ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.376.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 376

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
6 ta' Diċembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 376/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6705 – Procter & Gamble/Teva Pharmaceuticals OTC II) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 376/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2012/C 376/03

L-ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

3

2012/C 376/04

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

4

2012/C 376/05

L-ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

5

2012/C 376/06

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

6

2012/C 376/07

Avviż mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

7

 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 376/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

8

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 376/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6705 – Procter & Gamble/Teva Pharmaceuticals OTC II)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 376/01

Fid-9 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6705. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 376/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-5 ta’ Diċembru 2012

2012/C 376/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3065

JPY

Yen Ġappuniż

107,31

DKK

Krona Daniża

7,4599

GBP

Lira Sterlina

0,81190

SEK

Krona Żvediża

8,6510

CHF

Frank Żvizzeru

1,2128

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3560

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,218

HUF

Forint Ungeriż

282,62

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6965

PLN

Zloty Pollakk

4,1198

RON

Leu Rumen

4,5445

TRY

Lira Turka

2,3350

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2483

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2960

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1255

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5826

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5921

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 414,07

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,4554

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1395

HRK

Kuna Kroata

7,5200

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 582,01

MYR

Ringgit Malażjan

3,9735

PHP

Peso Filippin

53,378

RUB

Rouble Russu

40,2670

THB

Baht Tajlandiż

40,083

BRL

Real Brażiljan

2,7511

MXN

Peso Messikan

16,9098

INR

Rupi Indjan

71,2780


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

6.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 376/3


L-ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

2012/C 376/03

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA hija tal-fehma li l-miżura li ġejja ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

27 ta’ Ġunju 2012

Numru tal-każ

:

68532

Numru tad-deċiżjoni

:

245/12/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna

:

Il-muniċipalità ta’ Andøy

8480 Andenes

NORWAY

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

:

Il-bejgħ ta’ assi f’A.H. Holding AS mill-muniċipalità lill-azzjonisti l-oħrajn tal-kumpanija

Forma ta' għajnuna

:

Mhux applikabbli

Baġit

:

Prezz tal-bejgħ ta’ NOK 7,1 miljun (2010)

Tul ta' żmien

:

Mhux applikabbli

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


6.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 376/4


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

2012/C 376/04

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja ta’ għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

20 ta’ Ġunju 2012

Numru tal-każ

:

71379

Numru tad-deċiżjoni

:

226/12/COL

Stat tal-EFTA

:

L-Islanda

Titolu

:

L-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ għajnuna mogħtija lil Landsbankinn għall-akkwist ta' Sparisjóður Svarfdæla

Bażi legali

:

l-Artikolu 61(3)(b) taż-ŻEE

Għan

:

Rimedju għal taqlib serju fl-ekonomija

Tul ta' żmien

:

Mhux applikabbli

Setturi ekonomiċi

:

Is-settur finanzjarju

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna

:

Ministeru tal-Finanzi

Arnarhvoli

150 Reykjavík

ICELAND

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, qiegħed fuq il-websajt tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


6.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 376/5


L-ebda għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

2012/C 376/05

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA hija tal-fehma li l-miżura li ġejja ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

4 ta’ Lulju 2012

Numru tal-każ

:

65139

Numru tad-deċiżjoni

:

260/12/COL

Stat tal-EFTA

:

In-Norveġja

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

:

L-ajruport ta’ Skien

Bażi legali

:

L-Artikoli 61(1) u 59(2) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

Tip ta’ miżura

:

L-ebda għajnuna/obbligu ta’ servizz pubbliku (l-ebda oġġezzjoni)/għeluq tal-każ

Forma ta' għajnuna

:

Għotja/self bi mgħax baxx

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna

:

Municipality of Skien

Postbox 158

3701 Skien

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet kull informazzjoni kunfidenzjali, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


6.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 376/6


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni biex ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni

2012/C 376/06

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura li ġejja ta’ għajnuna mill-Istat:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

:

4 ta’ Lulju 2012

Numru tal-każ

:

71061

Numru tad-deċiżjoni

:

262/12/COL

Stat tal-EFTA

:

L-Islanda

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

:

Emendi għall-iskema ta’ sostenn b’rabta mar-rimbors temporanju fil-każ tal-produzzjoni tal-films

Bażi legali

:

L-Att Nru 158/2011 li jemenda l-Att Nru 43/1999 dwar ir-rimborsi temporanji fil-każ tal-produzzjoni tal-films

Għan

:

Kultura

Forma ta' għajnuna

:

Għotja

Tul ta' żmien

:

Sal-31 ta' Diċembru 2016

Setturi ekonomiċi

:

Produzzjoni awdjoviżiva

Isem u indirizz tal-awtorità li qed tagħti l-għajnuna

:

Ministeru tal-Industrija, l-Enerġija u t-Turiżmu

Arnarhvoli

150 Reykjavik

ICELAND

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, qiegħed fuq il-websajt tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA:

http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/


6.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 376/7


Avviż mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

2012/C 376/07

Fis-6 ta' Novembru 2012, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA rċeviet talba skont l-Artikolu 30(4) tad-Direttiva 2004/17/KE. L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba hija s-7 ta' Novembru 2012.

Din it-talba, li ġiet ippreżentata mill-gvern Norveġiż, għandha x’taqsam ma’ attivitajiet relatati mat-tiftix għaż-żejt u għall-gass fuq il-pjattaforma kontinentali Norveġiża, jew għall-ħidma biex jittellgħu, u ma’ attivitajiet maħsubin biex jippermettu t-twassil tal-gass naturali permezz ta' netwerks ta' katusi upstream fin-Norveġja. L-Artikolu 30 imsemmi hawn fuq jistipula li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività kkonċernata tkun esposta direttament għal kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex limitat. Dawn il-kundizzjonijiet jiġu evalwati biss għall-finijiet tad-Direttiva 2004/17/KE, u huma bla ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tieħu tliet xhur sabiex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba, li jibdew jiddekorru mis-7 ta’ Novembru 2012. Il-perjodu għalhekk jiskadi fis-7 ta' Frar 2013.

Il-perjodu msemmi hawn fuq jista', madankollu, jiġi estiż b'massimu ta' tliet xhur f'każijiet iġġustifikati kif xieraq, b'mod partikolari jekk it-tagħrif ipprovdut fit-talba jew fid-dokumenti annessi magħha ma jkunx komplut jew ma jkunx preċiż, jew jekk il-fatti hekk kif rapportati jsirilhom tibdil fis-sustanza. Kwalunkwe estensjoni bħal din tiġi ppubblikata. Skont it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 30(6), talbiet oħrajn b’rabta ma’ attivitajiet relatati mat-tiftix għaż-żejt u għall-gass fuq il-pjattaforma kontinentali Norveġiża, jew mal-ħidma biex jittellgħu, u ma’ attivitajiet maħsubin biex jippermettu t-twassil tal-gass naturali permezz ta' netwerks ta' katusi upstream fin-Norveġja qabel ma jgħaddi l-perjodu mogħti fir-rigward ta’ din it-talba ma jitqisux bħala proċeduri ġodda u għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ din it-talba.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

6.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 376/8


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 376/08

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“SIERRA DE CÁDIZ”

KE Nru: ES-PDO-0105-0219-10.03.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda:

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (għandu jiġi speċifikat)

2.   Tip ta' emenda/i:

Emenda tad-Dokument Uniku jew tal-Iskeda tas-Sommarju

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP rreġistrati li għalihom ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Skeda tas-Sommarju.

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni li ma teħtieġ l-ebda emenda tad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-Ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-impożizzjoni ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

3.1.   Punt A “Isem il-prodott”:

Isem il-prodott ma nbidilx; iżda d-deskrizzjoni tiegħu nbidlet. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-frażi “Denominación de Origen Protegida (D.O.P.)” għandha titħassar u jitħalla biss l-isem “Sierra de Cádiz”.

3.2.   Punt B “Deskrizzjoni tal-prodott”:

Id-deskrizzjoni organolettika taż-żejt saret konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991, emendat sussegwentement mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 640/2008 tal-4 ta' Lulju 2008. Minħabba dan, il-klassifikazzjoni organolettika ta' 6,7 punti, li mhijiex konformi mal-liġi fis-seħħ u d-deskrizzjoni dwar il-karatteristiċi ta' qrusa u pikkanti tiegħu qed tiġi ppreżentata skont ir-regolamenti msemmija.

Id-deskrizzjoni tal-varjetajiet qed titħassar minħabba li t-test mhuwiex komplut u l-varjetà diġà hija s-suġġett ta' preżentazzjoni teknika f'dokumenti oħrajn.

3.3.   Punt C “Żona ġeografika”:

Maż-żona ġeografika attwali qed jiżdiedu 3 muniċipalitajiet ġirien.

It-talba sabiex jiġu inklużi dawn it-tliet muniċipalijiet fiż-żona hija bbażata fuq il-fatt li dawn jiffurmaw grupp omoġenju mal-bqija tal-muniċipji, mil-lat tal-varjetajiet użati, tat-tekniki tal-kultivazzjoni u tal-produzzjoni taż-żejt, iżda wkoll mil-lat klimatiku, ġeoloġiku, pedoloġiku, eċċ. Iż-żejt prodott f'din iż-żona għandu l-istess karatteristiċi bħal dawk protetti mid-DPO “Sierra de Cádiz”.

It-tliet muniċipalitajiet huma: Puerto Serrano, fil-provinċja ta' Cádiz, u Algámitas u Villanueva de San Juan, fil-provinċja ta' Sivilja.

L-erja ta' produzzjoni qed titneħħa minħabba li din tista' tvarja maż-żmien.

3.4.   Punt D “Elementi li jservu ta' prova li l-prodott joriġina mir-reġjun”:

Dan il-paragrafu huwa emendat kif ġej:

“Se jittieħdu l-miżuri kollha xierqa sabiex tkun iggarantita l-kwalità u l-oriġini tal-prodott protett u sabiex tiġi kkontrollata din l-ispeċifikazzjoni.

L-azjendi taż-żebbuġ, il-mgħasar u l-istabbilimenti tal-ippakkjar/ta' kummerċjalizzazzjoni li jixtiequ jipproteġu l-prodott tagħhom permezz tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO) ‘Sierra de Cádiz’ għandhom ikunu jinsabu fiż-żona ta' produzzjoni u għandhom ikunu elenkati fir-reġistru rilevanti tal-korp ta' ġestjoni tad-denominazzjoni. Jeżistu tliet reġistri:

ir-reġistru tal-imsaġar taż-żebbuġ

ir-reġistru tal-mgħasra

ir-reġistru tal-istabbiliment tal-ippakkjar/ta' kummerċjalizzazzjoni

Sabiex f'dawn l-ispeċifikazzjonijiet tiġi ċċertifikata l-oriġini u jiġu rrispettati r-rekwiżiti speċifiċi l-oħrajn, il-prodott ippakkjat se jkollu tikketta sekondarja li tingħata mill-korp ta' ġestjoni tad-denominazzjoni, b'mod li mhuwiex diskriminatorju, lill-produtturi taż-żona ġeografika msemmija fil-punt ‘C. Post u delimitazzjoni taż-żona’ tal-ispeċifikazzjonijiet, kif ukoll lill-istabbilimenti tal-ippakkjar li jkunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Sabiex tiġi ggarantita t-traċċabbiltà tal-prodott, il-konsenji kbar taż-żjut koperti mid-DPO ‘Sierra de Cádiz’ iridu jkunu akkumpanjati minn dokument li fih tal-inqas jidentifika: l-ispeditur, it-trasportatur u d-destinatarju, id-deskrizzjoni tal-prodott, in-numru ta' referenza uniku, iċ-ċertifikat, il-kwantità tal-prodott, id-data tal-konsenja, il-post tal-konsenja u l-awtorità kompetenti tal-post fejn ikun ġie ppakkjat il-prodott bil-massa.”

Motivazzjoni: il-formulazzjoni tal-punt D) tal-ispeċifikazzjonijiet qed tiġi adattata sabiex tirrifletti l-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

3.5.   Punt E “Deskrizzjoni tal-metodu ta' produzzjoni”:

Tekniki tal-kultivazzjoni:

Qed jiġu inklużi l-prattika ta' kultivazzjoni parzjali tal-art flimkien ma' dik tal-ebda kultivazzjoni.

Raġuni: dawn huma prattiki komuni fil-kultivazzjonijiet taż-żebbuġ, u ma jħallux effett fuq il-kwalità tal-prodott.

Is-sentenza “Għalhekk, tiġi enfasizzata l-assenza totali tal-prattika tal-ebda kultivazzjoni” titneħħa.

Raġuni: kif jindika l-paragrafu preċedenti, tiġi prattikata l-għażla “ebda kultivazzjoni”.

Fażijiet tal-proċess ta' produzzjoni:

Tħin:

Is-sentenza “Dan normalment isir f'mgħasar” titħassar.

Raġuni: It-tħin jista' jsir bl-użu ta' diversi sistemi, skont il-ħtiġijiet tal-magħsar u t-tagħmir disponibbli, sakemm is-sistema użata ma tbiddilx il-kwalità taż-żejt indikata fit-termini tar-referenza.

Separazzjoni tal-fażijiet solidi u likwidi:

Fil-frażi: “Is-separazzjoni normalment issir permezz taċ-ċentrifugazzjoni”,

il-kelma “normalment” titħassar.

Raġuni: Is-separazzjoni tal-fażijiet solidi u likwidi ssir permezz taċ-ċentrifugazzjoni.

Is-sistema ta’ tliet fażijiet titħassar.

Raġuni: Din is-sistema ma għadhiex tintuża.

Separazzjoni tal-fażijiet likwidi:

Il-fażi mħallta titneħħa.

Raġuni: Din is-sistema ma għadhiex tintuża.

Ippakkjar u ħżin:

Fis-sentenza: “Il-kumpaniji li joperaw fil-kuntest tad-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini ‘Sierra de Cádiz’, fil-maġġoranza tal-każijiet jużaw tankijiet tal-ħżin magħmula mill-azzar inossidabbli.”,

il-frażi “fil-maġġoranza tal-każijiet” titħassar.

Raġuni: It-tankijiet tal-azzar inossidabbli se jkunu l-uniċi apparati tal-ħżin awtorizzati.

Jitħassar ir-rekwiżit dwar l-ippakkjar fi fliexken tal-ħġieġ biss, li jfisser li jkun jista’ jintuża l-ippakkjar awtorizzat mil-leġiżlazzjoni teknika sanitarja fis-seħħ.

3.6.   Punt F “Rabta bejn il-kwalità u l-ambjent”:

It-titlu ta' dan il-punt huwa emendat biex ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

3.7.   Punt G “Struttura ta' kontroll”:

Qed tiġi proposta l-formulazzjoni li ġejja:

“G Verifiki dwar il-konformità mat-termini ta' referenza

Il-verifika dwar il-konformità tal-ispeċifikazzjonijiet qabel ma l-prodott ikun ikkumerċjalizzat issir skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006.

Il-korp ta' spezzjoni kompetenti huwa ‘Dirección General de Industrias y Calidad Agroalimentaria de la Consejería de Agricultura y Pesca’ tal-Ministeru tal-Agrikoltura u s-Sajd reġjonali tal-Andalucía – C/ Tabladilla, s/n — 41071 Séville — España – Telefown: +34 955032278 Feks: +34 955032112 – posta elettronika: dgipa.cap@juntadeandalucia.es

L-informazzjoni dwar il-korpi responsabbli għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-termini ta' referenza tista' tinstab fl-indirizz li ġej:

http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/areas-tematicas/industrias-agroalimentarias/calidad-y-promocion-agroalimentaria/denominaciones-de-calidad/aceite-de-oliva.html

Il-funzjonijiet speċifiċi huma marbuta mal-verifiki mwettqa f'konformità mat-termini ta' referenza qabel ma l-prodott jiġi kkumerċjalizzat.”

Raġuni: Ir-referenza għall-Kunsill Regolatorju titħassar minħabba li l-verifika ta' konformità tal-ispeċifikazzjonijiet issir mill-awtorità kompetenti filwaqt li jiġi indikat l-indirizz tal-paġna web tal-awtorità msemmija b'mod li jkun jista' jiġi kkonsultat il-progress tal-verifiki.

3.8.   Punt H “Dettalji speċifiċi dwar it-tikkettar”:

Fis-sentenza:

“Il-kliem Denominazzjoni tal-Oriġini ‘Sierra de Cádiz’ għandu jiġi inkluż fit-tabelli prinċipali u f'dawk sekondarji.”,

it-terminu “kliem” qed jiġi sostitwit minn “indikazzjoni” għal raġunijiet ta' konformità mat-terminoloġija użata fir-Regolament (KE) Nru 510/2006; “Sierra de Cádiz” titħassar.

Tiżdied ukoll il-frażi li ġejja:

“jew is-simbolu tal-UE u d-denominazzjoni ‘Sierra de Cádiz’”.

Is-sentenza issa hija:

“L-indikazzjoni ‘Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini’ jew is-simbolu tal-UE u d-denominazzjoni ‘Sierra de Cádiz’ għandhom jidhru bil-fors fuq it-tikketti u t-tikketti sekondarji.”

Raġuni: Għal raġunijiet ta' konformità mar-Regolament (KE) Nru 510/2006.

It-test huwa emendat kif ġej:

Meta t-tikketti jiġu vverifikati u rreġistrati, il-korp ta' ġestjoni tad-denominazzjoni se jieħu ħsieb li l-isem tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jintuża kif xieraq b'rabta mat-trademarks individwali tal-prodotti korrispondenti.

Il-marka ta' konformità (il-logo tad-denominazzjoni), tista' tiġi riprodotta mill-bejjiegħ sakemm ikunu rrispettati l-kuluri, id-daqs, il-forma u rekwiżiti oħrajn speċifikati mill-Kunsill Regolatorju.

Titħassar ir-referenza għar-Regolament.

3.9.   Punti I “Rekwiżiti leġiżlattivi”:

Il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-prodott se tiġi aġġornata kemm fil-livell ta' Stat Membri u kemm f'dak tal-Unjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“SIERRA DE CÁDIZ”

KE Nru: ES-PDO-0105-0219-10.03.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Sierra de Cádiz”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.5.

Żjut u sustanzi xaħmija (butir, marġerina, żjut, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1):

Il-prodott huwa żejt taż-żebbuġa straverġni, li huwa l-frott tas-siġra taż-żebbuġa (Olea Europea L.), tal-varjetajiet li ġejjin: Lechín de Sevilla, Manzanilla, Verdial de Huévar, Verdial de Cádiz, Hojiblanca, Picual, Alameña de Montilla u Arbequina, permezz ta' proċessi mekkaniċi jew proċessi fiżiċi oħrajn li ma jwasslux għal deterjorament taż-żejt u li jħarsu t-togħma, l-aroma u l-karatteristiċi tal-frott li huwa magħmul minnu.

Karatterisitiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi taż-żejt:

Aċidità massima: 0,6°

Valur tal-perossidu: massimu ta' 18 meq ta' ossiġnu attiv għal kull kg.

Assorbenza tal-ultravjola (K270): massimu ta' 0,20

Umdità: massimu ta’ 0,1 fil-100.

Impuritajiet: massimu ta’ 0,1 fil-100.

Iż-żjut għandhom aroma ta’ frott ta' żebbuġ aħdar jew matur li tvarja minn medja għal qawwija. L-aroma tfakkrek f'dik tal-frott tal-foresta filwaqt li ż-żejt għandu togħma li hija bejn wieħed u ieħor morra u pikkanti, li twassal għal togħma bbilanċjata.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Żebbuġ tal-varjetajiet:

Lechín de Sevilla, Manzanilla, Verdial de Huévar, Verdial de Cádiz, Hojiblanca, Picual, Alameña de Montilla u Arbequina.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Mhux applikabbli

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

L-istadji kollha tal-produzzjoni, inkluż l-ippakkjar, għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

L-ippakkjar fil-post tal-oriġini huwa obbligatorju. Dan ir-rekwiżit tal-ippakkjar għandu l-għan ċar li jipproteġi aħjar il-kwalità u l-awtentiċità tal-prodott, u b'dan, titħares ir-reputazzjoni tad-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini. Il-Benefiċjarji jassumu din ir-responsabbiltà b'mod sħiħ u bħala grupp; il-verifiki li jsiru f'dan il-qasam ta' produzzjoni u taħt ir-responsabbiltà ta' dawk li jibbenefikaw mid-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġi huma ċertament iddettaljati u sistematiċi, u jitwettqu minn professjonisti li għandhom għarfien tajjeb ħafna tal-karatteristiċi tal-prodott. Huwa diffiċli li l-kontrolli meħtieġa, li jridu jsiru biex ikun iggarantit il-prodott, isiru b’mod effikaċi jekk isiru barra miż-żona ta' produzzjoni.

Hemm tipi differenti ta' ppakkjar li huma permessi skont ir-regoli tekniċi u sanitarji fis-seħħ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Il-Kunsill Regolatorju huwa responsabbli għall-awtorizzazzjoni tal-użu tat-tikketti li fihom it-trademark li għandu jinkludi l-kliem “Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini” jew is-simbolu tal-UE u d-denominazzjoni “Sierra de Cádiz”.

It-tikketti sekondarji se jingħataw mill-Kunsill Regolatorju skont il-volum taż-żejt iċċertifikat.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ta' produzzjoni tinsab fil-Grigal tal-provinċja ta' Cádiz. Din tinkludi tmien muniċipalitajiet ta' din il-provinċja (Alcalá del Valle, Algodonales, Olvera, El Gastor, Setenil de las Bodegas, Torrealháquime, Puerto Serrano u Zahara de la Sierra, li lkoll jinsabu fir-reġjun ta' Sierra de Cádiz) u erba' muniċipalitajiet tal-provinċja ta' Séville (Algámitas, Coripe, Pruna u Villanueva de San Juan).

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ta' produzzjoni taż-żebbuġ maħsuba għall-produzzjoni taż-żjut protetti hija magħluqa bejn il-meded ta' muntanji, bħal dawk ta' Lijar u Algodonales u min-naħa tal-Lbiċ tasal sas-sierra de Grazalema u fil-Grigal sas-sierra del Terril.

Dan ir-reġjun huwa qrib il-park naturali “Sierra de Grazalema”, li jappartjeni lil żewġ muniċipalitajiet ta' din id-denominazzjoni ta' oriġini, Zahara de la Sierra u El Gastor; dan jagħti idea preċiża tal-ambjent naturali u ġeografiku tal-madwar. Ninnutaw ukoll il-karatteristiċi ambjentali partikolari tat-territorju, l-aktar ir-reżistenza u l-inklinazzjoni qawwija tas-siġar taż-żebbuġ eżistenti.

Iż-żona ġeografika delimitata hija sottoreġjun naturali fi ħdan ir-reġjun Sierra de Cádiz. Din il-karatteristika twassal għal differenzi orografiċi u klimatoloġiċi f'dan is-sottoreġjun li, flimkien mat-tipi ta' ħamrija, tippermetti kultivazzjoni estensiva taż-żebbuġ f'din iż-żona.

Fil-fatt, din il-kultivazzjoni hija l-aktar waħda importanti fiż-żona u hija marbuta mill-qrib mal-istil ta' ħajja ta' dawn il-muniċipalitajiet, li mhuwiex il-każ fil-bqija tal-lokalitajiet ta' Sierra de Cádiz, li fihom ftit li xejn jiġi kkultivat iż-żebbuġ.

Niddistingwu l-karatteristiċi li ġejjin:

38 % tat-territorju għandu pendil ta’ aktar minn 20 %;

90 % tat-territorju jinsabu f'altitudni ta' aktar minn 500 metri;

ir-rata ta' nżul ta' xita taqbeż is-600 litru fis-sena;

il-klima hija kontinentali.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Il-partikolarità taż-żejt taż-żebbuġa miksub fil-mgħasra ta' Sierra de Cádiz, tirriżulta mit-taħlita tal-varjetajiet ta' żebbuġ preżenti f'din iż-żona, bi predominanza ċara tal-varjetà Lechín. Huwa xieraq li jissemmew, fl-ordni mill-inqas sal-akbar għadd ta' siġar taż-żebbuġ, il-varjetajiet Lechín de Sevilla, Manzanilla, Verdial de Huévar, Verdial de Cádiz, Hojiblanca, Picual, Alameña de Montilla u Arbequina.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Sierra de Cádiz hija żona bi tradizzjoni qawwija ta' tkabbir taż-żebbuġ, l-aktar waħda importanti fil-provinċja. Iż-żona tinsab fil-Grigal tal-provinċja u tmiss ma' dik ta' Séville; hija magħluqa bejn il-meded ta' muntanji ta' Lijar u Algodonales u min-naħa tal-Lbiċ il-konfini tagħha huma l-park naturali “Sierra de Grazalema” u Sierra del Terril tal-provinċja ta' Séville. Hija żona kkundizzjonata mill-altitudni tagħha (1 800 m) li tinfluwenza l-klima tagħha; din hija ħafna aktar kiesħa mill-klima fil-kosta u r-rata ta' nżul ta' xita tqarreb is-600 mm.

Il-varjetà Lechín tiddistingwi ruħha permezz tas-saħħa tagħha u l-kapaċità li għandha biex tadatta għall-ħamrija taflija li hija karatteristika ta' din iż-żona ta' muntanji. Hija pjuttost produttiva, timmatura malajr u sensibbli għall-alternanza (alternanza fis-snin ta' ħsad tajjeb u ħażin). Din il-varjetà hija l-bażi ta' produzzjoni ta' żjut taż-żebbuġa protetti permezz tad-denominazzjoni, li jirriżultaw minn taħlit mal-varjetajiet l-oħrajn. Dan jagħtihom personalità partikolari li hija totalment differenti minn dik ta' żjut oħrajn.

Minn perspettiva organolettika, iż-żjut protetti għandhom aroma ta’ frott ta' żebbuġ aħdar jew matur li tvarja minn medja għal qawwija u li tfakkrek f'dik tal-frott tal-foresta, b'togħma kemmxejn morra u pikkanti. Minħabba l-għadd kbir ta' varjetajiet użati għall-produzzjoni tagħhom, huma għandhom togħma bbilanċjata ħafna.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni jista' jiġi kkonsultat f'dan l-indirizz li ġej:

http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal/export/sites/default/comun/galerias/galeriaDescargas/cap/industrias-agroalimentarias/denominacion-de-origen/Pliegos/PliegoSierradeCadizmodificado.pdf

jew

direttament mill-paġna ewlenija tas-sit tal-Consejería de Agricultura y Pesca (http://www.juntadeandalucia.es/agriculturaypesca/portal), fejn tiġi segwita din is-sekwenza ta’ aċċess “Industrias Agroalimentarias”/“Calidad y Promoción”/“Denominaciones de Calidad”/“Aceite de Oliva Virgen Extra”, fejn hemm ukoll ħolqa għall-ispeċifikazzjoni bl-isem tad-denominazzjoni ta' kwalità.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.