ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CA2012.394.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 394A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
20 ta' Diċembru 2012

Avviż Nru

Werrej

Paġna

V   Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2012/C 394A/01

Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST/125/12 — Assistenti (AST 3)

1

2012/C 394A/02

Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST/126/12 — Assistenti (AST 3), settur tar-riċerka

11

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

8

(DA/EL/HU/IT/MT/PL)

10

17

(LT)

20

(EN)

22

(DE/EN/FR)

27

30

(FR)

31

(ES)

37

44

46

53

55

59

69

(DE/EN/FR)

70

(EL)

71

(ES)

74

(HU)

75

(NL)

76

77

(RO)

84

(DE/EN/FR)

86

90

(EN)

101

110

(DE/EN/FR)

114

121

(BG)

122

134

136

(PT)

140

144

(DE/EN/FR)

146

(CS/DA)

160

161

169

(DE/EN/FR)

180

(DE/EN/FR)

187

189

197

(DA/DE/EN/SK)

198

(EN/FR)

199

(DE/EN/FR)

204

(ET/GA/LV/PT)

206

(CS)

210

(LT)

211

(MT)

212

(PL)

214

(SK)

215

(DE/EN/FR)

228

(SL)

266

270

274

(CS)

275

(LV)

276

(DE/EN/FR)

278

281

(MT)

283

(SV)

285

(ES)

288

(DE/EN/FR)

290

291

292

(HU)

294

(BG)

296

(BG)

300

302

304

(DE/EN/FR)

305

307

(DE/EN/FR)

314

316

324

(DE/EN/FR)

339

340

(LT)

349

(DE/EN/FR)

352

368

369

(EN/FR)

370

375

(DE/EN/FR)

377

(DE/EN/FR)

382

(DE/EN/FR)

384

(SV)

385

390

(HU)

394

MT

V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

20.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 394/1

AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI

EPSO/AST/125/12 — Assistenti (AST 3)

(2012/C 394 A/01)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjoni ġenerali permezz ta' eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' assistenti (1).

EPSO/AST/125/12 — Assistenti (AST 3)

fl-oqsma li ġejjin:

1.

AWDITJAR

2.

FINANZI/KONTABILITÀ

3.

EKONOMIJA/STATISTIKA

L-għan ta' din il-kompetizzjoni hu li jitfasslu listi ta' riżerva maħsuba biex jimtlew postijiet vakanti fi ħdan numru ta' istituzzjonijiet Ewropej.

Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali C 270 A tas-7 ta' Settembru 2012 kif ukoll fuq il-websajt tal-EPSO.

Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż ta' kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.

WERREJ

I.

QAFAS ĠENERALI

II.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

III.

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

IV.

TESTIJIET TA' DĦUL

V.

ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI

VI.

LISTI TA' RIŻERVA

VII.

KIF TAPPLIKA?

ANNESSI

I.   QAFAS ĠENERALI

1.

Numru ta' kandidati magħżula skont il-qasam

Qasam 1 = 25

Qasam 2 = 45

Qasam 3 = 40

2.

Kummenti

Int tista' tapplika għal qasam wieħed biss.

Din l-għażla għandha ssir meta timla l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku.

II.   DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

L-Assistenti tal-livell AST 3 jieħdu sehem, taħt is-sorveljanza ta' Amministratur, fil-kisba tal-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-korp tagħhom u jkunu mistennija li jwettqu kompiti ta' applikazzjoni, ta' implimentazzjoni, ta' appoġġ u ta' loġistika f'diversi oqsma tal-attività.

Deskrizzjoni dettaljata ta' dawn l-oqsma differenti tinsab fl-annessi.

III.   KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Fid-data ta' għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika, int għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:

1.

Kundizzjonijiet ġenerali

(a)

Tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

(b)

Tgawdi mid-drittijiet ċivili tiegħek.

(c)

Tkun wettaqt kwalunkwe obbligu impost mil-liġijiet dwar ir-reklutaġġ applikabbli fil-qasam militari.

(d)

Tipproduċi r-referenzi dwar il-personalità mitlubin għat-twettiq tal-funzjonijiet previsti.

2.

Kundizzjonijiet speċifiċi

2.1.

Kwalifiki: ara l-annessi

2.2.

Esperjenza professjonali: ara l-annessi

2.3.

Għarfien lingwistiku (2)

(a)

Lingwa 1

Il-lingwa ewlenija:

għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

u

(b)

Lingwa 2

It-tieni lingwa (għandha tkun differenti mil-lingwa 1):

għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż.

B'konformità mas-sentenza mill-Qorti tal-UE (Grand Chamber) fil-Kawża C-566/10 P, Ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet tal-UE huma mitluba jistqarru r-raġunijiet għal-limitu tal-għażla tat-tieni lingwa f'din il-kompetizzjoni għal numru ristrett ta' lingwi uffiċjali tal-UE.

Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa f'din il-kompetizzjoni ġew definiti b'konformità mal-interess tas-servizz li jeħtieġ li l-kollegi ġodda reklutati jibdew jaħdmu mal-ewwel u jistgħu jikkomunikaw b'mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet ikun affettwat ħażin ħafna.

Abbażi ta' prassi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ilha fir-rigward tal-lingwi użati għal komunikazzjoni interna u filwaqt li jiġgu kkunsidrati wkoll il-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-immaniġġar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma t-tieni lingwa l-aktar magħżula mill-kandidati tal-kompetizzjonijiet fejn għandhom għażla ħielsa. Dan jikkonferma l-istandards edukattivi u professjonali attwali, fejn il-kandidati għal karigi tal-Unjoni Ewropea jistgħu jitqiesu li jafu tajjeb ħafna tal-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Għaldaqstant, meta wieħed jibbilanċja l-interess tas-servizz u l-ħtiġijiet u l-ħiliet tal-kandidati billi jiġi kkunsidrat ukoll il-qasam partikolari ta' din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati testijiet f'dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb ħafna minn tal-inqas waħda mit-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta' xogħol. Barra minn hekk, l-interess ta' trattament ugwali tal-kandidati kollha, kulħadd, inkluż dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta, huwa meħtieġ li jagħmel it-test fit- lingwa tiegħu jew tagħha, magħżula minn dawk it-tlieta. Il-valutazzjoni ta' ħiliet speċifiċi b'dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet biex jevalwaw l-abilità tal-kandidati sabiex jaħdmu immedjatament f'ambjent li jaqbel mar-realtà li jsibu fl-impjieg. Dan huwa bla ħsara, sabiex jittardja t-taħriġ tal-lingwa sabiex tinkiseb ħila sabiex wieħed jaħdem bit-tielet lingwa b'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

IV.   TESTIJIET TA' DĦUL

It-testijiet ta' dħul isiru fuq il-kompjuter u jiġu organizzati mill-EPSO. Il-bord tas-selezzjoni jiddetermina l-livell ta' diffikultà tat-testijiet u japprova s-sustanza tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

1.

L-istedina għat-testijiet

Inti tiġi mistieden għat-testijiet jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek fil-ħin (ara t-Taqsima VII).

Attenzjoni:

1.

meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek, inti tiddikjara li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III;

2.

biex tipparteċipa fit-testijiet, trid tirriżerva data; din ir-riżervazzjoni għandha bilfors issir fiż-żmien li jiġi indikat lilek permezz tal-profil EPSO.

2.

Deskrizzjoni tat-testijiet u dettalji dwar il-marki

Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla bil-għan li jiġu evalwati l-kapaċitajiet u l-kompetenzi ġenerali tiegħek fir-rigward ta':

Test (a)

ir-raġunament verbali

marki: minn 0 sa 20 punt

minimu meħtieġ: 10 punti

Test (b)

ir-raġunament numeriku

marki: minn 0 sa 10 punti

Test (c)

ir-raġunament astratt

marki: minn 0 sa 10 punti

Il-minimu meħtieġ għat-testijiet b) u c) flimkien huwa ta' 10 punti

Test (d)

kapaċitajiet professjonali:

Eżattezza u preċiżjoni

marki: minn 0 sa 20 punt

Test (e)

kapaċitajiet professjonali:

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

marki: minn 0 sa 20 punt

Il-minimu meħtieġ għat-testijiet (d) u (e) flimkien huwa ta' 20 punt

Test (f)

il-valutazzjoni sitwazzjonali

marki: minn 0 sa 40 punt

minimu meħtieġ: 24 punt

3.

Lingwa tat-testijiet

Lingwa 1 għat-testijiet (a), (b) u (c)

Lingwa 2 għat-testijiet (d), (e) u (f)

V.   ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI

1.

Stedina

Int se tkun mistieden għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni

jekk tkun ksibt il-minimu meħtieġ fit-testijiet tad-dħul, u

jekk inti (3) tkun ksibt waħda mill-aħjar marki fit-testijiet kollha tad-dħul, u

jekk, wara l-evalwazzjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni elettronika tiegħek (4), tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III.

In-numru ta' kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor ma' darbtejn u nofs in-numru tal-kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni, u se jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).

2.

Ċentru ta' evalwazzjoni

Iċ-ċentru ta' evalwazzjoni huwa maħsub biex jevalwa dawn il-kompetenzi:

A.   Kompetenzi speċifiċi

Il-kompetenzi speċifiċi se jkunu ttestjati biss permezz tal-istudju ta' każ fil-qasam magħżul.

B.   Kompetenzi ġenerali (5)

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Komunikazzjoni

Kwalità u riżultati

Tagħlim u żvilupp

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Perseveranza

Ħidma f'tim

Dawn il-kompetenzi se jiġu eżaminati permezz tat-testijiet li ġejjin (6):

a)

posta elettronika (eżerċizzju tal-in-tray)

b)

intervista strutturata

c)

studju ta' każ fil-qasam magħżul

d)

eżerċizzju fi grupp

Int se tkun mistieden tipparteċipa fl-istudju ta' każ (7) fil-qasam magħżul (li huwa parti integrali miċ-ċentru ta' evalwazzjoni) u għall-elementi l-oħra taċ-ċentru ta' evalwazzjoni, li fil-prinċipju se jsir Brussell u li jdum jum.

Kull waħda mill-kompetenzi ġenerali tiġi ttestjata skont il-mudell li ġej:

Posta elettronika

Intervista strutturata

Studju tal-każ

Eżerċizzju fi grupp

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

x

x

Komunikazzjoni

x

x

Kwalità u riżultati

x

x

Tagħlim u żvilupp

x

x

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

x

x

Perseveranza

x

x

Ħidma f'tim

x

x

3.

Lingwi taċ-ċentru ta' evalwazzjoni

Lingwa 2

4.

Marki

Kompetenzi speċifiċi (test c)

minn 0 sa 30 punt

minimu meħtieġ: 15-il punt

piż: 30 % tal-marka globali

Kompetenzi ġenerali

minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali

minimu meħtieġ:

3 punti għal kull kompetenza

u

35 punt minn 70 għas-7 kompetenzi ġenerali kollha f'daqqa

piż: 70 % tal-marka globali

VI.   LISTI TA' RIŻERVA

1.

Kandidati li jiddaħħlu fil-listi ta' riżerva

Il-Bord tas-Selezzjoni jniżżel ismek fuq il-lista ta' riżerva

jekk int tkun wieħed mill-kandidati (8) li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ flimkien ma' waħda mill-aħjar marki fit-testijiet kollha taċ-ċentru ta' evalwazzjoni (ara n-numru ta' kandidati magħżula, Taqsima I, punt 1)

u jekk, skont id-dokumenti ta' prova, tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni.

Il-verifika ssir, skont l-ordni dixxendenti, sakemm jintlaħaq in-numru ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni.

Id-dokumenti ta' prova tal-kandidati li jkunu ġew ikklassifikati taħt dan il-limitu mhux se jkunu eżaminati. Jekk jirriżulta minn din il-verifika li d-dikjarazzjonijiet (9) li saru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom mhumiex ippruvati bid-dokumenti ta' prova rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni.

2.

Klassifika

Listi stabbiliti skont il-kompetizzjoni u f'ordni alfabetika.

VII.   KIF TAPPLIKA?

1.

Applikazzjoni elettronika

Għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO, u b'mod speċjali fil-Manwal tal-Applikazzjoni.

Data tal-għ eluq (inkluża l-validazzjoni): it-22 ta' Jannar 2013 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell.

2.

Fajl tal-applikazzjoni

Jekk inti tagħmel parti mill-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni, għandek iġġib miegħek (10) il-fajl tal-applikazzjoni komplut tiegħek (l-applikazzjoni elettronika tiegħek iffirmata u d-dokumenti ta' prova) meta tiġi fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

Kundizzjonijiet: ara l-punt 6.1 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

(1)  F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil tirreferi wkoll għal persuna tas-sess femminil.

(2)  Ara l-Qafas Ewropew ta' Referenza Komuni għal-Lingwi (QERK) — Lingwa 1=C1/ Lingwa 2=B2

(http://europass.cedefop.europa.eu/europass/home/hornav/Downloads/CEF/LanguageSelfAssessmentGrid.csp)

(3)  Fil-każ fejn fl-aħħar post jiġu diversi kandidati bl-istess marka, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

(4)  Din l-informazzjoni se tiġi vverifikata, abbażi tad-dokumenti ta' prova, qabel ma tiġi stabbilita l-lista ta' riżerva (ara t-Taqsima VI, il-punt 1 u t-Taqsima VII, il-punt 2).

(5)  Dawn il-kompetenzi huma mfissra fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

(6)  Il-kontenut ta' dawn l-elementi huwa vvalidat mill-bord tas-selezzjoni.

(7)  Minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni, l-istudju ta' każ jista' jsir fiċ-ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri u/jew fi Brussell, indipendentement mit-testijiet l-oħra li jsiru fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

(8)  Fil-każ fejn fl-aħħar post jiġu diversi kandidati bl-istess marka, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

(9)  Dikjarazzjonijiet ivverifikati mill-EPSO għall-kundizzjonijiet ġenerali u mill-bord tas-selezzjoni għall-kundizzjonijiet speċifiċi.

(10)  Id-data ta' meta trid tattendi ċ-ċentru ta' evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien xieraq permezz tal-kont tal-EPSO tiegħek.

ANNESS 1

VERIFIKA

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

L-uffiċjali jkollhom il-karigi ta' assistenti f'wieħed jew iktar minn dawn l-oqsma ta' verifika esterna jew interna:

Analiżi (taħt il-kontroll dirett tal-persuna responsabbli mill-verifika jew ta' awditur maħtur), ir-rapporti u dikjarazzjonijiet mgħoddija mill-Istati Membri u benefiċjarji oħra dwar l-użu tar-riżorsi tal-Unjoni Ewropea.

Kontribuzzjoni għall-evalwazzjoni u l-effiċjenza tas-sistemi ta' kontroll imwaqqfa mill-Istati Membri u benefiċjarji oħra.

Kontribuzzjoni għall-organizzazzjoni tal-konsultazzjonijiet bejn is-servizzi, is-segwitu tagħhom u r-riżultati tagħhom.

Kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta' missjonijiet ta' verifika u ta' pjanijiet ta' inkjesti (EPM).

Għajnuna fit-tħejjija tar-rapporti ta' verifika u żgurar tas-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet.

Tħejjija tal-proċeduri li jinvolvu konsegwenzi finanzjarji ta' ġestjoni għall-Istati Membri u benefiċjarji oħra relatati mal-użu tar-riżorsi tal-Unjoni Ewropea jew, fejn applikabbli, l-iżgurar tal-eżegwiment u s-segwitu.

Assigurazzjoni tal-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Qorti tal-Awdituri.

Għajnuna fil-ġestjoni ta' kuntratti preċedenti mal-awdituri esterni li jipprovdu servizzi ta' verifika.

L-għoti ta' għajnuna għall-verifika tan-natura ta' proċess, għall-identifikazzjoni tar-riskji u tal-kontrolli u l-evalwazzjoni tal-karattru xieraq u l-effiċjenza tal-proċessi ta' kontroll intern, ġestjoni tar-riskji u ta' amministrazzjoni.

Promozzjoni tal-kwalità u l-koerenza metodoloġika tal-attivitajiet ta' verifika li jitwettqu fi ħdan is-servizzi.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni superjuri ċċertifikat b'diploma marbut mal-qasam tal-kariga magħżula.

JEW

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, iċċertifikat minn diploma ta' tmiem l-istudji li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja, flimkien ma' esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin marbuta mal-qasam tal-kariga.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin hija parti sħiħa mid-diploma u ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub hawn taħt.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 3 snin b'rabta man-natura tal-funzjonijiet inkwistjoni.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

ANNESS 2

FINANZI/KONTABILITÀ

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Fil-qafas tad-diversi attivitajiet baġitarji u finanzjarji tal-istituzzjoni, li jirriżultaw mir-regolament finanzjarju tal-Unjoni Ewropea u l-modalitajiet ta' applikazzjoni tagħha, l-uffiċjal se jkun inkarigat, abbażi ta' istruzzjonijiet preċiżi u bl-użu tal-għodod speċifiċi tal-informatika (sistema tal-informatika dwar il-kontabilità), li jwettaq il-karigi ta' applikazzjoni bħal:

Is-segwitu tal-proċeduri finanzjarji u baġitarji (ġestjoni ta' approprjazzjonijiet, impenji, verifika ta' kontijiet u pagamenti, ordni ta' rkupru, previżjonijiet ta' ammonti reċevibbli).

Parteċipazzjoni fit-tħejjija tal-previżjonijiet baġitarji u t-tħejjija ta' rapporti u kontijiet annwali.

Għajnuna fil-qasam ta' proċeduri tas-suq.

Segwitu ta' ammont reċevibbli u l-istabbiliment ta' dħul.

Ġestjoni finanzjarja tal-irċevuti u l-kontroll tat-trattament tal-kontabilità.

Assistenza għax-xogħlijiet ta' implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontabilità u dawk finanzjarji.

Iż-żamma ta' kontabilità ġenerali jew baġitarja.

L-installazzjoni, l-implimentazzjoni u t-titjib tal-proċeduri ta' kwalità fil-kontabilità sabiex jitnaqqsu r-riskji tal-kontabilità.

L-eżegwiment ta' kontrolli regolari tad-dejta tal-kontabilità biex jiġi żgurat li jitwettqu l-għanijiet tal-kwalità.

Għajnuna għal xogħlijiet ta' għeluq u ta' preżentazzjoni tal-qagħda finanzjarja.

Għajnuna fil-kontabilità u l-għoti ta' pariri lis-servizzi ta' Istituzzjonijiet.

Il-ġestjoni tat-teżor u tal-operazzjonijiet ta' ħlas u r-rikonċiljazzjonijiet bankarji.

Il-ġestjoni tar-rikonċiljazzjonijiet fil-kontabilità ġenerali u tal-kontijiet tal-imprest.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni superjuri ċċertifikat b'diploma marbut mal-qasam tal-kariga magħżula.

JEW

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, iċċertifikat minn diploma ta' tmiem l-istudji li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja, flimkien ma' esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin marbuta mal-qasam tal-kariga.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin hija parti sħiħa mid-diploma u ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub hawn taħt.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 3 snin b'rabta man-natura tal-funzjonijiet inkwistjoni.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

ANNESS 3

STATISTIKA/EKONOMIJA

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

L-uffiċjali jkollhom il-karigi ta' assistenti f'wieħed jew iktar minn dawn l-oqsma:

Kontijiet nazzjonali, statistika tal-prezzijiet u indikaturi ewlenin.

Statistika tal-finanzi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi.

Statistika reġjonali u settorjali.

Statistika soċjali.

Statistika globali tal-impriżi.

Kooperazzjoni fi ħdan is-Sistema Ewropea tal-Istatistika, kooperazzjoni internazzjonali.

Servizzi ta' statistika u informatika tal-impriżi.

Il-funzjonijiet ewlenin ikunu:

(1)   Metodi ta' statistika, tfassil u standardizzazzjoni

Ittestjar, validazzjoni u kontroll tal-kwalità tal-metodi ta' statistika.

Għajnuna fit-tfassil ta' indikaturi tal-istatistika.

Kontribuzzjoni għall-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-proċessi, tal-prodotti u tal-metodi maħsuba għall-istatistika Ewropea uffiċjali, permezz tat-teknoloġiji tal-informatika moderni.

Kontribuzzjoni għall-iżvilupp ta' prodotti ġodda u ta' attivitajiet ta' statistika ġodda.

(2)   Regolamentazzjoni u koordinazzjoni statistika

Parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' regolamentazzjoni u koordinazzjoni ta' statistika tal-istituzzjonijiet Ewropej, flimkien ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE, l-Istati Membri, pajjiżi msieħba u organizzazzjonijiet internazzjonali, dwar ir-regolamentazzjoni, l-armonizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-metodi u proċeduri ta' statistika.

(3)   Ġestjoni u trattament tad-dejta tal-istatistika

Validazzjoni u strutturar tad-dejta tal-istatistika.

Kalkolu tad-dejta derivata u t-twettiq ta' stimi u tbassir tad-dejta tal-istatistika.

Ġbir, trażmissjoni u kompilazzjoni tad-dejta tal-istatistika bħala tħejjija għall-pubblikazzjoni tagħhom.

Tisħiħ tal-użu tad-dejta integrata, inkluż dejta minn sorsi amministrattivi.

Twettiq ta' trattamenti minn qabel għad-dejta maħżuna, trattament ta' “big data”/ta' dejta mill-internet/ta' dejta varjata.

(4)   Evalwazzjoni u kontroll tal-kwalità, verifika tad-dejta

Kontribuzzjoni għall-verifika tal-konformità u tar-robustezza tal-metodi, tal-prodotti u ta'riżultati tal-istatistika.

Evalwazzjoni tal-kwalità u żgurar ta' proċedura ta' livell ta' kwalità tal-istatistika Ewropea uffiċjali.

(5)   Analiżi, għoti ta' pariri, u tixrid tal-informazzjoni tal-istatistika u dik ekonomika

Analiżi tad-dejta ekonomika u dik dwar l-istatistika u tfassil tal-evalwazzjonijiet dwar l-istatistika jew dawk ekonomiċi.

Kontribuzzjoni għall-analiżi u l-evalwazzjoni tal-potenzjal tas-sorsi flimkien ma' sorsi oħra.

Ġestjoni tat-talbiet għal informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' statistika u ekonomija, komunikazzjoni u pariri lill-utent dwar il-multifunzjonalità tal-informazzjoni li ġejja mill-ħażna tad-dejta.

Preżentazzjoni tar-riżultati għat-tixrid (tfassil ta' testi, użu tal-multimedja, kitba għall-internet) fir-rapporti tal-istatistika u dawk ekonomiċi.

Dawn il-funzjonijiet jeżiġu kapaċità ta' adattabilità f'oqsma tax-xogħol transversali kif ukoll fehma tajba tal-kwistjonijiet politiċi u ekonomiċi, kompetenzi kkonfermati ta' analiżi, komunikazzjoni, tfassil, tekniki ta' disseminazzjoni u ġestjoni ta' proġetti.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni superjuri ċċertifikat b'diploma marbut mal-qasam tal-kariga magħżula.

JEW

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, iċċertifikat minn diploma ta' tmiem l-istudji li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja, flimkien ma' esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin marbuta mal-qasam tal-kariga.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin hija parti sħiħa mid-diploma u ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fin-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali mitlub hawn taħt.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mill-inqas 3 snin b'rabta man-natura tal-funzjonijiet inkwistjoni.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

20.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 394/11

AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI

EPSO/AST/126/12 — Assistenti (AST 3), settur tar-riċerka

(2012/C 394 A/02)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali abbażi tal-kwalifiki u testijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' assistenti (1) fl-oqsma li ġejjin:

1.

IL-BIJOLOĠIJA, IX-XJENZI TAL-ĦAJJA U TAS-SAĦĦA

2.

IL-KIMIKA

3.

IL-FIŻIKA U X-XJENZA TAL-MATERJALI

4.

IR-RIĊERKA NUKLEARI

5.

L-INĠINERIJA ĊIVILI U MEKKANIKA

6.

L-INĠINERIJA ELETTRIKA U ELETTRONIKA

Din il-kompetizzjoni għandha bħala għan it-tħejjija ta' lista ta' riżerva intenzjonata biex jimtlew postijiet battala fi ħdan numru ta' istituzzjonijiet Ewropej, prinċipalment għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (CCR) tal-Kummissjoni Ewropea. Il-biċċa l-kbira tal-postijiet se jkunu disponibbli fl-Istituzzjonijiet differenti tas-CCR.

L-Istitut tal-elementi Transuraniċi (ITU). Karlsruhe (il-Ġermanja),

L-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta' Referenza (IRMM), Geel (il-Belġju)

L-Istitut għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IHCP), Ispra (l-Italja)

L-Istitut għall-Ambjent u l-Iżvilupp Sostenibbli (IES), Ispra (l-Italja)

L-Istitut għall-Protezzjoni u s-Sigurtà taċ-Ċittadin (IPSC), Ispra (l-Italja)

Il-ġestjoni tas-sit ta' Ispra (l-Italja).

L-Istitut tal-Istudji tal-Prospettivi Teknoloġiċi (IPTS), Sevilja, (Spanja),

L-Istitut tal-Enerġija (IE), Petten (il-Pajjiżi l-Baxxi).

Għall-qasam “riċerka nukleari”, se jkun hemm disponibbli numru limitat ta' sitt (6) postijiet fil-Kummissjoni Ewropea fil-Lussemburgu, u b'mod partikolari fid-Direttorat Ġenerali tal-Enerġija (DG ENER).

Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa l-gwida relatata mal-kompetizzjoni ġenerali ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali C 270 A tas-7 ta' Settembru 2012 kif ukoll fuq il-websajt tal-EPSO.

Din il-gwida, li tagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, se tgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-mod ta' kif tapplika.

WERREJ

I.

QAFAS ĠENERALI

II.

DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

III.

KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

IV.

AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL- KWALIFIKI

V.

KOMPETIZZJONI ĠENERALI

VI.

LISTI TA' RIŻERVA

VII.

KIF TAPPLIKA?

ANNESSI

I.   QAFAS ĠENERALI

1.

Numru ta' kandidati magħżula skont il-qasam

1 = 10

2 = 10

3 = 10

4 = 16

5 = 16

6 = 16

2.

Kummenti

Int tista' tapplika f'qasam wieħed biss.

Din l-għażla għandha ssir fil-ħin tal-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni tiegħek b'mod elettroniku.

II.   DESKRIZZJONI TAL-FUNZJONIJIET

Il-profili differenti rikjesti huma deskritti fl-anness.

III.   KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Fid-data tal-għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika, int għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ġenerali u speċifiċi li ġejjin:

1.

Kundizzjonijiet ġenerali

(a)

Tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

(b)

Li tgawdi mid-drittijiet ċivili tiegħek.

(c)

Li tkun wettaqt kwalunkwe obbligu impost mil-liġijiet dwar ir-reklutaġġ applikabbli fil-qasam militari.

(d)

Li tipproduċi r-referenzi dwar il-karattru meħtieġa, li jindikaw li int tajjeb biex twettaq il-funzjonijiet previsti.

2.

Kundizzjonijiet speċifiċi

2.1.

Kwalifiki

Ara l-punt 2 tal-annessi.

2.2.

Esperjenza professjonali

Ara l-punt 3 tal-annessi.

2.3.

Għarfien lingwistiku (2)

lingwa 1

Lingwa prinċipali

għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

kif ukoll

lingwa 2

It-tieni lingwa (għandha tkun differenti mil-lingwa 1)

għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż

B'konformità mas-sentenza mill-Qorti tal-UE (Grand Chamber) fil-Kawża C-566/10 P, Ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet tal-UE huma mitluba jistqarru r-raġunijiet għal-limitu tal-għażla tat-tieni lingwa f'din il-kompetizzjoni għal numru ristrett ta' lingwi uffiċjali tal-UE.

Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa f'din il-kompetizzjoni ġew definiti b'konformità mal-interess tas-servizz li jeħtieġ li l-kollegi ġodda reklutati jibdew jaħdmu mal-ewwel u jistgħu jikkomunikaw b'mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet ikun affettwat ħażin ħafna.

Abbażi ta' prassi tal-istituzzjonijiet tal-UE li ilha fir-rigward tal-lingwi użati għal komunikazzjoni interna u filwaqt li jiġu kkunsidrati wkoll il-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-immaniġġar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma t-tieni lingwa l-aktar magħżula mill-kandidati tal-kompetizzjonijiet fejn għandhom għażla ħielsa. Dan jikkonferma l-istandards edukattivi u professjonali attwali, fejn il-kandidati għal karigi tal-Unjoni Ewropea jistgħu jitqiesu li jafu tajjeb ħafna tal-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Għaldaqstant, meta wieħed jibbilanċja l-interess tas-servizz u l-ħtiġijiet u l-ħiliet tal-kandidati billi jiġi kkunsidrat ukoll il-qasam partikolari ta' din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati testijiet f'dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb ħafna minn tal-inqas waħda mit-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta' xogħol. Barra minn hekk, l-interess ta' trattament ugwali tal-kandidati kollha, kulħadd, inkluż dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta, huwa meħtieġ li jagħmel it-test fit- lingwa tiegħu jew tagħha, magħżula minn dawk it-tlieta. Il-valutazzjoni ta' ħiliet speċifiċi b'dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet biex jevalwaw l-abilità tal-kandidati sabiex jaħdmu immedjatament f'ambjent li jaqbel mar-realtà li jsibu fl-impjieg. Dan huwa bla ħsara, sabiex jittardja t-taħriġ tal-lingwa sabiex tinkiseb ħila sabiex wieħed jaħdem bit-tielet lingwa b'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

IV.   AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL-KWALIFIKI

1.   Proċedura

L-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kif ukoll is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki jsiru fl-ewwel fażi skont id-dikjarazzjonijiet li tkun ipprovdejt fl-applikazzjoni tiegħek.

(a)

Ir-risposti tiegħek għall-mistoqsijiet dwar il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi se jkunu pproċessati sabiex jiġi ddeterminat jekk inti tagħmilx parti mil-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni għall-kompetizzjoni.

(b)

Imbagħad, il-Bord tas-Selezzjoni se jagħżel abbażi tal-kwalifiki sabiex jidentifika, fost il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni għall-kompetizzjoni, dawk il-kandidati li għandhom l-iktar kwalifiki rilevanti (speċjalment diplomi u esperjenza professjonali) fid-dawl tad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet u tal-kriterji għas-selezzjoni deskritti f'dan l-Avviż ta' Kompetizzjoni. Din is-selezzjoni ssir biss fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tiegħek ipprovduti fis-sezzjoni “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet” (“Talent Screener”) u ssir f'żewġ stadji:

l-ewwel selezzjoni abbażi tal-kwalifiki ssir biss skont ir-risposti mmarkati fis-sezzjoni “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet” (“Talent Screener”) tal-applikazzjoni u skont il-piż mogħti lil kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet. Skont l-importanza mogħtija lil kull kriterju msemmi fil-punt 4 tal-annessi, il-Bord tas-Selezzjoni jistabbilixxi dan il-piż (minn 1 sa 3) qabel ma jipproċedi għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet. Imbagħad, l-applikazzjonijiet elettroniċi tal-kandidati li jkunu kisbu l-akbar numru ta' punti jgħaddu għat-tieni selezzjoni;

in-numru ta' fajls evalwati matul it-tieni fażi ta' selezzjoni huwa ekwivalenti għal madwar 9 darbiet in-numru ta' kandidati li għandhom ikunu magħżula f'dan l-avviż tal-kompetizzjoni. Il-Bord tas-Selezzjoni jeżamina r-risposti tal-kandidati u jagħtihom marka minn 0 sa 4 għal kull tweġiba. Il-marki, immultiplikati bil-piż mogħti lil kull mistoqsija, jingħaddu ma' xulxin sakemm tinkiseb il-marka globali.

Imbagħad, il-Bord tas-Selezzjoni jistabbilixxi klassifika tal-kandidati skont dawn il-marki globali. In-numru ta' kandidati mistiedna (3) għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi għal mhux iktar minn 3 darbiet in-numru ta' kandidati li għandhom jiġu magħżula. Dan in-numru se jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).

2.   Verifika tad-dikjarazzjonijiet tal-kandidati

Meta joħorġu r-riżultati tat-testijiet, u fid-dawl ta' dawn ir-riżultati, id-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom se jiġu vverifikati mill-EPSO għall-konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali, filwaqt li l-Bord ta' Selezzjoni jagħmel l-istess għall-kundizzjonijiet speċifiċi abbażi tad-dokumenti ġustfikattivi pprovduti mill-kandidati. Għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki, id-dokumenti ġustifikattivi se jkunu kkunsidrati biss biex jikkonfermaw ir-risposti diġà mogħtija fis-sezzjoni “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet” (“Talent Screener”). Jekk matul din il-verifika jinstab li dawn id-dikjarazzjonijiet (4) mhumiex ikkonfermati mid-dokumenti ġustifikattivi rilevanti, il-kandidati kkonċernati se jkunu esklużi mill-kompetizzjoni.

Il-verifika ssir b'ordni dixxendenti ta' mertu, għall-kandidati li kisbu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki totali għall-eżamijiet (d), (e), (f) u (g). Il-kandidati jridu wkoll ikunu ġabu l-minimu meħtieġ fit-testijiet tal-kapaċità (a), (b) u (c). Din il-verifika tibqa' ssir sakemm jintlaħaq in-numru ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni. Id-dokumenti ġustifikattivi tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan in-numru mhux se jiġu eżaminati.

V.   KOMPETIZZJONI ĠENERALI

1.

Stedina għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni

Jekk inti tkun wieħed mill-kandidati (5) li

skont id-dikjarazzjonijiet tagħhom fl-applikazzjoni elettronika, jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III.

kif ukoll

ikunu kisbu waħda mill-aħjar marki fl-għażla abbażi tal-kwalifiki,

inti tiġi mistieden għal ċentru ta' evalwazzjoni (6) li normalment isir fi Brussell, mifruxa fuq ġurnata waħda jew tnejn.

2.

Ċentru ta' evalwazzjoni

Inti tintalab toqgħod għal tliet tipi ta' evalwazzjoni:

ħiliet ta' raġunament: testijiet (a), (b) u (c)

kompetenzi speċifiċi: testijiet (d) u (e)

kompetenzi ġenerali: testijiet (f) u (g)

il-kapaċità tiegħek fejn jidħol ir-raġunar permezz tat-testijiet (7) li ġejjin:

(a)

test tar-raġunament verbali

(b)

test tar-raġunament numeriku

(c)

test tar-raġunament astratt

il-kompetenzi speċifiċi fil-qasam permezz tat-testiijet li ġejjin:

(d)

Intervista strutturata dwar il-kompetenżzi tiegħek fil-qasam, notevolment a bbażi ta' informazzjoni pprovduta fil-parti “Evalwazzzjoni tat-talent” (“Talent Screener”) fl-applikazzjoni

(e)

eżami miktub (tfassil ta' rapport)

il-kompetenzi ġenerali (8):

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Komunikazzjoni

Kwalità u riżultati

Tagħlim u żvilupp

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Reżiljenza

Ħidma fi grupp

permezz ta':

(f)

eżerċizzju fi grupp

(g)

intervista strutturata dwar il-kompetenzi ġenerali tiegħek

Se jiġu ttestjati dawn il-kompetenzi ġenerali skont it-tabella li ġejja:

Eżerċizzju fi grupp (f)

Intervista strutturata (g)

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

x

Komunikazzjoni

x

Kwalità u riżultati

x

Tagħlim u żvilupp

x

x

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

x

x

Reżiljenza;

x

x

Ħidma fi grupp

x

x

3.

Lingwa tal-eżamijiet

Lingwa 1 għat-testijiet (a), (b) u (c)

Lingwa 2 għat-testijiet (d), (e), (f) u (g)

4.

Marki

Ħiliet ta' raġunament

(a)

verbali minn 0 sa 20 punt

minimu meħtieġ: 10 punti

(b)

numeriku minn 0 sa 10 punti

(c)

astratt minn 0 sa 10 punti

il-minimu meħtieġ għat-testijiet kollha (b) u (c): 10 punti

It-testijiet (a), (b) u (c) huma eliminatorji iżda l-punti tagħhom mhux se jkunu miżjuda mal-punti ta' testijiet oħra.

Kompetenzi speċifiċi

test (d): minn 0 sa 50 punt

minimu meħtieġ: 25 punt

test (e): minn 0 sa 50 punt

minimu meħtieġ: 25 punt

Peżar: 65 % tal-marka globali

Kompetenzi ġenerali (eżamijiet (f) u (g))

minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali

minimu meħtieġ:

3 punti għal kull kompetenza

u

35 punt minn 70 għas-7 kompetenzi ġenerali kollha

Peżar: 35 % tal-marka globali

VI.   LISTI TA' RIŻERVA

1.

Lista ta' riżerva

Il-Bord tas-Selezzjoni jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva

jekk inti tkun fost il-kandidati (9) li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa għat-testijiet u l-eżamijiet kollha (a) sa (g) u waħda mill-aħjar marki għall-eżamijiet (d), (e), (f) u (g) (ara l-għadd ta' dawk li jgħaddu, Titolu I, punt 1)

u jekk, fid-dawl tad-dokumenti ġustifikattivi, inti tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tad-dħul.

2.

Klassifika

Il-lista titfassal skont il-qasam u skont l-ordni alfabetiku.

VII.   KIF TAPPLIKA?

1.

Applikazzjoni elettronika

Għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO, u b'mod speċjali fil-Manwal tal-Applikazzjoni.

Data tal-għ eluq (inkluża l-validazzjoni): it-22 ta' Jannar 2013 f'nofsinhar, ħin ta' Brussell

2.

Fajl

Jekk inti tkun fost il-kandidati ammessi għall-eżami ta' evalwazzjoni, inti tkun trid iġġib miegħek (10) il-fajl komplut tal-kandidatura (l-applikazzjoniji elettronika ffirmata flimkien ma' dokumenti ġustifikattivi) meta inti tiġi fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

Proċedura: ara l-punt 6.1 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

(1)  F'dan l-avviż kull referenza għal persuna tas-sess maskil hija wkoll għal persuna tas-sess femminil.

(2)  Ara l-Qafas ta' Referenza Komuni Ewropew għall-Lingwi (CECR) — livell rikjest: lingwa 1 = C1, lingwa 2 = B2

(http://europass.cedefop.europa.eu/europass/home/hornav/Downloads/CEF/LanguageSelfAssessmentGrid.csp)

(3)  Il-kandidati li ma jiġux mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jirċievu r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll il-piż ta' kull mistoqsija mingħand il-Bord tas-Selezzjoni.

(4)  Din l-informazzjoni tiġi verifikata, abbażi tad-dokumenti ta' prova, qabel ma tiġi stabbilita l-lista ta' riżerva (ara t-Taqsima VI, il-punt 1 u t-Taqsima VII, il-punt 2).

(5)  Jekk fil-każ li fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati jkunu ammessi għall-eżaminijiet ta' evalwazzjoni.

(6)  Minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni, it-testijiet ta' raġunament kif ukoll l-eżami miktub (e) jistgħu jsiru fiċ-ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri, u/jew fi Brussell, indipendentement minn eżamijiet oħra li jsiru fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

(7)  Il-kontenut jiġi vvalidat mill-Bord tas-Selezzjoni.

(8)  Dawn il-kompetenzi huma mfissra fid-detall fil-punt 1.2 tal-gwida applikabbli għall-kompetizzjoni ġenerali.

(9)  Fil-każ fejn, għall-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha se jkunu inklużi fil-lista ta' riżerva.

(10)  Id-data ta' meta inti għandek tmur għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien opportun permezz tal-kont tiegħek mal-EPSO.

ANNESS 1

QASAM 1: BIJOLOĠIJA, XJENZI TAL-ĦAJJA U TAS-SAĦĦA

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Tekniċi tal-laboratorju

L-uffiċjali reklutati jkunu mistennija jagħmlu xogħol f'laboratorju/ jagħtu assistenza teknika fil-qasam tar-riċerka bijoloġika, u dik dwar ix-xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa.

It-tekniċi fil-laboratorju xjentifiku huma responsabbli għal kompiti bbażati fil-laboratorju, li jinkludu t-teħid ta' kampjuni, it-testjar, il-kejl, ir-reġistrar u l-analiżi ta' riżultati fix-xjenzi bijoloġiċi, tal-ħajja u tas-saħħa. Jipprovdu wkoll l-appoġġ tekniku kolllu meħtieġ biex il-laboratorju jkun jista' jiffunzjona effettivament filwaqt li jaderixxu ma' proċeduri korretti u ma' linji-gwida dwar is-saħħa u s-sigurtà.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji postsekondarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fi tmiem l-istudju, li jkollha x'taqsam mal-qasam ikkonċernat.

JEW

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, ġenerali jew teknika, iċċertifikat minn diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja segwita minn esperjenza professjonali ta' perjodu minimu ta' tliet snin li minnhom tnejn ikunu fil-qasam rilevanti.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin għandha tkun tagħmel parti integrali mid-diploma u ma tistax tiġi kkunsidrata man-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa hawn isfel.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza profefssjonali ta' mill-anqas tliet snin fil-qasam tal-bijoloġija, u tax-xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

4.   Kriterji għas-selezzjoni

Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni se jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

1.

Esperjenza professjonali tall-ħidma f'laboratorju tax-xjenza tal-ħajja.

2.

Esperjenza professjonali tal-ħidma b'sustanzi kumiċi f'kompartimenti bl-ingwanti.

3.

Esperjenza professjonali ta' tekniki speċifiċi ta' kejl fix-xjenzi tal-ħajja (pereż. ċitometrija tal-flussi, tal-ispettometrija, tal-metodi kromatografiċi, tal-metodoloġiji bbażati fuq il-PCR, eċċ.).

4.

Esperjenza professjonali ta' sistemi ta' kwalità relatati max-xjenzi tal-ħajja bħal ma huma ISO 17025, GLP.

5.

Esperjenza professjonali tal-mikroskopija elettronika u ottika.

6.

Esperjenza professjonali ta' ħidma fuq kulturi ta' ċelloli tal-mammiferi u ħidma f'kundizzjonijiet ta' sterilità.

7.

Esperjenza professjonali fit-tfassil ta' rapporti tekniċi dwar riżultati ta' esperimenti

8.

Esperjenza professjonali tal-abbozzar ta' dokumenti tekniċi għall-manteniment ta' strumentazzjoni teknika f'laboratorju tax-xjenzi tal-ħajja.

9.

Esperjenza professjonali tal-abbozzar ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għax-xiri ta' materjal tal-laboratorju u tat-tqabbil ta' apparat differenti għall-ittestjar sabiex jintgħażlu dawk l-aktar xierqa għall-ħtiġijiet tal-laboratorju.

10.

Esperjenza professjonali ta' attivitajiet ta' segwitu li jsiru minn kuntratturi sabiex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mal-ordni tax-xiri u l-ispeċifikazzjonijiet.

11.

Esperjenza professjonali tal-verifika tal-konformità ta' kif ikun imqassam laboratorju mar-regoli applikabbli ta' sigurtà.

12.

Esperjenza professjonali marbuta ma' kwalunkwe wieħed mill-oqsma l-oħra tal-kompetizzjoni.

ANNESS 2

QASAM 2: KIMIKA

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Tekniċi tal-laboratorju

L-uffiċjali reklutati jkunu mistennija jagħmlu xogħol f'laboratorju/ jagħtu assistenza teknika fil-qasam tar-riċerka kimika.

It-tekniċi fil-laboratorju xjentifiku huma responsabbli għal kompiti bbażati fil-laboratorju, li jinkludu t-teħid ta' kampjuni, it-testjar, il-kejl, ir-reġistrar u l-analiżi ta' riżultati fil-kimika. Jipprovdu wkoll l-appoġġ tekniku kolllu meħtieġ biex il-laboratorju jkun jista' jiffunzjona effettivament filwaqt li jaderixxu ma' proċeduri korretti u ma' linji-gwida dwar is-saħħa u s-sigurtà.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji postsekondarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fi tmiem l-istudju, li jkollha x'taqsam mal-qasam ikkonċernat.

JEW

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, ġenerali jew teknika, iċċertifikat minn diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja segwita minn esperjenza professjonali ta' perjodu minimu ta' tliet snin li minnhom tnejn ikunu fil-qasam rilevanti.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin għandha tkun tagħmel parti integrali mid-diploma u ma tistax tiġi kkunsidrata man-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa hawn isfel.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mill-anqas tliet snin fil-qasam tal-kimika.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

4.   Kriterji għas-selezzjoni

Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni se jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

1.

Esperjenza professjonali ta' proċessi tekniċi kimiċi ġenerali f'laboratorju.

2.

Esperjenza professjonali ta' proċessi tekniċi radjokimiċi f'laboratorju. tal-manipulazzjoni ta' soluzzjonijiet radjuattivi f'kompartimenti bl-ingwanti u b'manipulaturi f'ċelloli jaħarqu.

3.

Esperjenza professjonali tal-ispettroskopija tal-massa; ta' proċessi tekniċi ta' ablazzjoni bil-laser ikkumbinati (ICP-MS & ICP-OES).

4.

Esperjenza professjonali tas-separazzjoni kromatografika u tekniki analitiċi (GC, HPLC b'diversi detettuti, GC-MS, HPLC-MS, eċċ.).

5.

Esperjenza professjonali tal-analiżi kimika mxarrba u ta' tekniki ta' separazzjoni u tekniki ta' separazzjoni solventi, jiġifieri estrazzjoni tal-fażi solida, id-distillar likwidu-likwidu, id-distillar, l-estrazzjoni aċċellerata tas-solvent, microwave, eċċ.

6.

Esperjenza professjonali tal-mikroskopija elettronika, ottika, u ta' tekniki ta' analiżi tal-wiċċ elettro-ottika (pereż. Auger, TIMS, Raman, FT-IR, florexxenza, UV).

7.

Esperjenza professjonali tal-validazzjoni ta' metodi analitiċi u tqabbil bejn il-laboratorji.

8.

Esperjenza professjonali

tad-definizzjoni u tfassil ta' esperimenti biex ikun jista' jsir kejl.

tal-ikkalibrar u t-twettiq ta' manteniment ta' apparat għal attivitajiet fil-laboratorju kimiku, jiġifieri l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni ta' kimiċi f'diversi medja matriċi, u

tat-twettiq ta' kejl kimiku skont speċifikazzjonijiet mogħtija.

9.

Esperjenza professjonali tal-abbozzar ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għax-xiri ta' materjal tal-laboratorju u tat-tqabbil ta' apparat differenti għall-ittestjar sabiex jintgħażlu dawk l-aktar xierqa għall-ħtiġijiet tal-laboratorju.

10.

Esperjenza professjonali ta' attivitajiet ta' segwitu li jsiru minn kuntratturi u fit-twettiq ta' testijiet ta' aċċettazzjoni sabiex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mal-ordni tax-xiri/l-ispeċifikazzjoni.

11.

Esperjenza professjonali tal-verifika tal-konformità ta' kif ikun imqassam laboratorju mar-regoli applikabbli ta' sigurtà.

12.

Esperjenza professjonali marbuta ma' kwalunkwe wieħed mill-oqsma l-oħra tal- kompetizzjoni.

ANNESS 3

QASAM 3: FIŻIKA U XJENZI TAL-MATERJALI

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Tekniċi tal-laboratorju

L-uffiċjali reklutati jkunu mistennija jagħmlu xogħol f'laboratorju/ jagħtu assistenza teknika fil-qasam tar-riċerka dwar il-fiżika u x-xjenzi materjali.

It-tekniċi tal-laboratorju xjentifiku huma responsabbli għal kompiti bbażati fil-laboratorju, li jinkludu t-teħid ta' kampjuni, it-testjar, il-kejl, ir-reġistrar u l-analiżi ta' riżultati fix-xjenza fiżika u materjali. Jipprovdu wkoll l-appoġġ tekniku kolllu meħtieġ biex il-laboratorju jkun jista' jiffunzjona effettivament filwaqt li jaderixxu ma' proċeduri korretti u ma' linji-gwida dwar is-saħħa u s-sigurtà.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji postsekondarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fi tmiem l-istudju, li jkollha x'taqsam mal-qasam ikkonċernat.

JEW

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, ġenerali jew teknika, iċċertifikat minn diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja segwita minn esperjenza professjonali ta' perjodu minimu ta' tliet snin li minnhom tnejn ikunu fil-qasam rilevanti.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin għandha tkun tagħmel parti integrali mid-diploma u ma tistax tiġi kkunsidrata man-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa hawn isfel.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mill-anqas tliet snin fil-qasam tal-fiżika u tax-xjenzi tal-materjali.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

4.   Kriterji għas-selezzjoni

Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni se jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

1.

Esperjenza professjonali ta' tekniki ġenerali f'laboratorju fiżiku.

2.

Esperjenza professjonali ta' tekniki ta' ttestjar mhux distruttiv, jiġifieri l-metroloġija, l-ispezzjoni viżwali, tekniki ultrasound, il-profilometrija.

3.

Esperjenza professjonali tal-ispettroskopija tal-massa, tat-tekniki tal-vakuum, tat-tekniki u l-kejl tal-lasar.

4.

Esperjenza professjonali ta' materjali ta' temperatura għolja u ta' teknoloġija tal-ifran b'temperatura għolja, tal-kejl ta' temperaturi għolji, tal-pirometrija.

5.

Esperjenza professjonali fl-ittestjar mekkaniku tal-materjali: l-ebusija, l-ittestjar tensili jew tat-tgħawwiġ, eżaminazzjoni tal-wiċċ fratturat.

6.

Esperjenza professjonali tal-mikroskopija u l-mikroskopija elettro-ottikali, tat-tekniki ta' analiżi elettro-ottriċi u ta' tekniki analitiċi tal-wiċċ.

7.

Esperjenza professjonali fit-tfassil ta' rapporti tekniċi dwar riżultati ta' esperimenti

8.

Esperjenza professjonali tal-abbozzar ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għax-xiri ta' materjal tal-laboratorju u tat-tqabbil ta' apparat differenti għall-ittestjar sabiex jintgħażlu dawk l-aktar xierqa għall-ħtiġijiet tal-laboratorju.

9.

Esperjenza professjonali ta' attivitajiet ta' segwitu li jsiru minn kuntratturi sabiex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mal-ordni tax-xiri u l-ispeċifikazzjonijiet.

10.

Esperjenza professjonali tat-twettiq ta' testijiet ta' aċċettazzjoni għall-apparat mixtri.

11.

Esperjenza professjonali tal-verifika tal-konformità ta' kif ikun imqassam laboratorju mar-regoli applikabbli ta' sigurtà.

12.

Esperjenza professjonali marbuta ma' kwalunkwe wieħed mill-oqsma l-oħra tal-kompetizzjoni.

ANNESS 4

QASAM 4: RIĊERKA NUKLEARI

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Tekniċi tal-laboratorju

L-uffiċjali reklutati jkunu mistennija jagħmlu xogħol f'laboratorju/ jagħtu assistenza teknika fil-qasam tar-riċerka nukleari.

It-tekniċi fil-laboratorju xjentifiku huma responsabbli għal kompiti bbażati fil-laboratorju, li jinkludu t-teħid ta' kampjuni, it-testjar, il-kejl, ir-reġistrar u l-analiżi ta' riżultati fil-qasam tar-riċerka nukleari. Jipprovdu wkoll l-appoġġ tekniku kolllu meħtieġ biex il-laboratorju jkun jista' jiffunzjona effettivament filwaqt li jaderixxu ma' proċeduri korretti u ma' linji-gwida dwar is-saħħa u s-sigurtà.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji postsekondarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fi tmiem l-istudju, li jkollha x'taqsam mal-qasam ikkonċernat.

JEW

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, ġenerali jew teknika, iċċertifikat minn diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja segwita minn esperjenza professjonali ta' perjodu minimu ta' tliet snin li minnhom tnejn ikunu fil-qasam rilevanti.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin għandha tkun tagħmel parti integrali mid-diploma u ma tistax tiġi kkunsidrata man-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa hawn isfel.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mill-anqas tliet snin fil-qasam tar-riċerka nukleari.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

4.   Kriterji għas-selezzjoni

Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni se jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

1.

Esperjenza professjonali tal-ħidma f'laboratorju nukleari u ta' proċeduri ta' radjuprotezzjoni.

2.

Esperjenza professjonali tal-ħidma b'materjali radjuattivi f'kompartimenti bl-ingwanti u ta' ċelloli jaħarqu bil-manipulaturi.

3.

Esperjenza professjonali ta' tekniki ta' ttestjar mhux distruttiv, jiġifieri l-metroloġija, l-ispezzjoni viżwali, tekniki ultrasound, il-profilometrija.

4.

Esperjenza professjonali tal-ispettroskopija tal-massa, l-ispettroskopija gamma, l-ispettroskopija beta/alfa, it-tekniki ta' skannjar/ ta' tomografija, it-teknoloġija tal-vakum, it-teknoloġija tal-ifran.

5.

Esperjenza professjonali fis-sistemi ta' konteniment u ta' sorveljanza.

6.

Esperjenza professjonali fl-ittestjar mekkaniku tal-materjali: l-ebusija, l-ittestjar tensili jew tat-tgħawwiġ, eżaminazzjoni tal-wiċċ fratturat.

7.

Esperjenza professjonali tal-mikroskopija ottika u l-mikroskopija elettro-ottika, u tekniki ta' analiżi elettro-ottika, jiġifieri EDS, EMPA, SIMS.

8.

Esperjenza professjonali fit-tfassil ta' rapporti tekniċi dwar riżultati ta' esperimenti

9.

Esperjenza professjonali tal-abbozzar ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għax-xiri ta' materjal tal-laboratorju u tat-tqabbil ta' apparat differenti għall-ittestjar sabiex jintgħażlu dawk l-aktar xierqa għall-ħtiġijiet tal-laboratorju.

10.

Esperjenza professjonali ta' attivitajiet ta' segwitu li jsiru minn kuntratturi sabiex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mal-ordni tax-xiri u l-ispeċifikazzjonijiet.

11.

Esperjenza professjonali tal-verifika tal-konformità ta' kif ikun imqassam laboratorju mar-regoli applikabbli ta' sigurtà.

12.

Esperjenza professjonali marbuta ma' kwalunkwe wieħed mill-oqsma l-oħra tal-kompetizzjoni.

ANNESS 5

QASAM 5: INĠINERIJA ĊIVILI U MEKKANIKA

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Tekniċi

L-uffiċjali reklutati jkunu mistennija li jipprovdu assistenza teknika fil-qasam tal-inġinerija ċivili u mekkanika.

It-tekniċi fil-qasam tal-inġinerija ċivili u mekkanika jipprovdu sostenn billi jassistu lill-inġiniera fir-riċerka u fl-applikazzjoni prattika ta' prinċipji tax-xjenza, il-matematika, il-mekkanika u l-inġinerijia fit-tfassil ta' apparat għall-bini, il-kostruzzjonijiet, u apparat mekkaniku. Huma jipprovdu s-sostenn tekniku kollu meħtieġ u jaderixxu ma' proċeduri korretti u ma' linji gwida dwar is-sikurezza.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji postsekondarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fi tmiem l-istudju, li jkollha x'taqsam mal-qasam ikkonċernat.

JEW

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, ġenerali jew teknika, iċċertifikat minn diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja segwita minn esperjenza professjonali ta' perjodu minimu ta' tliet snin li minnhom tnejn ikunu fil-qasam rilevanti.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin għandha tkun tagħmel parti integrali mid-diploma u ma tistax tiġi kkunsidrata man-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa hawn isfel.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mill-anqas tliet snin fil-qasam tal-inġinerija ċivili u mekkanika.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

4.   Kriterji għas-selezzjoni

Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni se jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

1.

Esperjenza professjonali tal-manifattura ta' komponenti mekkaniċi.

2.

Esperjenza professjonali tat-tfassil ta' komponenti mekkaniċi (sew b'soluzzjonijiet CAD-CAM kif ukoll mingħajrhom).

3.

Esperjenza professjonali tat-teknoloġiji tal-muntaġġ u l-welding.

4.

Esprjenza professjonali tal-ħidma f'ambjent nukleari.

5.

Esperjenza professjonali tal-użu ta' għodod mekkaniċi u s-superviżjoni tagħhom.

6.

Esperjenza professjonali tat-tfassil ta' infrastruttura u ta' speċifikazzjonijiet tekniċi.

7.

Esperjenza professjonali tad-disinn ta' sistemi ta' infrastruttura idrawlika jew ta' ventilazzjoni, u l-ispeċifikazzjonijiet għaliha.

8.

Esperjenza professjonali tal-manteniment ta' stallazzjonijiet mekkaniċi f'impjanti industrijali.

9.

Esperjenza professjonali tal-abbozzar ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għax-xiri ta' materjal tal-laboratorju u tat-tqabbil ta' apparat differenti għall-ittestjar sabiex jintgħażlu dawk l-aktar xierqa għall-ħtiġijiet tal-laboratorju.

10.

Esperjenza professjonali ta' attivitajiet ta' segwitu li jsiru minn kuntratturi u fit-twettiq ta' testijiet ta' aċċettazzjoni sabiex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mal-ordni tax-xiri/l-ispeċifikazzjoni.

11.

Esperjenza professjonali tal-verifika tal-konformità ta' kif ikun imqassam laboratorju mar-regoli applikabbli ta' sigurtà.

12.

Esperjenza professjonali marbuta ma' kwalunkwe wieħed mill-oqsma l-oħra tal-kompetizzjoni.

ANNESS 6

QASAM 6: INĠINERIJA ELETTRIKA U ELETTRONIKA

1.   Deskrizzjoni tal-funzjonijiet

Tekniċi

L-uffiċjali reklutati ikunu mistennija li jipprovdu assistenza teknika fil-qasam tal-inġinerija elettrika u elettronika.

It-tekniċi fil-qasam tal-inġinerija elettrika u elettronika jipprovdu sostenn billi jassistu lill-inġiniera fir-riċerka u fl-applikazzjoni prattika ta' prinċipji tax-xjenza, il-matematika, il-mekkanika u l-inġinerijia fit-tfassil, l-iżvilupp u l-istallazzjoni ta' apparat elettriku u elettroniku. Huma jipprovdu s-sostenn tekniku kollu meħtieġ u jaderixxu ma' proċeduri korretti u ma' linji gwida dwar is-sikurezza.

2.   Kwalifiki

Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji postsekondarji kkompletati, iċċertifikati b'diploma fi tmiem l-istudju, li jkollha x'taqsam mal-qasam ikkonċernat.

JEW

Livell ta' edukazzjoni sekondarja, ġenerali jew teknika, iċċertifikat minn diploma li tagħti aċċess għall-edukazzjoni għolja segwita minn esperjenza professjonali ta' perjodu minimu ta' tliet snin li minnhom tnejn ikunu fil-qasam rilevanti.

NB: L-esperjenza professjonali ta' mill-inqas tliet snin għandha tkun tagħmel parti integrali mid-diploma u ma tistax tiġi kkunsidrata man-numru ta' snin ta' esperjenza professjonali meħtieġa hawn isfel.

3.   Esperjenza professjonali

Esperjenza professjonali ta' mill-anqas tliet snin fil-qasam tal-inġinerija elettrika u elettronika.

Din l-esperjenza professjonali hija rilevanti biss jekk tkun inkisbet wara l-għoti tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.

4.   Kriterji għas-selezzjoni

Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tas-Selezzjoni se jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

1.

Esperjenza professjonali ta' tekniki tal-laboratorju elettrotekniku/elettroniku.

2.

Esperjenza professjonali tat-twettiq ta' kejl elettriku/elettroniku fuq speċifikazzjonijiet mogħtija, jiġifieri sistemi ta' akkwist ta' dejta, strumentazzjoni speċifika, kontroll mill-bogħod, ġesjoni ta' dejtabase, ħiliet fuq il-kompjuter.

3.

Esperjenza professjonali tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' ċirkwiti elettriċi/elettroniċi għal ħtiġijiet speċifiċi, jiġifieri kejl speċifiku jew funzjonijiet loġiċi, ċirkwiti ta' vultaġġ għoli jew baxx, bordijiet ta' ċirkwiti stampati, l-immuntar ta' komponenti, il-verifikazzjoni ta' ċirkwiti/it-tneħħija ta' difetti minnhom, ċirkwiti programmabbli FPGA CPLD, mikriproċessuri.

4.

Esperjenza professjonail tat-twaqqif ta' pjan elettriku/elettroniku li jinkludi kontrollur loġiku programmabbli (PLC) u/jew regolaturi servo, jiġifieri regolazzjoni bażika u kunċett ta' kontroll servo, stallazzjoni ta' hardware, implimentazzjoni/verifikazzjoni ta' softwer, lingwi tas-sofwer.

5.

Esperjenza professjonali tal-manteniment ta' stallazzjonijiet elettriċi/elettroniċi, jiġifieri organizzazzjoni ta' manteniment u ppjanar, verifikazzjoni ta' manteniment, ġestjoni ta' spares.

6.

Esperjenza professjonali tat-twettiq ta' kalibrazzjoni ta' apparat skont proċedura predefinita u ta' pjan ta' manteniment, jiġifieri tekniċi ta' kalibrazzjoni, proċeduri ta' ċertifikazzjoni u ppjanar ta' standards ISO u IEC.

7.

Esperjenza professjonali fit-tfassil ta' rapporti tekniċi dwar riżultati ta' esperimenti.