ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.355.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 355

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
17 ta' Novembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 355/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 343, 10.11.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 355/02

Kawża C-38/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 49 TFUE — Leġiżlazzjoni fiskali — Trasferiment tad-domiċilju fiskali — Trasferiment ta’ assi — Taxxa tal-ħruġ immedjata)

2

2012/C 355/03

Kawża C-43/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċja) — Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias et vs Ypourgos Perivallontos et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttivi 85/337/KEE, 92/43/KEE, 2000/60/KE u 2001/42/KE — Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma — Devjazzjoni ta’ xmara — Kunċett ta’ terminu biex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ mmaniġġjar għal distrett ta’ baċin tax-xmara)

2

2012/C 355/04

Kawża C-262/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Döhler Neuenkirchen GmbH vs Hauptzollamt Oldenburg (Kodiċi Doganali tal-Komunità — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 204(1)(a) — Proċedura tal-ipproċessar tad-dħul — Sistema ta’ sospensjoni — Tnissil ta’ dejn doganali — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ preżentazzjoni tal-polza għar-rilaxx tal-merkanzija fit-terminu preskritt)

4

2012/C 355/05

Kawża C-28/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Eurogate Distribution GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt (Kodiċi Doganali tal-Komunità — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikolu 204(1)(a) — Proċedura tal-ħażna doganali — Tnissil tad-dejn doganali minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu — Reġistrazzjoni tardiva fir-rekords tal-ħażna ta’ informazzjoni relatata mat-tneħħija tal-merkanzija mill-maħżen doganali)

4

2012/C 355/06

Kawża C-36/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Pioneer Hi Bred Italia Srl vs Ministero delle Politiche Agricole, Alimentari e Forestali (Agrikultura — Organiżmi modifikati ġenetikament — Directiva 2002/53/KE — Katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli — Organiżmi modifikati ġenetikament inklużi fil-katalgu komuni — Regolament (KE) Nru 1829/2003 — Artikolu 20 — Prodotti eżistenti — Directiva 2001/18/KE — Artikolu 26a — Miżuri intiżi sabiex jevitaw il-preżenza mhux intenzjonata ta’ organiżmi modifikati ġenetikament — Miżuri nazzjonali li jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati inklużi fil-katalgu komuni u awtorizzati bħala prodotti eżistenti fl-istennija ta’ miżuri bbażati fuq l-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE)

5

2012/C 355/07

Kawża C-150/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 1999/37/KE — Dokumenti ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi — Vetturi li qabel kienu rreġistrati fi Stat Membru ieħor — Bidla fil-proprjetarju — Obbligu li jitwettaq kontroll tekniku — Talba għall-produzzjoni taċ-ċertifikat ta’ konformità — Kontroll tekniku mwettaq fi Stat Membru ieħor — Nuqqas ta’ rikonoxximent — Assenza ta’ ġustifikazzjonijiet)

5

2012/C 355/08

Kawża C-190/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Daniela Mühlleitner vs Ahmad Yusufi u Wadat Yusufi (Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 15(1)(c) — Limitazzjoni eventwali ta’ din il-ġurisdizzjoni għall-kuntratti li jsiru mill-bogħod)

6

2012/C 355/09

Kawża C-273/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Baranya Megyei Bíróság — l-Ungerija) — Mecsek-Gabona Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága (VAT — Direttiva 2006/112KE — Artikolu 138(1) — Kundizzjonijiet għal eżenzjoni ta’ tranżazzjoni intra-Komunitarja kkaratterizzata mill-obbligu tax-xerrej li jiżgura t-trasport tal-merkanzija li huwa jiddisponi minnha bħala proprjetarju mill-mument tat-tagħbija — Obbligu tal-bejjiegħ li jipprova li l-merkanzija telqet fiżikament mit-territorju tal-Istat Membru tal-provvista — Tħassir, b’effett retroattiv, tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tax-xerrej)

6

2012/C 355/10

Kawża C-380/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif — Il-Lussemburgu) — DI VI Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C vs Administration des contributions en matière d’impôts (Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 49 TFUE — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kapital — Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital — Telf tal-kwalità ta’ persuna taxxabbli suġġetta għat-taxxa fuq il-kapital wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija lejn Stat Membru ieħor — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali)

7

2012/C 355/11

Kawżi magħquda C-422/11 P u C-423/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej, Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appelli — Rikors għal annullament — Inammissibbiltà tar-rikors — Rappreżentazzjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni — Avukat — Indipendenza)

7

2012/C 355/12

Kawża C-278/12 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — A. Adil vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel (Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja — Regolament (KE) Nru 562/2006 — Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) — Artikoli 20 u 21 — Tneħħija tal-kontroll fil-fruntieri interni — Verifiki ġewwa t-territorju — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal dak ta’ verifiki fil-fruntieri — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza kontrolli tal-identità, tan-nazzjonalità u tad-dritt ta’ residenza mill-uffiċjali inkarigati mis-sorveljanza tal-fruntieri u mill-kontroll tal-barranin f’żona ta’ 20 kilometru mill-fruntiera komuni ma’ Stati oħra partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen — Kontrolli intiżi għall-ġlieda kontra r-residenza illegali — Leġiżlazzjoni li tinkludi ċerti kundizzjonijiet u garanziji dwar, b’mod partikolari, il-frekwenza u l-intensità tal-kontrolli)

8

2012/C 355/13

Kawża C-373/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fit-3 ta’ Awwissu 2012 — GIC Cash, a.s. vs Marián Gunčaga

8

2012/C 355/14

Kawża C-392/12 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2012 minn Fruit of the Loom, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-21 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-514/10 — Fruit of the Loom, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

9

2012/C 355/15

Kawża C-398/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Fermo (l-Italja) fid-29 ta’ Awwissu 2012 — Proċeduri kriminali kontra M

9

2012/C 355/16

Kawża C-411/12: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

10

2012/C 355/17

Kawża C-414/12 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2012 minn Bolloré mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-27 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-372/10, Bolloré vs Il-Kummissjoni

10

2012/C 355/18

Kawża C-421/12: Rikors ippreżentat ft-13 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Belġju

11

2012/C 355/19

Kawża C-423/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen (l-Isvezja) fis-17 ta’ Settembru 2012 — Flora May Reyes vs Migrationsverket

11

2012/C 355/20

Kawża C-427/12: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

12

2012/C 355/21

Kawża C-432/12 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2012 minn Leifheit AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-12 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-334/10 — Leifheit AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

12

2012/C 355/22

Kawża C-433/12 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-3 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-27/12, Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

13

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 355/23

Kawża T-343/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Shell Petroleum et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Stħarriġ konġunt — Multi — Ċirkustanzi aggravanti — Rwol ta’ provokatur u ta’ mexxej — Reċidiva — Tul tal-ksur — Drittijiet tad-difiża — Ġurisdizzjoni sħiħa — Aġir tal-impriża waqt il-proċedura amministrattiva)

14

2012/C 355/24

Kawża T-344/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Total vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Gravità u tul tal-ksur)

14

2012/C 355/25

Kawża T-347/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Nynäs Petroleum u Nynas Belgium vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Valur miżjud sinjifikattiv — Ugwaljanza fit-trattament)

14

2012/C 355/26

Kawża T-348/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Total Nederland vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Natura kontinwata tal-ksur — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Gravità u tul tal-ksur)

15

2012/C 355/27

Kawża T-351/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Dura Vermeer Groep vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

15

2012/C 355/28

Kawża T-352/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Dura Vermeer Infra vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Drittijiet tad-difiża)

15

2012/C 355/29

Kawża T-353/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Vermeer Infrastructuur vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Eżistenza u klassifikazzjoni ta’ ftehim — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni — Linji gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 81 KE għall-ftehim dwar il-kooperazzjoni orizzontali — Kalkolu tal-ammont tal-multi — Gravità u tul tal-ksur — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża)

16

2012/C 355/30

Kawża T-354/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — BAM NBM Wegenbouw u HBG Civiel vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuh tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Eżistenza u klassifikazzjoni ta’ ftehim — Linji gwida dwar il-ftehim dwar il-kooperazzjoni orizzontali — Drittijiet tad-difiża — Multi — Tul tal-ksur)

16

2012/C 355/31

Kawża T-355/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Koninklijke BAM Groep vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Tul tal-ksur)

16

2012/C 355/32

Kawża T-356/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Koninklijke Volker Wessels Stevin vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

17

2012/C 355/33

Kawża T-357/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Koninklijke Wegenbouw Stevin vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuh tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Eżistenza u klassifikazzjoni ta’ ftehim — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni — Linji gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 81 KE għall-ftehim dwar il-kooperazzjoni orizzontali — Drittijiet tad-difiża — Multa — Ċirkustanzi aggravanti — Rwol ta’ provokatur u ta’ mexxej — Assenza ta’ kooperazzjoni — Setgħat ta’ verifika tal-Kummissjoni — Dritt għall-assistenza ta’ avukat — Użu ħażin ta’ poter — Kalkolu tal-ammont tal-multi — Tul tal-ksur — Ġurisdizzjoni sħiħa)

17

2012/C 355/34

Kawża T-359/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Heijmans Infrastructuur vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Oneru tal-prova — Multi — Gravità tal-ksur — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża)

18

2012/C 355/35

Kawża T-360/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Heijmans vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

18

2012/C 355/36

Kawża T-361/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Ballast Nedam vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Drittijiet tad-difiża — Effetti ta’ sentenza ta’ annullament fir-rigward ta’ terzi)

18

2012/C 355/37

Kawża T-362/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Ballast Nedam Infra vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Prova tal-ksur — Gravità tal-ksur — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Drittijiet tad-difiża — Preżentazzjoni ta’ motivi ġodda fil-kawża — Ġurisdizzjoni sħiħa)

19

2012/C 355/38

Kawża T-370/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Kuwait Petroleum et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuh tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Valur miżjud sinjifikattiv — Ugwaljanza fit-trattament — Drittijiet tad-difiża)

19

2012/C 355/39

Kawża T-82/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-ħġieġ ċatt fiż-ŻEE — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet — Prova tal-ksur — Kalkolu tal-ammont tal-multi — Esklużjoni ta’ captive sales (bejgħ minn fornituri lil konsumaturi li huma fil-proprjetà sħiħa jew parzjali tal-imsemmija fornituri) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Ċirkustanzi attenwanti)

19

2012/C 355/40

Kawża T-535/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Tuzzi fashion vs UASI — El Corte Inglés (Emidio Tucci) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Emidio Tucci — Trade mark nazzjonali verbali u reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti TUZZI — Isem ta’ kumpannija preċedenti Tuzzi fashion GmbH — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 73 u Artikolu 62(2) tar-Regolament Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 75 u l-Artikolu 64(2) tar-Regolament Nru 207/2009) — Eżami ex officio tal-fatti — Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009) — Artikolu 79 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009))

20

2012/C 355/41

Kawża T-139/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Franza vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Settur tal-frott u l-ħaxix — Pjanijiet ta’ kontinġenza intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Riżorsi tal-Istat — Kofinanzjament minn stabbiliment pubbliku u minn kontribuzzjonijiet volontarji mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi — Argumenti mhux imqajma matul il-proċedura amministrattiva — Obbligu ta’ motivazzjoni)

20

2012/C 355/42

Kawża T-243/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Fedecom vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Settur tal-frott u l-ħaxix — Pjanijiet ta’ kontinġenza intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Riżorsi tal-Istat — Kofinanzjament minn stabbiliment pubbliku u minn kontribuzzjonijiet volontarji mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi — Argumenti li jmorru kontra l-punti ta’ fatt prodotti matul il-proċedura amministrattiva — Għajnuna għall-funzjonament — Aspettattivi leġittimi)

21

2012/C 355/43

Kawża T-328/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Producteurs de légumes de France vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Settur tal-frott u l-ħaxix — Pjanijiet ta’ kontinġenza intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Aspettativi leġittimi — Żball sostantiv fil-kalkolu tas-sommom li għandhom jiġu rkuprati)

21

2012/C 355/44

Kawża T-357/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Pucci International vs UASI — El Corte Inglés (Emidio Tucci) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Emidio Tucci — Trade marks Komunitarji figurattivi u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Emilio Pucci u EMILIO PUCCI — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Vantaġġ miksub b’mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009)

21

2012/C 355/45

Kawża T-373/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — El Corte Inglés vs UASI — Pucci International (Emidio Tucci) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Emidio Tucci — Trade marks Komunitarji figurattivi u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Emilio Pucci u EMILIO PUCCI — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Vantaġġ miksub b’mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

22

2012/C 355/46

Kawża T-387/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Applied Microengineering vs Il-Kummissjoni (Ħames Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni — Kuntratti għal proġetti Formation of a New Design House for MST u Assessment of a New Anodic Bonder — Irkupru ta’ parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa — Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv — Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-kawża — Bażi legali tar-rikors — Natura tar-raġunijiet invokati — Aspettattivi leġittimi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

22

2012/C 355/47

Kawża T-465/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2012 — Jurašinović vs Il-Kunsill (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Talba għal aċċess għar-rapporti tal-osservaturi tal-Unjoni Ewropea preżenti fil-Kroazja mill-1 sal-31 ta’ Awwissu 1995 — Rifjut ta’ aċċess — Riskju ta’ effett ħażin fuq il-ħarsien tar-relazzjonijiet internazzjonali — Żvelar preċedenti)

23

2012/C 355/48

Kawża T-39/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — El Corte Inglés vs UASI — Pucci International (PUCCI) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUCCI — Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti Emidio Tucci u E. TUCCI — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Emidio Tucci — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) u l-inċiż (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Vantaġġ miksub b’mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009)

23

2012/C 355/49

Kawża T-63/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2012 — Jurašinović vs Il-Kunsill (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Talba għal aċċess għal xi dokumenti skambjati mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja matul kawża — Rifjut ta’ aċċess — Riskju ta’ effett ħażin fuq il-ħarsien tar-relazzjonijiet internazzjonali — Riskju ta’ effett ħażin fuq il-ħarsien tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-pariri legali)

23

2012/C 355/50

Kawża T-160/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — J vs Il-Parlament (Dritt għal petizzjoni — Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew — Deċiżjoni ta’ arkivjar mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri — Rikors għal annullament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Petizzjoni li ma tirrigwardax xi qasam ta’ attività tal-Unjoni)

24

2012/C 355/51

Kawża T-215/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Ottubru 2012 — Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju — Qoton — Għajnuna lill-iktar ipprivati — Żvilupp rurali — Effikaċità tal-kontrolli — Proporzjonalità)

24

2012/C 355/52

Kawża T-257/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Stabbiliment ta’ impriża f’ċerti Stati terzi — Self b’rata mnaqqsa — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura — Awtorità ta’ res judicata — Obbligu ta’ motivazzjoni)

24

2012/C 355/53

Kawża T-303/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Wam Industriale vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Stabbiliment ta’ impriża f’ċerti Stati terzi — Self b’rata mnaqqsa — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dmir ta’ diliġenza — Dmir ta’ premura)

25

2012/C 355/54

Kawża T-312/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2012 — ELE.SI.A vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Is-Sitt programm kwadru multiannwali tal-Komunità Ewropea għal azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni li jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni taż-żona Ewropea tar-riċerka u l-innovazzjoni (2002-2006) — Kuntratt li jirrigwarda il-proġett I-Way, Intelligent, co-operative system in cars for road safety — Rexxissjoni ta’ kuntratt — Talba għal rimbors tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa — Danni — Rikors intiż għall-akkwist tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha mitluba u għall-kontestazzjoni tat-talba għal rimbors — Kontrotalba)

25

2012/C 355/55

Kawża T-584/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2012 — Yilmaz vs UASI — Tequila Cuervo (TEQUILA MATADOR HECHO EN MEXICO) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TEQUILA MATADOR HECHO EN MEXICO — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MATADOR — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

26

2012/C 355/56

Kawża T-501/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2012 — TI Media Broadcasting u TI Media vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Suq Taljan tat-televiżjoni bi ħlas — Deċiżjoni li temenda l-impenji annessi ma’ deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE — Sejħa għal offerti għall-għoti ta’ frekwenzi ta’ televiżjoni diġitali terrestri fl-Italja — Tmiem tal-iskop tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Inammissibbiltà)

26

2012/C 355/57

Kawża T-52/12 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija fl-2008 u fl-2009 mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009 — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi)

27

2012/C 355/58

Kawża T-162/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2012 – CW vs Il-Kunsill

27

2012/C 355/59

Kawża T-363/12: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2012 — Harper Hygienics vs UASI — Clinique Laboratories (CLEANIC natural beauty)

27

2012/C 355/60

Kawża T-364/12: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2012 — Harper Hygienics vs UASI — Clinique Laboratories (CLEANIC Kindii)

28

2012/C 355/61

Kawża T-379/12: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2012 — Electric Bike World vs UASI — Brunswick (LIFECYCLE)

28

2012/C 355/62

Kawża T-382/12: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2012 — Kampol vs UASI — Colmol (Nobel)

29

2012/C 355/63

Kawża T-383/12: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2012 — Ferienhäuser zum See vs UASI — Sunparks Groep (Sun Park Holidays)

29

2012/C 355/64

Kawża T-386/12: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2012 — Elite Licensing vs UASI — Aguas De Mondariz Fuente del Val (elite BY MONDARIZ)

30

2012/C 355/65

Kawża T-390/12: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2012 — Lifted Research u LRG Europe vs UASI — Fei Liangchen (Lr geans)

30

2012/C 355/66

Kawża T-391/12: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2012 — Lidl Stiftung vs UASI — Unipapel Industria Comercio y Servicios (UNITED OFFICE)

31

2012/C 355/67

Kawża T-393/12: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2012 — Tsujimoto vs UASI — Kenzo (KENZO)

32

2012/C 355/68

Kawża T-395/12: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2012 — Fetim vs UASI — Solid Floor (Solidfloor The professional's choice)

32

2012/C 355/69

Kawża T-407/12: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2012 — Ubee Interactive vs UASI — Augere Holdings (il-Pajjiżi l-Baxxi) (Ubee Interactive)

33

2012/C 355/70

Kawża T-408/12: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2012 — Ubee Interactive vs UASI — Augere Holdings (il-Pajjiżi l-Baxxi) (ubee)

33

2012/C 355/71

Kawża T-410/12: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2012 — Vitaminaqua vs UASI — Energy Brands (vitaminaqua)

34

2012/C 355/72

Kawża T-415/12: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2012 — Xeda International et vs Il-Kummissjoni

34

2012/C 355/73

Kawża T-416/12: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2012 — HP Health Clubs Iberia vs UASI — Shiseido (ZENSATIONS)

35

2012/C 355/74

Kawża T-422/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 — Kappa Filter Systems GmbH vs UASI (THE FUTURE HAS ZERO EMISSIONS)

35

2012/C 355/75

Kawża T-423/12: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2012 — Skype vs UASI — British Sky Broadcasting u Sky IP International (skype)

36

2012/C 355/76

Kawża T-425/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 — Sport Eybl & Sports Experts vs UASI — Elite Licensing (e)

36

2012/C 355/77

Kawża T-430/12: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2012 — Heinrich vs UASI — Il-Kummissjoni (European Network Rapid Manufacturing)

37

2012/C 355/78

Kawża T-583/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2012 — Deutsche Telekom vs UASI — TeliaSonera Denmark (Nuance de magenta)

37

2012/C 355/79

Kawża T-452/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2012 — Western Digital u Western Digital Ireland vs Il-Kummissjoni

37

2012/C 355/80

Kawża T-484/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2012 — Skyhawke Technologies vs UASI — British Sky Broadcasting u Sky IP International (SKYCADDIE)

38

2012/C 355/81

Kawża T-60/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2012 — Western Digital u Western Digital Ireland vs Il-Kummissjoni

38

2012/C 355/82

Kawża T-116/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2012 — Tioxide Europe et vs Il-Kunsill

38

2012/C 355/83

Kawża T-212/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Ålands Industrihus vs Il-Kummissjoni

38

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2012/C 355/84

Kawża F-86/12: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

39

2012/C 355/85

Kawża F-97/12: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

39

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/1


2012/C 355/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 343, 10.11.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 331, 27.10.2012

ĠU C 319, 20.10.2012

ĠU C 311, 13.10.2012

ĠU C 303, 6.10.2012

ĠU C 295, 29.9.2012

ĠU C 287, 22.9.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-38/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 TFUE - Leġiżlazzjoni fiskali - Trasferiment tad-domiċilju fiskali - Trasferiment ta’ assi - Taxxa tal-ħruġ immedjata)

2012/C 355/02

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, G. Braga da Cruz u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u J. Menezes Leitão, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: C. Vang, aġent), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: C. Blaschke u K. Petersen, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez u A. Rubio González, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u M. de Ree, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Hathaway u A. Robinson, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 TFUE u tal-Artikolu 31 ŻEE — Dispożizzjonijiet fiskali li permezz tagħhom, il-kumpanniji li ma jżommux ir-residenza fiskali tagħhom fil-Portugall jew li jittrasferixxu l-assi tagħhom lejn Stat ieħor għandhom iħallsu immedjatament taxxa tal-ħruġ

Dispożittiv

(1)

Billi adottat u żammet fis-seħħ l-Artikoli 76 A u 76 B tal-Kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Colectivas), applikabbli f’każ ta’ trasferiment, minn kumpannija Portugiża, tas-sede statutorja tagħha u tal-amministrazzjoni effettiva tagħha lejn Stat Membru ieħor jew f’każ ta’ trasferiment, minn kumpannija li ma tirrisjedix fil-Portugall, ta’ parti jew tal-assi kollha relatati ma’ stabbiliment permanenti Portugiż, mill-Portugall lejn Stat Membru ieħor, u li jipprovdu għall-intaxxar immedjat tal-qligħ kapitali moħbi relattiv għall-assi kkonċernati, iżda mhux għall-intaxxar tal-qligħ kapitali moħbi li jirriżulta minn tranżazzjonijiet purament nazzjonali, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 TFUE.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Ir-Repubbika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-11 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Symvoulio tis Epikrateias — Il-Greċja) — Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias et vs Ypourgos Perivallontos et

(Kawża C-43/10) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttivi 85/337/KEE, 92/43/KEE, 2000/60/KE u 2001/42/KE - Politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ilma - Devjazzjoni ta’ xmara - Kunċett ta’ “terminu” biex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ mmaniġġjar għal distrett ta’ baċin tax-xmara)

2012/C 355/03

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nomarchiaki Aftodioikisi Aitoloakarnanias, Dimos Agriniou, Dimos Oiniádon, Emporiko kai Viomichaniko Epimelitirio Aitoloakarnanias, Enosi Agrotikon Synetairismon Agriniou, Aitoliki Etaireia Prostasias Topiou kai Perivallontos, Elliniki Ornithologiki Etaireia, Elliniki Etaireia gia tin prostasia tou Perivallontos kai tis Politistikis Klironomias, Dimos Mesologiou, Dimos Aitolikou, Dimos Inachou, Topiki Enosi Dimon kai Koinotiton Nomou Aitoloakarnanias, Pagkosmio Tameio gia ti Fysi WWF Ellas

Konvenuti: Ypourgos Perivallontos, Chorotaxias kai Dimosion ergon, Ypourgos Esoterikon, Dimosias Dioikisis kai Apokentrosis, Ypourgos Oikonomias kai Oikonomikon, Ypourgos Anaptyxis, Antagonistikotitas kai Naftilias, Ypourgos Agrotikis Anaptyxis kai Trofimon, Ypourgos Politismou

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275) — Xogħlijiet intiżi li jiddevjaw il-mixja ta’ xmara — Kunċett ta’ terminu għat-tħejjija ta’ pjanijiet tal-immaniġġjar tal-baċin tax-xmara fis-sens tal-Artikolu 13(6) tad-Direttiva

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 13(6) u 24(1) tad-Direttiva 2000/60 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jiffissaw rispettivament it-22 ta’ Diċembru 2009 bħala d-data ta’ skadenza tat-terminu stabbilit għall-Istati Membri għall-pubblikazzjoni tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara u t-22 ta’ Diċembru 2003 bħala d-data ta’ skadenza tat-terminu massimu li għandhom disponibbli għalihom l-Istati Membri sabiex iwettqu t-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari tal-Artikoli 3 sa 6, 9, 13 u 15 tagħha.

(2)

Id-Direttiva 2000/60 għandha tiġi interpretata fis-sens li:

hija ma tipprekludix, fil-prinċipju, dispożizzjoni nazzjonali li tawtorizza, qabel it-22 ta’ Diċembru 2009, it-trasferiment ta’ ilma minn baċin tax-xmara lejn ieħor jew minn distrett ta’ baċin tax-xmara lejn ieħor meta l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tad-distretti ta’ baċin tax-xmara kkonċernati għadhom ma ġewx adottati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

tali trasferiment ma għandux ikun ta’ natura li serjament jikkomprometti l-kisba tal-għanijiet stabbiliti minn din id-direttiva;

madankollu, l-imsemmi trasferiment, sa fejn jista’ jwassal għal effetti negattivi għall-ilma bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 4(7) tal-istess direttiva, jista’ jiġi awtorizzat, tal-inqas, jekk il-kundizzjonijet imsemmija fil-punti a) sa d) ta’ din l-istess dispożizzjoni huma sodisfatti;

il-fatt li ma huwiex possibbli għall-baċin tax-xmara jew għad-distrett ta’ baċin tax-xmara li jirċievi sabiex jissodisfa permezz tar-riżorsi tal-ilma tiegħu stess il-ħtiġiet ta’ ilma għax-xorb, ta’ produzzjoni ta’ elettriċità jew ta’ irrigazzjoni ma huwiex kundizzjoni indispensabbli sabiex tali trasferiment ta’ ilma jkun kompatibbli mal-imsemmija direttiva peress li l-kundizzjonijiet preċedentement imsemmija huma sodisfatti.

(3)

Il-fatt li parlament nazzjonali japprova pjanijiet ta’ mmaniġġjar ta’ baċini tax-xmara, bħala dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta ebda proċedura ta’ informazzjoni, ta’ konsultazzjoni jew ta’ parteċipazzjoni ma tkun ġiet implementata, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/60, u b’mod partikolari tal-Artikolu 14(1) tagħha.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 1(5) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix liġi bħal-Liġi 3481/2006, adottat mill-parlament Grieg fit-2 ta’ Awwissu 2006, li tapprova proġett ta’ devjazzjoni parzjali tal-ilmijiet ta’ xmara bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, abbażi ta’ studju tal-effetti ambjentali ta’ dan il-proġett li kien serva bħala bażi ta’ deċiżjoni amministrattiva adottata skont l-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku previsti minn din id-direttiva, u dan għalkemm din id-deċiżjoni ġiet annullata permezz ta’ rimedju ġudizzjarju, sakemm l-imsemmija liġi tikkostitwixxi att leġiżlattiv speċifiku, b’tali mod li l-għanijiet ta’ din id-direttiva jistgħu jintlaħqu permezz tal-proċedura leġiżlattiva. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ġew osservati.

(5)

Proġett ta’ devjazzjoni parzjali tal-ilmijiet ta’ xmara, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma għandux jitqies bħala pjan jew programm li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/42 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent.

(6)

Iż-żoni inklużi fil-lista nazzjonali ta’ siti ta’ importanza Komunitarja, mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u wara inklużi fil-lista tas-SIK adottata bid-Deċiżjoni 2006/13 tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Lulju 2006, li tadotta, skont id-Direttiva 92/43/KEE, il-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijografiku Mediterran, kienu jibbenefikaw, wara n-notifika tad-Deċiżjoni 2006/613 lill-Istat Membru kkonċernat, mill-protezzjoni ta’ din id-direttiva qabel il-pubblikazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni. B’mod partikolari, wara din in-notifika, l-Istat Membru kkonċernat, kellu wkoll jieħu l-miżuri ta’ protezzjoni previsti fl-Artikolu 6(2) sa (4) ta’ din id-direttiva.

(7)

Id-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tagħha, għandha tiġi interpretata tipprekludi proġett ta’ devjazzjoni ta’ ilma li ma jkunx marbut direttament ma’ jew ma jkunx meħtieġ għall-konservazzjoni ta’ ŻPS, iżda jista’ jaffettwaha b’mod sinjifikattiv, meta ma jkun hemm ebda informazzjoni jew ma jkunx hemm data affidabbli u aġġornata fir-rigward tal-għasafar f’din iż-żona.

(8)

Id-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(4) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li raġunijiet marbuta, minn naħa, mal-irrigazzjoni u, min-naħa l-oħra, mal-provvista tal-ilma għax-xorb, invokati insostenn ta’ proġett ta’ devjazzjoni ta’ ilmijiet, jistgħu jikkostitwixxu raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza ta’ natura li jiġġustifikaw it-twettiq ta’ proġett li jaffettwa ħażin l-integrità tas-siti kkonċernati. Meta tali proġett jaffettwa ħażin l-integrità ta’ sit ta’ importanza Komunitarja li jospita tip ta’ habitat naturali u/jew speċi prijoritarji, it-twettiq tiegħu jista’ jiġi ġġustifikat minn raġunijiet marbuta mal-provvista tal-ilma għax-xorb. F’ċerti ċirkustanzi, huwa jista’ jiġi ġġustifikat b’riferiment għal konsegwenzi ta’ benefiċċju u ta’ importanza ewlenija għall-ambjent. Min-naħa l-oħra, l-irrigazzjoni ma tistax, fil-prinċipju, tikkwalifika bħala kunsiderazzjonijiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem u mas-sigurtà pubblika, li jiġġustifikaw it-twettiq ta’ proġett bħal dak inkwisjtoni fil-kawża prinċipali.

(9)

Skont id-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha, hemm lok, sabiex jiġu ddeterminati l-miżuri kumpensatorji xieraq, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-portata tad-devjazzjoni u l-ammont ta’ xogħlijiet li tinvolvi din id-devjazzjoni.

(10)

Id-Direttiva 92/43, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha, interpretata fid-dawl tal-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli, stabbilit fl-Artikolu 6 KE, tawtorizza, fir-rigward ta’ siti li jifformaw parti min-netwerk Natura 2000, il-konverżjoni ta’ ekosistema tax-xmajjar naturali għal ekosistema tax-xmajjar u tal-lagi artifiċjali sakemm il-kundizzjonijiet imsemmija f’din id-dispożizzjoni tal-imsemmija direttiva huma sodisfatti.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Döhler Neuenkirchen GmbH vs Hauptzollamt Oldenburg

(Kawża C-262/10) (1)

(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 204(1)(a) - Proċedura tal-ipproċessar tad-dħul - Sistema ta’ sospensjoni - Tnissil ta’ dejn doganali - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ preżentazzjoni tal-polza għar-rilaxx tal-merkanzija fit-terminu preskritt)

2012/C 355/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Döhler Neuenkirchen GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Oldenburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 204(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), u tal-Artikolu 859(9) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 993/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 11, p. 286) — Ksur tal-obbligu ta’ preżentazzjoni, fit-termini previsti, tal-polza għar-rilaxx tal-merkanzija taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul — Ammissibbiltà tat-tnissil tad-dejn doganali għall-merkanzija kollha li tkun ibbenefikat mill-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul bħala sanzjoni għal dan in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu

Dispożittiv

L-Artikolu 204(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ksur tal-obbligu li tiġi ppreżentata l-polza għar-rilaxx tal-merkanzija lill-uffiċċju ta’ sorveljanza fit-30 jum mill-iskadenza tat-terminu għar-rilaxx, previst fl-ewwel inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 521(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2007, tat-28 ta’ Frar 2007, iwassal għat-tnissil ta’ dejn doganali fir-rigward tal-merkanziji kollha importati li għandhom jiġu rilaxxati, inklużi dawk li ġew esportati mill-ġdid barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 859(9) tal-imsemmi Regolament Nru 2454/93 jitqiesu bħala li ma humiex sodisfatti.


(1)  ĠU C 246, 11.09.2010.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Eurogate Distribution GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt

(Kawża C-28/11) (1)

(Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikolu 204(1)(a) - Proċedura tal-ħażna doganali - Tnissil tad-dejn doganali minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu - Reġistrazzjoni tardiva fir-rekords tal-ħażna ta’ informazzjoni relatata mat-tneħħija tal-merkanzija mill-maħżen doganali)

2012/C 355/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eurogate Distribution GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 204(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Reġistrazzjoni tardiva fil-kontabbiltà tal-informazzjoni dwar it-tneħħija tal-merkanzija mill-maħżen tad-dwana — Ammissibiltà tat-tnissil tad-dejn doganali bħala sanzjoni għal dan in-nuqqas

Dispożittiv

L-Artikolu 204(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ merkanzija mhux Komunitarja, l-ineżekuzzjoni tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni fir-rekords tal-ħażna pprovduti għal dan l-għan, tal-ħruġ tal-merkanzija minn maħżen doganali, u dan sa mhux iktar tard minn dak il-ħruġ, tnissel dejn doganali għall-imsemmija merkanzija, anki jekk din tkun ġiet esportata mill-ġdid.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Pioneer Hi Bred Italia Srl vs Ministero delle Politiche Agricole, Alimentari e Forestali

(Kawża C-36/11) (1)

(Agrikultura - Organiżmi modifikati ġenetikament - Directiva 2002/53/KE - Katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli - Organiżmi modifikati ġenetikament inklużi fil-katalgu komuni - Regolament (KE) Nru 1829/2003 - Artikolu 20 - Prodotti eżistenti - Directiva 2001/18/KE - Artikolu 26a - Miżuri intiżi sabiex jevitaw il-preżenza mhux intenzjonata ta’ organiżmi modifikati ġenetikament - Miżuri nazzjonali li jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati inklużi fil-katalgu komuni u awtorizzati bħala prodotti eżistenti fl-istennija ta’ miżuri bbażati fuq l-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE)

2012/C 355/06

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pioneer Hi Bred Italia Srl

Konvenut: Ministero delle Politiche Agricole, Alimentari e Forestali

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Sezione Seconda — Interpretazzjoni tal-Artikoli 16, 19, 22 u 26a tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi [katalgu komuni ta’ varjetatjiet] ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 281) — Talba ta’ awtorizazzjoni għall-kultivazzjoni ta’ OMG inklużi fil-Katalgu komuni Ewropew tal-varjetajiet — Ċaħda mill-awtorità kompetenti minħabba n-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali amministrattivi f’dan il-qasam.

Dispożittiv

Il-kultivazzjoni ta’ organiżmi modifikati ġenetikament bħal varjetajiet tal-qamħirrun MON 810 ma tistax tkun suġġetta għal proċedura nazzjonali ta’ awtorizzazzjoni, meta l-użu u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn il-varjetajiet huma awtorizzati skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament u meta dawn il-varjetajiet kienu ġew inklużi fil-katalgu komuni ta’ varjetajiet ta’ speċji ta’ pjanti agrikoli previst mid-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi [katalgu komuni ta’ varjetatjiet] ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

L-Artikolu 26a tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2008/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008, ma jippermettix lil Stat Membru li jopponi b’mod ġenerali l-kultivazzjoni fit-territorju tiegħu ta’ tali organiżmi modifikati ġenetikament fl-istennija ta’ miżuri ta’ koeżistenza intiżi li jevitaw il-preżenza mhux intenzjonata ta’ organiżmi modifikati ġenetikament f’uċuħ tar-raba’ oħra.


(1)  ĠU C 89, 19.03.2011.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-150/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/37/KE - Dokumenti ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi - Vetturi li qabel kienu rreġistrati fi Stat Membru ieħor - Bidla fil-proprjetarju - Obbligu li jitwettaq kontroll tekniku - Talba għall-produzzjoni taċ-ċertifikat ta’ konformità - Kontroll tekniku mwettaq fi Stat Membru ieħor - Nuqqas ta’ rikonoxximent - Assenza ta’ ġustifikazzjonijiet)

2012/C 355/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u A. Marghelis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn F. Libert u S. Rodrigues, avukati)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 34 TFUE u tad-Direttiva tal Kunsill 1999/37/KE, tad-29 ta’ April 1999, dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 351) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi l-produzzjoni ta’ ċertifikat ta’ konformità ta’ vettura għall-kontroll tekniku (roadworthiness test) qabel ir-reġistrazzjoni ta’ vettura li qabel tkun irreġistrata fi Stat Membru ieħor — Nuqqas ta’ osservanza tar-riżultati tal kontroll imwettaq fi Stati Membri oħra — Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-merkanzija — Nuqqas ta’ ġustifikazzjonijiet

Dispożittiv

(1)

Billi eżieġa b’mod sistematiku, barra l-produzzjoni taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, dik taċ-ċertifikat ta’ konformità ta’ vettura għall-finijiet tal-kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni ta’ vettura li qabel kienet irreġistrata fi Stat Membru ieħor, kif ukoll billi ssuġġetta tali vetturi, li jkollhom proprjetarju ġdid, għal kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom, mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-kontroll tekniku mwettaq fi Stat Membru ieħor, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, tad-29 ta’ April 1999, dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/103/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, u taħt l-Artikolu 34 TFUE.

(2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 160, 28.05.2011.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Daniela Mühlleitner vs Ahmad Yusufi u Wadat Yusufi

(Kawża C-190/11) (1)

(Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 15(1)(c) - Limitazzjoni eventwali ta’ din il-ġurisdizzjoni għall-kuntratti li jsiru mill-bogħod)

2012/C 355/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Daniela Mühlleitner

Konvenuti: Ahmad Yusufi u Wadat Yusufi

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpetazzjoni tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi — Possibbiltà ta’ limitazzjoni ta’ din il-ġurisdizzjoni għall-kuntratti konklużi mill-bogħod.

Dispożittiv

L-Artikolu 15(1)(c) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeħtieġx li l-kuntratt bejn il-konsumatur u n-negozjant ikun ġie konkluż mill-bogħod.


(1)  ĠU C 204, 09.07.2011.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Baranya Megyei Bíróság — l-Ungerija) — Mecsek-Gabona Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-273/11) (1)

(VAT - Direttiva 2006/112KE - Artikolu 138(1) - Kundizzjonijiet għal eżenzjoni ta’ tranżazzjoni intra-Komunitarja kkaratterizzata mill-obbligu tax-xerrej li jiżgura t-trasport tal-merkanzija li huwa jiddisponi minnha bħala proprjetarju mill-mument tat-tagħbija - Obbligu tal-bejjiegħ li jipprova li l-merkanzija telqet fiżikament mit-territorju tal-Istat Membru tal-provvista - Tħassir, b’effett retroattiv, tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tax-xerrej)

2012/C 355/09

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Baranya Megyei Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mecsek-Gabona Kft

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Baranya Megyei Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kundizzjonijiet għal eżenzjoni ta’ tranżazzjoni intra-Komunitarja kkaratterizzata mill-obbligu tax-xerrej li jiżgura t-trasport tal-merkanzija li huwa jiddisponi minnha bħala proprjetarju mill-mument tat-tagħbija — Obbligu tal-persuna taxxabbli li jipprova li l-merkanzija ġiet ittrasportata fi Stat Membru ieħor u li, wara dan it-trasport, ħalliet fiżikament it-territorju tal-Istat Membru ta’ provvista.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-benefiċċju tad-dritt għal eżenzjoni ta’ provvista intra-Komunitarja mill-VAT jiġi rrifjutat lill-bejjiegħ, bil-kundizzjoni li jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li dan tal-aħħar ma ssodisfax l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-provi jew li kien jaf jew kien messu kien jaf li t-tranżazzjoni li kien għamel kienet involuta fi frodi mwettqa mix-xerrej u li ma kienx ħa l-miżuri raġonevoli kollha li seta’ jieħu sabiex jevita l-parteċipazzjoni tiegħu f’din il-frodi.

(2)

L-eżenzjoni ta’ provvista intra-Komunitarja mill-VAT, fis-sens tal-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/88, ma tistax tiġi rrifjutata lill-bejjiegħ minħabba s-sempliċi raġuni li l-awtorità fiskali ta’ Stat Membru ieħor ħassret in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tax-xerrej li, minkejja li dan it-tħassir seħħ wara l-provvista tal-merkanzija, kellu effett, b’mod retroattiv, għal data qabel dik li fiha saret din il-provvista.


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif — Il-Lussemburgu) — DI VI Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C vs Administration des contributions en matière d’impôts

(Kawża C-380/11) (1)

(Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kapital - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital - Telf tal-kwalità ta’ persuna taxxabbli suġġetta għat-taxxa fuq il-kapital wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija lejn Stat Membru ieħor - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali)

2012/C 355/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DI VI Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C

Konvenuta: Administration des contributions en matière d’impôts

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal administratif — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kapital — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ benefiċċju tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital, għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tibqa’ suġġetta għal din it-taxxa fuq il-kapital fl-Istat Membru kkonċernat matul il-ħames snin taxxabbli sussegwenti — Telf tal-kwalità ta’ persuna taxxabbli fir-rigward tat-taxxa fuq il-kapital wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat lejn Stat Membru ieħor

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-għoti ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-benefiċjarju jibqa’ suġġett għal din it-taxxa matul il-ħames snin taxxabbli segwenti.


(1)  ĠU C 298, 08.10.2011


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej, Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-422/11 P u C-423/11 P) (1)

(Appelli - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà tar-rikors - Rappreżentazzjoni quddiem il-Qrati tal-Unjoni - Avukat - Indipendenza)

2012/C 355/11

Lingwa tal-proċedura: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej [rappreżentanti: D. Dziedzic-Chojnacka u D. Pawłowska, radcowie prawni), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar kif ukoll minn A. Kraińska u D. Lutostańska, aġenti]

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea [rappreżentanti: G. Braun u A. Stobiecka-Kuik, aġenti]

Suġġett

Appelli mressqa mid-Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-23 ta’ Mejju 2011, Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej vs Il-Kummissjoni (T-226/10), li permezz tiegħu il-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli r-rikors tal-Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej, intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 1234, tat-3 ta’ Marzu 2010, adottata b’applikazzjoni tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), li tordna lill-awtorità regolatorja Pollakka fil-qasam tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u tas-servizzi postali li tirtira żewġ abbozzi ta’ miżuri nnotifikati dwar is-suq nazzjonali bl-ingrossa tal-iskambju ta’ traffiku IP (tranżitu IP) (Każ PL/2009/1019) u s-suq bl-ingrossa ta’ peering IP man-netwerk ta’ Telekomunikacja Polska S.A. (TP) (Każ PL/2009/1020) — Interpretazzjoni żbaljata tat-tielet u tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikkunsidrat flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll mas-sitt paragrafu tal-Artikolu 254 TFUE, u l-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura — Ksur tal-Artikolu 67(1) TFUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura — Ksur tal-Artikolu 5(1) u (2) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 4(1) TUE, u mal-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura — Ksur tal-Artikolu 5(4) TUE, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 113 tar-Regoli tal-Proċedura — Nuqqas ta’ motivazzjoni — Inammissibbiltà tar-rikors f’każ ta’ rappreżentazzjoni minn avukati li jinsabu f’relazzjoni ta’ impjieg mal-parti

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

Il-Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej u r-Repubblika tal-Polonja huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311, 22.10.2011.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — A. Adil vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel

(Kawża C-278/12 PPU) (1)

(Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Regolament (KE) Nru 562/2006 - Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) - Artikoli 20 u 21 - Tneħħija tal-kontroll fil-fruntieri interni - Verifiki ġewwa t-territorju - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal dak ta’ verifiki fil-fruntieri - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza kontrolli tal-identità, tan-nazzjonalità u tad-dritt ta’ residenza mill-uffiċjali inkarigati mis-sorveljanza tal-fruntieri u mill-kontroll tal-barranin f’żona ta’ 20 kilometru mill-fruntiera komuni ma’ Stati oħra partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen - Kontrolli intiżi għall-ġlieda kontra r-residenza illegali - Leġiżlazzjoni li tinkludi ċerti kundizzjonijiet u garanziji dwar, b’mod partikolari, il-frekwenza u l-intensità tal-kontrolli)

2012/C 355/12

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A. Adil

Konvenut: Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpretazzjoni tal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, p. 1) — Tneħħija tal-kontroll fil-fruntieri interni — Possibbiltà, għal Stat Membru, li jwettaq kontrolli tal-pulizija fit-territorju tiegħu, f’żona bejn il-fruntiera tal-art ta’ dan l-Istat mal-pajjiżi li jmissu u linja li testendi sa 20 km lil hinn minn din — Kontrolli marbuta mal-verifika tal-osservanza tar-regoli applikabbli fir-rigward tar-residenza — Possibbiltà li dawn il-kontrolli jitwettqu biss abbażi ta’ informazzjoni ġenerali marbuta mal-preżenza irregolari ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fiż-żona ta’ kontroll jew in-neċessità li jkun hemm indikazzjonijiet konkreti dwar is-sitwazzjoni irregolari tal-persuna kkontrollata — Ammissibbiltà ta’ leġiżlazzjoni li tistabbilixxi ċerti kriterji kwantitattivi dwar in-numru massimu ta’ kontrolli li jistgħu jitwettqu matul perijodu speċifiku

Dispożittiv

L-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-uffiċjali inkarigati mis-sorveljanza tal-fruntieri u tal-kontroll tal-barranin, iwettqu kontrolli f’żona ġeografika ta’ 20 kilometru mill-fruntiera tal-art bejn l-Istat Membru u l-Istati partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Unjoni Ekonomika Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża, dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990, intiżi li jivverifikaw jekk il-persuni investigati jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ residenza legali applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat, meta l-imsemmija kontrolli jkunu bbażati fuq informazzjoni ġenerali u l-esperjenza fil-qasam tar-residenza illegali ta’ persuni f’postijiet ta’ kontroll, meta jkunu jistgħu wkoll jitwettqu b’mod limitat sabiex tinkiseb tali informazzjoni ġenerali u data marbuta mal-esperjenza f’dan il-qasam u meta l-eżerċizzju tagħhom ikun suġġett għal ċerti limitazzjonijiet dwar, b’mod partikolari, l-intensità u l-frekwenza tagħhom.


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fit-3 ta’ Awwissu 2012 — GIC Cash, a.s. vs Marián Gunčaga

(Kawża C-373/12)

2012/C 355/13

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešove

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GIC Cash a.s.

Konvenut: Marián Gunčaga

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 47 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1) (iktar ’il quddiem il-“Karta”), moqrija flimkien mal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE (2), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti li quddiemha titressaq kawża dwar kuntratt konkluż ma’ konsumatur għandha tevalwa jekk klawsola hijiex inġusta u li qorti ta’ Stat Membru diġà ddeċidiet, f’ċirkustanzi ta’ fatt analogi, li klawsola kuntrattwali ta’ kontenut identiku jew simili hija inġusta, il-konsumatur għandu dritt jippretendi li l-qorti adita teżamina jekk il-klawsola hijiex inġusta billi tieħu inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni mogħtija mill-qorti tal-Istat Membru l-ieħor?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, għandu jiġi kkunsidrat li l-qorti adita kisret dritt fundamentali li l-konsumatur għandu taħt l-Artikoli 47 u 38 tal-Karta, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-deċiżjoni tal-qorti tal-Istat Membru l-ieħor fir-rigward tan-natura inġusta ta’ klawsola ta’ kontenut identiku jew simili?


(1)  ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

(2)  Direttiva tal-Kunsil 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/9


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2012 minn Fruit of the Loom, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-21 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-514/10 — Fruit of the Loom, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-392/12 P)

2012/C 355/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Fruit of the Loom, Inc. (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister u V. Marsland, solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Ġunju 2012 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-514/10;

tikkundanna lill-UASI u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom stess u għall-ispejjeż tal-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra li skont l-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1), l-analiżi kienet tinkludi fil-fatt tliet stadji. L-ewwel nett, għandu jiġi evalwat il-karattru distintiv tat-trade mark hekk kif kienet ġiet irreġistrata. It-tieni nett, għandu jiġi evalwat il-karattru distintiv tat-trade mark hekk kif intużat. It-tielet nett, għandha tiġi mwieġba l-kwistjoni dwar jekk il-karattru distintiv tat-trade mark hekk kif kienet ġiet irreġistrata inbidilx. Li kieku l-Qorti Ġenerali implementat korrettament dan l-approċċ, hija kienet tikkonstata li l-provi tal-użu kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa fl-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja Nru 207/2009.

Fil-kuntest tal-interpretazzjoni tat-trade mark Komuniatrja il-Qorti Ġenerali applikat regola żbaljata, li tgħid li jekk il-konsumaturi ta’ Stat Membru ma jifmhux element verbali ta’ trade mark (kemm jekk minħabba l-fatt li inkwistjoni hemm kelma li ma hijiex ċara f’lingwa oħra tal-Unjoni jew inkella minħabba li ma tixbahx lil ebda kelma oħra fil-lingwa tagħhom stess) dan l-element għandu mandankollu jiġi kkunsidrat bħala li għandu l-istess karattru distintiv bħal element verbali li huma jifhmu u li anki minnu nnifsu għandu karattru distintiv.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni jew milli tapplika b’analoġija l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għal dak li jirrigwarda l-użu fil-kuntest tal-karattru distintiv miksub skont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, li jgħid li l-kisba ta’ karattru distintiv, tista’ tirriżulta kemm mill-użu, bħala parti minn trade mark irreġistrata, ta’ element tagħha, kif ukoll mill-użu ta’ trade mark distinta flimkien ma’ trade mark irreġistrata (ara s-sentenza tas-7 ta’ Lulju 2005, Nestlé, C-353/03, Ġabra p. I-6135, punt 30).

Il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin il-fatti dwar l-użu mill-appellanti tal-kelma FRUIT fin-negozju informali mal-klijenti tagħha. Għal kuntrarju tal-konstatazzjonijiet effetwati mill-Qorti Ġenerali, dan l-użu ma kienx purament intern u kien jikkostitwixxi użu ġenwin tat-trade mark.

Il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin il-fatti dwar l-użu mill-appellanti tat-trade mark FRUIT fuq is-sit tal-internet tagħha www.fruit.com. Għal kuntrarju tal-konstatazzjonijiet effetwati mill-Qorti Ġenerali, dan l-użu kellu bħala għan li jippromuovi l-prodotti u kien jikkostitwixxi użu ġenwin.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja. ĠU L 78, 24.03.2009, p. 1.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Fermo (l-Italja) fid-29 ta’ Awwissu 2012 — Proċeduri kriminali kontra M

(Kawża C-398/12)

2012/C 355/15

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Fermo

Parti fil-kawża prinċipali

M

Domanda preliminari

Sentenza definittiva li ma hemmx lok li jinfetħu proċeduri mogħtija minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, firmatarju tal-KIFS (1), wara kumpilazzjoni twila fil-kuntest ta’ investigazzjoni magħmula fil-kuntast ta’ proċedura li tista’ tkun is-suġġett ta’ ftuħ mill-ġdid fil-każ ta’ produzzjoni ta’ provi ġodda, tipprekludi l-ftuħ jew l-iżvolġiment ta’ proċeduri dwar l-istess fatti u fil-konfront tal-istess persuna fi Stat Membru ieħor?


(1)  Il-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, tal-14 ta’ Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/10


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-411/12)

2012/C 355/16

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, S. Thomas u D. Grespan, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

tiddikjara li, billi ma adottatx fit-termini stabiliti l-miżuri neċesarji kollha sabiex tneħħi s-sistema ta’ għajnuna mill-Istat meqjusa illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/746/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Italja lil Portovesme Srl, ILA SpA, Eurallumina SpA u Syndial SpA (Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat C 38/B/04 (ex NN 58/04) u C 13/06 (ex N 587/05) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 956)) (ĠU L 309, p. 1), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi imposti mill-Artikoli 3, 4 u 5 ta’ din id-deċiżjoni u tat-Trattat TFUE;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu stabbilit fid-deċiżjoni għall-irkupru tal-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali skada fl-24 ta’ Ġunju 2011. Barra minn hekk, il-konvenuta kellha tikkomunika lill-Kummissjoni sal-24 ta’ April 2011 l-ammont totali ta’ għajnuna li għandha tiġi rkuprata u l-miżuri meħuda u previsti sabiex tikkonforma mad-deċiżjoni.

Fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tirkupra l-għajnuna mingħand l-impriżi benefiċjarji u lanqas ma kienet ikkomunikat lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/10


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2012 minn Bolloré mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-27 ta’ Ġunju 2012 fil-Kawża T-372/10, Bolloré vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-414/12 P)

2012/C 355/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Bolloré (rappreżentanti: P. Gassenbach, C. Lemaire u O. de Juvigny, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata sa fejn il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u r-rekwiżit ta’ motivazzjoni billi ma waslet għall-ebda konklużjoni mill-fatt li l-kumpannija Bolloré ġiet issanzjonata inkwantu kumpannija parent, b’mod differenti minn Stora li kienet tinsab f’sitwazzjoni ekwivalenti;

tannulla s-sentenza appellata sa fejn il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u 6 tal-KEDB, ir-rekwiżiti li tingħata motivazzjoni u li ma jkunx hemm żnaturament, id-drittijiet tad-difiża ta’ Bolloré, l-effetti tal-annullament tad-Deċiżjoni 2004/337/KE (1), l-awtorità ta’ res judicata u l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, meta qieset li l-kawża ta’ Bolloré ġiet deċiża f’terminu raġonevoli u li Bolloré setgħet tiddefendi ruħha fir-rigward tal-ilmenti nnotifikati;

tannulla s-sentenza appellata sa fejn il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ekwità billi rrifjutat li tnaqqas l-ammont tal-multa inkorsa minħabba l-kuntest fattwali u proċedurali ta’ din il-kawża;

tiddeċiedi b’mod definittiv fil-Kawża T-372/10, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u, b’dan il-mod, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkonċerna lil Bolloré jew, f’kull każ, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, tnaqqas il-multa imposta fuq Bolloré mill-Kummissjoni u kkonfermata mill-Qorti Ġenerali;

fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tiddeċidiex f’din il-kawża, tirriżerva l-ispejjeż u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid, b’mod konformi mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 69 tar-Regoli tal-Proċedura, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Bl-ewwel aggravju tagħha, ikkunsidrat fiż-żewġ partijiet tiegħu, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament u r-rekwiżit li tingħata motivazzjoni sa fejn ma waslet għall-ebda konklużjoni mill-fatt li hija ġiet issanzjonata għall-aġir tal-ex sussidjarja tagħha, b’mod differenti minn Stora li kienet tinsab f’sitwazzjoni ekwivalenti.

It-tieni aggravju, ikkunsidrat fl-erba’ partijiet tiegħu, jenfasizza l-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tal-Artikolu 6 tal-KEDB, tar-rekwiżiti li tingħata motivazzjoni u li ma jkunx hemm żnaturament, tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, tal-effetti tal-annullament tad-Deċiżjoni 2004/337, tal-awtorità ta’ res judicata u tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ssanzjonatx il-ksur tad-dritt tal-appellanti li l-kawża tagħha tinstema’ f’terminu raġonevoli.

Bit-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tinvoka l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ ekwità, sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kuntest fattwali u ġuridiku f’din il-kawża billi rrifjutat li tnaqqas l-ammont tal-multa imposta.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Diċembru 2001, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/36.212 — Karta saħħara [innotifikata bin-Numru C(2001) 4573] ĠU L 115, p. 1.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/11


Rikors ippreżentat ft-13 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Belġju

(Kawża C-421/12)

2012/C 355/18

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. van Beek, M. Owsiany-Hornung, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Belġju

Talbiet

Tikkonstata li:

billi eskluda mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi tal-5 ta’ Ġunju 2007 li tittrasponi d-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali (1) lill-membri ta’ professjoni liberali kif ukoll lid-dentisti u lill-fiżjoterapisti, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3 flimkien mal-Artikolu 2(b) u (d) tal-imsemmija direttiva;

billi żamm fis-seħħ l-Artikoli 20, 21 u 29 tal-Liġi tas-6 ta’ April 2010 dwar il-prattiki tas-suq u l-protezzjoni tal-konsumaturi, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali;

billi żamm fis-seħħ l-Artikolu 4(3) tal-Liġi tal-25 ta’ Ġunju 1993 dwar l-eżerċizzju u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kummerċjali mobbli u marbuta mal-fieri kif introdott bl-Artikolu 7 tal-Liġi tal-4 ta’ Lulju 2005 li temenda l-Liġi tal-25 ta’ Ġunju 1993 dwar l-eżerċiżżju ta’ attivitajiet kummerċjali mobbli u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kummerċjali pubbliċi, kif ukoll il-punt 4 tal-paragrafu 1 tad-Digriet Irjali tal-24 ta’ Settembru 2006, dwar l-eżerċizzju u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kummerċjali mobbli, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiċi kummerċjali żleali.

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE skada fit-12 ta’ Ġunju 2007.


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22)


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm — Migrationsöverdomstolen (l-Isvezja) fis-17 ta’ Settembru 2012 — Flora May Reyes vs Migrationsverket

(Kawża C-423/12)

2012/C 355/19

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Stockholm, Migrationsöverdomstolen (l-Isvezja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Flora May Reyes

Konvenuta: Migrationsverket

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 2(2)(c) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) jista’ jiġi interpretat fis-sens li, f’ċerti ċirkustanzi, Stat Membru jista’ jeżiġi li, sabiex ikun jista’ jiġi ikkunsidrat bħala dipendenti u li għalhekk jaqa’ taħt id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “membru tal-familja” f’din id-dispożizzjoni, id-dixxendent dirett li għandu 21 sena jew iktar għandu jistabbilixxi li mingħajr suċċess ipprova jsib xogħol jew jitlob għal għajnuna għas-sussistenza mingħand l-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini u/jew li pprova jiżgura l-għajxien tiegħu b’mod ieħor?

(2)

Fir-rigward tal-interpretazzjoni tar-rekwiżit li wieħed ikun “dipendenti” li jissemma’ fl-Artikolu 2(2)(c) tad-Direttiva 2004/38, x’effett għandu l-fatt li membru tal-familja li, minħabba f’ċirkustanzi personali bħall-età tiegħu, il-kwalifiki professjonali tiegħu u l-istat ta’ saħħtu, huwa kkunsidrat bħala li għandu possibilitajiet raġonevoli li jsib xogħol u li, barra minn hekk, irid jaħdem fl-Istat Membru kkonċernat, li jimplika li r-rekwiżiti sabiex jiġi kkunsidrat bħala membru tal-familja dipendenti (fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni) ma għadhomx iktar sodisfatti?


(1)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/12


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-427/12)

2012/C 355/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, C. Zadra, E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), inkwantu jipprovdi l-adozzjoni ta’ miżuri li jistabbilixxu imposti mitluba mill-Aġenzija Ewropea tal-Prodotti Kimiċi (ECHA) permezz ta’ att ta’ implementazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE, u mhux permezz ta’ att iddelegat skont l-Artikolu 290 TFUE;

iżżomm fis-seħħ l-effetti tad-dispożizzjoni annullata, kif ukoll ta’ kull att li jiġi adottat abbażi tagħha, sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli, ta’ dispożizzjoni ġdida intiża sabiex tissostitwixxiha;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Sussidjarjament, fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li din it-talba għal annullament parzjali ma hijiex ammissibbli,

tannulla l-imsemmi regolament fit-totalità tiegħu;

iżżomm fis-seħħ l-effett tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq kif ukoll ta’ kull att li jiġi adottat abbażi tiegħu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli, ta’ leġiżlazzjoni ġdida intiża sabiex tissostitwixxih;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqajjem motiv wieħed insostenn tar-rikors tagħha, ibbażat fuq il-ksur tat-Trattat u, b’mod partikolari, tas-sistema ta’ għoti tas-setgħat leġiżlattivi li l-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jagħti lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 290 u 291 TFUE.

Il-Kummissjoni ssostni li l-Kunsill u l-Parlament aġixxew b’mod żbaljat meta ddeċidew li jagħtu lill-Kummissjoni kompetenzi ta’ implementazzjoni abbażi tal-Artikolu 291 TFUE, sabiex tistabbilixxi l-imposti li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea tal-Prodotti Kimiċi. Skont il-Kummissjoni, l-att li qed tintalab tadotta abbażi tal-Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, għandu effettivament jiġi interpretat bħala att delegat fis-sens tal-Artikolu 290 TFUE, inkwantu huwa intiż li jikkompleta ċerti punti mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv. Fid-dawl tan-natura tal-għoti ta’ setgħat magħmul lill-Kummissjoni, iżda wkoll fid-dawl tal-għan tal-att li għandu jiġi adottat skont dawn is-setgħat, tali att għandu għalhekk jiġi adottat skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 290 TFUE u mhux skont il-proċeduri tal-Artikolu 291 TFUE.


(1)  ĠU L 167, p. 1.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/12


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2012 minn Leifheit AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-12 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-334/10 — Leifheit AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-432/12 P)

2012/C 355/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Leifheit AG (rappreżentanti: V. Töbelmann u G. Hasselblatt, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Vermop Salmon GmbH.

Talbiet tal-appellanti

(1)

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012, fil-Kawża T-334/10,

(2)

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta’ Mejju 2010, fil-Każ R 924/2009-1,

(3)

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell, kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti;

fil-każ li Vermop Salmon GmbH tieħu sehem fil-proċedura bħala intervenjenti, huwa wkoll mitlub li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha,

(4)

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 Lulju 2012 għandha tiġi annullata, minħabba li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-portata tal-eżami tal-Bord tal-Appell, fl-appell ippreżentat skont l-Artikoli 63(1) u 64(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009 2009, dwar it-trade mark Komunitarja.

Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni il-prinċipju ta’ kontinwità funzjonali bejn l-istanzi tal-UASI u ma rrikonoxxietx li anki l-ilmenti fformulati b’mod espliċitu ma jeżentawx lill-Bord tal-Appell mill-obbligu li jivverifika b’mod komprensiv id-deċiżjoni kkontestata kemm fil-fatt u fil-liġi.

Il-Qorti Ġenerali tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq il-konstatazzjoni li l-kwistjoni tal-użu ġenwin tat-trade marks preċedenti hija kwistjoni preliminari speċifika li mhux neċessarjament tirrikjedi li tkun eżaminata mill-Bord tal-Appell.

B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali kienet injorat il-fatt li din il-kwistjoni, billi intiża sabiex turi l-użu ġenwin, issir parti integrali mill-proċedimenti tal-oppożizzjoni u għalhekk huwa l-Bord tal-Appell li għandu jivverifikaha.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, billi applikat b’mod żbaljat il-prinċipji ġenerali dwar l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.

B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali, fl-evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali, ibbażat ruħha fuq ir-regola empirika, li tgħid li l-konsumaturi jagħti iktar importanza lill-bidu tal-kelma milli l-komponenti l-oħra tat-trade mark, mingħajr ma kkunsidrat l-applikabbiltà ta’ din ir-regola għal dan il-każ.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx kif xieraq l-allegati argumenti tal-appellanti fir-rigward tax-xebh tal-prodotti. Minflok, il-Qorti Ġenerali adottat l-argumenti tal-Bord tal-Appell, mingħajr ma eżaminat l-eżattezza tagħhom.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/13


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 minn Luigi Marcuccio mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-3 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-27/12, Marcuccio vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża C-433/12 P)

2012/C 355/22

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla fl-intier tiegħu u mingħajr ebda eċċezzjoni d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2012 fil-Kawża T-27/12;

prinċipalment: tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-proċeduri sostnuti mill-appellant fl-ewwel istanza tal-kawża kif ukoll fl-appell u tilqa’ fl-intier tagħhom u mingħajr l-ebda eċċezzjoni t-talbiet magħmula mir-rikorrent fil-korp tal-att promotur fl-ewwel istanza;

sussidjarjament: tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi mill-ġdid fuq il-mertu.

Aggravji u argumenti prinċipali

Id-digriet appellat huwa evidentement vvizzjat b’nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, kif ukoll bl-assenza ta’ natura raġonevoli, u ta’ loġika u bi żnaturament tal-fatti. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kklassifikat diversi ittri mibgħuta mill-appellant lill-Avukat Ġenerali Ewlieni tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala talbiet għal eżami mill-ġdid skont l-Artikolu 256(2) TFUE.


Il-Qorti Ġenerali

17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Shell Petroleum et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-343/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Stħarriġ konġunt - Multi - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta’ provokatur u ta’ mexxej - Reċidiva - Tul tal-ksur - Drittijiet tad-difiża - Ġurisdizzjoni sħiħa - Aġir tal-impriża waqt il-proċedura amministrattiva)

2012/C 355/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shell Petroleum NV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi); The Shell Transport and Trading Company Ltd (Londra, ir-Renju Unit); u Shell Nederland Verkoopmaatschappij BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment O. Brouwer, W. Knibbeler u S. Verschuur, sussegwentement O. Brouwer, W. Knibbeler u P. van den Berg, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit minn L. Gyselen, avukat)

Suġġett

Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 2(l), tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], huwa annullat inkwantu jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq Shell Petroleum NV, fuq The Shell Transport and Trading Company Ltd u fuq Shell Nederland Verkoopmaatschappij BV għal EUR 108 miljun.

(2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Shell Petroleum, fuq The Shell Transport and Trading Company Ltd u fuq Shell Nederland Verkoopmaatschappij permezz tal-imsemmi Artikolu 2(l), għandu jitnaqqas għal EUR 81 miljun.

(3)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Total vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Gravità u tul tal-ksur)

2012/C 355/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Total SA (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Lamothe, L. Godfroid u A. Gosset-Grainville, sussegwentement A. Lamothe, L. Godfroid u O. Prost, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum — (il-Pajjiżi l-Baxxi)], u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Total SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Nynäs Petroleum u Nynas Belgium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-347/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Valur miżjud sinjifikattiv - Ugwaljanza fit-trattament)

2012/C 355/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nynäs Petroleum AB (Stokkolma, l-Isveżja); u Nynas Belgium AB (Stokkolma) (rappreżentanti: A. Howard, barrister, M. Dean u D. McGowan, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit minn L. Gyselen, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Nynäs Petroleum AB u Nynas Belgium AB huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Total Nederland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-348/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Natura kontinwata tal-ksur - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Gravità u tul tal-ksur)

2012/C 355/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Total Nederland NV (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Vandencasteele, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Total Nederland NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Dura Vermeer Groep vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-351/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

2012/C 355/27

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Dura Vermeer Groep NV (Rotterdam, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Slotboom, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, avukati, sussegwentement minn A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna r-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Dura Vermeer Groep NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Dura Vermeer Infra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-352/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Drittijiet tad-difiża)

2012/C 355/28

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Dura Vermeer Infra BV (Hoofddorp, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Slotboom, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: inizjalment A. Bouquet u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, avukati, sussegwentement A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna r-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Dura Vermeer Infra BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Vermeer Infrastructuur vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-353/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Eżistenza u klassifikazzjoni ta’ ftehim - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni - Linji gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 81 KE għall-ftehim dwar il-kooperazzjoni orizzontali - Kalkolu tal-ammont tal-multi - Gravità u tul tal-ksur - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża)

2012/C 355/29

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vermeer Infrastructuur BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Slotboom, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, avukati, sussegwentement A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever)

Suġġett

Talba, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], b’mod partikolari sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Vermeer Infrastructuur BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — BAM NBM Wegenbouw u HBG Civiel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-354/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuh tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Eżistenza u klassifikazzjoni ta’ ftehim - Linji gwida dwar il-ftehim dwar il-kooperazzjoni orizzontali - Drittijiet tad-difiża - Multi - Tul tal-ksur)

2012/C 355/30

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti:: BAM NBM Wegenbouw BV (Bunnik, il-Pajjiżi l-Baxxi); u HBG Civiel BV (Gouda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Biesheuvel u J. de Pree, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

BAM NBW Wegenbouw BV u HBG Civiel BV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Koninklijke BAM Groep vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-355/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Tul tal-ksur)

2012/C 355/31

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Koninklijke BAM Groep NV (Bunnik, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Biesheuvel u J. de Pree, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Koninklijke BAM Groep NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Koninklijke Volker Wessels Stevin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-356/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

2012/C 355/32

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Koninklijke Volker Wessels Stevin NV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment E. Pijnacker Hordijk u Y. de Vries, sussegwentement E. Pijnacker Hordijk u X. Reintjes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti inizjalment minn L. Gyselen, F. Tuytschaever u F. Wijckmans, sussegwentement minn L. Gyselen, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Koninklijke Volker Wessels Stevin NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Koninklijke Wegenbouw Stevin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-357/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuh tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Eżistenza u klassifikazzjoni ta’ ftehim - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni - Linji gwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 81 KE għall-ftehim dwar il-kooperazzjoni orizzontali - Drittijiet tad-difiża - Multa - Ċirkustanzi aggravanti - Rwol ta’ provokatur u ta’ mexxej - Assenza ta’ kooperazzjoni - Setgħat ta’ verifika tal-Kummissjoni - Dritt għall-assistenza ta’ avukat - Użu ħażin ta’ poter - Kalkolu tal-ammont tal-multi - Tul tal-ksur - Ġurisdizzjoni sħiħa)

2012/C 355/33

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Koninklijke Wegenbouw Stevin BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment E. Pijnacker Hordijk u Y. de Vries, sussegwentement E. Pijnacker Hordijk u X. Reintjes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti inizjalment minn L. Gyselen, F. Tuytschaever u F. Wijckmans, sussegwentement minn L. Gyselen, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Koninklijke Wegenbouw Stevin BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Heijmans Infrastructuur vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-359/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Oneru tal-prova - Multi - Gravità tal-ksur - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża)

2012/C 355/34

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Heijmans Infrastructuur BV (Rosmalen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Smeets u A. Van den Oord, sussegwentement minn M. Smeets, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bouquet u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, avukati, sussegwentement minn A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever)

Suġġett

Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha bid-deċiżjoni msemmija.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Heijmans Infrastructuur BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Heijmans vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-360/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur)

2012/C 355/35

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Heijmans NV (Rosmalen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment M. Smeets u A. Van den Oord, sussegwentement M. Smeets, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti inizjalment minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, sussegwentement A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever, avukati)

Suġġett

Talba intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċeduri skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna r-rikorrenti, u, sussidjarjament, it-tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuqha minn din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Heijmans NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Ballast Nedam vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-361/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Drittijiet tad-difiża - Effetti ta’ sentenza ta’ annullament fir-rigward ta’ terzi)

2012/C 355/36

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ballast Nedam NV (Nieuwegein, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment A. Bosman u J. van de Hel, sussegwentement A. Bosman u E. Oude Elferink, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti inizjalment minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, sussegwentement minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna r-rikorrenti u, sussidjarjament, minn naħa, talba għal annullament parzjali ta’ din id-deċiżjoni sa fejn hija tiffissa t-tul tal-ksur li tikkonċernaha u, min-naħa oħra, talba għal tnaqqis tal-multa li ġiet imposta fuqha.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ballast Nedam NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Ballast Nedam Infra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-362/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Prova tal-ksur - Gravità tal-ksur - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Drittijiet tad-difiża - Preżentazzjoni ta’ motivi ġodda fil-kawża - Ġurisdizzjoni sħiħa)

2012/C 355/37

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ballast Nedam Infra BV (Nieuwegein, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Bosman u J. van de Hel, sussegwentement minn A. Bosman u E. Oude Elferink, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti inizjalment minn F. Wijckmans, F. Tuytschaever u L. Gyselen, sussegwentement minn F. Wijckmans u F. Tuytschaever, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, min-naħa waħda, talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni msemmija u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament parzjali ta’ din l-istess deċiżjoni sa fejn din tiffissa t-tul tal-ksur fir-rigward tagħha u talba għat-tnaqqis korrelattiv tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 1(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], huwa annullat sa fejn jikkonċerna l-parteċipazzjoni ta’ Ballast Nedam Infra BV fil-ksur bejn il-21 ta’ Ġunju 1996 u t-30 ta’ Settembru 2000.

(2)

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq Ballast Nedam Infra fl-Artikolu 2(a) tad-deċiżjoni msemmija fil-punt (1) iktar ’il fuq hija limitata għal EUR 3,45 miljuni.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Kuwait Petroleum et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/06) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuh tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Valur miżjud sinjifikattiv - Ugwaljanza fit-trattament - Drittijiet tad-difiża)

2012/C 355/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kuwait Petroleum Corp. (Shuwaikh, il-Kuwajt); Kuwait Petroleum International Ltd (Woking, ir-Renju Unit); u Kuwait Petroleum (Nederland) BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Hull, solicitor, u G. Berrisch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, aġent, assistit minn L. Gyselen, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 — Bitum (Il-Pajjiżi l-Baxxi)], u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kuwait Petroleum Corp., Kuwait Petroleum International Ltd u Kuwait Petroleum (Nederland) BV huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 20, 27.01.2007.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Guardian Industries u Guardian Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-82/08) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-ħġieġ ċatt fiż-ŻEE - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Prova tal-ksur - Kalkolu tal-ammont tal-multi - Esklużjoni ta’ ‘captive sales’ (bejgħ minn fornituri lil konsumaturi li huma fil-proprjetà sħiħa jew parzjali tal-imsemmija fornituri) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Ċirkustanzi attenwanti)

2012/C 355/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Guardian Industries Corp. (Dover, Delaware, l-Istati Uniti); u Guardian Europe Sàrl (Dudelange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Völcker, F. Louis, A. Vallery, C. Eggers u H.-G. Kamann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5791 finali, tat-28 ta’ Novembru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.165 — Ħġieġ ċatt), sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti, u t-tnaqqis tal-multa imposta fuqhom permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Guardian Industries Corp. u Guardian Europe Sàrl huma kkundannati għall-ispejjeż. l


(1)  ĠU C 107, 26.04.2008.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Tuzzi fashion vs UASI — El Corte Inglés (Emidio Tucci)

(Kawża T-535/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Emidio Tucci - Trade mark nazzjonali verbali u reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti TUZZI - Isem ta’ kumpannija preċedenti Tuzzi fashion GmbH - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 u Artikolu 62(2) tar-Regolament Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 75 u l-Artikolu 64(2) tar-Regolament Nru 207/2009) - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009) - Artikolu 79 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009))

2012/C 355/40

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Tuzzi fashion GmbH (Fulda, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. L. Rivas Zurdo u E. López Camba, sussegwentement J. L Rivas Zurdo, E. López Camba u E. Seijo Veiguela, u finalment J. L. Rivas Zurdo u E. Seijo Veiguela, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1561/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tuzzi fashion GmbH u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Tuzzi fashion GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 07.03.2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-139/09) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Settur tal-frott u l-ħaxix - ‘Pjanijiet ta’ kontinġenza’ intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Riżorsi tal-Istat - Kofinanzjament minn stabbiliment pubbliku u minn kontribuzzjonijiet volontarji mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi - Argumenti mhux imqajma matul il-proċedura amministrattiva - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2012/C 355/41

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: iniżjalment E. Belliard, G. de Bergues u A.-L. During, sussegwentement E. Belliard, G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 203 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u tal-ħaxix implementati mir-Repubblika Franċiża.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 141, 20.06.2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Fedecom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-243/09) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Settur tal-frott u l-ħaxix - ‘Pjanijiet ta’ kontinġenza’ intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Riżorsi tal-Istat - Kofinanzjament minn stabbiliment pubbliku u minn kontribuzzjonijiet volontarji mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi - Argumenti li jmorru kontra l-punti ta’ fatt prodotti matul il-proċedura amministrattiva - Għajnuna għall-funzjonament - Aspettattivi leġittimi)

2012/C 355/42

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération de l’organisation économique fruits et légumes (Fedecom) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Galvez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 203 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u tal-ħaxix implementati mir-Repubblika Franċiża.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Fédération de l’organisation économique fruits et légumes (Fedecom) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Producteurs de légumes de France vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/09) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Settur tal-frott u l-ħaxix - ‘Pjanijiet ta’ kontinġenza’ intiżi insostenn tas-suq tal-frott u tal-ħaxix fi Franza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Aspettativi leġittimi - Żball sostantiv fil-kalkolu tas-sommom li għandhom jiġu rkuprati)

2012/C 355/43

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Producteurs de légumes de France (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: iniżjalment O. Fachin, sussegwentement O. Redon, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 203 finali, tat-28 ta’ Jannar 2009, dwar il-“pjanijiet ta’ kontinġenza” fis-settur tal-frott u tal-ħaxix implementati mir-Repubblika Franċiża.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Les Producteurs de légumes de France hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Pucci International vs UASI — El Corte Inglés (Emidio Tucci)

(Kawża T-357/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Emidio Tucci - Trade marks Komunitarji figurattivi u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Emilio Pucci u EMILIO PUCCI - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Vantaġġ miksub b’mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 355/44

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Emilio Pucci International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto u E. Gavuzzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. L. Rivas Zurdo, E. López Camba u E. Seijo Veiguela, sussegwentement J. L. Rivas Zurdo u E. Seijo Veiguela, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każijiet magħquda R 770/2008-2 u R 826/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Emilio Pucci International BV u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każijiet magħquda R 770/2008-2 u R 826/2008-2) hija annullata sa fejn tikkonċerna, fl-ewwel lok, il-prova tal-użu tan-nuċċalijiet li jinsabu fi klassi 9 u, fit-tieni lok, l-applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 għan-nuċċalijiet li jinsabu fil-klassi 9, għall-ġojjellerija, għall-ġojjelli artifiċjali u għall-arloġġi li jinsabu fil-klassi 14 u għall-karta tat-tojlit li tinsab fil-klassi 16.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Emilio Pucci International BV hija kkundannata għal terz tal-ispejjeż. L-UASI u El Corte Inglés, SA huma kkundannati għal żewġ terzi tal-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — El Corte Inglés vs UASI — Pucci International (Emidio Tucci)

(Kawża T-373/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Emidio Tucci - Trade marks Komunitarji figurattivi u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti Emilio Pucci u EMILIO PUCCI - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ miksub b’mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 355/45

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. L. Rivas Zurdo, E. López Camba u E. Seijo Veiguela, sussegwentement J. L. Rivas Zurdo u E Seijo Veiguela, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Emilio Pucci International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto u E. Gavuzzi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każijiet magħquda R 770/2008-2 u R 826/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Emilio Pucci International BV u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Applied Microengineering vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-387/09) (1)

(Ħames Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni - Kuntratti għal proġetti ‘Formation of a New Design House for MST’ u ‘Assessment of a New Anodic Bonder’ - Irkupru ta’ parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa - Deċiżjoni li tagħti titolu eżekuttiv - Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-kawża - Bażi legali tar-rikors - Natura tar-raġunijiet invokati - Aspettattivi leġittimi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

2012/C 355/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Applied Microengineering Ltd (Didcot, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: iniżjalment P. Walravens, J. De Wachter, sussegwentement P. Walravens u J. Blockx, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova, aġent, assistit minn R. Van der Hout, avukat)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5797, tas-16 ta’ Lulju 2009, dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 258 560,61, flimkien mal-interessi, dovuta mir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratti IST-1999-11823 FOND MST (Formation of a New Design House for MST) u IST-2000-28229 ANAB (Assessment of a New Anodic Bonder).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Applied Microengineering Ltd hija kkundannata minbarra għall-ispejjeż tagħha, għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2012 — Jurašinović vs Il-Kunsill

(Kawża T-465/09) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Talba għal aċċess għar-rapporti tal-osservaturi tal-Unjoni Ewropea preżenti fil-Kroazja mill-1 sal-31 ta’ Awwissu 1995 - Rifjut ta’ aċċess - Riskju ta’ effett ħażin fuq il-ħarsien tar-relazzjonijiet internazzjonali - Żvelar preċedenti)

2012/C 355/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ivan Jurašinović (Angers, Franza) (rappreżentanti: M. Jarry, u N. Amara-Lebret, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Fekete u K. Zieleśkiewicz, sussegwentement C. Fekete u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tal-21 ta’ Settembru 2009, li tagħti aċċess għal uħud mir-rapporti stabbiliti mill-osservaturi tal-Unjoni Ewropea preżenti fil-Kroazja, fir-reġjun ta’ Knin, bejn l-1 u l-31 ta’ Awwissu 1995.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ivan Jurašinović għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 24, 30.01.2010.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — El Corte Inglés vs UASI — Pucci International (PUCCI)

(Kawża T-39/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUCCI - Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti Emidio Tucci u E. TUCCI - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Emidio Tucci - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) u l-inċiż (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ miksub b’mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 355/48

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. López Camba, J. L. Rivas Zurdo u E. Seijo Veiguela, sussegwentement J. L. Rivas Zurdo u E. Seijo Veiguela, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Emilio Pucci International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto u E. Gavuzzi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 173/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Emilio Pucci International BV.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2012 — Jurašinović vs Il-Kunsill

(Kawża T-63/10) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Talba għal aċċess għal xi dokumenti skambjati mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja matul kawża - Rifjut ta’ aċċess - Riskju ta’ effett ħażin fuq il-ħarsien tar-relazzjonijiet internazzjonali - Riskju ta’ effett ħażin fuq il-ħarsien tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-pariri legali)

2012/C 355/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ivan Jurašinović (Angers, Franza) (rappreżentant: N. Amara-Lebret, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Fekete u K. Zieleśkiewicz, sussegwentement C. Fekete u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill, tas-7 ta’ Diċembru 2009, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-aċċess għad-deċiżjonijiet dwar it-trasmissjoni, lit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja, tad-dokumenti li huwa kien intalab jikkomunika fil-kuntest tal-kawża ta’ Ante Gotovina u dwar il-korrispondenza kollha skambjata f’dan il-kuntest bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u din il-qorti, inklużi l-eventwali annessi, b’mod partikolari t-talbiet inizjali ta’ dokumenti li joriġinaw kemm minn din il-qorti kif ukoll mingħand l-avukati ta’ A. Gotovina.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tas-7 ta’ Diċembru 2009, li tirrifjuta li tagħti lil Ivan Jurašinović l-aċċess għad-deċiżjonijiet dwar it-trasmissjoni, lit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja, tad-dokumenti li huwa kien intalab jikkomunika fil-kuntest tal-kawża ta’ Ante Gotovina u għall-korrispondenza kollha skambjata f’dan il-kuntest bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u din il-qorti, inklużi l-eventwali annessi, b’mod partikolari t-talbiet inizjali ta’ dokumenti li joriġinaw kemm minn din il-qorti kif ukoll mingħand l-avukati ta’ A. Gotovina, hija annullata sa fejn fiha, l-aċċess għall-korrispondenza skambjata bejn il-Kunsill u l-imsemmija qorti, kif ukoll għad-dokumenti li ma humiex ir-rapporti stabbiliti mill-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Komunità Ewropea, annessi ma’ din il-korrispondenza, huwa rrifjutat.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — J vs Il-Parlament

(Kawża T-160/10) (1)

(Dritt għal petizzjoni - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew - Deċiżjoni ta’ arkivjar mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri - Rikors għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Petizzjoni li ma tirrigwardax xi qasam ta’ attività tal-Unjoni)

2012/C 355/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: J (Marchtrenk, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Auer, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u N. Görlitz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tat-2 ta’ Marzu 2010, dwar l-arkivjar mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri tal-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fid-19 ta’ Novembru 2009 (Petizzjoni Nru 1673/2009).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

J. huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Ottubru 2012 — Il-Ġreċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-215/10) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Qoton - Għajnuna lill-iktar ipprivati - Żvilupp rurali - Effikaċità tal-kontrolli - Proporzjonalità)

2012/C 355/51

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment I. Chalkias, G. Skiani u E. Leftheriotou, sussegwentement I. Chalkias, E. Leftheriotou u X. Basakou, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u A. Markoulli, aġenti, assistiti minn N. Korogiannakis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/152/UE, tal-11 ta’ Marzu 2010, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerti spejjeż li saru mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 63, pag. 7), sa fejn din teskludi ċerti spejjeż li saru mir-Repubblika Ellenika.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 195, 17.7.2010.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/10) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Stabbiliment ta’ impriża f’ċerti Stati terzi - Self b’rata mnaqqsa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura - Awtorità ta’ res judicata - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2012/C 355/52

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili u M. Fiorilli, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/134/UE, tal-24 ta’ Marzu 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 4/03 (ex NN 102/02) implimentata mill-Italja favur Wam Spa (ĠU 2011, L 57, p. 29)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Wam Industriale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-303/10) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Stabbiliment ta’ impriża f’ċerti Stati terzi - Self b’rata mnaqqsa - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dmir ta’ diliġenza - Dmir ta’ premura)

2012/C 355/53

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Wam Industriale SpA (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/134/UE, tal-24 ta’ Marzu 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 4/03 (ex NN 102/02) implimentata mill-Italja favur Wam Spa (ĠU 2011, L 57, p. 29).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wam Industriale SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 246, 11.09.2010


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2012 — ELE.SI.A vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/10) (1)

(Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Sitt programm kwadru multiannwali tal-Komunità Ewropea għal azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni li jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni taż-żona Ewropea tar-riċerka u l-innovazzjoni (2002-2006) - Kuntratt li jirrigwarda il-proġett ‘I-Way, Intelligent, co-operative system in cars for road safety’ - Rexxissjoni ta’ kuntratt - Talba għal rimbors tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa - Danni - Rikors intiż għall-akkwist tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha mitluba u għall-kontestazzjoni tat-talba għal rimbors - Kontrotalba)

2012/C 355/54

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Elettronica e sistemi per automazione (ELE.SI.A) SpA (Guidonia Montecelio, l-Italja) (rappreżentanti: P. Tomassi, S. Baratti u P. Caprile, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: A. Aresu u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba intiża għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja li r-rikorrenti tippretendi li tista’ titlob skont il-kuntratt Nru 27195, konkluż fit-13 ta’ Diċembru 2005 bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti, relatat mal-proġett ta’ riċerka msejjaħ “I-Way, Intelligent, co-operative system in cars for road safety”, kif ukoll kontrotalba intiża għar-rimbors ta’ parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa kif ukoll għall-ħlas tad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ippreżentat minn Elettronica e sistemi per automazione (ELE.SI.A) SpA huwa miċħud.

(2)

ELE.SI.A hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 184 129,74, flimkien mal-interessi dekorribbli mit-18 ta’ Mejju 2010, kif ukoll somma ta’ EUR 7 344,46, flimkien mal-interessi dekorribbli mit-18 ta’ Mejju 2010.

(3)

ELE.SI.A hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 25.9.2010.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2012 — Yilmaz vs UASI — Tequila Cuervo (TEQUILA MATADOR HECHO EN MEXICO)

(Kawża T-584/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TEQUILA MATADOR HECHO EN MEXICO - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MATADOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 355/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mustafa Yilmaz (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Kuschmirek, sussegwentement minn F. Stangl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tequila Cuervo, SA de CV (Tlaquepaque, Jalisco, il-Messiku) (rappreżentant: S. Salvetti, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 1162/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mustafa Yilmaz u Tequila Cuervo, SA de CV.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors sa fejn dan jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-13 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 1162/2009 2), sa fejn din aċċettat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodott “xorb alkoħoliku”.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Mustafa Yilmaz għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mill-UASI u minn Tequila Cuervo, SA de CV.


(1)  ĠU C 55, 19.02.2011.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2012 — TI Media Broadcasting u TI Media vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-501/10) (1)

(Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq Taljan tat-televiżjoni bi ħlas - Deċiżjoni li temenda l-impenji annessi ma’ deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE - Sejħa għal offerti għall-għoti ta’ frekwenzi ta’ televiżjoni diġitali terrestri fl-Italja - Tmiem tal-iskop tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Inammissibbiltà)

2012/C 355/56

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Telecom Italia Media Broadcasting Srl (TI Media Broadcasting) (Ruma, l-Italja); u Telecom Italia Media SpA (TI Media) (Ruma) (rappreżentanti: B. Caravita di Toritto, L. Sabelli, F. Pace u A. d’Urbano, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Gencarelli u P. Manzini, sussegwentement L. Malferrari u J. Bourke, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Sky Italia Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4976 finali, tal-20 ta’ Lulju 2010, li temenda l-impenji annessi ma’ deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.2876).

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq l-ewwel u r-raba’ talba.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/27


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2012 — Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/12 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija fl-2008 u fl-2009 mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009 - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi)

2012/C 355/57

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u S. Papaïoannou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u S. Thomas, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/157/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2011, dwar ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009 (ĠU 2012, L 78, p. 21).

Dispożittiv

(1)

Is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/157/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2011, dwar ħlasijiet ta’ kumpens mogħtija mill-Organizzazzjoni Griega tal-Assigurazzjoni Agrikola (ELGA) matul l-2008 u l-2009, sa fejn din id-deċiżjoni tobbliga lir-Repubblika Ellenika sabiex tirkupra l-ammonti ttrasferiti mingħand il-benefiċjarji.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/27


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2012 – CW vs Il-Kunsill

(Kawża T-162/12)

2012/C 355/58

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: CW (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Tekari, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tiddikjara nulla u mingħajr effett id-Deċiżjoni 2012/50/PESK, sa fejn din tikkonċerna lilha;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż, kif ukoll għall-ħlas ta’ EUR 25 000,00 bħala spejjeż li ma jiġux irkuprati.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi bbażati i) fuq il-ksur tar-Regoli tal-Proċedura u tad-drittijiet tad-difiża, ii) fuq in-nuqqas ta’ bażi legali, iii) fuq il-ksur tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1) u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, iv) fuq żball ta’ evalwazzjoni u v) fuq ksur sproporzjonat tad-dritt tal-proprjetà u tal-libertà ta’ impriża.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 62).


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/27


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2012 — Harper Hygienics vs UASI — Clinique Laboratories (CLEANIC natural beauty)

(Kawża T-363/12)

2012/C 355/59

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Harper Hygienics S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Clinique Laboratories LLC (New York, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1134/2011-2), li permezz tagħha ġiet miċħuda l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja “CLEANIC natural beauty” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li t-trade mark tiġi rreġistrata fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha indikati fl-applikazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “CLEANIC natural beauty” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja Nru 54 429 għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 25 u 42, trade mark Komunitarja Nru 2 294 429 għal prodotti fil-klassijiet 35 u 42 u trade mark nazzjonali (Pollakka) Nru 51 732 għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), sa fejn ġie kkonstatat li t-trade mark jixxiebhu u li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku, u ksur tal-Artikolu 8(5) tal-istess regolament


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/28


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2012 — Harper Hygienics vs UASI — Clinique Laboratories (CLEANIC Kindii)

(Kawża T-364/12)

2012/C 355/60

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Harper Hygienics S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, konsulent legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Clinique Laboratories LLC (New York, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1135/2011-2), li permezz tagħha ġiet miċħuda l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja “CLEANIC Kindii” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16;

tibdel id-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li t-trade mark tiġi rreġistrata fir-rigward tal-prodotti u tas-servizzi kollha indikati fl-applikazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “CLEANIC Kindii” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5 u 16

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja Nru 54 429 għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 25 u 42, trade mark Komunitarja Nru 2 294 429 għal prodotti fil-klassijiet 35 u 42 u trade mark nazzjonali (Pollakka) Nru 51 732 għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), sa fejn ġie kkonstatat li t-trade mark jixxiebhu u li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-pubbliku, u ksur tal-Artikolu 8(5) tal-istess regolament


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/28


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2012 — Electric Bike World vs UASI — Brunswick (LIFECYCLE)

(Kawża T-379/12)

2012/C 355/61

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Electric Bike World Ltd (Southampton, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brunswick Corp. (Lake Forest, l-Istati Uniti)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fis-16 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 2308/2011-1; u

tikkundanna lill-UASI u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “LIFECYCLE” għal prodotti fil-klassijiet 12, 18 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8546401

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Spanjola Nru 1271758 “LIFECYCLE”, għal prodotti tal-klassi 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata sa fejn tiċħad l-oppożizzjoni għall-prodotti fil-klassi 12; applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għal dawn il-prodotti miċħuda; rikors għall-prodotti l-oħra fil-klassi 12 miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/29


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2012 — Kampol vs UASI — Colmol (Nobel)

(Kawża T-382/12)

2012/C 355/62

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kampol sp. z o.o. (Świdnica, il-Polonja) (rappreżentant: J. Kępiński, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Colmol-Colchões, SA (Oliveira de Azeméis, il-Portugall)

Talbiet

tilqa’ l-appell u tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 2286/2011-4;

tiċħad fl-intier tagħha l-oppożizzjoni Nru B 1762742 (Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9080078);

tikkundanna lill-UASI jirreġistra t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż; u

alternattivament, tirrinvijja l-kawża quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell sabiex jisma’ l-kawża mill-ġdid, skont il-kriterji vinkolanti stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Nobel” bil-kulur iswed, kulur id-deheb u aħmar, għal oġġetti fil-klassijiet 10 u 24 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9080078

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Portugiża rreġistrata bin-Nru 373184 tat-trade mark verbali “NOBEL” għal oġġetti fil-klassi 20

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/29


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2012 — Ferienhäuser zum See vs UASI — Sunparks Groep (Sun Park Holidays)

(Kawża T-383/12)

2012/C 355/63

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ferienhäuser zum See (Marienmünster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Boden u I. Höfener, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sunparks Groep NV (Den Haan, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 1928/2011-4;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-25 ta’ Lulju 2011; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Sun Park Holidays Die Wohl kinderfreundlichste Art Campingurlaub zu machen!” bil-kuluri blu, isfar u iswed, għal servizzi fil-klassijiet 39 u 43 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9078049

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6852453 għat-trade mark figurattiva bil-kuluri blu u aħdar “Sunparks Holiday Parks”, għal servizzi fil-klassijiet 39, 41 u 43; reġistrazzjoni tal-Benelux Nru 834301 tat-trade mark verbali “SUNPARK”; reġistrazzjoni tal-Benelux Nru 853882 u reġistrazzjoni internazzjonali Nru 992185 tat-trade mark figurattiva “SUNPARKS”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/30


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2012 — Elite Licensing vs UASI — Aguas De Mondariz Fuente del Val (elite BY MONDARIZ)

(Kawża T-386/12)

2012/C 355/64

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Elite Licensing Company SA (Fribourg, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aguas De Mondariz Fuente del Val, SL (Mondariz, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 9/2011-5; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “elite BY MONDARIZ”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 38 u 39 — Applikazjzoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6957872

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali Komunitarja Nru 4995114 “ELITE MODEL LOOK” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 11, 21 u 38; applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Nru 5765185 “elite”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 32, 35, 38, 41, 43 u 44; reġistrazzjoni internazzjonlai tat-trade mark figurattiva Nru 949195 “elite”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 32, 35, 38, 41, 43 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati:

ksur tar-Regoli 48(2), 49(1) u 96(1) tar-Regolament Nru 2868/95; u

ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/30


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2012 — Lifted Research u LRG Europe vs UASI — Fei Liangchen (Lr geans)

(Kawża T-390/12)

2012/C 355/65

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lifted Research Group, Inc (Irvine, l-Istati Uniti) u LRG Europe Ltd (Hertfordshire, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fei Liangchen (Zhejiang, iċ-Ċina)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Ġunju 2012, fil-Każ R 1199/2012-2; u

tikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż tal-appell; alternattivament, jekk il-parti l-oħra fil-proċeduri tintervjeni, il-konvenut u l-intervenjenti għandhom iħallsu flimkien u in solidum l-ispejjeż tal-appell lir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “Lr geans” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5572631

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2473627 għat-trade mark verbali “LIFTED RESEARCH GROUP”, għal prodotti fil-klassi 8; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1591478 għat-trade mark verbali “LIFTED RESEARCH GROUP”, għal prodotti fil-klassi 25; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4709325 għat-trade mark verbali “L R G”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 16, 25, 28, 35, 41 u 42; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2473601 għat-trade mark verbali “L R G” għal prodotti fil-klassi 18; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1591452 għat-trade mark verbali “L R G”, għal prodotti fil-klassi 25; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4708897 għat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta siġra b’salib, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9 u 25; reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 4709218 tat-trade mark figurattiva “L”, għal prodotti fil-klassijiet 9, 18 u 25; applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4988127 tat-trade mark figurattiva “L”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 25 u 35; sinjali mhux irreġistrati użati matul in-negozju fl-Unjoni Ewropea “LIFTED RESEACH GROUP”, “LRG”, “L r geans”, “L”, “Lrg”, “Lr geans”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; u

ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 moqri flimkien mar-Regola 19(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/31


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2012 — Lidl Stiftung vs UASI — Unipapel Industria Comercio y Servicios (UNITED OFFICE)

(Kawża T-391/12)

2012/C 355/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter u S. Paul, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Unipapel Industria Comercio y Servicios, SL (Tres Cantos, Spanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-21 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 745/2011-1 u

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “UNITED OFFICE”, għal prodotti fil-klassijiet 9, 16 u 20 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7454606

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talba għal invalidità kienet ibbażata fuq il-motivi msemmija fl-Artikolu 53(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 u fuq ir-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark verbali “UNIOFFICE” Nru 1445832 għal prodotti fil-klassi 16

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: l-iskadenza tat-trade mark Komunitarja kkontestata li tikkonċerna parti mill-prodotti

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 15(1) moqri flimkien mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/209 u mar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/32


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2012 — Tsujimoto vs UASI — Kenzo (KENZO)

(Kawża T-393/12)

2012/C 355/67

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentant: A. Wenninger-Lenz, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kenzo SA (Pariġi, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Mejju 2012, fil-Każ R 1659/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KENZO”, għal prodotti fil-klassi 33 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6334544

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 720706 għat-trade mark verbali “KENZO”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda kollha kemm hi

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94; u

ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/32


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2012 — Fetim vs UASI — Solid Floor (Solidfloor The professional's choice)

(Kawża T-395/12)

2012/C 355/68

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fetim BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: L. Bakers, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solid Floor Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 884/20011-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “Solidfloor The professional’s choice” għal prodotti fil-klassi 19 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5667837

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark tar-Renju Unit Nru°2390415 tat-trade mark figurattiva “SOLID floor”, għal prodotti fil-klassijiet 19 u 37; isem kummerċjali “Solid Floor Ltd” użat fil-kummerċ fir-Renju Unit; isem ta’ dominju “SOLID Floor” użat fil-kummerċ fir-Renju Unit

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata, oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/33


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2012 — Ubee Interactive vs UASI — Augere Holdings (il-Pajjiżi l-Baxxi) (Ubee Interactive)

(Kawża T-407/12)

2012/C 355/69

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ubee Interactive Corp (Jhubei City, Tajwan) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Augere Holdings (il-Pajjiżi l-Baxxi) BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 1849/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Ubee Interactive”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7397326

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7130248 għat-trade mark verbali “QUBEE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37, 38 u 42; it-trade mark Komunitarja Nru 7224603 għat-trade mark figurattiva “QUBEE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37, 38 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/33


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2012 — Ubee Interactive vs UASI — Augere Holdings (il-Pajjiżi l-Baxxi) (ubee)

(Kawża T-408/12)

2012/C 355/70

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ubee Interactive Corp. (Jhubei City, Tajwan) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Augere Holdings (il-Pajjiżi l-Baxxi) BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 1848/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ubee”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7467111

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7130248 għat-trade mark verbali “QUBEE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37, 38 u 42; it-trade mark Komunitarja Nru 7224603 għat-trade mark figurattiva “QUBEE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37, 38 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/34


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2012 — Vitaminaqua vs UASI — Energy Brands (vitaminaqua)

(Kawża T-410/12)

2012/C 355/71

Lingwa tar-rikors: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Vitaminaqua Ltd (Londra) (rappreżentant: A. Krajnyák, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Energy Brands, Inc. (New York, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Talbiet tar-rikorrenti

temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord talAppell tal-UASI li tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 338 592, dwar it-trade mark figurattiva “vitaminaqua” (Każ R 997/2011-1), u tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark, b’mod li s-sinjal jiġi protett bħala trade mark, skont id-deċiżjoni adottata mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI.

tikkundanna lill-parti li qed topponi jew lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “vitaminaqua” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 32 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 338 592)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Energy Brands, Inc.

Trade mark jew sinjal invokat: fost oħrajn, it-trade marks verbali nazzjonali “VITAMINWATER” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), peress li ma teżisti ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/34


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2012 — Xeda International et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-415/12)

2012/C 355/72

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xeba International SA (Saint-Andiol, Franza); Pace International LLC (Washington, l-Istati Uniti); u Decco Iberica Post Cosecha, SAU (Paterna, Spanja) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2012 (1); u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-att ikkontestat huwa illegali minħabba żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta ġġustifikat l-att ikkontestat abbażi ta’ tħassib ipotetiku: (i) it-tliet metaboliti mhux identifikati u (ii) prodotti pproċessati. Għal dak li jikkonċerna dan it-tħassib, il-Kummissjoni wettqet ukoll żball ta’ liġi billi talbet lir-rikorrenti sabiex jipproduċu probatio diabolica, jiġifieri billi talbet l-identità tal-metaboliti mhux identifikati fit-tuffieħ maħżun filwaqt li dan kien teknikament impossibbli u billi talbet lir-rikorrenti sabiex juru n-nuqqas ta’ riskju għal dak li jikkonċerna l-komponenti b’riskju baxx li jinsabu taħt il-Limitu ta’ Kwantifikazzjoni (LK) f’prodotti pproċessati.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-att ikkontestat huwa illegal minħabba ksur ta’ garanziji previsti mil-liġi u mid-drittijiet tad-difiża. L-att ikkontestat huwa bbażat fuq rapport mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“EFSA”), li introduċa rekwiżit ġdid — il-preżentazzjoni ta’ metodu ta’ analiżi kompletament validu — fi stadju avvanzat ħafna tal-proċedura ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti ppreżentaw id-data mitluba lir-relatur, li, min-naħa tiegħu, evalwahom u pprepara konklużjoni li tipprovdi li d-data kienet suffiċjenti sabiex tingħata risposta għad-domanda mqajma mill-EFSA. Madankollu, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-data ġdida. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma ngħatawx l-opportunità li jirrispondu għad-domanda minħabba ftehim ħażin mill-Kummissjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 (2) għal dak li jikkonċerna l-preżentazzjoni ta’ data ġdida.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-att ikkontestat huwa illegali għaliex huwa sproporzjonat. Anki jekk kien aċċettat li l-istudji l-ġodda ma setgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni, il-Kummissjoni setgħet adottat deċiżjoni ta’ inklużjoni flimkien ma’ miżuri inqas restrittivi, bħal li tissuġġettaha għal data konfermattiva.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 578/2012, tad-29 ta’ Ġunju 2012, dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva difenilammina, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjant (ĠU L 171, p. 2).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008, tas-17 ta’ Jannar 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ proċedura regolari u aċċellerata għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li kienu jagħmlu parti mill-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) ta’ dik id-Direttiva iżda li ma ġewx inklużi fl-Anness I tagħha (ĠU L 15, p. 15).


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/35


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2012 — HP Health Clubs Iberia vs UASI — Shiseido (ZENSATIONS)

(Kawża T-416/12)

2012/C 355/73

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: HP Health Clubs Iberia, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Serrat Viñas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appel: Shiseido Company Ltd (Tokjo, il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Ġunju 2012, fil-Każ R 2212/2010-1;

tiċħad l-oppożizzjoni magħmula minn Shiseido Company Ltd;

tirrinvija l-kawża quddiem l-UASI sabiex it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tiġi rreġistrata għas-servizzi inkwistjoni kollha; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra involuta f’din il-kawża għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-proċedura u fil-proċedimenti preċedenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ZENSATIONS” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 44 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 778 303

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Shiseido Company Ltd

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark denominattiva “ZEN” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 21 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ

Motivi invokati:

ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/35


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 — Kappa Filter Systems GmbH vs UASI (THE FUTURE HAS ZERO EMISSIONS)

(Kawża T-422/12)

2012/C 355/74

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kappa Filter Systems GmbH (Steyr-Gleink, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Hadeyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 817/2012-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “THE FUTURE HAS ZERO EMISSIONS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 11 u 37 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 010139749

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/36


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2012 — Skype vs UASI — British Sky Broadcasting u Sky IP International (skype)

(Kawża T-423/12)

2012/C 355/75

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skype (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor, J. Schmitt, avukat, u J. Mellor, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit); u Sky IP International Ltd (Isleworth)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Lulju 2012 fil-Każ R 1561/2010-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “skype”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4546248

Proprjetarji tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 3203411 għat-trade mark verbali “SKY”, għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38, 41 u 42; reġistrazzjoni ta’ trade mark tar-Renju Unit Nru 2302176 E għat-trade mark verbali “SKY”, għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 38; resġistrazzjoni ta’ trade mark tar-Renju Unit Nru 2302176 B għat-trade mark verbali “SKY”, għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42; reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 1178409 għat-trade mark figurattiva “sky”, għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42; reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 1178540 għat-trade mark figurattiva “sky”, għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42; reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 3166337 għat-trade mark figurattiva “sky”, għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42; reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 3203619 għat-trade mark figurattiva “sky”, għal inter alia prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42; trade mark tar-Renju Unit “SKY”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 38, 41 u 42; trade mark, isem kummerċjali u isem ta’ kumpannija preċedenti u mhux reġistrati “SKY” użati kummerċjalment fir-Renju Unit, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni għall-prodotti u għas-servizzi kollha kkontestati milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/36


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2012 — Sport Eybl & Sports Experts vs UASI — Elite Licensing (e)

(Kawża T-425/12)

2012/C 355/76

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sport Eybl & Sports Experts GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Gumpoldsberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elite Licensing Company SA (Fribourg, l-Isvizzera)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta’ Ġunju 2012, fil-Każ R 881/2011-1 sa fejn tilqa’ l-appell tal-opponenti u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja fil-klassijiet 9, 12, 18, 22, 25 u 28 mressqa mir-rikorrenti; u

tiddikjara li l-konvenut għandu jbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-ittra “e” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 18, 22, 25, 28 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 220 421

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Elite Licensing Company SA

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi nazzjonali, internazzjonali u Komunitarji li jinkludu l-ittra “e” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 32, 35, 38, 41, 43 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/37


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2012 — Heinrich vs UASI — Il-Kummissjoni (European Network Rapid Manufacturing)

(Kawża T-430/12)

2012/C 355/77

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heinrich Beteiligungs GmbH (Witten, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Theis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Lulju 2012 fil-Każ R 793/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “European Network Rapid Manufacturing”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 12, 17 u 42 — Trade mark Komunitarja Nru 7 407 968.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-Kummissjoni Ewropea

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi imitazzjoni mill-perspettiva araldika tal-emblema Ewropea

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u t-trade mark figurattiva ddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri flimkien mal-Artikolu 6b(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi dwar il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2012 — Deutsche Telekom vs UASI — TeliaSonera Denmark (Nuance de magenta)

(Kawża T-583/10) (1)

2012/C 355/78

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 55, 19.02.2011.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2012 — Western Digital u Western Digital Ireland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-452/11) (1)

2012/C 355/79

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 305, 15.10.2011.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2012 — Skyhawke Technologies vs UASI — British Sky Broadcasting u Sky IP International (SKYCADDIE)

(Kawża T-484/11) (1)

2012/C 355/80

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 319, 29.10.2011.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2012 — Western Digital u Western Digital Ireland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-60/12) (1)

2012/C 355/81

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 98, 31.03.2012.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2012 — Tioxide Europe et vs Il-Kunsill

(Kawża T-116/12) (1)

2012/C 355/82

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 126, 28.04.2012.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — Ålands Industrihus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-212/12) (1)

2012/C 355/83

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/39


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Awwissu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-86/12)

2012/C 355/84

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Lizer-Klatka, konsulent legali)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li l-validità tal-lista ta’ riserva tal-kompetizzjoni EPSO AD/60/06 ma tiġix estiża fir-rigward tar-rikorrenti għall-perijodu li matulu kienet fuq leave tal-maternità u fuq leave parentali.

Talbiet tar-rikorrenti

(1)

jannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Ottubru 2011 li ttemm il-validità tal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO AD 60/06 tal-31 ta’ Dċiembru 2011 fir-rigward tar-rikorrenti u d-deċiżjoni tal-10 ta’ Mejju 2012, adottata bi tweġiba għall-ilment tar-rikorrenti Nru R/147/11, kif ukoll jestendi l-validità tal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO AD/60/06 fir-rigward tar-rikorrenti b’tul li jikkorrispondi għal-leave tal-maternità u għal-leave parentali li hija ħadet matul il-perijodu ta’ validità ta’ din il-lista, jiġifieri għal perijodu ta’ 3 snin u 46 jum.

(2)

jiddeċiedi li kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha skont l-Artikolu 89(3) tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Lulju 2007 u skont l-argumenti tar-rikorrenti mressqa fil-punti 56 et seq. ta’ dan ir-rikors.


17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/39


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-97/12)

2012/C 355/85

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tirreklutax lir-rikorrent wara r-riżultat pożittiv tiegħu fil-kompetizzjoni EPSO/AD/177/10-EPA u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni tal-AIPN tal-11 ta’ Novembru 2011 li tirrifjuta li tilqa’ t-talba tad-Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali tal-Kummissjoni Ewropea li li tirrekluta lir-rikorrent billi taħtru u tassenjah bħala uffiċjal fil-pożizzjoni vakanti COM/2011/218;

jannulla d-deċiżjoni tal-AIPN tal-5 ta’ Ġunju 2012 li tiċħad parzjalment l-ilment kontra d-deċiżjoni tal-AIPN tal-11 ta’ Novembru 2011 li tirrifjuta li tilqa’ t-talba tad-Direttorat Ġenerali tal-Politika Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea li tirrekluta r-rikorrent bħala uffiċjal;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkostitwixxi mill-ġdid il-karriera tar-rikorrent.

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ EUR 14 911,07, minbarra l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ pensjoni mix-xahar ta’ Ottubru 2011,

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ EUR 2 500 għad-dannu materjali u morali kkawżat, bla ħsara għal possibbiltà li din is-somma tiżdied jew titnaqqas matul l-iżvolġiment tal-istanza, dawn is-somom għandhom jiżdiedu bl-interessi għad-dewmien, ikkalkolati mid-data ta’ skadenza tas-somom dovuti, bir-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.