ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.366.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 366

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
24 ta' Novembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 366/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 355, 17.11.2012

1

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 366/02

Teħid ta’ ġurament minn membri ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja

2

2012/C 366/03

Elezzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja

2

2012/C 366/04

Elezzjoni tal-Viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja

2

2012/C 366/05

Elezzjoni tal-presidenti tal-Awli b’ħames imħallfin

3

2012/C 366/06

Elezzjoni tal-presidenti tal-Awli bi tliet imħallfin

3

2012/C 366/07

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli b’ħames imħallfin

3

2012/C 366/08

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli bi tliet imħallfin

4

2012/C 366/09

Listi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti

4

2012/C 366/10

Ħatra tal-Ewwel Avukat Ġenerali

6

2012/C 366/11

Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 104b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

6

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 366/12

Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tal-Qorti Ġenerali

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 366/13

Kawżi magħquda C-113/10, C-147/10 u C-234/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja, tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit, tat-Tribunal de grande instance de Nanterre — Franza) — Zuckerfabrik Jülich AG vs Hauptzollamt Aachen (C-113/10), British Sugar plc vs Rural Payments Agency, an Executive Agency of the Department for Environment, Food & Rural Affairs (C-147/10), u Tereos — Union de coopératives agricoles à capital variable vs Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers (C-234/10) (Politika agrikola komuni — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Produtturi taz-zokkor u tal-isoglukożju — Kalkolu tal-ammont tal-imposti fuq il-produzzjoni — Validità ta’ mod ta’ kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni ammonti ta’ rifużjonijiet fittizji għall-kwantitajiet ta’ zokkor esportati mingħajr rifużjoni — Retroattività tal-leġiżlazzjoni — Rata ta’ kambju — Dritt għal interessi)

8

2012/C 366/14

Kawża C-587/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR) vs Finanzamt Plauen (Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Kunsinna ta’ oġġetti — Taxxa ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet — Rifjut tal-eżenzjoni għal nuqqas ta’ numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT tal-akkwirent)

9

2012/C 366/15

Kawża C-22/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus — il-Finlandja) — Finnair Oyj vs Timy Lassooy (Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Kumpens għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu — Kunċett ta’ li ma jitħallewx jitilgħu — Esklużjoni tal-klassifikazzjoni ta’ li ma jitħallewx jitilgħu — Kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba strajk fl-ajruport tat-tluq — Riorganizzazzjoni tat-titjiriet wara t-titjira kkanċellata — Dritt għal kumpens tal-passiġġieri ta’ dawn it-titjiriet)

9

2012/C 366/16

Kawża C-75/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ċittadinanza tal-Unjoni — Dritt ta’ moviment u ta’ residenza — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità — Artikolu 18 TFUE — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 24 — Deroga — Portata — Stat Membru li fih il-benefiċċju ta’ tariffi ta’ trasport imnaqqsa huwa rriżervat biss għall-istudenti li l-ġenituri tagħhom jirċievu allowances tal-familja f’dan l-Istat)

10

2012/C 366/17

Kawżi magħquda C-115/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Warszawie — Il-Polonja) — Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe Sp. z o.o. vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych (Sigurtà soċjali — Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 14(2)(b) — Persuna li normalment teżerċita attività bħala persuna impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar — Kuntratti ta’ xogħol suċċessivi — Persuna li timpjega stabbilita fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-ħaddiem — Attività bħala persuna impjegata eżerċitata esklużivament fi Stati Membri oħra)

11

2012/C 366/18

Kawżi magħquda C-137/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles — il-Belġju) — Partena ASBL vs Les Tartes de Chaumont-Gistoux SA (Sigurtà soċjali għall-ħaddiema migranti — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikoli 13 u 14c — Leġiżlazzjoni applikabbli — Persuna li taħdem għal rasha — Skema ta’ sigurtà soċjali — Reġistrazzjoni — Persuna li hija impjegata jew li ma teżerċita ebda attività fi Stat Membru — Impjieg ta’ persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor — Mandatarju tal-kumpannija — Residenza fi Stat Membru li ma hijiex is-sede tal-kumpannija — Ġestjoni tal-kumpannija mill-Istat ta’ residenza — Regola nazzjonali li tistabbilixxi preżunzjoni inkonfutabbli tal-eżerċizzju ta’ attività professjonali bħala persuna li taħdem għal rasha fl-Istat Membru tas-sede tal-kumpannija — Reġistrazzjoni obbligatorja għall-iskema tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom ta’ dan l-Istat)

11

2012/C 366/19

Kawża C-179/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — CIMADE, Groupe d’information et de soutien des immigrés (Gisti) vs Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’Immigration (Applikazzjonijiet għall-ażil — Direttiva 2003/9/KE — Standards minimi għall-akkoljenza tal-applikanti għall-ażil fl-Istati Membri — Regolament (KE) Nru 343/2003 — Obbligu li jiġu ggarantiti lill-applikanti għall-ażil il-kundizzjonijiet minimi ta’ akkoljenza matul it-tul tal-proċedura ta’ teħid ta’ inkarigu jew ta’ teħid lura mill-Istat Membru responsabbli — Determinazzjoni tal-Istat Membru li fuqu jaqa’ l-obbligu tal-piż finanzjarju tal-kundizzjonijiet minimi)

12

2012/C 366/20

Kawżi magħquda C-249/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Hristo Byankov vs Glaven sekretar na Ministerstvo na vatreshnite raboti (Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 27 — Miżura amministrattiva ta’ projbizzjoni ta’ ħruġ mit-territorju minħabba n-nuqqas ta’ ħlas ta’ dejn inkors fil-konfront ta’ persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat — Prinċipju ta’ ċertezza legali fir-rigward ta’ atti amministrattivi li saru finali — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

12

2012/C 366/21

Kawża C-321/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 2 de A Coruña — Spanja) — Germán Rodríguez Cachafeiro u María de los Reyes Martínez-Reboredo Varela-Villamor vs Iberia, Líneas Aéreas de España SA (Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Kumpens tal-passiġġieri f’każ ta’ meta passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu — Kunċett ta’ li ma jitħallewx jitilgħu — Kanċellazzjoni, mit-trasportatur, tal-karta ta’ imbarkazzjoni ta’ passiġġier minħabba dewmien allegat ta’ titjira preċedenti rreġistrata simultanjament għat-titjira inkwistjoni u operata mill-istess trasportatur)

13

2012/C 366/22

Kawża C-390/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — CS AGRO Ronov s.r.o. vs Ministerstvo zemědělství (Agrikoltura — Settur taz-zokkor — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Applikazzjoni għal għajnuna għar-ristrutturazzjoni — Impenn tal-produttur li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi tal-kwota — Kunċett — Dikjarazzjoni unilaterali tal-produttur — Rifjut tal-għoti tal-għajnuna — Neċessità li jiġi rexiss il-kuntrat eżistenti ta’ kunsinna)

14

2012/C 366/23

Kawża C-391/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2000/53/KE — Artikolu 2(3) — Protezzjoni tal-ambjent — Vetturi li ma għadhomx jintużaw — Kunċett ta’ produttur)

14

2012/C 366/24

Kawża C-392/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) — Field Fisher Waterhouse LLP vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (VAT — Eżenzjoni fuq kiri ta’ beni immobbli — Kiri ta’ superfiċi kummerċjali — Servizzi marbuta mal-imsemmija kirja — Kwalifikazzjoni tat-tranżazzjoni għall-finijiet tal-VAT — Tranżazzjoni kkostitwita minn servizz uniku jew minn servizzi indipendenti)

15

2012/C 366/25

Kawża C-403/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2000/60/KE — Pjanijiet għall-immaniġġjar tad-distrett tal-baċin tax-xmara — Pubblikazzjoni u notifika lill-Kummissjoni — Informazzjoni u konsultazzjoni pubblika — Assenza)

15

2012/C 366/26

Kawża C-550/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — PIGI — Pavleta Dimova ET vs Direktor na Direktsia Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Dritt għal tnaqqis — Aġġustament — Serq ta’ merkanziji)

16

2012/C 366/27

Kawża C-629/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kuntratt pubbliku mogħti mill-Kummissjoni — Offerta miċħuda — Obbligu ta’ motivazzjoni — Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 — Artikolu 100(2) — Terminu biex titwieġeb talba għal informazzjoni — Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 — Artikolu 149(2))

16

2012/C 366/28

Kawża C-669/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Société ED u F Man Alcohols vs Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor) (Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Kunċett ta’ preġudizzju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Sejħa individwali għal offerta għall-esportazzjoni ta’ alkoħol li joriġina mill-inbid fil-pussess tal-aġenziji ta’ intervent — Esportazzjoni ta’ lottijiet ta’ alkoħol barra l-Unjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit — Żamma tal-garanzija ta’ eżekuzzjoni tajba — Miżuri amministrattivi — Sanzjonijiet amministrattivi — Regolament (KE) Nru 360/95 — Regolament (KE) Nru 1623/2000 — Applikazzjoni retroattiva tas-sanzjoni l-inqas ħarxa)

17

2012/C 366/29

Kawża C-38/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Amorim Energia BV vs Ministério das Finanças e da Administração Pública (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE — Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE — Direttiva 90/435/KEE — Artikolu 3(2) — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Taxxa fuq id-dividendi — Taxxa f’ras il-għajn — Eżenzjoni — Żamma ta’ sehem minimu fil-kumpannija li tqassam id-dividendi — Kundizzjonijiet — Perjodu minimu ta’ żamma mhux interott tal-imsemmi sehem — Kundizzjonijiet — Kumpanniji benefiċjarji residenti u mhux residenti — Differenza fit-trattament)

18

2012/C 366/30

Kawża C-278/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Densmore Ronald Dover vs Il-Parlament Ewropew (Appell — Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati Ewropej — Stħarriġ tal-użu tal-allowances — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż — Irkupru tas-somom imħallsa indebitament)

18

2012/C 366/31

Kawża C-372/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Power-One Italy SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Proġett kofinanzjat bl-istrument finanzjarju LIFE — Żvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fit-telefonija mobbli (proġett Pneuma) — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li jintemm proġett u li jiġi rkuprat il-ħlas magħmul bil-quddiem — Kumpens għad-dannu allegatament subit)

19

2012/C 366/32

Kawża C-384/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel — il-Belġju) — Tate & Lyle Investments Ltd vs Belgische Staat (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Artikolu 63 TFUE — Leġiżlazzjoni fiskali — Distribuzzjoni ta’ dividendi — Taxxa f’ras il-għajn — Prevenzjoni jew tnaqqis tal-impożizzjoni ta’ sensiela ta’ taxxi — Trattament distint tal-kumpanniji benefiċjarji residenti u tal-kumpanniji benefiċjarji mhux residenti)

19

2012/C 366/33

Kawża C-407/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Appell — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku tal-Mediterran — Inklużjoni fil-lista tas-sit Estrecho Oriental propost mir-Renju ta’ Spanja li jinkludi żona ta’ ibħra territorjali Britanniċi ta’ Ġibiltà u żona ta’ baħar miftuħ — Rikors għal annullament — Talba għal annullament parzjali — Separabbiltà — Drittijiet tad-difiża)

20

2012/C 366/34

Kawża C-491/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ġunju 2012 — Fuchshuber Agrarhandel GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Politika agrikola komuni — Xiri ta’ qamħirrun mill-aġenzija ta’ intervent tal-Ungerija — Ħażniet insuffiċjenti — Allegat ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligi tagħha ta’ investigazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

20

2012/C 366/35

Kawża C-493/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ġunju 2012 — United Technologies Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni tal-liftijiet u tal-eskalejters mekkaniċi — Multi — Kumpannija parent u sussidjarji — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

20

2012/C 366/36

Kawża C-494/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ġunju 2012 — Otis Luxembourg Sàrl, li kienet General Technic-Otis Sàrl, Otis SA, Otis GmbH & Co. OHG, Otis BV, Otis Elevator Company vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-lifts u tal-eskelejters — Multi — Kumpannija parent u sussidjarji — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

21

2012/C 366/37

Kawża C-608/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Land Wien vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Enerġija nukleari — Estensjoni tal-impjant nukleari ta’ Mochovce (ir-Repubblika Slovakka) — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tarkivja l-ilment — Rikors għal annullament — Rifjut tal-Kummissjoni li tittrażmetti d-dokumenti mitluba — Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Rekwiżiti minimi ffissati fl-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali — Inammissibbiltà)

21

2012/C 366/38

Kawża C-310/12: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

22

2012/C 366/39

Kawża C-359/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fit-30 ta’ Lulju 2012 — Michael Timmel vs Aviso Zeta AG

22

2012/C 366/40

Kawża C-366/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fl-1 ta’ Awwissu 2012 — Finanzamt Dortmund-West vs Klinikum Dortmund GmbH

23

2012/C 366/41

Kawża C-385/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Székesfehérvári Törvényszék (l-Ungerija) fit-13 ta’ Awwissu 2012 — Hervis Sport- és Divatkereskedelmi Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

24

2012/C 366/42

Kawża C-395/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel (il-Lussemburgu) fis-27 ta’ Awwissu 2012 — État du Grand-duché de Luxembourg, Administration de l’enregistrement et des domaines vs Edenred Luxembourg SA

24

2012/C 366/43

Kawża C-412/12: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

24

2012/C 366/44

Kawża C-415/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgerichts Nienburg (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Settembru 2012 — Bianca Brandes vs Land Niedersachsen

25

2012/C 366/45

Kawża C-419/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Settembru 2012 — Crono Service Scarl et vs Roma Capitale

25

2012/C 366/46

Kawża C-420/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Settembru 2012 — Anitrav vs Roma Capitale

26

2012/C 366/47

Kawża C-434/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Settembru 2012 — Slancheva sila EOOD vs Izpalnitelniat direktor na Darzhaven fond Zemedelie — Razplashtatelna agentsia

26

2012/C 366/48

Kawża C-445/12 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2012 minn Rivella International AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-12 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-170/11 — Rivella International AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

27

2012/C 366/49

Kawża C-70/11: Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

27

2012/C 366/50

Kawża C-194/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Awwissu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo — Spanja) — Susana Natividad Martínez Álvarez vs Consejería de Presidencia, Justicia e Igualdad del Principado de Asturias.

27

2012/C 366/51

Kawża C-195/11 P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Zhejiang Xinshiji Foods Co. Ltd, Hubei Xinshiji Foods Co. Ltd, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

27

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 366/52

Kawża T-426/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — FAEG — Infiq eskluż mill-finanzjament — Frott u ħxejjex — Zokkor — Ipproċessar taċ-ċitru — Ħalib — Raba’ li jinħarat — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Assenza ta’ żball ta’ evalwazzjoni)

28

2012/C 366/53

Kawża T-591/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi informatiċi — Klassifikazzjoni ta’ offerent fit-tieni pożizzjoni fil-proċedura kaskata — Rikors għal annullament — Raġunijiet għall-esklużjoni mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti — Kunflitt ta’ interess — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

28

2012/C 366/54

Kawża T-150/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Ningbo Yonghong Fasteners vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina — Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Terminu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar dan l-istatus — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Oneru tal-prova — Aġġustament tal-ispejjeż — Artikolu 2(5) u Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 2(5) u Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

29

2012/C 366/55

Kawża T-158/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Infiq eskluż mill-finanzjament — Approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG — Negliġenza tal-Istat Membru fl-irkupru ta’ somom indebitament imħallsa — Konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru għandhom jiġu sostnuti mill-Istat Membru)

29

2012/C 366/56

Kawża T-170/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Shanghai Biaowu High-Tensile Fastener u Shanghai Prime Machinery vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina — Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Terminu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar dan l-istatus — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Oneru tal-prova — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 2(7)(b) u (ċ), u Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) u Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

30

2012/C 366/57

Kawża T-172/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Gem-Year u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina — Sostenn tal-ilment mill-industrija Komunitarja — Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat — Dannu — Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Spejjeż tal-elementi tal-produzzjoni ewlenin li fil-parti l-kbira tagħhom jirriflettu l-valuri tas-suq — Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

30

2012/C 366/58

Kawża T-247/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi relattivi għall-produzzjoni u t-tixrid tas-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Europea u ta’ sostenn online kif ukoll offline relatat — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

31

2012/C 366/59

Kawża T-183/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Sviluppo Globale vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ assistenza teknika lill-Gvern tas-Sirja — Ċaħda tal-kandidatura — Obbligu ta’ motivazzjoni)

31

2012/C 366/60

Kawża T-204/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2012 — Lancôme vs UASI — Focus Magazin Verlag (COLOR FOCUS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali COLOR FOCUS — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FOCUS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tat-trade marks — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Abbuż ta’ dritt)

31

2012/C 366/61

Kawża T-556/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2012 — Novatex vs Il-Kunsill (Sussidji — Importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polyethylene terephthalate li joriġinaw mill-Iran, mill-Pakistan umill-Emirati Għarab Magħquda — Dazju kumpensatorju definittiv u ġbir definittiv tad-dazju provviżorju — Artikolu 3(1) u (2), Artikolu 6(b), u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009)

32

2012/C 366/62

Kawża T-569/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Bimbo vs UASI — Panrico (BIMBO DOUGHNUTS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BIMBO DOUGHNUTS — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DOGHNUTS — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Talba għal tibdil — Ammissibbiltà)

32

2012/C 366/63

Kawża T-333/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Wessang vs UASI — Greinwald (star foods) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva star foods — Trade marks Komunitarja verbali u figurattivi preċedenti STAR SNACKS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbilta’ ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

32

2012/C 366/64

Kawża T-366/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2012 — Bial-Portela vs UASI — Isdin (ZEBEXIR) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZEBEXIR — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZEBINIX — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

33

2012/C 366/65

Kawża T-371/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2012 — Monier Roofing Components vs UASI (CLIMA COMFORT) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CLIMA COMFORT — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dritt għal smigħ — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

33

2012/C 366/66

Kawża T-360/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2012 — Tecnimed vs UASI — Ecobrands (ZAPPER-CLICK) (Trade mark Komunitarja — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Assenza ta’ każ fortuwitu — Assenza ta’ forza maġġuri — Dritt ta’ aċċess għal qorti — Inammissibbiltà manifesta)

34

2012/C 366/67

Kawża T-622/11 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2012 — Cervelli vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Allowance tal-espatrijazzjoni — Talba għal eżami mill-ġdid — Fatti ġodda — Appell manifestament infondat)

34

2012/C 366/68

Kawża T-639/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2012 — Heads! vs UASI (HEADS) (Trade mark Komunitarja — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

34

2012/C 366/69

Kawża T-31/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2012 — Région Poitou-Charentes vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Fondi Strutturali — Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati — Att, parzjalment, informattiv, parzjalment, preparatorju — Inammissibbiltà)

34

2012/C 366/70

Kawża T-62/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Ottubru 2012 — ClientEarth vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Aċċes għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Opinjoni mogħtija mis-servizz legali tl-Kunsill dwar abbozz ta’ regolament tal-Parlament u tal-Kunsill, fir-rigward tal-aċċes publiku għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni — Konferma tar-rifjut tal-għoti tal-aċċess sħiħ — Inammissibbiltà — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE — Att konfermatorju)

35

2012/C 366/71

Kawża T-389/12 R: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2012 — EDF vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Suq tal-elettriku — Deċiżjoni li tawtorizza operazzjoni ta’ konċentrazzjoni suġġetta għall-osservanza ta’ ċerti impenji — Rifjut milli tingħata l-proroga tat-terminu stabbilit sabiex jiġu onorati dawn l-impenji — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza)

35

2012/C 366/72

Kawża T-378/12: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2012 — Capitalizaciones Mercantiles vs UASI — Leineweber (X)

35

2012/C 366/73

Kawża T-411/12: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2012 — Celtipharm vs UASI — Alliance Healthcare France (PHARMASTREET)

36

2012/C 366/74

Kawża T-418/12: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2012 — Beninca vs Il-Kummissjoni

36

2012/C 366/75

Kawża T-428/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs UASI (VALORES DE FUTURO)

37

2012/C 366/76

Kawża T-431/12: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2012 — Distillerie Bonollo et vs Il-Kunsill

37

2012/C 366/77

Kawża T-432/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 — VTZ et vs Il-Kunsill

38

2012/C 366/78

Kawża T-433/12: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2012 — Steiff vs UASI (Buttuna tal-metall imwaħħla f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal)

39

2012/C 366/79

Kawża T-434/12: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2012 — Steiff vs UASI (Tikketta mwaħħla permezz ta’ buttuna tal-metall f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal)

39

2012/C 366/80

Kawża T-442/12: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2012 — Changmao Biochemical Engineering vs Il-Kunsill

39

2012/C 366/81

Kawża T-25/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2012 — 3M Pumps vs UASI — 3M (3M Pumps)

40

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2012/C 366/82

Kawża F-102/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Il-Parlament

41

2012/C 366/83

Kawża F-107/12: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs BEI

41

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/1


2012/C 366/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 355, 17.11.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 343, 10.11.2012

ĠU C 331, 27.10.2012

ĠU C 319, 20.10.2012

ĠU C 311, 13.10.2012

ĠU C 303, 6.10.2012

ĠU C 295, 29.9.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti tal-Ġustizzja

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/2


Teħid ta’ ġurament minn membri ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 366/02

Wara l-ħatra tagħhom bħala mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja b’deċiżjonijiet tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-25 ta’ April 2012 (1) u tal-20 ta’ Ġunju 2012 (2), għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2011 sas-6 ta’ Ottubru 2018, J. L. da Cruz Vilaça u C. Vajda ħadu l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ Ottubru 2012.

Wara l-ħatra tiegħu bħala avukat ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-25 ta’ April 2012 (1), għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2012 sas-6 ta’ Ottubru 2018, M. Wathelet ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ Ottubru 2012.


(1)  ĠU L 121, 08.05.2012, p. 21

(2)  ĠU L 169, 29.06.2012, p. 60


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/2


Elezzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 366/03

Fil-laqgħa tad-9 ta’ Ottubru 2012, l-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lil V. Skouris bħala President tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-perijodu mid-9 ta’ Ottubru 2012 sas-6 ta’ Ottubru 2015.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/2


Elezzjoni tal-Viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 366/04

Fil-laqgħa tad-9 ta’ Ottubru 2012, l-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 9a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lil K. Lenaerts bħala Viċi-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-perijodu mid-9 ta’ Ottubru 2012 sas-6 ta’ Ottubru 2015.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/3


Elezzjoni tal-presidenti tal-Awli b’ħames imħallfin

2012/C 366/05

Fil-laqgħa tal-9 ta’ Ottubru 2012, l-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lil A. Tizzano bħala President tal-Ewwel Awla, lil R. Silva de Lapuerta bħala President tat-Tieni Awla, lil M. Ilešič bħala President tat-Tielet Awla, lil L. Bay Larsen bħala President tar-Raba’ Awla u lil T. von Danwitz bħala President tal-Ħames Awla għal perijodu ta’ tliet snin li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2015.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/3


Elezzjoni tal-presidenti tal-Awli bi tliet imħallfin

2012/C 366/06

Fil-laqgħa tal-11 ta’ Ottubru 2012, l-imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja eleġġew, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lil M. Berger bħala President tas-Sitt Awla, lil G. Arestis bħala President tas-Seba’ Awla, lil E. Jarašiūnas bħala President tat-Tmien Awla, lil J. Malenovský bħala President tad-Disa’ Awla u lil A. Rosas bħala President tal-Għaxar Awla, għal perijodu ta’ sena li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2013.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/3


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli b’ħames imħallfin

2012/C 366/07

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, waqt il-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Ottubru 2012, li tassenja lill-imħallfin għall-awli b’ħames imħallfin kif ġej:

 

L-Ewwel Awla

 

A. Tizzano, President,

 

A. Borg Barthet, E. Levits, J.-J. Kasel u M. Berger, imħallfin

 

It-Tieni Awla

 

R. Silva de Lapuerta, President,

 

G. Arestis, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev u J.-L. da Cruz Vilaça, imħallfin

 

It-Tielet Awla

 

M. Ilešič, President,

 

A. Caoimh, C. Toader, E. Jarašiūnas u C.-G. Fernlund, imħallfin

 

Ir-Raba’ Awla

 

L. Bay Larsen, President,

 

J. Malenovský, U. Lõhmus, M. Safjan u S. Prechal, imħallfin

 

Il-Ħames Awla

 

T. von Danwitz, President,

 

A. Rosas, E. Juhász, D. Šváby u C. Vajda, imħallfin


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/4


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli bi tliet imħallfin

2012/C 366/08

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, waqt il-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Ottubru 2012, li tassenja lill-imħallfin għall-awli bi tliet imħallfin kif ġej:

 

Is-Sitt Awla

 

M. Berger, President,

 

A. Borg Barthet, E. Levits u J.-J. Kasel, imħallfin

 

Is-Seba’ Awla

 

G. Arestis, President,

 

J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev u J.-L. da Cruz Vilaça, imħallfin

 

It-Tmien Awla

 

E. Jarašiūnas, President,

 

A. Ó Caoimh, C. Toader u C.-G. Fernlund, imħallfin

 

Id-Disa’ Awla

 

J. Malenovský, President,

 

U. Lõhmus, M. Safjan u S. Prechal, imħallfin

 

L-Għaxar Awla

 

A. Rosas, President,

 

E. Juhász, D. Šváby u C. Vajda, imħallfin


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/4


Listi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-kulleġġi ġudikanti

2012/C 366/09

Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Ottubru 2012, il-listi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Awla Manja, kif ġej:

 

A. Rosas

 

C. Vajda

 

E. Juhász

 

J.-L. da Cruz Vilaça

 

G. Arestis

 

C.-G. Fernlund

 

A. Borg Barthet

 

E. Jarašiūnas

 

J. Malenovský

 

S. Prechal

 

U. Lõhmus

 

M. Berger

 

E. Levits

 

D. Šváby

 

A. Ó Caoimh

 

M. Safjan

 

J.-C. Bonichot

 

J.-J. Kasel

 

A. Arabadjiev

 

C. Toader

Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Ottubru 2012, il-listi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-Awli b’ħames imħallfin kif ġej:

 

L-Ewwel Awla:

 

A. Borg Barthet

 

M. Berger

 

E. Levits

 

J.-J. Kasel

 

I-Tieni Awla:

 

G. Arestis

 

J.-L. da Cruz Vilaça

 

J.-C. Bonichot

 

A. Arabadjiev

 

It-Tielet Awla:

 

A. Ó Caoimh

 

C.-G. Fernlund

 

C. Toader

 

E. Jarašiūnas

 

Ir-Raba’ Awla:

 

J. Malenovský

 

S. Prechal

 

U. Lõhmus

 

M. Safjan

 

Il-Ħames Awla:

 

A. Rosas

 

C. Vajda

 

E. Juhász

 

D. Šváby

Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet, waqt il-laqgħa tagħha tal-12 ta’ Ottubru 2012, il-listi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-awli bi tliet imħallfin, kif ġej:

 

Is-Sitt Awla

 

A. Borg Barthet

 

E. Levits

 

J.-J. Kasel

 

Is-Seba’ Awla

 

J.-C. Bonichot

 

A. Arabadjiev

 

J.-L. da Cruz Vilaça

 

It-Tmien Awla

 

A. Ó Caoimh

 

C. Toader

 

C.-G. Fernlund

 

Id-Disa’ Awla

 

U. Lõhmus

 

M. Safjan

 

S. Prechal

 

L-Għaxar Awla

 

E. Juhász

 

D. Šváby

 

C. Vajda


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/6


Ħatra tal-Ewwel Avukat Ġenerali

2012/C 366/10

Il-Qorti tal-Ġustizzja, waqt il-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Ottubru 2012, ħatret, għal perijodu li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2013, lil N. Jääskinen bħala l-Ewwel Avukat Ġenerali


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/6


Għażla tal-Awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 104b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 366/11

Il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-laqgħa tagħha tat-12 ta’ Ottubru 2012, għażlet, għal perijodu ta’ sena li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2013, it-Tieni Awla sabiex, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, tkun l-awla inkarigata mill-kawżi previsti fl-Artikolu 104b ta’ dawn ir-regoli.


Il-Qorti Ġenerali

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/7


Teħid ta’ ġurament minn membru ġdid tal-Qorti Ġenerali

2012/C 366/12

Wara l-ħatra tiegħu bħala mħallef tal-Qorti Ġenerali b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-5 ta’ Settembru 2012 (1), għall-perijodu mis-7 ta’ Settembru 2012 sal-31 ta’ Awwissu 2013, G. Berardis ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-17 ta’ Settembru 2012.

Wara l-ħatra tiegħu bħala mħallef tal-Qorti Ġenerali b’deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-20 ta’ Settembru 2012 (2), għall-perijodu mit-22 ta’ Settembru 2012 sal-31 ta’ Awwissu 2013, E. Buttigieg ħa l-ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fit-8 ta’ Ottubru 2012.


(1)  ĠU L 240, 06.09.2012, p. 6

(2)  ĠU L 255, 21.09.2012, p. 30


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja, tal-High Court of Justice (Chancery Division) — ir-Renju Unit, tat-Tribunal de grande instance de Nanterre — Franza) — Zuckerfabrik Jülich AG vs Hauptzollamt Aachen (C-113/10), British Sugar plc vs Rural Payments Agency, an Executive Agency of the Department for Environment, Food & Rural Affairs (C-147/10), u Tereos — Union de coopératives agricoles à capital variable vs Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers (C-234/10)

(Kawżi magħquda C-113/10, C-147/10 u C-234/10) (1)

(Politika agrikola komuni - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Produtturi taz-zokkor u tal-isoglukożju - Kalkolu tal-ammont tal-imposti fuq il-produzzjoni - Validità ta’ mod ta’ kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni ammonti ta’ rifużjonijiet fittizji għall-kwantitajiet ta’ zokkor esportati mingħajr rifużjoni - Retroattività tal-leġiżlazzjoni - Rata ta’ kambju - Dritt għal interessi)

2012/C 366/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż, l-Ingliż u l-Franċiż

Qrati tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf, High Court of Justice (Chancery Division), Tribunal de grande instance de Nanterre

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zuckerfabrik Jülich AG (C-113/10), British Sugar plc (C-147/10), Tereos — Union de coopératives agricoles à capital variable (C-234/10)

Konvenuti: Hauptzollamt Aachen (C-113/10), Rural Payments Agency, an Executive Agency of the Department for Environment, Food & Rural Affairs (C-147/10), Directeur général des douanes et droits indirects, Receveur principal des douanes et droits indirects de Gennevilliers (C-234/10)

Suġġett

(C-113/10)

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Validità, fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1) — Retroattività tal-imsemmi regolament — Metodu ta’ kalkolu tal-imposti tal-produzzjoni

(C-147/10)

Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1) — Ħlas lura tal-ammonti miġbura abbażi ta’ regolamenti Komunitarji invalidi — Iffissar tar-rata tal-kambju applikabbli

(C-234/10)

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de grande instance de Nanterre — Validità, fid-dawl tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/2001, tad-19 ta’ Ġunju 2001, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 17), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1) — Iffissar tal-ammont ta’ taxxi għall-produzzjoni għas-settur taz-zokkor — Determinazzjoni tat-telf medju

Dispożittiv

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006, fid-dispożizzjonijiet tiegħu minbarra dawk tal-Artikolu 3, diġà annullati bħala riżultat tal-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1686/2005, tal-14 ta’ Ottubru 2005, li jistabbilixxi l-imposti fuq il-produzzjoni u l-koeffiċjenti għall-imposta addizzjonali fis-settur taz-zokkor għas-sena tas-suq 2004/05, deċiż mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tagħha tad-29 ta’ Settembru 2011, Il-Polonja vs Il-Kummissjoni (T-4/06), huwa invalidu.

(2)

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fuq dan il-punt, huwa d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat li għandu jistabbilixxi r-rata ta’ kambju applikabbli għall-kalkolu tal-kumpens dovut għall-pagament żejjed ta’ imposti fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor.

(3)

Skont id-dritt tal-Unjoni, il-partijiet fil-kawża li għandhom dritt għar-rimbors tas-somom imħallsa indebitament bħala imposti fuq il-produzzjoni fis-settur taz-zokkor stabbiliti minn regolament invalidu għandhom ukoll id-dritt għall-ħlas tal-interessi marbuta miegħu. Qorti nazzjonali ma tistax, fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, tirrifjuta l-pagament ta’ interessi fuq l-ammonti rċevuti minn Stat Membru abbażi ta’ regolament invalidu għar-raġuni li dan l-Istat Membru ma jistax jitlob l-interessi korrispondenti mir-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 134, 25.05.2010.

ĠU C 148, 05.06.2010.

ĠU C 221, 14.08.2010.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR) vs Finanzamt Plauen

(Kawża C-587/10) (1)

(Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Kunsinna ta’ oġġetti - Taxxa ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet - Rifjut tal-eżenzjoni għal nuqqas ta’ numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT tal-akkwirent)

2012/C 366/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR)

Konvenuta: Finanzamt Plauen

fil-preżenza ta’:Bundesministerium der Finanzen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Budesfinanzhof — Interpretazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Kunsinna ta’ oġġetti — Taxxa ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet — Xiri ta’ merkanzija minn impriża stabbilita fi Stat Membru mingħand impriża oħra stabbilita fi Stat terz, u mhux irreġistrata mal-VAT, li tipprovdi lil impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor, il-merkanzija li ntbagħtet direttament mill-fornitur lill-impriża akkwirenti — Sitwazzjoni fejn il-fornitur jippreżenta n-numru tal-VAT tal-akkwirent

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28c(A)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 98/80/KE, tat-12 ta’ Ottubru 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tissuġġetta l-eżenzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ kunsinna intra-Komunitarju għall-fatt li l-fornitur jibgħat in-numru ta’ reġistrazzjoni tat-taxxa fuq mil-valur miżjud, b’riżerva, madankollu, li r-rifjut ta’ għoti tal-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni ma tkunx opposta għar-raġuni biss li dan l-obbligu ma ġiex osservat meta l-fornitur ma jistax, bi bona fide, u wara li ħa l-miżuri kollha li jistgħu jkunu raġonevolment rikjesti minnu, jibgħat dan in-numru ta’ reġistrazzjoni u barra minn hekk jibgħat indikazzjonijiet li juru b’mod adegwat li l-akkwirent huwa persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali fit-tranżazzjoni inkwistjoni.


(1)  ĠU C 80, 12.03.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus — il-Finlandja) — Finnair Oyj vs Timy Lassooy

(Kawża C-22/11) (1)

(Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Kumpens għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu - Kunċett ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ - Esklużjoni tal-klassifikazzjoni ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ - Kanċellazzjoni ta’ titjira minħabba strajk fl-ajruport tat-tluq - Riorganizzazzjoni tat-titjiriet wara t-titjira kkanċellata - Dritt għal kumpens tal-passiġġieri ta’ dawn it-titjiriet)

2012/C 366/15

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finnair Oyj

Konvenut: Timy Lassooy

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein oikeus — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(j), 4, 5 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) — Ċirkustanzi eċċezzjonali — Titjira kkanċellata minħabba strajk tal-persunal tal-ajruport li minnu kellha titlaq it-titjira — Riorganizzazjoni tat-titjiret sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi għall-passiġġieri tat-titjira kkanċellata — Riorganizzazjoni li taffettwa wkoll it-titjiriet li kellhom jsiru wara t-titjira kkanċellata — Dritt tal-passiġġieri ta’ dawn it-titjiriet li jiksbu kumpens

Dispożittiv

(1)

Il-kunċett ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu”, fis-sens tal-Artikoli 2(j) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis sens li ma jikkonċernax biss il-każijiet fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu minħabba li jkunu saru wisq riżervazzjonijiet iżda wkoll il-każijiet fejn passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu għal raġunijiet oħra, bħal raġunijiet operattivi.

(2)

L-Artikoli 2(j) u 4(3) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fatt li jseħħu “ċirkustanzi straordinarji” li jwasslu sabiex trasportatur tal-ajru jirriorganizza titjiriet wara li jkunu seħħew dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex tali li jiġġustifika li passiġġieri “ma jitħallewx jitilgħu” fuq l-imsemmija titjiriet sussegwenti u lanqas ma jeżenta lil dan it-trasportatur mill-obbligu ta’ kumpens li huwa għandu, skont l-Artikolu 4(3) tal-istess regolament, fil-konfront tal-passiġġier li ma tħalliex jitla’ fuq waħda minn dawn it-titjiriet charter wara li seħħew l-imsemmija ċirkustanzi.


(1)  ĠU C 80, 12.03.2011


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-75/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ċittadinanza tal-Unjoni - Dritt ta’ moviment u ta’ residenza - Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE - Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità - Artikolu 18 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 24 - Deroga - Portata - Stat Membru li fih il-benefiċċju ta’ tariffi ta’ trasport imnaqqsa huwa rriżervat biss għall-istudenti li l-ġenituri tagħhom jirċievu allowances tal-familja f’dan l-Istat)

2012/C 366/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Kreuschitz u D. Roussanov, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer u M. Fruhmann, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 18, 20 u 21 TFUE, kif ukoll tal- Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Kuntratti li jirrigwardaw il-bejgħ ta’ titoli tat-trasport b’tariffa mnaqqsa għall istudenti konklużi bejn diversi entitajiet fi Stat Membru u diversi impriżi ta’ trasport pubbliku — Esklużjoni, mill-benefiċċju ta’ dan it-tnaqqis, tal-istudenti li l-ġenituri tagħhom ma għandhomx dritt għall-allowances tal-familja f’dan l-Istat

Dispożittiv

(1)

Billi rreżervat prinċipalment il-benefiċċju tat-tariffi ta’ trasport imnaqqsa unikament lill-istudenti li l-ġenituri tagħhom jirċievu allowances tal-familja Awstrijaċi, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 18 TFUE, 20 TFUE u 21 TFUE kif ukoll l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE.

(2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Apelacyjny w Warszawie — Il-Polonja) — Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe Sp. z o.o. vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych

(Kawżi magħquda C-115/11) (1)

(Sigurtà soċjali - Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 14(2)(b) - Persuna li normalment teżerċita attività bħala persuna impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar - Kuntratti ta’ xogħol suċċessivi - Persuna li timpjega stabbilita fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-ħaddiem - Attività bħala persuna impjegata eżerċitata esklużivament fi Stati Membri oħra)

2012/C 366/17

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Format Urządzenia i Montaże Przemysłowe Sp. z o.o.

Konvenut: Zakład Ubezpieczeń Społecznych

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Apelacyjny w Warszawie — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru°1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), kif emendat — Delimitazzjoni bejn il-kunċetti ta’ “persuna li teżerċita normalment impjieg fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar” u ta’ “ħaddiem ikkollokat” — Ħaddiem impjegat minn impriża stabbilita fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu u li jwettaq xogħlu esklużivament fi Stati Membri oħra tal-Unjoni, filwaqt li jżomm ir-residenza tiegħu u ċ-ċentru tal-interessi vitali tiegħu fl-Istat ta’ oriġini tiegħu

Dispożittiv

L-Artikolu 14(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, persuna li, fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ xogħol suċċessivi li jistabbilixxu bħala l-post tax-xogħol it-territorju ta’ diversi Stati Membri, fir-realtà taħdem, matul il-perijodu ta’ kull wieħed minn dawn il-kuntratti, fit-territorju ta’ wieħed minn dawn l-Istati biss ma tistax taqa’ taħt il-kunċett ta’ “persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 152, 21.05.2011


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles — il-Belġju) — Partena ASBL vs Les Tartes de Chaumont-Gistoux SA

(Kawżi magħquda C-137/11) (1)

(Sigurtà soċjali għall-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 13 u 14c - Leġiżlazzjoni applikabbli - Persuna li taħdem għal rasha - Skema ta’ sigurtà soċjali - Reġistrazzjoni - Persuna li hija impjegata jew li ma teżerċita ebda attività fi Stat Membru - Impjieg ta’ persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor - Mandatarju tal-kumpannija - Residenza fi Stat Membru li ma hijiex is-sede tal-kumpannija - Ġestjoni tal-kumpannija mill-Istat ta’ residenza - Regola nazzjonali li tistabbilixxi preżunzjoni inkonfutabbli tal-eżerċizzju ta’ attività professjonali bħala persuna li taħdem għal rasha fl-Istat Membru tas-sede tal-kumpannija - Reġistrazzjoni obbligatorja għall-iskema tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom ta’ dan l-Istat)

2012/C 366/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Partena ASBL

Konvenuta: Les Tartes de Chaumont-Gistoux SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Cour du travail – Interpretazzjoni tal Artikolu 21 TFUE u tal-Artikoli 13 u 14c tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal 14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) – Ħaddiem li fl-istess waqt jeżerċità impjieg fi Stat Membru u attività ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu fi Stat Membru ieħor – L issuġġettar għall-iskema tas-siġurtà soċjali ta’ persuni li jaħdmu għal rashom ta’ persuna residenti fi Stat Membru ieħor u li tmexxi minn pajjiż barrani kumpannija suġġetta għal-leġiżlazzjoni fiskali tagħha – Nondiskriminazzjoni u ċittadinanza tal-Unjoni

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 13(2)(b) u l-Artikolu 14c(b) tar Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, [għall persuni li jaħdmu għal rashom] u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998, kif ukoll l-Anness VII tal-imsemmi regolament, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hi dik fil-kawża prinċipali sa fejn hi tippermetti lil Stat Membru li jikkunsidra, b’mod inkonfutabbli, bħala li tiġi eżerċitata fit-territorju tiegħu attività ta’ ġestjoni, li titwettaq minn Stat Membru ieħor, ta’ kumpannija suġġetta għat-taxxa f’dan l-ewwel Stat.


(1)  ĠU C 179, 18.06.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — CIMADE, Groupe d’information et de soutien des immigrés (Gisti) vs Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’Immigration

(Kawża C-179/11) (1)

(Applikazzjonijiet għall-ażil - Direttiva 2003/9/KE - Standards minimi għall-akkoljenza tal-applikanti għall-ażil fl-Istati Membri - Regolament (KE) Nru 343/2003 - Obbligu li jiġu ggarantiti lill-applikanti għall-ażil il-kundizzjonijiet minimi ta’ akkoljenza matul it-tul tal-proċedura ta’ teħid ta’ inkarigu jew ta’ teħid lura mill-Istat Membru responsabbli - Determinazzjoni tal-Istat Membru li fuqu jaqa’ l-obbligu tal-piż finanzjarju tal-kundizzjonijiet minimi)

2012/C 366/19

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CIMADE, Groupe d’information et de soutien des immigrés (Gisti)

Konvenut: Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’Immigration

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (Franza) — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003, li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 101) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109) — Portata tal-obbligu li jiġu garantiti lill-applikanti għall-ażil il-kundizzjonijiet minimi ta’ akkoljenza waqt li tkun għaddejja l-proċedura ta’ teħid inkarigu jew ta’ teħid lura mill-Istat Membru responsabbli — Determinazzjoni tal-Istat Membru li huwa obbligat jassumi l-piż finanzjarju biex jiġu pprovduti l-kundizzjonijiet minimi matul dan il-perijodu

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/09/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003, li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta’ dawk li jfittxu ażil, għandha tiġi interpretata fis-sens li Stat Membru li quddiemu titressaq applikazzjoni għall-ażil, għandu l-obbligu li jagħti l-kundizzjonijiet minimi ta’ akkoljenza tal-applikanti għall-ażil stabbiliti mid-Direttiva 2003/9 anki lil applikant għall-ażil li għalih jiddeċiedi, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz, li jitlob Stat Membru ieħor sabiex jieħu inkarigu jew jieħu lura dan l-applikant inkwantu Stat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għall-ażil tiegħu.

(2)

L-obbligu għall-Istat Membru, li quddiemu applikazzjoni għall-ażil tiġi ppreżentata, li jagħti l-kundizzjonijiet minimi stabbiliti mid-Direttiva 2003/09 lil applikant għall-ażil li għalih jiddeċiedi, skont ir-Regolament Nru 343/2003, li jitlob Stat Membru ieħor li jieħu inkarigu jew li jieħu lura dan l-applikant inkwantu Stat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għall-ażil tiegħu, jieqaf waqt it-trasferiment effettiv tal-istess applikant għall-ażil mill-Istat Membru rikorrent u l-piż finanzjarju tal-għoti ta’ dawn il-kundizzjonijiet minimi jaqa’ fuq dan l-aħħar Stat Membru, li fuqu jaqa’ dan l-obbligu.


(1)  ĠU C 186, 25.06.2011


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Administrativen sad Sofia-grad — il-Bulgarija) — Hristo Byankov vs Glaven sekretar na Ministerstvo na vatreshnite raboti

(Kawżi magħquda C-249/11) (1)

(Dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 27 - Miżura amministrattiva ta’ projbizzjoni ta’ ħruġ mit-territorju minħabba n-nuqqas ta’ ħlas ta’ dejn inkors fil-konfront ta’ persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat - Prinċipju ta’ ċertezza legali fir-rigward ta’ atti amministrattivi li saru finali - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

2012/C 366/20

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hristo Byankov

Konvenuta: sekretar na Ministerstvo na vatreshnite raboti

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad Sofia-grad — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4 TUE, moqri flimkien mal-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE, kif ukoll mal-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Interpretazzjoni tal-Artikoli 27(1) u 31(1) u (3) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Limitazzjonijiet fuq id-dritt ta’ moviment liberu — Sentenza li timponi miżura amministrattiva ta’ projbizzjoni fuq debitur milli jitlaq mit-territorju, minħabba n-nuqqas tal-irkupru ta’ kreditu — Prinċipju ta’ ċertezza legali fid-dawl tal-atti amministrattivi li saru definittivi — Obbligu jew le tal-awtorità amministrattiva kompetenti li twettaq eżami mill-ġdid tal-legalità ta’ att amministrattiv li ma kienx is-suġġett ta’ appell u għaldaqstant sar definittiv, fid-dawl li jiġi żgurat in-nuqqas ta’ restrizzjoni sproporzjonata fuq id-dritt ta’ moviment liberu

Dispożittiv

(1)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi l-impożizzjoni ta’ limitazzjoni fuq id-dritt ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li jiċċaqlaq liberament fl-Unjoni sempliċement minħabba li huwa debitur, fil-konfront ta’ persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat, għal dejn li jaqbeż il-limitu legali u li ma huwiex protett minn garanzija.

(2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-proċedura amministrattiva li waslet għall-adozzjoni ta’ projbizzjoni ta’ ħruġ mit-territorju, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, saret definittiva u li ma kinitx is-suġġett ta’ azzjoni ġudizzjarja ma tistax tinfetaħ mill-ġdid, fil-każ fejn din il-projbizzjoni tkun manifestament kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni, ħlief taħt il-kundizzjonijiet bħal dawk elenkati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 99 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva (Administrativnoprotsesualen kodeks), u dan minkejja l-fatt li tali projbizzjoni tkompli tipproduċi effetti legali fir-rigward tad-destinatarju tagħha.


(1)  ĠU C 232, 6.08.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 2 de A Coruña — Spanja) — Germán Rodríguez Cachafeiro u María de los Reyes Martínez-Reboredo Varela-Villamor vs Iberia, Líneas Aéreas de España SA

(Kawża C-321/11) (1)

(Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Kumpens tal-passiġġieri f’każ ta’ meta passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu - Kunċett ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ - Kanċellazzjoni, mit-trasportatur, tal-karta ta’ imbarkazzjoni ta’ passiġġier minħabba dewmien allegat ta’ titjira preċedenti rreġistrata simultanjament għat-titjira inkwistjoni u operata mill-istess trasportatur)

2012/C 366/21

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 2 de A Coruña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Germán Rodríguez Cachafeiro, María de los Reyes Martínez-Reboredo Varela-Villamor

Konvenuta: Iberia Líneas Aéreas de España SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil no 2 de A Coruña — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(j), 3(2), 4(3), 5 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) — Kunċett ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu” — Persuna li ma titħalliex titla’ f’ajruplan konness minħabba d-dewmien tal-ewwel titjira imputabbli lill-kumpannija tal-ajru — Għoti tal-postijiet fit-titjira konnessa lil passiġġieri oħra minħabba l-impossibbiltà, prevista iżda li ma seħħitx, li l-passiġġieri jaslu fil-ħin għat-titjira konnessa tagħhom

Dispożittiv

L-Artikolu 2(j) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, moqri flimkien mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 261/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ meta passiġġieri “ma jitħallewx jitilgħu” jinkludi s-sitwazzjoni fejn, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ trasport waħdieni li jinkludi diversi riżervazzjonijiet fuq titjiriet minnufih suċċessivi u rreġistrati simultanjament, trasportatur bl-ajru jiċħad it-tlugħ lil ċerti passiġġieri minħabba li l-ewwel titjira inkluża fir-riżervazzjoni tagħhom sofriet dewmien dovut għal dan it-trasportatur u li dan ippreveda b’mod żbaljat li dawn il-passiġġieri ma kinux ser jaslu fil-ħin sabiex jitilgħu għat-tieni titjira.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — CS AGRO Ronov s.r.o. vs Ministerstvo zemědělství

(Kawża C-390/11) (1)

(Agrikoltura - Settur taz-zokkor - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Applikazzjoni għal għajnuna għar-ristrutturazzjoni - Impenn tal-produttur li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi tal-kwota - Kunċett - Dikjarazzjoni unilaterali tal-produttur - Rifjut tal-għoti tal-għajnuna - Neċessità li jiġi rexiss il-kuntrat eżistenti ta’ kunsinna)

2012/C 366/22

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CS AGRO Ronov s.r.o.

Konvenut: Ministerstvo zemědělství

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší správní soud — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 29, rettifika fil-ĠU L 64 M, 10.03.2009, p. 11), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 1261/2007, tad-9 ta’ Ottubru 2007, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (ĠU L 283, p. 8) — Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor — Kunċett ta’ “impenn” li għandu jakkumpanja l-applikazzjoni għal għajnuna għar-ristrutturazzjoni, fejn il-produttur tal-pitravi taz-zokkor jorbot lilu nnifsu li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi tal-kwota lill-impriżi li magħhom huwa kkonkluda kuntratt ta’ kunsinna matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti — Rifjut li tingħata l-għajnuna għar-ristrutturazzjoni peress li l-imsemmi impenn għandu jieħu l-forma tar-rexissjoni tal-kuntratt ta’ kunsinna eżistenti u mhux ta’ dikjarazzjoni unilaterali tal-produttur

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 4a(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, tal-20 ta’ Frar 2006, li jistabilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1261/2007, tad-9 ta’ Ottubru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impenn li titwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi taz-zokkor matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 jista’ jieħu l-forma ta’ dikjarazzjoni unilaterali mill-produttur.

(2)

L-Artikolu 4a(1) tar-Regolament Nru 320/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 1261/2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impenn unilaterali tal-produttur li jwaqqaf il-kunsinna ta’ ċerta kwantità ta’ pitravi taz-zokkor matul is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 ma jimplikax, fih innifsu, in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-obbligi kuntrattwali tiegħu fil-konfront tal-impriża taz-zokkor.


(1)  ĠU C 311, 22.10.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-391/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/53/KE - Artikolu 2(3) - Protezzjoni tal-ambjent - Vetturi li ma għadhomx jintużaw - Kunċett ta’ produttur)

2012/C 366/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marghelis u M. Patakia, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u T. Materne, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-termini previsti, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) u (3) u tal-Artikolu 5(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Settembru 2000, dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 224) — Kunċetti ta’ “vettura” u ta’ “produttur” — Natura gratwita tal-konsenja tal-vetturi li ma għadhomx jintużaw suġġetta għal kundizzjonijiet mhux stabbiliti mid-direttiva

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tal-Belġju għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 305 15.10.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) — Field Fisher Waterhouse LLP vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-392/11) (1)

(VAT - Eżenzjoni fuq kiri ta’ beni immobbli - Kiri ta’ superfiċi kummerċjali - Servizzi marbuta mal-imsemmija kirja - Kwalifikazzjoni tat-tranżazzjoni għall-finijiet tal-VAT - Tranżazzjoni kkostitwita minn servizz uniku jew minn servizzi indipendenti)

2012/C 366/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Field Fisher Waterhouse LLP

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Eżenzjonijiet favur attivitajiet oħra — Portata tal-eżenzjoni tal-VAT fuq il-kiri ta’ beni immobbli — Inklużjoni tal-ispejjeż ta’ ċerti servizzi għall-użu u għall-manutenzjoni tal-proprjetà immobbli u tal-partijiet komuni — Kwalifikazzjoni tat-tranżazzjoni, għall-finijiet tal-VAT, bħala servizz wieħed jew bħala servizzi indipendenti — Interpretazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża C-572/07, RLRE Tellmer Property

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandha tiġi interpretata fis-sens li kiri ta’ beni immobbli u l-provvisti ta’ servizzi marbuta ma’ dan il-kiri, bħal dawk fil-kawża prinċipali, jistgħu jikkostitwixxu servizz uniku għal dak li jirrigwarda t-taxxa fuq il-valur miżjud. F’dan ir-rigward, id-dritt mogħti lil sid il-kera fil-kuntratt ta’ kiri li jirrexindi l-kuntratt fil-każ li l-lokatarju jonqos milli jħallas l-ispejjeż lokatizji jikkostitwixxi indikazzjoni li timmilita favur l-eżistenza ta’ servizz uniku, minkejja li dan ma jikkostitwixxix, neċessarjament, l-element determinanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ tali servizz. Min-naħa l-oħra, iċ-ċirkustanza li servizzi, bħal dawk fil-kawża prinċipali, jistgħu, bħala prinċipju, jiġu pprovduti minn terzi, ma tagħtix lok li jiġi konkluż li dawn ma jistgħux jikkostitwixxu, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, servizz uniku. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi jekk, fid-dawl tal-elementi ta’ interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza preżenti u fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-imsemmija kawża, it-tranżazzjonijiet ikkonċernati huma marbuta bejniethom b’tali mod u manjiera li għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu servizz uniku ta’ kiri ta’ beni immobbli.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-403/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2000/60/KE - Pjanijiet għall-immaniġġjar tad-distrett tal-baċin tax-xmara - Pubblikazzjoni u notifika lill-Kummissjoni - Informazzjoni u konsultazzjoni pubblika - Assenza)

2012/C 366/25

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn I. Hadjiyannis u G. Valero Jordana, sussegwentement minn B. Simon, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 13(1),(2),(3) u 6, 14(1)(ċ), u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Pjanijiet għall-immaniġġjar tad-distrett tal-baċin tax-xmara — Informazzjoni u konsultazzjoni pubblika — Notifika ta’ dawn il-pjanijiet ta’ immaniġġjar

Dispożittiv

(1)

Ir-Renju ta’ Spanja:

meta ma adottatx, fit-22 Diċembru 2009, il-pjanijiet ta’ immaniġġjar tad-distrett tal-baċin tax-xmara, ħlief fil-każ tad-distrett tal-baċin tax-xmara tal-Cataluña, u meta ma nnotifikatx lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri l-oħra kkonċernati, sat-22 ta’ Marzu 2010, kopja ta’ dawn il-pjanijiet, skont l-Artikoli 13(1) sa (3) u 6, kif ukoll 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, kif emendata bid-Direttiva 2008/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008, u

meta ma bdietx, sat-22 ta’ Diċembru 2008 l-iktar tard, ħlief rigward id-distretti tal-baċin tax-xmara tal-Cataluña, tal-Islas Baleares, ta’ Tenerife, ta’ Guadiana, ta’ Guadalquivir, tal-baċir Mediterranju tal-Andalucía; ta’ Tinto-Odiel-Piedras; ta’ Guadalete-Barbate; ta’ Galicia-Costa; ta’ Miño-Sil; ta’ Duero; ta’ Cantábrico tal-Punent u ta’ Cantábrico tal-Lvant, il-proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-pubbliku dwar l-abbozzi ta’ pjanijiet ta’ immaniġġjar tad-distretti tal-baċin tax-xmara, skont l-Artikolu 14(1)(ċ) ta’ din id-direttiva,

naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija dispożizzjonijiet.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundanant għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 290, 01.10.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — PIGI — Pavleta Dimova ET vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-550/11) (1)

(Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għal tnaqqis - Aġġustament - Serq ta’ merkanziji)

2012/C 366/26

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen Sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PIGI — Pavleta Dimova ET

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Prassi fiskali nazzjonali li skontha l-VAT tal-input imnaqqsa waqt l-akkwist ta’ beni għandha neċessarjament tiġi rregolarizzata fil-każ ta’ għajbien ta’ beni wara serqa — Kunċett ta’ serq debitament ippruvat jew iġġustifikat

Dispożittiv

L-Artikolu 185(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix dispożizzjonijiet fiskali nazzjonali, bħal dawk li jinsabu fl-Artikoli 79 u 80 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (Zakon za danak varhu dobavenata stoynost), li jirrikjedu, matul il-konstatazzjoni tal-assenza ta’ beni suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, l-aġġustament tat-tnaqqis ta’ din it-taxxa tal-input fil-mument tax-xiri ta’ dawn il-beni, f’sitwazzjoni fejn il-persuna taxxabbli kienet vittma ta’ serq tal-imsemmija beni fejn min wettaq tali serq ma ġiex identifikat.


(1)  ĠU C 13, 14.01.2012.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-629/11 P) (1)

(Appell - Kuntratt pubbliku mogħti mill-Kummissjoni - Offerta miċħuda - Obbligu ta’ motivazzjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 - Artikolu 100(2) - Terminu biex titwieġeb talba għal informazzjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 - Artikolu 149(2))

2012/C 366/27

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: N. Korogiannakis, dikigoros)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Calciu u S. Delaude, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Settembru 2011, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-298/09) li tiċħad rikors li l-għan tiegħu huwa li jannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Mejju 2009, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti EAC/01/2008 dwar servizzi esterni għal programmi edukattivi (EPISEP) (ĠU 2008/S 158-212752), kif ukoll id-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għal danni — Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament Finanzjarju — Perijodu ta’ validità tal-offerti — Responsabbiltà mhux kuntrattwali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 49, 18.02.2012.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Société ED u F Man Alcohols vs Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor)

(Kawża C-669/11) (1)

(Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Kunċett ta’ “preġudizzju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni” - Sejħa individwali għal offerta għall-esportazzjoni ta’ alkoħol li joriġina mill-inbid fil-pussess tal-aġenziji ta’ intervent - Esportazzjoni ta’ lottijiet ta’ alkoħol barra l-Unjoni wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit - Żamma tal-garanzija ta’ eżekuzzjoni tajba - Miżuri amministrattivi - Sanzjonijiet amministrattivi - Regolament (KE) Nru 360/95 - Regolament (KE) Nru 1623/2000 - Applikazzjoni retroattiva tas-sanzjoni l-inqas ħarxa)

2012/C 366/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société ED u F Man Alcohols

Konvenut: Office national interprofessionnel des fruits, des légumes, des vins et de l’horticulture (Viniflhor)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 360/95, tat-22 ta’ Frar 1995, li jippermetti l-bejgħ individwali permezz ta’ sejħiet għal offerti għall-esportazzjoni ta’ alkoħol li joriġina mill-inbid fil-pussess tal-aġenziji ta’ intervent (ĠU L 41, p. 14), tal-Artikolu 91(12) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000, tal-25 ta’ Lulju 2000, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 30, p. 182), tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340), kif ukoll tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/93, tat-12 ta’ Frar 1993, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni dwar id-distribuzzjoni u bejgħ tal-alkoħol miksub permezz tad-distillazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 35, 36 u 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 u fil-pussess tal-aġenziji ta’ intervent (ĠU L 43, p. 6) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 220/85, tat-22 ta’ Lulju 1985, li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 6, p. 186) — Bejgħ individwali permezz ta’ sejħiet għal offerti għall-esportazzjoni ta’ alkoħol li joriġina mill-inbid fil-pussess ta’ aġenziji ta’ intervent bil-għan ta’ użu finali fis-settur tal-karburanti — Skadenza tat-terminu ta’ esportazzjoni mill-persuna li tkun rebħet il-kuntratt — Sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri ta’ natura oħra — Nuqqas li jista’ jikkawża dannu lill-baġit tal-Unjoni

Dispożittiv

(1)

Il-ksur minn operatur tat-terminu ta’ esportazzjoni previst għall-kwantitajiet ta’ alkoħol li huwa kiseb fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħiet għal offerti organizzata mill-Kummissjoni Ewropea, bħal dik irregolata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 360/95, tat-22 ta’ Frar 1995, li jippermetti l-bejgħ individwali permezz ta’ sejħiet għal offerti għall-esportazzjoni ta’ alkoħol li joriġina mill-inbid fil-pussess tal-aġenziji ta’ intervent, jikkostitwixxi “irregolarità” fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea.

(2)

It-telf totali jew parzjali ta’ garanzija ta’ eżekuzzjoni tajba, bħal dik prevista fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament Nru 360/95, jew ta’ garanzija intiża li tiżgura esportazzjoni fit-termini stabbiliti, bħal dik prevista fl-Artikolu 91(12) tar- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000, tal-25 ta’ Lulju 2000, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “penali amministrattivi” fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 2988/95.

(3)

Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 5(5) tar-Regolament Nru 360/95 jikkostitwixxi l-bażi legali neċessarja għall-finijiet li jimponi sanzjoni li tikkonsisti fit-telf totali jew parzjali ta’ garanzija ta’ eżekuzzjoni tajba.

(4)

Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bl-għan li jiġi ssanzjonat in-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu stabbilit sabiex titwettaq l-esportazzjoni lejn il-Brażil ta’ kwantitajiet ta’ alkoħol miksubin permezz ta’ sejħa għall-offerta fl-implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 360/95, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom japplikaw is-sanzjoni prevista fl-Artikolu 5(5) ta’ dan l-aħħar regolament, u mhux dik prevista fl-Artikolu 91(12) tar-Regolament Nru 1623/2000.


(1)  ĠU C 89, 24.03.2012


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Amorim Energia BV vs Ministério das Finanças e da Administração Pública

(Kawża C-38/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 3(2) - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Taxxa fuq id-dividendi - Taxxa f’ras il-għajn - Eżenzjoni - Żamma ta’ sehem minimu fil-kumpannija li tqassam id-dividendi - Kundizzjonijiet - Perjodu minimu ta’ żamma mhux interott tal-imsemmi sehem - Kundizzjonijiet - Kumpanniji benefiċjarji residenti u mhux residenti - Differenza fit-trattament)

2012/C 366/29

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amorim Energia BV

Konvenut: Ministério das Finanças e da Administração Pública

fil-preżenza ta’: Ministério Público

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Supremo Tribunal Administrativo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 65 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-divendi mqassmin lil kumpanniji mhux residenti għal sistema fiskali inqas favorevoli minn dik applikabbli għad-dividendi mqassmin lill-kumpanniji residenti — Ħtieġa ta’ perijodu minimu ta’ pussess tal-azzjonijiet itwal u ta’ sehem azzjonarju minimu ikbar għall-kumpanniji mhux residenti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE jipprekludu li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lil kumpannija residenti fi Stat Membru ieħor li tippossjedi, f’kumpannija residenti fil-Portugall, sehem ogħla minn 10 % iżda iktar baxx minn 20 %, li jiksbu l-eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn fuq it-tqassim tad-dividendi li saru mill-kumpannija residenti fil-Portugall u b’hekk dawn id-dividendi jiġu suġġetti għal taxxa doppja, filwaqt li, meta d-dividendi huma mqassma lill-kumpanniji azzjonarji residenti fil-Portugall u għandhom l-istess tip ta’ ishma, tali taxxa doppja tad-dividendi ma sseħħx. Meta Stat Membru jinvoka ftehim bil-għan li tiġi evitata t-taxxa doppja, konkluż ma’ Stat Membru ieħor, hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk għandux jiġi kkunsidrat dan il-ftehim u, jekk ikun il-każ, li jiġi vverifikat jekk dan jinnewtralizzax l-effetti tar-restrizzjoni għall-moviment ħieles tal-kapital.

(2)

L-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE jipprekludu li leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil kumpannija residenti fi Stat Membru ieħor li tippossjedi, f’kumpannija residenti fil-Portugall, sehem ogħla minn 20 % li tikseb ir-rimbors tat-taxxa f’ras il-għajn fuq it-tqassim tad-dividendi li saru mill-kumpannija residenti fil-Portugall biss meta hija għandha tali sehem b’mod mhux interrot għal sentejn u b’hekk tittardja l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja fir-rigward tal-kumpanniji azzjonarji residenti fil-Portugall, li għandhom l-istess ishma. Meta Stat Membru jinvoka ftehim bil-għan li tiġi evitata t-taxxa doppja, konkluż ma’ Stat Membru ieħor, hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi jekk għandux jiġi kkunsidrat dan il-ftehim u, jekk ikun il-każ, li jiġi vverifikat jekk dan jinnewtralizzax l-effetti tar-restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Densmore Ronald Dover vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-278/11 P) (1)

(Appell - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati Ewropej - Stħarriġ tal-użu tal-allowances - Allowance ta’ assistenza parlamentari - Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż - Irkupru tas-somom imħallsa indebitament)

2012/C 366/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Densmore Ronald Dover (rappreżentanti: D. Vaughan QC, M. Lester, Barrister u R. Collard, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Moore u M. Windisch, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Dover vs Il-Parlament Ewropew (T-149/09) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-deċiżjoni tas-segretarju ġenerali tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2009, li jiġu rkuprati ċerti somom indebitament imħallsa lill-appellant bħala spejjeż u allowances parlamentari

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Densmore Ronald Dover huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Power-One Italy SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-372/11 P) (1)

(Appell - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Proġett kofinanzjat bl-istrument finanzjarju “LIFE” - Żvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għal użu fit-telefonija mobbli (proġett “Pneuma”) - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li jintemm proġett u li jiġi rkuprat il-ħlas magħmul bil-quddiem - Kumpens għad-dannu allegatament subit)

2012/C 366/31

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Power-One Italy SpA (rappreżentanti: R. Giuffrida u A. Giussani avukati

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Appell mid-Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011, Power-One Italy vs Il-Kummissjoni (T-489/08), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jintemm il-proġett Pneuma (LIFE04 ENV/IT/000595), intiż għall-kofinanzjament tal-iżvilupp ta’ sistema ġdida ta’ provvista ta’ enerġija għall-użu fit-telefonija mobbli — Aspettativi leġittimi — Obbligu ta’ motivazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Power-One Italy SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 282, 24.09.2011


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel — il-Belġju) — Tate & Lyle Investments Ltd vs Belgische Staat

(Kawża C-384/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Artikolu 63 TFUE - Leġiżlazzjoni fiskali - Distribuzzjoni ta’ dividendi - Taxxa f’ras il-għajn - Prevenzjoni jew tnaqqis tal-impożizzjoni ta’ sensiela ta’ taxxi - Trattament distint tal-kumpanniji benefiċjarji residenti u tal-kumpanniji benefiċjarji mhux residenti)

2012/C 366/32

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tate & Lyle Investments Ltd

Konvenuta: Belgische Staat

fil-preżenza ta’: Syral Belgium NV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Brussel — Interpretazzjoni tal-Artikolu 63 TFUE — Restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-kapital — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Taxxa fuq id-dividendi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi taxxa f’ras il-għajn ta’ 10 % fuq id-dividendi ddistribwiti minn kumpanniji residenti kif ukoll fuq id-dħul assimilat — Tpaċija tal-ammont ta’ din it-taxxa f’ras il-għajn mat-taxxa fuq il-kumpanniji li hija possibbli biss għall-kumpanniji residenti

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta għal taxxa f’ras il-għajn id-dividendi ddistribwiti minn kumpannija residenti lil kumpanniji benefiċjarji residenti u mhux residenti li għandhom sehem ta’ inqas minn 10 % fil-kapital ta’ din il-kupannija distributriċi iżda li l-valur tal-akkwist tiegħu huwa ta’ inqas minn EUR 1.2 miljuni filwaqt li tipprevedi mekkaniżmu li jippermetti t-tnaqqis tal-impożizzjoni ta’ sensiela ta’ taxxi għall-kumpanniji benefiċjarji residenti biss. Meta Stat Membru jinvoka ftehim għall-prevenzjoni ta’ taxxa doppja konkluż ma’ Stat Membru ieħor, huwa l-obbligu tal-qorti nazzjonali li tistabbilixxi jekk dan il-ftehim għandux jittieħed inkunsiderazzjoni fil-kawża li jkollha quddiemha u, jekk ikun il-każ, li tivverifika jekk dan jippermettix li jiġu nnewtralizzati l-effetti tar-restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-407/11 P) (1)

(Appell - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bioġeografiku tal-Mediterran - Inklużjoni fil-lista tas-sit “Estrecho Oriental” propost mir-Renju ta’ Spanja li jinkludi żona ta’ ibħra territorjali Britanniċi ta’ Ġibiltà u żona ta’ baħar miftuħ - Rikors għal annullament - Talba għal annullament parzjali - Separabbiltà - Drittijiet tad-difiża)

2012/C 366/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Government of Gibraltar (rappreżentanti: D. Vaughan QC, M. Llamas, barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u M. K. Mifsud-Bonnici, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad u M. Muñoz Pérez, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tal-24 ta’ Mejju 2011, Government of Gibraltar vs Il-Kummissjoni (T-176/09), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/95/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2008, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran [notifikata bid-dokument numru C(2008) 8049], sa fejn din iżżid mal-lista sit imsejjaħ “Estrecho Oriental” (ES6120032), propost minn Spanja, li jinkludi żona ta’ ibħra territorjali Britanniċi ta’ Ġibiltà u żona ta’ baħar miftuħ.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Government of Gibraltar huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  GU C 290, 01.10.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta’ Ġunju 2012 — Fuchshuber Agrarhandel GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-491/11 P) (1)

(Appell - Politika agrikola komuni - Xiri ta’ qamħirrun mill-aġenzija ta’ intervent tal-Ungerija - Ħażniet insuffiċjenti - Allegat ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligi tagħha ta’ investigazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2012/C 366/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Fuchshuber Agrarhandel GmbH (rappreżentant: G. Lehner, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 — Fuchshuber Agrarhandel vs Il-Kummissjoni (T-451/10), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala manifestament nieqes minn kull bażi legali r-rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab minħabba n-nuqqas ta’ investigazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni tas-sejħiet għal offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju, f’dan il-każ ta’ qamħirrun fil-pussess tal-aġenzija ta’ intervent Ungeriż.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Fuchshuber Agrarhandel GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 13, 14.01.2012


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ġunju 2012 — United Technologies Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-493/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni tal-liftijiet u tal-eskalejters mekkaniċi - Multi - Kumpannija parent u sussidjarji - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

2012/C 366/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: United Technologies Corp. (rappreżentanti: A. Winckler u D. Gerard, avukati, J. Temple Lang u C. Cook, solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, R. Sauer u J. Bourke, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 — General Technic-Otis et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-141/07, T-142/07, T-145/07 u T-146/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/E-1/38.823 — PO/Liftijiet u eskalejters), dwar akkordju fis-suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni tal-liftijiet u tal-eskalejters mekkaniċi fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, li tirrigwarda l-manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti, it-tqassim tas-swieq, l-iffissar tal-prezzijiet, l-għoti tal-proġetti u tal-kuntratti relatati magħhom u l-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll, sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettqa mis-sussidjarji tagħha

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

United Technologies Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Ġunju 2012 — Otis Luxembourg Sàrl, li kienet General Technic-Otis Sàrl, Otis SA, Otis GmbH & Co. OHG, Otis BV, Otis Elevator Company vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-494/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-lifts u tal-eskelejters - Multi - Kumpannija parent u sussidjarji - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

2012/C 366/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Otis Luxembourg Sàrl, li kienet General Technic-Otis Sàrl, Otis SA, Otis GmbH & Co. OHG, Otis BV, Otis Elevator Company (rappreżentanti: A. Winckler u D. Gerard, avukati, J. Temple Lang u C. Cook, solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, R. Sauer u J. Bourke, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 — General Technic Otis et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-141/07, T-142/07, T-145/07 u T-146/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/E-1/38.823 — PO/Liftijiet u Eskalejters), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-lifts u tal-eskelejters fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, fir-rigward tal-manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti, it-tqassim tas-swieq, l-iffissar tal-prezzijiet, l-għoti ta’ proġetti u ta’ kuntratti relatati magħhom u l-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll, sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettqa mis-sussidjarji tagħha

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Otis Luxembourg Sàrl, Otis SA, Otis GmbH & Co. OHG, Otis BV u Otis Elevator Company huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/21


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2012 — Land Wien vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-608/11 P) (1)

(Appell - Enerġija nukleari - Estensjoni tal-impjant nukleari ta’ Mochovce (ir-Repubblika Slovakka) - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tarkivja l-ilment - Rikors għal annullament - Rifjut tal-Kummissjoni li tittrażmetti d-dokumenti mitluba - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Rekwiżiti minimi ffissati fl-Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà)

2012/C 366/37

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Land Wien (rappreżentant: W.-G. Schärf, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia, P. Oliver u G. Wilms, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tal-20 ta’ Settembru 2011, Land Wien vs Il-Kummissjoni (T-267/10), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tal-appellant intiż, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Marzu 2010, li ma tieħux azzjoni fir-rigward tal-ilment tiegħu dwar il-proġett ta’ estensjoni tal-partijiet tlieta u erbgħa tal-impjant nukleari ta’ Mochovce (ir-Repubblika Slovakka) u, min-naħa l-oħra, għall-konstatazzjoni tan-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni, skont l-Artikolu 265 TFUE, sa fejn id-dokumenti kollha mitluba relatati ma’ dan il-proġett ma ġewx trażmessi lill-appellant, bi ksur tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1049/2001, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331) — Ksur tad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti, tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, kif ukoll tat-Trattat Euratom

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Land Wien huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/22


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-310/12)

2012/C 366/38

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, D. Düsterhaus u A. Sipos, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, peress illi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tadatta d-dritt nazzjonali tagħha mad-Direttiva, b’mod konformi mal-Artikolu 40 tad-Direttiva, jew tal-inqas peress illi naqset milli tikkomunika dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1).

tikkundanna lill-Ungerija, b’mod konformi mal-Artikolu 260 (3) TFUE, għall-ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 27 316,80 għal kull ġurnata mid-data li fiha tingħata din is-sentenza, peress li l-Ungerija ma kkomunikatx id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE lill-Kummissjoni.

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, hija l-istrument ġuridiku prinċipali f’dan is-settur u tistabbilixxi, fost aspetti oħra, il-kunċetti essenzjali relatati mal-immaniġġar tal-iskart, bħal pereżempju x’għandu jinftiehem bi skart, b’riċiklaġġ u b’irkupru.

It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva skada fit-12 ta’ Diċembru 2010. L-Ungerija informat lill-Kummissjoni li ma kinitx ikkonkludiet l-obbligi leġiżlattivi għat-traspożizzjoni tad-Direttiva. Peress illi sal-lum ma ġewx adottati l-miżuri ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Ungerija ma wettqitx l-obbligi tagħha relatati mat-traspożizzjoni kompleta tad-Direttiva.

B’mod konformi mal-Artikolu 260(3) TFUE, fir-rikorsi għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentati skont l-Artikolu 258 TFUE, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja li, fis-sentenza li tiddikjara n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu, tobbliga lill-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva adottata b’mod konformi ma’ proċedura leġiżlattiva, jew tista’ tindika l-ammont tas-somma f’daqqa jew tal-pagamenti ta’ penalità li għandu jitħallas minn dan l-Istat u li hija tikkunsidra xierqa fiċ-ċirkustanzi. B’mod konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 260(3) TFUE (2), il-Kummissjoni pproċediet għall-kalkolu tal-pagamenti ta’ penalità proposti skont il-metodu previst fil-Kommunikazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 228 KE.


(1)  ĠU L 312, p. 3.

(2)  ĠU C 12, p. 1


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fit-30 ta’ Lulju 2012 — Michael Timmel vs Aviso Zeta AG

(Kawża C-359/12)

2012/C 366/39

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michael Timmel

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Lore Tinhofer

Konvenuta: Aviso Zeta AG

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami [Regolament (KE) Nru 809/2004] (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandha tintwera f’suppliment għall-prospett l-informazzjoni li bħala prinċipju hija meħtieġa li ma kinitx magħrufa fil-mument tal-approvazzjoni tal-prospett bażi, iżda li kienet diġà magħrufa fil-mument tal-pubblikazzjoni ta’ dan is-suppliment li fih din l-informazzjoni ma tirriżultax?

(2)

Id-deroga prevista fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (Regolament (KE) Nru 809/2004) għandha tiġi applikata b’mod li jippermetti li l-punti ta’ informazzjoni fis-sens tat-tielet sentenza tal-Artikolu 22(1) ma jiġux inklużi, minkejja li dawn il-punti ta’ informazzjoni (meħtieġa) kienu magħrufa qabel id-data tal-ħruġ, għalkemm wara l-pubblikazzjoni tal-prospett bażi?

(3)

Jista’ wieħed jitkellem fuq “pubblikazzjoni regolari” meta jkun ġie ppubblikat biss prospett bażi li ma jinkludix il-punti ta’ informazzjoni meħtieġa b’mod konformi mat-tielet sentenza tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (Regolament (KE) Nru 809/2004), u, b’mod partikolari, mal-Anness V tal-istess regolament (għat-titoli li għandhom valur nominali unitarju ta’ inqas minn EUR 50 000) u l-kundizzjonijiet definittivi ma jkunux ġew ippubblikati?

(4)

Ir-rekwiżit li jipprovdi li l-prospett jew il-prospett bażi għandu jkun faċilment aċċessibbli fuq is-sit tal-internet fejn ikun tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, previst fil-punt 1 tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (Regolament (KE) Nru 809/2004) huwa sodisfatt:

(a)

meta l-aċċess, id-downloading u kif ukoll l-ipprintjar jirrikjedu li wieħed jirreġistra fis-sit tal-internet fejn l-aċċess għandu sussegwentement isir, u r-reġistrazzjoni tippresupponi l-aċċettazzjoni ta’ klawżola ta’ nuqqas ta’ responsabbiltà u l-komunikazzjoni ta’ indirizz tal-posta elettronika, jew

(b)

meta huwa neċessarju, għal dan il-għan, li jsiru ħlasijiet, jew

(c)

meta l-konsultazzjoni mingħajr ħlas ta’ aspetti mill-prospett hija limitata għal żewġ dokumenti fix-xahar, meta huwa meħtieġ li jsir downloading ta’ mill-inqas tliet dokumenti sabiex jinkisbu l-punti kollha tal-informazzjoni meħtieġa previsti fit-tielet sentenza tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 809/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (Regolament (KE) Nru 809/2004)?

(5)

L-Artikolu 14(2)(b) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (Direttiva 2003/71/KE) (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prospett bażi għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fis-sede ta’ min joħroġ it-titoli u tal-intermedjarju finanzjarju?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 307.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 356.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fl-1 ta’ Awwissu 2012 — Finanzamt Dortmund-West vs Klinikum Dortmund GmbH

(Kawża C-366/12)

2012/C 366/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Dortmund-West

Konvenuta: Klinikum Dortmund GmbH

Domandi preliminari

(1)

L-operazzjoni marbuta mill-qrib għandha tkun provvista ta’ servizzi b’mod konformi mal-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ?

(2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: operazzjoni marbuta mill-qrib ma’ servizzi ta’ sptar jew ma’ kura medika teżisti biss meta din l-operazzjoni ssir mill-istess persuna taxxabbli li tipprovdi s-servizzi ta’ sptar jew il-kura medika?

(3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda: operazzjoni marbuta mill-qrib teżisti wkoll meta l-kura medika ma tkunx eżenti taħt l-Artikolu 13 A (1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, iżda taħt il-punt (ċ) tal-istess dispożizzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Székesfehérvári Törvényszék (l-Ungerija) fit-13 ta’ Awwissu 2012 — Hervis Sport- és Divatkereskedelmi Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-385/12)

2012/C 366/41

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Székesfehérvári Törvényszék (l-Ungerija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hervis Sport- és Divatkereskedelmi Kft

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

Domanda preliminari

Il-fatt li persuna taxxabbli teżerċita attività ta’ bejgħ bl-imnut f’ħanut għandha tħallas taxxa speċjali fuq l-ammont tad-dħul mill-bejgħ nett annwali tagħha li jaqbeż HUF 500 miljun huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet dwar il-prinċipju ġenerali ta’ [non]diskriminazzjoni (Artikoli 18 u 26 TFUE), il-prinċipju ta’ libertà ta’ stabbiliment (Artikolu 49 TFUE), il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament (Artikolu 54 TFUE), il-prinċipju ta’ ugwaljanza f’dak li jikkonċerna l-parteċipazzjoni finanzjarja fil-kapital tal-kumpanniji fis-sens tal-Artikolu 54 (Artikolu 55 TFUE), il-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi (Artikolu 56 TFUE), il-prinċipju ta’ moviment liberu tal-kapital (Artikoli 63 u 65 TFUE) u l-prinċipju ta’ ugwaljanza f’dak li jikkonċerna l-intaxxar tal-impriżi (Artikolu 110 TFUE)?


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel (il-Lussemburgu) fis-27 ta’ Awwissu 2012 — État du Grand-duché de Luxembourg, Administration de l’enregistrement et des domaines vs Edenred Luxembourg SA

(Kawża C-395/12)

2012/C 366/42

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: État du Grand-duché de Luxembourg, Administration de l’enregistrement et des domaines

Konvenuta: Edenred Luxembourg SA

Domanda preliminari

Is-servizzi pprovduti minn emittent ta’ vawċers għall-ikel fil-Lussemburgu lejn negozjant ta’ ristorazzjoni affiljat man-netwerk ta’ aċċettazzjoni tiegħu huma eżenti, kompletament jew parzjalment, mill-VAT b’applikazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 13(B)(d)(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, kif emendata, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, bażi uniformi ta’ stima (77/388/KEE) (1), jekk huwa veru li l-vawċer għall-ikel ma huwiex titolu ta’ ħlas sħiħ u li dawn is-servizzi ma għandhomx bħala skop li jiggarantixxu l-ħlas ta’ ikliet meħuda mill-impjegat tal-impriża klijent (ibid. (B)(d)(2)), fir-rigward ta’ vawċers għall-ikel allokati minn persuna li timpjega lill-impjegati tagħha fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tal-Istat […] meta huwa magħruf li l-affiljazzjoni f’netwerk ta’ vawċers għall-ikel tippermetti li titgawda klijentela komposta mill-impjegati ta’ impriżi klijenti tal-operatur ta’ vawċers għall-ikel u li dan iħallas l-ispejjeż tat-trattament tal-vawċers għall-ikel?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/24


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru

(Kawża C-412/12)

2012/C 366/43

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos, aġent, D. Düsterhaus, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li r-Repubblika ta’ Ċipru naqset millli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE (1), tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], peress li s-siti kollha ta’ eliminazzjoni mhux ikkontrollata tal-iskart li kienu qegħdin joperaw fit-territorju Ċiprijott ma ngħalqux jew saru konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika ta’ Ċipru għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31/KE, it-terrafermi eżistenti li fil-mument tat-traspożizzjoni tad-direttiva fid-dritt nazzjonali kienu diġà qegħdin joperaw jistgħu jkomplu jiffunzjonaw biss jekk il-miżuri meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Ewropea ittieħdu sas-16 ta’ Lulju 2009; inkella, huma għandhom jingħalqu.

L-awtoritajiet Ċiprijotti stess irrikonoxxew li, mill-115-il sit ta’ eliminazzjoni mhux ikkontrollata tal-iskart (li, minħabba n-natura “mhux ikkontrollata” tal-eliminazzjoni u tal-ġestjoni tal-iskart, ma jissodisfawx il-kriterji tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31/KE, u b’hekk ma jistgħux ikomplu jiffunzjonaw) li qabel kienu joperaw fit-territorju Ċiprijott, tnejn għadhom joperaw fil-provinċji ta’ Nikosija u ta’ Limassol u ma humiex qegħdin jistennew li se jingħalqu qabel nofs l-2015 jew il-bidu tal-2016.

Huwa nnutat li kien hemm xi titjib fil-ġestjoni tal-iskart fit-territorju Ċiprijott, titjib li madankollu seħħ b’dewmien kbir, peress li, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/31/KE, il-miżuri meħtieġa kellhom jittieħdu sa mhux iktar tard mis-16 ta’ Lulju 2009 u, minkejja dan, kif l-awtoritajiet Ċiprijotti jammettu, żewġ siti ta’ eliminazzjoni mhux ikkontrollata tal-iskart għadhom jiffunzjonaw mingħajr kontroll, u għalhekk, in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jinsab fl-Artikolu 14 tad-Direttiva għadu jseħħ u ma hemmx stennija li dan se jieqaf qabel it-tliet snin li ġejjin.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeitsgerichts Nienburg (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Settembru 2012 — Bianca Brandes vs Land Niedersachsen

(Kawża C-415/12)

2012/C 366/44

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Arbeitsgericht Nienburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bianca Brandes

Konvenut: Land Niedersachsen

Domanda preliminari

Id-dritt rilevanti tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-klawżola 4(1) u (2) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 97/81 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (1), kif emendata bid-Direttiva 98/23 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżultaw mil-liġi jew minn ftehim, jew prattiki, li permezz tagħhom, f’każ ta’ bidla fil-ħinijiet tax-xogħol ta’ ħaddiem li tikkonċerna n-numru ta’ jiem maħduma fil-ġimgħa, il-portata tad-dritt għal-leave mhux meħud li l-ħaddiem ma kellux il-possibbiltà jeżerċita matul il-perijodu ta’ riferiment għandha tiġi aġġustata b’mod li, għalkemm id-dritt għal-leave espress f’ġimgħat jibqa’ l-istess, id-dritt għal-leave espress fi ġranet jiġi aġġustat skont il-ħinijiet il-ġodda tax-xogħol?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267)

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-7 ta’ April 1998, li testendi d-Direttiva 97/81/KE dwar il-ftehim strutturali fuq ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, CEEP u L-ETUC lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 278).


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Settembru 2012 — Crono Service Scarl et vs Roma Capitale

(Kawża C-419/12)

2012/C 366/45

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Crono Service Scarl et

Konvenuta: Roma Capitale

Domanda preliminari

L-Artikoli 49 TFUE, 3 TUE, 3, 4, 5 u 6 TFUE, 101 u 102 TFUE jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikoli 3(3), 8(3) u 11 tal-Liġi Nru 21 tal-1992 fil-partijiet li fihom dawn jistabbilixxu rispettivament li “is-sede tat-trasportatur u l-garaxx għandhom jinsabu esklużivament fit-territorju tal-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni”, li “għall-kisba u għaż-żamma tal-awtorizzazzjoni li jiġi pprovdut servizz ta’ kiri b’xufier hemm bżonn, abbażi ta’ titolu legali validu, ta’ sede, ta’ garaxx jew ta’ pjattaforma ta’ aċċess li jinsabu fit-territorju tal-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni” u li “il-prenotazzjonijiet ta’ trasport għas-servizz ta’ kiri b’xufier għandhom jitwetqqu mal-garaxx. Il-bidu u t-tmiem ta’ kull servizz ta’ kiri b’xufier għandhom iseħħu fil-garaxx li jinsab fil-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni, b’ritorn fl-istess garaxx, filwaqt li l-ġbir u l-wasla fid-destinazzjoni tal-utent jistgħu jseħħu anki fit-territorju ta’ komuni oħra”.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Settembru 2012 — Anitrav vs Roma Capitale

(Kawża C-420/12)

2012/C 366/46

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Associazione Nazionale Imprese Trasporto Viaggiatori (Anitrav)

Konvenuta: Roma Capitale

Domanda preliminari

L-Artikoli 49 TFUE, 3 TUE, 3, 4, 5 u 6 TFUE, 101 u 102 TFUE jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikoli 3(3), 8(3) u 11 tal-Liġi Nru 21 tal-1992 fil-partijiet li fihom dawn jistabbilixxu rispettivament li “is-sede tat-trasportatur u l-garaxx għandhom jinsabu esklużivament fit-territorju tal-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni”, li “għall-kisba u għaż-żamma tal-awtorizzazzjoni li jiġi pprovdut servizz ta’ kiri b’xufier hemm bżonn, abbażi ta’ titolu legali validu, ta’ sede, ta’ garaxx jew ta’ pjattaforma ta’ aċċess li jinsabu fit-territorju tal-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni” u li “il-prenotazzjonijiet ta’ trasport għas-servizz ta’ kiri b’xufier għandhom jitwetqqu mal-garaxx. Il-bidu u t-tmiem ta’ kull servizz ta’ kiri b’xufier għandhom iseħħu fil-garaxx li jinsab fil-komun li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni, b’ritorn fl-istess garaxx, filwaqt li l-ġbir u l-wasla fid-destinazzjoni tal-utent jistgħu jseħħu anki fit-territorju ta’ komuni oħra”.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ Settembru 2012 — “Slancheva sila” EOOD vs Izpalnitelniat direktor na Darzhaven fond “Zemedelie” — Razplashtatelna agentsia

(Kawża C-434/12)

2012/C 366/47

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Slancheva sila” EOOD

Konvenuta: Izpalnitelniat direktor na Darzhaven fond “Zemedelie” — Razplashtatelna agentsia

Domandi preliminari

(1)

Kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “ħolqien artifiċjali ta’ kundizzjonijiet” fis-sens tal-Artikolu 4(8) tar-Regolament Nru 65/2011 (1)?

(2)

L-Artikolu 4(8) tar-Regolament Nru 65/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 29, tal-11 ta’ Awwissu 2008, tal-leġiżlazzjoni Bulgara, li jipprovdi li ebda għajnuna finanzjarja ma tingħata lill-kandidati/utenti meta huwa stabbilit li huma ħolqu artifiċjalment il-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna u għalhekk jiksbu vantaġġ li jmur kontra l-għanijiet tal-iskema ta’ appoġġ?

(3)

L-Artikolu 4(8) tar-Regolament Nru 65/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-ġurisprudenza Bulgara, li tgħid li hemm ħolqien artifiċjali ta’ kundizzjonijiet sabiex jinkiseb vantaġġ li jmur kontra l-għanijiet tal-iskema ta’ appoġġ meta jkun hemm rabta ġuridika bejn il-kandidati għall-għajnuna?

(4)

L-użu minn kandidati differenti, li huma entitajiet legali separati, ta’ art indipendenti fil-qrib li, qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għal għajnuna, kienet tikkostitwixxi proprjetà waħda u d-determinazzjoni ta’ rabta effettiva, bħal li l-kandidati għandhom l-istess mandatarji, offerenti, impriżi, sedi u indirizzi postali, jikkostitwixxu “ħolqien artifiċjali ta’ kundizzjonijiet”?

(5)

Huwa neċessarju li tiġi kkonstatata koordinazzjoni intenzjonali bejn il-persuni ġuridiċi kandidati u/jew ma’ terzi bil-għan li jinkiseb vantaġġ favur kandidat speċifiku?

(6)

X’jikkostitwixxi l-vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 4(8) tar-Regolament Nru 65/2011, b’mod partikolari, dan għandu jiġi intiż li jkopri l-ħolqien ta’ diversi proġetti ta’ investiment iżgħar, bil-għan li kandidat partikolari jikseb l-ammont massimu ta’ finanzjament ta’ EUR 200 000 għal kull proġett, anki jekk dawn ġew ippreżentati minn kandidati differenti?

(7)

L-Artikolu 4(8) tar-Regolament Nru 65/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-ġurisprudenza Bulgara, li tgħid li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni huma kkostitwiti minn tliet elementi kumulattivi: 1. l-assenza ta’ awtonomija funzjonali u/jew il-ħolqien artifiċjali ta’ kundizzjonijiet għall-ksib tal-għajnuna, 2. li din is-sitwazzjoni għandha l-għan li jinkiseb vantaġġ, u 3. li dan b’mod mhux konformi mal-għanijiet tal-miżura?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011, tas-27 ta’ Jannar 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU L 25, p. 8).


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/27


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2012 minn Rivella International AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-12 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-170/11 — Rivella International AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-445/12 P)

2012/C 366/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Rivella International AG (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker, R. Jacobs, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Baskaya di Baskay Alim e C. Sas

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tikkontesta, b’dan l-appell, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tat-12 ta’ Lulju 2012, li ddeċidiet dwar rikors mid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Jannar 2011 (Każ R 534/2010-4), rigward proċidementi ta’ oppożizzjoni bejn Rivella International AG u Baskaya di Baskaya Alim e C. Sas.

L-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin:

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) sa fejn:

talbet il-prova ta’ użu ġenwin mit-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni, minkejja li din it-trade mark la hija trade mark Komunitarja u lanqas “trade mark nazzjonali preċedenti”, iżda l-parti Ġermaniża ta’ trade mark irreġistrata fuq il-livell internazzjonali;

qieset li l-kwistjoni tat-territorju ta’ użu minn trade mark preċedenti (internazzjonali) rreġistrata hija rregolata esklużivament mir-Regolament Nru 207/2009, u li d-dritt nazzjonali tal-Istati Membri huwa applikabbli biss sussidjarjament f’dan ir-rigward;

ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li tali interpretazzjoni twassal għal riżultat mhux mixtieq mir-Regolament Nru 207/2009 u, b’mod partikolari mit-tielet premessa tiegħu, jiġifieri diverġenza bejn ir-reġistrazzjoni u l-possibbiltajiet ta’ użu minn trade mark Komunitarja, lil hinn mill-każijiet previsti b’mod espliċitu mir-Regolament.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/27


Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-70/11) (1)

2012/C 366/49

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Il-President tat-Tmien Awla Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 120, 16.04.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/27


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Awwissu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo — Spanja) — Susana Natividad Martínez Álvarez vs Consejería de Presidencia, Justicia e Igualdad del Principado de Asturias.

(Kawża C-194/11) (1)

2012/C 366/50

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/27


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Zhejiang Xinshiji Foods Co. Ltd, Hubei Xinshiji Foods Co. Ltd, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-195/11 P) (1)

2012/C 366/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 18.06.2011.


Il-Qorti Ġenerali

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-426/08) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG - Infiq eskluż mill-finanzjament - Frott u ħxejjex - Zokkor - Ipproċessar taċ-ċitru - Ħalib - Raba’ li jinħarat - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Assenza ta’ żball ta’ evalwazzjoni)

2012/C 366/52

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/582/KE, tat-8 ta’ Lulju 2008 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċertu infiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), sa fejn hija teskludi l-finanzjament Komunitarju fl-ammont ta’ EUR 174 704 912,66 ta’ infiq magħmul mir-Repubblika Taljana.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-591/08) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi informatiċi - Klassifikazzjoni ta’ offerent fit-tieni pożizzjoni fil-proċedura kaskata - Rikors għal annullament - Raġunijiet għall-esklużjoni mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kunflitt ta’ interess - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2012/C 366/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u P. Katsimani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Simon u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat, sussegwentement E. Manhaeve, assistit minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tas-17 ta’ Ottubru 2008, li jikklassifikaw lir-rikorrenti, għall-offerti tagħha mressqa fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti intitolata “Teknoloġiji tal-informazzjoni fil-qasam tal-istatistika”, li tikkonċerna servizzi ta’ pariri u ta’ żvilupp relattivi għall-format ta’ skambju ta’ data u ta’ metadata statistika (SDMX) (ĠU 2008/S 120-159017), bħala t-tieni kontraenti fil-kaskata għal-lottijiet 2 u 3, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha ulterjuri li huma relatati magħhom, inklużi d-deċiżjonijiet li jattribwixxu l-kuntratt lil offerenti oħra, ikklassifikati fl-ewwel pożizzjoni fil-kaskata għal dawn il-lottijiet, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 82, 04.04.2009.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Ningbo Yonghong Fasteners vs Il-Kunsill

(Kawża T-150/09) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Terminu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar dan l-istatus - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Oneru tal-prova - Aġġustament tal-ispejjeż - Artikolu 2(5) u Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 2(5) u Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

2012/C 366/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ningbo Yonghong Fasteners Co. Ltd (Zhouhan, iċ-Ċina) (rappreżentanti: F. Graafsma u J. Cornelis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Van Vliet u C. Clyne, aġenti); u European Industrial Fasteners Insitute AISBL (EIFI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J. Bourgeois, Y. Van Gerven u E. Wäktare, sussegwentement J. Bourgeois, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq [l-importazzjonijiet ta’] ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ningbo Yonghong Fasteners Co. Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Insitute AISBL.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-158/09) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament - Approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG - Negliġenza tal-Istat Membru fl-irkupru ta’ somom indebitament imħallsa - Konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru għandhom jiġu sostnuti mill-Istat Membru)

2012/C 366/55

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, S. Papaïoannou u V. Karra, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Jimeno Fernández u E. Tserepa-Lacombe, aġenti, assistit minn N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament jew bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 810 finali, tat-13 ta’ Frar 2009, dwar it-trattament finanzjarju li għandu jiġi applikat, fil-kuntest tal-likwidazzjoni tal-infiq iffinanzjat mit-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), f’ċerti każi ta’ irregolaritajiet minn operaturi, peress li din id-deċiżjoni teskludi mill-finanzjament Komunitarju u timponi fuq ir-Repubblika Ellenika ammont ta’ EUR 13 348 979,02.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 810 finali, tat-13 ta’ Frar 2009, dwar it-trattament finanzjarju li għandu jiġi applikat, fil-kuntest tal-likwidazzjoni tal-infiq iffinanzjat mit-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija (FAEGG), f’ċerti każi ta’ irregolaritajiet minn operaturi, hija annullata sa fejn jingħalqu l-fajls EL/1993/01 u EL/1994/031 u timponi, fuq ir-Republika Ellenika, ammonti ta’ EUR 519 907 u ta’ EUR 300 914,99.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tbati erba’ kwinti mill-ispejjeż tagħha kif ukoll erba’ kwinti mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

(4)

Il-Kummissjoni hija kkundannata li tħallas kwint mill-ispejjeż tagħha u kwint mill-ispejjeż tar-Repubblika Ellenika.


(1)  ĠU C 153, 4.7.2009.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Shanghai Biaowu High-Tensile Fastener u Shanghai Prime Machinery vs Il-Kunsill

(Kawża T-170/09) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Terminu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar dan l-istatus - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 2(7)(b) u (ċ), u Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) u Artikolu 2(10) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

2012/C 366/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shanghai Biaowu High-Tensile Fastener Co. Ltd (Baoshan, ic-Ċina); u Shanghai Prime Machinery Co. Ltd (Shanghai, iċ-Ċina) (rappreżentanti: inizjalment K. Adamantopoulos u Y. Melin, sussegwentement Y. Melin, V. Akritidis u F. Crespo, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Van Vliet u C. Clyne, aġenti); u European Industrial Fasteners Insitute AISBL (EIFI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J. Bourgeois, Y. Van Gerven u E. Wäktare, sussegwentement J. Bourgeois, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq [l-importazzjonijiet ta’] ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Shanghai Biaowu High-Tensile Fasteners Co. Ltd u Shanghai Prime Machinery Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Insitute AISBL.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Gem-Year u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) vs Il-Kunsill

(Kawża T-172/09) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina - Sostenn tal-ilment mill-industrija Komunitarja - Definizzjoni tal-prodott ikkonċernat - Dannu - Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq - Spejjeż tal-elementi tal-produzzjoni ewlenin li fil-parti l-kbira tagħhom jirriflettu l-valuri tas-suq - Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar l-Artikolu 2(7)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

2012/C 366/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gem-Year Industrial Co. Ltd (Zhejiang, iċ-Ċina); u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd (Zhejiang) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos u Y. Melin, sussegwentement Y. Melin, V. Akritidis u F. Crespo, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Van Vliet u C. Clyne, aġenti); u European Industrial Fasteners Insitute AISBL (EIFI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J. Bourgeois, Y. Van Gerven u E. Wäktare, sussegwentement J. Bourgeois, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009, tas-26 ta’ Jannar 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq [l-importazzjonijiet ta’] ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 29, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Gem-Year Industrial Co. Ltd u Jinn-Well Auto-Parts (Zhejiang) Co. Ltd għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-European Industrial Fasteners Insitute AISBL.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 153, 04.07.2009.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-247/09) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi relattivi għall-produzzjoni u t-tixrid tas-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Europea u ta’ sostenn online kif ukoll offline relatat - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2012/C 366/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti, assistiti inizjalment minn N. Dimopoulos, solicitor, sussegwentement minn E. Petritsi, avukat, u finalment minn O. Graber-Soudry, solicitor.)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej tas-7 ta’ April 2009, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti dwar il-provvista ta’ servizzi għall-produzzjoni u t-tixrid tas-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u ta’ sostenn online u offline relatat, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha sussegwenti għad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, inkluża dik li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Sviluppo Globale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-183/10) (1)

(Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ assistenza teknika lill-Gvern tas-Sirja - Ċaħda tal-kandidatura - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2012/C 366/59

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Sviluppo Globale GEIE (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone u A. Neri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, aġent, assistit minn P. Manzini, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-14 ta’ Frar 2010, li teskludi l-kandidatura ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti ristretta EUROPEAID/129038/C/SER/SY, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ assistenza teknika favur il-Gvern Sirjan intiżi sabiex jippromwovu l-proċessi ta’ deċentralizzazzjoni u ta’ żvilupp lokali.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2010 li teskludi l-kandidatura ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti ristretta EUROPEAID/129038/C/SER/SY, dwar il-provvista ta’ assistenza teknika favur il-Gvern Sirjan intiżi sabiex jippromwovu l-proċessi ta’ deċentralizzazzjoni u ta’ żvilupp lokali, hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Sviluppo Globale GEIE.


(1)  ĠU C 179, 3.7.2010.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2012 — Lancôme vs UASI — Focus Magazin Verlag (COLOR FOCUS)

(Kawża T-204/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali COLOR FOCUS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FOCUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tat-trade marks - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Abbuż ta’ dritt)

2012/C 366/60

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lancôme parfums et beauté & Cie (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u S. Abel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Focus Magazin Verlag GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Schweizer u J. Berlinger, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2011 (Każ R 238/2009-2), dwar proċedimenti ta’ nullità bejn Focus Magazin Verlag GmbH u Lancôme parfums et beauté & Cie.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Lancôme parfums et beauté & Cie hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2012 — Novatex vs Il-Kunsill

(Kawża T-556/10) (1)

(Sussidji - Importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polyethylene terephthalate li joriġinaw mill-Iran, mill-Pakistan umill-Emirati Għarab Magħquda - Dazju kumpensatorju definittiv u ġbir definittiv tad-dazju provviżorju - Artikolu 3(1) u (2), Artikolu 6(b), u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009)

2012/C 366/61

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novatex Ltd (Karachi, il-Pakistan) (rappreżentant: B. Servais, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen, aġent, assistit minn G. Berrisch, avukat, u N. Chesaites, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, M. França u G. Luengo, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 857/2010, tas-27 ta’ Settembru 2010, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda (ĠU L 254, p. 10), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 857/2010, tas-27 ta’ Settembru 2010, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethylene terephthalate li joriġina mill-Iran, il-Pakistan u l-Emirati Għarab Magħquda huwa annullat sa fejn dan jikkonċerna lil Novatex Ltd, sa fejn id-dazju kumpensatorju definittiv għall-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ polyethylene terephthalate fl-Unjoni Ewropea jeċċedi lil dak applikabbli fin-nuqqas tal-iżball relatat mal-ammont indikat fil-linja 74 tad-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena ta’ tassazzjoni 2008.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u 50 % ta’ dawk sostnuti minn Novatex. Novatex għandha tbati 50 % tal-ispejjeż tagħha. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Bimbo vs UASI — Panrico (BIMBO DOUGHNUTS)

(Kawża T-569/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BIMBO DOUGHNUTS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DOGHNUTS - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Talba għal tibdil - Ammissibbiltà)

2012/C 366/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Panrico, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: D. Pellisé Urquiza, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 838/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Panrico, SA u Bimbo, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Bimbo, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-UASI.

(3)

Panrico, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 46, 12.02.2011


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2012 — Wessang vs UASI — Greinwald (star foods)

(Kawża T-333/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva star foods - Trade marks Komunitarja verbali u figurattivi preċedenti STAR SNACKS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbilta’ ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 366/63

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nicolas Wessang (Zimmerbach, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Greinwald GmbH (Kempten, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2011 (Każ R 1837/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nicolas Wessang u Greinwald GmbH.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-15 ta’ April 2011 (Każ R 1837/2010-4), hija annullata għal dak li jirrigwarda l-prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, bl-eċċezzjoni tal-“birer”, li jaqgħu fil-klassi 32 skont il-Ftehim ta’ Nice.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ Nicolas Wessang.

(4)

N. Wessang għandu jbati kwart mill-ispejjeż tiegħu.

(5)

Greinwald GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2012 — Bial-Portela vs UASI — Isdin (ZEBEXIR)

(Kawża T-366/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZEBEXIR - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZEBINIX - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 366/64

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bial-Portela & Ca, SA (São Mamede do Coronado, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. M. Conceição Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Isdin, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: P. López Ronda, G. Macias Bonilla, G. Marín Raigal u H. L. Curtis-Oliver, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ April 2011 (Każ R 1212/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bial-Portela & Ca, SA u Isdin, SA.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ April 2011 (Każ R 1212/2009-1) hija annullata.

(2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Bial-Portela & Ca, SA.

(3)

Isdin, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2012 — Monier Roofing Components vs UASI (CLIMA COMFORT)

(Kawża T-371/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CLIMA COMFORT - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 366/65

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Monier Roofing Components GmbH (Oberursel, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Ekey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ April 2011 (Każ R 2026/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CLIMA COMFORT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Monier Roofing Components GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2012 — Tecnimed vs UASI — Ecobrands (ZAPPER-CLICK)

(Kawża T-360/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Assenza ta’ każ fortuwitu - Assenza ta’ forza maġġuri - Dritt ta’ aċċess għal qorti - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 366/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tecnimed Srl (Vedano Olona, l-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi u V. Piccarreta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ecobrands Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1795/2008-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Tecnimed Srl u Ecobrands Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Tecnimed Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 19.02.2011


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2012 — Cervelli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-622/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allowance tal-espatrijazzjoni - Talba għal eżami mill-ġdid - Fatti ġodda - Appell manifestament infondat)

2012/C 366/67

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Francesca Cervelli (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J. García-Gallardo Gil-Fournier, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Settembru 2011, Cervelli vs Il-Kummissjoni (F-98/10, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Francesca Cervelli għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 32, 04.02.2012.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2012 — Heads! vs UASI (HEADS)

(Kawża T-639/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 366/68

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heads! GmbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz u T. Bösling, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2348/2010-1), dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “HEADS” bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

(2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 49, 18.02.2012


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2012 — Région Poitou-Charentes vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-31/12) (1)

(Rikors għal annullament - Fondi Strutturali - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Att, parzjalment, informattiv, parzjalment, preparatorju - Inammissibbiltà)

2012/C 366/69

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Région Poitou Charentes (Franza) (rappreżentant: J. Capiaux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni li tinkludi l-ittra tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Novembru 2011, li ssemmi bħala suġġett: “Għeluq tal-programm ‘Żona tal-Atlantiku’ 2000-2006, Approvazzjoni tar-rapport finali, CCI: 2001 RG 16 0PC 006)”.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Ir-Région Poitou Charentes ibati l-ispejjeż tiegħu stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 109, 14.04.2012.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Ottubru 2012 — ClientEarth vs Il-Kunsill

(Kawża T-62/12) (1)

(Rikors għal annullament - Aċċes għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Opinjoni mogħtija mis-servizz legali tl-Kunsill dwar abbozz ta’ regolament tal-Parlament u tal-Kunsill, fir-rigward tal-aċċes publiku għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni - Konferma tar-rifjut tal-għoti tal-aċċess sħiħ - Inammissibbiltà - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE - Att konfermatorju)

2012/C 366/70

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Brouwer u P. van den Berg, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u C. Fekete, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010, li għandha r-referenza 24/c/01/11, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għall-opinjoni mogħtija mis-servizz legali tal-Kunsill tal-Unjoni (dokument Nru 6865/09) dwar l-abbozz ta’ emendi tal-Parlament Ewropew għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ta’ regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Renju tad-Danimarka, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja.

(3)

ClientEarth hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 109, 14.04.2012.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2012 — EDF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-389/12 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq tal-elettriku - Deċiżjoni li tawtorizza operazzjoni ta’ konċentrazzjoni suġġetta għall-osservanza ta’ ċerti impenji - Rifjut milli tingħata l-proroga tat-terminu stabbilit sabiex jiġu onorati dawn l-impenji - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza)

2012/C 366/71

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Électricité de France (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4617 finali, tat-28 ta’ Ġunju 2012, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-proroga tat-terminu ffissat sabiex jiġu onorati wħud mill-impenji tagħha, stabbiliti fid-Deċiżjoni C(2009) 9059 tat-12 ta’ Novembru 2009, li tawtorizza l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni fejn Électricité de France kellha tikseb kontroll esklużiv tal-assi ta’ Segebel (Każ COMP/M.5549 — EDF/SEGEBEL).

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/35


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2012 — Capitalizaciones Mercantiles vs UASI — Leineweber (X)

(Kawża T-378/12)

2012/C 366/72

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Capitalizaciones Mercantiles Ltda (Bogotà, il-Kolombja) (rappreżentanti: J. Devaureix, u L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leineweber GmbH & Co. KG (Herford, il-Ġermanja) 7045818

Talbiet

tiddikjara ammissibbli dan ir-rikors għal annullament, flimkien mad-dokumenti kollha annessi, u l-kopji korrispondenti;

taċċetta l-provi kollha annessi mar-rikors;

tilqa t-talbiet tar-rikorrenti, filwaqt li tħalli mingħajr effett id-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 1524/2001-1, dwar l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarju Nru 7045818, u konsegwentement tikkonferma d-deċiżjoni tal-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-25 ta’ Mejju 2011 li ppermettiet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7045818 “X” (figurattiva) għal prodotti fil-klassi 25; u

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “X” għal prodotti fil-klassi 25 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7045818

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4736609 tat-trade mark figurattiva “X”, għal, fost oħrajn, prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda għall-prodotti kollha kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata hija annullata u l-applikazzjoni kkontestata hija miċħuda għall-prodotti fil-klassi 25

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/36


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2012 — Celtipharm vs UASI — Alliance Healthcare France (PHARMASTREET)

(Kawża T-411/12)

2012/C 366/73

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Celtipharm (Vannes, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe u C. Fendeleur, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alliance Healthcare France SA (Gennevilliers, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni corrigendum (tad-deċiżjoni tat-2 ta’ Mejju 2012) mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Ġunju 2012, fil-Każ R 767/2011-2

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Alliance Healthcare France SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “PHARMASTREET” għal prodotti u servizzi fi klassijiet 3, 5 u 35 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 658 445

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark verbali nazzjonali “PHARMASTREET” għal prodotti u servizzi fi klassijiet 9, 35, 38, 42 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u d-deċizjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/36


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2012 — Beninca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-418/12)

2012/C 366/74

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jürgen Beninca (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zschocke, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2012, li tirrifjuta b’mod impliċitu l-aċċess għal dokument prodott fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6166 — NYSE Euronext vs Deutsche Börse); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma adottatx deċiżjoni fuq it-talba tar-rikorrent għal aċċess għal dokument speċifiku fit-terminu previst mill-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1). Skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament, dan jikkostitwixxi deċiżjoni impliċita negattiva u mhux ġustifikata u għaldaqstant jikkostitwixxi ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar l-aċċess għal dokumenti.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ebda wieħed mill-argumenti mressqa mill-Kummissjoni, fl-evalwazzjoni preliminari tagħha, ma jiġġustifika r-rifjut li jingħata aċċess lir-rikorrent għad-dokument mitlub.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/37


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria vs UASI (VALORES DE FUTURO)

(Kawża T-428/12)

2012/C 366/75

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. de Oliveira Vaz Miranda Sousa u N. González-Alberto Rodríguez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-parti tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 2299/2011-2, li tikkonferma r-rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 408 758; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VALORES DE FUTURO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 41 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 408 758

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/37


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2012 — Distillerie Bonollo et vs Il-Kunsill

(Kawża T-431/12)

2012/C 366/76

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Distillerie Bonollo SpA (Formigine, l-Italja); Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA (Borgoricco, l-Italja); Distillerie Mazzari SpA (Sant’Agata sul Santerion, l-Italja); Caviro Distillerie Srl (Faenza, l-Italja); u Comercial Química Sarasa, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: R. MacLean, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012, tas-26 ta’ Ġunju 2012, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1) (iktar ’il quddiem, ir-“Regolament ikkontestat”) sa fejn id-dazji antidumping applikabbli għal Ninghai Organic Chemical Factory u Changmao Biochemical Engineering Company Co. Ltd ġew stabbiliti illegalment, abbażi ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni li vvizjaw il-miżura, bi ksur tal-Artikoli 2 u 11(9) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (2) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku antidumping”), ta’ ksur tad-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti u ta’ nuqqas ta’ raġuni valida tar-Regolament ikkontestat.

tordna ż-żamma fis-seħħ tar-regolament ikkontestat sakemm il-Kunsill ikun adotta l-miżuri neċessarji sabiex jeżegwixxi s-sentenza tal-Qorti Ġenerali abbażi tal-Artikolu 264 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u

tikkundanna lill-konvenut u kwalunkwe parti oħra intervenjenti għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni billi biddel il-metodoloġija segwita għad-determinazzjoni tal-valur normali fil-pajjiż analogu mingħajr ġustifikazzjoni legalment suffiċjenti għall-bidla fiċ-ċirkustanzi u, minħabba dan, kiser l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku antidumping.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni billi ma ħax inkunsiderazzjoni l-prezzijiet tal-bejgħ effettivi fis-suq intern tal-pajjiz analogu u uża b’mod żbaljat il-valuri ddeterminati, bi ksur tal-Artikolu 2(1), (2) u (7)(a) u (b) tar-Regolament bażiku antidumping.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut wettaq żball ta’ evalwazzjoni billi uża l-prezz tal-benżen kif inhu fl-Istati Uniti u fl-Ewropa tal-Punent minflok uża l-ispiża effettiva tal-materja prima fil-pajjiż ta’ produzzjoni, bi ksur tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku antidumping u, għalhekk, ikkalkula valur żbaljat għall-valur normali użat fil-kuntest tar-reviżjoni.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni billi ġew żnaturati l-ispejjeż ta’ produzzjoni fil-kalkolu tal-valur normali ddeterminat u billi ġew użati l-ispejjeż tal-materja prima li ma kinux ekwivalenti, bi ksur tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku antidumping.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut u l-Kummissjoni Ewropea kisru d-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti billi naqsu milli jagħtuhom aċċess għall-informazzjoni neċessarja sabiex ikunu f’pożizzjoni li jifhmu l-metodu użat sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali, u naqsu milli jagħtuhom spjegazzjoni adegwata fuq l-elementi essenzjali dwar il-kalkolu tal-valur normali tal-pajjiż analogu u dwar il-marġini ta’ dumping korrispondenti li ġew użati, b’tali mod li ġie vvizzjat ir-Regolament ikkontestat.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012, tas-26 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 182, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51), kif emendat.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/38


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 — VTZ et vs Il-Kunsill

(Kawża T-432/12)

2012/C 366/77

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Volžskij trubnyi zavod OAO (VTZ OAO) (Volzhsky, ir-Russja); Taganrogskij metallurgičeskij zavod OAO (Tagmet OAO) (Taganrog, ir-Russja); Sinarskij trubnyj zavod OAO (SinTZ OAO) (Kamensk-Uralsky, ir-Russja) u Severskij trubnyj zavod OAO (STZ OAO) (Polevskoy, ir-Russja) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, F. Di Gianni, G. Coppo u C. Van Hemelrijck, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropa

Talbiet

tannulla, sa fejn ir-rikorrenti huma kkonċernati, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 585/2012, tas-26 ta’ Ġunju 2012, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukraina, wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, u li jtemm il-proċediment ta’ reviżjoni ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mill-Kroazja (ĠU L 174, p. 5), u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

(1)

Permezz tal-ewwel motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li, billi akkumula l-importazzjonijiet mir-Russja ma’ dawk mill-Ukraina, il-Kunsill wettaq żball manifest ta’evalwazzjoni tal-fatti, kiser l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (1) (iktar ’il quddiem ir-“regolament bażiku”) u kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

(2)

Permezz tat-tieni motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li, billi kkonkluda li t-tħassir tal-miżuri jista’ jwassal għal okkorrenza mill-ġdid tad-dannu, il-Kunsill kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti, u, għaldaqstant, kiser l-Artikolu 11(2) tar-regolament bażiku.

(3)

Permezz tat-tielet motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill kiser l-Artikoli 9(4) u 21 tar-regolament bażiku u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni f’dak li jikkonċerna l-analiżi tal-interess tal-Unjoni.

(4)

Permezz tar-raba’ motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill kiser, il-prinċipju ta’ amminstrazzjoni tajba u d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, billi naqas milli jeżamina l-argumenti mressqa mir-rikorrenti matul l-investigazzjoni u billi naqas milli jikkomunika lir-rikorrenti l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jikkonċernaw il-kawża, l-obbligu ta’ motivazzjoni, u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti peress li huwa pprovda lill-Istati Membri b’informazzjoni dwar il-kawża qabel ma rċieva kummenti mir-rikorrenti u peress li huwa kkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv ta’ Kontra d-Dumping qabel ma nstemgħu r-rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51), kif emendat.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/39


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2012 — Steiff vs UASI (Buttuna tal-metall imwaħħla f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal)

(Kawża T-433/12)

2012/C 366/78

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Margarete Steiff GmbH (Giengen an der Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Fissl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 1693/2011-1;

tannulla ċ-ċaħda mill-UASI tal-Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 439 613;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark ta’ pożizzjoni, li permezz tagħha tingħata protezzjoni bħala trade mark fir-rigward ta’ buttuna tonda tal-metall li tleqq jew matta, li tinsab fil-parti tan-nofs tal-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal, għal prodotti fil-klassi 28 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 9 439 613

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/39


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2012 — Steiff vs UASI (Tikketta mwaħħla permezz ta’ buttuna tal-metall f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal)

(Kawża T-434/12)

2012/C 366/79

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Margarete Steiff GmbH (Giengen an der Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Fissl avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 1692/2011-1;

tannulla ċ-ċaħda mill-UASI tal-Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 9 439 654;

tikkudanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark ta’ pożizzjoni li permezz tagħha tingħata protezzjoni bħala trade mark fir-rigward ta’ tiketta tawwalija ta’ materjal tat-tessut, imwaħħla f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal permezz ta’ buttuna tonda tal-metall, li tleqq jew matta, fir-rigward ta’ prodotti fil-klassi 28 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 9 439 654

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/39


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2012 — Changmao Biochemical Engineering vs Il-Kunsill

(Kawża T-442/12)

2012/C 366/80

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Changmao Biochemical Engineering Co. Ltd (Changzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: E. Vermulst u S. Van Cutsem, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 626/2012, tas-26 ta’ Ġunju 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 349/2012 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 182, p. 1) sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li konvenut wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u kiser l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51) billi ċaħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tiġi ttrattata bħala kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq abbażi ta’ allegata distorzjoni tal-prezz tal-materja prima, il-benżen. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni wettqu żball manifest ta’ evalwazzjoni billi huma pparagunaw il-prezzijiet tal-benżen prodott mill-kokk mal-benżen prodott miż-żejt mhux raffinat, u bbażaw l-evalwazzjoni tagħhom fuq dazju fuq l-esportazzjoni fuq il-benżen, li huma ammettew ma kienx fis-seħħ. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet kisru l-ewwel inċiż tal-Artikolu 27(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 billi qiesu li n-nuqqas ta’ rimbors tal-VAT fuq l-esportazzjonijiet tal-benżen kien jikkostitwixxi indħil importanti mill-Istat fid-deċiżjonijiet tan-negozju tar-rikorrenti.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni u kiser l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 peress li l-Kunsill kien imissu ttratta lir-rikorrenti bħala kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq waqt l-eżami mill-ġdid intermedjarju u għaldaqstant ikkonkluda b’mod żbaljat li ċ-ċirkustanzi fir-rigward tad-dumping kienu tbiddlu b’mod sinjifikattiv u li dawn it-tibdiliet kienu ta’ natura fit-tul.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut kiser id-dmir li jagħti raġunijiet, l-Artikolu 296 TFUE u l-Artikoli 6(7), 11(3), 14(2) u 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 billi naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni u jindika r-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-kummenti u tal-provi prodotti mir-rikorrenti u billi naqas milli inekwivokabbilment jagħti r-raġunijiet tiegħu dwar l-allegata distorsjoni tal-prezz tal-materja prima, il-benżen.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut kiser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 billi naqas milli jieħu deċiżjoni fuq it-trattament tar-rikorrenti bħala kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-investigazzjoni.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenut kiser l-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 u d-drittijiet tad-difiża billi rrifjuta li jiżvela d-dettalji li abbażi tagħhom kien ikkalkolat il-valur normali.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2012 — 3M Pumps vs UASI — 3M (3M Pumps)

(Kawża T-25/12) (1)

2012/C 366/81

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 98, 31.03.2012.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/41


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-102/12)

2012/C 366/82

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u S. Rodrigues, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika mill-ġdid lir-rikorrent fil-grad AST5, skala 3 b’effett retroattiv.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, safejn meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

jindika lill-konvenut l-effetti li joħloq dan l-annullament, jiġifieri, il-klassifikazzjoni mill-ġdid tiegħu fil-grad D4, skala 8, mill-1 ta’ Mejju 2004, kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera tiegħu skont il-promozzjonijiet u ż-żidiet ta’ skala li jaffettwawh wara din id-data u l-ħlas ta’ kull arretrat possibbli ta’ remunerazzjoni;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


24.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 366/41


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs BEI

(Kawża F-107/12)

2012/C 366/83

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-BEI li ma jikkalkolax is-snin ta’ servizz għall-pensjoni miżjuda tar-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent tal-10 ta’ Lulju 2011 intiża sabiex il-Bank Ewropew tal-Investiment jikkalkola s-snin ta’ servizz għall-pensjoni miżjuda tiegħu u, barra minn hekk, sabiex iħallas l-ammont korrispondenti għal din iż-żieda;

jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment jakkredita lir-rikorrenti żieda tas-snin ta’ servizz għall-pensjoni tiegħu ekwivalenti għal sitt snin u xahar ta’ assigurazzjoni addizzjonali;

jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment iħallas is-somma stabbilita ex aequo et bono provviżorjament għal EUR 5 000, għad-danni morali subiti;

jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ispejjeż.