej:

Raġuni

M’hemm l-ebda raġuni għalfejn il-katini tas-sottokuntrattar għandhom jiġu rregolati biss fis-settur tal-kostruzzjoni. L-emenda tippreċiża wkoll l-obbligi li jridu jiġu osservati.

Emenda 15

Artikolu 12(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kuntrattur li eżerċita d-diliġenza dovuta ma għandux ikun risponsabbli skont il-paragrafu 1. Sistemi bħal dawn għandhom jiġu applikati b’mod trasparenti, mhux diskriminatorju u proporzjonat. Jistgħu jimplikaw miżuri preventivi li ttieħdu mill-kuntrattur dwar il-prova pprovduta mis-subkuntattur tal-kundizzjoniiet ewlenin tax-xogħol applikati għall-ħaddiema stazzjonati kif spejgat fl-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 96/71.KE, inklużi ir-rendikonti tal-paga u l-pagamenti tas-salarji, skont l-obbligi tas-sigurtà soċjali u/jew tat-tassazzjoni fl-Istat Memrbu ta’ stabbiliment u f'konformità mar-regoli applikabbli għall-istazzjonament tal-ħaddiema.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kuntrattur li eżerċita d-diliġenza dovuta ma għandux ikun risponsabbli skont il-paragrafu 1. Sistemi bħal dawn għandhom jiġu applikati b’mod trasparenti, mhux diskriminatorju u proporzjonat. Jistgħu jimplikaw miżuri preventivi li ttieħdu mill-kuntrattur dwar il-prova pprovduta mis-subkuntattur tal-kundizzjoniiet ewlenin tax-xogħol applikati għall-ħaddiema stazzjonati kif spejgat fl-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 96/71.KE, inklużi ir-rendikonti tal-paga u l-pagamenti tas-salarji, skont l-obbligi tas-sigurtà soċjali u/jew tat-tassazzjoni fl-Istat Memrbu ta’ stabbiliment u f'konformità mar-regoli applikabbli għall-istazzjonament tal-ħaddiema.

Raġuni

M’hemmx definizzjoni fil-livell Ewropew tal-kunċett “diliġenza dovuta”. Barra minn hekk l-emenda għandha l-għan li tassigura li l-kuntratturi jibqgħu responsabbli milli jivverifikaw li s-sottokuntratturi qegħdin jirrispettaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Emenda 16

Artikolu 12(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jistgħu, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, jipprovdu regoli ta’ responsabbiltà aktar strinġenti skont il-liġi nazzjonali fuq bażi mhux diskriminatorja u proporzjonata fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-firxa tar-risponsabbiltà tas-subkuntrattar. L-Istati Membri jistgħu ukoll, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, jipprovdu għal responsabbiltà bħal din fis-setturi għajr dawk li jinsabu fl-Anness għad-Direttiva 96/71/KE. L-Istati Membri jistgħu f’dawn il-kazijiet jipprovdu li kuntrattur li eżerċita d-diliġenza dovuta kif definit fil-liġi nazzjonali ma għandux ikun responsabbli.

L-Istati Membri jistgħu, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, jipprovdu regoli ta’ responsabbiltà aktar strinġenti skont il-liġi nazzjonali fuq bażi mhux diskriminatorja u proporzjonata fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-firxa tar-risponsabbiltà tas-subkuntrattar. L-Istati Membri jistgħu ukoll, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, jipprovdu għal responsabbiltà bħal din fis-setturi għajr dawk li jinsabu fl-Anness għad-Direttiva 96/71/KE. L-Istati Membri jistgħu f’dawn il-kazijiet jipprovdu li kuntrattur li eżerċita d-diliġenza dovuta kif definit fil-liġi nazzjonali ma għandux ikun responsabbli.

Raġuni

M’hemmx definizzjoni fil-livell Ewropew tal-kunċett “diliġenza dovuta”. Barra minn hekk l-emenda għandha l-għan li tassigura li l-kuntratturi jibqgħu responsabbli milli jivverifikaw li s-sottokuntratturi qegħdin jirrispettaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Emenda 17

Artikolu 12 – punt ġdid 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

4a.

F’każ ta’ nuqqas ta’ ftehim bejn l-imsieħba soċjali fis-settur ikkonċernat dwar l-istabbiliment ta’ għadd limitat ta’ livelli ta’ sottokuntrattar, dan in-numru għandu jkun limitat għal tlieta;

Raġuni

Din l-emenda tkompli fuq il-punt 28 tar-rakkomandazzjonijiet ta’ politika tal-opinjoni.

Emenda 18

Artikolu 18, artikolu ġdid wara l-Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Artikolu ġdid

Klawżola ta’ nonrigressjoni

L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva taħt l-ebda ċirkustanza ma għandha tiġġustifika t-tnaqqis fil-livell ġenerali ta’ protezzjoni tal-ħaddiema fl-oqsma koperti b’din id-Direttiva. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali li jistabbilixxu, fid-dawl tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni, dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew kuntrattwali differenti minn dawk li jkunu ġew stabbiliti fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, dejjem jekk ikunu sodisfatti l-ħtiġiet minimi stabbiliti f’din id-Direttiva.

Raġuni

Din il-klawżola ta’ “nonrigressjoni” issa ġiet introdotta f’bosta direttivi Komunitarji u għandha l-għan li ttejjeb l-applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi fl-Istati Membri. It-traspożizzjoni ta’ direttiva fi Stat Membru m’għandhiex twassal għat-tnaqqis tal-livell ta’ protezzjoni eżistenti fl-oqsma tad-direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligazzjoni in solidum prevista fl-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva.

Emenda 19

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 21

Rapport

Mhux iktar tard minn ħames snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u tagħmel proposti xierqa fejn ikun hemm bżonn.

Artikolu 21

Rapport

Mhux iktar tard minn ħames snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u tagħmel proposti xierqa fejn ikun hemm bżonn.

Raġuni

Din il-bidla saret sabiex ikun hemm koerenza mal-għażla tal-Artikolu 153 tat-TFUE bħala l-bażi legali tal-Proposta għal Direttiva.

Brussell, 29 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/81


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “L-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea”

2013/C 17/13

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jappoġġja l-Abbozz ta’ Regolament dwar l-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea (FE) propost mill-Kummissjoni, u jqis li dan jikkontribwixxi għall-kontinwità tal-adozzjoni tar-Regolament dwar l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini;

jappoġġja, għaldaqstant, l-Abbozz ta’ Regolament dwar l-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea (FE) propost mill-Kummissjoni, u jagħraf li dan jikkontribwixxi għall-kontinwità tal-addozzjoni tar-Regolament dwar l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini u ta’ dak dwar il-ħolqien ta’ statut tar-raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) sabiex tiġi faċilitata u promossa l-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali fil-livell Komunitarju;

isostni li jeħtieġ li dan l-istatut għandu jindirizza l-kwistjonijiet tas-semplifikazzjoni u tal-effettività għall-fondazzjonijiet biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu b’mod aktar effikaċi fuq il-proġetti transkonfinali jew transnazzjonali waħidhom jew fi sħubija mal-atturi nazzjonali, lokali u reġjonali, filwaqt li fl-istess ħin iwieġeb għar-rieda tal-pubbliku li jkun hemm salvagwardja legali u li jiġu ċarati l-funzjonament u l-finanzjament tagħhom;

jifhem it-tħassib li jinstab bilanċ bejn ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri differenti fir-rigward tal-ammont minimu ta’ assi mistennija minn fondazzjoni u x-xewqa li jiġi faċilitat il-ħolqien ta’ FE fit-territorju kollu tal-Unjoni. Madankollu, il-Kumitat jistinka sabiex jiggarantixxi lid-donaturi u liċ-ċittadini stabbiltà patrimonjali biżżejjed tal-FE, u minn naħa jixtieq li l-livell minimu ta’ assi meħtieġa għar-reġistrazzjoni ta’ FE jissaħħaħ billi jiżdied għal EUR 50 000 minflok EUR 25 000, li jikkunsidra bħala ammont wisq baxx u, min-naħa l-oħra, li dan l-ammont jinżamm tul il-ħajja kollha tal-FE, u li jekk ma jiġix rispettat dan l-ammont minimu l-FE xxolji;

Relatur

Is-Sinjura BRUNET-LECHENAULT (FR/PSE), Viċi President tal-Kunsill Ġenerali ta’ Saône et Loire

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea (FE)

COM(2012) 35 final

I.   INTRODUZZJONI

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

huwa konxju mill-piż ekonomiku u mir-rwol essenzjali li għandhom il-fondazzjonijiet fil-firxa sħiħa tat-territorju Ewropew, fl-oqsma kollha tal-interess pubbliku u b’mod partikolari f’dak kollu li jikkonċerna l-oqsma ta’ kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħalma huma s-servizzi soċjali u tas-saħħa, is-sigurtà soċjali, l-arti u l-kultura, l-edukazzjoni u t-taħriġ, ix-xjenzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni jew l-ambjent;

2.

jifhem u jiddeplora d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-fondazzjonijiet sabiex jieħdu azzjoni lil hinn mill-ostakli nazzjonali fi proġetti transkonfinali jew transnazzjonali, li jwassluhom biex jidħlu fi spejjeż kbar ta’ konsulenza jew struttura, meta dawn il-flejjes setgħu ntużaw b’mod aktar effikaċi fit-twettiq tal-missjonijiet soċjali tagħhom;

3.

jappoġġja l-Abbozz ta’ Regolament dwar l-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea (FE) propost mill-Kummissjoni, u jqis li dan jikkontribwixxi għall-kontinwità tal-adozzjoni tar-Regolament dwar l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini;

4.

barra minn hekk jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni tikkonċerna l-perspettiva usa’ ta’ sikurezza tal-attivitajiet tal-ekonomija soċjali u solidali fil-kuntest tas-suq intern u f’dan ir-rigward jittama li l-adozzjoni tal-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea twitti t-triq għal statut tal-Assoċjazzjonijiet Mutwi Ewropej;

5.

isostni li jeħtieġ li dan l-istatut jindirizza l-kwistjonijiet tas-semplifikazzjoni, tal-effettività u tas-salvagwardja legali għall-fondazzjonijiet biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu aħjar fuq il-proġetti transkonfinali jew transnazzjonali waħidhom jew fi sħubija mal-atturi nazzjonali, lokali u reġjonali;

6.

jenfasizza wkoll li dan l-istatut għandu jkollu l-għan li jikkjarifika għaċ-ċittadini il-funzjonament u l-finanzjament tal-fondazzjonijiet;

7.

jixtieq li tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-FE, mhux biss meta din tinħoloq iżda tul il-ħajja kollha tagħha, u li d-dispożizzjonijiet legali applikabbli għaliha jkunu jinsabu kemm jista’ jkun fl-Abbozz ta’ Regolament u l-istatuti ta’ kull FE, mingħajr wisq referenza għal-liġi nazzjonali;

8.

ifakkar li, fejn l-FE jkunu kapaċi jiġbru fondi privati jew jirċievu finanzjament pubbliku sabiex iwettqu l-missjonijiet tagħhom, dawn għandhom ikunu soġġetti għal obbligi ta’ kontabbiltà fir-rigward tal-użu ta’ dawn il-fondi, kemm fir-rigward tal-finanzjaturi tagħhom kif ukoll taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea;

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-piż ekonomiku tas-settur tal-fondazzjonijiet

9.

jinnota li s-settur tal-fondazzjonijiet huwa ta’ importanza mhux negliġibbli b’livell globali ta’ nfiq annwali ta’ madwar EUR 150 biljun u li jipprovdi impjieg full-time dirett lil madwar miljun persuna fl-Unjoni Ewropea kollha;

10.

jinnota li huwa fl-interess tal-fondazzjonijiet li jaħdmu lil hinn mill-konfini nazzjonali tagħhom sabiex iwieġbu b’mod globali għall-problemi trasversali bħalma huma l-problemi tal-migrazzjoni, l-iżvilupp soċjoekonomiku, l-eċċellenza xjentifika, id-drittijiet tal-bniedem, l-ambjent, eċċ.

11.

jenfasizza, b’mod partikolari, ir-rwol li l-fondazzjonijiet jistgħu jaqdu fir-rigward tal-użu tar-riżorsi proprji u l-kreattività tagħhom f’perjodu ta’ kriżi politika, finanzjarja u soċjali kbira ħafna fl-Ewropa, fejn jidher biċ-ċar li huwa essenzjali li jiġu analizzati l-opportunitajiet kollha biex tissaħħaħ l-Unjoni Ewropea u biex jiġu żgurati futur u prospetti ta’ tkabbir għaċ-ċittadini tagħha;

Restrizzjonijiet amministrattivi ibsin u għaljin

12.

josserva li l-fondazzjonijiet jistgħu jiffaċċjaw diffikultajiet fil-funzjonament transnazzjonali jew transkonfinali tagħhom minħabba regoli imposti mil-leġislazzjonijiet nazzjonali li jġegħluhom jonfqu parti mir-riżorsi tagħhom, li hija stmata f’ammont ta’ madwar EUR 90 u 102 miljun fis-sena, għal pariri jew spejjeż amministrattivi diversi minflok ma jużaw dawn il-fondi biex jimplimentaw proġetti ta’ interess pubbliku, waħidhom jew fi sħubija ma’ fondazzjonijiet jew awtoritajiet lokali u reġjonali oħra;

Għal statut li jsaħħaħ l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini permezz tar-rwol tal-fondazzjonijiet

13.

jenfasizza li l-attivitajiet tal-fondazzjonijiet, li ħafna drabi jinħolqu fuq l-inizjattiva ta’ persuni taħt il-liġi privata (individwi jew intrapriżi), jibbażaw fuq proġetti ta’ interess ġenerali importanti ħafna għaċ-ċittadini Ewropej, u ta’ spiss jikkonċernaw oqsma ta’ kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, b’mod speċjali s-servizzi soċjali u tas-saħħa, is-sigurtà soċjali, l-arti u l-kultura, l-edukazzjoni u t-taħriġ, ix-xjenzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni, eċċ.

14.

iqis li l-għażla ta’ forma legali ġdida, bħala alternattiva għall-istatuti nazzjonali u li tikkorrispondi għal statut ta’ “Fondazzjoni Ewropea” ser tkun element essenzjali fit-titjib tar-rwol tal-fondazzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni Ewropea;

15.

jappoġġja, għaldaqstant, l-Abbozz ta’ Regolament dwar l-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea (FE) propost mill-Kummissjoni, u jagħraf li dan jikkontribwixxi għall-kontinwità tal-addozzjoni tar-Regolament dwar l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini u ta’ dak dwar il-ħolqien ta’ statut tar-raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) sabiex tiġi faċilitata u promossa l-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali fil-livell Komunitarju;

16.

huwa tal-fehma li l-Artikolu 352 tat-TFUE – li jipprevedi l-adozzjoni mill-Kunsill, b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jingħata l-kunsens mill-Parlament Ewropew, ta’ miżuri adegwati għat-twettiq ta’ wieħed mill-objettivi stipulati mit-Trattati – huwa l-unika bażi legali pertinenti għal din il-proposta għal regolament, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi fit-Trattati li, f’dan ir-rigward, jagħti b’mod espliċitu l-kompetenza lill-istituzzjonijiet tal-UE. Din l-għażla tikkonforma mal-għażla li kienet saret fil-passat li jiġu adottati dispożizzjonijiet relatati ma’ statuti oħra bħalma huma dak tal-kumpanija Ewropea jew tal-Grupp Ewropew ta’ Interess Ekonomiku u bla ebda mod ma taffettwa r-regolamenti nazzjonali li jirregolaw il-fondazzjonijiet. Il-Kumitat jinnota wkoll li, fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ twissija bikrija relatat mal-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-proposta għal regolament kienet is-suġġett ta’ opinjoni motivata waħda biss mid-19-il parlament nazzjonali li analizzaw il-kwistjoni;

17.

isostni li jeħtieġ li dan l-istatut għandu jindirizza l-kwistjonijiet tas-semplifikazzjoni u tal-effettività għall-fondazzjonijiet biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu b’mod aktar effikaċi fuq il-proġetti transkonfinali jew transnazzjonali waħidhom jew fi sħubija mal-atturi nazzjonali, lokali u reġjonali, filwaqt li fl-istess ħin iwieġeb għar-rieda tal-pubbliku li jkun hemm salvagwardja legali u li jiġu ċarati l-funzjonament u l-finanzjament tagħhom;

Il-promozzjoni tad-dimensjoni Ewropea

18.

jixtieq li d-dimensjoni Ewropea tal-FE tiġi promossa aktar billi din tkun meħtieġa twettaq, jew tfittex li twettaq, attivitajiet transnazzjonali jew transkonfinali mhux biss meta tinħoloq iżda tul il-ħajja kollha tagħha;

19.

jiddispjaċih li, f’dan ir-rigward, l-abbozz ta’ regolament ta’ spiss jirreferi għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri għaliex jemmen li dan l-approċċ huwa sors ta’ nuqqas ta’ sikurezza legali għall-FE fin-nuqqas ta’ regoli ta’ armonizzazzjoni;

L-obbligu li jkun hemm ċarezza, affidabbiltà u trasparenza

20.

ifakkar li l-kapaċità li l-FE jiġbru fondi privati jew jirċievu finanzjament pubbliku sabiex iwettqu l-missjonijiet tagħhom timplika li dawn ikunu kapaċi jassiguraw lid-donaturi u l-finanzjaturi tagħhom, kif ukoll liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea, l-aqwa sigurtà fir-rigward tal-istabbiltà tagħhom kif ukoll trasparenza assoluta fir-rigward tal-governanza tagħhom u l-użu tal-fondi li jingħataw;

Sabiex jiġi kjarifikat l-objettiv tal-FE

21.

jisħaq li fi wħud mill-Istati Membri, it-termini “benefiċċju pubbliku” u ta’ “interess ġenerali” ikopru kunċetti differenti u f’ċerti każijiet jistgħu jirreferu jew għal proċedura jew għal statut legali partikolari tal-liġi nazzjonali jew inkella għal approċċ speċifikament fiskali, u jipproponi għaldaqstant li tiġi armonizzata t-terminoloġija użata filwaqt li tinżamm l-espressjoni “interess pubbliku”, fejn din għandha titqies b’mod uniformi f’kull Stat Membru sabiex jiġi determinat is-suġġett tal-FE, filwaqt li jiġi eskluż kull approċċ fiskali;

22.

jixtieq ukoll li l-espressjoni “sport mhux professjonali” tiġi definita fl-Artikolu 5 tal-abbozz sabiex jiġi evitat li azzjonijiet imwettqa mill-FE jispiċċaw jappoġġjaw prattiki li jaqgħu aktar fl-ambitu tal-isport professjonali.

Lejn affidabbiltà msaħħa

23.

jifhem it-tħassib li jinstab bilanċ bejn ir-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri differenti fir-rigward tal-ammont minimu ta’ assi mistennija minn fondazzjoni u x-xewqa li jiġi faċilitat il-ħolqien ta’ FE fit-territorju kollu tal-Unjoni. Madankollu, il-Kumitat jistinka sabiex jiggarantixxi lid-donaturi u liċ-ċittadini stabbiltà patrimonjali biżżejjed tal-FE, u minn naħa jixtieq li l-livell minimu ta’ assi meħtieġa għar-reġistrazzjoni ta’ FE jissaħħaħ billi jiżdied għal EUR 50 000 minflok EUR 25 000, li jikkunsidra bħala ammont wisq baxx u, min-naħa l-oħra, li dan l-ammont jinżamm tul il-ħajja kollha tal-FE, u li jekk ma jiġix rispettat dan l-ammont minimu l-FE xxolji;

24.

iqis li huwa ovvju li l-FE ma jkollhomx skop ta’ qligħ, iżda jammetti wkoll li dawn jistgħu jitħeġġu jagħmlu attivitajiet ekonomiċi sabiex iwettqu l-missjonijiet tagħhom ta’ interess pubbliku, u jipproponi li jiġi emendat l-Artikolu 11 sabiex jiġu definiti aħjar il-limiti li fihom FE tista’ twettaq attivitajiet ekonomiċi;

25.

iqis li l-kwistjoni tar-rimunerazzjoni tal-membri tal-bord ta’ tmexxija u tal-kunsill superviżorju tal-FE hija konsegwenza tal-karattru mingħajr skop ta’ qligħ tagħhom u li l-abbozz għandu jeżamina r-regoli ta’ prinċipju fir-rigward ta’ dan is-suġġett;

26.

jixtieq li jiġu ċarati l-prinċipji relatati mal-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess; iqis il-formulazzjoni attwali bħala sors ta’ interpretazzjonijiet li jvarjaw li jista’ jkollhom effett kuntrarju għal dak mixtieq;

27.

japprova r-regoli mressqa rigward il-kontabbiltà u t-trasparenza, iżda jissuġġerixxi li jiġu ċarati u ppreċiżati l-modalitajiet ta’ kontroll u ta’ reklamar tal-attività tal-FE;

Ħtieġa ta’ armonizzazzjoni

28.

jagħraf l-importanza ta’ dixxiplina baġitarja li ddeterminat l-għażla li tinħoloq awtorità superviżorja tal-FE fil-livell nazzjonali minflok li tiġi definita proċedura u jinħoloq korp ta’ kontroll fil-livell Ewropew;

29.

jagħraf il-pertinenza li jiġu integrati dispożizzjonijiet ta’ natura fiskali fl-abbozz tal-istatut, iżda jesprimi r-riżervi tiegħu dwar l-estensjoni awtomatika għall-FE tal-iskema fiskali mogħtija lill-entitajiet nazzjonali ta’ interess pubbliku minħabba differenzi sinifikanti li jeżistu bejn l-Istati Membri rigward il-kundizzjonijiet għall-konċessjoni ta’ dawn l-iskemi fiskali ta’ favuri nazzjonali.

III.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 2(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(5)

‘entità bi skop ta’ benefiċċju pubbliku’ tfisser fondazzjoni bi skop ta’ benefiċċju pubbliku u/jew korp ta' korporazzjoni simili bi skop ta’ benefiċċju pubbliku mingħajr sħubija ffurmata skont il-liġi ta’ wieħed mill-Istati Membri;

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(5)

‘entità bi skop ta’ benefiċċju pubbliku’ ‘entità ta’ interess pubbliku’ tfisser fondazzjoni bi skop ta’ benefiċċju interess pubbliku u/jew korp ta’ korporazzjoni simili bi skop ta’ benefiċċju interess pubbliku mingħajr sħubija ffurmata skont il-liġi ta’ wieħed mill-Istati Membri;

Raġuni

Fl-ewwel emenda tagħha, ir-relatur tipproponi li “entità bi skop ta’ benefiċċju pubbliku” tinbidel għal “entità ta’ interess pubbliku”.

Emenda 2

Artikolu 5(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 5

Skop ta’ benefiċċju pubbliku

1.   Il-FE għandha tkun entità kostitwita b’mod separat għal skop ta’ benefiċċju pubbliku.

Artikolu 5

Skop ta’ interess benefiċċju pubbliku

1.   Il-FE għandha tkun entità kostitwita b’mod separat għal skop ta’ interess benefiċċju pubbliku.

Raġuni

It-terminu “interess pubbliku” jippermetti l-armonizzazzjoni tal-kunċetti ta’ “benefiċċju pubbliku” u ta’ “interess ġenerali” u jillimita r-riskji li jkun hemm konfużjoni mal-kunċetti tal-liġi fiskali jew tal-liġi pubblika użati f’ċerti Stati Membri bil-ħsieb li jingħata statut jew skema fiskali partikolari lill-fondazzjonijiet tal-liġi nazzjonali.

Emenda 3

Artikolu 5(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 5

Skop ta’ benefiċċju pubbliku

Artikolu 5

Skop ta’ benefiċċju pubbliku

2.   Il-FE għandha sservi l-interess pubbliku b’mod ġenerali.

2.   Il-FE għandha sservi l-interess pubbliku b’mod ġenerali.

Tista’ tinħoloq għall-iskopijiet li ġejjin biss, li għalihom l-assi tagħha jridu jkunu ddedikati b’mod irrevokabbli:

Tista’ tinħoloq għall-iskopijiet li ġejjin biss, li għalihom l-assi tagħha jridu jkunu ddedikati b’mod irrevokabbli:

a)

[…]

a)

[…]

r)

l-isport mhux professjonali;

r)

l-isport mhux professjonali definit bħala prattika ta’ attivitajiet sportivi minn persuni li ma jagħmlux dħul regolari u sinifikanti minnhom;

s)

[…].

s)

[…].

 

t)

id-difiża tal-vittmi tal-vjolenza ta’ kull tip.

Raġuni

Jidher li huwa utli li l-kunċett ta’ sport mhux professjonali jiġi definit b’mod preċiż għaliex, skont l-isport inkwistjoni, il-prattiki jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor, u għaliex ċertu sport, meqjus bħala mhux professjonali, huwa madankollu pprattikat f’livell u f’kundizzjonijiet li huma viċin tal-eżerċizzju ta’ attività professjonali, li ma tidħolx fl-ambitu tal-interess pubbliku.

Barra minn hekk, jidher utli li tiżdied id-difiża tal-vittimi ta’ kull tip ta’ vjolenza. Tiġi enfasizzata l-importanza tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi msemmija fil-punt ta’ wara.

Emenda 4

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 6

Komponent transfruntier

Artikolu 6

Komponent transfruntier Ewropew

Fi żmien ir-reġistrazzjoni, il-FE għandu jkollha attivitajiet jew għan statutorju li twettaq attivitajiet f’tal-inqas żewġ Stati Membri.

Fi żmien ir-reġistrazzjoni, il-FE għandu jkollha attivitajiet jew bħala għan statutorju li twettaq attivitajiet f’tal-inqas żewġ Stati Membri. Ladarba tkun irreġistrata Fi żmien ir-reġistrazzjoni , il-FE għandu jkollha attivitajiet jew għan statutorju li twettaq attivitajiet f’tal-inqas żewġ Stati Membri.

 

Hi għandha tkompli twettaq dawn l-attivitajiet f’tal-inqas żewġ Stati Membri tul l-eżistenza kollha tagħha.

Raġuni

L-għan tal-emenda proposta huwa li tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-FE filwaqt li jkun żgurat li din twettaq realment l-attivitajiet tagħha f’bosta Stati Membri tul il-ħajja kollha tagħha u mhux biss fil-mument meta tinħoloq. Fil-każ ta’ FE ġdida, li ma tkunx tista’ twettaq attivitajiet meta tkun qed tiġi rreġistrata, id-dimensjoni Ewropea tagħha trid tidher fl-għan statutorju, li jwassal għall-modifika fil-kliem.

Emenda 5

Artikolu 7(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 7

Assi

2.   Il-FE għandu jkollha assi ekwivalenti għal tal-inqas EUR 25 000.

Artikolu 7

Assi

2.   Il-FE, meta tiġi reġistrata u tul l-eżistenza kollha tagħha, għandu jkollha assi ekwivalenti għal tal-inqas EUR 250000.

Raġuni

Sabiex jiġu garantiti aħjar l-istabbiltà u l-affidabbiltà li għandhom jikkaratterizzaw FE, il-Kumitat jipproponi li jiżdiedu l-assi rikjesti fid-data ta’ reġistrazzjoni għal EUR 50 000 u li dawn jinżammu tul l-eżistenza kollha tagħha.

Emenda 6

Artikolu 10(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 10

Kapaċità legali

1.   Il-FE għandu jkollha kapaċità legali sħiħa fl-Istati Membri kollha.

Artikolu 10

Kapaċità legali

1.   Il-FE għandu jkollha kapaċità legali sħiħa fl-Istati Membri kollha, sakemm dan ir-regolament ma jipprevedix xi restrizzjonijiet .

Sakemm ma tkunx ristretta mill-istatuti tagħha, il-FE għandu jkollha d-drittijiet neċessarji kollha biex twettaq l-attivitajiet tagħha, inkluż id-dritt li tippossjedi proprjetà mobbli u immobbli, li tagħti għotjiet, tiġbor fondi, tirċievi u żżomm donazzjonijiet ta’ kwalunkwe tip, inklużi ishma u strumenti negozjabbli oħra, wirt u rigali in natura minn kwalunkwe sors legali anki minn pajjiżi terzi.

Sakemm ma tkunx ristretta mill-istatuti tagħha, il-FE għandu jkollha d-drittijiet neċessarji kollha biex twettaq l-attivitajiet tagħha, inkluż id-dritt li tippossjedi proprjetà mobbli u immobbli, li tagħti għotjiet, tiġbor fondi, tirċievi u żżomm donazzjonijiet ta’ kwalunkwe tip, inklużi ishma u strumenti negozjabbli oħra, wirt u rigali in natura minn kwalunkwe sors legali anki minn pajjiżi terzi.

Fejn neċessarju għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha, il-FE għandu jkollha d-dritt ta’ stabbiliment fi kwalunkwe Stat Membru.

Fejn neċessarju għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha, il-FE għandu jkollha d-dritt ta’ stabbiliment fi kwalunkwe Stat Membru.

Raġuni

Fir-rigward tar-restrizzjonijiet għall-attivitajiet ekonomiċi tal-FE previsti fl-Artikolu 11 (jiġifieri l-qadi ta’ għanijiet ta’ interess pubbliku, u l-awtorizzazzjoni tal-eżerċizzju ta’ attivitajiet ekonomiċi indipendenti mill-għan ta’ interess pubbliku sa mhux aktar minn 10 % tad-dħul annwali net, sakemm ir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet jiġu preżentati separatament fil-kontijiet tiegħu u li dawn isiru biss biex jintlaħaq l-għan ta’ interess pubbliku), għandu jitkompla l-proċess li permezz tiegħu l-FE jkollha għad-dispożizzjoni tagħha kapaċità legali sħiħa fl-Istati Membri kollha.

Emenda 7

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 11

Attivitajiet ekonomiċi

Artikolu 11

Attivitajiet ekonomiċi

1.   Sakemm ma tkunx ristretta mill-istatuti tagħha, il-FE għandu jkollha l-kapaċità u tkun libera li tieħu sehem f'kummerċ jew f’attivitajiet ekonomiċi oħrajn jekk kwalunkwe profitt jintuża esklussivament sabiex jinkiseb/jinkisbu l-iskop(ijiet) ta’ benefiċċju pubbliku tagħha.

1.   Sakemm ma tkunx ristretta mill-istatuti tagħha, il-FE għandu jkollha l-kapaċità li twettaq attivitajiet ekonomiċi jekk dawn ma jkunux separabbli mill-missjonijiet tagħha ta’ interess pubbliku bil-kundizzjoni li l-benefiċċji kollha jiġu mmirati lejn l-għan tagħha ta’ interess pubbliku. Sakemm ma tkunx ristretta mill-istatuti tagħha, il-FE għandu jkollha l-kapaċità u tkun libera li tieħu sehem f'kummerċ jew f’attivitajiet ekonomiċi oħrajn jekk kwalunkwe profitt jintuża esklussivament sabiex jinkiseb/jinkisbu l-iskop(ijiet) ta’ benefiċċju pubbliku tagħha.

2.   Attivitajiet ekonomiċi mhux relatati mal-iskop ta’ benefiċċju pubbliku tal-FE huma permessi sa 10% tal-fatturat nett annwali tal-FE jekk ir-riżultati mill-attivitajiet mhux relatati jiġu ppreżentati fil-kontijiet b’mod separat.

2.   Attivitajiet ekonomiċi mhux relatati mal-iskop ta’ interess benefiċċju pubbliku tal-FE huma permessi biss sa limitu ta’ 10% tar-riżorsi annwali netti tal-fatturat nett annwali tal-FE bil-kundizzjoni li jekk ir-riżultati mill-attivitajiet mhux relatati jiġu ppreżentati fil-kontijiet b’mod separat u li jkunu totalment assoċjati mat-twettiq tal-missjonijiet tagħha ta’ interess pubbliku.

Raġuni

L-emenda proposta għandha l-għan li tinkwadra aħjar il-kapaċità ta’ FE biex twettaq attivitajiet ekonomiċi b’mod li jiġi evitat li titlef il-karattru essenzjali ta’ entità mingħajr skop ta’ qligħ billi twettaq b’mod abbużiv ħidmiet ta’ natura purament kummerċjali mhux marbuta mal-missjoni tagħha.

Emenda 8

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 21

Reġistrazzjoni

Artikolu 21

Reġistrazzjoni

1.   Il-FE għandha tiġi reġistrata fi Stat Membru wieħed.

1.   Il-FE għandha tiġi reġistrata fi Stat Membru wieħed. fl-Istat Membru li fih stabbiliet l-uffiċċju reġistrat tagħha.

2.   Il-FE fformata minn fużjoni bejn żewġ entitajiet bi skop ta’ benefiċċju pubbliku stabbiliti legalment fl-istess Stat Membru għandha tiġi reġistrata f’dak l-Istat Membru.

2.   Il-FE fformata minn fużjoni bejn żewġ entitajiet bi skop ta’ benefiċċju pubbliku stabbiliti legalment fl-istess Stat Membru għandha tiġi reġistrata f’dak l-Istat Membru.

3.   Il-FE fformata permezz ta’ fużjoni transfruntier għandha tiġi reġistrata f’wieħed mill-Istati Membri fejn l-entitajiet li qed jiġu fużi kienu legalment stabbiliti.

3.   Il-FE fformata permezz ta’ fużjoni transfruntier għandha tiġi reġistrata f’wieħed mill-Istati Membri fl-Istat Membru fejn il-fondazzjoni assorbenti stabbiliet l-uffiċċju reġistrat tagħha l-entitajiet li qed jiġu fużi kienu legalment stabbiliti .

4.   Il-FE fformata permezz ta’ konverżjoni għandha tiġi reġistrata fl-Istat Membru fejn oriġinarjament l-entità li ġiet konvertita kienet stabbilita legalment

4.   Il-FE fformata permezz ta’ konverżjoni għandha tiġi reġistrata fl-Istat Membru fejn oriġinarjament l-entità li ġiet konvertita kienet stabbilita legalment.

Raġuni

Għal skopijiet ta’ sigurtà legali, qed jiġi propost li l-punt ta’ kuntatt tal-persunal tal-kwartieri statutorju tal-fondazzjoni Ewropea jitqies bħala t-tieni kriterju biex jiġi deċiż fuq liema reġistru għandha tiġi reġistrata.

Emenda 9

Żid Artikolu ġdid wara l-Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Prinċipji ta’ governanza

1.   L-ebda persuna ma tista’ tkun kemm membru tal-bord ta’ tmexxija kif ukoll membru tal-kunsill superviżorju fl-istess ħin.

2.   Il-membri tal-bord ta’ tmexxija u l-kunsill superviżorju jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom mingħajr ħlas. Madankollu, jistgħu jiksbu rimborż tal-ispejjeż li jġarrbu biex iwettqu l-missjoni tagħhom, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-istatuti.

3.   L-ebda benefiċċju, dirett jew indirett, ma jista’ jitqassam lil kwalunkwe fundatur, lil membri tal-bord ta’ tmexxija jew tal-bord superviżorju, lil direttur maniġerjali jew awditur, u lanqas ma jista’ jiġi estiż għal xi persuna li jkollha relazzjoni kummerċjali jew familjari mill-viċin magħhom, sakemm dan ma jkunx għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fi ħdan il-FE.

Raġuni

L-emenda proposta tesprimi x-xewqa tal-Kumitat li jiġu stabbiliti r-regoli ta’ governanza u ta’ etika li għandhom jikkorrispondu mal-karattru essenzjalment mingħajr skop ta’ qligħ tal-FE u twieġeb għall-obbligi ta’ ċarezza u ta’ trasperenza mistennija.

Emenda 10

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 32

Kunflitti ta’ interess

Artikolu 32

Kunflitti ta’ interess

1.   Il-fundatur u kwalunkwe membru ieħor tal-bord li jista’ jkollhom relazzjoni kummerċjali, familjari jew relazzjoni oħra mal-fundatur jew bejniethom, li tkun tista’ toħloq kunflitt ta’ interess potenzjali jew attwali bħal pereżempju jekk ixekklu l-abbiltà tiegħu/tagħha ta’ ġudizzju, ma għandhomx jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-bord ta’ tmexxija.

1.   Il-fundatur u kwalunkwe membru ieħor tal-bord li jista’ jkollhom relazzjoni kummerċjali, familjari jew relazzjoni oħra mal-fundatur jew bejniethom, li tkun tista’ toħloq kunflitt ta’ interess potenzjali jew attwali bħal pereżempju jekk ixekklu l-abbiltà tiegħu/tagħha ta’ ġudizzju, ma għandhomx jikkostitwixxu l-maġġoranza tal-bord ta’ tmexxija. Kull membru tal-bord ta’ tmexxija jew tal-bord superviżorju għandu jinforma bil-miktub lill-FE dwar l-eżistenza ta’ kwalunkwe interess dirett jew indirett f’parti terza li jista’ jpoġġih f’sitwazzjoni ta’ kunflitt bejn, minn naħa, l-interess personali tiegħu jew dak ta’ persuna li għandha relazzjoni kummerċjali jew familjari miegħu, u min-naħa l-oħra l-interess tal-FE.

2.   L-ebda persuna ma tista’ tkun kemm membru tal-bord ta’ tmexxija kif ukoll membru tal-bord superviżorju fl-istess ħin.

2.   L-ebda persuna ma tista’ tkun kemm membru tal-bord ta’ tmexxija kif ukoll membru tal-bord superviżorju fl-istess ħin. Kull membru tal-bord ta’ tmexxija jew tal-bord superviżorju għandu, skont il-każ, jastjeni li jattendi jew jipparteċipa fi kwalunkwe deliberazzjoni jew deċiżjoni fejn qed tiġi diskussa kwistjoni li tirrigwarda entità jew persuna li magħha għandu relazzjonijiet kummerċjali jew familjari, jew fejn għandu interessi diretti jew indiretti.

3.   L-ebda benefiċċju, dirett jew indirett, ma jista’ jitqassam lil kwalunkwe fundatur, lil membri tal-bord ta’ tmexxija jew superviżorju, lil direttur maniġerjali jew awditur, u lanqas ma jista’ jiġi estiż għal xi persuna li jkollha relazzjoni kummerċjali jew familjari mill-viċin magħhom, sakemm dan ma jkunx għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fi ħdan il-FE.

3.   L-ebda benefiċċju, dirett jew indirett, ma jista’ jitqassam lil kwalunkwe fundatur, lil membri tal-bord ta’ tmexxija jew superviżorju, lil direttur maniġerjali jew awditur, u lanqas ma jista’ jiġi estiż għal xi persuna li jkollha relazzjoni kummerċjali jew familjari mill-viċin magħhom, sakemm dan ma jkunx għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fi ħdan il-FE.

Raġuni

L-emenda proposta tesprimi x-xewqa tal-Kumitat li jissaħħu r-regoli ta’ governanza u ta’ etika li għandhom jikkorrispondu mal-obbligi ta’ ċarezza u ta’ trasparenza li d-donaturi tagħhom u ċ-ċittadini kollha jistennew mill-FE.

Emenda 11

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 33

Rappreżentazzjoni tal-FE fir-rigward ta’ partijiet terzi

Il-bord ta’ tmexxija, kif ukoll kwalunkwe persuna oħra li l-bord ta’ tmexxija awtorizza u li hija taħt l-istruzzjonijiet tiegħu, jistgħu jirrappreżentaw lill-FE fir-relazzjonijiet ma’ partijiet terzi u fi proċeduri legali.

Artikolu 33

Rappreżentazzjoni tal-FE fir-rigward ta’ partijiet terzi

Il-bord ta’ tmexxija, kif ukoll kwalunkwe persuna oħra li l-bord ta’ tmexxija awtorizza, u li hija taħt l-istruzzjonijiet tiegħu u inkluża fir-reġistru, jistgħu jirrappreżentaw lill-FE fir-relazzjonijiet ma’ partijiet terzi u fi proċeduri legali.

Raġuni

L-emenda tiċċara li huma biss il-persuni mniżżla fir-reġistru bħala rappreżentanti awtorizzati li jistgħu jirrappreżentaw FE fir-relazzjonijiet tagħha ma’ partijiet terzi fi proċeduri legali; kif inhu stipulat fl-Artikolu 23(1)(e)(ii) tal-abbozz ta’ regolament.

Emenda 12

Artikolu 34(5)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 34

Trasparenza u responsabbiltà

Artikolu 34

Trasparenza u responsabbiltà

[…]

Tal[…]

[…]

5.   Għandhom jiġu divulgati l-kontijiet annwali, approvati mill-bord ta’ tmexxija, flimkien mal-opinjoni sottomessa mill-persuna responsabbli mill-awditjar tal-kontijiet, u r-rapport tal-attività.

5.   Għandhom jiġu divulgati l-kontijiet annwali, approvati mill-bord ta’ tmexxija, flimkien mal-opinjoni sottomessa mill-persuna responsabbli mill-awditjar tal-kontijiet, u r-rapport tal-attività. Dawn għandhom, minn tal-inqas, ikunu aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea fuq is-sit elettroniku tal-FE.

Raġuni

Din l-emenda tesprimi x-xewqa tal-Kumitat li jissaħħu r-regoli ta’ governanza u ta’ etika li għandhom jikkorrispondu mal-obbligi ta’ ċarezza u ta’ trasparenza li d-donaturi tagħhom u ċ-ċittadini kollha jistennew mill-FE.

Emenda 13

Artikolu 34(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Deċiżjoni ta’ stralċ

Deċiżjoni ta’ stralċ

[…]

[…]

2.   Wara li tkun semgħet lill-bord ta’ tmexxija tal-FE, l-awtorità superviżorja tista’ tiddeċiedi li tagħmel stralċ tal-FE jew, fejn dan ikun permissibbli skont il-liġi nazzjonali applikabbli, li tipproponi l-istralċ tal-FE quddiem qorti kompetenti f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

2.   Wara li tkun semgħet lill-bord ta’ tmexxija tal-FE, l-awtorità superviżorja tista’ tiddeċiedi li tagħmel stralċ tal-FE u taħtar likwidatur jew, fejn dan ikun permissibbli skont il-liġi nazzjonali applikabbli, li tipproponi l-istralċ tal-FE u persuna bħala likwidatur quddiem qorti kompetenti f’waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-bord ta’ tmexxija ma aġixxiex fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(a)

fejn il-bord ta’ tmexxija ma aġixxiex fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1;

(b)

fejn b’mod ripetut il-FE tikser l-istatuti tagħha, dan ir-Regolament jew il-liġi nazzjonali applikabbli.

(b)

fejn b’mod ripetut il-FE tikser l-istatuti tagħha, dan ir-Regolament jew il-liġi nazzjonali applikabbli.approvati mill-bord ta’ tmexxija, flimkien mal-opinjoni sottomessa mill-persuna responsabbli mill-awditjar tal-kontijiet, u r-rapport tal-attività. Dawn għandhom, minn tal-inqas, ikunu aċċessibbli miċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea fuq is-sit elettroniku tal-FE.

Emenda 14

Artikolu 44(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Stralċ

1.   Fejn l-awtorità superviżorja approvat id-deċiżjoni tal-bord ta’ tmexxija skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) jew fejn l-awtorità superviżorja jew, fejn applikabbli, qorti ddeċidiet li tagħmel stralċ tal-FE, l-assi tal-FE għandhom jintużaw skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Stralċ

1.   Fejn l-awtorità superviżorja approvat id-deċiżjoni tal-bord ta’ tmexxija skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) jew fejn l-awtorità superviżorja jew, fejn applikabbli, qorti ddeċidiet li tagħmel stralċ tal-FE, l-assi tal-FE għandhom jintużaw skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-ispejjeż tal-istralċ jiġġarrbu mill-Fondazzjoni Ewropea.

Brussell, 29 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/91


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma”

2013/C 17/14

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li żżid il-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma u jemmen li sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-proposti li tressqu, huwa neċessarju li s-sustanzi mediċinali jidħlu fil-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità u sustanzi perikolużi ta’ prijorità jew tal-anqas għandhom jiġu kkunsidrati;

jitlob lid-dipartimenti responsabbli tal-Kummissjoni Ewropea biex janalizzaw l-awtorizzazzjoni tas-sustanzi mediċinali minnufih u jressqu rakkomandazzjoni dwar l-użu tagħhom fis-suq tal-UE; iqis li huwa importanti li jitqies it-tnaqqis tal-impatt fuq l-ambjent diġà waqt il-manifattura u l-awtorizzazzjoni ta’ sustanzi mediċinali; jinnota li għandhom jittieħdu passi sabiex jiġi żgurat li l-miżuri ta’ monitoraġġ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu kosteffikaċi;

jitlob li jiżdied il-limitu ta’ żmien li fih l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-Direttiva għal 24 xahar mill-adozzjoni tagħha sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni preċiża tal-effetti tal-leġislazzjoni nazzjonali u sabiex l-ispejjeż tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jinfirxu fuq perjodu itwal ta’ żmien;

jitlob li l-Istati Membri jibdew japplikaw l-istandard tal-kwalità ambjentali għas-sustanzi 2, 5, 15, 20, 22, 23, 28 u 34 sa 48 mir-reviżjoni tal-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar fl-2021 bil-għan li jinkiseb stat kimiku tajjeb għal dawn is-sustanzi sal-2027;

jagħraf il-bżonn li l-Istati Membri jissorvejlaw is-sustanzi li jinsabu fil-lista ta’ sorveljanza, madanakollu huwa tal-fehma li jkun jagħmel sens li s-sorveljanza tas-sustanza tibda fi żmien tal-inqas sena minn wara li s-sustanza tkun tpoġġiet fil-lista sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-preparamenti li jridu jsiru; l-Istati Membri jistgħu anki jikkollaboraw b’mod transkonfinali bejniethom fil-monitoraġġ tas-sustanzi fil-lista ta’ sorveljanza;

jenfasizza kemm huwa importanti li jkun hemm aċċess għall-informazzjoni dwar is-sustanzi perikolużi u li tiġi garantita t-trasparenza f’dan il-qasam; huwa tal-fehma li ċ-ċittadini għandhom ikunu informati dwar il-qagħda tal-ambjent akkwatiku u l-miżuri pjanati għat-titjib tiegħu.

Relatur

Is-Sinjura Urve ERIKSON (EE/AE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Tudulinna

Dokument ta’ referenza

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2000/60/KE u 2008/105/KE rigward sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma

COM(2011) 876 final – 2011/0429 (COD)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

A.    Kummenti ġenerali

1.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma, jiġifieri s-sustanzi kimiċi identifikati fost dawk li jippreżentaw riskju sinifikanti għal jew permezz tal-ambjent akkwatiku fil-livell tal-UE, li huma elenkati fl-Anness X għad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma 2000/60/KE.

2.

huwa tal-fehma li t-tibdil propost jirrifletti l-Istrateġija tal-UE dwar il-bijodiversità sal-2020. L-emendi proposti għad-direttivi rigward sustanzi ta’ prijorità fil-qasam tal-politika dwar l-ilma jirriflettu l-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija dwar il-bijodiversità u jikkumplementwahom;

3.

jilqa’ l-kjarifika tad-definizzjoni ta’ “sustanzi perikolużi ta’ prijorità” u jappoġġja l-approċċ sabiex tiġi estiża l-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità u tinħoloq lista ta’ “sustanzi ta’ prijorità għal reviżjoni”; jenfasizza li kwalunkwe żieda fil-lista għandha tiġi bbażata fuq evidenza xjentifika b’saħħitha dwar l-effetti tas-sustanzi inkwistjoni fuq il-bnedmin, l-annimali u l-pjanti kif ukoll il-fattibbiltà u n-nefqa marbuta mal-monitoraġġ u l-eliminazzjoni ta’ dawn is-sustanzi miċ-ċiklu tal-ilma;

4.

huwa tal-fehma li l-kwalità tal-ilma trid tkompli titjieb peress li l-konservazzjoni ta’ ambjent akwatiku bbilanċjat hija indispensabbli għall-ekosistema ġenerali u għas-saħħa tal-bniedem. Barra minn hekk, ġestjoni tajba tar-riżorsi tal-ilma ġieri u qiegħed għandha effetti tajbin fuq l-ekonomija tal-akkwakultura;

5.

jaqbel mal-mekkaniżmu ta’ lista ta’ sorveljanza bħala miżura ta’ protezzjoni aħjar tar-riżorsi tal-ilma fl-UE li nħoloq sabiex jippromovi l-proċess ta’ prijoritizzazzjoni matul ir-reviżjoni futura tal-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità permezz ta’ monitoraġġ fi ħdan l-UE tas-sustanzi li jistgħu jkunu perikolużi;

6.

jenfasizza li l-kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ħarsien tal-ambjent huwa partikolarment importanti. Dan peress li huma jippermettu l-użu tal-għarfien lokali disponibbli kif ukoll minħabba li l-komunitajiet lokali u reġjonali huma milquta b’mod sproporzjonat mis-sustanzi ta’ prijorità u s-sustanzi perikolużi ta’ prijorità li huma ta’ ħsara għall-ambjent akkwatiku;

B.    Rakkomandazzjonijiet ta’ politika

7.

jappoġġja l-emenda proposta mill-Kummissjoni li skontha, sabiex jintlaħaq stat ekoloġiku tajjeb tal-ilmijiet kollha fl-UE, jeħtieġ li jiġu identifikati s-sustanzi kimiċi mhux biss fil-livell nazzjonali iżda anki fil-livell lokali u f’dak tal-baċini idrografiċi, u fl-istess ħin jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-fatt li l-Istati Membri għandhom jingħataw biżżejjed żmien u riżorsi addizzjonali biex idaħħlu fis-seħħ il-leġislazzjoni u r-regolamenti li hemm bżonn u biex ikunu jistgħu jimplimentaw id-dispożizzjonijiet biex jintlaħaq stat ekoloġiku u kimiku tajjeb tal-ilmijiet;

8.

jilqa’ l-prinċipji li fuqhom huwa mibni l-monitoraġġ tas-sustanzi perikolużi li jitolbu li jiġi identifikat x’qed jikkawża t-tniġġis fis-sors malajr kemm jista’ jkun fid-dawl tas-sostenibbiltà ekonomika u l-ħarsien tal-ambjent. Jekk ma jkunx hemm miżuri addizzjonali, tista’ ssir ħsara profonda u permanenti fuq l-ambjent. Għalhekk huwa importanti ħafna li jiġu investigati u osservati sorsi possibbli ta’ tniġġis sabiex jiġu identifikati kmieni kemm jista’ jkun l-iskala u r-riskji tat-tniġġis għall-ambjent akkwatiku. Barra minn hekk jeħtieġ li tiġi segwita t-triq possibbli tas-sustanzi perikolużi fl-ambjent permezz ta’ mudelli adatti. Għaldaqstant il-Kumitat huwa favur li fil-livell tal-UE jiġu stabbiliti limiti effettivi tal-emissjonijiet;

9.

jaqbel mal-fehma li s-sustanzi persistenti, bijoakkumulattivi u tossiċi (PBTs) u sustanzi oħra li jaġixxu bħall-PBTs jistgħu jaffettwaw l-ambjent akkwatiku għal deċennji sħaħ, anki jekk ikunu diġà ttieħdu miżuri estensivi għat-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tal-emissjonijiet. Fl-istess waqt il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-sustanzi perikolużi ta’ din id-Direttiva huma bbażati fuq il-prinċipju tal-periklu u mhux tar-riskju. Fl-abbozz tad-Direttiva għalhekk qed jiġu previsti limiti ta’ konċentrazzjonijiet għas-sustanzi filwaqt li r-riskji li ġejjin mir-reazzjonijiet ma’ sustanzi oħra fl-ambjent akkwatiku jibqgħu mhux sorveljati. Kemm mil-lat analitiku kif ukoll minn dak finanzjarju jkun iktar rilevanti li jiġu sorveljati l-effetti tal-komposti kimiċi li jifformaw is-sustanzi fl-ilmijiet interni, b’mod partikolari għaliex dawn il-komposti jistgħu jinfluwenzaw l-ambjent akkwatiku anki f’konċentrazzjoni żgħira ħafna;

10.

jenfasizza kemm huwa importanti li jkun hemm aċċess għall-informazzjoni dwar is-sustanzi perikolużi u li tiġi garantita t-trasparenza f’dan il-qasam; huwa tal-fehma li ċ-ċittadini għandhom ikunu informati dwar il-qagħda tal-ambjent akkwatiku u l-miżuri pjanati għat-titjib tiegħu;

11.

jagħraf il-bżonn li l-Istati Membri jissorvejlaw is-sustanzi li jinsabu fil-lista ta’ sorveljanza, madanakollu huwa tal-fehma li jkun jagħmel sens li s-sorveljanza tas-sustanza tibda fi żmien sena minn wara li s-sustanza tkun tpoġġiet fil-lista sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-preparamenti li jridu jsiru;

12.

ma jaqbilx li r-rekwiżiti attwali dwar is-sorveljanza fl-Artikolu 8(b) tal-proposta għal direttiva, b’mod partikolari b’rabta mal-possibbiltà ta’ atti delegati, isiru iktar stretti;

13.

jemmen li sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-proposti li tressqu, huwa neċessarju li s-sustanzi mediċinali jidħlu fil-lista ta’ sustanzi ta’ prijorità u sustanzi perikolużi ta’ prijorità jew tal-anqas għandhom jiġu kkunsidrati billi jeżistu provi xjentifiċi li r-residwi tal-prodotti mediċinali fl-ilma jistgħu jkunu ta’ ħsara mhux biss għall-ambjent iżda wkoll għas-saħħa tal-bniedem u jwasslu għat-“tniġġis ġenetiku” tal-ħut. Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea turi li s-sustanzi mediċinali msemmija jirrappreżentaw riskju għall-ilmijiet u jistgħu jkunu anke ta’ periklu għall-bnedmin. Għalhekk il-Kumitat tar-Reġjuni jitlob lid-dipartimenti responsabbli tal-Kummissjoni Ewropea biex janalizzaw l-awtorizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi minnufih u jressqu rakkomandazzjoni dwar l-użu tagħhom fis-suq tal-UE. F’dan il-kuntest il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li huwa indispensabbli li tiġi żviluppata riċerka dwar metodi ta’ trattamenti u l-kosteffettività tagħhom. Il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li huwa importanti li jitqies it-tnaqqis tal-impatt fuq l-ambjent diġà waqt il-manifattura u l-awtorizzazzjoni ta’ sustanzi mediċinali. Fl-aħħar, il-Kumitat jinnota li matul ir-riformulazzjoni u l-koordinazzjoni tal-atti legali fis-seħħ, jeħtieġ li jiġu kkonsultati l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-possibbiltajiet ta’ analiżi u l-ottimizzazzjoni tas-sorveljanza u li għandhom jittieħdu passi sabiex jiġi żgurat li l-miżuri mitluba minnhom ikunu kosteffikaċi;

14.

jemmen li t-tniġġis tal-ilma huwa fenomenu transkonfinali. Għalhekk jilqa’ l-ħolqien ta’ standards Ewropej tal-kwalità tal-ilma. L-Istati Membri huma mitluba jissorveljaw is-sustanzi ta’ prijorità fl-ilmijiet u li jirrappurtaw kwalunkwe qbiż tal-istandards tal-kwalità ambjentali, miżura li tirrikjedi l-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni. Huwa importanti li jiġi stabbilit kif, fejn u b’liema mezzi għandhom jiġu ssorveljati l-bijoti, bil-għan li jkunu komparabbli fl-Istati Membri kollha. Il-KtR jenfasizza li l-introduzzjoni tal-mekkaniżmi tal-lista ta’ sorveljanza fil-livell tal-UE huwa kontribut essenzjali fl-isforzi li għamlet l-UE matul dawn l-aħħar snin sabiex ittejjeb l-istandards ambjentali f’setturi bħat-tniġġis tal-ħamrija u tal-arja, il-ħarsien tal-bijodiversità u l-iżvilupp sostenibbli; jenfasizza li huwa essenzjali li fi proġetti futuri jiġu kkonsultati l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jiġu esplorati l-aqwa possibbiltajiet u tiġi garantita s-sostenibbiltà tal-ħarsien tal-ambjent;

15.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ilma jista’ jitniġġes minn bosta prodotti li fihom sustanzi ta’ prijorità u perikolużi jekk dawn jispiċċaw fl-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom jew mat-tmiem tiegħu. Għalhekk huwa importanti ħafna li jiġu segwiti b’attenzjoni kbira l-prodotti problematiċi li fihom sustanzi perikolużi fl-UE u t-tixrid tagħhom. Fl-istess waqt jeħtieġ li ċ-ċittadini jiġu infurmati dwar dawn il-prodotti, il-ġestjoni u l-użu tajjeb tagħhom sabiex tonqos il-kwantità ta’ sustanzi perikolużi li jispiċċaw fl-ambjent. Ħafna drabi jiġri li ma tkunx qed issir produzzjoni ta’ prodotti b’sustanzi perikolużi jew jintużaw il-kimiċi rilevanti, iżda xorta wieħed ikollu jindirizza l-impatti ambjentali tal-prodotti jew oġġetti importati. Sabiex il-qagħda tal-ilma tkun waħda ekoloġikament tajba, jeġtieġ li l-miżuri pjanati jitqiesu f’kuntest ikbar. Barra minn hekk jista’ jkun f’waqtu li jiġu riveduti l-Limiti Massimi attwali ta’ Residwu għall-ikel, partikolarment fir-rigward tal-importazzjoni fl-UE ta’ ikel li joriġina mill-pjanti;

16.

b’rabta ma’ dan jikkritika l-fatt li l-Kummissjoni mhux qed tipprevedi regolazzjoni Ewropea komuni dwar l-emissjonijiet jew il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ dawn is-sustanzi jew prodotti li jkun fihom dawn is-sustanzi, li tkun tippermetti lill-Istati Membri li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva proposta;

L-importanza tal-livell lokali u reġjonali

17.

jaqbel li l-prevenzjoni ta’ ħsara permanenti fuq l-ilma għandha tkun prijorità prinċipali tal-politika ambjentali tal-UE. Il-Kumitat tar-Reġjuni, li jirrappreżenta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE, għandu mandat ċar f’dan il-qasam. Bl-għajnuna tal-awtoritajiet lokali u reġjonali l-Kumitat tar-Reġjuni huwa fil-qagħda li jiġbor l-għarfien tagħhom u jassisti fil-monitoraġġ li jrid isir mill-Istati Membri stess. L-identifikazzjoni tal-problemi lokali u reġjonali bl-għajnuna tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll permezz tat-tagħrif u t-taħriġ tagħhom tista’ tagħti kontribut fl-implimentazzjoni effettiva tal-emendi proposti għal din id-Direttiva u fis-sejba ta’ soluzzjoni għall-kwistjonijiet li qamu;

18.

billi l-garanzija ta’ kwalità tajba tal-ilma ser tkun ta’ benefiċċju għall-kwalità tal-ħajja kif ukoll għall-iżvilupp tal-intrapriżi, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol ċentrali x’jaqdu f’dan ir-rigward;

19.

jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tixrid tal-informazzjoni dwar il-qagħda kimika tal-ilmijiet u l-miżuri marbuta magħha fil-livelli kollha tas-soċjetà. L-appoġġ u l-involviment tal-pubbliku huma prerekwiżit għall-protezzjoni tal-ilmijiet, għall-analiżi tal-problemi u l-miżuri l-iktar adatti sabiex jiġu solvuti u għall-istabbiliment tal-ispejjeż relatati;

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

20.

il-baċini idrografiċi kondiviżi, li jgħaddu mill-fruntieri nazzjonali, ikopru 60 % tat-territorju tal-UE. Il-protezzjoni effettiva tar-riżorsi tal-ilma għalhekk teħtieġ approċċ komuni fil-livell tal-UE. Din il-proposta hija limitata għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi ta’ prijorità u għall-istabbiliment ta’ standards komuni tal-kwalità ambjentali. Ma tiġi proposta l-ebda miżura addizzjonali tal-UE li tmur lil hinn minn dawk diġà disponibbli. Il-miżuri speċifiċi u addizzjonali għall-kontroll tat-tniġġis jibqgħu f’idejn l-Istati Membri, li jistgħu jagħżlu l-mod l-aktar effettiv biex jilħqu l-objettivi b’kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet lokali;

21.

peress li minħabba n-natura tagħhom l-għanijiet tal-miżuri proposti ma jistgħux jinkisbu fil-livell meħtieġ mill-Istati Membri waħedhom u li minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom jistgħu jiġu implimentanti b’mod iktar effettiv fil-livell tal-UE, il-proposta tikkonforma mal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-UE. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-artikolu msemmi, din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet;

22.

minkejja li fil-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Kummissjoni hija tistqarr li mhux ser ikun hemm konsegwenzi baġitarji, jeħtieġ madanakollu li jiġi kkunsidrat li fl-Istati Membri l-monitoraġġ addizzjonali, l-identifikazzjoni ta’ sustanzi ġodda u l-eliminazzjoni ta’ sustanzi perikolużi ġodda ser iżidu l-ispejjeż anke fil-livell lokali u reġjonali. Billi madanakollu jeħtieġ li jittieħdu passi favur ambjent iktar nadif, ikun iktar rilevanti li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ilma jkun jinsab f’qagħda ekoloġika tajba. Jekk dan ma jsirx, fil-futur ser inġarrbu spejjeż ferm ikbar sabiex niksbu ilma nadif. Fuq perjodu twil, il-ħarsien tal-ilma ser ikun ta’ vantaġġ konsiderevoli;

23.

skont il-valutazzjoni tal-Kummissjoni, wieħed mill-ikbar benefiċċji tal-implimentazzjoni tad-Direttiva huwa l-fatt li t-trattament tal-ilma tax-xorb ser jiswa inqas flus. It-tnaqqis tas-sustanzi ta’ prijorità mill-ilmijiet għandu wkoll impatt fuq is-saħħa tal-bniedem billi dan jolqot ukoll l-ilma tax-xorb u l-ikel, u għalhekk jeħtieġ li t-tnaqqis fl-ispejjeż tas-saħħa jitqies bħala benefiċċju ieħor ukoll.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 2 – Emenda tad-Direttiva 2008/105/KE: L-Artikolu 3 huwa mibdul b’dan li ġej:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva fil-korpi tal-ilma tal-wiċċ.

1.   Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva fil-korpi tal-ilma tal-wiċċ.

L-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS fil-korpi tal-ilma tal-wiċċ skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I.

L-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS fil-korpi tal-ilma tal-wiċċ skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I.

2.   Għas-sustanzi bin-numru 5, 15, 16, 17, 21, 28, 34, 35, 37, 43 u 44 fil-Parti A tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS tal-bijota stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I. Għall-bqija tas-sustanzi, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS tal-ilma stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jibdew japplikaw l-EQS għas-sustanzi 2, 5, 15, 20, 22, 23, 28 u 34 sa 48 mir-reviżjoni tal-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar fl-2021 bil-għan li jinkiseb stat kimiku tajjeb għal dawn is-sustanzi sal-2027.

 

23.   Għas-sustanzi bin-numru 5, 15, 16, 17, 21, 28, 34, 35, 37, 43 u 44 fil-Parti A tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS tal-bijota stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I. Għall-bqija tas-sustanzi, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS tal-ilma stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I.

Raġuni

Hawnhekk qiegħed jiġi propost punt ġdid, punt 2. Skont l-abbozz ta’ Direttiva, dawn is-sustanzi diġà jridu jitiqiesu fil-pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara fl-2015. Fid-dawl tal-fatt li ma tantx fadal żmien, mhux sa jkun hemm biżżejjed data għall-monitoraġġ sabiex ikun hemm biżżejjed informazzjoni dwar il-livell ta’ tniġġis u l-kundizzjoni tal-ilma, li jfisser li ma jkunx hemm bażi li fuqha jistgħu jiġu ppjanti l-miżuri. Barra minn hekk, nafu ftit wisq dwar il-miżuri li jistgħu jittieħdu sabiex jitnaqqas il-livell ta’ tniġġis li jikkawżaw dawn is-sustanzi. Għalhekk ftit wisq hemm żmien sabiex dawn is-sustanzi jitqiesu sew qabel it-tħejjija tat-tieni pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara li jrid joħroġ sa tmiem l-2014.

Emenda 2

Artikolu 2, emenda fuq id-Direttiva 2008/105/KE: Daħħal l-Artikolu 8b – Lista ta’ sorveljanza, paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

4.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw kull sustanza fil-lista ta’ sorveljanza fi stazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi magħżula fuq mill-inqas perjodu ta’ 12-il xahar li jibda fi żmien 3 xhur mill-inklużjoni tagħha fil-lista ta’ sorveljanza.

4.   L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw kull sustanza fil-lista ta’ sorveljanza fi stazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi magħżula fuq mill-inqas perjodu ta’ 12-il xahar li jibda fi żmien 3 xhur 12-il xahar mill-inklużjoni tagħha fil-lista ta’ sorveljanza.

Kull Stat Membru għandu jagħżel mill-inqas stazzjon wieħed għal kull, bħala medja, 15 000 km2 ta’ erja ġeografika, b’minimu ta’ wieħed għal kull Stat Membru.

Kull Stat Membru għandu jagħżel mill-inqas stazzjon wieħed għal kull, bħala medja, 15 000 km2 ta’ billi jqis l-erja ġeografika li tinsab fiż-żona kkonċernata, u billi jikkunsidra l-valur ta’ gwida ta’ 15 000 km2 b’minimu ta’ wieħed għal kull Stat Membru. Matul is-sorveljanza tas-sustanzi indikati fil-lista ta’ sorveljanza l-Istati Membri jistgħu anki jikkollaboraw b’mod transkonfinali bejniethom.

Fl-għażla tal-istazzjonijiet rappreżentattivi, tal-frekwenza tal-monitoraġġ u l-ħin għal kull sustanza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ix-xejriet tal-użu tas-sustanza. Il-frekwenza ta’ monitoraġġ ma għandhiex tkun inqas minn darba fis-sena.

Fl-għażla tal-istazzjonijiet rappreżentattivi, tal-frekwenza tal-monitoraġġ u l-ħin għal kull sustanza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-verifika tal-volumi ta’ produzzjoni, ix-xejriet tal-użu tas-sustanza, il-konċentrazzjonijiet u l-effetti fuq l-ambjent. Il-frekwenza ta’ monitoraġġ ma għandhiex tkun inqas minn darba fis-sena.

Raġuni

Skont din il-proposta, is-sorveljanza tas-sustanzi li jagħmlu parti mil-lista ta’ sorveljanza (li jirreferi għalihom l-Artikolu 8b li ser jiżdied fid-Direttiva) għandha tinbeda malajr ħafna wara li sustanza tkun daħlet fil-lista ta’ sorveljanza. Billi l-Istati Membri m’għandhomx biżżejjed informazzjoni dwar id-dettalji tas-sorveljanza li jridu jwettqu fil-futur, ser ikun diffiċli ħafna li fi tliet xhur biss ifasslu baġit, jiżguraw il-finanzjament, iħejju l-kuntratti, jieħdu l-kampjuni u janalizzawhom b’metodu adegwat.

Matul is-sorveljanza tas-sustanzi indikati fil-lista ta’ sorveljanza, il-kooperazzjoni hija utli u bżonjuża b’mod partikolari fil-każ ta’ ilmijiet transkonfinali. Jekk dan ma jkunx il-każ, jistgħu jintnefqu somom kbar għat-tfassil ta’ proċeduri analitiċi ġodda. L-organizzazzjoni flimkien tas-sorveljanza u l-analiżi ser tkun ekonomikament iktar vantaġġuża u tkun tista’ tippermetti tqabbil aħjar tal-analiżi. Il-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ kooperazzjoni ma jmurx kontra l-ħolqien ta’ osservatorju reġjonali indipendenti. Sorveljanza li ssir f’kooperazzjoni hija iktar affidabbli.

Emenda 3

Artikolu 2, emenda fuq id-Direttiva 2008/105/KE: Daħħal l-Artikolu 8b – Lista ta’ sorveljanza, paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

5.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 4 lill-Kummissjoni fi żmien 18-il xahar mill-inklużjoni tas-sustanza fil-lista ta’ sorveljanza, u kull 12-il xahar minn hemm ’il quddiem sakemm is-sustanza tinżamm fuq il-lista. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-rappreżentattività tal-istazzjon u l-istrateġija ta’ monitoraġġ.

5.   L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 4 lill-Kummissjoni fi żmien 24 18-il xahar mill-inklużjoni tas-sustanza fil-lista ta’ sorveljanza, u kull 12-il xahar minn hemm ’il quddiem sakemm is-sustanza tinżamm fuq il-lista. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-rappreżentattività tal-istazzjon, u l-istrateġija ta’ monitoraġġ u, jekk ikun meħtieġ, il-kooperazzjoni transkonfinali.

Raġuni

Jekk tintlaqa’ l-emenda 1 ikun hemm bżonn li jitwal ukoll il-perjodu ta’ rappurtar.

Emenda 4

Artikolu 3(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma’ din id-Direttiva l-aktar tard sa (1). Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għall-konformità ma’ din id-Direttiva l-aktar tard sa (2). Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Raġuni

Il-valutazzjoni ġenerali tal-impatt tal-proposta li tħejjiet fil-livell tal-UE ma tippermettix valutazzjoni aktar eżatta tal-impatti li ser ikollhom id-dispożizzjonijiet leġislattivi li jridu jiġu adottati minn kull pajjiż. Sabiex l-effetti tad-dispożizzjonijiet leġistlattivi f’kull pajjiż jiġu valutati tajjeb, hemm bżonn ta’ riċerka fil-post li ser tirrikjedi bejn 24 u 36 xahar u li tinvolvi spejjeż kbar. L-iżvilupp ta’ metodi ġodda ta’ analiżi jirrikjedi ż-żmien u riżorsi finanzjarji konsiderevoli. Ir-rekwiżiti tal-proposta jistgħu jiġu sodisfatti b’mod iktar faċli jekk l-ispejjeż involuti jkunu mifruxa fuq perjodu ta’ żmien itwal.

Brussell, 30 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  12-il xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.

(2)  12 il 24 xahar mill-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.


19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/97


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-Snin 2020 sal-2033”

2013/C 17/15

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jappoġġja bil-qawwa t-tkomplija tal-inizjattiva li tinkorpora r-rikkezza kulturali Ewropea fid-diversità sħiħa tagħha u li permezz tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tappoġġja l-iżvilupp fit-tul ta’ spazju kulturali komuni Ewropew;

jenfasizza l-bżonn li l-bliet applikanti jiżviluppaw programm kulturali speċifiku skont ir-riżorsi lokali u reġjonali tagħhom u jagħtuh dimensjoni Ewropea b’saħħitha. Dan il-programm għandu jkun ibbażat fuq direzzjoni strateġika effettiva u sostenibbli u għandu jkollu effetti pożittivi fit-tul fuq is-settur tal-kultura u l-post li qed iġorr it-titlu lil hinn mit-tul ta’ sena tal-inizjattiva;

isejjaħ għall-parteċipazzjoni attiva tal-gruppi soċjali, reliġjużi, etniċi u kulturali kollha u ta’ kull età anki fl-implimentazzjoni tal-programm kulturali. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ sabiex dawn jitjibulhom l-opportunitajiet li jipparteċipaw fil-ħajja kulturali;

jerġa’ jinsisti fuq il-bżonn li jiġu involuti ż-żoni ta’ madwar il-kapitali tal-kultura kif ukoll ir-reġjun estiż tal-madwar sabiex tiġi ffaċilitata wkoll il-parteċipazzjoni taż-żoni ġeografiċi li kibru u li ħafna drabi jestendu lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri;

jiġbed l-attenzjoni lejn il-benefiċċji li ġejjin mir-rwol importanti tal-Kumitat tar-Reġjuni b’rabta ma’ din l-inizjattiva. Għalhekk iqis raġonevoli u bżonjużi l-ħatra u l-parteċipazzjoni ta’ mill-inqas membru elett wieħed tal-Kumitat tar-Reġjuni fil-Bord Ewropew.

Relatur

Is-Sinjura VITOUCH (AT/PSE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Vjenna

Dokument ta’ referenza

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033

COM(2012) 407 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Kuntest ġenerali

1.

iqis l-inizjattiva tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura bħala waħda mill-iktar miżuri ambizzjużi, estiżi u effettivi tal-UE fil-qasam tal-kultura li tenfasizza r-rikkezza, d-diversità u l-karatteristiċi komuni tal-iżvilupp kulturali lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew;

2.

jappoġġja bil-qawwa t-tkomplija tal-inizjattiva li tinkorpora r-rikkezza kulturali Ewropea fid-diversità sħiħa tagħha u li permezz tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tappoġġja l-iżvilupp fit-tul ta’ spazju kulturali komuni Ewropew;

3.

jiġbed l-attenzjoni lejn il-benefiċċji li ġejjin mir-rwol importanti tal-Kumitat tar-Reġjuni b’rabta ma’ din l-inizjattiva. Għalhekk iqis raġonevoli u bżonjużi l-ħatra u l-parteċipazzjoni ta’ mill-inqas membru elett wieħed tal-Kumitat tar-Reġjuni fil-Bord Ewropew;

4.

jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea u jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu bil-kunsiderazzjoni estensiva li ngħataw l-aspetti lokali u reġjonali, billi dawn ġew enfasizzati fl-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KtR dwar “Il-Ġejjieni tal-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura” (1), li ser tħaffef il-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

5.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-Unjoni Ewropea, fil-qasam tal-kultura, skont l-Artikolu 6 tat-TFUE, hija responsabbli biss mill-miżuri, l-appoġġ, il-koordinazzjoni jew il-komplementarjetà tal-miżuri tal-Istati Membri u li skont l-Artikolu 3(3) tat-TUE għandha d-dmir li tħares ir-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u tipprovdi għall-ħarsien u l-iżvilupp tal-wirt kulturali tal-Ewropa;

6.

jinnota li l-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Kumitat tar-Reġjuni jenfasizza madanakollu li dan il-prinċipju u t-tip ta’ kompetenza għandu jkollhom impatt fuq il-proċeduri proposti (post fuq il-Bord Ewropew, nomina, kriterji) sabiex b’hekk jirriflettu l-ispirtu tat-Trattati;

Kummenti ġenerali

7.

jenfasizza l-bżonn li l-bliet applikanti jiżviluppaw programm kulturali speċifiku skont ir-riżorsi lokali u reġjonali tagħhom u jagħtuh dimensjoni Ewropea b’saħħitha. Dan il-programm għandu jkun ibbażat fuq direzzjoni strateġika effettiva u sostenibbli u għandu jkollu effetti pożittivi fit-tul fuq is-settur tal-kultura u l-post li qed iġorr it-titlu lil hinn mit-tul ta’ sena tal-inizjattiva;

8.

isejjaħ għall-parteċipazzjoni attiva tal-gruppi soċjali, reliġjużi, etniċi u kulturali kollha u ta’ kull età anki fl-implimentazzjoni tal-programm kulturali. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari liż-żgħażagħ sabiex dawn jitjibulhom l-opportunitajiet li jipparteċipaw fil-ħajja kulturali;

9.

jenfasizza mill-ġdid il-fehma tiegħu li b’mod partikolari l-kunċett tad-djalogu interkulturali flimkien mal-koeżjoni soċjali u territorjali jistgħu jagħtu kontribut fit-trażmissjoni tal-prinċipji tal-ħajja privata, soċjali u taċ-ċittadini bħas-solidarjetà, ir-responsabbiltà, it-tolleranza u r-rispett (2). Dawn il-prijoritajiet jippermettu lill-individwi kif ukoll lill-gruppi soċjali differenti li minkejja l-isfond kulturali differenti tagħhom jikkomunikaw flimkien u jgħixu flimkien abbażi tal-valuri Ewropej;

10.

fl-inizjattiva jara wkoll appoġġ sostenibbli u effettiv tal-industriji kulturali u kreattivi lokali u reġjonali u jenfasizza fl-istess waqt il-valur intrinsiku tal-produzzjoni artistika u kulturali Ewropea u l-promozzjoni u l-adozzjoni tagħha;

11.

jenfasizza l-bżonn ta’ żmien ta’ tħejjija profonda mifruxa fuq bosta snin, appoġġ espert (tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet, evalwazzjoni u monitoraġġ) kif ukoll iż-żamma tal-istruttura li fuqha hija mibnija l-inizjattiva, jiġifieri dik ta’ sena sħiħa. Il-Kumitat tar-Reġjuni jilqa’ b’rabta ma’ dan it-titjib tal-evalwazzjoni mill-belt ikkonċernata stess b’akkumpanjament fuq livell Ewropew;

12.

jappoġġja l-proċess attwali ta’ selezzjoni li huwa magħmul minn żewġ fażijiet. L-ewwel fażi hija bbażata fuq sistema ta’ rotazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE. Din tipprovdi lill-bliet u r-reġjuni tal-Istati Membri tal-UE kollha l-istess opportunitajiet huma u japplikaw u tipprovdi wkoll bilanċ ġeografiku bejn il-postijiet tal-bliet ospitanti fl-UE;

13.

jiġbed l-attenzjoni lejn is-sinifikat ta’ strateġija fit-tul permezz tal-kapitali tal-kultura. Is-suċċess tagħha jiddependi fost elementi oħra mill-appoġġ politiku tal-livelli kollha, governanza tajba fl-oqsma kkonċernati kollha, il-ħatra ta’ tmexxija artistikament indipendenti u d-disponibbiltà tar-riżorsi finanzjarji affidabbli u għal bosta snin;

14.

jirrakkomanda li jsiru sforzi partikolari sabiex fil-qafas tal-proċess tal-għażla u permezz tal-miżuri adatti, jiġu mħeġġa japplikaw firxa wiesgħa ta’ bliet u reġjuni;

15.

jaqbel ma’ żieda fil-viżibbiltà tal-miżuri bħala inizjattiva tal-Unjoni Ewropea. Din għandha tkun element vinkolanti tal-istrateġija tal-Komunikazzjoni tal-Kapitali tal-Kultura li tintgħażel;

16.

jerġa’ jinsisti fuq il-bżonn li jiġu involuti ż-żoni ta’ madwar il-kapitali tal-kultura kif ukoll ir-reġjun estiż tal-madwar sabiex tiġi ffaċilitata wkoll il-parteċipazzjoni taż-żoni ġeografiċi li kibru u li ħafna drabi jestendu lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri;

17.

jittama li l-Kummissjoni Ewropea tinkoraġġixxi l-użu tal-esperjenzi tal-kapitali kulturali Ewropej fid-dimensjonijiet transnazzjonali u transkonfinali tagħhom, peress li minn naħa dawn il-kapitali kulturali jaħdmu bħala “binomi transnazzjonali” u barra minn hekk il-kunċett ta’ “kapitali kulturali” qed ikollu dejjem aktar komponent transkonfinali fundamentali;

18.

iqis l-inizjattiva bħala kontribut potenzjali fil-Politika Ewropea tal-Viċinat kif ukoll fir-relazzjoni ma’ pajjiżi Ewropej oħra billi ma tgħinx biss biex issaħħaħ il-kooperazzjoni kulturali fl-UE iżda anki tgħin sabiex jiġu żviluppati rabtiet iktar mill-qrib bejn l-UE u l-pajjiżi qraba tagħha fil-Lvant u n-Nofsinhar bil-għan tal-promozzjoni tal-prosperità, l-istabbiltà u s-sigurtà fil-fruntieri esterni tal-UE. Għalhekk il-parteċipazzjoni fl-inizjattiva m’għandhiex tkun miftuħa biss għall-bliet mill-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali iżda anki għall-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat kif ukoll il-pajjiżi tal-EFTA.

19.

jirrakkomanda li s-sinerġiji jintużaw bl-iktar mod effettiv possibbli bil-għan li jsir l-aħjar użu mir-riżorsi finanzjarji disponibbli. B’rabta ma’ dan il-Kumitat jappella għall-iżvilupp ta’ mekkaniżmu affidabbli li jipprovdi l-inizjattiva b’appoġġ interkonness fil-qafas tal-bosta programmi tal-iżvilupp tal-UE;

20.

jilqa’ l-possibbiltà li fl-assenza ta’ kandidati bil-kwalifiki meħtieġa ma tinħatar l-ebda belt għat-titlu;

Kummenti dwar artikoli speċifiċi

Artikolu 5 –Kriterji

21.

jaqbel mal-iżvilupp ta’ kriterji tal-għażla espliċiti, trasparenti u ċari li jipprovdu lill-applikanti potenzjali b’iktar ċertezza huma u jħejju l-istrateġiji fit-tul tagħhom u b’mira strateġika mtejba huma u jwettquhom;

22.

jenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta’ miżuri ġodda u sostenibbli li jippermettu lil bosta gruppi soċjali li jieħdu sehem u jaġixxu fl-attivitajiet kulturali b’mod partikolari ż-żgħażagħ, l-emarġinati u l-iżvantaġġjati, inklużi l-minoranzi. Għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll għall-aċċessibbiltà tal-attivitajiet tal-programm għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani;

23.

jenfasizza li l-kriterji m’għandhomx iwasslu għall-influwenza tal-Unjoni Ewropea fuq il-kontenut kulturali anki jekk din ma tkunx diretta;

Artikolu 6 – Bord Ewropew u Artikolu 11 –Nomina

24.

jenfasizza l-importanza tal-Bord Ewropew għal din l-inizjattiva u huwa kritiku tar-riformi li tipproponi l-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-ħatra tal-membri tal-bord. Huwa, b’mod partikolari, ma jilqax il-preselezzjoni tal-membri tal-bord kif ukoll it-telfa sħiħa tal-membri mill-Istati Membru kkonċernat;

25.

jenfasizza b’mod partikolari li l-introduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta’ forma ġdida ta’ nomina, li ġiet proposta wkoll fl-abbozz għal deċiżjoni u li tieħu post is-sistema attwali ta’ nomina mill-Kunsill, tista’ toħloq ir-riskju ta’ effett negattiv fuq l-identifikazzjoni simbolika u materjali tal-Istati Membri ma’ din l-inizjattiva u kemm jilqugħa;

26.

jipproponi għalhekk li tinżamm il-proċedura attwali tal-għażla tal-membri tal-bord Ewropew iżda f’forma modifikata. Barra minn hekk il-Kunsill għandu jkompli jaħtar il-Kapitali tal-Kultura;

Artikolu 10 – Dispożizzjonijiet dwar pajjiżi mhux membri fl-UE

27.

huwa favur li l-inizjattiva tinfetaħ għal pajjiżi Ewropej oħra (il-pajjiżi tal-EFTA) u l-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat flimkien ma’ applikazzjonijiet mill-bliet fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali;

28.

jemmen li flimkien mal-inizjattiva tal-Premju Melina Mercouri, li huwa l-kontribut finanzjarju tal-UE għal kull Kapitali tal-Kultura għandhom ikunu eżaminati l-possibilitajiet ta’ fondi oħra tal-UE u r-rikors għal finanzjamenti innovattivi, inkluż permezz tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI);

29.

fid-dawl ta’ bilanċ bejn il-bliet tal-Istati Membri jitlob li fil-perjodu ta’ bejn l-2020 u l-2033, kull belt tipparteċipa biss f’kompetizzjoni waħda għall-pajjiżi kandidati, għall-kandidati potenzjali, għall-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tal-EFTA.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Artikolu 3(3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-ibliet f’pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali għandhom ukoll ikollhom il-possibbiltà li japplikaw għat-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura fil-qafas ta’ kompetizzjoni miftuħa organizzata kull tielet sena fl-istess żmien mal-kompetizzjonijiet fiż-żewġ Stati Membri, b’konformità mal-kalendarju fl-anness.

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ibliet f’pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali huma stabbiliti fl-Artikolu 10.

L-ibliet f’pajjiżi kandidati, u pajjiżi kandidati potenzjali, pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tal-EFTA għandhom ukoll ikollhom il-possibbiltà li japplikaw għat-titolu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura fil-qafas ta’ kompetizzjoni miftuħa organizzata kull tielet sena fl-istess żmien mal-kompetizzjonijiet fiż-żewġ Stati Membri, b’konformità mal-kalendarju fl-anness.

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għal dawn il-ibliet f’pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali huma stabbiliti fl-Artikolu 10.

Raġuni

Lista ta’ parteċipanti differenti skont il-programm ta’ appoġġ jew inizjattiva ftit li xejn tagħmel sens. Qed nipproponu għalhekk estensjoni tal-lista tal-Istati li jistgħu jipparteċipaw.

Emenda 2

Artikolu 4(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-kompetizzjoni għat-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tkun miftuħa biss għall-ibliet. L-ibliet kandidati jistgħu jinvolvu r-reġjuni fil-madwar tagħhom. Madankollu, l-applikazzjonijiet għandhom isiru taħt l-isem tal-belt ewlenija u, jekk tingħażel, it-titolu jingħata lil din il-belt.

Il-kompetizzjoni għat-titolu tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għandha tkun miftuħa biss għall-ibliet. L-ibliet kandidati jistgħu jinvolvu r-reġjuni fil-madwar tagħhom jew iż-żona tal-madwar. Madankollu, l-applikazzjonijiet għandhom isiru taħt l-isem tal-belt ewlenija u, jekk tingħażel, it-titolu jingħata lil din il-belt.

Raġuni

Apparti r-reġjuni fil-madwar immedjat għandu jkun possibbli wkoll li tiġi involuta ż-żona tal-madwar.

Emenda 3

Artikoli 5(5b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda u sostenibbli għal firxa wiesgħa ta’ ċittadini biex jattendu jew jipparteċipaw f'attivitajiet kulturali, partikolarment iż-żgħażagħ u l-emarġinati u l-iżvantaġġjati, inklużi l-minoranzi. Attenzjoni speċjali għandha tingħata wkoll, fejn ikun possibli, għall-aċċessibbiltà ta’ dawn l-attivitajiet għall-persuni b'diżabilità u għall-anzjani;

il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda u sostenibbli għal firxa wiesgħa ta’ ċittadini biex jattendu jew jipparteċipaw f'attivitajiet kulturali, partikolarment iż-żgħażagħ u l-emarġinati u l-iżvantaġġjati, inklużi l-minoranzi. Attenzjoni speċjali għandha tingħata wkoll, fejn ikun possibli, għall-aċċessibbiltà tal-attivitajiet għall-persuni b'diżabilità u għall-anzjani;

Raġuni

L-aċċess għall-persuni b’diżabilità u għall-anzjani m’għandux ikun limitat mill-bidu.

Emenda 4

Artikolu 6(1-3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.

Bord Ewropew ta’ esperti indipendenti ("Bord Ewropew") għandu jiġi stabbilit biex iwettaq il-proċeduri tal-għażla u l-monitoraġġ.

2.

Il-bord Ewropew għandu jkun jikkonsisti minn 10 membri. Dawn għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni. Huma għandhom ikunu esperti indipendenti b’esperjenza u kompetenza sostanzjali fis-settur kulturali, fl-iżvilupp kulturali tal-ibliet jew fl-organizzazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Huma għandhom ukoll ikunu kapaċi jiddedikaw numru xieraq ta’ ġranet tax-xogħol fis-sena lill-bord Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha tagħżel minn qabel grupp ta’ membri tal-bord potenzjali wara l-organizzazzjoni ta’ sejħa ta’ turija ta’ interess. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni sussegwentement għandhom jagħżlu tliet esperti kull wieħed minn dan il-grupp u jaħtruhom skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jagħżel espert u jaħtru/jaħtarha skont il-proċeduri tiegħu.

Kull istituzzjoni u entità għandha tfittex li tiżgura li l-kompetenzi tal-esperti li hija taħtar ikunu kemm jista’ jkun komplementari, u li dawk l-esperti jintgħażlu minn medda adegwatament ibbilanċjata ġeografikament.

Il-bord Ewropew għandu jinnomina l-president tiegħu.

3.

Il-membri tal-bord Ewropew għandhom jinħatru għal perjodu ta’ tliet snin. Iżda, b'deroga rigward l-ewwel bord li jrid jiġi stabbilit bid-Deċiżjoni preżenti, il-Parlament Ewropew għandu jaħtar it-tliet esperti tiegħu għal tliet snin, il-Kunsill għal sena, il-Kummissjoni għal sentejn u l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jaħtar l-espert tiegħu għal sena sabiex ikun hemm sostituzzjoni rateali tal-membri tal-bord u b’hekk ma jkunx hemm telf ta’ esperjenza u know-how bħala konsegwenza kieku l-membri kollha kellhom jinbidlu simultanjament.

1.

Bord Ewropew ta’ esperti indipendenti ("Bord Ewropew") għandu jiġi stabbilit biex iwettaq il-proċeduri tal-għażla u l-monitoraġġ.

2.

Il-bord Ewropew għandu jkun jikkonsisti minn 110-il membru. Dawn għandhom ikunu ċittadini tal-Unjoni. Huma għandu jkollhom għandhom ikunu esperti indipendenti b’esperjenza u kompetenza sostanzjali fis-settur kulturali, fl-iżvilupp kulturali fil-livell lokali, reġjonali jew muniċipali tal-ibliet jew fl-organizzazzjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Huma għandhom ukoll ikunu kapaċi jiddedikaw biżżejjed żmien numru xieraq ta’ ġranet tax-xogħol fis-sena lill-bord Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha tagħżel minn qabel grupp ta’ membri tal-bord potenzjali wara l-organizzazzjoni ta’ sejħa ta’ turija ta’ interess. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħżlu tliet membri esperti kull wieħed minn dan il-grupp u jaħtruhom skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jagħżel espert membru u jaħtru/jaħtarha skont il-proċeduri tiegħu. Għandu jinħatar membru mill-Istat Membru kkonċernat f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Fil-każ tal-applikazzjoni skont Artikolu 10, dan il-membru ser jiġi sostitut minn membru ieħor li taħtar il-Kummissjoni.

Kull istituzzjoni u korp għandhom ifittxu li jiżguraw li l-kompetenzi tal-esperti membri li huma jagħżlu jkunu kemm jista' jkun komplementari, u li dawk l-espert il-membri jiġu minn medda adegwatament ibbilanċjata ġeografikament.

Il-bord Ewropew għandu jinnomina l-president tiegħu.

3.

Il-membri tal-bord Ewropew maħtura mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jinħatru għal perjodu ta’ tliet erba’ snin. Iżda, b’deroga rigward l-ewwel bord li jrid jiġi stabbilit bid-Deċiżjoni preżenti, il-Parlament Ewropew għandu jaħtar it-tliet esperti tiegħu għal tliet snin, il-Kunsill għandu jaħtar il-membri tiegħu għal sentejn, għal sena,u il-Kummissjoni għal sentejn tliet snin u l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jaħtar l-espert tiegħu għal sena sabiex ikun hemm sostituzzjoni rateali tal-membri tal-bord u b’hekk ma jkunx hemm telf ta’ esperjenza u know-how bħala konsegwenza kieku l-membri kollha kellhom jinbidlu simultanjament.

Raġuni

Il-KtR iqis b’mod kritiku l-preselezzjoni tal-membri tal-bord tal-għażla mill-Kummissjoni. Qed jipproponi bażikament għalhekk li tinżamm is-sistema attwali iżda f’forma kemxejn mibdula. Ir-rappreżentazzjoni tal-Istati Membri rilevanti fil-bord tal-għażla jeħtieġ li jiġi pruvat li hija ta’ valur.

Emenda 5

Artikolu 10 (1), (2) u (3)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Dispożizzjonijiet dwar pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali

1.

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-ibliet fil-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.

2.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet sitt snin qabel il-bidu tas-sena tat-titolu. Din is-sejħa għandha tkun miftuħa għall-ibliet fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali kollha, kemm-il darba dawn il-pajjiżi jipparteċipaw fil-Programm Ewropa Kreattiva jew fil-programmi tal-Unjoni sussegwenti ta’ appoġġ għall-kultura fid-data tal-pubblikazzjoni tas-sejħa.

Iżda, għal raġunijiet ta’ ekwità mal-ibliet fl-Istati Membri, kull belt għandha biss titħalla tieħu sehem f'kompetizzjoni waħda għall-ibliet fil-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali matul il-perjodu mill-2020 sal-2033, u ma għandux ikun possibbli li belt li ħadet sehem f’din il-kompetizzjoni tieħu sehem f’kull kompetizzjoni sussegwenti fi Stat Membru ġdid skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 3(2) matul l-istess perjodu.

Barra minn hekk, ukoll għal raġunijiet ta’ ekwità mal-Istati Membri, kull pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali għandu jitħalla jospita t-titolu darba biss matul il-perjodu mill-2020 sal-2033. Għalhekk, l-ibliet minn pajjiżi li kienu diġà ngħataw it-titolu ma għandhomx jitħallew jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet sussegwenti matul dak l-istess perjodu.

3.

Il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 5 għandhom japplikaw għall-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.

Dispożizzjonijiet dwar pajjiżi oħra kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali

1.

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-organizzazzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-ibliet fil-pajjiżi kandidati, i u l-pajjiżi kandidati potenzjali, u l-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tal-EFTA.

2.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sejħa għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet sitt snin qabel il-bidu tas-sena tat-titolu. Din is-sejħa għandha tkun miftuħa għall-ibliet fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali kollha, kemm-il darba dawn il-pajjiżi jipparteċipaw fil-Programm Ewropa Kreattiva jew fil-programmi tal-Unjoni sussegwenti ta’ appoġġ għall-kultura fid-data tal-pubblikazzjoni tas-sejħa.

Iżda, għal raġunijiet ta’ ekwità mal-ibliet fl-Istati Membri, kull belt għandha biss titħalla tieħu sehem f'kompetizzjoni waħda għall-ibliet fil-pajjiżi kandidati, i u l-pajjiżi kandidati potenzjali, u l-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tal-EFTA matul il-perjodu mill-2020 sal-2033, u ma għandux ikun possibbli li belt li ħadet sehem f’din il-kompetizzjoni tieħu sehem f’kull kompetizzjoni sussegwenti fi Stat Membru ġdid skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 3(2) matul l-istess perjodu.

Barra minn hekk, ukoll għal raġunijiet ta’ ekwità mal-Istati Membri, kull pajjiż kandidat jew pajjiż kandidat potenzjali għandu jitħalla jospita t-titolu darba biss matul il-perjodu mill-2020 sal-2033. Għalhekk, l-ibliet minn pajjiżi li kienu diġà ngħataw it-titolu ma għandhomx jitħallew jieħdu sehem f'kompetizzjonijiet sussegwenti matul dak l-istess perjodu.

3.

Il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 5 għandhom japplikaw għal dawn il-pajjiżi għall-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali.

Raġuni

Lista ta’ parteċipanti differenti skont il-programm ta’ appoġġ jew inizjattiva ftit li xejn tagħmel sens. Qed nipproponu għalhekk estensjoni tal-lista tal-Istati li jistgħu jipparteċipaw. Piż finanzjarju eċċessiv għandu jiġi evitat permezz tas-soluzzjonijiet adatti.

Emenda 6

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti implimentattivi, tinnomina uffiċjalment il-Kapitali Ewropej tal-Kultura, wara li tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-bord Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-għażla tagħha.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti implimentattivi, tinnomina uffiċjalment il-Kapitali Ewropej tal-Kultura, wara li tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-bord Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni bl-għażla tagħha.

1.

Bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tinnomina belt sabiex tinħatar Kapitali Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni mhux iktar minn erba’ snin qabel il-bidu tal-avveniment in kwistjoni.

In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni għan-nomina bbażata fuq ir-rapporti tal-bord tal-għażla.

In-nomina għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-bord tal-għażla.

2.

Il-Parlament Ewropew jista’ jressaq opinjoni lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jaslu n-nominazzjonijiet.

3.

Il-Kunsill, hu u jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni magħmula fid-dawl tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew u l-ġustifikazzjonijiet imsejsa fuq ir-rapporti tal-bordijiet tal-għażla, għandu jaħtar uffiċjalment l-ibliet imsemmija bħala Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-sena li għaliha ġew nominati.

Raġuni

In-nomina tal-Kunsill hija ġustifikata abbażi tas-sinifikat tal-ħatra tal-Kapitali tal-Kultura. Artikolu 291(2) tat-TFUE jipprovdi espliċitament għall-possibbiltà li s-setgħat ta’ implimentazzjoni jingħataw lill-Kunsill fil-każijiet ġustifikati.

Brussell, 30 ta’ Novembru 2012.

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni

Ramón Luis VALCÁRCEL SISO


(1)  CdR 191/2011 fin.

(2)  CdR 191/2011 fin.