ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.344.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 344

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
12 ta' Novembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2012/C 344/01

Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet

1

2012/C 344/02

Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa’ u mill-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni

243

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

12.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/1


Image

F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1) u (4) tat-Trattat TFUE u l-Artikoli 129 u 143 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-Artikoli 139 u 156 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea, fil-laqgħa tagħha tas-6 ta’ Settembru 2012, adottat

IR-RAPPORTI ANNWALI

li jikkonċernaw is-sena finanzjarja 2011.

Ir-rapporti, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet għall-osservazzjonijiet tal-Qorti, intbagħtu lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħra.

Il-Membri tal-Qorti tal-Awdituri huma:

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA (President), David BOSTOCK, Ioannis SARMAS, Igors LUDBORŽS, Jan KINŠT, Kersti KALJULAID, Karel PINXTEN, Ovidiu ISPIR, Nadejda SANDOLOVA, Michel CRETIN, Harald NOACK, Henri GRETHEN, Szabolcs FAZAKAS, Louis GALEA, Ladislav BALKO, Augustyn KUBIK, Milan Martin CVIKL, Rasa BUDBERGYTĖ, Lazaros S. LAZAROU, Gijs DE VRIES, Harald WÖGERBAUER, Hans Gustaf WESSBERG, Henrik OTBO, Pietro RUSSO, Ville ITÄLÄ, Kevin CARDIFF, Baudilio TOMÉ MUGURUZA.

IR-RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

2012/C 344/01

WERREJ

Introduzzjoni ġenerali

Kapitolu 1—

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni u l-informazzjoni ta’ sostenn

Kapitolu 2—

Dħul

Kapitolu 3—

Agrikoltura: Suq u appoġġ dirett

Kapitolu 4—

Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa

Kapitolu 5—

Politika reġjonali, enerġija u trasport

Kapitolu 6—

Impjiegi u affarijiet soċjali

Kapitolu 7—

Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir

Kapitolu 8—

Riċerka u politiki interni oħra

Kapitolu 9—

Nefqa amministrattiva u nfiq ieħor

Kapitolu 10—

Ilħuq tar-riżultati mill-baġit tal-UE

INTRODUZZJONI ĠENERALI

0.1.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-istituzzjoni mwaqqfa bit-Trattat biex twettaq il-verifika tal-finanzi tal-Unjoni Ewropea (UE). Bħala l-awditur estern tal-UE hija taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni u tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE. Aktar informazzjoni dwar il-Qorti tinstab fir-rapport ta’ attività annwali tagħha li, flimkien mar-rapporti speċjali tagħha dwar programmi ta’ nfiq d-dħul tal-UE u l-opinjonijiet tagħha dwar leġiżlazzjoni ġdida jew emendata, huwa disponibbli fuq il-websajt tagħha: www.eca.europa.eu.

0.2.

Dan huwa l-35 Rapport Annwali tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u jkopri s-sena finanzjarja 2011. Rapport Annwali separat ikopri l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.

0.3.

Il-baġit ġenerali tal-UE huwa deċiż kull sena mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Ir-rapport annwali tal-Qorti, flimkien mar-rapporti speċjali tagħha, jagħti bażi għall-proċedura ta’ kwittanza, li fiha l-Parlament Ewropew jiddeċiedi jekk il-Kummissjoni tkunx wettqet ir-responsabbiltajiet tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit b’mod sodisfaċenti. Il-Qorti tibgħat ir-rapport annwali tagħha lill-parlamenti nazzjonali fl-istess ħin li tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

0.4.

Il-parti ċentrali tar-rapport annwali hija d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti (id-“DAS”) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-UE u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet (imsemmija fir-rapport bħala ‘regolarità tat- tranżazzjonijiet’). Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni stess tibda r-rapport; il-materjal ta’ wara jirrapporta prinċipalment dwar ix-xogħol tal-verifika li fuqu hija bbażata d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni.

0.5.

Ir-rapport huwa organizzat kif ġej:

Il-Kapitolu 1 fih id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u sommarju tar-riżultati tal-verifika tal-Qorti dwar l-affidabbiltà ta’ kontijiet u dwar ir-regolarità tat- tranżazzjonijiet, kif ukoll rapport fil-qosor dwar il-ġestjoni tal-baġit fl-2011. L-Anness 1.3 sal-Kapitolu 1 jipprovdi informazzjoni mill-kontijiet konsolidati 2011. Fil-parti l-kbira, dan l-anness jissostitwixxi l-anness għal rapporti annwali preċedenti dwar “Informazzjoni finanzjarja dwar il-baġit ġenerali”. Informazzjoni finanzjarja 2011 aktar estensiva hija ppreżentata fil-kontijiet konsolidati ppubblikati u fir-rapport finanzjarju mħejji mill-Kummissjoni Ewropea, li huma t-tnejn disponibbli fuq:

www.ec.europa.eu/budget/biblio/documents/2011;

Il-Kapitoli 2 sa 9 jagħtu s-sejbiet tal-verifika dettaljati fl-għamla ta’ “valutazzjonijiet speċifiċi” tad-dħul u l-infiq tal-UE. Il-Kapitolu 2 jittratta n-naħa tad-dħul tal-baġit tal-UE; il-Kapitoli 3 sa 9 jittrattaw is-seba’ gruppi tal-oqsma tal-politika li l-infiq mill-baġit tal-UE huwa awtorizzat u rreġistrat fi ħdanhom. Dawn il-gruppi ta’ oqsma tal-politika jikkorrispondu b’mod wiesa’ mal-intestaturi użati fil-Qafas Finanzjarju 2007-2013, li jistipula l-pjanijiet wiesgħa ta’ nfiq multiannwali tal-UE.

Il-Kapitolu 10 janalizza l-valutazzjoni tal-prestazzjoni stipulata fir-rapporti ta’ attività annwali ppreżentati minn tlieta mid-diretturi ġenerali tal-Kummissjoni; u jidentifika temi komuni sinifikanti fir-rapporti speċjali li l-Qorti adottat fl-2011 u jkopri fil-qosor ir-rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni.

0.6.

L-istruttura tal-valutazzjonijiet speċifiċi tbiddlet. Fir-Rapport Annwali ta’ din is-sena l-Kapitolu waħdieni dwar agrikoltura u riżorsi naturali, kif ippreżentat f’rapporti annwali reċenti, huwa sostitwit b’żewġ valutazzjonijiet speċifiċi u kapitoli:

agrikoltura: suq u appoġġ dirett; u

żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa.

0.7.

Barra minn hekk, il-Kapitolu waħdieni dwar koeżjoni, enerġija u trasport huwa sostitwit b’żewġ valutazzjonijiet speċifiċi u kapitoli:

politika reġjonali, enerġija u trasport; u

impjiegi u affarijiet soċjali.

0.8.

Il-valutazzjonijiet speċifiċi huma bbażati prinċipalment fuq: ir-riżultati tal-ittestjar mill-Qorti tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet; fuq valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll prinċipali li jmexxu d-dħul jew l-infiq involut; u fuq analiżi tal-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni.

0.9.

Bħal fis-snin ta’ qabel, ir-Rapport Annwali jikkummenta dwar ir-“rapport ta” sinteżi’ tal-Kummissjoni Ewropew, li fih il-Kummissjoni taċċetta responsabbiltà politika għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE: ara l-paragrafi 1.24 sa 1.30. Fir-rapport ta’ sinteżi tagħha għall-2011 il-Kummissjoni għażlet li tinkludi kummenti kritiċi dwar l-impatt possibbli fuq stimi ta’ żball tal-metodi tal-verifika kurrenti tal-Qorti u dwar l-iżviluppi tagħhom li qegħdin jiġu ppjanati għall-2012 u għas-snin ta’ wara.

0.10.

Il-Qorti tqis dawn il-kummenti bħala impreċiżi u prematuri. Barra minn hekk, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li żviluppi bħal dawn fl-approċċ u fil-metodoloġija tal-verifika tagħha jirriflettu evoluzzjonijiet fl-ambjent tal-verifika tagħha, inkluż il-mod kif inhuwa ġestit l-infiq minn dawk li qegħdin jiġu vverifikati. Bħalma dejjem tagħmel, il-Qorti se tispjega b’mod adegwat kwalunkwe żvilupp fil-metodoloġija tagħha u l-effetti tagħhom b’mod trasparenti u fiż-żmien xieraq.

0.11.

Ir-risposti tal-Kummissjoni għall-osservazzjonijiet tal-Qorti — jew dawk ta’ istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-UE, fejn huwa xieraq — huma ppreżentati fi ħdan id-dokument. Id-deskrizzjoni tal-Qorti tas-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħha tqis ir-risposti relevanti ta' min ġie vverifikat. Madankollu, hija r-responsabbiltà tal-Qorti, bħala l-awditur estern, li tirrapporta s-sejbiet tal-verifika tagħha, tasal għal konklużjonijiet minn dawk is-sejbiet, u b’hekk li tagħti valutazzjoni indipendenti u imparzjali tal-affidabbiltà tal-kontijiet u kif ukoll tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet.


KAPITOLU 1

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni u l-informazzjoni ta’ sostenn

WERREJ

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti mogħtija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport tal-awditur indipendenti

Introduzzjoni

Sejbiet tal-Verifika għas-sena finanzjarja 2011

Affidabbiltà tal-kontijiet

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Sommarju tal-valutazzjonijiet speċifiċi tad-DAS

Tqabbil mar-riżultati tas-sena/snin preċedenti

Affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

Introduzzjoni

Rapporti ta’ attività annwali u dikjarazzjonijiet mid-diretturi ġenerali

Rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni

Il-Ġestjoni Baġitarja

Approprjazzjonijiet baġitarji għal impenji u għal pagamenti

Użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagamenti fi tmiem is-sena

Impenji baġitarji pendenti (“RAL”)

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-QORTI MOGĦTIJA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL — RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

 (1)  (2)

 (3)

Affidabbiltà tal-kontijiet

Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Impenji

Pagamenti

Is-6 ta’ Settembru 2012

Vίtor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12, rue Alcide de Gasperi, 1615 Luxembourg, LUXEMBOURG

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

1.1.

Dan il-kapitolu tar-Rapport Annwali:

jistabbilixxi l-isfond għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti (DAS) (4) u jiġbor fil-qosor u janalizza s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-verifika li fuqhom hija bbażata din id-dikjarazzjoni (ara l-paragrafi 1.2 sa 1.30);

janalizza d-data prinċipali tal-ġestjoni baġitarja 2011 (ara l-paragrafi 1.31 sa 1.38);

jispjega kif il-Qorti twettaq il-verifika tad-DAS tagħha (ara l- Anness 1.1 ); u

jippreżenta l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni fir-rigward tal-osservazzjonijiet dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tas-snin preċedenti. Huwa jinkludi wkoll ir-rispons tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, partikolarment dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji kif ukoll dwar l-użu akbar ta’ prefinanzjament, fir-rapporti annwali preċedenti tagħha (ara l- Anness 1.2 )

 

1.2.

Il-Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tista’ tikkompleta din id-dikjarazzjoni b’valutazzjonijiet speċifiċi ta’ kull qasam prinċipali ta’ attività tal-UE (5).

 

1.3.

L-għan tal-ħidma fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tinkiseb biżżejjed evidenza xierqa li twassal għal konklużjoni dwar il-punt safejn id-dħul, in-nefqa, l-attivi u l-passivi ġew irreġistrati kif suppost u li l-kontijiet konsolidati jirriflettu b'mod leali l-pożizzjoni finanzjarja fil-31 ta’ Diċembru 2011, u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-likwidità tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar (ara l-paragrafi 1.6 sa 1.8).

 

1.4.

L-għan tal-ħidma dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-2011 huwa li tinkiseb biżżejjed evidenza xierqa biex tittieħed konklużjoni dwar jekk dawk it-tranżazzjonijiet humiex skont ir-regolamenti applikabbli jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali, u jekk ġewx ikkalkulati tajjeb (ara l-paragrafi 1.9 sa 1.15 għal ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati u l-Kapitoli 2 sa 9 għal aktar dettalji).

 

1.5.

L-għan tal-ħidma dwar l-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni, jiġifieri d-dikjarazzjonijiet tad-diretturi ġenerali u r-rapporti ta’ attività annwali tas-servizzi tal-Kummissjoni u r-rapport ta’ sinteżi relatat, huwa sabiex jiġi vvalutat il-punt sa fejn dawn jagħtu valutazzjoni ġusta tal-kwalità tal-ġestjoni finanzjarja (inklużi livelli ta’ żball residwu), u jikkontribwixxu għall-assigurazzjoni ġenerali tal-Qorti (ara l-paragrafi 1.16 sa 1.30 u osservazzjonijiet relatati fit-taqsimiet “Effettività tas-sistemi” fil-Kapitoli 2 sa 9).

 

SEJBIET TAL-VERIFIKA GĦAS-SENA FINANZJARJA 2011

Affidabbiltà tal-kontijiet

1.6.

L-osservazzjonijiet tal-Qorti jikkonċernaw il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 imħejjija mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u approvati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament Finanzjarju (6) u li waslu għand il-Qorti fil-31 ta’ Lulju 2012. Il-kontijiet konsolidati jinkludu:

(a)

ir-rapporti finanzjarji konsolidati li jkopru l-karta tal-bilanċ (b’deskrizzjoni tal-attivi u l-passivi fi tmiem is-sena), il-kont tar-riżultat ekonomiku (li jkopri d-dħul u l-ispejjeż tas-sena), it-tabella tal-likwidità (li turi kif bidliet fil-kontijiet jolqtu l-likwidità u l-ekwivalenti ta’ likwidità) u d-dikjarazzjoni ta’ bidliet fl-attivi netti kif ukoll in-noti relatati;

(b)

ir-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li tkopri d-dħul u l-infiq għas-sena kif ukoll in-noti relatati.

 

1.7.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ta ittra ta’ rappreżentazzjoni lill-Qorti li tikkonferma li l-kontijiet konsolidati huma kompluti u affidabbli fl-aspetti materjali kollha.

 

1.8.

Il-verifika mill-Qorti tal-kontijiet konsolidati 2011 sabet li dawn kienu ħielsa minn dikjarazzjonijiet żbaljati materjali (ara wkoll l- Anness 1.2 ).

 

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Sommarju tal-valutazzjonijiet speċifiċi tad-DAS

1.9.

Fil-Kapitolu 2 il-Qorti tipprovdi valutazzjonijiet speċifiċi dwar id-dħul u fil-Kapitoli 3 sa 9 dwar il-gruppi differenti tal-politika ta’ nfiq ibbażati fuq oqsma tal-politika tal-Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività (ABB) (ara t- Tabella 1.1 ).

 

Tabella 1.1 —   Pagamenti fl-2011 skont il-kapitoli tar-Rapport Annwali

(EUR miljun)

Taqsimiet (S), Titoli (T) u Kapitoli (C)  (36) li jikkorrispondu man-nomenklatura baġitarja 2011 allokata għal kull kapitolu tar-Rapport Annwali tal-Qorti

Pagamenti li saru fl-2011  (37)

f'% tat-total

Kapitoli tar-Rapport annwali

Kapitolu 3: Agrikoltura: suq u appoġġ dirett

43 809

33,9 %

Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (T.05 C01-03, 06-08)

43 809

33,9 %

Kapitolu 4: Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa

13 876

10,7 %

Żvilupp rurali (T.05 C04-05)

12 399

9,6 %

Ambjent u azzjoni klimatika (T.07)

240

0,2 %

Affarijiet marittimi u sajd (T.11)

731

0,6 %

Saħħa u protezzjoni tal-konsumatur (T.17)

506

0,4 %

Kapitolu 5: Politika reġjonali, enerġija u trasport

34 842

26,9 %

Mobilità u trasport (T.06)

1 042

0,8 %

Politika reġjonali (T.13)

32 911

25,4 %

Enerġija (T.32)

889

0,7 %

Kapitolu 6: Impjiegi u affarijiet soċjali

10 299

8,0 %

Impjiegi u affarijiet soċjali (T.04)

10 299

8,0 %

Kapitolu 7: Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir

6 201

4,8 %

Relazzjonijiet esterni (T.19)

3 156

2,4 %

Żvilupp u relazzjonijiet mal-Istati AKP (T.21)

1 175

0,9 %

Tkabbir (T.22)

835

0,6 %

Għajnuna umanitarja (T.23)

1 035

0,8 %

Kapitolu 8: Riċerka u politiki interni oħra

10 591

8,2 %

Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji (T.01)

319

0,2 %

Intrapriża (T.02)

1 213

0,9 %

Kompetizzjoni (T.03)

0

0,0 %

Riċerka (T.08)

4 283

3,3 %

Soċjetà tal-informazzjoni u midja (T.09)

1 357

1,0 %

Riċerka diretta (T.10)

89

0,1 %

Suq intern (T.12)

34

0,0 %

Edukazzjoni u kultura (T.15)

2 283

1,8 %

Komunikazzjoni (T.16)

134

0,1 %

Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (T.18)

868

0,7 %

Kummerċ (T.20)

11

0,0 %

Kapitolu 9: Nefqa amministrattiva u nfiq ieħor

9 777

7,6 %

Il-Parlament (S. I)

1 580

1,2 %

Il-Kunsill (S. II)

547

0,4 %

Il-Kummissjoni (S. III)

6 264

4,8 %

Il-Qorti tal-Ġustizzja (S. IV)

334

0,3 %

Il-Qorti tal-Awdituri (S. V)

137

0,1 %

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (S. VI)

126

0,1 %

Il-Kumitat tar-Reġjuni (S. VII)

91

0,1 %

L-Ombudsman Ewropew (S. VIII)

9

0,0 %

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (S. IX)

7

0,0 %

Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (S.X)

682

0,5 %

Total Finali

129 395

100,0 %

1.10.

Il-Qorti tikkonkludi li d-dħul (EUR 130 000 miljun) (7) u l-pagamenti fil-grupp tal-politika nefqa amministrattiva u nfiq ieħor (EUR 9 777 miljun) kienu ħielsa minn żball materjali u li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati kienu effettivi (ara t- Tabella 1.2 u l-paragrafi 2.35 sa 2.36 u 9.30 sa 9.32). L-impenji fil-gruppi tal-politika kollha wkoll kienu ħielsa minn żball materjali.

 

1.11.

Il-Qorti tikkonkludi wkoll li l-grupp tal-politika relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir (EUR 6 201 miljun) kien ħieles minn żball materjali u li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati kienu parzjalment effettivi. Madankollu l-pagamenti interim u finali kienu soġġetti għal żball materjali (ara t- Tabella 1.2 u l-paragrafi 7.26 sa 7.27).

1.11.

Il-Kummissjoni fasslet il-kontrolli tagħha biex ikopru ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-proġetti multiannwali tagħha. Hija temmen li dawn is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll huma effettivi u sena wara sena sar titjib sinifikattiv fihom.

1.12.

Il-Qorti tikkonkludi li l-gruppi tal-politika segwenti kienu milquta minn żball materjali: agrikoltura: suq u appoġġ dirett (EUR 43 801 miljun f’nefqa rimborżata (8)), żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa (EUR 13 310 miljun f’nefqa rimborżata (8)), politika reġjonali, enerġija u trasport (EUR 33 373 miljun f’nefqa rimborżata (8)), impjiegi u affarijiet soċjali (EUR 10 171 miljun f’nefqa rimborżata (8)) u riċerka u politiki interni oħra (EUR 10 591 f’pagamenti). Barra minn hekk, il-Qorti tikkonkludi li għal dawn il-gruppi tal-politika s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati kienu parzjalment effettivi (ara t- Tabella 1.2 u l-paragrafi 3.42 sa 3.43, 4.51 sa 4.52, 5.70 sa 5.71, 6.27 sa 6.28 u 8.37 sa 8.38).

1.13.

Il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti ġenerali kienu materjalment milquta minn żball u li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati għall-pagamenti kienu, b’mod ġenerali, parzjalment effettivi (ara t- Tabella 1.2 ).

1.12 – 1.13

Fir-rigward tal-kapitolu dwar l-Agrikoltura: Suq u Appoġġ Dirett, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-iżball l-aktar probabbli ddeterminat mill-Qorti għas-sena finanzjarja 2011 jirrappreżenta żieda żgħira meta wieħed iqabbel mas-sena l-oħra iżda din xorta waħda hija fil-medda normali tal-varjazzjoni statistika ta’ bejn sena u oħra u ma tindikax deterjorament tal-kwalità ġenerali tal-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, meħudin flimkien, ir-rati ta’ żball stabbiliti mill-Qorti matul dawn l-aħħar snin jipprovdu evidenza affidabbli li r-rata ta’ żball l-aktar probabbli għall-FAEG hija relattivament qrib il-limitu minimu ta’ 2 % tal-materjalità. Fir-rigward tal-Iżvilupp rurali, il-valutazzjoni li għamlet il-Kummissjoni nnifisha tal-livell ta’ pagamenti mhux dovuti, fuq il-bażi tal-istatistika ta’ kontroll ipprovduta mill-Istati Membri fl-2011, turi li s-sitwazzjoni marret għall-agħar. Dan wassal lid-Direttur Ġenerali għad-DĠ AGRI biex idaħħal riserva fir-rapport ta’ attività annwali tiegħu għall-2011. Qed jiġu identifikati numru ta’ azzjonijiet korrettivi sabiex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni. Rigward is-sistemi ta’ sorveljanza u ta' kontroll li jeżistu fil-qasam tal-Agrikoltura, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li, b’mod ġenerali, is-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll (is-SIAK), li tirrappreżenta 91 % tan-nefqa totali tal-FAEG, hija sistema effettiva ta’ kontroll biex jiġi limitat ir-riskju ta’ żball jew ta’ nefqa irregolari, u tixtieq tfakkar li r-riskju li jibqa’ għall-baġit tal-UE huwa kopert kif xieraq permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità. Ara r-risposti għall-punti 3.10, 3.14-3.15, 3.42, 4.10, 4.43, 4.51 u 4.52.

Kif muri fit-tabella 1.3, l-iżball l-aktar probabbli li jirriżulta meta wieħed jieħu flimkien il-kapitoli tal-Politika Reġjonali, tat-Trasport, tal-Enerġija u x-Xogħol, u tal-Affarijiet Soċjali jonqos konsiderevolment meta wieħed iqabbel mal-2010, minn 7,7 % għal 5,1 %. Barra minn hekk, għat-tielet sena konsekuttiva, il-livell ta’ żball għal kull parti ta’ dak li qabel kien il-grupp ta’ politiki dwar il-Koeżjoni, l-Enerġija u t-Trasport (bl-iżball l-aktar probabbli jkun 6,0 % għall-Politika Reġjonali, l-Enerġija u t-Trasport u 2,2 % għax-Xogħol) jibqa’ sew taħt dawk irrappurtati mill-Qorti fil-perjodu bejn l-2006 u l-2008. Dan l-iżvilupp pożittiv huwa r-riżultat tat-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll tal-perjodu ta’ pprogrammazzjoni 2007-2013, tal-politika stretta ta’ interruzzjonijiet/sospensjonijiet meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet li adottat il-Kummissjoni skont il-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għall-2008, u tal-impatt pożittiv tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni previsti fir-regolamenti għall-perjodu attwali ta' programmazzjoni. Il-Kummissjoni se tkompli tiffoka l-azzjonijiet tagħha fuq il-programmi u/jew l-Istati Membri li l-aktar li jinsabu f’riskju.

Fir-rigward tal-kapitolu tar-Riċerka u politiki interni oħrajn, il-Kummissjoni hija tal-fehma li meta wieħed iħares lejhom mill-perspettiva tal-ġestjoni — i.e. meta wieħed jibbilanċja l-miri f’termini ta’ legalità u regolarità permezz ta’ kunsiderazzjonijiet dwar il-proporzjonalità tar-riskju u dwar l-effettività tal-kontrolli meta wieħed iqis l-ispiża — is-sistemi ta' ġestjoni u ta’ kontroll tagħha jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli, suġġett għar-riżervi tal-uffiċjali awtorizzanti b’delega.

Fl-aħħar nett, b 'referenza partikulari għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit tal-UE (l-Artikolu 22a(2)(f) tar-Regolament li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 28(2b)(g) tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid), u fid-dawl tat-tnaqqis propost tar-riżorsi disponibbli tagħha u tal-miżuri attwali meħudin mill-Istati Membri, il-Kummissjoni se tqis l-ispiża u l-benefiċċji tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti qabel ma tieħu u/jew tipproponi azzjoni xierqa.

Tabella 1.2 —   2011 Sommarju tas-sejbiet dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Grupp tal-politika

Pagamenti

(EUR miljun)

Valutazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati  (39)

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

(MLE)

(%)

Intervall ta’ fiduċja

(%)

Frekwenza tal-iżbalji  (40)

(%)

Konklużjonijiet tal-verifika

Limitu inferjuri tal-iżball

(LEL)

Limitu superjuri tal-iżball

(UEL)

Agrikoltura: suq u appoġġ dirett (38)

43 801 (41)

Parzjalment effettivi

2,9  (46)

1,1

4,7

39

Milquta minn żball materjali

Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa (38)

13 310 (42)

Parzjalment effettivi

7,7  (47)

4,5

10,9

57

Milquta minn żball materjali

Politika reġjonali, enerġija u trasport (38)

33 373 (43)

Parzjalment effettivi

6,0

3,0

9,0

59

Milquta minn żball materjali

Impjiegi u affarijiet soċjali (38)

10 171 (44)

Parzjalment effettivi

2,2

0,9

3,4

40

Milquta minn żball materjali

Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir

6 201

Parzjalment effettivi

1,1

0,0

2,4

33

Ħielsa minn żball materjali

Riċerki u politiki interni oħra

10 591

Parzjalment effettivi

3,0

1,1

4,9

49

Milquta minn żball materjali

Nefqa amministrattiva u nfiq ieħor

9 777

Effettivi

0,1

0,0

0,3

7

Ħielsa minn żball materjali

Popolazzjoni vverifikata inġenerali

127 224 (45)

Parzjalment effettivi

3,9  (48)

3,0

4,8

44

Milquta minn żball materjali

Dħul

130 000 (49)

Effettivi

0,8

0,0

2,4

2

Ħielsa minn żball materjali

Tqabbil mar-riżultati tas-sena/snin preċedenti

1.14.

L-istima mill-Qorti tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli li tikkonċerna l-pagamenti għall-2011 hija ogħla milli fl-2010 f’:

1.14.

Agrikoltura: suq u appoġġ dirett; u żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa (meta mqabbel mal-grupp tal-politika preċedenti agrikoltura u riżorsi naturali).

Għall-Agrikoltura: Suq u Sostenn Dirett, il-Kummissjoni hija tal-fehma li ż-żieda żgħira meta wieħed iqabbel mas-sena l-oħra għadha fil-firxa normali tal-varjazzjoni tal-istatistika minn sena għal oħra u ma tindikax deterjorament tal-kwalità ġenerali tal-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa mill-Istati Membri.

Fir-rigward tal-Iżvilupp Rurali, il-Kummissjoni taqbel li hemm deterjorament tas-sitwazzjoni, għalkemm aktar limitata minn dak li ġie rrappurtat mill-Qorti.

Il-Kummissjoni tinnota li l-konklużjoni tal-Qorti hija dwar il-grupp ta’ politiki kollu kemm hu, mhux dwar is-sottogruppi.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li, meta wieħed iħares lejhom mil-lenti tal-ġestjoni — i.e. meta wieħed jibbilanċja l-miri f’termini ta’ legalità u regolarità permezz ta’ kunsiderazzjonijiet dwar il-proporzjonalità tar-riskju u l-effettività tal-kontrolli meta wieħed iqis in-nefqa — is-sistemi ta' ġestjoni u ta’ kontroll tagħha li huma applikabbli għall-programmi tal-qasam tar-Riċerka u Politiki Interni oħrajn jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli, suġġett għar-riservi tal-uffiċjali awtorizzanti b’delega.

Riċerka u politiki interni oħra.

 

F’dawn il-gruppi tal-politika segwenti — politika reġjonali, enerġija u trasport; u impjiegi u affarijiet soċjali (meta mqabbel mal-grupp tal-politika preċedenti koeżjoni, enerġija u trasport) — naqset l-istima mill-Qorti tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli.

Il-Kummissjoni tosserva li, għat-tielet sena konsekuttiva, il-livell ta’ żball jibqa’ sew taħt dak irrappurtat mill-Qorti fil-perjodu bejn l-2006 u l-2008. Dan l-iżvilupp pożittiv huwa r-riżultat tat-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 u l-politika stretta tagħha ta’ interruzzjonijiet / sospensjonijiet meta jiġu identifikati nuqqasijiet, skont il-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għall-2008. Kif muri fit-tabella 1.3, l-iżball l-aktar probabbli meta wieħed jieħu flimkien il-kapitoli dwar il-Politika Reġjonali, it-Trasport, l-Enerġija u l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali naqas ukoll b'mod konsiderevoli meta mqabbel mal-2010, minn 7,7 % għal 5,1 %.

Fil-gruppi tal-politika l-oħra (relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir; u nefqa amministrattiva u nfiq ieħor) l-istima mill-Qorti tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli baqgħet stabbli (ara t- Tabella 1.3 ).

 

1.15.

Meħuda flimkien, ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti għall-pagamenti fit-totalità tagħhom baqgħet stabbli meta mqabbla mal-2010 (3,9 % fl-2011 u 3,7 % fl-2010, ara wkoll it- Tabella 1.3 u l- Grafika 1.1 ) (9). Il-Qorti sabet li fit-tranżazzjonijiet ittestjati madwar tnejn minn kull ħamsa kienu milquta minn żball (2010: madwar terz tat-tranżazzjonijiet). Il-frekwenza tal-iżbalji maqbuda mill-Qorti żdiedet għall-gruppi tal-politika kollha, ħlief għall-grupp tal-politika preċedenti koeżjoni, enerġija u trasport u nefqa amministrattiva u nfiq ieħor fejn baqgħet stabbli (ara t- Tabella 1.3 ).

1.15.

Wara li kkunsidrat il-valutazzjoni l-ġdida tal-iżbalji tal-kundizzjonalità fil-kapitolu dwar l-Agrikoltura, il-Kummissjoni tirrimarka li l-iżball l-aktar probabbli stmat mill-Qorti huwa qrib ħafna ta’ dak tal-2010 minkejja għadd ta’ fatturi tekniċi u strutturali kuntrarji (il-programmi multiannwali tal-UE daħlu f’fażi kritika b’pagamenti dejjem aktar kumplessi, li inevitabbilment huma aktar suxxettibbli għall-iżbalji).

Tabella 1.3 —   Tqabbil tar-riżultati tal-verifika għall-2010 u għall-2011

Grupp tal-politika

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

(MLE)

(%)

Intervall ta’ fiduċja

(%)

Frekwenza tal-iżbalji

(%)

Konklużjonijiet tal-verifika

Limitu inferjuri tal-iżball

(LEL)

Limitu superjuri tal-iżball

(UEL)

2010

2011

2010

2011

2010

2011

2010

2011

2010

2011

Agrikoltura: suq u appoġġ dirett

2,3

4,0 (50)

2,9

0,8

2,5

1,1

3,8

5,6

4,7

37

48

39

Milquta minn żball materjali

Milquta minn żball materjali

Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa

7,7

4,5

10,9

57

Milquta minn żball materjali

Politika reġjonali, enerġija u trasport

7,7

5,1 (50)

6,0

4,7

3,2

3,0

10,7

7,1

9,0

49

50

59

Milquta minn żball materjali

Milquta minn żball materjali

Impjiegi u affarijiet soċjali

2,2

0,9

3,4

40

Milquta minn żball materjali

Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir

1,7

1,1

0,1

0,0

3,3

2,4

23

33

Ħielsa minn żball materjali

Ħielsa minn żball materjali

Riċerki u politiki interni oħra

1,4

3,0

0,6

1,1

2,1

4,9

39

49

Ħielsa minn żball materjali

Milquta minn żball materjali

Nefqa amministrattiva u nfiq ieħor

0,4

0,1

0,0

0,0

1,1

0,3

7

7

Ħielsa minn żball materjali

Ħielsa minn żball materjali

Popolazzjoni vverifikata inġenerali

3,7

3,9  (51)

2,6

3,0

4,8

4,8

36

44

Milquta minn żball materjali

Milquta minn żball materjali

Dħul

0,0

0,8

N/A

0,0

N/A

2,4

N/A

2

Ħielsa minn żball materjali

Ħielsa minn żball materjali

Image

Affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

Introduzzjoni

1.16.

Skont l-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà aħħarija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Punt ċentrali tas-sistema preżenti tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE (li ġiet irriveduta bir-reqqa abbażi ta’ riforma varata f'April 2000 (10) bi tweġiba għal riżoluzzjoni adottata mill-Parlament Ewropew (11)) huwa r-responsabbiltà tad-diretturi ġenerali. Dawn tal-aħħar iridu jistabbilixxu sistemi effettivi ta’ sorveljanza u kontroll li jilħqu standards definiti minn qabel (12).

 

1.17.

Id-diretturi ġenerali tal-Kummissjoni jirrappurtaw kull sena dwar il-prestazzjoni ta’ dmirijiethom f’rapporti ta’ attività annwali (13). Dawn huma akkumpanjati minn dikjarazzjonijiet fost l-oħrajn dwar il-punt sa fejn ir-riżorsi ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom, u sa fejn il-proċeduri ta’ kontroll jiżguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Meta huma jidentifikaw problemi sinifikanti f’dawn l-aspetti, id-diretturi ġenerali jistgħu jinkludu riżervi fid-dikjarazzjonijiet tagħhom.

 

1.18.

Il-Kummissjoni tassumi responsabbiltà politika għall-ġestjoni mid-diretturi ġenerali tagħha permezz tar-rapport ta’ sinteżi. Dan ir-rapport juża rappreżentazzjonijiet mogħtija mid-diretturi ġenerali fir-rapporti ta’ attività annwali tagħhom, kif ukoll sorsi oħra, bħall-opinjoni ġenerali tal-awditur intern. Ir-rapport jiddeskrivi wkoll il-miżuri meħuda mill-Kummissjoni biex jiġu indirizzati nuqqasijiet ta’ ġestjoni u kontroll.

 

Rapporti ta’ attività annwali u dikjarazzjonijiet mid-diretturi ġenerali  (14)

Ammont akbar ta’ pagamenti taħt riżerva

1.19.

Għalkemm id-diretturi ġenerali ddikjaraw li l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet, l-għadd ta’ direttorati ġenerali jew servizzi li ħarġu riżerva waħda jew aktar żdied għal 16 fl-2011 (2010: 13). L-għadd totali ta’ riżervi żdied għal 27 fl-2011 (2010:17), li l-biċċa kbira minnhom, bħal fis-snin preċedenti, jirriferu għal dgħufijiet dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet. It-total tal-impatt finanzjarju stmat ta’ riżervi żdied għal EUR 1 959 miljun jew 1,5 % tal-pagamenti li saru fl-2011 (2010: EUR 423 miljun jew 0,3 %) (ara t- Tabella 1.4 u l-Kapitoli 2 sa 9).

 

Tabella 1.4 —   Riżervi maħruġa mid-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni għall-2011

(EUR miljun)

DĠ/Servizzi  (52)

Riżervi

Total tal-pagamenti għal attivitajiet tal-ABB  (53)

Impatt finanzjarju tar-riżervi  (54)

AGRI

1 —

Nuqqasijiet serji fis-SIAK fil-BG u fil-PT

Riskju ta’ reputazzjoni

2 —

Nefqa tal-iżvilupp rurali

12 292,02

278,00

3 —

Nuqqasijiet fis-sorveljanza u l-kontroll ta’ prodotti organiċi ċertifikati

Riskju ta’ reputazzjoni

BUDG

1 —

Dubji dwar l-affidabbiltà fir-rigward tal-proċeduri u s-sistemi ta’ approvazzjoni u kontabilistiċi Belġjani u dwar il-korrettezza tal-ammonti TOR trasferiti għall-baġit tal-UE.

Mhux stmat

CLIMA

1 —

Dgħufijiet sinifikanti tas-sigurtà fir-reġistri nazzjonali tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) wara ċiberattakki f'bosta Stati Membri fl-2010 u fl-2011

Riskju ta’ reputazzjoni

COMM

1 —

Nonkonformità potenzjali mal-leġiżlazzjoni applikabbli fuq id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali

Mhux stmat

EACEA

Materjalità tal-valur 2011 f'riskju li jirriżulta mir-rati ta’ żball fil-pagamenti ta’ għotjiet tal-baġit tal-programm 2011 għall-programm LLP (2007-2013)

1 189,68

4,26

EMPL

1 —

Nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll (perjodu 2007-2013) għal PO identifikati tal-FSE f'BE, CZ, DE, ES, IT, LV, LT, RO, SK u UK u Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

9 557,19

58,70

2 —

Nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll (perjodu 2000-2006) għal PO identifikati tal-FSE f'DE, FR, IT, u ES li ma kinux soġġetti għal miżuri suffiċjenti ta’ kontroll u korrettivi mill-awtoritajiet nazzjonali

437,04

0,00

ENER

1 —

Rata ta’ żball residwu fir-rigward tal-preċiżjoni tal-klejms ta’ spejjeż f'kuntratti tal-FP6

25,79

1,15

2 —

Rata ta’ żball residwu fir-rigward tal-preċiżjoni tal-klejms ta’ spejjeż f'kuntratti tal-FP7

133,43

5,26

ENTR

1 —

Preċiżjoni tal-klejms ta’ spejjeż fl-FP6

4,17

0,16

2 —

Preċiżjoni tal-klejms ta’ spejjeż fl-FP7

419,65

0,93

3 —

Affidabbiltà tar-rappurtar finanzjarju mill-ESA dwar l-implimentazzjoni konġunta tal-komponent spazjali tal-GMES u l-implimentazzjoni tal-programmi EGNOS u Galileo

Mhux stmat

HOME

1 —

Rata ta’ żball residwu fil-popolazzjoni mhux ivverifikata ta’ għotjiet fil-programmi taħt under l-attività ABB Sigurtà u salvagwardja tal-libertajiet

132,90

3,09

2 —

Għad hemm riskju ta’ dewmien tal-proġett SIS II

Riskju ta’ reputazzjoni

INFSO

1 —

Preċiżjoni tal-klejms ta’ spejjeż ta’ ftehimiet ta’ għotjiet tal-FP7

1 217,06

22,60

MARE

1 —

Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-FIFG OPS f'DE (Objettiv 1)

Riskju ta’ reputazzjoni

2a —

Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-programmi EFF f'CZ, ES, IT, NL, RO, SK, FI u SE

444,42

9,11

2b —

Eliġibbiltà tal-infiq għal investimenti abbord

10,71

MOVE

1 —

Preċiżjoni tal-klejms ta’ spejjeż f'kuntratti FP6

19,29

0,86

2 —

Preċiżjoni tal-klejms ta’ spejjeż f'kuntratti FP7

39,68

1,23

REA

Preċiżjoni tal-klejms ta’ spejjeż b'impatt fuq finanzjament mogħti mill-UE għar-Riċerka għal temi ta’ Spazju u Sigurtà tal-Programm Speċifiku ta’ Kooperazzjoni taħt l-FP7

423,82

3,63

REGIO

1 —

Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-FEŻR/Fond ta’ Koeżjoni/IPA (perjodu 2007-2013) f'BG, CZ, DE, EE, ES, FR, IT, LV, LT, NL, AT, PL, SI, SK, UK u Prorammi ta’ Kooperazzjoni Territorjali

30 044,46

1 427,00

2 —

Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-FEŻR/Fond ta’ Koeżjoni/IPA (perjodu 2000-2006) f'DE, IE, ES, IT, HU u Programmi Transkonfinali

Riskju ta’ reputazzjoni

RTD

1 —

Preċiżjoni tal-klejms ta’ spejjeż f'għotjiet tal-FP6

517,11

20,56

2 —

Preċiżjoni tal-klejms ta’ spejjeż f'għotjiet tal-FP7

3 765,16

100,80

SANCO

1 —

Preċiżjoni tal-klejms ta’ spejjeż tal-Istati Membri taħt il-programmi għall-qerda u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali fil-qasam tal-politika li jirrigwarda l-ikel u l-għalf

256,23

10,70

Total

60 919,10

1 958,75

1.20.

Iż-żidiet fil-għadd ta’ riżervi, direttorati ġenerali kkonċernati u l-impatt finanzjarju stmat jirriflettu r-rikonoxximent, mid-diretturi ġenerali, ta’ riskju għoli ta’ żball f’xi oqsma, bħall-iżvilupp rurali, il-koeżjoni jew is-Seba’ Programm Qafas (FP 7). Dan jikkorrobora wkoll ir-riżultati tal-verifika tal-Qorti għall-2011 (ara l-paragrafi 1.10 sa 1.15).

1.20.

Il-Kummissjoni rrappurtat l-analiżi tagħha tad-diversi raġunijiet li wasslu għal din iż-żieda fir-Rapport ta’ Sinteżi għall-2011. Dawn huma deskritti fil-qosor fil-punt 1.27 aktar ’l isfel. Fir-rigward tal-Politika Reġjonali, iż-żieda fin-numru ta’ riżervi hija prinċipalment minħabba l-applikazzjoni ta’ metodoloġija aktar stretta, b'mod partikolari billi qed issir valutazzjoni tar-riskju residwu kumulattiv, sabiex jiġu indirizzati l-osservazzjonijiet magħmulin mill-Qorti fir-rapporti annwali preċedenti tagħha. Għall-ewwel sena, il-programmi huma mqegħdin taħt riserva meta r-riskju residwu kumulattiv ikun ogħla minn 2 %.

L-istimi mill-Kummissjoni ta’ “rata ta’ żball residwu”

1.21.

Kull direttorat ġenerali huwa meħtieġ li jivvaluta l-punt sa fejn it-tranżazzjonijiet jibqgħu milquta minn żball wara t-tħaddim tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll. Din tista’ sssir permezz ta’ kalkolu tar-rata ta’ żball residwu (RER): F’termini l-aktar sempliċi l-RER hija r-rata ta’ żball miksuba minn eżami ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet, mingħajr il-korrezzjonijiet li jirriżultaw mis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll. Jekk l-RER taqbeż it-2 %, id-direttur ġenerali jrid jinkludi riżerva fid-dikjarazzjoni li hija inkluża fir-rapport ta’ attività annwali.

1.21.

L-eżami ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet tipikament jirrikjedi impenn, fil-forma ta’ awditjar, li ma jistax jittieħed bil-mezzi tad-direttorati ġenerali u tas-servizzi li ma jaqgħux taħt l-erba’ oqsma prinċipali tan-nefqa (Agrikoltura, Fondi Strutturali, Għajnuna Esterna u Riċerka). L-istruzzjonijiet permanenti tar-RAA jipprovdu gwida estensiva dwar kif għandha tiġi pprovduta assigurazzjoni meta l-indikaturi ta’ kontroll disponibbli ma jkunux statistikament rappreżentattivi tal-ġabra tat-tranżizzjonijiet rilevanti. Fir-rigward tal-Politika tal-Koeżjoni, ir-regolamenti jipprevedu li kull sena l-Istati Membri jawditjaw kampjuni rappreżentattivi tat-tranżazzjonijiet għal programmi jew gruppi ta' programmi. Ir-rati ta’ żball li jirriżultaw imbagħad jiġu rriveduti u kkonfermati mis-servizzi tal-Kummissjoni u jintużaw għall-proċess tal-assigurazzjoni tagħhom.

1.22.

Għall-ewwel darba l-Kummissjoni tat gwida lid-direttorati ġenerali dwar kif jikkalkulaw l-RER fl-istruzzjonijiet għat-tħejjija tar-rapporti ta’ attività annwali 2011. Din wasslet għal titjib f’xi dikjarazzjonijiet, partikolarment għad-direttorati ġenerali għall-koeżjoni (ara l-paragrafi 5.66 u 6.25) u d-Direttorati Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u Midja (ara l-paragrafi 8.35 sa 8.36). Madankollu, il-Qorti sabet dgħufijiet f’dawn l-istruzzjonijiet u fl-implimentazzjoni tagħhom. Xi direttorati ġenerali taw informazzjoni mhux ċara u/jew stmaw l-RERs b’mod insuffiċjenti, li fisser li naqsu milli jagħmlu riżervi jew stmaw is-serjetà tagħhom b’mod insuffiċjenti (15). Pereżempju:

1.22.

Il-Kummissjoni tilqa’ tajjeb ir-rikonoxximent tal-gwida mtejba tagħha bħala risposta għar-rakkomandazzjonijiet li għamlet il-Qorti fir-rapport annwali tagħha għall-2010.

Hija tal-fehma li l-direttorati ġenerali msemmijin mill-Qorti mxew mal-istruzzjonijiet u għamlu riservi xerqin.

il-gwida ma spjegatx biżżejjed x’għandu jsir meta ma kienx possibbli li tiġi kkalkulata RER affidabbli;

L-ewwel inċiż: L-istruzzjonijiet tar-RAA jinkludu gwida speċifika, pass pass, dwar kif wieħed għandu jipproċedi f’każ li din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli.

l-ammonti ġew inklużi fil-kalkolu għalkemm, minħabba dewmien twil, ma kinux ġew irċevuti jew inkella rkuprati;

It-tieni inċiż: Skont l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni, fil-kalkolu tar-rata residwa ta' żball tqiesu biss il-korrezzjonijiet finanzjarji li kien hemm qbil uffiċjali dwarhom min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali u li ġew irreġistrati mill-Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni. Dment li dawn ir-rekwiżiti jkunu ssodisfati, il-Kummissjoni tiżgura li l-korrezzjonijiet finanzjarji kollha miftiehma jitnaqqsu mill-pretensjoni ta’ pagament li jkun imiss li titressaq mill-awtoritajiet rilevanti.

it-tipi differenti ta’ azzjonijiet korrettivi (korrezzjonijiet finanzjarji/irtirar u rkupri) ġew inklużi fil-kalkolu tal-RER minkejja d-differenzi inerenti tagħhom (16). Barra minn hekk, l-istruzzjonijiet ipprevedew ukoll l-inklużjoni ta’ suspensjonijiet.

It-tielet inċiż: Il-Kummissjoni taqbel li s-sospensjonijiet m’għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tar-rata ta’ żball residwu, u l-ebda direttorat ġenerali ma inkludiehom.

1.23.

Il-Qorti tikkonkludi li l-RER għad mhijiex indikatur affidabbli tal-punt sa fejn it-tranżazzjonijiet jibqgħu milquta minn żball.

1.23.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li jkun tajjeb li jkun hemm użu usa’ u aktar konsistenti tal-indikatur tar-rata ta’ żball residwu. Madankollu, tfakkar li dan mhuwiex maħsub biex jintuża waħdu jew universalment. Il-biċċa l-kbira tad-direttorati ġenerali u s-servizzi se jibqgħu jserrħu fuq indikaturi oħrajn biex jivvalutaw kemm ikun kbir ir-riskju. Għad-direttorati ġenerali ta’ daqs medju, b'mod partikolari, dan iwassal għal ekwilibriju żvantaġġjuż għall-effiċjenza tal-kontrolli meta wieħed iqis in-nefqa.

Rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni

1.24.

Fl-introduzzjoni għar-rapport ta’ sinteżi (17), il-Kummissjoni tieħu responsabbiltà politika ġenerali għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE primarjament ibbażata fuq l-assigurazzjonijiet u r-riżervi fir-RAA minn diretturi ġenerali u kapijiet tas-servizz.

 

1.25.

Is-sorsi prinċipali għar-rapport ta’ sinteżi huma r-RAA. Il-Kummissjoni tinnota li huma lkoll jagħtu assigurazzjoni raġonevoli dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti ndunat b’titjib f’xi RAA biex jirrikonoxxu riskju għoli ta’ żball u biex jagħtu indikaturi kwantitattivi għall-kejl tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet (ara l-paragrafi 1.20 u 1.22). Madankollu, il-Qorti tenfasizza li kwistjonijiet identifikati qabel jibqgħu mhux riżolti (ara l-paragrafu 1.22 u l- Anness 1.2 , il-paragrafu 2).

1.25.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 1.22 u l-Anness 1.2, paragrafu 2.

1.26.

Ir-rapport ta’ sinteżi juża wkoll it-tieni opinjoni ġenerali maħruġa mill-Awditur Intern tal-Kummissjoni. L-opinjoni ġenerali hija bbażata fuq il-ħidma mwettqa mill-2009 sal-2011 mill-IAS u mill-Kapaċitajiet tal-Verifika Interna kif ukoll l-assigurazzjoni mogħtija fir-RAA għall-2011 mill-maniġment anzjan. Meta mqabbla mas-sena l-oħra, l-opinjoni ġenerali tjiebet billi bdiet tagħti aktar dettall fuq il-kwistjonijiet imqajma. L-opinjoni tibqa’ pożittiva, bi żvilupp, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, tal-istess riżervi li jinsabu fir-RAA. Il-Qorti tqis li l-kwistjonijiet identifikati mill-Awditur Intern li jirrikjedu aktar attenzjoni — bħad-dgħufijiet fil-qasam tal-għajnuna esterna (18) — għandhom ikunu indirizzati b’mod xieraq mid-direttorati ġenerali kkonċernati.

1.26.

L-awditur intern jiggarantixxi l-koerenza bejn il-kwalifiki għall-parir ġenerali tiegħu u r-riservi tad-diretturi ġenerali u tal-kapijiet tas-servizz permezz ta’ djalogu li jdum mill-konklużjoni tal-eżerċizzji tal-awditjar tiegħu sa ma jiġu ffirmati d-dikjarazzjonijiet ta' assigurazzjoni. Il-parir ikun ibbażat fuq il-ħidma ta’ awditjar imwettqa fi tliet snin fl-oqsma importanti kollha.

Ir-riskji kollha miġjuba għall-attenzjoni tal-uffiċjali awtorizzanti b’delega mill-awditur intern jiġu indirizzati kif xieraq mid-direttorati ġenerali kkonċernati permezz tat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta' azzjoni li jiġu mmonitorjati rigorożament mid-diretturi ġenerali u mill-Kumitat tal-Progress tal-Verifika tal-Kummissjoni.

1.27.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-livell għoli ta’ żball billi żżid l-ammont ta’ pagamenti taħt riżerva (ara l-paragrafu 1.20). Hija tiddikjara li dan l-effett jista’ jkun attribwit għal sensiela ta’ fatturi li xi wħud minnhom huma:

iċ-ċiklu ta’ implimentazzjoni multiannwali wasal kważi sal-veloċità sħiħa tiegħu għall-biċċa l-kbira tal-programmi 2007-2013,

għal ħafna oqsma ta’ nfiq, issa huma disponibbli aktar indikaturi affidabbli għall-kwalità tal-ġestjoni finanzjarji, u

gwida ġdida għal dawn l-indikaturi wettqet prevenzjoni ta’ prefinanzjament billi kkalkulat il-medja b’livell inqas tar-rati ta’ żball maqbuda fil-pagamenti interim u finali.

1.27.

Ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 1.20.

1.28.

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tagħraf ukoll li jeħtieġ aktar titjib biex tkun ippreżentata informazzjoni trasparenti dwar il-kwalità tal-ġestjoni finanzjarja u tipproponi azzjoni biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, bħal:

1.28.

rappurtar fir-RAA rilevanti dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-verifiki ta’ attivitajiet ta’ strumenti finanzjarji,

L-ewwel inċiż: L-emendar tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2011, li sar fuq inizjattiva li ħadet il-Kummissjoni f'Lulju 2011, daħħal rekwiżit formali għall-awtoritajiet tal-ġestjoni biex jirrapportaw dwar l-istrumenti finanzjarji fir-rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali. Il-Kummissjoni se tipprovdi sommarju ta’ din id-dejta fir-RAA, fuq il-progress magħmul fl-iffinanzjar u fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji. Ir-rapport sommarju tal-Kummissjoni se jkun sar sal-1 ta’ Ottubru 2012.

Barra minn hekk, minbarra l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar l-attivitajiet tal-istrumenti finanzjarji fir-rapport annwali tagħha għall-2010, fl-2011 il-Kummissjoni wettqet ħidma speċifika ta’ awditjar li kienet tiffoka fuq dan il-qasam u rrappurtat ir-riżultati tagħha fir-RAA tad-DĠ REGIO (paġna 73) u tad-DĠ EMPL (paġni 45-46). Il-Kummissjoni biħsiebha tibqa’ għaddejja bil-ħidma ta’ awditjar tagħha f'dan il-qasam fl-2012 u fis-snin ta’ wara.

żvelar, għar-RAA kkonċernati, tal-indikaturi li huma rilevanti għal strateġiji ta’ kontroll multiannwali bħalma jsir għall-koeżjoni, u armonizzazzjoni ulterjuri tal-kriterji ta’ materjalità fir-RAA bejn id-direttorati ġenerali tal-koeżjoni u direttorati ġenerali oħra responsabbli minn fondi taħt ġestjoni kondiviża, u

It-tieni inċiż: Indikaturi tar-RAA bħar-riskju residwu kumulattiv rilevanti għall-istrateġiji multiannwali se jkomplu jiġu armonizzati, sakemm ikun possibbli, permezz ta’ azzjonijiet strutturali oħrajn min-naħa tad-direttorati ġenerali.

il-modifiki li hija pproponiet għar-Regolament Finanzjarju u r-regolamenti settorjali għall-perjodu 2014 sa 2020 (li bħalissa qegħdin jiġu diskussi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill) bil-ħsieb li jittejjeb it-tfassil tal-iskemi ta’ finanzjament, li jiġi indirizzat ir-riskju ta’ żball, li jiġi limitat il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u għall-partijiet interessati l-oħra, li jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tħaddim tal-kontrolli u li jinkisbu dikjarazzjonijiet annwali ta’ assigurazzjoni mill-maniġment għall-programmi kollha taħt ġestjoni kondiviża.

It-tielet inċiż: L-għan tal-Kummissjoni huwa li jitjiebu l-arranġamenti li saru għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed kontinwità u jiġi evitat tibdil radikali tas-sistemi. Orjentazzjoni aktar b’saħħitha lejn ir-riżultati miksubin hija wieħed mill-għanijiet li jkopru kollox tal-Kummissjoni. L-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni kif ukoll l-arranġamenti dwar il-kontroll u l-awditjar ġew aġġustati jew imfasslin mill-ġdid biex jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-ksib tar-riżultati kif ukoll il-mod kif dawn jitkejlu.

1.29.

Il-Qorti tqis li l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ l-obbligu ta’ rendikont u ttejjeb it-trasparenza tal-informazzjoni dwar il-kwalità tal-ġestjoni finanzjarja huma passi fid-direzzjoni t-tajba. Madankollu, dan l-aħħar il-Qorti ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li għalkemm dawn il-proposti għandhom mnejn jikkontribwixxu għal żieda fl-assigurazzjoni li l-infiq huwa legali u regolari, il-Kummissjoni ma writx kif hija bi ħsiebha tuża din l-informazzjoni biex tasal fis-sitwazzzjoni fejn it-tranżazzjonijiet ikunu ħielsa minn żball materjali (19).

1.29.

Il-proposta tal-Kummissjoni li jkun hemm katina waħda loġika tal-assigurazzjoni li ssostni d-dikjarazzjonijiet tas-servizzi tal-Kummissjoni nfushom dwar il-ġestjoni – jekk tiġi adottata mill-awtorità leġiżlattiva – hija meqjusa bħala pass ewlieni ’l quddiem minħabba li se tipprovdi għal assigurazzjoni mil-livelli kollha tal-ġestjoni tal-fondi kollha tal-UE.

L-amministraturi rilevanti tal-Kummissjoni se jikkunsidraw bis-sħiħ id-dikjarazzjonijiet sottostanti ta’ assigurazzjoni meta jkunu qed jinkwadraw id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni tagħhom stess u b'hekk se jipprovdu bażi soda għal assigurazzjoni u azzjoni sabiex jiġu indirizzati d-dgħjufijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fejn ikun meħtieġ.

1.30.

Interruzzjoni u suspensjoni tal-pagamenti jistgħu jkunu għodda utli għall-prevenzjoni ta’ nuqqasijiet li jirriżultaw f’infiq irregolari, iżda dawn l-istrumenti jeħtieġu li jkunu kkomplementati b’azzjonijiet li jikkoreġu l-iżbalji (jiġifieri korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri). Il-Qorti tqis li meta tkun qiegħda tippreżenta ċifri dwar il-korrezzjoni finanzjarja u l-irkupri, il-Kummissjoni dawn trid tpoġġihom f’kuntest xieraq — id-data relatata mill-Istati Membri għadha mhux kompluta jew inkella mhux verifikata u/jew validata għalkollox, u d-differenza u l-impatt inerenti taż-żewġ strumenti korrettivi għadhom ma jitqisux b’mod adegwat.

1.30.

Il-Kummissjoni taqbel li politika soda ta’ interruzzjonijiet u sospensjonijiet hija għodda effettiva sabiex jiġi evitat li jkun hemm nuqqasijiet li jwasslu għal nefqa irregolari, kif muri fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni [SEC(2011)1179]. Il-Kummissjoni tikkumplimenta dawn il-mekkaniżmi preventivi permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji stretti meta jkun meħtieġ. Il-Kummissjoni rrapportat dwar l-ewwel riżultati tal-awditjar, ibbażat fuq ir-riskju, li għamlet tal-kapaċità korrettiva tal-Istati Membri fir-RAA kkonċernati, u pprovdiet gwida ddettaljata lill-Istati Membri sabiex itejbu r-rappurtar taċ-ċifri. Ir-riżultati tal-eżerċizzji tal-awditjar li qed isiru bħalissa fuq iċ-ċifri tal-Istati Membri se jintużaw biex tkompli titjieb il-gwida, jekk ikun meħtieġ, u l-prattiki tajbin se jingħaddew lill-Istati Membri.

IL-ĠESTJONI BAĠITARJA

1.31.

Din it-taqsima tanalizza xi data prinċipali tal-ġestjoni baġitarja 2011, speċjalment l-implimentazzjoni ta’ approprjazzjonijiet baġitarji għal impenji u pagamenti, l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagamenti fi tmiem is-sena u l-livell ta’ impenji baġitarji pendenti (“RAL”).

 

Approprjazzjonijiet baġitarji għal impenji u għal pagamenti

1.32.

Il-baġit tal-UE fl-2011 kien jinkludi approprjazzjonijiet baġitarji (20) ta’ EUR 142,5 biljun (21), u approprjazzjonijiet għal pagamenti (22) ta’ EUR 128,3 biljun (23). L-istituzzjonijiet implimentattivi waslu għal rati għolja ta’ implimentazzjoni: 99,3 % tal-approprjazzjonijiet għal impenji (l-istess bħal fl-2010) u 98,6 % tal-approprjazzjonijiet għal pagamenti (2010: 96,6 %) (24). L-approprjazzjonijiet, għajr ir-riporti, kienu taħt il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju fl-impenji b’EUR 0,1 biljun u fil-pagamenti b’EUR 7,0 biljun, bir-riżervi kollha inklużi.

 

1.33.

L-implimentazzjoni tal-baġit b'mod ġenerali rriżultat f'bilanċ baġitarju pożittiv (25) ta’ EUR 1,5 biljun fi tmiem l-2011 (2010: EUR 4,5 biljun). Fil-prinċipju dan se jpaċi r-riżorsi proprji li għandhom jinġabru mill-Istati Membri fis-sena/snin ta’ wara.

 

1.34.

Madankollu, fit-tliet fondi prinċipali tal-intestatura 1b tal-qafas finanzjarju multiannwali “Koeżjoni għal tkabbir u impjiegi” (il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-fond ta’ Koeżjoni (FK)) kien hemm aċċellerazzjoni ta’ talbiet għal pagamenti mill-Istati Membri lejn tmiem is-sena. Fil-fatt, il-pagamenti setgħu kienu sa EUR 5 biljun ogħla kieku l-ħtieġa akbar għall-fondi kienet ġiet antiċipata b’mod korrett u kieku l-approprjazzjonijiet ta’ pagamenti meħtieġa kienu saru disponibbli, eż. permezz ta’ trasferimenti ta’ ammonti mhux użati f’oqsma oħra (26).

1.34.

Bħala regola ġenerali, il-bażi legali tipprevedi li l-applikazzjonijiet għall-pagamenti jiġu sottomessi tliet darbiet fis-sena, u l-aħħar sottomissjoni ssir sa tmiem Ottubru. Madanakollu, din id-dispożizzjoni ma torbotx u l-Istati Membri jistgħu jibagħtu l-pretensjonijiet tagħhom sa tmiem is-sena sabiex jiġu evitati d-diżimpenji awtomatiċi. Din hija r-raġuni wara l-għadd kbir ta’ pretensjonijiet li jiġu trażmessi fi tmiem is-sena.

Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet dwar l-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet huma elementi li ma tantx jista’ jingħata kashom biex jitbassru l-approprjazzjonijiet meħtiġin. Skont ir-regolament, l-interruzzjonijiet jistgħu jdumu sa sitt xhur. Wara li ssir korrezzjoni tad-defiċjenza min-naħa tal-Istati Membri u wara li jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tneħħi l-interruzzjoni u, b’konsegwenza, il-pagamenti jkunu jistgħu jerġgħu jibdew.

Fil-bidu tal-2012 il-Kummissjoni kitbet lill-Istati Membri biex tenfasizza l-bżonn li l-maġġoranza tal-pretenzjonijiet jiġu trażmessi sal-31 ta’ Ottubru. Dan jippermetti lill-Kummissjoni biex, minbarra li twettaq l-eżerċizzju globali ta’ trasferiment, titlob lill-awtorità baġitarja għal baġit emendatorju sabiex jiżdiedu l-approprjazzjonijiet ta’ pagament biex jiġu onorati l-pretensjonijiet irċevuti. Dan isir fuq il-bażi tal-pretensjonijiet ta’ pagamenti li fil-fatt ikunu ġew irċevuti u mhux fuq il-bażi tat-tbassir.

Użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagamenti fi tmiem is-sena

1.35.

Il-Qorti tinnota li, taħt xi titoli tal-baġit, sar ammont ta’ pagamenti sproporzjonalment għoli fix-xahar ta’ Diċembru meta mqabbel mat-total tal-pagamenti fil-bqija tas-sena (27). Tali konċentrazzjoni ta’ proporzjon sinifikanti ta’ pagamenti f’perjodu limitat tista’ tolqot l-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll b’mod avvers u żżid ir-riskju ta’ żball.

1.35.

Il-konċentrazzjoni tal-pagamenti tiddependi mir-ritmu li bih il-pretensjonijiet tal-ispejjeż min-naħa tal-Istati Membri u ta’ benefiċjarji oħrajn jintbagħtu lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni hija wkoll tal-fehma li mhux it-titoli kollha tal-baġit imsemmijin fin-nota ta’ qiegħ il-paġna jippreżentaw persentaġġ għoli ta’ pagamenti fi tmiem is-sena.

Impenji baġitarji pendenti (“RAL”)

1.36.

L-impenji baġitarji pendenti (“RAL”) (28) li għalihom għadu ma sarx pagament u/jew diżimpenn (29), żdiedu b’EUR 13-il biljun (6,7 %) għal EUR 207 biljun, l-aktar f’oqsma tal-politika ffinanzjati permezz ta’ approprjazzjonijiet differenzjati (30), u jirrappreżentaw l-ekwivalenti ta’ 2,3 snin li jissarrfu f’impenji differenzjati jew 2,7 snin ta’ pagamenti differenzjati bir-rata ta’ nfiq tal-2011.

1.37.

Il-biċċa l-kbira mill-impenji pendenti jikkonċernaw il-koeżjoni (31) (ara l- Grafika 1.2 ). F’dan il-qasam, l-impenji pendenti ammontaw għal EUR 136 biljun (32) (65,5 % tal-ammont totali), li jirrappreżentaw 2,7 snin li jissarrfu f’impenji jew 3,2 snin li jissarrfu f’pagamenti f’dak il-qasam bir-rata ta’ nefqa tal-2011. Il-biċċa l-kbira minn dawn l-impenji pendenti (EUR 124,6 biljun jew inkella 92 % tal-ammont totali) jirreferu għall-perjodu kurrenti 2007-2013 (33).

1.36 – 1.37

L-impenji pendenti ġejjin mill-ġestjoni normali tal-programmi multiannwali u mit-tkabbir fil-livell globali ta’ impenji ġodda. Sa fejn għandhom x’jaqsmu l-fondi strutturali, il-kwantità tal-impenji pendenti hija kkontrollata mir-regola N+2/N+3, li hi ddefinita mir-regolamenti korrispondenti. Jekk wieħed jimxi skont din ir-regola, il-livell mistenni ta’ impenji pendenti jrid ikun ekwivalenti għal sentejn jew tliet snin impenji. Konsegwentement, is-sitwazzjoni tal-impenji pendenti hija normali, kif muri fil-graff 1.2 li tqabbel is-sitwazzjoni tal-impenji pendenti għall-perjodu bejn l-2000 u l-2006 u l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-perjodu bejn l-2007 u l-2013.

Il-validità tal-indikatur tar-“rata ta’ nefqa tal-2011” hija relattiva fir-rigward tal-pagamenti, minħabba n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet disponibbli fl-aħħar tas-sena (ara l-partita 1.34, l-aħħar sentenza).

1.38.

Il-livell sostanzjalment ogħla ta’ impenji pendenti akkumulati murija għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 jista’ jiġi spjegat fil-biċċa l-kbira permezz tal-implimentazzjoni tard tal-programmi (34). Il-pagamenti setgħu jsiru biss ladarba s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri ġew approvati mill-Kummissjoni, kif meħtieġ mir-regolamenti rilevanti għall-fondi strutturali. Skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (35), irid ikun żgurat li biżżejjed approprjazzjonijiet ta’ pagamenti jsiru disponibbli fis-snin li ġejjin biex titkopra d-diskrepanza dejjem titwessa’ bejn l-impenji pendenti u l-approprjazzjonijiet għal pagamenti (ara wkoll il-paragrafu 1.34).

1.38.

Il-mekkaniżmu tas-sistemi tal-ġestjoni u tal-kontroll tal-Istati Membri għall-approvazzjoni minn qabel qabel ma jsir xi pagament interim, li ddaħħal għall-ewwel darba għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013, huwa titjib importanti fl-iżgurar tal-pagamenti tal-UE għall-koeżjoni. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, ir-rekwiżiti għall-preżentazzjoni tat-talba għal pagament ġew immodifikati għall-impenji għall-2007 u ddaħħlet aktar flessibbiltà għall-proġetti maġġuri. Dawn il-miżuri naqqsu r-ritmu tal-livelli tal-infiq.

It-twettiq sħiħ tal-krediti disponibbli mill-fondi strutturali kemm fl-2010 kif ukoll fl-2011 juri li t-tkabbir fl-impenji pendenti jista’ jirriżulta wkoll minn nuqqas ta’ krediti disponibbli tal-baġit fl-aħħar tas-sena (ara wkoll il-punt 1.34).

Il-graff 1.2 tagħti prova ta’ kemm l-impenji pendenti akkumulati waqt il-qafas finanzjarju għall-perjodu ta’ programmazzjoni x’aktarx jiġu assorbiti.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni taqbel li fis-snin li ġejjin jeħtieġ li jsiru disponibbli biżżejjed approprjazzjonijiet ta’ pagament. Il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ biex tippreżenta abbozzi ta’ baġits li jkopru d-distakk li qed jikber bejn l-impenji pendenti u l-approprjazzjonijiet għall-pagamenti.

Image


(1)  Ir-rapporti finanzjarji konsolidati jinkludu l-karta tal-bilanċ, il-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni (inkluż ir-rappurtar fuq is-segmenti).

(2)  Ir-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u sommarju tal-prinċipji baġitarji u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(3)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni huma meħudin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fl-assenza ta’ dawn, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/ l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord Internazzjonali tal-Istandards tal-Kontabilità. Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-rapporti finanzjarji konsolidati għas-sena finanzjarja 2011 kienu ppreparati (bħalma kienu sa mis-sena finanzjarja 2005) abbażi ta’ dawn ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, li jadattaw il-prinċipji tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti għall-ambjent speċifiku tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li r-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għadhom ibbażati primarjament fuq il-moviment tal-flus.

(4)  Mill-Franċiż: “Déclaration d’assurance”.

(5)  Ara l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/25 tal-25 ta’ Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1), emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 26.11.2010, p. 9), jitlob li l-kontijiet konsolidati finali għandhom jingħataw sal-31 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja ta’ wara (ara l-Artikolu 129).

(7)  Għall-ambitu tal-verifika tad-dħul, ara l-paragrafi 2.9 u 2.13.

(8)  Pagamenti interim u finali bbażati fuq dikjarazzjonijiet tal-infiq imġarrab fil-livell tar-riċevituri finali (ara l-paragrafi 3.9, 4.9, 5.27 u 6.12).

(9)  B'kuntrast mas-snin preċedenti, in-nuqqas li jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ kundizzjonalità minn riċevituri ta’ pagamenti taħt il-PAK ġie inkluż fil-kalkolu tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli. L-iżbalji misjuba jirrappreżentaw madwar 0,1 punt perċentwali tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti għall-pagamenti fit-totalità tagħhom (ara l-paragrafu 3.9, it-tieni inċiż, il-paragrafu 3.13, il-paragrafu 4.9, it-tieni inċiż, u l-paragrafi 4.16 sa 4.18).

(10)  White Paper “Nirriformaw il-Kummissjoni”, COM(2000) 200 final tal-5.4.2000.

(11)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Jannar 2000 dwar azzjoni li għandha tittieħed fuq it-tieni rapport tal-Kumitat ta’ Esperti Indipendenti fuq ir-riforma tal-Kummissjoni (ĠU C 304, 24.10.2000, p. 135).

(12)  L-istandards ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni huma ispirati l-aktar mill-prinċipji tal-COSO. Il-COSO hija organizzazzjoni volontarja tas-settur privat iddedikata għat-titjib tal-kwalità tal-ġestjoni finanzjarja u tar-rappurtar permezz ta’ etika tan-negozju, kontrolli interni effettivi u tmexxija korporattiva.

(13)  It-terminu “direttur ġenerali” jintuża fis-sens wiesa’ tal-persuni responsabbli. Fil-fatt, it-48 dikjarazzjoni ġew iffirmati minn segretarju ġenerali wieħed, 36 direttur ġenerali, 7 diretturi u 4 kapijiet tas-servizz.

(14)  Aspetti tal-prestazzjoni tar-rapporti ta’ attività annwali jiġu ttrattati fil-Kapitolu 10.

(15)  Ara l-paragrafi 3.40 sa 3.41, 4.48 sa 4.50, 5.67 sa 5.69, 6.24 sa 6.26 u 7.25.

(16)  Ara l-paragrafi 1.32 sa 1.50 tar-Rapport Annwali 2009 tal-Qorti.

(17)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri — Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2011, COM(2012) 281 finali tas-6.6.2012.

(18)  Informazzjoni dwar il-kwalità ġenerali tal-ġestjoni finanzjarja hija nieqsa fid-DĠ tal-għajnuna esterna, iżda ma ngħatat ebda riżerva għal din (ara l-paragrafu 7.25 u l-paragrafi 52 sa 53 fir-Rapport Annwali 2011 tal-FEŻ).

(19)  Ara l-Opinjoni Nru 6/2010 fuq proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ĠU C 334, 10.12.2010, p. 1).

(20)  Ammonti disponibbli għal impenji f’din is-sena u fis-snin li ġejjin.

(21)  Jinkludi approprjazzjonijiet għal impenji riportati mill-2010 u li jammontaw għal EUR 259 miljun u żieda ġenerali ta’ EUR 284 miljun f’approprjazzjonijiet għal impenji li ġejjin mis-seba’ baġits emendatorji approvati matul l-2011. Huwa jeskludi dħul assenjat li fl-2011 jammonta għal EUR 6,2 biljun għal impenji u EUR 6,7 biljun għal pagamenti. Dħul assenjat jintuża biex jiffinanzja partiti speċifiċi ta’ nfiq (ara l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju — ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002). Fost l-oħrajn huwa jkopri rifużjonijet li ġejjin mill-irkupru ta’ ammonti mħallsa bi żball, li jiġu riallokati għal-linja baġitarja tal-oriġni tagħhom, kontribuzzjonjiet minn membri tal-EFTA li jżidu il-linji baġitarji tagħhom, u dħul minn partijiet terzi fejn ġew konklużi ftehimiet li jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja għall-attivitajiet tal-UE.

(22)  Ammonti disponibbli għall-pagamenti fis-sena.

(23)  Jinkludi approprjazzjonijiet għal pagamenti riportati mill-2010 u li jammontaw għal EUR 1 582 miljun u żjieda ġenerali ta’ EUR 200 miljun f’approprjazzjonijiet għal pagamenti li ġejjin mis-seba’ baġits emendatorji approvati matul l-2011.

(24)  Fl-2011 l-approprjazzjonijiet għal impenji kienu ogħla milli fl-2010 b’EUR 0,6 biljun (0,4 %), u l-approprjazzjonijiet għal pagamenti kienu ogħla b’EUR 3,6 biljun (2,9 %).

(25)  Il-bilanċ pożittiv (riżultat tal-baġit) huwa r-riżultat tal-implimentazzjoni tal-baġit. Madankollu, mhuwiex riżerva u ma jistax jiġi akkumulat u użat fi snin li ġejjin biex jiffinanzja l-infiq.

(26)  Fil-każ tal-FSE użu insuffiċjenti fl-2010 (ara r-Rapport Annwali 2010 tal-Qorti, il-paragrafu 1.41) wassal għal pagamenti addizzjonali fl-2011. Dan, flimkien ma’ talbiet aċċellerati għal pagamenti lejn tmiem is-sena, żied il-pagamenti reali għal 114 % tal-baġit oriġinali. It-talbiet għal pagamenti addizzjonali għall-FSE kienu prinċipalment koperti minn trasferimenti mill-FEŻR u mill-FK. Madankollu, fluss imprevist ta’ talbiet għal pagamenti għall-FEŻR u għall-FK lejn tmiem is-sena biddel il-previżjonijiet u żied il-pagamenti reali għal tali livell li l-pagamenti addizzjonali setgħu saru minn dawn il-fondi, kieku kien hemm approprjazzjonijiet disponibbli — ara wkoll ir-“Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja li jakkumpanja l-kontijiet tal-Komunità — Sena finanzjarja 2011”, pp. 42-45.

(27)  Perċentwali għoljin ta’ pagamenti f’Diċembru meta mqabbla mal-pagamenti reali li saru fis-sena – it-Titolu 06 — Mobilità u trasport 26 % (295 miljun), it-Titolu 17 — Saħħa u protezzjoni tal-konsumatur 44 % (266 miljun), it-Titolu 19 – Relazzjonijiet esterni 31 % (1 016-il miljun), it-Titolu 21 — Żvilupp u relazzjonijiet mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku 27 % (403 miljun), it-Titolu 22 — Tkabbir 28 % (264 miljun) u t-Titolu 32 — Enerġija 23 % (219-il miljun).

(28)  Mill-Franċiż: “Reste à liquider”.

(29)  Impenji baġitarji pendenti jinħolqu bħala konsegwenza diretta ta’ approprjazzjonijiet differenzjati (ara n-nota 28 f’qiegħ il-paġna), fejn programmi ta’ nfiq jieħdu għadd ta’ snin biex jiġu kkompletati u l-impenji li saru fis-snin preċedenti jibqgħu pendenti sakemm isiru l-pagamenti korrispondenti.

(30)  Il-baġit jiddistingwi bejn żewġ tipi ta’ approprjazzjoni: approprjazzjonijiet mhux differenzjati u approprjazzjonijiet differenzjati. Approprjazzjonijiet mhux differenzjati jintużaw għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ natura annwali, eż. nefqa amministrattiva. Approprjazzjonijiet differenzjati ġew introdotti biex iġestu operazzjonijiet multiannwali; il-pagamenti relatati jistgħu jsiru matul is-sena tal-impenn u matul is-snin ta’ wara. Approprjazzjonijiet differenzjati jintużaw prinċipalment għall-fondi strutturali u għall-Fond ta’ Koeżjoni.

(31)  Għall-koeżjoni, it-total tal-impenji segwenti kienu previsti fil-Qafas Finanzjarju 2000-2006: EUR 261 biljun (ara l-kontijiet 2006) u l-Qafas Finanzjarju 2007–2013: EUR 348 biljun (ara l-kontijiet 2011), jiġifieri żieda ta’ 33 %.

(32)  Għall-koeżjoni ara r-“Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja li jakkumpanja l-kontijiet tal-Komunità — Sena finanzjarja 2011”, pp. 28, 42-45.

(33)  Ir-regola tad-diżimpenn awtomatiku (regola n + 2/regola n + 3) tgħin fl-approvazzjoni ta’ impenji pendenti. Din ir-regola tirrikjedi diżimpenn awtomatiku tal-fondi kollha li ma ntefqux jew li ma tkoprewx minn talba għal pagament sa tmiem it-tieni/tielet sena wara s-sena ta’ allokazzjoni. Bħala parti mill-pakkett tat-“tielet semplifikazzjoni”, ir-regola n + 2/n + 3 ġiet emendata l-aħħar għall-impenji 2007 fil-koeżjoni (ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 26), emendat bir-Regolament (UE) Nru 539/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 158, 24.6.2010, p. 1)).

(34)  Ara r-Rapport Annwali 2008 tal-Qorti, il-paragrafi 6.8 u 6.26 sa 6.28. Aktar dettalji huma disponibbli fir-Rapport tal-Kummissjoni dwar ir-Rapport dwar il-ġestjoni tal-baġit u tal-finanzi li jakkumpanja l-Kontijiet Komunitarji – Is-sena finanzjarja 2008, p. 42, u fl-Analiżi mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni fl-2008, p. 5 u pp. 13 – 17.

(35)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ara wkoll l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-Riżorsi Proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17).

(36)  It-titoli baġitarji 14 u 24 sa 31 tat-taqsima III tal-baġit ġenerali li jikkonċernaw primarjament in-nefqa amministrattiva huma rrappurtati fit-taqsima tal-Kummissjoni Ewropea fil-Kapitolu 9.

(37)  (2) In-nefqa amministrattiva titnaqqas mill-gruppi tal-politika u tintwera separatament taħt l-intestatura tagħha stess; dan iwassal għal differenzi meta jsir tqabbil mal-Kapitoli 3 sa 9.

(38)  Fir-Rapport Annwali 2010, il-gruppi tal-politika agrikoltura: suq u appoġġ dirett u żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa kif ukoll il-gruppi tal-politika politika reġjonali, enerġija u trasport u impjiegi u affarijiet soċjali kienu gruppi tal-politika waħdanin. Ir-riżultati aggregati għall-2011, ibbażati fuq l-istruttura preċedenti, huma ppreżentati fit- Tabella 1.3 .

(39)  Is-sistemi huma kklassifikati bħala 'parzjalment effettivi' meta xi arranġamenti ta’ kontroll ikunu tqiesu li jaħdmu b'mod adegwat filwaqt li oħrajn le. B'riżultat ta’ dan, meħuda fit-totalità tagħhom, għandhom mnejn ma jirnexxilhomx jillimitaw l-iżbalji fit-tranżazzjonijiet ta’ bażi sa livell aċċettabbli. Għal dettalji ara t-taqsima “Ambitu u approċċ tal-verifika” fil-kapitoli 2 sa 9.

(40)  Il-frekwenza tal-iżbalji tirrappreżenta l-proporzjon tal-kampjun milqut minn żbalji kwantifikabbli u mhux kwantifikabbli. Il-perċentwali huma mdawwra għall-eqreb numru sħiħ.

(41)  Nefqa rimborżata (ara l-paragrafu 3.9).

(42)  Nefqa rimborżata (ara l-paragrafu 4.9).

(43)  Nefqa rimborżata (ara l-paragrafu 5.27).

(44)  Nefqa rimborżata (ara l-paragrafu 6.12).

(45)  Id-differenza bejn il-pagamenti fl-2011 (EUR 129 395 miljun — ara t- Tabella 1.1 ) u l-ammont totali tal-popolazzjoni vverifikata inġenerali fil-kuntest tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet tikkorrispondi għal pagamenti bil-quddiem li saru għall-gruppi tal-politika agrikoltura: suq u appoġġ dirett (EUR 8 miljun), żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa (EUR 565 miljun), politika reġjonali, enerġija u trasport (EUR 1 469 miljun), u impjiegi u affarijiet soċjali (EUR 128 miljun) (ara l-paragrafi 3.9, 4.9, 5.27 u 6.12).

(46)  B'kuntrast mas-snin preċedenti, in-nuqqas li jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ kundizzjonalità ġie inkluż fil-kalkolu tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli. L-iżbalji misjuba jirrappreżentaw madwar 0,2 punti perċentwali tat-total tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli (ara l-paragrafu 3.9, it-tieni inċiż u l-paragrafu 3.13).

(47)  B'kuntrast mas-snin preċedenti, in-nuqqas li jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ kundizzjonalità ġie inkluż fil-kalkolu tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli. L-iżbalji misjuba jirrappreżentaw madwar 0,2 punti perċentwali tat-total tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli (ara l-paragrafu 4.9, it-tieni inċiż u l-paragrafi 4.16 sa 4.18).

(48)  B'kuntrast mas-snin preċedenti, in-nuqqas li jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ kundizzjonalità minn riċevituri ta’ pagamenti taħt il-PAK ġie inkluż fil-kalkolu tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli. L-iżbalji misjuba jirrappreżentaw madwar 0,1 punt perċentwali tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti għall-pagamenti fit-totalità tagħhom (ara wkoll in-noti 9 u 10 f'qiegħ il-paġna).

(49)  Il-verifika kienet tinvolvi eżami fil-livell tal-Kummissjoni ta’ kampjun ta’ ordnijiet ta’ rkupru li jkopru t-tipi kollha ta’ dħul (ara l-paragrafi 2.8, 2.9 u 2.13).

(50)  B'kuntrast mas-snin preċedenti, in-nuqqas li jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ kundizzjonalità ġie inkluż fil-kalkolu tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli (ara l-paragrafi 3.9, 3.13, 4.9 u 4.16 sa 4.18). L-iżbalji misjuba jirrappreżentaw madwar 0,2 punti perċentwali tat-total tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli.

(51)  B'kuntrast mas-snin preċedenti, in-nuqqas li jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ kundizzjonalità minn riċevituri ta’ pagamenti taħt il-PAK ġie inkluż fil-kalkolu tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli. L-iżbalji misjuba jirrappreżentaw madwar 0,1 punt perċentwali tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti għall-pagamenti fit-totalità tagħhom (ara wkoll in-nota 1 f'qiegħ il-paġna).

(52)  Għal-lista sħiħa ta’ DĠ/servizzi tal-Kummissjoni jekk jogħġbok żur http://publications.europa.eu/code/en/en-390600.htm.

(53)  Sors: Kontijiet konsolidati 2011.

(54)  Sors: Rapporti ta’ attività annwali 2011. REGIO u REA indikaw ammonti minimi u massimi. Tqiesu dawn tal-aħħar biss.

ANNESS 1.1

APPROĊĊ U METODOLOĠIJA TAL-VERIFIKA

PARTI 1 —    Approċċ u metodoloġija tal-verifika għall-affidabbiltà tal-kontijiet (verifika finanzjarja)

1.

Sabiex tivvaluta jekk il-kontijiet konsolidati, li jikkonsistu fir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (1), jippreżentawx b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea, u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-likwidità fi tmiem is-sena, il-kriterji prinċipali tal-valutazzjoni huma:

(a)   legalità u regolarità: il-kontijiet jiġu ppreparati skont ir-regoli, u l-approprjazzjonijiet baġitarji huma disponibbli;

(b)   kompletezza: it-tranżazzjonijiet tad-dħul u tal-infiq kollha u l-attivi u l-passivi kollha (inklużi partiti li mhumiex fil-karta tal-bilanċ) li huma tal-perjodu jiddaħħlu fil-kontijiet;

(c)   realtà tat-tranżazzjonijiet u eżistenza tal-attivi u tal-passivi: kull tranżazzjoni tad-dħul u tal-infiq hija ġustifikata b'avveniment li huwa relatat mal-entità u huwa tal-perjodu; l-attiv jew il-passiv jeżisti fid-data tal-karta tal-bilanċ u huwa tal-entità li qiegħda tirrapporta;

(d)   kejl u valutazzjoni: it-tranżazzjoni tad-dħul u tal-infiq u l-attiv jew il-passiv jiddaħħlu fil-kontijiet b’valur xieraq, u wieħed għandu jżomm f’moħħu l-prinċipju tal-prudenza;

(e)   preżentazzjoni tal-informazzjoni: it-tranżazzjoni tad-dħul u tal-infiq, kif ukoll l-attiv jew il-passiv jiġu żvelati u deskritti skont ir-regoli u l-konvenzjonijiet tal-kontabilità applikabbli u l-prinċipju tat-trasparenza.

2.

Il-verifika tikkonsisti fl-elementi bażiċi li ġejjin:

(a)

aġġornament tal-evalwazzjoni tal-ambjent tal-kontroll kontabilistiku;

(b)

iċċekkjar tal-funzjonament ta’ proċeduri kontabilistiċi prinċipali u l-proċess ta’ għeluq fi tmiem is-sena;

(c)

kontrolli analitiċi (konsistenza u raġonevolezza) fuq id-data prinċipali tal-kontabilità;

(d)

analiżijiet u rikonċiljazzjonijiet tal-kontijiet u/jew tal-bilanċi; u

(e)

testijiet sostantivi fuq impenji, pagamenti u oġġetti speċifiċi fuq il-karta tal-bilanċ ibbażati fuq kampjuni rappreżentattivi.

PARTI 2 —    Approċċ u metodoloġija tal-verifika għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet (verifika tal-konformità)

3.

L-approċċ li l-Qorti tieħu biex tivverifika r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet jinkludi:

ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet fid-dħul u f’kull qasam tal-infiq (ara t- Tabella 1.1 ) sabiex jiġi aċċertat il-punt sa fejn dawn huma regolari; u

valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fl-assigurazzjoni tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

4.

Dan huwa supplimentat b’evidenza miksuba mill-ħidma ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni.

Kif il-Qorti tittestja t-tranżazzjonijiet

5.

L-ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet fi ħdan kull valutazzjoni speċifika (il-Kapitoli 2 sa 9) huwa bbażat fuq kampjun rappreżentattiv tal-ordnijiet ta’ rkupru (fil-każ tad-dħul) u tal-pagamenti li jinsabu fi ħdan il-grupp tal-politika kkonċernat (2). Dan l-ittestjar jagħti stima tal-istatistika tal-punt sa fejn it-tranżazzjonijiet fil-popolazzjoni kkonċernata huma irregolari.

6.

Sabiex tiddetermina id-daqsijiet tal-kampjuni neċessarji biex tipproduċi riżultat affidabbli, il-Qorti tuża mudell ta’ assigurazzjoni tal-verifika. Dan jinvolvi valutazzjoni tar-riskju tal-okkorrenza tal-iżbalji fit-tranżazzjonijiet (riskju inerenti) u r-riskju li s-sistemi ma jipprevjenux, jew inkella ma jaqbdux u ma jikkoreġux, tali żbalji (riskju tal-kontroll).

7.

L-ittestjar tat-tranżazzjonijiet jinvolvi kontroll fid-dettall ta’ kull tranżazzjoni magħżula mill-kampjuni, inkluża d-deċiżjoni dwar jekk il-klejm jew il-pagament ġiex ikkalkulat b’mod korrett u skont ir-regoli u r-regolamenti rilevanti, jew le. Il-Qorti tikkampjuna t-tranżazzjonijiet irreġistrati fil-kontijiet baġitarji u tittraċċa l-pagament sal-livell tal-aħħar riċevitur (eż. bidwi, organizzatur ta’ kors tat-taħriġ, jew promotur ta’ proġett tal-għajnuna għall-iżvilupp) u tittestja l-konformità f’kull livell. Meta t-tranżazzjoni (fi kwalunkwe livell) tiġi kkalkulata ħażin, jew inkella ma tissodisfax rekwiżit regolatorju jew dispożizzjoni kuntrattwali, hija titqies li fiha hemm żball.

Kif il-Qorti tevalwa u tippreżenta r-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijet

8.

Żbalji fit-tranżazzjonijiet jiġru għal diversi raġunijiet u jieħdu għadd ta’ forom differenti skont in-natura tal-ksur u tar-regola speċifika jew tar-rekwiżit kuntrattwali li ma kienx hemm konformità miegħu. Żbalji fi tranżazzjonijiet individwali mhux dejjem jolqtu l-ammont totali mħallas.

9.

Il-Qorti tikklassifika żbalji kif ġej:

jekk humiex kwantifikabbli jew mhux kwantifikabbli, skont jekk huwiex possibbli li wieħed ikejjel kemm mill-ammont imħallas jew irċevut mill-baġit tal-UE kien milqut minn żball; u

fir-rigward tan-natura tagħhom, b’mod partikolari l-eliġibbiltà (il-pagament ma jissodisfax ir-regoli tal-eliġibbiltà), l-okkorrenza (rimborż ta’ spiża li m’hemmx prova li din vera ġġarrbet) jew il-preċiżjoni (pagament ikkalkulat b’mod skorrett).

10.

L-akkwist pubbliku huwa qasam wieħed fejn il-Qorti ta’ sikwit issib żbalji sinifikanti. Il-liġi tal-akkwist pubbliku tal-UE u dik nazzjonali hija magħmula essenzjalment minn sensiela ta’ rekwiżiti proċedurali. Biex jiġi żgurat il-prinċipju bażiku tal-kompetizzjoni prevvist fit-Trattat, il-kuntratti għandhom jiġu ppubbliċizzati; l-offerti għandhom jiġu evalwati skont kriterji speċifikati; il-kuntratti ma jistgħux jinqasmu b’mod artifiċjali biex wieħed jinżel taħt il-limiti, eċċ.

11.

Għall-iskopijiet tal-verifika tagħha, il-Qorti talloka valur għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżit proċedurali. Il-Qorti:

(a)

tqis bħala “serji” dawk l-iżbalji li jiffrustraw l-objettivi tar-regoli tal-akkwist pubbliku: il-kompetizzjoni ġusta u l-għoti tal-kuntratt lill-aqwa offerent kwalifikat (3);

(b)

tikkwantifika l-impatt ta’ ksur “serju” tar-regoli tal-akkwist pubbliku bħala li jolqot il-valur sħiħ tal-pagament relatat mal-kuntratt — żball kwantifikabbli 100 % (4);

(c)

tittratta bħala żbalji mhux kwantifikabbli, dawk l-iżbalji inqas serji li ma jolqtux ir-riżultat tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti (5).

Il-kwantifikazzjoni mill-Qorti taf tkun differenti minn dik użata mill-Kummissjoni jew l-Istati Membri meta jiġi deċiż kif għandha tkun ir-reazzjoni għall-applikazzjoni skorretta tar-regoli tal-akkwist pubbliku.

12.

Il-Qorti tesprimi l-frekwenza tal-okkorrenza tal-iżbalji billi tippreżenta l-proporzjon tal-kampjun milqut minn żbalji kwantifikabbli u mhux kwantifikabbli. Din tindika l-firxa probabbli tal-iżball fi ħdan il-grupp tal-politika kollu kemm hu. Din l-informazzjoni tingħata fl-Annessi X.1 tal-Kapitoli 2 sa 9 meta żball materjali jkun preżenti.

13.

Abbażi tal-iżbalji li hija kkwantifikat, il-Qorti, bl-użu ta’ tekniki tal-istatistika standard, tistma r-rata tal-iżball l-aktar probabbli (MLE) f’kull valutazzjoni speċifika u għall-infiq mill-baġit kollu kemm hu. L-MLE hija l-medja mwieżna tar-rati ta’ perċentwal ta’ żball misjuba fil-kampjun (6). Il-Qorti tistma wkoll, għal darb'oħra bl-użu ta’ tekniki tal-istatistika standard, il-firxa li fi ħdanha għandha 95 % fiduċja li r-rata ta’ żball għall-popolazzjoni tinsab f’kull valutazzjoni speċifika (u għall-infiq kollu kemm hu). Din hija l-firxa bejn il-limitu inferjuri tal-iżball (LEL) u l-limitu superjuri tal-iżball (UEL) (7) (ara l-illustrazzjoni hawn taħt).

Image

14.

Il-perċentwal tal-erja skura taħt il-kurva tindika l-probabbiltà li r-rata ta’ żball vera tal-popolazzjoni tinsab bejn il-LEL u l-UEL.

15.

Fl-ippjanar tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tfittex li tuża proċeduri li permezz tagħhom hija tkun tista’ tqabbel ir-rata stmata ta’ żball fil-popolazzjoni b’materjalità ta’ 2 % fil-fażi tal-ippjanar. Fil-valutazzjoni tar-riżultati tal-verifika, il-Qorti titmexxa minn dan il-livell ta’ materjalità u tqis in-natura, l-ammont u l-kuntest tal-iżbalji meta tkun qiegħda tifforma l-opinjoni tal-verifika tagħha.

Kif il-Qorti tivvaluta s-sistemi u tirrapporta r-riżultati

16.

Is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma stabbiliti mill-Kummissjoni u l-istati membri u benefiċjarji fil-każ ta’ ġestjoni kondiviża jew deċentralizzata, biex jiġu ġestiti r-riskji għall-baġit, inkluża r-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Għalhekk il-valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi fl-iżgurar tar-regolarità hija proċedura tal-verifika prinċipali, u partikolarment utli għall-identifikazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet għal titjib.

17.

Kull grupp tal-politika huwa soġġett għal għadd enormi ta’ sistemi individwali, u l-istess jgħodd għad-dħul. Għalhekk kull sena l-Qorti normalment tagħżel kampjun ta’ sistemi biex tivvalutah. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-sistemi huma ppreżentati fil-għamla ta’ tabella msejħa “Riżultati tal-eżami tas-sistemi” mogħtija fl-Annessi X.2 tal-Kapitoli 2 sa 9. Is-sistemi huma kklassifikati bħala effettivi biex itaffu r-riskju ta’ żball fit-tranżazzjonijiet, parzjalment effettivi (meta jkun hemm xi dgħufijiet li jolqtu l-effettività operazzjonali) jew mhux effettivi (meta d-dgħufijiet huma mifruxa u b’hekk jimminaw għalkollox l-effettività operattiva).

18.

Minbarra dan, u meta jkun hemm l-appoġġ ta’ evidenza, il-Qorti tagħti valutazzjoni ġenerali tas-sistemi għall-grupp tal-politika (mogħtija wkoll fl-Annessi X.2 tal-Kapitoli 2 sa 9) li tqis kemm il-valutazzjoni tas-sistemi magħżula, kif ukoll ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet.

Kif il-Qorti tivvaluta r-rappreżentazzjonjiet tal-maniġment tal-Kummissjoni u tirrapporta r-riżultati

19.

Kif meħtieġ mill-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar, il-Qorti tikseb ittra ta’ rappreżentazzjoni mill-Kummissjoni, li tikkonferma li l-Kummissjoni wettqet ir-responsabbiltajiet tagħha, u żvelat l-informazzjoni kollha li tista’ tkun rilevanti għall-awditur. Din tinkludi konferma li l-Kummissjoni żvelat l-informazzjoni kollha fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi, l-informazzjoni kollha fir-rigward ta’ frodi jew frodi ssuspettata li l-Kummissjoni taf biha, u l-każijiet materjali kollha ta’ nonkonformità mal-liġijiet u r-regolamenti.

20.

Barra minn hekk, il-Kapitoli 2 sa 9 jqisu r-rapporti ta’ attività annwali tad-direttorati ġenerali rilevanti. Dawn jirrappurtaw dwar l-ilħuq tal-objettivi tal-politika u s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fis-seħħ biex jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet u l-użu tajjeb tar-riżorsi. Kull rapport ta’ attività annwali huwa akkumpanjat minn dikjarazzjoni tad-direttur ġenerali fuq, fost l-oħrajn, il-punt sa fejn ir-riżorsi ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom, u sa fejn il-proċeduri ta’ kontroll jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet (8).

21.

Il-Qorti tivvaluta r-rapporti ta’ attività annwali u d-dikjarazzjonijiet li jakkumpanjawhom sabiex tiddetermina kemm jipprovdu riflessjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja b’relazzjoni mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet u kemm jidentifikaw il-miżuri meħtieġa biex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas ta’ kontroll serju. Il-Qorti tirrapporta dwar ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni fit-taqsima “Effettività tas-sistemi” fil-Kapitoli 2 sa 9 (9) .

Kif il-Qorti tasal għall-opinjonijiet tagħha fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni

22.

Il-Qorti tasal għall-opinjoni tagħha dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Unjoni Ewropea, spjegata fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni, abbażi tax-xogħol kollu tal-verifika tagħha kif irrappurtat fil-Kapitoli 2 sa 9 ta’ dan ir-rapport u bl-inklużjoni ta’ valutazzjoni ta’ kemm huwa pervażiv l-iżball. Element prinċipali huwa l-kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-ittestjar fuq it-tranżazzjonijiet ta’ nfiq. Meħuda flimkien, l-aqwa stima tal-Qorti tar-rata ta’ żball għall-infiq inġenerali fl-2011 hija ta’ 3,9 %. Il-Qorti għandha 95 % fiduċja li r-rata ta’ żball għall-popolazzjoni tinsab bejn 3,0 % u 4,8 %. Ir-rata ta’ żball stmata għal oqsma tal-politika differenti tvarja kif deskritt fil-Kapitoli 3 sa 9. Il-Qorti vvalutat l-iżball bħala pervażiv — li jinfirex madwar il-biċċa l-kbira tal-oqsma ta’ nfiq. Il-Qorti tagħti opinjoni ġenerali dwar ir-regolarità tal-impenji bbażata fuq kampjun orizzontali addizzjonali.

Irregolarità jew frodi

23.

Il-maġġoranza kbira tal-iżbalji jiġu minn applikazzjoni skorretta jew inkella fehma żbaljata tar-regoli dwar l-iskemi tal-infiq tal-UE, li ta’ sikwit jafu jkunu kumplessi. Jekk il-Qorti għandha raġuni għalfejn tissuspetta li seħħet attività ta’ frodi, din tirrapportaha lill-OLAF, l-uffiċċju tal-Unjoni kontra l-frodi, li huwa responsabbli mit-twettiq ta’ kwalunkwe investigazzjoni li tirriżulta. Fil-fatt, il-Qorti tirrapporta madwar erba’ każijiet fis-sena lill-OLAF, ibbażati fuq ix-xogħol tal-verifika tagħha.


(1)  Li jinkludu n-noti ta’ spjegazzjoni.

(2)  Barra minn dan, jittieħed kampjun rappreżentattiv orizzontali ta’ impenji u jiġi ttestjat għall-konformità mar-regoli u r-regolamenti rilevanti.

(3)  Essenzjalment hemm żewġ sistemi ta’ għoti: l-irħas offerta jew inkella l-offerta l-aktar vantaġġuża.

(4)  Eżempji ta’ żball kwantifikabbli: ebda kompetizzjoni jew inkella kompetizzjoni ristretta (għajr meta din hija permessa b’mod espliċitu mill-qafas legali) għall-kuntratt prinċipali jew għal kuntratt supplimentari; valutazzjoni mhux xierqa ta’ offerti b’impatt fuq ir-riżultat tal-offerta; bidla sostanzjali fl-ambitu tal-kuntratt; qsim tal-kuntratti għal siti ta’ kostruzzjoni differenti, li jwettqu l-istess funzjoni ekonomika.

Inġenerali l-Qorti tapplika approċċ differenti għall-applikazzjoni skorretta tar-regoli tal-akkwist pubbliku mill-istituzzjonijiet tal-UE, għar-raġuni li l-kuntratti kkonċernati ġeneralment xorta waħda jibqgħu validi. Żbalji bħal dawn mhumiex kwantifikati fid-DAS.

(5)  Eżempji ta’ żball mhux kwantifikabbli: valutazzjoni mhux xierqa ta’ offerti mingħajr impatt fuq ir-riżultat tal-offerta, dgħufijiet formali tal-proċedura ta’ offerti jew speċifikazzjoni tal-offerti, aspetti formali tar-rekwiżiti ta’ trasparenza mhux rispettati.

(6)  Formula, fejn fejn l-ASI huwa l-intervall tal-kampjunar medju u i huwa n-numerazzjoni ta’ tranżazzjonijiet fil-kampjun.

(7)  Formula u Formula , fejn t huwa l-fattur tat-tqassim tat-t, n huwa d-daqs tal-kampjun u s huwa d-devjazzjoni standard tal-perċentwal tal-iżbalji.

(8)  Aktar informazzjoni dwar dawn il-proċessi, kif ukoll links għar-rapporti l-aktar reċenti, jinstabu fuq

http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/index_mt.htm

(9)  Fis-snin preċedenti, ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni kienu rappreżentati f’taqsima speċifika “L-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni”.

ANNESS 1.2

SEGWITU TAL-OSSERVAZZJONIJIET TAS-SNIN PREĊEDENTI LI JIKKONĊERNAW L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET

Osservazzjonijet imqajma fis-snin preċedenti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

1.

Prefinanzjament, kontijiet pagabbli u proċeduri ta’ qtugħ

1.

Prefinanzjament, kontijiet pagabbli u proċeduri ta’ qtugħ

1.

Prefinanzjament, kontijiet pagabbli u proċeduri ta’ qtugħ

Għall-prefinanzjament, il-kontijiet pagabbli u l-qtugħ relatat, sa mis-sena finanzjarja 2007 l-Qorti identifikat żbalji kontabilistiċi b'impatt finanzjarju immaterjali b'mod ġenerali iżda bi frekwenza għolja. Dan jenfasizza l-ħtieġa għal aktar titjib fil-preċiżjoni tad-data kontabilistika bażika fil-livell ta’ ċerti direttorati ġenerali.

Il-Kummissjoni kompliet taħdem fuq it-titjib tal-preċiżjoni tad-data kontabilistika tagħha permezz ta’ azzjonijiet li għadhom għaddejjin, bħalma huma l-proġett ta’ kwalità kontabilistika u l-validazzjoni tas-sistemi lokali.

Il-verifika mill-Qorti ta’ kampjuni rappreżentattivi ta’ prefinanzjament u ta’ fatturi/klejms ta’ spejjeż għal darb'oħra identifikat żbalji b'impatt finanzjarju immaterjali b'mod kumplessiv iżda bi frekwenza għolja. Għaldaqstant il-Kummissjoni għandha tkompli tagħmel aktar sforzi biex ittejjeb id-data kontabilistika bażika fil-livell ta’ ċertu direttorati ġenerali.

Il-Kummissjoni se tibqa’ għaddejja bl-isforzi tagħha biex tkompli ttejjeb il-kwalità tad-dejta tal-kontabilità. Is-sistemi lokali jiġu aġġornati kontinwament sabiex ir-rekwiżiti tal-kontabilità jiġu ssodisfati.

Fir-rigward tal-kontabilità għal ammonti prefinanzjati, il-Qorti identifikat ukoll:

li l-approvazzjoni ta’ prefinanzjamenti pendenti mhux dejjem titwettaq b'mod korrett. Għadd ta’ approvazzjonijiet jew ma twettqux għal kollox jew inkella twettqu b'ammonti skorretti,

li xi wħud mid-direttorati ġenerali ma jipproċessawx l-informazzjoni disponibbli dwar il-progress li jkun sar u l-ispejjeż relatati mġarrba u ma japprovawx il-prefinanzjament korrispondenti skont dan il-progress, imma jużaw approssimazzjonijiet meta jkunu qegħdin jiddeċiedu dwar il-qtugħ,

għall-ewwel darba fir-Rapport Annwali 2010 tagħha li f'għadd dejjem jikber ta’ każijiet, il-Kummissjoni naqset milli tirreġistra sew il-pagamenti li wasslu għal attiv, partikolarment għal strumenti ta’ inġinerija finanzjarja u pagamenti bil-quddiem għal skemi oħra ta’ għajnuna.

Minkejja l-isforzi tas-servizzi tal-uffiċjal tal-kontabilità biex itejjeb is-sitwazzjoni, il-Qorti sabet li bosta direttorati ġenerali jkomplu jirreġistraw estimi fil-kontijiet saħansitra meta jkollhom bażi adegwata biex japprovaw il-prefinanzjamenti korrespondenti.

Il-kwistjoni tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja diġà ġiet indirizzata fil-kontijiet 2010 mal-wasla ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri fuq bażi volontarja. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li temenda l-qafas legali kurrenti u għamlet proposti xierqa għall-perjodu ta’ wara l-2013 biex it-twassil tal-informazzjoni meħtieġa ssir obbligatorja.

Għall-pagamenti bil-quddiem imħallsa lill-Istati Membri għal skemi oħra ta’ għajnuna u għal kontribuzzjonijiet lill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, attiv korrispondenti ta’ EUR 2 512-il miljun ġie rikonoxxut għall-ewwel darba fil-kontijiet konsolidati 2011.

Qabel l-2011, l-Istati Membri ma tawx data lill-Kummissjoni li, kieku, kienet tippermetti t-tiswir ta’ stima affidabbli. Informazzjoni disponibbli bħalissa, tindika li dawn l-ammonti kieku ma kinux ikunu materjali.

Għajr il-pagamenti bil-quddiem għall-iskemi ta’ għajnuna relatati mal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, l-ammonti mhux użati, rikonoxxuti għall-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja msemmija qabel, u skemi oħra ta’ għajnuna, ġew stabbiliti abbażi tal-ammonti kkontribwiti mill-Kummissjoni, u kif ukoll tqieset l-istima tal-ammonti mhux użati fuq bażi tal-linja dritta. In-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-ammonti li tassew intużaw inaqqas b'mod sinifikanti l-utilità ta’ din l-informazzjoni għal skopijiet ta’ ġestjoni.

Is-servizzi tal-kontabilità ħejjew sett ta’ linji gwida dwar l-approvazzjoni tal-prefinanzjament, li se jitqassmu malli titlesta l-analiżi tar-Regolament Finanzjarju.

Il-bażi legali għall-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja kif ukoll għall-ammonti ta’ għajnuna mill-Istat imħallsin bil-quddiem, inkluż anness mad-dikjarazzjoni tan-nefqa, ġiet implimentata (emenda għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 fit-13 ta’ Diċembru 2011). B’din l-emenda, il-Kummissjoni Ewropea għandha bażi legali biex titlob għall-informazzjoni meħtieġa mingħand l-Istati Membri.

L-informazzjoni ta’ hawn fuq se tintuża għal skopijiet ta' kontabilità fl-għeluq tal-kontijiet tal-2012. L-ammonti mhux imħallsin lill-benefiċjarji finali huma bbażati fuq stima pro-rata temporis.

Minħabba li d-DĠ REGIO bħalissa qiegħed fis-sitt sena mill-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ seba’ snin, mhux rakkomandabbli li jsir tibdil fil-metodoloġija. Madankollu, huwa previst li din il-metodoloġija tiġi mmodifikata għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, dment li dan jiġi aċċettat mill-Istati Membri mar-Regolament Finanzjarju l-ġdid.

Ladarba l-bażi legali għall-perjodu l-ġdid ta’ programmazzjoni tal-fondi strutturali tidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni se tkun intitolata li tirċievi informazzjoni dwar l-ammonti li fil-fatt ikunu ntużaw, u din se tintuża għat-tħejjija tal-kontijiet annwali. Dawn ir-rekwiżiti ġodda għandhom ukoll itejbu l-informazzjoni dwar il-ġestjoni.

Il-metodu użat mill-Kummissjoni għall-kontijiet tal-2011 hu l-aktar wieħed effettiv meta mqabbel man-nefqa u diġà ntuża biex saru l-kontijiet tal-2010.

Barra minn hekk, bħalma diġà ssemma fir-Rapport Annwali 2009 tal-Qorti, xi wħud mid-direttorati ġenerali ma rrispettawx ir-rekwiżit li l-fatturi u r-rendikonti tal-ispejjeż jiġu rreġistrati fi żmien ħames ġranet ta’ xogħol wara l-wasla tagħhom.

Minkejja titjib innutat fil-ħin meħud għar-reġistrazzjoni ta’ klejms ġodda ta’ spejjeż, xi wħud mid-direttorati ġenerali għadhom ma jirrispettawx għalkollox ir-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni tal-fatturi u l-klejms ta’ spejjeż tagħhom fil-pront.

Is-servizzi tal-Kummissjoni se jkomplu bl-isforzi tagħhom f'din id-direzzjoni. Għal dan il-għan, is-sistemi lokali jiġu aġġornati l-ħin kollu. Pereżempju, il-pretensjonijiet tal-ispejjeż li jirċievu d-DĠ AGRI u d-DĠ REGIO jiġu pproċessati fil-ħin allokat għal dan.

Fir-Rapport Annwali 2010 tagħha, il-Qorti nnutat li hija kwistjoni ta’ urġenza li l-Kummissjoni tirrivedi mill-ġdid ir-regola kontabilistika rilevanti sabiex tagħti gwida adegwata dwar ir-rikonoxximent u l-approvazzjoni ta’ prefinanzjament minħabba fl-użu akbar ta’ prefinanzjament fil-baġit tal-UE u ta’ tipi ġodda ta’ strumenti finanzjarji.

Ir-regola kontabilistika rilevanti ġiet aġġornata fl-2012 sabiex titqies il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti l-ammonti mhux użati ta’ kontribuzzjonijiet għall-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja u pagamenti bil-quddiem imħallsa għal skemi oħra ta’ għajnuna bħala attiv.

Is-servizzi qed jimplimentaw ir-regola fid-dawl tal-pagamenti relatati mal-istrumenti finanzjarji u mal-għajnuna mill-Istat (ara r-risposta hawn fuq).

2.

Żvelar dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji

2.

Żvelar dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji

2.

Żvelar dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji

Fir-Rapport Annwali 2007, il-Qorti diġà ddikjarat li għalkemm il-Kummissjoni kienet ħadet passi biex iżżid u ttejjeb l-informazzjoni li hija tat dwar il-mekkaniżmi korrettivi applikati għall-baġit tal-UE, l-informazzjoni għadha ma kinitx affidabbli għalkollox għax il-Kummissjoni mhux dejjem irċeviet informazzjoni affidabbli mill-Istati Membri.

Minkejja d-dgħufijiet li għadhom jolqtu l-affidabbiltà u l-kompletezza tad-data ppreżentata mill-Istati Membri, partikolarment fil-qasam tal-koeżjoni, ġie nnutat ċertu titjib matul is-snin. Fil-bidu tal-2011, il-Kummissjoni varat verifika tas-sistemi tal-Istati Membri għal irkupri fil-qasam tal-koeżjoni. Il-kontrolli tal-Kummissjoni fuq il-post urew li s-sistemi għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar ta’ data għadhom mhumiex affidabbli għalkollox fl-Istati Membri kollha miżjura. Għaldaqstant, data mill-Istati Membri fil-qasam tal-koeżjoni mhijiex żvelata fin-noti mar-rapporti finanzjarji 2011.

Rigward l-Agrikoltura, il-Kummissjoni rreġistrat id-djun pendenti fil-livell tal-Istati Membri u t-tnaqqis korrispondenti fil-valur, kif ukoll l-ammonti rkuprati mill-Istati Membri fil-kontijiet għall-2011.

Fir-rigward tal-Koeżjoni, l-affidabbiltà tad-dejta dwar l-irkupri rċevuta mingħand l-Istati Membri tjiebet meta mqabbla mal-aħħar perjodu, iżda l-Kummissjoni taqbel li għandha tkompli titjieb. Għal dan il-għan, fuq il-bażi tar-rappurtar magħmul kull sena fil-31 ta' Marzu, fil-bidu tal-2011 il-Kummissjoni tat bidu għal awditjar, ibbażat fuq ir-riskju, tas-sistemi tal-Istati Membri għall-irkupri. Dan għamlitu biex ittejjeb ir-rappurtar tal-korrezzjonijiet finanzjarji nazzjonali lill-Kummissjoni, u biex tiżgura l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-puntwalità tar-rappurtar. L-ewwel riżultati ġew irrappurtati fir-rapporti ta’ attività annwali għall-2011 tad-direttorati ġenerali responsabbli mill-azzjonijiet strutturali.

Barra minn hekk, għandha tiġi eżaminata l-ħtieġa li jiġu rfinati l-linji gwida tar-rappurtar finanzjarju rigward liema informazzjoni għandha tiġi inkluża u kif din għandha tiġi ttrattata.

L-istruzzjonijiet tal-uffiċjal tal-kontabilità jagħtu gwida lill-uffiċjali awtorizzanti b'delega dwar id-data li għandha tkun ipprovduta. Il-verifika tal-Qorti sabet titjib fl-applikazzjoni ta’ din il-gwida. Madankollu jinħtieġu sforzi addizzjonali biex tittejjeb il-kwalità tad-data ppreżentata.

Il-Kummissjoni se tissokta bl-isforzi tagħha biex tkompli ttejjeb il-kwalità tad-dejta ppreżentata.

Għall-ewwel darba fir-Rapport Annwali 2009 tagħha, il-Qorti kkritikat li għal xi oqsma tal-infiq, il-Kummissjoni ma tagħtix b'mod sistematiku l-informazzjoni li tirrikonċilja s-sena li fiha jsir il-pagament inkwistjoni, is-sena li fiha jinstab l-iżball relatat u s-sena li fiha tiġi żvelata l-korrezzjoni finanzjarja riżultanti fin-noti mal-kontijiet.

Għadha mhijiex ippreżentata informazzjoni li tirrikonċilja pagamenti, żbalji u korrezzjonijiet finanzjarji. Il-Qorti żżomm il-pożizzjoni tagħha li, kull fejn ikun possibbli, għandha tingħata rikonċiljazzjoni bħal din. Barra minn hekk, għandha tiġi stabbilita rabta ċara bejn ammonti inklużi f'rapporti ta’ attività annwali, partikolarment għall-istabbiliment tar-rata ta’ żball residwu, u informazzjoni dwar irkupri/korrezzjonijiet finanzjarji ppreżentati fil-kontijiet provviżorji.

Il-Kummissjoni tieħu nota tat-talbiet tal-Qorti u tirrimarka li dan rarament ikun possibbli.

F'ġestjoni kondiviża l-korrezzjonijiet finanzjarji mhumiex intenzjonati biex jiġi rkuprat infiq irregolari (li jibqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri) iżda pjuttost biex il-baġit tal-UE jitħares minn dawn l-irregolaritajiet. Għaldaqstant, mhuwiex korrett li r-rati ta’ żball ta' sena partikulari jintrabtu ma’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri żvelati fil-kontijiet annwali ta’ dik l-istess sena.

Barra minn hekk, anki d-differenzi bejn iż-żmien meta jsiru l-korrezzjonijiet finanzjarji u dak meta fil-fatt isiru l-irkupri fuq naħa waħda, u r-rati ta’ żball min-naħa l-oħra, ma jħallux li sseħħ din ir-rikonċiljazzjoni. Dan il-kumment tal-aħħar m’hux biss rilevanti għall-ġestjoni kondiviża, iżda wkoll għall-ġestjoni diretta, fejn l-ordnijiet ta’ rkupru jinħarġu wara t-tmiem tal-perjodu tal-għotja (multiannwali), jew ma jinħarġux, u dikjarazzjoni ta' nfiq ikkoreġuta titressaq mill-benefiċjarju.

Il-Kummissjoni ttenni l-kumment tagħha li n-nefqa tiġi kkontrollata diversi snin wara s-sena attwali ta’ pagament partikolari, primarjament fl-għeluq tal-programm. Barra minn hekk, il-korrezzjoni finanzjarja tista’ tkun ir-riżultat tal-iskoperta ta’ dgħjufijiet fis-sistemi tal-kontroll tal-Istati Membri, f’liema każ ma teżisti l-ebda konnessjoni diretta mal-pagamenti. B’konsegwenza ta’ dan, la hu possibbli u lanqas rilevanti li tiġi rrikonċiljata s-sena tal-pagament ikkonċernat mas-sena li fiha l-korrezzjoni finanzjarja tiġi żvelata fin-noti ta’ mal-kontijiet. Barra minn dan, l-Istati Membri huma primarjament responsabbli għall-prevenzjoni, l-iskoperta u l-korrezzjoni ta’ żbalji u irregolaritajiet fil-qasam tal-ġestjoni kondiviża.

Rigward l-Agrikoltura, l-ammonti kollha fit-tabelli differenti fin-nota 6 jistgħu jiġu rrikonċiljati mal-informazzjoni disponibbli fil-livell tal-Kummissjoni jew mad-dikjarazzjonijiet tal-Istati Membri.

Fir-rigward tal-Politika Reġjonali, ir-rabta bejn ammonti użati għar-rata residwa ta’ żball fir-rapport ta’ attività annwali u l-informazzjoni fil-kontijiet provviżorji hija possibbli għar-rappurtar tas-sena ta’ qabel u għall-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri qabel l-iskadenza regolatorja tal-31 ta' Marzu, li hija wkoll meta jagħlaq iż-żmien biex jiġu stabbiliti l-kontijiet provviżorji. Il-Kummissjoni ħeġġet lill-Istati Membri jirrapportaw il-korrezzjonijiet mill-aktar fis possibbli qabel il-31 ta’ Marzu sabiex jevitaw din il-kwistjoni taż-żmien li ma jaqbilx.

Fi tmiem is-sena 2010, għall-koeżjoni, ammont totali ta’ EUR 2,5 biljun kien għad kellu jiġi implimentat (jiġifieri “imsarraf” permezz tal-irċevuta ta’ pagament lura mill-Kummissjoni jew pagament mill-Kummissjoni abbażi ta’ klejm li minnu l-Istat Membru naqqas in-nefqa ineliġibbli). Ir-rata ta’ implimentazzjoni baxxa ta’ 71 % ġiet spjegata mill-proċess ta’ għeluq li kien għadu għaddej għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006. Klejms ta’ pagamenti li waslu fi tmiem l-2010 kienu għadhom mhux awtorizzati, li fisser li l-korrezzjonijiet finanzjarji relatati ma setgħux jitqiesu fiċ-ċifri ta’ implimentazzjoni 2010.

Fi tmiem l-2011, ammont ta’ EUR 2,5 biljun kien għad kellu jiġi implimentat (rata ta’ implimentazzjoni ta’ 72 %). L-ammont kif ukoll ir-rata ta’ implimentazzjoni baqgħu f'livell simili għas-sena l-oħra għax klejms ta’ pagamenti li waslu fi tmiem l-2010 kienu għadhom ma jistgħux jiġu awtorizzati.

L-għeluq tal-programmi huwa proċedura kumplessa fejn bosta dokumenti sottomessi mill-Istat Membru jiġu ċċekkjati, u fejn tista’ tintalab aktar informazzjoni mill-Kummissjoni sabiex tinkiseb prova li l-Istat Membru jkun tabilħaqq naqqas il-korrezzjonijiet finanzjarji deċiżi, speċjalment fejn jidħlu programmi operazzjonali kumplessi. B’hekk ikompli jittawwal iż-żmien biex isir il-kalkolu tal-bilanċ finali li jkun irid jitħallas. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tagħraf biss l-implimentazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja meta l-pagament finali jiġi debitament awtorizzat mill-uffiċjal awtorizzanti, u dan il-pass ma jitlestiex qabel ma tasal fi tmiemha l-katina tal-verifikazzjoni.

Fir-rigward tal-Koeżjoni, l-ammont ta’ korrezzjonijiet aċċettati mill-Istati Membri li, iżda, għad iridu jiġu implimentati huwa relatat mal-programmi ta’ bejn l-2000 u l-2006 u huwa rifless fi pretensjonijiet għal pagamenti finali rċevuti mill-Kummissjoni iżda li għadhom ma ġewx awtorizzati minħabba l-proċess tal-għeluq fejn il-Kummissjoni trid tivvaluta l-informazzjoni kollha pprovduta bħala koerenti u kompluta. Il-Qorti rrakkomandat li l-Kummissjoni tuża dan il-metodu prudenti li dawn il-korrezzjonijiet ma jiġux irrapportati bħala li jkunu ġew implimentati qabel ma jiġu awtorizzati l-pagamenti finali.

In-noti ta’ spjegazzjoni tal-kontijiet konsolidati fihom informazzjoni dwar il-fatt li xi pagamenti x'aktarx li jiġu kkoreġuti f'data aktar tard mis-servizzi tal-Kummissjoni jew inkella mill-Istati Membri. Madankollu, minkejja talbiet imtennija mill-Qorti sa mill-2005, fin-noti għad mhumiex identifikati l-ammonti u l-oqsma tal-infiq li jistgħu jkunu soġġetti għal aktar verifikazzjoni u approvazzjoni tal-proċeduri tal-kontijiet.

Ammonti soġġetti għal aktar verifikazzjoni u approvazzjoni għadhom mhumiex żvelati fin-noti mal-kontijiet konsolidati (għall-kuntrarju tal-ammonti kwantifikabbli ta’ rkupri potenzjali).

Ir-Regolament Finanzjarju jippermetti lill-Kummissjoni tagħmel kontrolli ex-post fuq in-nefqa kollha għal diversi snin wara s-sena attwali tan-nefqa. Il-kontijiet m’għandhomx jimplikaw li, minħabba l-verifikazzjonijiet fis-snin li ġejjin, in-nefqa kollha kkonċernata għad trid tiġi aċċettata. Mill-bqija, in-nefqa baġitarja kollha tiġi kkunsidrata provviżorja sakemm issir verifika ex-post jew sakemm ikun skada l-imsemmi perjodu ta’ limitazzjoni. Meta l-ammonti tal-irkupri potenzjali jkunu kwantifikabbli, jiġu żvelati fin-nota 6 ta’ mal-kontijiet konsolidati.

Fil-qasam tal-Agrikoltura, madwar sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja inkwistjoni tittieħed deċiżjoni ta’ approvazzjoni finanzjarja li permezz tagħha l-Kummissjoni tistabbilixxi l-ammont ta’ nefqa rikonoxxuta bħala imposta fuq il-baġit tal-UE għal dik is-sena. Dan l-irwol tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni finanzjarja ma jiġix iddubitat mill-fatt li sussegwentement jistgħu jiġu imposti korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-Istati Membri permezz ta’ deċiżjonijiet ta’ konformità. L-ammont tan-nefqa li aktarx tiġi eskluża mill-finanzjament tal-UE b’dawn id-deċiżjonijiet ta’ konformità fil-futur jiġi żvelat f’nota mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

3.

Trasferiment tal-attivi ta’ Galileo

3.

Trasferiment tal-attivi ta’ Galileo

3.

Trasferiment tal-attivi ta’ Galileo

Il-ftehimiet għat-trasferiment lill-Unjoni tas-sjieda tal-attivi kollha maħluqa, żviluppati jew miksuba għall-programm Galileo għadhom ma ġewx implimentati għalkollox. Peress li l-infiq kollu mġarrab sa mill-2003 ġie ttrattat bħala spejjeż tar-riċerka, ma kien hemm ebda impatt fuq il-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2010. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha tkun disponibbli fiż-żmien meta t-trasferiment iseħħ sabiex l-attivi jkunu ssalvagwardjati b'mod effettiv.

Il-Kummissjoni qiegħda taħdem mal-Aġenzija Spazjali Ewropea biex tiżgura li fiż-żmien meta jsir it-trasferiment, l-informazzjoni kontabilistika u teknika meħtieġa kollha tkun disponibbli biex ikun garantit trasferiment tar-responsabbiltajiet bla problemi. Dan it-trasferiment huwa ppjanat li jsir fi tmiem il-fażi ta’ validazzjoni fl-orbita (mhux qabel tmiem l-2012). Fil-frattemp, fl-2011 il-Kummissjoni rrikonoxxiet ammont ta’ EUR 219-il miljun bħala attivi taħt kostruzzjoni relatata mal-proġett Galileo. Dan l-ammont jirrifletti l-ispejjeż imġarrba mill-Kummissjoni sa mit-22 ta’ Ottubru 2011, id-data meta l-ewwel żewġ satelliti tas-sistemi ġew illanċjati b'suċċess. Qabel din id-data, il-Kummissjoni qieset il-proġett bħala li kien għadu f'fażi tar-riċerka u l-ammonti kollha mġarrba kienu spejjeż.

Madankollu, l-analiżi mill-Qorti wriet dgħufijiet immaterjali fil-proċedura ta’ qtugħ li jistabbilixxi l-ammont ta’ attivi taħt kostruzzjoni.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ammonti rrikonoxxuti fuq il-karta tal-bilanċ huma raġonevolment preċiżi u affidabbli.

Il-metodoloġija u proċeduri tal-kontabilità għall-valutazzjoni tal-attivi tal-Galileo huma f'konformità sħiħa mar-regoli tal-UE dwar il-kontabilità u mal-istandards IPSAS.

Il-valutazzjoni tal-attivi ġiet iddeterminata bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti esterni tal-kontabilità fuq il-bażi ta’ dejta pprovduta mill-Aġenzija Spazjali Ewropea. Il-Kummissjoni wettqet il-kontrolli neċessarji biex tiżgura b’mod raġonevoli l-affidabbiltà tar-riżultati.

Fir-Rapport Annwali 2010 tagħha, il-Qorti ġibdet l-attenzjoni għar-riżerva magħmula mid-direttur ġeneral responsabbli fir-rapport ta’ attività annwali tiegħu 2010 fir-rigward tal-affidabbiltà tar-rappurtar finanzjarju mill-Aġenzija Spazjali Ewropea.

Id-direttur ġenerali responsabbli żamm ir-riżerva tiegħu fir-rapport ta’ attività annwali 2011 tiegħu u wessa' l-ambitu tagħha.

Il-Kummissjoni se tkompli tawditja r-rapporti finanzjarji pprovduti mill-Aġenzija u se tinkoraġġiha u tappoġġjaha fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tagħha favur aktar titjib tal-kwalità tar-rapportar finanzjarju lill-Kummissjoni. Fl-2012 ġiet iffinalizzata analiżi esterna tas-sistemi ta’ kontroll tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, u din żvelat riżultati sodisfaċenti. Minħabba l-azzjonijiet li għaddejjin bħalissa, il-Kummissjoni tistenna li l-kwistjonijiet jiġu korretti malajr sabiex ikun possibbli li din ir-riserva titnaqqas u finalment titneħħa.

ANNESS 1.3

SILTIET MILL-KONTIJIET ANNWALI KKONSOLIDATI PROVVIŻORJI 2011  (1)

Tabella 1 —   Karta tal-Bilanċ  (2)

(EUR miljun)

 

31.12.2011

31.12.2010

Attivi mhux kurrenti:

Attivi intanġibbli

149

108

Proprjetà, impjanti u tagħmir

5 071

4 813

Investimenti għal żmien twil:

Investimenti kontabilizzati bl-użu tal-metodu tal-ekwità

374

492

Attivi finanzjarji: Attivi disponibbli għall-bejgħ

2 272

2 063

Attivi finanzjarji: Self għal żmien twil

41 400

11 640

Ammonti riċevibbli u rekuperabbli għal żmien twil

289

40

Prefinanzjament għal żmien twil

44 723

44 118

 

94 278

63 274

Attivi kurrenti:

Inventarji

94

91

Investimenti għal żmien qasir:

Attivi finanzjarji: Attivi disponibbli għall-bejgħ

3 619

2 331

Ammonti riċevibbli u rekuperabbli għal żmien qasir:

Attivi finanzjarji: Self għal żmien qasir

102

2 170

Ammonti riċevibbli u rekuperabbli oħra

9 477

11 331

Prefinanzjament għal żmien qasir

11 007

10 078

Likwidità u ekwivalenti ta’ likwidità

18 935

22 063

 

43 234

48 064

Attivi totali

137 512

111 338

Passivi mhux kurrenti:

Pensjoni u benefiċċji oħra tal-impjegati

(34 835)

(37 172)

Provvedimenti għal żmien twil

(1 495)

(1 317)

Passivi finanzjarji għal żmien twil

(41 179)

(11 445)

Passivi oħra għal żmien qasir

(2 059)

(2 104)

 

(79 568)

(52 038)

Passivi kurrenti:

Provvedimenti għal żmien qasir

(270)

(214)

Passivi finanzjarji għal żmien qasir

(51)

(2 004)

Pagabbli

(91 473)

(84 529)

 

(91 794)

(86 747)

Passivi totali

(171 362)

(138 785)

Attivi netti

(33 850)

(27 447)

Riżervi

3 608

3 484

Ammonti li għandhom jinġabru mill-Istati Membri

(37 458)

(30 931)

Attivi netti

(33 850)

(27 447)


Tabella 2 —   Kont tar-riżultat ekonomiku  (3)

(EUR miljun)

 

2011

2010

Dħul operattiv

Dħul minn riżorsi proprji u kontribuzzjonijiet

124 677

122 328

Dħul operattiv ieħor

5 376

8 188

 

130 053

130 516

Spejjeż operattivi

Spejjeż amministrattivi

(8 976)

(8 614)

Spejjeż operattivi

(123 778)

(103 764)

 

(132 754)

(112 378)

(Defiċit) / Bilanċ pożittiv minn attivitajiet operattivi

(2 701)

18 138

Dħul finanzjarju

1 491

1 178

Spejjeż finanzjarji

(1 355)

(661)

Moviment fl-obbligazzjoni tal-pensjoni u benefiċċji oħra tal-impjegati

1 212

(1 003)

Sehem mid-defiċit nett ta’ impriżi konġunti u assoċjati

(436)

(420)

Riżultat ekonomiku għas-sena

(1 789)

17 232


Tabella 3 —   Tabella tal-likwidità  (4)

(EUR miljun)

 

2011

2010

Riżultat ekonomiku għas-sena

(1 789)

17 232

Attivitajiet operattivi

Amortizzament

33

28

Deprezzament

361

358

(Żieda)/tnaqqis fis-self għal żmien twil

(29 760)

(876)

(Żieda)/tnaqqis fil-prefinanzjament għal żmien twil

(605)

(2 574)

(Żieda)/tnaqqis fl-ammonti riċevibbli u rikuperabbli għal żmien twil

(249)

15

(Żieda)/tnaqqis fl-inventarji

(3)

(14)

(Żieda)/tnaqqis fil-prefinanzjament għal żmien qasir

(929)

(642)

(Żieda)/tnaqqis fl-ammonti riċevibbli u rikuperabbli għal żmien qasir

3 922

(4 543)

Żieda/(tnaqqis) fil-provvedimenti għal żmien twil

178

(152)

Żieda/(tnaqqis) fil-passivi finanzjarji għal żmien twil

29 734

886

Żieda/(tnaqqis) f'passivi oħra għal żmien twil

(45)

(74)

Żieda/(tnaqqis) fil-provvedimenti għal żmien qasir

56

1

Żieda/(tnaqqis) fil-passivi għal żmien qasir

(1 953)

1 964

Żieda/(tnaqqis) fl-ammonti pagabbli

6 944

(9 355)

Bilanċ pożittiv tas-sena preċedenti meħud bħala dħul mhux f'likwidità

(4 539)

(2 254)

Movimenti oħra mhux f'likwidità

(75)

(149)

Żieda/(tnaqqis) fl-obbligazzjoni tal-pensjoni u benefiċċji oħra tal-impjegati

(2 337)

(70)

Attivitajiet ta’ investiment

(Żieda)/tnaqqis fl-attivi intanġibbli u l-proprjetà, l-impjanti u t-tagħmir

(693)

(374)

(Żieda)/tnaqqis fl-investimenti għal żmien twil

(91)

(176)

(Żieda)/tnaqqis fl-investimenti għal żmien qasir

(1 288)

(540)

Fluss nett tal-likwidità

(3 128)

(1 309)

Żieda/(tnaqqis) netti fil-likwidità u ekwivalenti ta’ likwidità

(3 128)

(1 309)

Likwidità u ekwivalenti ta’ likwidità fil-bidu tas-sena

22 063

23 372

Likwidità u ekwivalenti ta’ likwidità fi tmiem is-sena

18 935

22 063


Tabella 4 —   Dikjarazzjoni tal-bidliet fl-attivi netti  (5)

(EUR miljun)

 

Riżervi (A)

Ammonti li għandhom jinġabru mingħand l-Istati Membri (B)

Attivi netti = (A) + (B)

Riżerva tal-valur ġust

Riżervi oħra

Bilanċ pożittiv akkumulat/(defiċit)

Riżultat ekonomiku għas-sena

Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2009

69

3 254

(52 488)

6 887

(42 278)

Moviment fir-riżerva tal-Fond ta’ Garanzija

 

273

(273)

 

0

Movimenti fil-valur ġust

(130)

 

 

 

(130)

Oħrajn

 

4

(21)

 

(17)

Allokazzjoni tar-riżultat ekonomiku 2009

 

14

6 873

(6 887)

0

Riżultat tal-baġit attribwit lill-Istati Membri

 

 

(2 254)

 

(2 254)

Riżultat ekonomiku għas-sena

 

 

 

17 232

17 232

Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2010

(61)

3 545

(48 163)

17 232

(27 447)

Moviment fir-riżerva tal-Fond ta’ Garanzija

 

165

(165)

 

0

Movimenti fil-valur ġust

(47)

 

 

 

(47)

Oħrajn

 

2

(30)

 

(28)

Allokazzjoni tar-riżultat ekonomiku 2010

 

4

17 228

(17 232)

0

Riżultat tal-baġit 2010 attribwit lill-Istati Membri

 

 

(4 539)

 

(4 539)

Riżultat ekonomiku għas-sena

 

 

 

(1 789)

(1 789)

Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2011

(108)

3 716

(35 669)

(1 789)

(33 850)


Tabella 5 —   Riżultat tal-baġit tal-UE  (6)

(EUR miljun)

Unjoni Ewropea

2011

2010

Dħul għas-sena finanzjarja

130 000

127 795

Pagamenti kontra approprjazzjonijiet għas-sena kurrenti

(128 043)

(121 213)

Approprjazzjonijiet ta’ pagamenti riportati għas-sena N+1

(1 019)

(2 797)

Kanċellazzjoni ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagamenti mhux użati riportati mis-sena N-1

457

741

Differenzi tal-kambju għas-sena

97

23

Riżultat tal-baġit  (7)

1 492

4 549


(1)  Hu rrakkomandat li l-qarrej jikkonsulta t-test sħiħ tal-kontijiet annwali provviżorji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 li jinkludu kemm ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati u kemm in-noti ta’ spjegazzjoni u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u n-noti ta’ spjegazzjoni.

(2)  Il-karta tal-bilanċ hija ppreżentata billi jintuża l-lejawt simili għal dak tal-kontijiet annwali provviżorji tal-Unjoni Ewropea.

(3)  Il-kont tar-riżultat ekonomiku hu ppreżentat billi jintuża l-lejawt simili għal dak tal-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea.

(4)  It-tabella tal-likwidità hija ppreżentata billi jintuża l-lejawt simili għal dak tal-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea.

(5)  Id-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-attivi netti hija ppreżentata billi jintuża l-lejawt simili għal dak tal-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea.

(6)  It-tabella tar-riżultat tal-baġit tal-UE hi ppreżentata billi jintuża l-lejawt simili għal dak tal-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea.

(7)  Li minnhom it-total tal-ammonti tal-EFTA hu ta’ EUR (5) mijun fl-2011 u EUR 9 miljun fl-2010.


KAPITOLU 2

Dħul

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tad-dħul

Ambitu u approċċ tal-verifika

Riżorsi proprji tradizzjonali

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Riżorsi proprji tradizzjonali

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING

Dħul ieħor

Effettività tas-sistemi

Riżorsi proprji tradizzjonali

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

Riżervi ġenerali u speċifiċi

Il-verifikazzjoni tal-inventarji tal-ING

Dħul ieħor: Multi u penali

Irkupru infurzat

Klassifikazzjonijiet tal-kreditu minimi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li joħorġu garanziji

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

2.1.

Dan il-Kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-Qorti dwar id-dħul, li jinkludi r-riżorsi proprji u dħul ieħor. Informazzjoni ewlenija dwar id-dħul fl-2011 tingħata fit- Tabella 2.1 . Ir-riżorsi proprji huma bil-bosta s-sors prinċipali ta’ finanzjament tan-nefqa baġitarja (91 %).

 

Tabella 2.1 —   Dħul — Informazzjoni prinċipali 2011

Titolu tal-baġit

Tip ta’ dħul

Deskrizzjoni

Dħul 2011

EUR miljun

%

1

Riżorsi proprji tradizzjonali (RPT)

Imposti fuq iz-zokkor

132

0,1

Dazji doganali

16 646

12,8

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

Riżorsi bbażati fuq il-VAT (taxxa fuq il-valur miżjud) mis-sena finanzjarja attwali

14 077

10,8

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

Riżorsi bbażati fuq l-ING (introjtu nazzjonali gross) mis-sena finanzjarja attwali

87 258

67,1

Korrezzjoni tal-iżbilanċi baġitarji

Korrezzjoni favur ir-Renju Unit

52

0,0

Tnaqqis fil-kontribuzzjoni bbażata fuq l-ING

Mogħti lill-Pajjiżi l-Baxxi u lill-Isvezja

–1

0,0

 

TOTAL TAR-RIŻORSI PROPRJI

118 164

90,9

3

 

Bilanċi pożittivi, bilanċi u aġġustamenti

6 370

4,9

4

 

Dħul li ġej minn persuni li jaħdmu mal-Istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni

1 207

0,9

5

 

Dħul li ġej mill-operat amministrattiv tal-Istituzzjonijiet

587

0,5

6

 

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet konnessi ma’ ftehimiet u programmi tal-Unjoni/Komunità

2 454

1,9

7

 

Interessi fuq pagamenti li jsiru tard u multi

1 183

0,9

8

 

Operazzjonijiet ta’ self

1

0,0

9

 

Dħul mixxellanju

34

0,0

 

 

TOTAL TA' DĦUL IEĦOR

11 836

9,1

DĦUL TOTALI GĦAS-SENA

130 000

100,0

Sors: Il-kontijiet annwali 2011 tal-Unjoni Ewropea.

Karatteristiċi speċifiċi tad-dħul

2.2.

Hemm tliet kategoriji ta’ riżorsi proprji (1): ir-riżorsi proprji tradizzjonali (RPT) (id-dazji doganali miġbura fuq l-importazzjonijiet u t-taxxa fuq il-produzzjoni taz-zokkor), ir-riżorsi proprji kkalkulati fuq il-bażi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) miġbura mill-Istati Membri, u r-riżorsi proprji derivati mill-introjtu nazzjonali gross (ING) tal-Istati Membri.

 

2.3.

Ir-RPT huma stabbiliti u miġbura mill-Istati Membri. Tliet kwarti minn dawn l-ammonti jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni (EUR 16 778 miljun, 12,9 % tad-dħul), filwaqt li l-kwart li jifdal jinżamm biex ikopri l-ispejjeż tal-ġbir. Kull Stat Membru jibgħat dikjarazzjoni tad-dazji stabbiliti (il-“kontijiet A”) lill-Kummissjoni kull xahar u dikjarazzjoni ta’ dawk id-dazji stabbiliti li mhumiex inklużi fiha (il-“kontijiet B”) (2) kull tliet xhur. Ir-riskji prinċipali fir-rigward tar-RPT huma l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-puntwalità tad-dazji li jsiru disponibbli għall-Unjoni.

 

2.4.

Ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT huma kontribuzzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ rata uniformi lill-bażijiet ta’ valutazzjoni armonizzati nozzjonalment tal-VAT tal-Istati Membri (EUR 14 077 miljun, 10,8 % tad-dħul). Ir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ rata uniformi għall-ING tal-Istati Membri (EUR 87 258 miljun, 67,1 % tad-dħul). Ir-riskju prinċipali għar-regolarità fir-rigward ta’ dawn ir-riżorsi proprji huwa li l-istatistika li huma bbażati fuqha jew ma ssirx f’konformità mar-regoli tal-Unjoni jew inkella ma tiġix ipproċessata skont dawn ir-regoli u li, b’riżultat ta’ dan, jitħallas ammont mhux korrett ta’ riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u/jew ING mill-Istati Membri kollha.

 

2.5.

Ir-Renju Unit jingħata korrezzjoni fir-rigward ta’ żbilanċi baġitarji (“il-korrezzjoni favur ir-Renju Unit”) li tinvolvi tnaqqis fil-pagamenti tiegħu tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING (3). Barra minn hekk, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija u l-Isvezja jibbenefikaw minn rata ta’ prelevazzjoni mnaqqsa għall-VAT, u l-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja għandhom tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali tagħhom tal-ING għall-perjodu 2007-2013 (4). Ir-riskju prinċipali huwa li l-Kummissjoni tagħmel żball f’dawn il-kalkoli, notevolment fir-rigward tal-kalkoli kkumplikati tal-korrezzjoni favur ir-Renju Unit.

 

2.6.

Wara li jiġi kkunsidrat it-total tar-RPT, ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u dħul ieħor, ir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING jintużaw biex jibbilanċjaw il-baġit. Kwalunkwe dikjarazzjoni inqas (jew dikjarazzjoni esaġerata) tal-ING għal Stati Membri partikolari — filwaqt li ma tolqotx ir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING ġenerali — għandha l-effett li żżid (jew tnaqqas) il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri l-oħrajn, sakemm il-problema tiġi kkoreġuta.

 

2.7.

Ir-riskji prinċipali fi dħul ieħor jinkludu l-ġestjoni mill-Kummissjoni ta’ multi u l-iffissar tal-korrezzjonijiet finanzjarji li l-Kummissjoni timponi fuq l-infiq agrikolu u tal-koeżjoni.

 

Ambitu u approċċ tal-verifika

2.8.

L- Anness 1.1 , il- Parti 2 , tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ tal-verifika u l-metodoloġija ġenerali tal-Qorti. Għall-verifika tad-dħul, għandhom jiġu nnutati l-punti speċifiċi li ġejjin:

(a)

Il-verifika kienet tinvolvi l-eżami fil-livell tal-Kummissjoni ta’ kampjun ta’ 55 ordni ta’ rkupru (5) li jkopru t-tipi kollha ta’ dħul (ara l- Anness 2.1 ).

(b)

Il-valutazzjoni tas-sistemi kopriet:

(i)

is-sistemi relatati għar-RPT, ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING;

(ii)

is-sistemi tal-Kummissjoni li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu tal-korrezzjoni favur ir-Renju Unit (inkluż eżami tal-kalkolu tal-ammont definittiv fir-rigward tal-2007) (6);

(iii)

il-ġestjoni mill-Kummissjoni ta’ multi u penali;

(iv)

ir-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni, b’mod partikolari ir-rapport ta’ attività annwali tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (id-DĠ BUDG).

 

Riżorsi proprji tradizzjonali

2.9.

Il-verifika tal-Qorti ta’ tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet ma tistax tkopri importazzjonijiet li ma ġewx iddikjarati jew dawk li nqabżu mis-sorveljanza doganali.

 

2.10.

Il-Qorti wettqet valutazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fil-Ġermanja, Spanja u Franza, li flimkien jikkontribwixxu aktar minn terz tar-RPT. Hija analizzat is-sistemi ta’ kontabilità tagħhom u eżaminat il-fluss tar-RPT. minn meta ġew stabbiliti sa meta ġew iddikjarati lill-Kummissjoni sabiex tikseb assigurazzjoni raġonevoli li l-ammonti rreġistrati kienu preċiżi u kompluti. Il-verifika inkludiet l-ittestjar ta’ kontrolli prinċipali li jirrelataw mal-applikazzjoni ta’ rati ta’ dazju preferenzjali fi Franza, Proċeduri tar-Rilaxx Lokali (PLR) fil-Ġermanja u Spanja, u l-ħażna u t-trattament tal-ispejjeż tal-merkanzija u l-assigurazzjoni fil-Ġermanja, Spanja u Franza.

 

2.11.

Barra minn hekk, il-Qorti rrikonċiljat is-seba’ ordnijiet ta’ rkupru tal-RPT inklużi fil-kampjun li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2.8(a) mad-dikjarazzjoni ta’ kull xahar korrispondenti mill-Istati Membri kkonċernati (7).

 

2.12.

Fl-aħħar nett, il-Qorti vvalutat is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fil-Kummissjoni, inklużi l-ispezzjonijiet tagħha fl-Istati Membri, il-proċedura tat-tħassir ta’ ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati u l-proċedura ta’ segwitu kemm għas-sejbiet preċedenti tagħha u kif ukoll dawk tal-Qorti.

 

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING

2.13.

Ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING huma bbażati fuq data statistika, fejn it-tranżazzjonijiet sottostanti ma jistgħux jiġu vverifikati direttament. Minħabba f’hekk, il-verifika ħadet bħala l-punt tat-tluq tagħha l-wasla għand il-Kummissjoni tal-aggregati makroekonomiċi ppreparati mill-Istati Membri, u mbagħad ivvalutat is-sistemi tal-Kummissjoni għall-ipproċessar tad-data sabiex jiġu ddeterminati l-ammonti li għandhom jiġu inklużi fil-kontijiet finali tal-baġit. Għalhekk il-Qorti eżaminat il-preparazzjoni tal-baġit tal-UE u l-korrettezza tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri.

 

2.14.

Il-Qorti vvalutat is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni li huma maħsuba li jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li dawn ir-riżorsi huma kkalkolati u miġbura b'mod korrett. Il-verifika kopriet ukoll il-ġestjoni mill-Kummissjoni tar-riżervi tal-VAT u l-ING u l-verifikazzjoni tagħha tal-inventarji tal-ING fl-Istati Membri. Il-verifika tal-Qorti ma tistax tipprovdi ġudizzju dwar il-kwalità tad-data tal-VAT u l-ING li l-Kummissjoni rċeviet mill-Istati Membri.

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

2.15.

L- Anness 2.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. L-ittestjar mill-Qorti tal-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet sab li 1,8 % huma milquta minn żball. Ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti hija ta’ 0,8 % (8).

2.15.

Ara t-tweġiba għall-punt 2.18.

Riżorsi proprji tradizzjonali

2.16.

Il-Qorti sabet li, b’mod ġenerali, l-ordnijiet ta’ rkupru stabiliti mill-Kummissjoni jirriflettu d-dikjarazzjonijiet tal-kontijiet A mibgħuta mill-Istati Membri.

 

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING

2.17.

Il-verifika tal-Qorti ma sabet ebda żball fil-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pagament tagħhom.

 

Dħul ieħor

2.18.

Il-Qorti sabet li waħda mis-sitt tranżazzjonijiet ittestjati fir-rigward ta’ dħul ieħor kien fiha żball. Il-Qorti rrevediet il-kalkolu ta’ korrezzjoni finanzjarja imposta mill-Kummissjoni fuq Stat Membru fil-qasam tan-nefqa agrikola (it-Titolu 6 fit- Tabella 2.1 ). Filwaqt li l-Qorti ma tixħitx dubju fuq il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni, hija sabet żball fl-applikazzjoni tagħha li rriżulta f’sottostima tat-telf għall-baġit tal-UE mill-Kummissjoni. Il-korrezzjoni finanzjarja kellha tkun ta’ EUR 30 miljun minflok il-EUR 21 miljun ikkalkolati (9).

2.18.

Il-Kummissjoni hi sodisfatta li l-Qorti ma tpoġġix f’dubju l-metodoloġija tagħha għall-valutazzjoni tat-telf fil-baġit tal-UE. Dan sar f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti sabiex ikun ikkalkulat it-telf minflok tintuża korrezzjoni b’rata fissa.

Rigward il-każ imsemmi mill-Qorti, il-kalkolu tar-rata ta’ żball kienet magħmula mill-Istat Membru abbażi ta’ metodoloġija aċċettata mill-Kummissjoni u bl-użu tal-aħjar informazzjoni disponibbli dak iż-żmien. L-Istat Membru iktar tard ipprovda tagħrif addizzjonali u aktar preċiż dwar il-popolazzjoni fir-riskju u l-Kummissjoni kkunsidrat li huwa ġġustifikat li dan it-tagħrif jittieħed inkonsiderazzjoni mingħajr ma terġa’ tinfetaħ, f’dan l-istadju daqshekk tard, il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità sabiex tkun ikkalkulata mill-ġdid ir-rata tal-iżbalji.

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

2.19.

Ir-riżultati tal-eżami mill-Qorti tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma miġbura fil-qosor fl- Anness 2.2 . Instabu xi defiċjenzi fis-sistemi, kif irrappurtat hawn taħt.

 

Riżorsi proprji tradizzjonali

2.20.

Fl-Istati Membri fejn saret żjara, il-verifika tal-Qorti (ara l-paragrafu 2.10 hawn fuq) żvelat defiċjenzi fis-sorveljanza doganali nazzjonali:

2.20.

Il-Kummissjoni se ssegwi s-sejbiet tal-Qorti fid-dettall, filwaqt li tqis li l-kontrolli doganali tal-Istati Membri għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju.

(a)

fl-applikazzjoni tar-rati tad-dazju preferenzjali (10);

(a)

Fil-każ ta’ żewġ dikjarazzjonijiet minn 50 tal-importazzjoni, il-Qorti ma sabet l-ebda dokument fil-fajls eżaminati li jixhed it-trasport dirett ta' merkanzija lejn l-UE.

Iż-żewġ każijiet fejn hemm nieqsa evidenza ta’ trasport dirett se jiġu segwiti mill-Kummissjoni sabiex ikun iddeterminat jekk hemmx xi konsegwenzi finanzjarji.

(b)

fil-kontroll u l-verifika ex-post tal-Proċeduri tar-Rilaxx Lokali (PRL) (11);

(b)

L-analiżi tar-riskju mwettqa mill-Istati Membri għandha tqis il-perjodu ta’ preskrizzjoni, u f'xi każijiet jista’ ma jkunx hemm bżonn li kull tliet snin jitwettaq l-awditjar tal-Proċedura tar-Rilaxx.

(c)

fil-verifika ex-post tal-ħżin doganali (12);

(c)

L-analiżi tar-riskju mwettqa mill-Istati Membri għandha tqis il-perjodu ta’ preskrizzjoni, u f'xi każijiet jista’ ma jkunx hemm bżonn li kull tliet snin jitwettaq l-awditjar tal-ħażniet.

(d)

fl-analiżi tar-riskju applikata fl-istadju ta’ importazzjoni (13);

(d)

Il-Kummissjoni se ssegwi din is-sejba mal-Istati Membri kkonċernati.

(e)

fit-trattament tal-ispejjeż tal-merkanzija u l-assigurazzjoni (14).

(e)

Il-Kummissjoni se ssegwi l-każijiet individwali mal-Istati Membri kkonċernati sabiex tiddetermina jekk hemmx konsegwenzi finanzjarji.

Sorveljanza doganali nazzjonali parzjalment effettiva żżid ir-riskju li jinġabru ammonti mhux korretti ta’ RPT.

 

2.21.

Fir-Rapport Annwali 2010 tagħha l-Qorti rrappurtat li, għal dikjarazzjoni A minnhom relatata ma’ Stat Membru (15), ma kienx possibbli li l-ammont ta’ RPT ddikjarat jiġi rikonċiljat mad-dokumenti tal-kontabilità li huwa kien ibbażat fuqhom. Fir-Rapport ta’ Attività Annwali għall-2011 tad-DĠ BUDG issa hemm riżerva dwar l-affidabbiltà tad-data tal-kontabilità ta’ dan l-Istat Membru.

2.21.

DĠ Baġit għamel riżerva dwar l-affidabilità tal-approvazzjojni ta’ dan l-Istat Membru u l-proċeduri u s-sistemi ta’ awditjar tar-RPT abbażi tat-tliet spezzjonijiet konsekuttivi tal-Kummissjoni u tas-sejbiet tal-Qorti.

Għaddejja azzjoni ta’ rimedju. L-Istat Membru ressaq pjan ta’ azzjoni fi tmiem Novembru 2011 li jistabbilixxi l-miżuri korrettivi li se jittieħdu. Il-pjan għandu objettivi ta’ terminu qasir (2012), ta’ terminu medju (2012-2013) u objettivi fit-tul (2013-2014 u s-snin sussegwenti). Il-Kummissjoni qed tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan. L-ewwel stadju jikkonsisti fit-twettiq ta’ awditjar estern tas-sistema kontabilistika.

2.22.

Il-Qorti sabet li diversi sejbiet irrappurtati minnha jew mill-Kummissjoni fis-snin preċedenti jkomplu jiġu rrappurtati minn dawn iż-żewġ Istituzzjonijiet mingħajr ma tittieħed azzjoni ta’ rimedju mill-Istati Membri relevanti (pereżempju s-sejbiet imsemmija fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 1/2010 (16): “Il-proċeduri ssimplifikati doganali għall-importazzjoni huma kkontrollati b’mod effettiv?”).

2.22.

Is-sejbiet tal-Qorti u tal-Kummissjoni huma segwiti b’mod eżawrijenti. L-Istati Membri jistgħu jieħdu ż-żmien sabiex itejbu s-sistemi tagħhom, partikolarment fejn jinqala’ nuqqas ta’ qbil jew ikunu meħtieġa tibdiliet sistemiċi jew strutturati. Is-servizzi tal-Kummissjoni jużaw il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiżguraw li l-Istati Membri jindirizzaw is-sejbiet tagħhom b'mod sodisfaċenti u, fejn relevanti, jesiġu li l-Istat Membru jirkupra r-riżorsi proprji tradizzjonali li jkunu tħallsu inqas. Dan jista’ jinkludi li jittieħdu proċedimenti ta' ksur fejn ikun qed iseħħ ksur ċar tal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE. Fis-snin riċenti l-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet dwar il-proċeduri ssimplifikati, l-istrateġija ta’ kontroll doganali u l-proċedura tar-rilaxx. Rapport tematiku fuq l-istrateġija tal-kontroll doganali ġie mogħti lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-riżorsi proprji fl-2011, u r-rapport tematiku dwar il-proċedura tar-rilaxx se jkun ippreżentat fl-2012.

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

2.23.

Riżerva hija mezz li permezz tiegħu element dubjuż f’dikjarazzjoni tal-VAT ippreżentata minn Stat Membru jista’ jinżamm miftuħ għall-korrezzjoni wara l-limitu ta’ żmien statutorju ta’ erba’ snin. L-użu tar-riżervi huwa għalhekk parti mill-proċess ta’ kontroll intern. Madankollu, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jirrisolvu elementi dubjużi malajr kemm jista’ jkun.

 

2.24.

Fl-2011, il-Kummissjoni għamlet 46 riżerva u neħħiet 42. Skont il-Kummissjoni, l-effett nett kien li r-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT jitnaqqsu b’madwar EUR 88 miljun (17). Fl-aħħar tas-sena, it-total ta’ riżervi stabbiliti kien 156 (ara t- Tabella 2.2 ). Mir-riżervi li ġew stabbiliti mill-Kummissjoni, 51 jirrelataw ma’ ksur tal-leġiżlazzjoni tal-VAT. Dawn jistgħu jitneħħew biss wara li l-proċedura tal-ksur tkun ingħalqet u l-effett fuq il-bażi tal-VAT għas-snin ikkonċernati jkun ġie determinat.

2.24.

Iċ-ċifri użati f'dan ir-rapport huma ftit differenti minn dawk li tagħti l-Kummissjoni fl-Anness relevanti tal-kontijiet annwali tagħha. Dan għaliex il-Qorti u l-Kummissjoni jużaw metodi ftit differenti sabiex tingħadd il-ħażna tar-riżervi. Il-Qorti tuża d-data tan-notifika u l-Kummissjoni d-data ta’ meta jitlestew il-proċeduri amministrattivi interni assoċjati.

2.25.

Il-Kummissjoni qed tkompli bl-isforzi tagħha biex tneħħi riżervi tal-VAT li ilhom pendenti ħafna. Il-Qorti tiddefinixxi riżervi bħal dawn bħala riżervi li jirrelataw għal sena li tkun tal-inqas 10 snin qabel, jiġifieri riżervi li kienu għadhom stabbiliti fl-aħħar tal-2011 però li kienu jikkonċernaw is-sena 2002 u s-snin ta’ qabel. Kien hemm 15-il riżerva bħal din fl-aħħar tas-sena, xi wħud jiddataw lura għall-1995, meta mqabbla ma’ 16 fl-aħħar tal-2010 (il-paragrafu 2.23 tar-Rapport Annwali 2010).

2.25.

Kien hemm titjib kontinwu fil-frekwenza tal-konsultazzjonijiet mal-Istati Membri u titjib fil-livelli ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li se jkomplu. Il-proporzjon tar-riservi li l-Qorti tiddefinixxi bħala li ilhom pendenti qed ikompli jonqos — bħalissa qiegħed anqas minn 10 % tat-total. Anki bit-titjib fil-kooperazzjoni, dejjem se jkun hemm xi riżervi li ilhom pendenti għax uħud għandhom ħafna ramifikazzjonijiet li jridu jiġu esplorati, inklużi kwistjonijiet ta’ prinċipju, u jistgħu jinvolvu aktar minn attentat wieħed sabiex tinstab soluzzjoni. Id-definizzjoni ta’ żmien twil u pendenti, adottata mill-Qorti, tista’ tenfasizza żżejjed iż-żmien li apparentement jittieħed sabiex jissolvew ir-riżervi. Mir-riżervi l-ġodda stabbiliti mill-Kummissjoni fl-2011, 75 % koprew l-2007, għalhekk skont il-metodoloġija tal-Qorti kienu diġà kważi nofs triq milli jkunu ilhom pendenti.

Tabella 2.2 —   Ir-riżervi tal-VAT fil-31 ta’ Diċembru 2011

Stat Membru

Riżervi pendenti fil-31.12.2010

Riżervi magħmula fl-2011

Riżervi mneħħija fl-2011

Riżervi pendenti fil-31.12.2011

L-ewwel sena l-aktar imbiegħda li għaliha japplikaw ir-riżervi

Il-Belġju

0

1

0

1

2007

Il-Bulgarija

2

5

1

6

2007

Ir-Repubblika Ċeka

8

9

4

13

2004

Id-Danimarka

9

2

3

8

2005

Il-Ġermanja

1

5

0

6

2003

L-Estonja

9

1

0

10

2004

L-Irlanda

10

2

7

5

1998

Il-Greċja

7

0

0

7

1999

Spanja

1

2

0

3

2003

Franza

6

1

0

7

2001

L-Italja

8

2

3

7

1995

Ċipru

6

0

2

4

2004

Il-Latvja

6

0

1

5

2004

Il-Litwanja

2

0

0

2

2005

Il-Lussemburgu

2

0

2

0

 

L-Ungerija

4

0

0

4

2004

Malta

10

0

0

10

2004

Il-Pajjiżi l-Baxxi

8

6

5

9

2004

L-Awstrija

6

0

0

6

2002

Il-Polonja

6

0

1

5

2004

Il-Portugall

14

0

9

5

2003

Ir-Rumanija

0

5

1

4

2007

Is-Slovenja

0

0

0

0

 

Is-Slovakkja

0

0

0

0

 

Il-Finlandja

8

3

1

10

1995

L-Isvezja

10

2

1

11

1995

Ir-Renju Unit

9

0

1

8

1998

TOTAL

152

46

42

156

 

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

Riżervi ġenerali u speċifiċi

2.26.

Fl-aħħar tal-2011 kienu jeżistu riżervi ġenerali (18) dwar id-data tal-ING tal-Istati Membri tal-EU-15 għall-perjodu mill-2002 sal-2007, tal-Istati Membri tal-EU-10 għall-2004-2007, u tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-2007.

2.26.

Hekk kif il-Qorti tirrikonoxxi fil-paragrafu 2.28, is-sitwazzjoni sa Jannar 2012 inbidlet b’mod sinifikanti meta r-riżervi ġenerali baqgħu fis-seħħ għall-Bulgarija u r-Rumanija biss.

2.27.

Fil-bidu tal-2011, kien hemm erba’ riżervi speċifiċi tal-PNG miftuħa (19) li kienu jirrelataw mal-perjodu mill-1995 sal-2001. Sussegwentement, il-Kummissjoni neħħiet żewġ riżervi li kienu jikkonċernaw ir-Renju Unit, u tħalla bilanċ ta’ tnejn (20) fl-aħħar tal-2011.

2.27.

Il-Kummissjoni qed tagħmel progress permezz tal-kooperazzjoni tagħha maż-żewġ pajjiżi li għad għandhom riżervi tal-PNG għall-perjodu 1995-2001 (1 għall-Greċja u 1 għar-Renju Unit fl-aħħar tas-sena 2011) sabiex dawn ir-riżervi jkunu jistgħu jitneħħew.

Il-verifikazzjoni tal-inventarji tal-ING

2.28.

F’Lulju u f’Ottubru 2011, il-Kumitat tal-ING adotta r-rapporti ta’ valutazzjoni dwar l-Istati Membri tal-EU-25, abbażi tal-verifikazzjoni mill-Eurostat tal-inventarji tal-ING. L-ebda riżerva ġenerali, ma tneħħiet jew riżerva speċifika ġiet stabbilita fir-rigward tad-data tal-ING għall-perjodu mill-2002 ’il quddiem sal-aħħar ta’ Jannar 2012 (ara l-paragrafi 2.29 u 2.41, ir-raba’ inċiż, tar-Rapport Annwali 2010).

2.28.

Bħala riżultat tal-konklużjonijiet milħuqa fiż-żewġ laqgħat tal-Kumitat tal-ING fit-tieni nofs tal-2011, ix-xogħol tkompla sa tmiem is-sena fejn ġie identifikat u preċiżament imħejji l-qafas tar-riżervi speċifiċi meħtieġa li għandhom jieħdu post ir-riżervi ġenerali eżistenti. Il-proċessi amministrattivi meħtieġa biex jipprovdu lil kull wieħed mill-25 Stat Membru simultanjament b'notifika uffiċjali ta' konferma dwar it-tneħħija tar-riżervi ġenerali u r-riżervi speċifiċi ffissati li jikkonċernawhom tlestew kmieni fl-2012.

Dħul ieħor: Multi u penali

Irkupru infurzat

2.29.

Ir-regoli ta’ implimentazzjoni (21) tar-Regolament Finanzjarju jistipolaw li l-Kummissjoni għandha tinforza l-irkupru ta’ ammonti riċevibbli bi kwalunkwe mezz disponibbli fejn la saru pagamenti proviżorji u lanqas ma ġew ippreżentati garanziji mid-debituri biex ikopru l-ammont sħiħ sad-data tal-ħlas. Fl-aħħar tal-2011 bejn wieħed u ieħor 2 % (22) ta’ multi pendenti ma ġewx koperti la b’pagament proviżorju u lanqas b’garanzija wara d-data tal-ħlas.

2.29.

L-infurzar tal-irkupru bi kwalunkwe prezz jista’ jkollu konsegwenzi irreparabbli u jeqred jew ifalli kumpaniji li jkunu soġġetti għal multi. Il-Kummissjoni tipprova tikseb il-kopertura tal-multi tagħha billi tinnegozja mal-kumpaniji sabiex tissalvagwardja l-ġbir tal-multa, jew permezz ta’ ħlasijiet parzjali regolari inkella b’garanziji.

Huwa grazzi għal dawn in-negozjati li parti mill-multi mhux koperti (inklużi l-imgħaxijiet moratorji) imposti fuq impriżi f'sitwazzjoni finanzjarja dgħajfa jistgħu jinġabru jew ikunu koperti minn garanzija u jista’ jkun hemm ftehim dwar pjan ta’ pagament, skont ir-regoli attwali, li garanzija finanzjarja tagħmel tajjeb għalih (ara l-punt 2.32). Madankollu, xi multi ma jistgħux jinġabru għaliex huma imposti fuq impriżi li fallew, li qegħdin f’qagħda finanzjarja prekarja jew li huma stabbiliti barra l-Unjoni.

2.30.

Il-Qorti eżaminat kampjun ta’ 14-il multa bħal din u sabet li fi 8 każijiet il-Kummissjoni ma kinitx użat il-mezzi kollha disponibbli biex tinforza l-irkupru.

2.30.

Fir-rigward tat-tmien każijiet imsemmija mill-Qorti, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-multi jirrigwardaw jew każijiet fejn miżuri interim jew talbiet dwar inabbiltà kontributtiva (skont §35 tal-linji gwida dwar il-multi tal-2006) kienu pendenti, u/jew każijiet fejn l-infurzar kien jikkawża l-insolvenza immedjata tal-kumpanija kkonċernata, bil-konsegwenza li l-Kummissjoni tkun tilfet il-multa għaliex mhix kreditur preferut.

Dawn l-eżempji juru li l-Kummissjoni dejjem tfittex, fir-rigward ta’ debituri f’qagħda finanzjarja prekarja, li tikseb il-multi billi tinnegozja mal-kumpaniji sabiex tissalvagwardja l-ġbir tal-multa.

2.31.

Il-Kummissjoni tiddikjara li dawn il-każijiet kollha kienu jikkonċernaw debituri li kienu f’kundizzjoni finanzjarja prekarja. Id-DĠ BUDG fir-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu għall-2011 jiddikjara li huwa mhux se jfittex li jinforza l-irkupru jekk huwa jqis li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huma protetti bl-aħjar mod billi jiġi nnegozjat pjan ta’ pagament. Il-Kummissjoni qed tipproponi li timmodifika r-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju sabiex tippermetti din it-tip ta’ azzjoni “f’ċirkostanzi eċċezzjonali”.

 

Klassifikazzjonijiet tal-kreditu minimi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li joħorġu garanziji

2.32.

Taħt l-Artikolu 28a tar-Regolament Finanzjarju (23), is-salvagwardjar tal-attivi huwa objettiv tal-ġestjoni tal-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-garanziji li jkopru l-multi huma salvagwardjati, il-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu l-garanziji. Il-Qorti sabet każijiet fejn dawn ir-rekwiżiti ma ġewx irrispettati.

2.33.

Fit-13 ta’ Mejju 2011 il-Kummissjoni llaxkat il-kundizzjonijiet għal garanziji bħal dawn biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq li kienu qed jiddeterjoraw. Il-Qorti sabet eżempji fejn anke dawn il-kundizzjonijiet aġġornati ma ġewx irrispettati.

2.34.

Fid-dawl tal-istat attwali tas-settur bankarju, fir-Rapport ta’ Attività Annwali tad-DĠ BUDG, il-Kummissjoni tiddikjara li hija qiegħda tanalizza l-politika tal-ġestjoni tar-riskju tagħha.

2.32.-2.35.

Il-Kummissjoni tqis li f'numru ta' każijiet limitat ħafna kien impossibbli li jinkisbu garanziji li jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti filwaqt li ħadet inkonsiderazzjoni l-ambjent finanzjarju li sejjer għall-agħar.

2.33.-2.34.

Fid-dawl tal-istat attwali tas-settur finanzjarju Ewropew, huwa inevitabbli li l-Kummissjoni tirrivedi fuq bażi regolari l-politika tagħha għall-ġestjoni tar-riskju fir-rigward tal-garanziji li jkopru multi pendenti. Tabilħaqq, bosta banek ewlenin issa tilfu l-klassifikazzjoni aċċettabbli tagħhom mit-tliet aġenziji ewlenin tal-klassifikazzjoni, u fil-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri huwa impossibbli li jinstab bank bi klassifikazzjoni aċċettabbli, li jagħmilha diffiċli ferm għal kumpanija ta’daqs żgħir jew medju biex, pereżempju, tikseb tali garanzija. Minħabba l-kondizzjonijiet tas-suq il-Kummissjoni kienet obbligata li tirrevedi r-rekwiżiti għall-garanziji fit-13 ta’ Mejju 2011.

Fl-eżempji msemmija mill-Qorti, il-garanziji kkonċernati, meta ġew aċċettati mill-Kummissjoni, rrispettaw il-politika tar-riskju fis-seħħ. Il-garanti aktar tard ġew deklassifikati, fejn quddiem l-għadd iċken ta’ banek li għadhom fis-suq li jissodisfaw il-kriterji, il-Kummissjoni kellha għal darba oħra terġa’ tikkunsidra l-politika tagħha tar-riskju għal garanziji bankarji f’Ġunju 2012. Id-Deċiżjoni l-ġdida, filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tas-swieq finanzjarji, tiżgura wkoll livell suffiċjenti ta’ diversifikazzjoni fl-espożizzjoni ġenerali tal-Kummissjoni fir-rigward tal-garanti individwali.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

2.35.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha (24), il-Qorti tikkonkludi li, għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011,

(a)

id-dikjarazzjonijiet u l-pagamenti tar-RPT tal-Istati Membri,

(b)

il-kalkolu tal-Kummissjoni tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri abbażi tad-data tal-VAT u tal-ING irċevuta mill-Istati Membri,

(c)

il-kalkolu tal-korrezzjoni favur ir-Renju Unit, u

(d)

dħul ieħor

kienu ħielsa minn żbalji materjali.

 

2.36.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti sabet li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għad-dħul eżaminati kienu effettivi. Madankollu, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-kwistjonijiet stipulati hawn taħt:

2.36.

(a)

Il-verifiki tal-Qorti żvelaw dgħufijiet fis-sorveljanza doganali nazzjonali (il-paragrafu 2.20). Il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Istati Membri vverifikati huma biss parzjalment effettivi biex jiżguraw li l-RPT irreġistrati huma kompluti u korretti.

(a)

Il-Kummissjoni se ssegwi s-sejbiet tal-Qorti mal-Istati Membri kkonċernati.

(b)

Riżervi li ilhom pendenti ħafna għadhom jeżistu f’konnessjoni mar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT (il-paragrafu 2.25).

(b)

L-għadd u l-proporzjon tar-riżervi li ilhom pendenti skont id-definizzjoni tal-Qorti qed ikomplu jonqsu — issa huma inqas minn 10 % tat-total. Dejjem se jkun hemm xi riżervi li ilhom pendenti għax jista’ jkun hemm ħafna ramifikazzjonijiet għall-Istati Membri meta jiġu biex jesploraw u biex jirrimedjaw.

Kien hemm titjib kontinwu fil-frekwenza tal-konsultazzjonijiet mal-Istati Membri u titjib fil-livelli ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li se jkomplu.

(c)

Fl-aħħar tal-2011 il-Kummissjoni kienet għadha ma neħħietx ir-riżervi ġenerali u għamlet riżervi speċifiċi tal-ING fir-rigward tal-Istati Membri tal-EU-25 għall-perjodu mill-2002 ’il quddiem (il-paragrafu 2.28).

(c)

Il-proċessi amministrattivi meħtieġa biex jipprovdu lil kull wieħed mill-25 Stat Membru simultanjament b'notifika uffiċjali ta' konferma dwar it-tneħħija tar-riżervi ġenerali u r-riżervi speċifiċi ffissati li jikkonċernawhom tlestew kmieni fl-2012.

(d)

Fl-aħħar tal-2011 il-Kummissjoni kienet għadha ma neħħietx iż-żewġ riżervi speċifiċi tal-PNG li kien għad fadal, għall-perjodu mill-1995 sal-2001 (il-paragrafu 2.27).

(d)

Il-Kummissjoni qed tagħmel progress permezz tal-kooperazzjoni tagħha maż-żewġ pajjiżi li għad għandhom riżervi tal-PNG għall-perjodu 1995-2001 (waħda għall-Greċja u waħda għar-Renju Unit fl-aħħar tas-sena 2011) sabiex dawn ir-riżervi jkunu jistgħu jitneħħew.

(e)

Il-Qorti tieħu nota tar-raġunijiet għaliex l-irkuprar ma jiġix infurzat fil-każijiet kollha (il-paragrafu 2.31). Il-Kummissjoni qiegħda tipproponi li timmodifika r-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju sabiex ikun jista’ jittieħed dan it-tip ta’ azzjoni “f’ċirkostanzi eċċezzjonali”.

(e)

Il-Kummissjoni dejjem tfittex li tikseb l-aħjar li tista’ minn multa appellata (permezz ta’ ħlas proviżorju jew ta’ garanzija) iżda f'xi każijiet meta l-impriża mmultata tkun qiegħda f’qagħda finanzjarja prekarja, in-negozjati ta’ dwar kif se tinfeda jistgħu jkunu twal u jinvolvu partijiet interessati oħra (l-azzjonisti, il-kumpanniji possedenti jew il-banek). Regola ġdida li tippermetti, f’każi eċċezzjonali, ħlas diferit mingħajr garanzija se tagħmilha possibbli li tinġabar xi parti mill-multa anke jekk l-impriża ma tkunx tista' tikseb garanzija bankarja.

(f)

Il-Kummissjoni qiegħda tanalizza wkoll il-politika tal-ġestjoni tar-riskju tagħha dwar l-affidabbiltà tal-garanziji li jkopru multi u penali pendenti, sabiex tiġi riflessa s-sitwazzjoni fis-settur bankarju (il-paragrafu 2.34).

(f)

Il-politika tal-ġestjoni tar-riskju ġiet riveduta u adattata biex tqis l-ambjent finanzjarju u ekonomiku attwali, filwaqt li tiżgura wkoll li l-livell tas-sigurtà tal-assi finanzjarji jibqa’ fl-ogħla livell possibbli. Il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu jipprovdu indikazzjoni għall-evalwazzjoni tar-riskju iżda mhumiex użati b’mod uniku, jew mingħajr ma jittieħed inkonsiderazzjoni kriterju ieħor għal deċiżjonijiet dwar l-immaniġġjar tar-riskju.

Rakkomandazzjonijiet

2.37.

L- Anness 2.3 juri r-riżultat tal-analiżi tal-Qorti dwar il-progress li sar fl-indirizzar ta’ rakkomandazzjonijiet magħmula f’rapporti annwali preċedenti (l-2008 u l-2009). Il-punti li ġejjin għandhom jiġu nnutati:

2.37.

(a)

Fir-rapporti annwali preċedenti tagħha (pereżempju l-paragrafu 4.14 tar-Rapport Annwali 2008 u l-paragrafu 2.20 tar-Rapport Annwali 2009), il-Qorti ddikjarat li hija kompliet issib problemi bl-użu tal-kontijiet B. Fl-2011 il-Kummissjoni kienet għadha qed issib problemi bħal dawn fl-ispezzjonijiet tagħha.

(a)

Il-Kummissjoni teżamina l-kontijiet B kull sena waqt l-ispezzjonijiet tagħha. Il-kont B li fih jiddaħħlu d-djun li mhumiex garantiti u/jew li huma kkontestati, min-natura tiegħu, fih kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għal problemi, u din hija r-raġuni għaliex is-servizzi tal-Kummissjoni jeżaminaw dan il-kont kull sena. Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-kont B issa huwa kkompjuterizzat fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, u numru ta’ ammonti li mhux suppost jiddaħħlu fil-kont B qed jonqos. Il-biċċa l-kbira tas-sejbiet magħmula mill-Kummissjoni għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru, pereżempju, meta ammont ma jistax jiġi rkuprat (u jiġi kkanċellat) jew meta d-dejn ikun ikkanċellat minħabba żball amministrattiv. F'dawn il-każijiet, il-ġestjoni tal-kont B, kif inhu, mhix il-kwistjoni.

(b)

Dwar ir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING, il-Qorti rrakkomandat (pereżempju fil-paragrafu 2.38 tar-Rapport Annwali 2009) li l-Kummissjoni għandha (i) tiċċara l-ambitu tal-opinjoni li hija tipprovdi fir-rapporti ta’ valutazzjoni tagħha dwar id-data tal-ING tal-Istati Membri u (ii) tikkunsidra l-evalwazzjoni tagħha tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fl-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika (NSI) għall-kumpilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma ġewx implimentati mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tagħha tad-data tal-ING tal-Istati Membri tal-EU-25 (ara l-paragrafu 2.28).

(b)

Il-Kummissjoni tqis li l-approċċ li hija tapplika (kontrolli tad-dokumentazzjoni tal-Kwestjonarji tal-ING, il-verifika tal-Inventarji tal-ING permezz tal-GIAQ ikkumplimentata b'verifika diretta) huwa adattat għal valutazzjoni finali tal-ING tal-Istati Membri. F'dan il-kuntest, is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll (SCS) huma ta' natura organizzattiva u ma jagħtux indikazzjoni speċifika dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet, li tiddependi primarjament fuq is-sorsi statistiċi u l-metodi użati, anke jekk is-SCS jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu r-riskji tal-iżbalji fil-kontijiet nazzjonali. Il-Kummissjoni se tissokta bl-isforzi tagħha sabiex tiżviluppa linji gwida dwar is-SCS li jkunu jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biex jikkumpilaw il-kontijiet nazzjonali tagħhom, filwaqt li tqis l-osservazzjonijiet tal-Qorti.

2.38.

B’segwitu għal din l-analiżi, u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2011, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni:

2.38.

Rakkomandazzjoni 1: tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jsaħħu s-sorveljanza doganali sabiex jimmassimizzaw l-ammont tar-RPT miġbur.

Il-Kummissjoni se tkompli tivverifika li l-Istati Membri stabbilixxew oqfsa xierqa ta’ kontroll sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE fil-qasam tar-riżorsi proprji tradizzjonali.

Rakkomandazzjoni 2: tkompli l-isforzi tagħha biex tiżgura li l-kontijiet B jintużaw b’mod korrett u li s-sistemi ta’ kontabilità jippermettu li l-kontijiet A tal-Istati Membri jkunu kompluti u korretti b’mod evidenti.

Il-Kummissjoni se tkompli tivverifika li l-kontijiet B qed jintużaw tajjeb u li s-sistemi kontabilistiċi jippermettu lill-kontjiet A tal-Istati Membri biex ikunu kompluti u korretti.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17) u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1), kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 105/2009 (ĠU L 36, 5.2.2009, p. 1).

(2)  Meta d-dazji jew l-imposti jibqgħu ma jitħallsux u ma jkun ingħata ebda titolu ta’ sigurtà, jew ikunu koperti minn titoli ta’ sigurtà imma jkunu ġew sfidati, l-Istati Membri jistgħu jissospendu d-disponibilità ta’ dawn ir-riżorsi billi jdaħħluhom f’dawn il-kontijiet separati.

(3)  L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2007/436/KE. Dan it-tnaqqis kien madwar EUR 4 biljun fl-2011. It-EUR 52 miljun li hemm referenza għalihom fit- Tabella 2.1 jirrappreżentaw l-effett tad-differenzi fir-rata tal-kambju.

(4)  L-Artikolu 2(4) u 2(5) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE. It-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun fil-kontribuzzjoni bbażata fuq l-ING fit- Tabella 2.1 huwa l-effett tad-differenzi fir-rata tal-kambju.

(5)  Ordni ta’ rkupru hija l-proċedura li permezz tagħha l-Uffiċjal li Jawtorizza (AO) jirreġistra intitolament mill-Kummissjoni sabiex jirkupra l-ammont li huwa dovut.

(6)  Ara l-paragrafu 2.16 tar-Rapport Annwali 2010.

(7)  Il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja u l-Pajjiżi l-Baxxi.

(8)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata ta’ żball minn kampjun tal-istatistika rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima (magħrufa bħala l-MLE). Il-Qorti għandha 95 % fiduċja li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni tinsab bejn LEL 0,0 % u UEL 2,4 % (il-limiti inferjuri u superjuri tar-rata ta’ żball rispettivament).

(9)  Fl-2006 l-Kummissjoni sabet li Stat Membru kien qed juża ortoritratti li ma kinux aġġornati. Il-Kummissjoni kkalkulat rata ta’ żball ta’ 1,34 % minħabba l-inklużjoni żbaljata ta’ reġjuni li ma kinux milquta bil-problema ta’ ortoritratti mhux aġġornati. Skont il-Qorti ir-rata ta’ żball korretta li kellha tintuża kellha tkun 1,91 %, li tirriżulta f’ differenza ta’ EUR 9 miljun.

(10)  Franza.

(11)  Il-Ġermanja u Spanja. Barra minn hekk l-ispezzjonijiet proprji tal-Kummissjoni tal-PRL żvelaw dgħufijiet fis-sistema fil-11 mill-21 Stat Membru li hija spezzjonat fl-2011.

(12)  Spanja u Franza.

(13)  Il-Ġermanja u Franza.

(14)  Spanja u Franza.

(15)  Il-paragrafu 2.15: Il-Belġju.

(16)  Ara l-website tal-QEA: http://eca.europa.eu

(17)  Il-bilanċ ta’ żieda ta’ EUR 8 miljun u tnaqqis ta’ EUR 96 miljun.

(18)  L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000, kif emendat, jiddikjara li, wara t-30 ta’ Settembru tar-raba’ sena wara sena finanzjarja partikolari, kwalunkwe bidla fil-PNG/ING m’għandhiex tiġi kkunsidrata aktar, minbarra fuq il-punti nnotifikati f’dan il-limitu ta’ żmien mill-Kummissjoni jew mill-Istat Membru. Dawn il-punti huma magħrufa bħala riżervi. Riżerva ġenerali tkopri d-data kollha ta’ Stat Membru.

(19)  Riżerva speċifika tkopri elementi diskreti tal-ING (PNG sal-2001, ING wara dan) bħall-valur miżjud gross ta’ attivitajiet magħżula, in-nefqa totali tal-konsum finali jew il-bilanċ favorevoli gross operattiv u d-dħul imħallat.

(20)  Dawn kienu jikkonċernaw lill-Greċja u lir-Renju Unit u kienu relatati mal-aspetti tal-metodoloġija u l-kumpilazzjoni.

(21)  L-Artikoli 84, 85 u 85a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).

(22)  Madwar EUR 240 miljun minn EUR 13-il biljun.

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 26.11.2010. p. 9).

(24)  Għal raġunijiet spjegati fil-paragrafi 2.13 u 2.14, din il-konklużjoni ma tipprovdix valutazzjoni tal-kwalità tad-data tal-VAT jew tal-ING li l-Kummissjoni rċeviet mill-Istati Membri.

ANNESS 2.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TA' TRANŻAZZJONIJIET GĦAD-DĦUL

 

2011

2010

2009

2008

RPT

VAT/ING, korrezzjonijiet taħt it-Titolu 1 tal-Baġit

Dħul ieħor

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet (li minnhom):

7

42

6

55

55

62

60

Ordnijiet ta’ rkupru

7

42

6

55

55

62

60

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon (għadd) tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żbalji

100 %

(7)

100 %

(42)

83 %

(5)

98 %

(54)

100 %

95 %

100 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

0 %

(0)

0 %

(0)

17 %

(1)

2 %

(1)

0 %

5 %

0 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

0,8 %

 

 

 

Il-limitu superjuri tal-iżball (UEL)

2,4 %

 

 

 

Il-limitu inferjuri tal-iżball (LEL)

0,0 %

 

 

 


(1)  Biex jitjieb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta’ riskju differenti fil-grupp ta’ politika, il-kampjun ġie maqsum f'segmenti.

(2)  Ċifri kkwotati fil-parentesti jirrappreżentaw l-għadd reali ta’ tranżazzjonijiet.

ANNESS 2.2

RIŻULTATI TAL-ANALIŻI TAS-SISTEMI GĦAD-DĦUL

Valutazzjoni tas-sistemi eżaminati

Sistema kkonċernata

Kontrolli mill-Kummissjoni fl-Istati Membri

Kalkolu / kontrolli fl-uffiċċju u ġestjoni tad-dħul mill-Kummissjoni

Ġestjoni mill-Kummissjoni tar-riżervi

Kontrolli interni prinċipali fi Stati Membri vverifikati

Valutazzjoni ġenerali

RPT

Effettivi

Effettivi

M/A

Parzjalment effettivi

Effettiva

VAT/ING

Effettivi

Effettivi

Effettiva

M/A

Effettiva

Korrezzjoni favur ir-Renju Unit

M/A

Effettivi

M/A

M/A

Effettiva

Multi u penali

M/A

Effettivi

M/A

M/A

Effettiva

ANNESS 2.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAD-DĦUL

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

2009

Dwar ir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING, il-Qorti rrakkomandat (fil-paragrafu 2.38 fir-rigward tal-2009) li l-Kummissjoni għandha

 

 

(i)

tiċċara l-ambitu tal-opinjoni li hija tipprovdi fir-rapporti tal-valutazzjoni tagħha dwar id-data tal-ING tal-Istati Membri u

(ii)

tikkunsidra evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fl-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika (NSI) għall-kumpilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali.

(i)

fir-rapporti tal-Istati Membri tal-EU-25, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni dwar il-kwalità tad-data tal-ING u dwar il-konformità tagħha mal-ESA95, mingħajr ma ċċarat l-ambitu u l-objettivi tax-xogħol ta’ verifikazzjoni tal-Eurostat li jappoġġa l-konklużjoni ġenerali;

(ii)

peress li fl-2011 il-Eurostat kien għadu ma adottax linji gwida li jistabbilixxu l-aħjar prattiki dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-kumpilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali, fil-fehma tal-Qorti l-evalwazzjoni tagħhom ma setgħetx titwettaq b'mod xieraq fil-kuntest tal-valutazzjoni finali li saret fuq id-data tal-ING tal-Istati Membri tal-EU-25.

Il-Kummissjoni tqis li l-approċċ li hija tapplika (kontrolli tad-dokumentazzjoni tal-Kwestjonarji tal-ING, il-verifika tal-Inventarji tal-ING permezz tal-GIAQ ikkumplimentata b'verifika diretta) huwa adattat għall-valutazzjoni finali tal-ING tal-Istati Membri. F'dan il-kuntest, is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll (SCS) huma ta' natura organizzattiva u ma jagħtux indikazzjoni speċifika dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet, li tiddependi primarjament fuq is-sorsi statistiċi u l-metodi użati, anke jekk is-SCS jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu r-riskji tal-iżbalji fil-kontijiet nazzjonali. Il-Kummissjoni se tissokta bl-isforzi tagħha sabiex tiżviluppa linji gwida dwar is-SCS li jkunu jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biex jikkumpilaw il-kontijiet nazzjonali tagħhom, filwaqt li tqis l-osservazzjonijiet tal-Qorti.

2009 u 2008

Il-Qorti spiss irrappurtat użu mhux xieraq tal-kontijiet B (pereżempju l-paragrafu 2.20 tar-Rapport Annwali 2009 u 4.14 tar-Rapport Annwali 2008)

Il-Kummissjoni teżamina l-kontijiet B kull sena u għadha ssib użu mhux xieraq bħal dan.

Il-Kummissjoni teżamina kull sena l-kontijiet B waqt l-ispezzjonijiet tagħha. Dan se tkompli tagħmlu.


KAPITOLU 3

Agrikoltura: suq u appoġġ dirett

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-qasam tal-politika

Ambitu u approċċ tal-verifika

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Kundizzjonalità

Effettività tas-sistemi

Sistemi tal-Istati Membri relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Proċeduri amministrattivi u ta’ kontroll biex jiżguraw pagament korrett inkluża l-kwalità tad-databases

Sistemi ta’ kontroll ibbażati fuq kontrolli fiżiċi fuq il-post

Proċeduri biex jiġi żgurat l-irkuprar ta’ pagamenti mhux dovuti

Is-sistema ta’ sorveljanza u r-rappreżentazzjoni tal-ġestjoni tal-Kummissjoni

Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

Ir-rappreżentazzjoni tal-ġestjoni tad-DĠ Agri — ir-Rapport ta’ Attività Annwali (RAA)

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

3.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-Qorti dwar is-suq u l-appoġġ dirett għall-agrikoltura, li huwa parti mill-qasam tal-politika 05 — Agrikoltura u żvilupp rurali. Informazzjoni prinċipali dwar l-attivitajiet koperti u dwar l-infiq fl-2011 hija pprovduta fit- Tabella 3.1

3.1.

In-nefqa amministrattiva msemmija fit-Tabella 3.1 tkopri wkoll l-attivitajiet mhux tal-FAEG. Il-FAEG jiffinanzja linja tal-baġit 1 (05 04 01 01) b'pagamenti magħmula għal EUR 7,7 miljun fl-2011 mit-total tan-nefqa amministrattiva ta' EUR 133,7 miljun (il-Kapitolu 05 01).

Tabella 3.1 —   Agrikoltura: Suq u appoġġ dirett — Informazzjoni ewlenija 2011

(EUR miljun)

Titolu tal-baġit

Qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod ta’ ġestjoni

05

Spiża agrikola ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG)

Spiża amministrattiva (39)

134

Diretta u ċentralizzata

Interventi fi swieq agrikoli

3 533

Kondiviża (40)

Għajnuniet diretti

40 178

Kondiviża

Oħrajn

103

Ċentralizzata diretta/kondiviża

 

43 948

 

Total tan-nefqa amministrattiva (41)

134

 

Total tan-nefqa operazzjonali

43 809

 

Li minnhom

pagamenti bil-quddiem

8

 

pagamenti interim/finali

43 801

 

Total tal-pagamenti għas-sena

43 943

 

Total tal-impenji għas-sena

43 950

 

Sors: Il-kontijiet annwali 2011 tal-Unjoni Ewropea.

Karatteristiċi speċifiċi tal-qasam tal-politika

3.2.

L-objettivi (1) tal-politika agrikola komuni (PAK) kif stabbiliti fit-Trattat huma li tiżdied il-produttività agrikola, b’hekk ikun assigurat livell ġust ta’ għajxien għall-komunità agrikola, jiġu stabilizzati s-swieq, tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-provvisti u jkun hemm assigurazzjoni li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.

 

3.3.

Il-baġit tal-UE jiffinanzja n-nefqa tal-PAK l-aktar permezz ta’ żewġ fondi (2): il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), li jiffinanzja kompletament l-għajnuna diretta u l-miżuri tas-suq tal-UE (3), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li jikkofinanzja programmi ta’ żvilupp rurali. Dan il-kapitolu jkopri n-nefqa tal-FAEG filwaqt li n-nefqa għall-iżvilupp rurali hija ppreżentata fil-Kapitolu 4.

 

3.4.

Il-miżuri ewlenin iffinanzjati mill-FAEG huma:

L-għajnuna diretta “Skema ta’ Pagament Uniku” (SPS). Pagamenti tal-SPS huma bbażati fuq “drittijiet” (4) li kull wieħed minnhom huwa attivat b’ettaru wieħed ta’ art eliġibbli ddikjarat mill-bidwi. Fl-2011 l-SPS irrappreżentat infiq ta’ EUR 31 082 miljun (77 % ta’ għajnuniet diretti).

L-għajnuna diretta “Skema ta’ Pagament Uniku skont l-Erja” (SPUE) tipprovdi għall-pagament ta’ ammonti uniformi għal kull ettaru eliġibbli ta’ art agrikola u attwalment hija applikata f’10 mill-Istati Membri (5) li ssieħbu fl-UE fl-2004 u fl-2007. Fl-2011 l-SPUE ammontat għal nefqa ta’ EUR 5 084 miljun (13 % ta’ għajnuniet diretti).

Skemi oħra ta’ għajnuna diretta marbuta ma’ tipi speċifiċi ta’ produzzjoni agrikola (bħal baqar li jreddgħu, qoton, eċċ). Fl-2011 dawk l-iskemi kienu jirrappreżentaw infiq ta’ EUR 4 012-il miljun (10 % ta’ għajnuniet diretti).

Interventi fis-swieq agrikoli li jkopru, pereżempju, intervent f’forma ta’ ħżin, rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, programmi ta’ ikel u appoġġ speċifiku għas-setturi tal-frott/ħaxix u tal-inbid (b’kollox jammontaw għal EUR 3 533 miljun fl-2011).

 

3.5.

Taħt l-iskemi kollha ta’ għajnuna diretta tal-FAEG (6), il-benefiċjarji tal-għajnuna mill-UE għandhom obbligu legali li jissodisfaw kundizzjonijiet ta’ “kundizzjonalità” relatati mal-protezzjoni tal-ambjent, mas-saħħa pubblika, mas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, mat-trattament xieraq tal-annimali (Rekwiżiti Statutarji tal-Ġestjoni (SMRs)) u mal-manutenzjoni ta’ art agrikola f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (7). Jekk il-bdiewa ma jkunux konformi ma’ dawn l-obbligi, l-għajnuna tagħhom hija mnaqqsa (8).

3.5.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprovdi li fejn in-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet ikun innutat, għandha tkun applikata penali fuq l-ammont globali tal-pagamenti diretti magħmula fir-rigward tal-applikazzjonijiet ippreżentati mill-bidwi matul is-sena kalendarja tas-sejba, jekk in-nuqqas ta' konformità jkun dovut għal att jew ommissjoni marbuta direttament mal-bidwi u jekk mhux ta’ natura minuri.

3.6.

In-nefqa tal-PAK hija soġġetta għal ġestjoni konġunta mill-Kummissjoni u l-Istati Membri. L-infiq jitwassal permezz ta’ 81 aġenzija nazzjonali jew reġjonali tal-pagamenti. Dawn l-aġenziji tal-pagamenti huma responsabbli għall-pagamenti lill-benefiċjarji u, qabel ma jagħmlu dan, huma għandhom, jew direttament jew permezz ta’ entitajiet delegati, jivverifikaw l-eliġibbiltà tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) hija s-sistema prinċipali ta’ ġestjoni u kontroll li tiżgura r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ għajnuna diretta tal-FAEG. Il-kontijiet u r-rekords tal-pagamenti tal-aġenziji tal-pagamenti huma eżaminati minn entitajiet indipendenti tal-verifika (korpi taċ-ċertifikazzjoni) li jirrapportaw lill-Kummissjoni permezz ta’ ċertifikati u rapporti annwali.

3.6.

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni jeżaminaw, fuq bażi annwali, il-proċeduri ta’ kontroll intern tal-aġenziji tal-pagamenti, flimkien mal-kontijiet annwali tagħhom.

3.7.

Il-Kummissjoni trid tikseb l-assigurazzjoni li l-Istati Membri waqqfu sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regolamenti, u li s-sistemi jaħdmu b’mod effettiv.

 

3.8.

Fir-rigward tal-għajnuniet diretti, ir-riskji ewlenin għar-regolarità huma li l-għajnuna taż-żona titħallas għal art mhux eliġibbli jew għal żewġ benefiċjarji jew aktar għall-istess biċċa art, jew li primjums għall-annimali huma mħallsa għal aktar annimali milli jkollu l-applikant fis-sjieda tiegħu. Fir-rigward ta’ interventi fis-swieq agrikoli, ir-riskji prinċipali għar-regolarità huma li l-għajnuna tingħata għal spejjeż ineliġibbli jew iddikjarati b’mod eċċessiv.

 

Ambitu u approċċ tal-verifika

3.9.

L- Anness 1.1, il-Parti 2 , tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija ġenerali tal-verifika tal-Qorti. Għall-verifika diretta tas-suq u tal-għajnuna għall-agrikoltura għandhom jiġu osservati l-kwistjonijiet speċifiċi li ġejjin:

3.9.

il-verifika involviet l-eżaminazzjoni ta’ kampjun ta’ 180 pagament interim u finali;

 

fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-Qorti ffokat l-ittestjar tagħha fuq obbligi magħżula tal-KAAT (9) u tal-SMRs (10). Fejn ma ġewx issodisfati l-obbligi tal-kundizzjonalità, il-Qorti ttrattat dawn il-każijiet bħala żbalji (11). Dawn l-iżbalji kienu inklużi fil-kalkolu tar-rata ta’ żball ġenerali sakemm jista’ jiġi stabbilit li l-iżball kien diġà jeżisti fis-sena li fiha l-bidwi applika għall-għajnuna (12). Dan jirrappreżenta bidla mis-snin preċedenti, meta n-nuqqas li jiġu ssodisfati l-obbligi tal-kundizzjonalità ma kienx inkluż fil-kalkolu tar-rata ta’ żball;

Bosta mir-rekwiżiti ta' kundizzjonalità, jiġifieri l-SMRs, iridu jiġu rispettati miċ-ċittadini kollha tal-UE, irrispettivament jekk wieħed ikunx bidwi li qed jibbenefika minn appoġġ tal-UE permezz tal-l-PAK. Ir-rispett tal-kundizzjonalità ma jikkostitwixxix kriterju ta' eliġibbiltà u, għalhekk, il-kontrolli ta' dawn ir-rekwiżiti ma jappartjenux għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni. Il-bdiewa li ma jirrispettawx ir-rekwiżiti huma intitolati li jirċievu l-pagamenti tagħhom, iżda jkunu sanzjonati fuq il-bażi tas-severità, il-vastità, il-permanenza u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità misjub kif ukoll in-negliġenza jew l-intenzjoni tal-bidwi kkonċernat. Dan jidher ukoll bil-fatt li l-pagamenti jistgħu jsiru qabel il-kontrolli tal-kundizzjonalità jkunu tlestew u li l-penali ma jkunux ġew applikati fuq il-pagamenti magħmula fir-rigward tas-sena kalendarja meta l-bidwi jonqos li jkun konformi mar-rekwiżiti, iżda fuq il-pagamenti li jkunu saru fir-rigward tas-sena kalendarja tas-sejbiet li jkunu għamlu l-awtoritajiet nazzjonali. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni nnifisha ma tiħux f'konsiderazzjoni l-ksur tal-obbligi tal-kundizzjonalità fil-kalkolu tal-livell ta’ żball għar-Rapport tal-Attività Annwali tagħha.

it-tnaqqis u l-esklużjonijiet (applikati f’każijiet fejn il-benefiċjarji tal-għajnuna mill-UE jiddikjaraw l-erja reali jew in-numru ta’ annimali b’mod eċċessiv (13));

 

il-valutazzjoni tas-sistemi koperti mis-SIAK fil-ħames aġenziji tal-pagamenti fl-Istati Membri li japplikaw l-SPS — l-Awstrija, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Italja (Lombardija) u Spanja (Galicia) — u f’aġenzija waħda tal-pagamenti fi Stat Membru li japplika s-SAPS (l-Ungerija);

 

il-Qorti eżaminat l-implimentazzjoni (fil-livell nazzjonali) ta’ standards ta’ kundizzjonalità u s-sistemi ta’ kontroll implimentati mill-Istati Membri. Ir-riżultati ta’ dan ix-xogħol huma ppreżentati fil-Kapitolu 4 fil-paragrafi 4.30 sa 4.32 iżda huma wkoll applikabbli għal dan il-Kapitolu;

 

il-Qorti analizzat il-ħidma mwettqa mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni tar-Rumanija u l-Bulgarija taħt ir-rinforz ġdid tal-proċedura tal-assigurazzjoni (14);

 

l-analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni kopriet ir-rapport ta’ attività annwali tad-DĠ AGRI dwar kwistjonijiet relatati mal-FAEG;

 

fil-kuntest tal-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-proċedura tal-kontijiet, il-Qorti analizzat 17-il ċertifikat u rapport tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-FAEG relatati ma’ 17-il aġenzija tal-pagamenti. Ir-riżultati huma ppreżentati fil-Kapitolu 4 (ara l-paragrafu 4.36).

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.10.

L- Anness 3.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. L-ittestjar mill-Qorti tal-kampjun tagħha tat-tranżazzjonijiet sab li 39 % kienu milquta minn żball. Ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti hija ta’ 2,9 % (15).

3.10.

L-iżball l-aktar probabbli ddeterminat mill-Qorti għas-sena finanzjarja 2011 jirrappreżenta żieda żgħira meta mqabbel mas-sena l-oħra iżda għadu fil-medda normali ta' varjazzjoni statistika minn sena għal oħra u ma jwassalx għal deterjorament tal-kwalità ġenerali fl-immaniġġar u l-kontroll tan-nefqa mill-Istati Membri. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li, fil-fehma tal-Kummissjoni, wieħed mill-każijiet li l-Qorti tikkunsidra li jkun 100 % żball kien ta' natura eċċezzjonali u ma jindikax dgħufija inerenti fis-sistema. Il-Kummissjoni tqis li r-rati ta’ żbalji stabbiliti mill-Qorti matul l-aħħar snin meħuda flimkien jipprovdu evidenza kredibbli li r-rata ta’ żball l-aktar probabbli għall-FAEG hija relattivament qrib it-2 % tal-limitu tal-materjalità.

Ir-rati baxxi ta' żbalji indikati fl-istatistiċi tal-kontroll li l-Kummissjoni rċeviet mill-Istati Membri u li estensivament ġew ivverifikati u vvalidati mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, jikkonfermaw ukoll li n-nefqa għall-FEAG fis-sena finanzjarja 2011 kienet ġeneralment amministrata tajjeb.

Fl-aħħarnett, ir-riskju għall-baġit tal-UE hu kopert b'mod adegwat mill-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità tal-Kummissjoni.

Ara wkoll ir-risposta konġunta għall-paragrafi 3.11. u 3.12.

3.11.

Mis-70 tranżazzjoni milquta minn żbalji 60 (86 %) kienu milquta minn żbalji kwantifikabbli, dwar il-preċiżjoni 45 (75 %), l-eliġibbiltà 14 (23 %) u l-okkorrenza 1 (2 %).

3.12.

Illustrazzjonijiet ta’ żbalji kwantifikabbli li nstabu mill-Qorti jinsabu fl-eżempju 3.1 u illustrazzjoni ta’ żball mhux kwantifikabbli fl-eżempju 3.2. Ir-rata tal-iżball l-aktar frekwenti ta’ preċiżjoni hija relatata ma’ dikjarazzjonijiet eċċessivi tal-erja, li ħafna minnhom jammontaw individwalment għal anqas minn 5 %. L-iżbalji akbar ta’ preċiżjoni jirrigwardaw każijiet fejn l-eliġibbiltà ta’ mergħa permanenti ġiet ivvalutata u rreġistrata ħażin fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ (LPIS) (ara wkoll il-paragrafu 3.20).

3.11. u 3.12.

Il-Kummissjoni tosserva li ħafna mill-iżbalji kwantifikabbli huma relattivament żgħar f’termini finanzjarji u jikkonċernaw primarjament differenzi żgħar fil-kejl mill-ġdid ta’ ħbula tar-raba' li sar mill-Qorti (ara l-paragrafu 3.12); tabilħaqq, 42 tal-iżbalji misjuba mill-Qorti jikkonċernaw differenzi żgħar ħafna fil-kejl mill-ġdid ta' ħbula tar-raba' (24 żball taħt it-2 %).

Dikjarazzjoni eċċessiva ta’ erja (eżempju ta’ żball ta’ preċiżjoni)

Fi Stat Membru wieħed, ħbula referenzjali kklassifikati bħala mergħa permanenti huma kkunsidrati bħala kompletament eliġibbli anke jekk partijiet sostanzjali huma koperti minn blat jew buxxijiet densi li jirrendu l-erja ineliġibbli. F’żewġ tranżazzjonijiet f’dan l-Istat Membru, il-Qorti sabet dikjarazzjonijiet eċċessivi ta’ 28 % u 36 % rispettivament.

Dikjarazzjoni eċċessiva ta’ erja (eżempju ta’ żball ta’ preċiżjoni)

Il-Kummissjoni taf bil-kwistjonijiet relatati mal-eliġibbiltà ta' mergħat f'dan l-Istat Membru. L-Awtoritajiet Nazzjonali ntalbu jaġixxu fuq din il-kwistjoni u f'Novembru 2010 ppreżentaw il-Pjan ta' Titjib tal-LPIS inklużi, notevolment, miżuri li jimplimentaw l-applikazzjoni tal-koeffiċjent tal-eliġibbiltà tal-ħbula tar-raba' bħala mergħat u biex ikun żgurat aġġornament sistematiku tal-LPIS mar-riżultati tal-kontrolli fuq il-post. Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan mill-awtoritajiet nazzjonali.

Ksur ta’ regoli tal-akkwist pubbliku (eżempju ta’ żball ta’ eliġibbiltà)

Miżura ta’ promozzjoni biex jiġi inkoraġġut il-konsum tal-ħalib kienet mogħtija lil operatur tas-suq domestiku mingħajr pubblikazzjoni tas-sejħa għal offerti fil-livell tal-UE hekk kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali. Dan irrestrinġa l-aċċess għall-kuntratt għal operaturi potenzjali minn Stati Membri oħra u jirrappreżenta nuqqas serju ta’ osservanza tar-regoli tal-akkwist pubbliku li jirrendi l-pagament tal-għajnuna irregolari.

Ksur ta’ regoli tal-akkwist pubbliku (eżempju ta’ żball ta’ eliġibbiltà)

Il-Kummissjoni tosserva li l-Istat Membru ma jaqbilx ma' dak li sabet il-Qorti. Il-Kummissjoni se tevalwa jekk u kif tista’ tkompli ssegwi l-każ, jekk meħtieġ permezz ta' proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità, wara li tikkunsidra wkoll il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Klejm għal annimali mhux eżistenti (eżempju ta’ żball ta’ okkorrenza)

Bidwi ngħata primjum speċjali għal 150 nagħġa. Il-Qorti sabet li l-benefiċjarju ma kellux nagħaġ. Għaldaqstant, il-pagament korrispondenti kien irregolari.

Klejm għal annimali mhux eżistenti (eżempju ta’ żball ta’ okkorrenza)

L-awtoritajiet nazzjonali qegħdin fil-proċess li jirkupraw ammonti mħallsa żejda u l-Kummissjoni se ssegwihom. Barra minn hekk, se titnieda proċedura ta' approvazzjoni biex tkun verifikata l-konformità tas-sistema ta' maniġment u kontroll tal-Istat Membru.

Eżempju 3.2 —   Eżempju ta’ żball mhux kwantifikabbli

Fi Stat Membru wieħed il-valur totali ta’ drittijiet allokati u rreġistrati fid-database tas-SIAK qabeż il-limitu previst fil-leġiżlazzjoni tal-UE (16).

Eżempju 3.2    Eżempju ta’ żball mhux kwantifikabbli

Il-Kummissjoni tinnota li l-Istat Membru naqqas il-pagamenti lill-bdiewa u b'hekk irrispetta l-limitu għall-pagamenti kollha ta' għajnuna diretta stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009.

Il-Kummissjoni se tevalwa l-informazzjoni pprovduta mill-Qorti u fuq din il-bażi tiddeċiedi dwar kwalunkwe segwitu.

Kundizzjonalità

3.13.

Abbażi tal-eżami tagħha tal-obbligi ta’ kundizzjonalità magħżula (ara l-paragrafu 3.9, it-tieni inċiż), il-Qorti sabet ksur fi 22 (17) mill-155 pagament soġġett għal dawn l-obbligi (18). L-iżbalji li nstabu jirrappreżentaw madwar 0,2 punti perċentwali tar-rata totali ta’ żbalji msemmija fil-paragrafu 3.10.

3.13.

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 3.9.

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

Sistemi tal-Istati Membri relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.14.

L- Anness 3.2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżaminazzjoni mill-Qorti tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) (19). Fis-sitt aġenziji tal-pagamenti kollha li ġew eżaminati, il-Qorti sabet li s-sistemi tas-SIAK huma parzjalment effettivi.

3.15.

Il-verifiki tal-Qorti juru li l-effettività tas-SIAK fl-aġenziji tal-pagamenti vverifikati hija milquta negattivament minn data impreċiża fid-databases varji u mit-trattament amministrattiv skorrett ta’ klejms mill-aġenziji tal-pagamenti. Barra minn hekk, xi dgħufijiet serji tas-sistemi rrappurtati fir-rapporti annwali preċedenti għadhom jippersistu (ara l-paragrafi 3.19 sa 3.22).

3.14 u 3.15

Il-Kummissjoni tqis li l-IACS, li tammonta għal 91 % tan-nefqa totali tal-FAEG, ġeneralment hija sistema ta’ kontroll effettiva biex tillimita r-riskju ta' żball jew nefqa irregolari.

L-effettività globali u t-titjib kostanti taI-IACS huma kkonfermati bir-riżultati tal-verifiki tal-konformità li l-Kummissjoni wettqet matul l-aħħar snin fl-Istati Membri kollha u bir-rata baxxa ta’ żbalji indikata fl-istatistiċi tal-kontroll li hija tirċievi mill-Istati Membri. Dawn l-istatistiċi huma vverifikati u vvalidati mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni u juru livell ta' pagamenti mhux dovuti li huwa taħt it-2 % tal-limitu tal-materjalità.

In-nuqqasijiet li jifdal huma ġeneralment ta' natura inqas. Bosta minn dawn in-nuqqasijiet jikkonċernaw pjuttost ambitu limitat, eż. xi tip ta' mergħat alpini fl-Awstrija, u mhumiex jimminaw serjament l-effettività tal-IACS. Dawn in-nuqqasijiet [kollha] jiġu segwiti matul il-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità li jiżguraw li r-riskju għall-baġit tal-UE jiġi kopert b’mod adegwat.

Billi n-nuqqasijiet li l-Qorti sabet fl-Awstrija huma ta' natura minuri, il-Kummissjoni tqis is-sistema ta’ superviżjoni u kontroll fl-Awstrija bħala effettiva.

3.16.

Is-SIAK tkopri l-iskemi ewlenin iffinanzjati mill-FAEG, jiġifieri l-SPS, is-SAPS u l-iskemi kollha ta’ għajnuna akkoppjati relatati kif ukoll skemi ta’ primjums għall-annimali. Is-sistema tikkonsisti minn databases ta’ azjendi u applikazzjonijiet, sistemi għall-identifikazzjoni ta’ ħbula tar-raba’ u r-reġistrazzjoni tal-annimali, kif ukoll bħala reġistru ta’ drittijiet f’dawk l-Istati Membri li qed jimplimentaw l-SPS. Hija tipprovdi għal diversi kontrolli ta’ eliġibbiltà inklużi kontrolli reċiproċi bejn id-databases.

 

3.17.

Il-verifiki tas-SIAK tal-Qorti koprew il-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti rilevanti u valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi fl-iżgurar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet, l-aktar bl-elementi li ġejjin:

(a)

Proċeduri amministrattivi u ta’ kontroll biex jiżguraw pagament korrett inkluża l-kwalità tad-databases.

(b)

Sistemi ta’ kontroll ibbażati fuq kontrolli fiżiċi fuq il-post.

(c)

Proċeduri biex jiġi żgurat l-irkuprar ta’ pagamenti mhux dovuti.

 

Proċeduri amministrattivi u ta’ kontroll biex jiżguraw pagament korrett inkluża l-kwalità tad-databases

3.18.

Il-kontrolli amministrattivi (20) mill-aġenziji tal-pagamenti għandhom jinkludu kontrolli reċiproċi kull meta huwa possibbli u xieraq, fost l-oħrajn mad-databases kollha tas-SIAK. Il-Qorti kkonfermat jekk id-databases kinux kompluti u affidabbli, jekk il-kontrolli identifikawx anomaliji u jekk ittiħditx azzjoni biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji li nqabdu. Id-dgħufijiet prinċipali tas-sistemi li nstabu huma stabbiliti hawn taħt.

 

3.19.

Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprovdi wara li tiskadi d-data ta’ għeluq speċifikata, il-bdiewa ma jistgħux jiddikjaraw ħbula addizzjonali, u li kull anomalija li tinqabad mill-aġenzija tal-pagamenti se twassal għal tnaqqis fl-ammont tal-għajnuna. Madanakollu, l-amministrazzjoni tista’ tikkoreġi klejm fi kwalunkwe waqt mingħajr ma tapplika tnaqqis ta’ għajnuna fil-każ ta’ żball ovvju definit bħala inkonsistenza (21) li jsir ċar mid-data li tinsab fil-klejm innifsu. Il-Qorti sabet li erba’ aġenziji tal-pagamenti (id-Danimarka, il-Finlandja, l-Italja (Lombardija) u r-Rumanija) applikaw b’mod skorrett il-kunċett ta’ żball ovvju, billi ppermettew is-sostituzzjoni ta’ ħbula ineliġibbli jew ikklejmjati d-doppju, bil-konsegwenza li l-aġenziji tal-pagamenti ma applikawx tnaqqis ta’ għajnuna (ara l-eżempju 3.3).

3.19.

Fir-rigward tad-Danimarka, il-Finlandja u l-Italja, l-awtoritajiet nazzjonali ħadu jew qegħdin jieħdu azzjonijiet korrettivi billi jemendaw l-istruzzjonijiet u l-proċeduri interni tagħhom u, fejn meħtieġ, billi jirkupraw ammonti mħallsa żejda.

Fir-rigward tar-Rumanija, is-servizzi tal-verifika tal-Kummissjoni stess sabu li l-linji gwida għad-determinazzjoni ta' żbalji ovvji mhux dejjem ġew applikati korrettement mill-uffiċċji reġjonali tal-pagamenti.

Eżempju 3.3 —   Trattament skorrett tal-kunċett ta’ żball ovvju

Fil-każ tar-Rumanija, l-applikazzjoni skorretta tal-kunċett ta’ żball ovvju kienet sistematika. Ħbula milquta minn dikjarazzjonijiet eċċessivi jew dikjarazzjonijiet doppji huma sostitwiti f’numru sinifikanti ta’ każijiet minn ħbula oħra f’postijiet differenti u ta’ daqs jew forma differenti. Sostituzzjonijiet bħal dawn ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala korrezzjoni ta’ żbalji ovvji (22).

Eżempju 3.3 —    Trattament skorrett tal-kunċett ta’ żball ovvju

Mill-2010 l-Awtoritajiet Rumeni implimentaw LPIS ibbażata fuq l-internet (IPA onlajn) li ssaħħaħ il-lokazzjoni tal-ħbula tar-raba'. Fir-rigward tar-referenza għas-sejbiet tal-Qorti rigward ir-Rumanija fir-Rapport Annwali tagħha tal-2008 (il-paragrafu 5.38), u kif iddikjarat diġà fit-tweġiba rispettiva tagħha, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-applikazzjoni tal-kunċett fil-każ ta' żball ovvju fil-każ ta' spustament ta' ħbula tar-raba'.

3.20.

L-LPIS hija database li fiha rekord taż-żona agrikola sħiħa (ħbula referenzjali) tal-Istat Membru u ż-żoni eliġibbli, li hija ta’ importanza ewlenija għall-kwalità tal-kontrolli reċiproċi amministrattivi (ara l-eżempju 3.4).

3.20.

Eżempju 3.4 —   Data skorretta fl-LPIS

F’żewġ Stati Membri (23) (l-Italja (Lombardija) u Spanja (Galicia)), il-Qorti sabet każijiet fejn ħbula referenzjali ta’ “mergħa permanenti” ġew irreġistrati fl-LPIS bħala 100 % eliġibbli minkejja l-fatt li huma kompletament jew parzjalment miksija b’foresti densi jew b’karatteristiċi oħra ineliġibbli. Il-Qorti osservat ukoll li l-LPIS ma ġietx aġġornata bir-riżultati ta’ spezzjonijiet fuq il-post imwettqa minn aġenziji tal-pagamenti (l-Ungerija, l-Italja (Lombardija) u Spanja (Galicia)).

Eżempju 3.4    Dejta skorretta fl-LPIS

Skont l-awtoritajiet Taljani, il-kwistjoni ġiet rettifikata mill-2011. Il-Kummissjoni qed issegwi dan permezz tal-proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità tal-kontijiet.

Il-Kummissjoni taf bil-kwistjonijiet relatati mal-eliġibbiltà ta' żoni ta' mergħat fi Spanja. L-awtoritajiet Spanjoli ntalbu biex jaġixxu fuq din il-kwistjoni u ppreżentaw il-Pjan għal Titjib tal-LPIS f'Novembru 2010 inklużi, notevolment, miżuri li jimplimentaw l-applikazzjoni ta' koeffiċjent tal-eliġibbiltà għal ħbula ta' raba' għall-mergħat u biex ikun żgurat aġġornament sistematiku tal-LPIS mar-riżultati tal-kontrolli fuq il-post. Il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-pjan mill-awtoritajiet nazzjonali.

Il-Kummissjoni sabet ukoll xi każijiet fl-Ungerija fejn l-LPIS ma kienx aġġornat skont ir-riżultati ta' kontrolli fuq il-post u talbet lill-awtoritajiet Ungeriżi bil-miktub biex jieħdu azzjoni f'dan ir-rigward.

3.21.

Biex tingħata l-għajnuna tal-SPS, kull dritt miżmum mill-bidwi jeħtieġ li jiġi ddikjarat flimkien ma’ ettaru wieħed ta’ art eliġibbli. Il-Qorti osservat li dan il-prinċipju mhuwiex rispettat f’ċerti ċirkostanzi fl-Awstrija (ara l-eżempju 3.5).

3.21.

Il-Kummissjoni sa issa imponiet EUR 0,214 miljun f'korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-Awstrija dwar drittijiet għal mergħat alpini għas-snin tal-keljms 2005, 2006 u 2007 fil-kuntest tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Ara wkoll it-tweġibiet għall-punti 3.14 u 3.15.

Eżempju 3.5 —   Attivazzjoni skorretta ta’ drittijiet

Fl-Awstrija, meta applikant li qed jitlob żoni ta’ mergħat Alpini ma jkollux ettari biżżejjed biex jattiva d-drittijiet kollha, l-awtoritajiet nazzjonali, kuntrarjament għal-leġiżlazzjoni tal-UE, inaqqsu l-għadd ta’ drittijiet tal-applikant (biex iqabbluh man-numru ta’ ettari) u jżidu l-valuri tagħhom proporzjonalment (24).

Eżempju 3.5    Attivazzjoni skorretta ta’ drittijiet

Ara t-tweġiba għall-punt 3.21.

3.22.

Id-drittijiet kollha tal-pagamenti għandhom jiġu rreġistrati fid-database tad-drittijiet li l-valur totali tagħhom m’għandux jaqbeż limitu massimu stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-UE. F’żewġ Stati Membri, il-Qorti sabet informazzjoni impreċiża fid-databases tad-drittijiet minħabba t-trattament skorrett ta’ drittijiet mhux użati (25) (id-Danimarka) u minħabba differenzi bejn databases reġjonali u ċentrali (Spanja (26)).

3.22.

Fir-rigward tad-Danimarka, il-Kummissjoni sabet kwistjonijiet simili u l-awtoritajiet Daniżi qablu li jieħdu miżuri korrettivi xierqa. Il-Kummissjoni se ssegwihom fil-kuntest tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Sistemi ta’ kontroll ibbażati fuq kontrolli fiżiċi fuq il-post

3.23.

Il-kwalità tal-kejl fuq il-post hija ta’ importanza ewlenija għad-determinazzjoni korretta tal-ammonti ta’ għajnuna. Il-Qorti wettqet mill-ġdid numru ta’ kontrolli ta’ kejl li kienu saru mill-aġenziji tal-pagamenti. Fi tliet Stati Membri, il-kejl tal-Qorti kien differenti mir-riżultati rrappurtati mill-aġenziji tal-pagamenti (fid-Danimarka għal 5 minn 18-il kejl, u fi Spanja (Galicia) u fil-Finlandja għal 4 minn 21 kejl).

3.23.

Is-servizzi tal-Kummissjoni jikkondividu l-opinjoni tal-Qorti li l-kwalità tal-kontrolli fuq il-post hija importanti. Il-verifiki mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni identifikaw nuqqasijiet simili fil-kwalità tal-kontrolli fuq il-post, u d-dgħufijiet li nstabu jkunu segwiti permezz tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità li jiżguraw li r-riskju għall-baġit tal-UE jkun kopert b'mod adegwat.

Wara l-verifiki tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Spanjoli ppreżentaw Pjan għal Titjib tal-LPIS f'Novembru 2010 inklużi miżuri biex itejbu l-kwalità ta' kontrolli fuq il-post. Dawn il-miżuri huma fis-seħħ mis-sena ta’ klejm 2012.

Proċeduri biex jiġi żgurat l-irkuprar ta’ pagamenti mhux dovuti

3.24.

Il-Qorti eżaminat ir-rekords kontabilistiċi tal-aġenziji tal-pagamenti vverifikati biex tistabbilixxi jekk hemmx rendikont xieraq għall-ammonti li għandhom jiġu rkuprati u jekk dawn l-ammonti humiex irrappurtati b’mod korrett lill-Kummissjoni. Fid-Danimarka, il-Qorti ma setgħetx tirrikonċilja l-ammonti rrappurtati mar-rekords ta’ bażi.

3.24.

l-Kummissjoni tikkondividi l-valutazzjoni tal-Qorti li erbgħa minn sitt sistemi vverifikati kienu effettivi u tnejn parzjalment effettivi (ara l-Anness 3.2). Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-immaniġġar tad-djun u s-sistemi ta’ rkupru tjiebu f’dawn l-aħħar snin, mhux l-inqas minħabba l-introduzzjoni fl-2006 tal-hekk imsejħa regola ta’ 50/50, li tagħti inċentiv qawwi lill-Istati Membri biex jirkupraw pagamenti mhux dovuti bl-aktar mod effettiv u malajr kemm jista' jkun. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni pproponiet li “ir-regola tal-100%” għall-perjodu 2014-2020 (jiġifieri 100% tal-ammonti mhux irkuprati wara erba' jew tmien snin dewmien — skont jekk il-każ hux taħt proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja — se tiġi ddebitata lill-Istati Membri kkonċernati) (37).

Fil-każ speċifiku tad-Danimarka, il-Korp ta' Ċertifikazzjoni identifika wkoll xi kwistjonijiet fir-rigward tar-rikonċiljazzjoni tal-ammonti rkuprati jew bejn dak li kien irrappurtat lill-Kummissjoni permezz tat-tabelli fl-Anness III u r-reġistru tad-debituri tal-aġenzija tal-pagamenti. Il-Kummissjoni se tirrevedi l-konformità mal-kriterji ta' akkreditazzjoni u s-sistemi ta' kontroll u infrastruttura stabbiliti.

Is-sistema ta’ sorveljanza u r-rappreżentazzjoni tal-ġestjoni tal-Kummissjoni

3.25.

Il-Kummissjoni tibbaża l-valutazzjoni tagħha tal-legalità u r-regolarità tal-infiq għall-qasam ta’ politika fuq erba’ elementi kostitwenti:

valutazzjoni tal-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll,

ir-riżultati tal-verifiki tagħha stess,

is-segwitu tar-riżervi u tal-pjanijiet ta’ azzjoni tas-snin preċedenti,

l-assigurazzjoni riċevuta minn uffiċjali awtorizzanti oħra f’każijiet ta’ suddelegazzjoni.

 

3.26.

Il-Qorti analizzat b’mod partikolari l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll hekk kif deskritti fir-Rapport ta’ Attività Annwali 2011 tagħha.

 

Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

3.27.

L-elementi ewlenin għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-effiċjenza tal-ġestjoni fil-livell ta’ Stat Membru huma d-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni mogħtija mill-kapijiet ta’ aġenziji tal-pagamenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-ħidma ta’ verifika mwettqa fuqhom minn korpi taċ-ċertifikazzjoni.

3.27.

Kif intqal fir-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ AGRI, il-Kummissjoni tevalwa l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni fuq il-bażi tas-sejbiet u l-indikaturi li jistgħu jiġu mqassra fi tliet blokki ta' assigurazzjoni:

1)

il-funzjonament tal-aġenziji tal-pagamenti,

2)

ir-riżultati tal-kontroll fil-livell tal-benefiċjarji finali, u

3)

il-verifiki ta' konformità tal-Kummissjoni fuq is-sistemi ta' maniġment u kontroll tal-Istati Membri.

3.28.

Għall-2011 il-Kummissjoni tirrapporta li għall-FAEG il-81 dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni kollha mogħtija mill-kapijiet ta’ aġenziji tal-pagamenti ma kinux kwalifikati u li l-opinjonijiet kollha, minbarra waħda (Spanja (Cantabria)) mogħtija mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni rispettivi wkoll ma kinux kwalifikati (27). Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jwettqu l-verifiki tagħhom fuq il-bażi ta’ linji gwida tal-Kummissjoni taħt proċedura “standard” jew, fuq bażi volontarja, proċedura ta’ “rinforz tal-assigurazzjoni” li tinvolvi kontrolli addizzjonali.

 

Ir-rekwiżiti ta’ verifika standard għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni

3.29.

Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jivverifikaw il-kriterji ta’ akkreditazzjoni għall-aġenziji tal-pagamenti, jivvalutaw is-sistema ta’ kontroll intern, jivvalidaw il-ġbir ta’ statistika ta’ spezzjoni u jiffurmaw opinjoni dwar id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni mogħtija mill-kapijiet tal-aġenziji tal-pagamenti.

 

3.30.

Fir-RAA 2011 tagħha, il-Kummissjoni tiddikjara li 91 % tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni kienu vverifikaw il-ġbir ta’ statistika ta’ spezzjoni għall-FAEG-SIAK u li 92 % minnhom ikkonkludew b’mod pożittiv, jiġifieri li l-iżbalji fil-ġbir ta’ statistika jammontaw għal anqas minn 2 %. Għaldaqstant 84 % biss tal-istatistika tal-aġenziji tal-pagamenti ġew validati mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

3.30.

Bi tqabbil mas-snin preċedenti, id-DĠ AGRI adotta linja aktar stretta fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu rigward ix-xogħol magħmul u l-konklużjonijiet li saru mix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni: fl-evalwazzjoni tax-xogħol, kien meqjus biss dak il-każ li fih il-korp taċ-ċertifikazzjoni jkun wettaq ix-xogħol meħtieġ kollu.

3.31.

Skont il-linji gwida tal-Kummissjoni, il-validazzjoni ta’ statistika ta’ spezzjoni mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni hija bbażata fuq analiżi ta’ kampjun ta’ 20 rapport tal-kontroll (28). Madanakollu ma tkoprix il-kompletezza tal-istatistika tal-ispezzjoni jew ir-rappurtar korrett tar-riżultati (29).

3.31.

Dwar il-kompletezza tar-rappurtar bħala tali, is-servizzi tal-Kummissjoni qed jiżviluppaw l-għodod li se jipprovdu informazzjoni kompluta li tippermetti kontrolli aktar ġeneralizzati fuq ir-riżultati tal-kontrolli fuq il-post. Fis-sena tal-keljm 2012 huwa skedat test għall-klejms ta' għajnuna għaż-żoni.

3.32.

Fil-valutazzjoni tal-kwalità ta’ spezzjonijiet fuq il-post, il-linji gwida tal-Kummissjoni jippermettu li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jew jakkumpanjaw jew inkella jwettqu mill-ġdid ispezzjonijiet fuq il-post. Abbażi tal-esperjenza tagħha, il-Qorti tikkunsidra li l-kwalità tal-ispezzjonijiet titjieb kieku l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jkunu sistematikament mitluba jerġgħu jwettqu l-ispezzjonijiet preċedenti (30).

3.32.

Anki jekk il-Kummissjoni taqbel li, jekk isir fiż-żmien dovut, it-twettiq mill-ġdid ta’ verifika preċedenti jipprovdi valutazzjoni aħjar tal-kwalità ta’ verifiki fuq il-post, xorta għadu possibbli li jiġi evalwat l-ambjent ta’ kontroll permezz ta’ spezzjonijiet akkumpanjati mill-korp ta’ ċertifikazzjoni. F’ċerti każijiet, lanqas jista’ jkun possibbli li terġa’ titwettaq verifika fiż-żmien dovut. Dawn il-limitazzjonijiet huma inerenti f’ħafna kontrolli ex post imwettqa minn awdituri esterni. F’dawn is-sitwazzjonijiet, l-ispezzjonijiet akkumpanjati huma alternattiva tajba. Huma għandhom ukoll il-benefiċċju addizzjonali li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-bidwi billi tiġi evitata akkumulazzjoni ta’ kontrolli.

3.33.

Barra minn hekk, diversi rapporti tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni jindikaw li l-Kummissjoni talbet aktar kjarifiki (31) mill-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward tal-istatistika tal-ispezzjonijiet li kienet ġiet ippreżentata fil-bidu. Emendi potenzjali għall-istatistika tal-ispezzjonijiet li tirriżulta minn dawn it-talbiet mhumiex analizzati fil-kuntest tal-verifiki tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

3.33.

Il-Kummissjoni tinnota li x-xogħol li jrid isir mill-korp taċ-ċertifikazzjoni jrid ikopri t-trasmissjonijiet sussegwenti tal-istatistika tal-ispezzjonijiet saż-żmien tat-tħejjija tar-rapport tagħha.

Il-proċedura l-ġdida ta’ rinforz tal-assigurazzjoni

3.34.

Fl-2010 l-Kummissjoni introduċiet fuq bażi volontarja (32) qafas ta’ kontroll ġdid imsejjaħ “Rinforz tal-assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-benefiċjarji aħħarija permezz tal-ħidma tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni”. L-eżerċizzju ta’ rinforz jirrikjedi li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jwettqu mill-ġdid, għal kull aġenzija tal-pagamenti u għal kull waħda mill-erba’ popolazzjonijiet tal-infiq, il-FAEG-SIAK, il-FAEG-mhux tas-SIAK, il-FAEŻR-SIAK u l-FAEŻR-mhux tas-SIAK, il-kontroll ta’ kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet li l-aġenzija tal-pagamenti ċċekkjat fuq il-post.

 

3.35.

Jekk il-Kummissjoni tqis li l-Istati Membri japplikaw din il-proċedura b’mod korrett, il-korrezzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-kontijiet se jkunu limitati għar-rata ta’ żball derivata mill-istatistika tal-ispezzjonijiet iċċertifikata.

 

Inkonsistenzi kunċettwali

3.36.

L-objettiv aħħari tar-rinforz tal-proċedura tal-assigurazzjoni huwa li jippermetti li l-Kummissjoni tistabbilixxi rata ta’ żball residwu affidabbli fil-popolazzjonijiet varji tal-infiq. Il-Qorti analizzat l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni lill-korpi taċ-ċertifikazzjoni għar-rinforz tal-proċedura tal-assigurazzjoni (33). Fir-rigward tal-ittestjar sostantiv, l-istruzzjonijiet jipprovdu għal kampjun ta’ bejn 110 u 180 tranżazzjoni u għal livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 %.

 

3.37.

L-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni, madanakollu, jippermettu marġni ta’ tolleranza ta’ 2 % bejn l-ammonti ta’ għajnuna vvalidati mill-aġenzija tal-pagamenti u l-ammonti stabbiliti mill-korp taċ-ċertifikazzjoni u marġni ulterjuri ta’ tolleranza ta’ 2 % għal ġbir skorrett ta’ statistika tal-ispezzjoni mill-aġenzija tal-pagamenti. Iż-żewġ marġni ta’ tolleranza jippermettu lill-korp taċ-ċertifikazzjoni jivvalida rati ta’ żball residwu li jistgħu jiġu ddikjarati b’mod insuffiċjenti sa 4 punti perċentwali u b’hekk jimminaw is-sett ta’ livell limitu ta’ materjalità.

3.37.

L-istruzzjonijiet jipprevedu marġini ta' 2 % għal kull waħda mill-opinjonijiet: il-kumpilazzjoni tal-istatistiċi u l-informazzjoni bħala tali. L-effett finanzjarju ta' dawn iż-żewġ marġini mhux neċessarjament kumulattiv.

Żbalji ta’ implimentazzjoni

3.38.

Il-Qorti nnutat nuqqasijiet sostanzjali fl-implimentazzjoni tar-rinforz tal-proċedura tal-assigurazzjoni fiż-żewġ Stati Membri vverifikati (il-Bulgarija u r-Rumanija, ara l-eżempju 3.6).

3.38.

Eżempju 3.6 —   Nuqqasijiet fix-xogħol imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni

Fil-Bulgarija, it-twettiq mill-ġdid tal-kontrolli fuq il-post kien esternalizzat mill-korp taċ-ċertifikazzjoni lil fornitur tas-servizz. F’bosta każijiet imwettqa mill-ġdid mill-Qorti, il-fornitur tas-servizz kien ivvaluta b’mod skorrett l-eliġibbiltà tal-art. Barra minn hekk, il-korp taċ-ċertifikazzjoni ma osservax li l-Aġenzija tal-Pagamenti ma paċax eċċessi ta’ żona misjuba f’ħabel wieħed ma’ defiċits li nstabu f’ħabel ieħor, hekk kif meħtieġ mill-leġiżlazzjoni tal-UE. Nuqqas ieħor mhux maqbud mill-korp taċ-ċertifikazzjoni kien li fejn l-istess żona kienet ikklejmjata minn żewġ bdiewa (klejms multipli) l-aġenzija tal-pagamenti, kuntrarjament għal-leġiżlazzjoni tal-UE, bidlet iż-żona kklejmjata minn wieħed mill-bdiewa kkonċernati ma’ żona ekwivalenti mhux ikklejmjata f’parti oħra tal-ħabel referenzjali.

Fir-Rumanija, l-aġenzija tal-pagamenti żammet il-pagamenti kollha magħżula mill-korp taċ-ċertifikazzjoni u ppreżentat lil dak il-korp simulazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq listi ta’ ħbula li eskludew il-ħbula ineliġibbli kollha. Madanakollu, wara l-ikkompletar tal-verifika u l-validazzjoni tas-simulazzjonijiet tal-pagamenti mill-korp taċ-ċertifikazzjoni, l-aġenzija tal-pagamenti żiedet żewġ ħbula ġodda mal-lista permezz ta’ applikazzjoni skorretta tal-kunċett ta’ żball ovvju (34) u ħallset ammonti ogħla minn dawk ivvalidati mill-korp taċ-ċertifikazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-korp taċ-ċertifikazzjoni ħareġ opinjoni mhux kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti minkejja d-dgħufijiet enfasizzati mill-Qorti.

Kaxxa 3.6    Nuqqasijiet fix-xogħol imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni

Ara t-tweġiba għall-punt 3.39.

3.39.

B’mod ġenerali, il-Qorti tikkunsidra li l-kwalità tax-xogħol imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni vverifikati taħt ir-rinforz tal-assigurazzjoni hija insuffiċjenti.

3.39.

Il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni li f'ebda każ il-korp taċ-ċertifikazzjoni ma ċċertifika l-istatistika. Konsegwentement, huma mhux se jintużaw għall-għanijiet indikati fil-punt 3.35.

Rigward is-sejbiet tal-Qorti, il-Kummissjoni se tqajjimhom mal-Istati Membri kkonċernati u se tindirizza dawn il-kwistjonijiet fi kwalunkwe gwida futura li se tipprovdi.

Ir-rappreżentazzjoni tal-ġestjoni tad-DĠ Agri — ir-Rapport ta’ Attività Annwali (RAA)

3.40.

Ir-RAA 2011 tad-DĠ AGRI fih riżerva fir-rigward ta’ nuqqasijiet serji fis-SIAK fil-Bulgarija u fil-Portugall. Madanakollu, il-Kummissjoni neħħiet ir-riżerva preċedenti tagħha għall-infiq tas-SIAK fir-Rumanija. Fid-dawl tal-osservazzjonijiet li għalihom issir referenza fil-paragrafu 3.19 u fl-eżempju 3.6, il-Qorti tqis li dan kien prematur.

3.40.

Għandu jiġi mfakkar li r-riżerva għar-Rumanija nħarġet purament fuq il-bażi tar-reputazzjoni minħabba nuqqasijiet serji fl-IACS li hija l-iktar sistema importanti ta' kontroll tal-PAK u ma tinvolvix riskju finanzjarju 'l fuq minn 2 % tal-limitu tal-materjalità fil-livell tal-UE. Fi Frar 2012 il-verifiki tal-Kummissjoni ddeterminaw li l-pjan ta’ azzjoni Rumen kien tlesta, ġie implimentat sew u s-sistema kienet operattiva fi kwalità suffiċjenti għas-sena tal-klejm 2011. Għalhekk il-Kummissjoni tqis li t-tneħħija tar-riżerva kienet ġustifikata indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk ir-rata tal-iżbalji kinitx ’il fuq mill-materjalità fir-Rumanija. Verifika tal-implimentazzjoni tas-sistema IACS riveduta se titwettaq bħala parti normali tal-programm tal-verifika fl-2012.

3.41.

Barra minn hekk, id-DĠ AGRI jqis li l-anomaliji misjuba mill-aġenziji tal-pagamenti matul ispezzjonijiet fuq il-post magħżula b’mod każwali jirriflettu r-rati ta’ żball residwu. Il-Qorti ttenni l-kritika tagħha għal dan l-approċċ li diġà saret fir-Rapport Annwali tagħha 2010 minħabba li:

3.41.

L-istatistiċi ta’ kontroll tal-Istati Membri huma verifikati u validati fil-biċċa l-kbira tagħhom mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, kif rakkomandat bħala għażla mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha għall-2005, u r-riżultati ta' dan ix-xogħol huma żvelati fir-Rapport ta’ Attività Annwali tad-DĠ AGRI.

huwa bbażat fuq ispezzjonijiet, li l-kwalità tagħhom, skont il-verifiki tal-Kummissjoni stess (35) u l-verifiki tal-Qorti (ara l-paragrafu 3.23) urew li huma insuffiċjenti, fil-każ ta’ numru ta’ aġenziji tal-pagamenti;

Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju li r-rati ta’ żball derivati minn dawn l-istatistiċi ta’ kontroll setgħu ġew imnaqqsa minħabba nuqqas ta’ preċiżjoni fil-bażijiet tad-dejta jew segwitu inadegwat ta’ anomaliji, kif issemmi l-Qorti, id-DĠ AGRI applika marġini ta’ sigurtà ta’ żieda ta’ 25 % li huwa jikkunsidra aktar minn suffiċjenti biex ikopri r-riskji msemmija mill-Qorti.

iserraħ fuq statistika ta’ spezzjoni li, skont ir-rapporti tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, huma milquta minn żbalji ta’ ġbir (ara l-paragrafu 3.30) u;

Ara r-risposta hawn fuq.

mhuwiex komplet għax jinjora l-iżbalji residwi fil-ġestjoni amministrattiva tal-klejms li l-verifiki tal-Qorti (ara l-paragrafi 3.19, 3.21 u 3.22) u tal-Kummissjoni stess urew li għandhom in-nuqqasijiet fihom (36).

Ara r-risposta hawn fuq.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

3.42.

Abbażi tax-xogħol ta’ verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 tas-suq u l-appoġġ dirett għall-agrikoltura kienu milquta minn żbalji materjali.

3.42.

L-iżball l-aktar probabbli ddeterminat mill-Qorti għas-sena finanzjarja 2011 jirrappreżenta żieda żgħira meta mqabbel mas-sena l-oħra iżda għadu fil-medda normali ta' varjazzjoni statistika minn sena għal oħra u ma jwassalx għal deterjorament tal-kwalità ġenerali fil-maniġment u l-kontroll tan-nefqa mill-Istati Membri. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li, fil-fehma tal-Kummissjoni, wieħed mill-każijiet li l-Qorti tikkunsidra li jkun 100 % żball kien ta' natura eċċezzjonali u ma jindikax dgħufija inerenti fis-sistema. Il-Kummissjoni tqis li r-rati ta’ żbalji stabbiliti mill-Qorti matul l-aħħar snin meħuda flimkien jipprovdu evidenza kredibbli li r-rata ta’ żball l-aktar probabbli għall-FAEG hija relattivament qrib it-2 % tal-limitu tal-materjalità.

Ir-rati baxxi ta' żbalji indikati fl-istatistiċi tal-kontroll li l-Kummissjoni rċeviet mill-Istati Membri u li b'mod estensiv ġew ivverifikati u vvalidati mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, jikkonfermaw ukoll li n-nefqa għall-FEAG fis-sena finanzjarja 2011 kienet ġeneralment amministrata tajjeb.

Fl-aħħar nett, ir-riskju għall-baġit tal-UE hu kopert b'mod adegwat bil-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità tal-Kummissjoni.

Ara wkoll it-tweġiba għal paragrafu 3.12.

3.43.

Abbażi tax-xogħol ta’ verifika tagħha, il-Qorti sabet li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati għas-suq u l-appoġġ dirett għall-agrikoltura kienu parzjalment effettivi.

3.43.

Il-Kummissjoni tqis li l-IACS ġeneralment hija sistema ta’ kontroll effettiva biex tillimita r-riskju ta’ żbalji jew nefqa irregolari u li, fuq il-bażi tal-istatistiċi tal-kontroll mill-Istati Membri u s-sejbiet tal-verifika tagħha stess, il-livell ta' pagamenti diretti mhux dovuti koperti mill-IACS fl-2011 kien taħt it-2 % tal-limitu tal-materjalità. Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 3.15. Barra minn hekk, ir-riskju li jibqa' għall-baġit tal-UE hu kopert b’mod xieraq mill-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ konformità.

Rakkomandazzjonijiet

3.44.

L- Anness 3.3 juri r-riżultat tal-analiżi mill-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet magħmula f’rapporti annwali preċedenti (2008 u 2009). Il-Qorti tirrikonoxxi li l-Kummissjoni ħadet azzjoni ta’ rimedju fir-rigward tal-affidabilità u l-kompletezza ta’ informazzjoni rreġistrata fl-LPIS, bħall-introduzzjoni ta’ valutazzjonijiet ta’ kwalità obbligatorji mill-aġenziji tal-pagamenti kollha u pjanijiet ta’ azzjoni fl-Istati Membri milquta minn nuqqasijiet ewlenin. Madanakollu, il-Qorti nnutat li l-Kummissjoni ma żguratx li ċerti Stati Membri rrimedjaw l-LPIS u d-dgħufijiet amministrattivi rrappurtati mill-Qorti fir-rapporti annwali preċedenti (ara l-paragrafu 3.15).

3.44.

Mill-2010, l-Istati Membri huma meħtieġa jwettqu evalwazzjoni annwali tal-kwalità tal-LPIS skont il-proċeduri determinati, u li r-riżultati tagħhom se jkomplu jkunu segwiti mill-Kummissjoni fis-snin li ġejjin. Barra minn hekk, fl-2010 l-Kummissjoni introduċiet fuq bażi volontarja qafas ta’ kontroll ġdid imsejjaħ “Tisħiħ ta’ assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-benefiċjarji aħħarija permezz tal-ħidma tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni”. Fl-aħħarnett, bosta Stati Membri żviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni u l-Kummissjoni se tissorvelja t-tlestija tagħhom.

3.45.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2011, il-Qorti tirrakkomanda li għall-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jieħdu azzjoni xierqa biex jiżguraw li:

3.45.

Ara risposta konġunta għall-paragrafi 1.12 u 1.13.

Rakkomandazzjoni 1: l-eliġibbiltà tal-mergħa permanenti hija valutata b’mod xieraq, speċjalment f’każijiet fejn iż-żoni huma parzjalment koperti b’buxxijiet, arbuxelli, siġar densi jew blat (ara l-paragrafi 3.12 u 3.20).

Il-Kummissjoni taf b'din il-kwistjoni u għamlet proposti mmirati biex jiċċaraw il-kriterji tal-eliġibbiltà fil-kuntest tar-riforma li għaddejja tal-PAK lejn l-2020.

Għall-perjodu atttwali, meta l-Kummissjoni ssib dawn id-difetti, isiru rakkomandazzjonijiet għal rettifika lill-Istat Membru u jiġu imposti korrezzjonijiet finanzjarji permezz ta’ proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE.

Rakkomandazzjoni 2: aġenziji tal-pagamenti jieħdu azzjoni immedjata ta’ rimedju fejn is-sistemi amministrattivi u ta’ kontroll tagħhom u/jew id-databases tas-SIAK jinstabu li għandhom xi nuqqas (ara l-paragrafi 3.19 sa 3.22).

Rakkomandazzjoni 3: l-ispezzjonijiet fuq il-post huma tal-kwalità meħtieġa biex jidentifikaw iż-żona eliġibbli b’mod affidabbli (ara l-paragrafu 3.23).

Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti u sistematikament tirrakkomanda lill-Istati Membri biex itejbu s-sistemi ta' kontroll u jiżguraw implimentazzjoni aktar vigoruża tagħhom.

Barra minn hekk, is-servizzi tal-Kummissjoni identifikaw nuqqasijiet simili fil-kwalità tal-kontrolli fuq il-post, u d-dgħufijiet li nstabu huma segwiti permezz tal-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità li jiżguraw li r-riskju għall-baġit tal-UE jkun kopert b'mod adegwat.

Rakkomandazzjoni 4: it-tfassil u l-kwalità tax-xogħol imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jipprovdu valutazzjoni affidabbli tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet fl-aġenziji tal-pagamenti (ara l-paragrafi 3.29ff).

Il-Kummissjoni tikkunsidra xierqa l-istruttura ġenerali u r-rekwiżiti tar-rappurtar fir-rigward tar-reviżjoni tal-kontrolli fuq il-post mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, l-ebda bidliet fil-linji gwida tal-Kummissjoni għall-korpi ta’ ċertifikazzjoni ma huma previsti għas-sena finanzjarja 2012. Il-Kummissjoni madankollu, għandha tkompli tissorvelja l-kwalità tax-xogħol tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni.

Madankollu, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni bħalissa mhumiex meħtieġa li jagħtu opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet. Dan ix-xogħol huwa possibbli fuq bażi volontarja biss fil-mument. Il-proposti tal-Kummissjoni kemm għar-regolament finanzjarju u kemm għar-regolament orizzontali dwar l-iffinanzjar, il-maniġment u l-monitoraġġ tal-PAK jirrikjedu li l-korpi ta' ċertifikazzjoni (38), mill-bidu tal-perjodu l-ġdid ta' programmazzjoni, jagħtu opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.


(1)  L-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).

(3)  Bl-eċċezzjoni ta’ ċerti miżuri bħal miżuri ta’ promozzjoni u l-iskema tal-frott għall-iskejjel, li huma kofinanzjati.

(4)  In-numru u l-valur tad-dritt ta’ kull bidwi kienu kkalkolati mill-awtoritajiet nazzjonali skont wieħed mill-mudelli pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.

(5)  Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja.

(6)  L-Artikoli 4 sa 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(7)  Filwaqt li l-istandards tal-KAAT, bħalma ssir referenza għalihom fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 73/2009, japplikaw fl-Istati Membri kollha, ir-Rekwiżiti tal-Ġestjoni Statutorji (SMRs) bħalma ssir referenza għalihom fl-Anness II għal dak ir-Regolament huma obbligatorji biss fl-UE-15. Għall-UE-10, l-SMRs qed jiġu implimentati gradwalment bejn l-2009 u l-2013, u għall-UE-2 bejn l-2012 u l-2014.

(8)  Skont l-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65), il-livell tat-tnaqqis għal kull SMR jew KAAT li m’hemmx konformità magħhom jista’ jvarja bejn 1 % u 5 % f’każ ta’ negliġenza u jista’ jwassal għal rifjut sħiħ tal-għajnuna f’każ ta’ nonkonformità intenzjonali.

(9)  Tiġi evitata l-invażjoni tal-veġetazzjoni mhux mixtieqa, iż-żamma tat-terrazzi, il-manutenzjoni tal-imsaġar taż-żebbuġ u r-rispett għar-rati minimi tal-istokkjar tal-bhejjem jew tal-obbligi tal-ħsad.

(10)  SMR 4 relatati mad-Direttiva dwar in-nitrati.

(11)  Obbligi tal-kundizzjonalità huma rekwiżiti legali sostantivi li jridu jiġu ssodisfati mir-riċevituri kollha tal-għajnuna diretta u huma l-kundizzjonijiet bażiċi u, f’ħafna każijiet, l-uniċi kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati sabiex jiġi ġġustifikat il-pagament tal-ammont sħiħ ta’ pagamenti diretti, għalhekk id-deċiżjoni tal-Qorti li tittratta bħala żbalji n-nuqqas li jiġu ssodisfati rekwiżiti bħal dawn.

(12)  Għal kull ksur, is-sistema nazzjonali għat-tnaqqis tal-pagamenti ntużat għall-kwantifikazzjoni tal-iżball.

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1122/2009 jipprovdi li, fejn l-erja ddikjarata tinstab li hija ddikjarata b’mod eċċessiv b’aktar minn 3 % jew b’żewġ ettari, l-ammont tal-għajnuna għandu jiġi kkalkulat abbażi tal-erja determinata mnaqqsa bid-doppju tal-erja ddikjarata irregolarment. Jekk id-differenza tkun ta’ aktar minn 20 % ma għandha tingħata ebda għajnuna għall-grupp ta’ wċuħ tar-raba’ konċernat. Dispożizzjonijiet simili japplikaw għall-primjums għall-bhejjem.

(14)  Ara l-paragrafi 3.34 u 3.35.

(15)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha ta’ żball minn kampjun tal-istatistika rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima (magħrufa bħala l-MLE). Il-Qorti għandha fiduċja ta’ 95 % li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni tinsab bejn LEL 1,1 % u UEL 4,7 % (il-limiti ta’ żball inferjuri u superjuri rispettivament).

(16)  L-ammont żejjed kien ta’ aktar minn EUR 280 miljun, iżda fin-nuqqas ta’ informazzjoni rilevanti rigward il-bażi għall-allokazzjoni tad-drittijiet, il-Qorti ma setgħetx tikkwantifika l-impatt fuq il-baġit tal-UE.

(17)  14 mit-22 każ laqtu l-pagament vverifikat, filwaqt li t-8 każijiet li kien fadal jolqtu biss il-pagamenti futuri.

(18)  Il-ksur l-aktar frekwenti ta’ kundizzjonalità osservat huwa relatat man-nuqqas tal-kapaċità tal-ħżin jew mal-insuffiċjenza tagħha għan-nitrati li joriġinaw mill-annimali, il-produzzjoni tan-nitrat għal kull ettaru li taqbeż il-limitu massimu permess u n-nuqqas ta’ rekords tal-bilanċ tan-nutrijenti.

(19)  Dawn ir-riżultati, minbarra dawk li jikkonċernaw id-drittijiet, japplikaw ukoll għall-miżuri tal-iżvilupp rurali relatati maż-żona u mal-annimali koperti mis-SIAK.

(20)  L-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

(21)  Bħal żball klerikali, inkonsistenza bejn l-informazzjoni grafika u alfanumerika li tinstab fl-applikazzjoni, żbalji fil-qari tal-mappa, eċċ.

(22)  Il-Qorti kienet diġà osservat fir-Rapport Annwali 2008 (il-paragrafu 5.38) li fir-Rumanija 5 500 bidwi kienu bbenefikaw minn total ta’ EUR 2,2 miljun f’għajnuna tas-SAPS tal-UE minħabba l-applikazzjoni skorretta tal-kunċett ta’ żball ovvju.

(23)  Il-Qorti diġà għamlet din l-osservazzjoni għal Spanja fir-Rapporti Annwali għall-2008, il-paragrafu 5.36, għall-2009, il-paragrafu 3.38, u għall-2010, il-paragrafu 3.31, u għall-Italja fir-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 3.38.

(24)  Il-Qorti diġà qajmet din il-kwistjoni fir-Rapport Annwali 2006 tagħha (il-paragrafu 5.23).

(25)  Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprovdi li drittijiet mhux attivati matul sentejn konsekuttivi imorru lura fir-riżerva nazzjonali, ara l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(26)  Din il-kwistjoni diġà ġiet irrappurtata mill-Qorti fir-Rapport Annwali 2008 tagħha (il-paragrafu 5.37).

(27)  Ma kien irċevut l-ebda rapport minn korp taċ-ċertifikazzjoni għaż-żewġ aġenziji tal-pagamenti Rumeni.

(28)  Il-linji gwida tal-Kummissjoni jipprovdu għal analiżi ta’ kampjun minimu ta’ 20 rapport ta’ spezzjoni għall-għajnuna tas-SIAK u kampjun ieħor ta’ 20 għall-miżuri ta’ primjums tas-SIAK fuq l-annimali.

(29)  Konkordanza sħiħa bejn kampjuni każwali magħżula u rrappurtati fl-istatistika hija prerekwiżit għal kwalunkwe valutazzjoni sinifikanti tar-rata ta’ żball residwu fil-pagamenti magħmulin.

(30)  Ara wkoll ir-Rapport Annwali 2010, il-paragrafu 3.46.

(31)  Ir-rapport tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jispjega li l-istatistika ta’ kontroll għall-Ġermanja (Bayern) kienet aġġustata mill-ġdid sitt darbiet bi tweġiba għal talbiet ta’ kjarifika mill-Kummissjoni, l-aħħar verżjoni definittiva kienet riċevuta fis-7 ta’ Novembru 2011.

(32)  Għas-sena finanzjarja 2011 il-Lussemburgu, il-Bulgarija u r-Rumanija biss għażlu li japplikaw ir-rinforz tal-proċedura tal-assigurazzjoni.

(33)  AGRI/D(2010) 248617Rev1 — il-Parti A — Strateġija tal-Verifika u AGRI/D(2010) 251540Rev1 — il-Parti B — Rappurtar.

(34)  Ara wkoll l-eżempju 3.3.

(35)  Ir-rapporti tal-approvazzjoni tal-kontijiet AA/2011/15 (il-Portugall), il-paragrafu 3.2, AA/2011/09 (il-Finlandja), il-paragrafu 3.2.1, AA/2011/05 (il-Ġermanja, Mecklenburg-Vorpommern), il-paragrafu 6.2, AA/2011/12 (l-Italja, Emilia-Romagna), il-paragrafu 3.4.2, AA/2010/16 (ir-Rumanija), il-paragrafu 3.3, AA/2011/17 (is-Slovenja), il-paragrafu 3.2, AA/2011/06 (Spanja, Navarra), il-paragrafu 3.4, AA/2011/07 (Spanja, Castilla y Leon), il-paragrafu 3.4.

(36)  Pereżempju, ir-rapporti dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet AA/2011/01 (il-Bulgarija), il-paragrafu 3.3, AA/2010/15 (il-Portugall), il-paragrafu 3.3, AA/2011/12 (l-Italja), il-paragrafu 3.2, AA/2011/06 (Spanja), il-paragrafu 3.2 u AA/2011/13 (il-Litwanja), il-paragrafu 3.3.

(37)  L-Artikolu 56(2) ta' SEC(2011) 1153.

(38)  L-Artikolu 9 tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffinanzjar, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (COM(2011) 628 finali/2).

(39)  Dan l-ammont jirrappreżenta t-total tan-nefqa amministrattiva għat-titolu 05.

(40)  Din iċ-ċifra tinkludi EUR 1,5 miljun li hija ġestjoni ċentralizzata (linja baġitarja 05 02 20 02).

(41)  Il-verifika tan-nefqa amministrattiva hija rappurtata fil-Kapitolu 9.

Sors: Il-kontijiet annwali 2011 tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS 3.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONI GĦALL-AGRIKOLTURA: SUQ U APPOĠĠ DIRETT

 

2011

2010

2009

2008

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet (li minnhom):

180

146

148

151

Pagamenti bil-quddiem

0

0

0

0

Pagamenti interim/finali

180

146

148

151

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)

Proporzjon (numru) tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

61 %

(110)

73 %

76 %

72 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

39 %

(70)

27 %

24 %

28 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta’ żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

14 %

(10)

26 %

31 %

29 %

Żbalji kwantifikabbli:

86 %

(60)

74 %

69 %

71 %

Eliġibilità

23 %

(14)

3 %

13 %

10 %

Okkorrenza

2 %

(1)

0 %

0 %

0 %

Preċiżjoni

75 %

(45)

97 %

87 %

90 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

2,9 %

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

4,7 %

 

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

1,1 %

 

 

 


(1)  Numri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd reali ta’ tranżazzjonijiet.

ANNESS 3.2

RIŻULTATI TAL-EŻAMI TAS-SISTEMI GĦALL-AGRIKOLTURA: SUQ U APPOĠĠ DIRETT

Valutazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll magħżula — FAEG

Stat Membru

(Aġenzija tal-pagamenti)

Skema

Nefqa relatata mas-SIAK (limitu massimu nazzjonali, l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009)

(EUR 1 000)

Proċeduri amministrattivi u ta’ kontroll biex jiżguraw il-pagament korrett inkluża l-kwalità ta’ databases

Metodoloġija ta’ spezzjoni fuq il-post, għażla, eżekuzzjoni, kontroll tal-kwalità u rappurtar ta’ riżultati individwali

Proċeduri għall-irkuprar ta’ pagamenti mhux dovuti

Valutazzjoni ġenerali

l-Awstrija

SPS

745 235

Parzjalment effettivi

1, 9

Effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi

id-Danimarka

SPS

1 030 478

Parzjalment effettivi

1, 4, 7, 8

Parzjalment effettivi

b

Parzjalment effettivi

A

Parzjalment effettivi

il-Finlandja

SPS

565 520

Parzjalment effettivi

3, 5, 7, 8

Parzjalment effettivi

b, c

Effettivi

Parzjalment effettivi

l-Ungerija

SAPS

1 073 824

Parzjalment effettivi

2, 6, 9

Parzjalment effettivi

a, b

Parzjalment effettivi

B

Parzjalment effettivi

l-Italja (Lombardija)

SPS

4 227 177

Parzjalment effettivi

2, 5, 8

Effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi

Spanja (Galicia)

SPS

5 108 650

Parzjalment effettivi

1, 2, 3, 4

Parzjalment effettivi

b, c

Effettivi

Parzjalment effettivi

1

Dgħufijiet dwar l-LPIS.

2

L-LPIS ma ġiex aġġornat wara kontrolli fuq il-post.

3

Rekord insuffiċjenti tal-verifika fid-databases tas-SIAK.

4

Nuqqas ta’ preċiżjoni fid-databases tad-drittijiet.

5

Klejms tal-SPS ma fihomx informazzjoni li tippermetti li l-pożizzjonijiet tal-ħbula agrikoli jiġu determinati.

6

Kontrolli retroattivi limitati biss ta’ dikjarazzjoni eċċessiva potenzjali fi snin preċedenti.

7

Dgħufijiet fil-proċedura tar-reġistrazzjoni ta’ klejm.

8

Korrezzjonijiet ta’ żbalji ovvji ma jissodisfawx il-kunċett ta’ żball ovvju.

9

Bażi skorretta tal-kalkolu tal-pagamenti.

a

Ebda tpaċija ta’ dikjarazzjonijiet eċċessivi ta’ erja u dikjarazzjoni insuffiċjenti ta’ erja li nstabet fi grupp ta’ wiċċ tar-raba'.

b

Kwalità insuffiċjenti ta’ kejl ta’ erja waqt kontrolli fuq il-post.

c

Informazzjoni skorretta jew mhux kompluta fir-rapporti dwar ispezzjonijiet fuq il-post.

A

Nuqqas ta’ preċiżjoni fil-kontijiet tad-debituri.

B

Dgħufijiet dwar l-użu ta’ proċeduri ta’ infurzar.

ANNESS 3.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-FAEG

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

2009

Fir-rigward tas-SIAK il-Qorti kkonkludiet li kien hemm il-ħtieġa għal titjib sinifikanti speċjalment fi tlieta mit-tmien aġenziji tal-pagamenti vverifikati (jiġifieri Ċipru, il-Greċja, Malta) (il-paragrafu 3.72).

Fit-tliet aġenziji tal-pagamenti ttieħdu l-azzjonijiet korrettivi li ġejjin:

Il-Greċja: pjan ta’ azzjoni biex jingħelbu nuqqasijiet ġie implimentat mill-Awtoritajiet. Sistema ġdida tal-LPIS-GIS u proċedura għal klejm riveduta ġew stabbiliti.

Ċipru: pjan ta’ tiġdid ta’ ħames snin ġie implimentat. Mill-2011 kien hemm ridefinizzjoni tal-ħbula referenzjali bbażata fuq l-immaġnijiet l-aktar riċenti.

Malta: l-aġenzija tal-pagamenti aġġornat l-LPIS fl-2009 permezz ta’ ortoritratti tal-2008 u ppjanat li tiffinalizza aġġornament sħiħ tal-LPIS bl-immaġnijiet tal-2010 għas-sena ta’ klejm 2011

 

Il-Qorti kkunsidrat li l-linji gwida tal-Kummissjoni fir-rigward tax-xogħol li jrid isir mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġu riveduti fir-rigward tan-natura, il-kopertura u l-obbligi tar-rappurtar, speċjalment fir-rigward tax-xogħol relatat mal-validazzjoni tal-istatistika tal-kontroll u l-ispezzjoni tal-Istati Membri (il-paragrafu 3.75).

Il-Kummissjoni ressqet sistema ġdida għall-validazzjoni tal-istatistika ta’ kontroll u spezzjoni tal-Istati Membri mill-2010 msejħa “rinforz tal-proċedura tal-assigurazzjoni” (ara l-paragrafi 3.34 u 3.35).

Il-Qorti matul il-verifiki tagħha ta’ tnejn mit-tliet aġenziji tal-pagamenti li għażlu li japplikaw din il-proċedura wriet li minħabba nuqqasijiet kunċettwali u ta’ implimentazzjoni l-ebda assigurazzjoni jew assigurazzjoni limitata ħafna biss tista' tinkiseb minn dawn il-verifiki għaż-żewġ aġenziji tal-pagamenti vverifikati (ara l-paragrafi 3.36 ff).

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-fehma li “t-tisħiħ tal-proċedura ta' assigurazzjoni” huwa affettwat minn nuqqasijiet kunċettwali. Il-Kummissjoni vverifikat ukoll ix-xogħol imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni fir-rigward tal-istatistiċi tal-kontroll taż-żewġ aġenziji tal-pagamenti kkonċernati u tikkondividi l-opinjoni li assigurazzjoni limitata biss tista' tinkiseb f’dawn iż-żewġ każijiet speċifiċi.

2009 u 2008

Il-Qorti rrakkomandat li d-dgħufijiet fis-sistemi identifikati jiġu solvuti. F'dan ir-rigward, id-dgħufijiet l-aktar urġenti li għandhom jiġu indirizzati għall-SPS u s-SAPS huma (il-paragrafu 3.73 (1)).

 

 

(a)

li jingħelbu d-dgħufijiet fis-sistemi li jwasslu għal żbalji relatati ma’ art ineliġibbli jew dikjarazzjonjiet eċċessivi ta’ art kif ukoll intitolamenti (drittijiet) mhux preċiżi, b'mod partikolari billi jittejbu l-affidabilità u l-kompletezza tad-datarreġistrata fl-LPIS (eż. l-ortoritratti l-aktar riċenti);

(a)

Mis-sena ta’ klejm 2010 r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 146/2010 introduċa r-rekwiżit għall-Istati Membri biex iwettqu valutazzjoni tal-kwalità tal-LPIS-GIS fuq bażi annwali skont proċeduri stabbiliti.

(a)

Il-Kummissjoni tikkondividi l-valutazzjoni tal-Qorti. Hija se tibqa’ tissorvelja r-riżultati fis-snin li ġejjin.

(b)

li jiġi żgurat li d-databases kollha tas-SIAK jipprovdu rekord tal-verifika affidabbli u komplet għall-modifiki kollha magħmula;

(b)

Ma ttieħdet l-ebda azzjoni korrettiva speċifika biex tiġi indirizzata r-rakkomandazzjoni tal-Qorti.

(b)

Bħala parti mill-verifiki tagħha, il-Kummissjoni tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri biex itejbu s-sitwazzjoni fuq bażi kontinwa. Matul is-snin, ir-riżultati tal-verifiki juru progress fir-rigward tal-kwalità tal-informazzjoni fil-bażijiet tad-dejta.

2009 u 2008

(c)

li jiġu ċċarati u infurzati aktar ir-regoli sabiex l-għajnuna diretta tal-UE ma titħallasx lil applikanti (min għamel il-klejm) li la użaw l-art għall-agrikoltura u lanqas żammewha fil-KAAT;

(c)

Fil-qafas tal-Kontroll tas-Saħħa, il-Kummissjoni tat lill-Istati Membri l-possibbiltà li jeskludu persuni fiżiċi jew ġuridiċi li l-oġġetti prinċipali tan-negozju tagħhom ma jikkonsistux f'attivitajiet agrikoli jew li l-attivitajiet agrikoli tagħhom huma insinifikanti.

Il-Qorti tqis li għadu jeżisti r-riskju ta’ pagamenti lill-pretendenti li la użaw l-art għall-biedja u lanqas żammewha fil-KAAT.

Fil-proposta tagħha għall-PAK ta’ wara l-2013, il-Kummissjoni ċċarat id-definizzjoni ta’ bidwi.Il-Qorti tqis li r-riskju għadu jippersisti li l-pagamenti jistgħu jibqgħu jingħataw lil benefiċjarji li ma jeżerċitaw l-ebda attività agrikola.

(c)

 

Wara rakkomandazzjoni mill-Qorti, il-Kummissjoni tippreżenta definizzjoni ta' “bidwi attiv” fil-qafas tal-proposta tagħha għall-PAK wara l-2013, li bħalissa għadu qed jiġi negozjat mal-awtorità leġiżlattiva.

(d)

li jiġu ffissati rekwiżiti minimi ta’ manutenzjoni annwali f'livell tal-UE għall-mergħa biex din tkun eliġibbli għall-għajnuna diretta tal-UE.

(d)

L-ebda progress ma sar fil-perjodu attwali ta’ programmazzjoni.

(d)

Is-sistema attwali tipprovdi għal qafas legali komuni li fih l-Istati Membri huma responsabbli biex jiddefinixxu l-kriterji ta’ manutenzjoni taħt il-GAEC. Dan jippermetti li jiġu kkunsidrati d-diversità ta’ żoni agrikoli u t-tradizzjonijiet fl-UE.

2008

Il-Qorti, abbażi tal-livell ta’ żbalji fl-ittestjar tat-tranżazzjonijiet u fil-valutazzjoni tas-sistemi tagħha, tenniet li b'mod ġenerali s-SIAK hija sistema ta’ kontroll effettiva biex tillimita r-riskju ta’ żball jew nefqa irregolari. Madankollu, il-verifika sabet li hemm bżonn ta’ titjib sinifikanti f'aġenziji tal-pagamenti magħżula fi tliet Stati Membri (jiġifieri r-Renju Unit (l-Iskozja), il-Bulgarija, ir-Rumanija) (il-paragrafu 5.64).

Il-Kummissjoni ħadet l-azzjonijiet korrettivi li ġejjin:

Il-Bulgarija: pjan ta’ azzjoni għall-perjodu 2009-2011 ġie żviluppat bil-għan li prinċipalment jindirizza livell għoli ta’ żbalji negliġenti fl-applikazzjoni ta’ għajnuna lill-bdiewa, l-akkwist ta’ ortoimmaġni ġodda u l-aġġornament tal-LPIS-GIS b'informazzjoni minn ortoritratti ġodda u r-riżultati ta’ kontrolli fuq il-post.

Ir-Rumanija: pjan ta’ azzjoni għas-snin 2009-2011 ġie stabbilit bil-għan li jiġi indirizzat l-akkwist ta’ ortoimmaġni ġodda, l-aġġornament tal-LPIS-GIS b'informazzjoni minn ortoritratti ġodda u r-riżultati ta’ kontrolli fuq il-post.

Ir-Renju Unit (l-Iskozja): l-awtoritajiet nazzjonali kienu qegħdin janalizzaw u jaġġornaw l-informazzjoni fl-LPIS-GIS.

Il-pjanijiet ta' azzjoni għar-Rumanija u l-Bulgarija tlestew f'Novembru 2011 u Frar 2011 rispettivament.


(1)  Rakkomandazzjonijiet simili saru fil-paragrafu 5.65 tar-Rapport Annwali 2008.


KAPITOLU 4

Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Żvilupp rurali

Ambjent u azzjoni klimatika, affarijiet marittimi u sajd, saħħa u protezzjoni tal-konsumatur

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

regolarità tat-tranżazzjonijiet

Żvilupp rurali

Kundizzjonalità

Ambjent u azzjoni klimatika, affarijiet marittimi u sajd, saħħa u protezzjoni tal-konsumatur

Effettività tas-sistemi

Żvilupp rurali

Sistemi tal-Istati Membri relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Is-sistema tal-Kummissjoni għall-approvazzjoni tal-kontijiet u r-rappreżentazzjoni tal-ġestjoni

Ambjent u azzjoni klimatika, affarijiet marittimi u sajd, saħħa u protezzjoni tal-konsumatur

Sistema ta’ Kontroll Intern tad-DĠ MARE

Ir-rappreżentazzjoni tal-ġestjoni ta’ DĠ oħra — ir-rapporti annwali tal-attività (RAA)

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

4.1.

Dan il-Kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika mill-Qorti tal-iżvilupp rurali, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa li tinkludi l-iżvilupp rurali (li huwa parti mill-qasam tal-politika 05 — Agrikoltura u żvilupp rurali) u l-oqsma tal-politika 07 — Ambjent u Azzjoni Klimatika, 11 — Affarijiet Marittimi u Sajd u 17 — Saħħa u Protezzjoni tal-Konsumatur. Informazzjoni prinċipali dwar l-attivitajiet koperti, u l-infiq għall-2011 tingħata fit- Tabella 4.1 .

 

Tabella 4.1 —   Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa — Informazzjoni prinċipali 2011

(EUR miljun)

Titolu tal-baġit

Qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod ta’ ġestjoni

05

Żvilupp rurali

Żvilupp rurali

12 292

Kondiviża

Miżuri ta’ qabel l-adeżjoni

102

Deċentralizzata

Aspetti internazzjonali tal-qasam tal-politika “Agrikoltura u Żvilupp rurali”

5

Ċentralizzata u diretta

 

12 399

 

07

Ambjent u azzjoni klimatika

Nefqa amministrattiva

92

Ċentralizzata u diretta

Nefqa operazzjonali

240

Ċentralizzata u diretta/Ċentralizzata u indiretta

 

332

 

11

Affarijiet marittimi u sajd

Nefqa amministrattiva

41

Ċentralizzata u diretta

Nefqa operazzjonali

731

Ċentralizzata/Kondiviża

 

772

 

17

Saħħa u protezzjoni tal-konsumatur

Nefqa amministrattiva

117

Ċentralizzata u diretta

Nefqa operazzjonali

506

Ċentralizzata u diretta/Ċentralizzata u indiretta

 

623

 

Total tan-nefqa amministrattiva (24)

250

 

Total tan-nefqa operazzjonali

13 876

 

Li minnhom:

pagamenti bil-quddiem

566

 

pagamenti interim/finali

13 310

 

Total tal-pagamenti għas-sena

14 126

 

Total tal-impenji għas-sena

16 779

 

Sors: Il-kontijiet annwali għall-2011 tal-Unjoni Ewropea.

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Żvilupp rurali

4.2.

L-iżvilupp rurali huwa parti mill-politika agrikola komuni (PAK), li l-objettivi ġenerali u s-sorsi ta’ finanzjament tagħha huma ppreżentati fil-Kapitolu 3 (ara l-paragrafi 3.2 u 3.3).

 

4.3.

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jikkofinanzja b'rati differenti n-nefqa għall-iżvilupp rurali permezz ta’ programmi għall-iżvilupp rurali tal-Istati Membri. In-nefqa tkopri 45 miżura li jinkludu kemm miżuri relatati maż-żona (bħall-pagamenti agriambjentali u l-pagamenti kompensatorji lill-bdiewa f'żoni bi żvantaġġi naturali) kif ukoll miżuri mhux relatati maż-żona (bħall-modernizzazzjoni ta’ azjendi agrikoli u l-istabbiliment ta’ servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali) (EUR 12 394 miljun) (1).

 

4.4.

Il-ġestjoni u l-kontroll tan-nefqa għall-PAK hija deskritta fil-Kapitolu 3 (ara l-paragrafi 3.6 u 3.7). Taħt ċerti skemi ta’ għajnuna tal-FAEŻR (2), il-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-UE għandhom obbligu legali li jissodisfaw kundizzjonijiet ta’ “kundizzjonalità”, kif deskritt fil-paragrafu 3.5.

4.4.

Ara t-tweġibiet għal paragrafu 3.5.

4.5.

Fir-Rapport Annwali 2010 tagħha, il-Qorti nnutat li n-nefqa għall-iżvilupp rurali hija partikolarment suxxettibbli għal żball (3). Ir-riskju prinċipali għar-regolarità huwa kkawżat mir-regoli u l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li huma spiss kumplessi. Barra minn hekk, peress li xi programmi għandhom rati baxxi ta’ implimentazzjoni (4), hemm riskju, speċjalment lejn tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni, li jiġi ddikjarat infiq ineliġibbli sabiex jiġu evitati d-diżimpenji.

4.5.

Il-Kummissjoni taqbel mal-fehma tal-Qorti li xi oqsma ta’ nefqa għall-iżvilupp rurali huma affettwati minn inċidenza ogħla ta' żbalji, meta mqabbla mal-ewwel pilastru tal-PAK. Madankollu, ir-rati relattivament ogħla ta’ żbalji għall-iżvilupp rurali għandhom jitqiesu fil-kuntest tal-għanijiet tal-politika tal-iżvilupp rurali li jistgħu jinkisbu biss permezz ta' aktar regoli kumplessi u l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li għalihom għamlet referenza l-Qorti.

Ambjent u azzjoni klimatika, affarijiet marittimi u sajd, saħħa u protezzjoni tal-konsumatur

4.6.

Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent hija mfassla biex tikkontribwixxi għall-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, il-ħajja taċ-ċittadini tagħha, u l-użu razzjonali tar-riżorsi naturali, inkluż fil-livell internazzjonali. L-istrument finanzjarju għall-ambjent (LIFE) (5) huwa l-aktar programm importanti f'dak li huwa finanzjament (infiq ta’ EUR 184 miljun fl-2011) għall-kofinanzjament ta’ proġetti fl-Istati Membri relatati man-natura u l-bijodiversità; il-politika u l-governanza ambjentali; u l-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

 

4.7.

Il-politika komuni tas-sajd tal-qasam tal-politika dwar l-affarijiet marittimi u s-sajd issegwi l-istess objettivi ġenerali bħall-politika agrikola komuni (ara l-paragrafu 3.2). Il-Fond Ewropew għas-Sajd (6) (FES) huwa l-istrument prinċipali (infiq ta’ EUR 441 miljun fl-2011).

 

4.8.

Rigward is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur, l-UE tikkontribwixxi kemm għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti kif ukoll għall-protezzjoni tal-konsumatur. Il-parti l-kbira tal-pagamenti ssir għal programmi ta’ eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u l-Aġenziji Ewropej (7) (EUR 186 miljun u EUR 171 miljun rispettivament fl-2011).

 

Ambitu u approċċ tal-verifika

4.9.

L- Anness 1.1 , il- Parti 2 , tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija ġenerali tal-verifika tal-Qorti. Għall-verifika tal-iżvilupp rurali, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa, għandhom jiġu nnotati l-kwistjonijiet speċifiċi li ġejjin:

4.9.

il-verifika kienet tinvolvi l-analiżi ta’ kampjun ta’ 178 pagament interim u finali, li kienu jinkludu 160 pagament għall-iżvilupp rurali u 18 dwar l-ambjent u l-azzjoni klimatika, l-affarijiet marittimi u s-sajd, u s-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur;

 

fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-Qorti ffokat l-ittestjar tagħha dwar il-konformità mal-obbligi tal-KAAT (kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba) u rekwiżiti statutarji tal-ġestjoni (SMRs) (8) selezzjonati li għalihom setgħet tinkiseb evidenza u tintlaħaq konklużjoni fiż-żmien taż-żjara tal-verifika;

Ara t-tweġiba għal paragrafi 4.16 sa 4.18.

tnaqqis u esklużjonijiet (li għandhom jiġu applikati mill-Istati Membri f'każijiet fejn il-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-UE kklejmjaw b'mod eċċessiv l-erja reali, in-numru ta’ annimali jew l-infiq eliġibbli (9)) mhumiex inklużi fil-kalkolu tal-Qorti tar-rata ta’ żball (10);

 

il-valutazzjoni tas-sistemi għall-iżvilupp rurali kopriet aġenzija waħda tal-pagamenti f'kull wieħed minn sitt Stati Membri: id-Danimarka, Spanja (Galizja), l-Italija (Lombardija), l-Ungerija, l-Awstrija u l-Finlandja. Għall-Affarijiet marittimi u s-sajd il-Qorti ttestjat is-sistema ta’ kontroll intern tad-DĠ MARE;

 

l-analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni kopriet ir-rapporti ta’ attività annwali tad-DĠ AGRI (fir-rigward tal-iżvilupp rurali), id-DĠ CLIMA, id-DĠ ENV, id-DĠ MARE u d-DĠ SANCO;

 

barra minn dan, sabiex tivvaluta l-bażi għad-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni, il-Qorti analizzat ix-xogħol tal-verifika tad-DĠ AGRI fir-rigward tal-approvazzjoni tal-kontijiet u ċ-ċertifikati u r-rapporti tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-FAEŻR relatati ma’ 15-il aġenzija tal-pagamenti.

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

4.10.

L- Anness 4.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. L-ittestjar mill-Qorti tal-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet sab li 57 % huma milquta minn żball. Ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti hija ta’ 7,7 % (11).

4.11.

Fir-rigward tan-nefqa għall-iżvilupp rurali, minn 160 tranżazzjoni kkampjunati, 93 (58 %) kienu milquta minn żbalji, li minnhom 61 (66 %) kienu żbalji kwantifikabbli. Fir-rigward tal-ambjent u l-azzjoni klimatika, l-affarijiet marittimi u s-sajd, u s-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur, minn 18-il tranżazzjoni kkampjunati, 8 (44 %) kienu milquta minn żbalji, li minnhom 2 (25 %) kienu żbalji kwantifikabbli.

4.10-4.11.

Il-Kummissjoni tieħu nota tar-rata ta’ żball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti. Minkejja li ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Qorti f'ċerti każijiet, l-istima proprja tal-Kummissjoni tal-livell ta' ħlasijiet mhux dovuti fuq il-bażi tal-istatistika ta’ kontroll pprovduta mill-Istati Membri fl-2011, turi wkoll deterjorament tas-sitwazzjoni, għalkemm ta’ daqs limitat. Għalhekk, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI għamel riżerva, rigward in-nefqa tal-iżvilupp rurali, fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tiegħu għall-2011.

Din ir-riżerva hija akkumpanjata minn għadd ta’ azzjonijiet korrettivi li jridu jiġu determinati mill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri sabiex jindirizzaw is-sitwazzjoni.

Madankollu, rati relattivament ogħla ta’ żball għall-iżvilupp rurali mqabbla mal-ewwel pilastru tal-PAK għandhom jitqiesu fil-kuntest tal-għanijiet tal-politika tal-iżvilupp rurali li jistgħu jinkisbu biss permezz ta' aktar regoli kumplessi u l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li għalihom għamlet referenza l-Qorti f’paragrafu 4.5.

Il-Kummissjoni tinnota li nofs l-iżbalji kwantifikabbli huma pjuttost żgħar f’termini finanzjarji (inqas minn 5 %).

Żvilupp rurali

4.12.

Għall-FAEŻR, l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet mill-Qorti rriżulta fil-verifika ta’ 26 miżura differenti. 75 tranżazzjoni kienu jikkonċernaw miżuri relatati maż-żona u 85 kienu jikkonċernaw miżuri mhux relatati maż-żona. Il-parti l-kbira tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli rrappurtata fil-paragrafu 4.10 kienu jikkonċernaw l-eliġibbiltà ta’ miżuri mhux relatati maż-żona. Il-Qorti sabet ukoll inċidenza għolja ta’ żbalji meta l-benefiċjarji kienu korpi pubbliċi, bħal muniċipalitajiet jew l-aġenzija tal-pagamenti nfisha: fl-34 tranżazzjoni vverifikati li kienu jinvolvu benefiċjarji pubbliċi, kien hemm 17-il żball (50 %) li kienu jikkonċernaw kwistjonijiet bħal dikjarazzjoni ta’ VAT ineliġibbli jew nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku.

4.12.

Il-Kummissjoni tieħu nota tas-sejbiet tal-Qorti, għalkemm dawn ma jaqblux dejjem mal-istatistiċi tal-kontroll mill-Istati Membri, u se tikkunsidrahom fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tagħha għall-iżvilupp rurali, jekk jitqies meħtieġ.

4.13.

Il-kampjun ta’ 160 tranżazzjoni dwar l-iżvilupp rurali kien jinkludi 43 pagament għal skemi agriambjentali. Il-Qorti sabet li f'10 każijiet (23 %), il-bdiewa ma kinux irrispettaw l-impenji agriambjentali li kienu taw. Deskrizzjoni ta’ żball bħal dan li nstab mill-Qorti tingħata fl-eżmpju 4.1. Għall-miżura “modernizzazzjoni ta’ azjendi agrikoli”, 21 pagament ġew ivverifikati, li fihom il-Qorti sabet 8 każijiet (38 %) ta’ nfiq ineliġibbli.

4.13.

Eżempju 4.1 —   Nuqqas ta’ rispett ta’ impenji agriambjentali (eżempju ta’ żball ta’ eliġibbiltà)

Il-benefiċjarju applika għal appoġġ għal żewġ skemi agriambjentali. Għall-ewwel skema, huwa kien għamel impenn fuq 14-il ħabel art biex iżomm lura milli jikkultiva wċuħ fi strixxa ta’ lqugħ ta’ metru wieħed u biex iħalli din iż-żona mhux ikkultivata, mhux maħruta, mhux fertilizzata u mhux imbexxa. Il-verifika sabet li dan ir-rekwiżit ma ġiex irrispettat fl-ebda wieħed mill-14-il ħabel art. Għat-tieni skema, il-bidwi għamel impenn li jwettaq it-tekniki adatti ta’ ġestjoni tal-ġonna tas-siġar tal-frott u prattiki agrikoli tajbin, inklużi ż-żabra u l-irmondar tas-siġar tal-frott. Il-verifika sabet li s-siġar ma nżabrux u li l-partijiet tal-ħbula art fejn kienu jikbru s-siġar kienu miksija bl-iskart. Skont ir-regoli nazzjonali applikabbli, dan il-ksur sinifikanti ta’ rekwiżiti għaż-żewġ skemi għandu jirriżulta fi tnaqqis ta’ 100 % tal-pagament.

Eżempju 4.1  —    Nuqqas ta’ rispett ta’ impenji agroambjentali (eżempju ta’ żball ta’ eliġibbiltà)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sejba tal-Qorti tikkonċerna każ mhux sistematiku, ta’ nuqqas ta’ konformità b’impenn imdaħħal taħt xi miżura agroambjentali.

Il-Kummissjoni se titlob lill-korp taċ-ċertifikazzjoni rilevanti biex jimmonitorja l-irkupru tal-ammont imħallas żejjed.

4.14.

F'31 mit-tranżazzjonijiet ivverifikati, il-benefiċjarju kien meħtieġ jirrispetta r-regoli tal-akkwist pubbliku. Il-Qorti sabet li fi 12-il każ (39 %), waħda jew aktar minn dawn ir-regoli ma ġewx irrispettati (ara l-eżempju 4.2).

4.14.

Il-Kummissjoni tinnota li wħud mill-osservazzjonijiet tal-Qorti jikkonċernaw ir-regoli nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku u li ċerti Stati Membri għandhom interpretazzjoni differenti ta’ dawk ir-regoli għal dik tal-Qorti.

Eżempju 4.2 —   Ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku (eżempju ta’ żball ta’ eliġibbiltà)

Il-benefiċjarju ta’ EUR 5,1 miljun ta’ għajnuna mill-UE kien l-aġenzija tal-pagamenti nfisha. L-ammont kien imħallas għall-miżura “assistenza teknika” u kien jikkonċerna parti mill-operazzjoni akbar tas-servizz u l-manutenzjoni tas-sistema tal-IT tal-aġenzija tal-pagamenti. Il-Qorti sabet li ż-żewġ kuntratti għal din l-operazzjoni akbar, b'valur ta’ madwar EUR 58 miljun ingħataw lil kumpanija permezz ta’ proċeduri nnegozjati mingħajr avviż. L-aġenzija tal-pagamenti ma pprovdietx l-analiżi meċessarja jew il-ġustifikazzjoni meħtieġa għall-għoti ta’ dawn il-kuntratti permezz ta’ tali proċeduri, aktar milli permezz ta’ proċeduri miftuħa jew ristretti.

Eżempju 4.2  —    Ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku (eżempju ta’ żball ta’ eliġibbiltà)

Il-Kummissjoni tinnota li, kieku saret ġustifikazzjoni xierqa għal din il-proċedura, kieku fil-prinċipju kien ikun legalment possibbli għall-benefiċjarju li jagħti l-kuntratti permezz ta’ proċedura nnegozjata. F’każ bħal dan, il-Kummissjoni probabbilment ma teskludix in-nefqa kollha mill-finanzjament tal-UE fil-kuntest ta’ proċedura ta' approvazzjoni tal-konformità tagħha sabiex tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità.

4.15.

Il-Qorti sabet f'aktar minn terz tal-każijiet li l-iżball identifikat bħala parti mill-ittestjar tat-tranżazzjonijiet kien sistematiku, jiġifieri li huwa laqat aktar pagamenti minn dik ivverifikata (ara l-eżempju 4.3).

4.15.

Eżempju 4.3 —   VAT ineliġibbli inkluża (eżempju ta’ żball sistematiku ta’ eliġibbiltà)

Pagament wieħed ivverifikat kien jikkonċerna s-servizzi pprovduti lil korp pubbliku għal programm ta’ taħriġ u informazzjoni. Il-korp pubbliku ddikjara l-ammont sħiħ tal-pagament, inkluża l-VAT ineliġibbli, li tħallas bis-sħiħ u ġie ċċarġjat lill-baġit tal-UE. Dan l-iżball sistematiku laqat in-nefqa kollha għall-miżura tal-iżvilupp rurali kkonċernata f'dan l-Istat Membru b'total ta’ EUR 0,8 miljun.

Eżempju 4.3  —    VAT ineliġibbli inkluża (eżempju ta’ żball sistematiku ta' eliġibbiltà)

Fil-qafas tal-proċedura ta’ approvazzjoni finanzjarja, is-servizzi tal-Kummissjoni se jsegwu s-sejbiet tal-Qorti fil-konfront tal-awtoritajiet nazzjonali fid-dawl tal-irkupru ta’ kwalunkwe ħlasijiet mhux dovuti.

Kundizzjonalità

4.16.

Kif ġie nnutat fil-Kapitolu 3 (ara l-paragrafu 3.9), l-iżbalji tal-kundizzjonalità huma inklużi għall-ewwel darba fil-kalkolu tal-Qorti tar-rata ta’ żball.

4.17.

Għad-DAS 2011 il-Qorti sabet, abbażi tal-analiżi tagħha (ara l-paragrafu 4.9, it-tieni inċiż), ksur wieħed jew aktar ta’ kundizzjonalità fi 26 (12) mit-73 pagament soġġetti għall-kundizzjonalità (36 %). Għal kull ksur, il-Qorti użat is-sistema nazzjonali għat-tnaqqis ta’ pagamenti biex jiġi kkwantifikat l-iżball. Fil-każijiet kollha, dan it-tnaqqis kien bejn 0 % u 5 %. L-iżbalji li nstabu jirrappreżentaw madwar 0,2 punti perċentwali tar-rata ta’ żball totali msemmija fil-paragrafu 4.10.

4.18.

Il-Qorti nnutat b'mod partikolari problemi sinifikanti fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali. Għall-46 azjenda agrikola bl-annimali inklużi fil-kampjun, inqabad nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti f'16-il każ (35 %).

4.16 sa 4.18.

Ħafna mir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità (cross-compliance), jiġifieri l-SMRs, għandhom jiġu rispettati miċ-ċittadini kollha tal-UE, irrispettivament jekk ikunx bidwi li qed jibbenefika minn appoġġ tal-UE bil-PAK. Ir-rispett tal-kundizzjonalità (cross-compliance) ma jikkostitwixxix kriterju ta’ eliġibbiltà u, għaldaqstant, il-kontrolli ta' dawn ir-rekwiżiti ma jirrelatawx mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. Bdiewa li ma jirrispettawx ir-rekwiżiti huma intitolati li jirċievu l-ħlasijiet tagħhom, imma huma sanzjonati fuq il-bażi tas-severità, il-firxa, il-permanenza u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità li nstabu kif ukoll in-negliġenza jew l-intenzjoni tal-bidwi kkonċernat. Dan jidher ukoll mill-fatt li jistgħu jsiru ħlasijiet qabel ma jkunu twettqu l-kontrolli ta’ kundizzjonalità (cross-compliance) u li pieni mhumiex applikati fuq il-ħlasijiet li saru b’rispett tas-sena kalendarja fejn il-bidwi naqas li jkun konformi mar-rekwiżiti, imma l-aktar fuq il-ħlasijiet li saru b’rispett tas-sena kalendarja tas-sejbiet mill-awtoritajiet nazzjonali. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni nnifisha ma tiħux inkonsiderazzjoni l-ksur tal-obbligi tal-kundizzjonalità (cross-compliance) fil-kalkolu tal-livell ta' żball għal dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha stess.

Ambjent u azzjoni klimatika, affarijiet marittimi u sajd, saħħa u protezzjoni tal-konsumatur

4.19.

Żball li nstab fl-oqsma tal-politika tal-ambjent u l-azzjoni klimatika, l-affarijiet marittimi u s-sajd, u s-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur jingħata fil-qosor fl-eżempju 4.4.

4.19.

Eżempju 4.4 —   Infiq iddikjarat wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà

L-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri jridu jippreżentaw lill-Kummissjoni sat-30 ta’ April, għas-sena kalendarja preċedenti, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż relatati mal-programmi ta’ eradikazzjoni tal-mard tal-annimali. Dikjarazzjoni minn Stat Membru wieħed għall-2010 li kienet tammonta għal EUR 12,4 miljun kienet tinkludi spejjeż ta’ EUR 0,3 miljun imħallsa wara t-30 ta’ April 2011.

Eżempju 4.4  —    Infiq iddikjarat wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tħallas l-ewwel ħlas parzjali bil-quddiem li jiffissa l-ammont finali tal-kontribuzzjoni finanzjarja, hekk kif id-dikjarazzjoni tan-nefqa tal-Istat Membru ma setgħetx tiġi approvata fl-2011 minħabba kontroll li għadu għaddej fuq il-post (C(2011) 9743, l-Artikoli 1 u 2). Fil-lista standard ta' kontrolli fuq il-post hemm previsti verifiki tal-ħlas tal-ispejjeż iddikjarati wara t-30 ta’ April.

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

Żvilupp rurali

Sistemi tal-Istati Membri relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

4.20.

L- Anness 4.2 fih sommarju tal-analiżi mill-Qorti tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Istati Membri. Fir-rigward tas-sitt sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-iżvilupp rurali vverifikati, il-Qorti sabet li waħda mis-sistemi ta’ kontroll implimentati ma kinitx effettiva (id-Danimarka), erba' kienu parzjalment effettivi (Spanja (Galizja), l-Italja (Lombardija), l-Ungerija u l-Finlandja) u waħda kienet effettiva (l-Awstrija) fl-iżgurar tar-regolarità tal-pagamenti.

4.20.

Il-Kummissjoni tieħu nota li r-riżultati ppreżentati huma simili għar-riżultati tal-aħħar sena.

4.21.

Għal miżuri tal-iżvilupp rurali relatati maż-żona, bħall-agriambjent, il-verifikazzjoni ta’ ċerti elementi ewlenin bħaż-żona eliġibbli ssir permezz tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK), deskritta fil-Kapitolu 3 (il-paragrafu 3.16). Rekwiżiti oħra ta’ eliġibbiltà huma rregolati minn kontrolli mfassla speċifikament (13). Kif deskritt fil-Kapitolu 3 (il-paragrafi 3.14 sa 3.17), għall-2011 il-Qorti sabet li s-sistemi SIAK kienu parzjalment effettivi fl-aġenziji tal-pagamenti kollha eżaminati.

4.21.

Il-Kummissjoni tqis li s-SIAK hi ġeneralment sistema ta’ kontroll effettiva għal-limitazzjoni tar-riskju ta’ żball jew nefqa rregolari.

Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 3.14 u 3.15.

4.22.

Il-verifika tal-Qorti kopriet il-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti rilevanti u valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi fl-iżgurar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet. B'mod partikolari, ġew eżaminati l-elementi li ġejjin:

4.22.

Ara t-tweġiba konġunta għall-paragrafi 4.16 sa 4.18.

(a)

Il-proċeduri ta’ amministrazzjoni u kontroll biex jiġi żgurat pagament korrett.

(b)

Is-sistemi ta’ kontroll ibbażati fuq kontrolli fiżiċi fuq il-post.

(c)

Is-sistemi biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-kundizzjonalità.

 

Proċeduri ta’ amministrazzjoni u kontroll biex jiġi żgurat pagament korrett

4.23.

Il-kontrolli amministrattivi mill-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikopru l-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet magħmula minn min jagħmel klejm, u l-issodisfar tar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għall-għoti tal-għajnuna.

 

4.24.

Il-Qorti identifikat dgħufijiet fl-implimentazzjoni tal-kontrolli amministrattivi relatati mal-kundizzjonijiet u l-impenji tal-eliġibbiltà f'ħamsa mis-sitt Stati Membri vverifikati (id-Danimarka, l-Italja (Lombardija), l-Ungerija, l-Awstrija u l-Finlandja). Illustrazzjoni ta’ dan jingħata fl-eżempju 4.5. Fi Stat Membru wieħed (id-Danimarka), il-Qorti eżaminat kampjun ta’ ħames proġetti magħżula b'mod każwali għal miżuri mhux relatati maż-żona. Il-verifika identifikat infiq ineliġibbli f'erbgħa mill-proġetti, li ma kienx inqabad mill-aġenzija tal-pagamenti.

 

4.25.

Barra minn dan, il-Qorti sabet li tlieta mis-sitt Stati Membri vverifikati (id-Danimarka, l-Italja (Lombardija) u l-Finlandja) ma applikawx b'mod korrett it-tnaqqis kif stipulat fil-leġiżlazzjoni.

4.25.

Kull meta fil-qafas tal-verifiki tagħha l-Kummissjoni tidentifika xi dgħufijiet fil-kontrolli amministrattivi, din issegwihom permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE.

4.26.

Wieħed mill-kontrolli amministrattivi (14) ewlenin ta’ miżuri għat-titjib tal-kompetittività tas-settur agrikolu, bħall-modernizzazzjoni tal-azjendi, u t-titjib u l-iżvilupp ta’ infrastruttura rurali, għandu l-għan li jivvaluta jekk l-ispejjeż iddikjarati humiex raġonevoli. Għalhekk, l-Istati Membri huma meħtieġa jimplimentaw sistemi adatti għall-evalwazzjoni tal-ammonti kklejmjati mill-benefiċjarji. Il-Qorti sabet li dan ir-rekwiżit regolatorju ma kienx implimentat b'mod effettiv minn erbgħa mis-sitt awtoritajiet nazzjonali li saritilhom verifika (id-Danimarka, Spanja (Galizja), l-Italja (Lombardija) u l-Ungerija). Din is-sitwazzjoni hija kkonfermata mill-kampjun ta’ tranżazzjonijiet, fejn ġew irrappurtati żbalji għal 21 mis-70 tranżazzjoni (30 %) eżaminati. Sejba simili kienet diġà ġiet irrappurtata s-sena li għaddiet iżda għal aġenziji oħra tal-pagamenti (ara l-paragrafu 3.35 tar-Rapport Annwali 2010 tal-Qorti).

4.26.

Il-Kummissjoni tikkondividi l-fehma li l-verifiki amministrattivi tar-raġonevolezza tal-ispejjeż huma essenzjali biex jiżguraw l-effikaċja tas-sistema sħiħa ta’ kontroll. Dawn il-verifiki essenzjali huma sistematikament eżaminati waqt il-missjonijiet ta’ verifika tal-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li fil-każ tal-Italja, is-sejba tal-Qorti tikkonċerna ammonti (spejjeż ġenerali) li s-soltu jitħallsu fuq bażi ta’ rata fissa ta' massimu ta’ 10 % jew anke fissi jew mhux influwenzati mill-benefiċjarju (taxxi, spiża għal ċertifikazzjoni ta' sistemi ta’ kwalità, eċċ.).

Sistemi ta’ kontroll ibbażati fuq kontrolli fiżiċi fuq il-post.

4.27.

L-Istati Membri jridu jagħmlu kontrolli fuq il-post li jkopru, skont l-iskema ta’ għajnuna, tal-anqas 5 % tal-benefiċjarji kollha jew tal-infiq (15). Il-verifika tal-Qorti ffukat fuq l-adegwatezza tal-proċeduri biex jintgħażlu l-benefiċjarji għal dawn il-kontrolli, il-kwalità u r-rappurtar tal-kontrolli u l-adegwatezza tal-korrezzjonijiet magħmula.

4.27 sa 4.29.

Il-kwistjonijiet imsemmija mill-Qorti tal-Awdituri huma wkoll eżaminati sistematikament matul il-missjonijiet ta’ verifiki tal-Kummissjoni. Meta jinstabu dgħufijiet, dawn iwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji imposti fuq l-Istati Membri permezz tal-approvazzjoni ta’ konformità tal-proċedura ta’ verifika tal-kontijiet kif ukoll rakkomandazzjonijiet għat-titjib tas-sistemi ta’ kontroll.

4.28.

Il-Qorti sabet f'ħamsa mis-sitt Stati Membri vverifikati (id-Danimarka, Spanja (Galizja), l-Italja (Lombardija), l-Ungerija u l-Finlandja) li l-kontrolli implimentati ma koprewx l-impenji u l-obbligi kollha ta’ benefiċjarju li jistgħu jiġu ċċekkjati fiż-żmien taż-żjara, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni.

 

4.29.

F'kull wieħed mis-sitt Stati Membri li saritilhom żjara, il-Qorti għamlet erba' kontrolli ta’ “twettiq mill-ġdid” magħżula b'mod każwali. Dan kien jinvolvi li l-Qorti terġa' twettaq il-kontrolli kollha li oriġinarjament saru mill-aġenzija tal-pagamenti, inklużi l-kontrolli amministrattivi u dawk fuq il-post kollha. Meta reġgħet wettqet kontrolli fuq il-post li kienu saru mill-aġenziji tal-pagamenti, il-Qorti sabet li l-kontrolli ma kinux dejjem twettqu sew. Illustrazzjoni ta’ każ bħal dan tinsab fl-eżempju 4.5.

 

Eżempju 4.5 —   Kwalità insuffiċjenti tal-kontrolli amministrattivi u fuq il-post mill-Istati Membri

Wieħed mill-kontrolli ta’ twettiq mill-ġdid tal-Qorti fl-Italja (Lombardija) kien ta’ proġett għall-kostruzzjoni ta’ bini ta’ żewġ sulari f'azjenda agrikola li kien jinkludi laboratorju għall-ipproċessar tal-frott u ta’ prodotti oħra tal-biedja, żona ta’ ħżin u terrazzin fejn jitnixxef il-frott.

L-aġenzija tal-pagamenti approvat l-ammont sħiħ tal-klejm għal pagament finali ta’ EUR 221 205 wara li kienu saru kemm kontrolli amministrattivi kif ukoll kontrolli fuq il-post.

Madankollu, il-Qorti sabet li fil-biċċa l-kbira l-bini kellu l-karatteristiċi ta’ residenza privata u mhux ta’ bini agrikolu u għalhekk l-ispejjeż relatati ma kinux eliġibbli. Il-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali aċċettaw l-ammont sħiħ tan-nefqa ddikjarata tindika dgħufija materjali fis-sistema fil-kontrolli amministrattivi u dawk fuq il-post.

Eżempju 4.5  —    Kwalità insuffiċjenti tal-kontrolli amministrattivi u fuq il-post mill-Istati Membri

Il-Kummissjoni, fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità, se ssegwi l-każ mal-awtoritajiet Taljani.

Sistemi biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-kundizzjonalità

4.30.

L-analiżi mill-Qorti tat-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistemi għall-kundizzjonalità kixfu għadd ta’ dgħufijiet importanti li huma wkoll rilevanti għall-Kapitolu 3. L-ebda wieħed mis-sitt Stati Membri vverifikati ma kien stabbilixxa jew kien qed jagħmel kontrolli għas-sett sħiħ ta’ rekwiżiti applikabbli definiti mil-leġiżlazzjoni.

4.30.

Il-Kummissjoni wettqet verifiki tal-kundizzjonalità fis-sitt Stati Membri vverifikati mill-Qorti (għalkemm mhux l-istess reġjuni fi Spanja u l-Italja) u osservat ukoll dgħufijiet serji fid-definizzjoni u l-kontroll tal-istandards tal-KAAT u l-SMRs. Kull meta f'dawn is-sitt Stati Membri ġie stabbilit b’mod ċar li hemm riskju għall-Fondi, il-Kummissjoni applikat korrezzjoni finanzjarja fil-qafas ta’ bosta minn dawn l-inkjesti (id-Danimarka, l-Ungerija, l-Awstrija u reġjuni oħra tal-Italja u Spanja) jew il-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet hija għaddejja bħalissa b’rabta mal-inkjesti li jirrigwardaw dawn is-sitt Stati Membri.

4.31.

Barra minn hekk, l-ippjanar u t-twaqqit tal-kontrolli wrew dgħufijiet f'ħamsa mis-sitt Stati Membri vverifikati (id-Danimarka, Spanja (Galizja), l-Italja (Lombardija), l-Ungerija u l-Finlandja). Pereżempju, Stat Membru wieħed (l-Italja (Lombardija)) għamel il-kontrolli kollha għal tliet SMRs (16) bejn Ottubru u Diċembru. Għalhekk ir-rekwiżiti li kellhom jiġu rrispettati barra minn dawn ix-xhur, bħall-projbizzjoni fuq it-tifrix ta’ demel u sustanzi oħra li fihom in-nitrati fl-għelieqi sat-28 ta’ Frar f'żoni vulnerabbli għan-nitrati, ma ġewx ikkontrollati b'mod effettiv.

4.31.

Matul il-verifiki tal-kundizzjonalità, il-Kummissjoni sistematikament tivverifika l-konformità mal-ippjanar u meta jsiru kontrolli fuq il-post tar-rekwiżiti (jekk jintlaħaqx livell xieraq ta’ kontroll mill-Istati Membri matul is-sena, jekk l-ispezzjonijiet jiġux mgħoddija għas-sena ta' wara, ir-rispett tal-iskadenzi l-ġodda għan-notifikazzjoni, eċċ.). Il-Kummissjoni osservat ukoll dawn id-dgħufijiet fl-Ungerija, fl-Italja u fi Stati Membri oħra u ssegwihom permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

4.32.

Il-Qorti sabet ukoll fi tlieta mill-Istati Membri vverifikati (l-Italja (Lombardija), l-Ungerija u l-Finlandja) li, meta saru l-kontrolli, il-kundizzjonalità mhux dejjem wasslet għat-tnaqqis meħtieġ. Fi Stat Membru wieħed (l-Italja (Lombardija)), għas-sitt SMRs relatati mal-annimali, ma ġie stabbilit l-ebda tnaqqis abbażi tal-kriterji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni (firxa, severità u permanenza tan-nuqqas ta’ konformità). Minflok, dan l-Istat Membru evalwa jekk l-iżball setax jiġi kkorreġut u jekk din kinitx l-ewwel darba li ġie identifikat żball għall-benefiċjarju kkontrollat. Konsegwentement, il-maġġoranza ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ġew ittrattati bħala minuri li għalihom ma ġie applikat l-ebda tnaqqis.

4.32.

Il-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għas-sistema ta’ evalwazzjoni u ta’ sanzjonar stabbilita mill-Istati Membri għal kundizzjonalità (klemenza tas-sistema, l-użu adegwat u s-segwitu ta' nuqqasijiet minuri ta’ konformità, nuqqasijiet ta' konformità li ma jwasslux għal tnaqqis minħabba l-użu ħażin ta’ tolleranzi, eċċ.). Dawn id-dgħufijiet ġew osservati wkoll mill-Kummissjoni fl-Istati Membri msemmija mill-Qorti u r-riskju konsegwenti għall-Fondi qed tiġi segwita permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Il-Kummissjoni osservat ukoll nuqqasijiet serji speċifiċi fir-rigward ta’ kontrolli tal-kundizzjonalità (cross-compliance) fuq SMRs ta’ annimali fl-Italja u qed issegwi dan permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Is-sistema tal-Kummissjoni għall-approvazzjoni tal-kontijiet u r-rappreżentazzjoni tal-ġestjoni

Il-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-Kummissjoni

4.33.

Il-ġestjoni tal-biċċa l-kbira tan-nefqa fuq l-agrikoltura, tinqasam bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. L-għajnuna titħallas mill-Istati Membri, li mbagħad jiġu rimborżati (fuq bażi ta’ kull tliet xhur mill-FAEŻR u fuq bażi ta’ kull xahar mill-FAEG) mill-Kummissjoni. Ir-rikonoxximent finali tan-nefqa jiġi ddeterminat permezz ta’ proċedura f'żewġ stadji msejħa l-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet. Iż-żewġ stadji jikkonsistu f'deċiżjoni finanzjarja annwali u f'deċiżjonijiet dwar il-konformità pluriennali meħuda mill-Kummissjoni (17).

 

4.34.

F'rapporti annwali preċedenti kif ukoll fir-Rapport Speċjali Nru 7/2010 dwar il-verifika tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet (18), il-Qorti kkritikat il-fatt li l-Istati Membri, u mhux il-benefiċjarji finali, jintalbu jħallsu l-korrezzjonijiet finanzjarji u li l-aġġustamenti tal-konformità jinvolvu użu konsiderevoli ta’ korrezzjonijiet b'rata fissa li mhumiex relatati direttament mal-ammont reali ta’ pagamenti irregolari. Is-sistema ta’ approvazzjoni tal-konformità baqgħet ma nbidlitx fl-2011.

4.34.

Dak li l-Qorti tikkritika fis-sistema ta’ approvazzjoni tal-konformità hu inerenti għal din is-sistema. L-approvazzjoni ta’ konformità hi mfassla biex teskludi n-nefqa mill-finanzjament tal-UE li ma tkunx saret b’konformità mar-regoli tal-UE. B’kuntrast, mhijiex mekkaniżmu li permezz tiegħu jiġu rkuprati l-ħlasijiet irregolari lill-benefiċjarji, li skont il-prinċipju tal-ġestjoni konġunta hija responsabbiltà unika tal-Istati Membri.

Fejn ħlasijiet mhux dovuti lil benefiċjarji jistgħu jiġu identifikati b’konsegwenza tal-approvazzjoni ta’ konformità, l-Istati Membri huma meħtieġa li jsegwuhom b’azzjonijiet ta’ rkupru kontra dawn il-benefiċjarji. Madankollu, anki meta l-irkupri mill-benefiċjarji mhumiex meħtieġa peress li l-korrezzjoni finanzjarja hi marbuta biss ma’ nuqqasijiet fis-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll tal-Istati Membri u mhux ma’ ħlasijiet mhux dovuti, dawn il-korrezzjonijiet huma mezz importanti għat-titjib tas-sistemi tal-Istati Membri u għaldaqstant biex jipprekludu jew jiskopru u jirkupraw ħlasijiet irregolari lill-benefiċjarji.

L-użu ta’ rati fissi ġie aċċettat mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala wieħed li hu konformi mar-regoli legali li jirregolaw ix-xogħol ta’ konformità u endorsjat, taħt ċerti ċirkostanzi, mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tagħha tal-2007 (22).

Finalment, il-Kummissjoni indikat (23) lill-Istati Membri li jekk il-korpi ta’ ċertifikazzjoni tagħhom iwettqu mill-ġdid b’mod sħiħ kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet li l-aġenzija tal-ħlas tkun ivverifikat fuq il-post u, fuq din il-bażi, jikkonfermaw l-kredibbiltà tal-istatistiċi ta' kontroll tal-Istati Membri, allura l-Kummissjoni għandha taċċetta li r-rata ta' żball riżultanti tirrappreżenta r-riskju massimu possibbli u li kwalunkwe korrezzjonijiet finanzjarji għas-sena inkwistjoni ma għandhomx jeċċedu dak il-livell.

4.35.

L-ewwel stadju tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-kontijiet huwa bbażat fuq verifiki li saru minn korpi taċ-ċertifikazzjoni indipendenti fl-Istati Membri. Dawn il-korpi jagħtu lill-Kummissjoni rapport ta’ ċertifikazzjoni dwar il-kontijiet u s-sistema ta’ kontroll intern tal-aġenzija tal-pagamenti u opinjoni dwar id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni maħruġa mid-direttur tal-aġenzija tal-pagamenti.

 

4.36.

L-analiżi mill-Qorti ta’ kampjun ta 32 minn dawn il-verifiki għall-FAEG u l-FAEŻR uriet li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni ġeneralment isegwu mill-qrib ir-rapport mudell preskritt mid-DĠ AGRI. Fil-verifiki tagħhom, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu japplikaw standards internazzjonali tal-verifika, li jinkludi l-użu ta’ sorsi oħra, bħal verifiki preċedenti (19). Madankollu, il-Qorti sabet li huwa rari li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jqisu osservazzjonijiet li jirriżultaw mill-verifiki preċedenti tal-Kummissjoni jew tal-Qorti, bħal rappurtar dwar jekk l-aġenzija tal-pagamenti tkunx implimentat azzjoni remedjali suffiċjenti fir-rigward tal-osservazzjonijiet identifikati.

4.36.

Il-linji gwida tad-DĠ AGRI jfakkru li l-Istandard internazzjonali tal-awditjar (ISA) Nru 315 “Identifikazzjoni u valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjonijiet skorretti materjali permezz tal-fehim tal-entità u l-ambjent tagħha” jitlobu lill-korpi taċ-ċertifikazzjoni sabiex jivvalutaw id-disinn u l-implimentazzjoni ta' kontrolli u se jħarsu lejn il-ħila ta' organizzazzjoni li tidentifika r-riskji u tevalwa l-impatt li dawn jistgħu jkollhom fuq il-kontijiet.

Għalhekk il-Kummissjoni tqis li s-sejbiet tal-awdituri tal-UE, irrispettivament jekk ikunu ġejjin mill-Qorti tal-Awdituri jew is-servizzi ta’ verifika tal-Kummissjoni, jistgħu jkunu sors prezzjuż ħafna ta’ informazzjoni għall-entitajiet ta’ ċertifikazzjoni li jinftiehem u jiġu evalwati s-sistemi ta' kontroll intern tal-aġenziji tal-ħlas. Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni huma mfakkra dwar ir-rilevanza li jikkunsidraw dawn is-sejbiet tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni f'laqgħa tal-grupp ta’ esperti.

4.37.

Il-Qorti analizzat ix-xogħol tal-verifika tad-DĠ AGRI dwar ir-rapporti tal-korp taċ-ċertifikazzjoni u sabet li dan kien ibbażat fuq listi ta’ kontroll dettaljati li kienu jindirizzaw l-aktar kwistjonijiet importanti. Madankollu, id-DĠ AGRI ma jikkontrollax jekk ir-rapporti tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni jsegwux osservazzjonijiet li jkunu nqabdu qabel, anki jekk dawn kienu identifikati bħala parti mill-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità tal-Kummissjoni. Attwalment, il-linji gwida tal-Kummissjoni ma jispeċifikawx li korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom jinkludu fl-istrateġija u fir-rapport tal-verifika tagħhom informazzjoni minn sorsi oħra bħal verifiki preċedenti mill-Kummissjoni jew mill-Qorti. Għalhekk, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni ma għandhomx għalfejn jivvalutaw la r-riskju ta’ osservazzjonijiet li jkunu nstabu qabel jew l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom u lanqas jekk l-aġenziji tal-pagamenti rremedjawx dawn is-sejbiet.

4.37.

Il-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom jirrappurtaw dwar segwitu preċedenti tal-aġenzija tal-ħlas dwar is-sejbiet tagħhom stess, kemm jekk ikunu żbalji finanzjarji kif ukoll jekk ikunu rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet tas-sistemi. Meta jeżaminaw ir-rapporti tal-korpi ta' ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni sistematikament tiżgura li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jsegwu adegwatament is-sejbiet tagħhom stess mis-snin ta’ qabel.

Fir-rigward ta’ dak li jikkonċerna sejbiet oħra ta’ awdituri, il-Kummissjoni tqis li dawn jistgħu jkunu sors ta' informazzjoni utli li jiġi kkunsidrat mill-korp taċ-ċertifikazzjoni meta tiġi ppjanata l-istrateġija tal-verifika tagħha (ara t-tweġiba għal paragrafu 4.36 hawn fuq).

Madankollu, dan mhuwiex fil-mandat tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni biex jirrappurtaw sistematikament fid-dettall dwar is-segwitu ta’ sejba tal-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri jew kwalunkwe korp tal-verifika estern.

4.38.

Il-Qorti analizzat ukoll ix-xogħol li sar mill-korp taċ-ċertifikazzjoni dwar l-FAEŻR fl-Istat Membru (id-Danimarka) fejn kienet identifikat l-aktar dgħufijiet serji fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll. Il-Qorti sabet li dan il-korp taċ-ċertifikazzjoni:

4.38.

(a)

ma kienx kompletament indipendenti kif kien legalment meħtieġ, peress li l-impriża li wettqet ix-xogħol taċ-ċertifikazzjoni kienet involuta wkoll f'kontrolli ta’ eliġibbiltà qabel il-pagament f'35 % mill-65 fajl ivverifikat;

(b)

iddependa b'mod sinifikanti fuq ix-xogħol li sar mill-unità ta’ verifika interna tal-aġenzija tal-pagamenti, mingħajr dokumentazzjoni li kienet turi li dan ix-xogħol kien ġie analizzat biżżejjed;

(a) u (b)

Fil-qafas tal-proċedura tal-approvazzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni se ssegwi l-kwistjoni mal-awtoritajiet Daniżi, notevolment bil-għan li ssaħħaħ l-indipendenza operattiva tal-korp ta’ ċertifikazzjoni.

(c)

ma kienx ikkontrolla biżżejjed jekk l-infiq kienx konformi mal-kondizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà. F'7 mill-11-il fajl magħżula li kienu ġew ikkontrollati mill-korp taċ-ċertifikazzjoni, il-Qorti identifikat infiq ineliġibbli li jirrappreżenta 8 % tal-ammont ta’ FAEŻR ikkontrollat.

(c)

Ix-xogħol li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni għandhom jagħmlu fir-rigward tal-proċedura ta' approvazzjoni finanzjarja hu l-aktar immirat li jivverifika li l-kontijiet ikunu kompluti, preċiżi u veri.

4.39.

It-tieni stadju tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-kontijiet huwa bbażat fuq verifiki mwettqa mill-Kummissjoni. Il-Qorti analizzat is-27 verifika kollha mwettqa mid-DĠ AGRI fl-2011 għall-FAEŻR u sabet li ġeneralment dawn il-verifiki kienu bażi suffiċjenti għall-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità soġġett għad-dgħufijiet irrappurtati hawn taħt. Fil-verifiki tagħha, il-Kummissjoni sabet dgħufijiet simili kif irrappurtati mill-Qorti, pereżempju dwar nuqqas ta’ verifikazzjoni tar-raġonevolezza tal-ispejjeż, l-akkwist pubbliku u l-eliġibbiltà tal-infiq.

 

4.40.

Ix-xogħol tal-verifika tal-Kummissjoni dwar il-konformità huwa bbażat fuq is-sistemi, u ma għandux l-għan li jiċċekkja l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-kampjuni jintgħażlu fuq bażi skont il-ġudizzju jew każwali, u jkopru nfiq relatat ma’ diversi snin baġitarji. Għalhekk ix-xogħol tal-verifika tal-Kummissjoni huwa intenzjonat li jikkalkola rata ta’ żball annwali.

4.40.

Ara t-tweġiba konġunta għal paragrafi 1.12 u 1.13.

4.41.

Il-Qorti sabet li l-Kummissjoni mhux dejjem kellha rekords adegwati tal-kontrolli li saru. Pereżempju, ma ntużat l-ebda lista ta’ kontroll standardizzata għall-11-il verifika li twettqu għal miżuri mhux relatati maż-żona. Barra minn hekk, ix-xogħol tal-verifika ġeneralment ma kienx analizzat minn parti indipendenti.

4.41.

Il-Kummissjoni jkollha rekords adegwati tal-kontrolli mwettqa, għalkemm mhux f'forma standardizzata fil-każijiet kollha. Dan huwa minħabba li miżuri jkunu pjuttost eteroġenji u, barra minn hekk, implimentati mill-Istati Membri f'ħafna modi differenti. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jikkunsidraw l-użu ta’ listi standardizzati ta’ kontroll xierqa fil-każijiet kollha.

Is-sejbiet tal-verifika kollha u r-rapporti riżultanti huma riveduti u approvati minn kapijiet tal-iskwadri u kap tal-unità qabel ma jiġu finalizzati.

Ir-rappreżentazzjoni tal-ġestjoni tad-DĠ AGRI — ir-Rapport ta’ Attività Annwali (RAA)

4.42.

Ir-RAA tad-DĠ AGRI fih riżerva għan-nefqa totali tal-FAEŻR għall-2011 (EUR 11,8 biljun) b'ammont residwu totali fir-riskju ta’ EUR 278 miljun (20). Il-Qorti tqis li, fil-prinċipju, din ir-riżerva tikkorrobora l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar ittestjar sostantiv u verifika tas-sistemi kif ippreżentati hawn fuq.

 

4.43.

L-argument prinċipali tad-DĠ AGRI għall-inklużjoni ta’ riżerva għall-FAEŻR huwa għaliex ir-rata ta’ żball residwu rrappurtata mid-DĠ AGRI ta’ 2,36 % hija ogħla mil-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %. Il-Qorti nnutat li fir-RAA tiegħu d-DĠ AGRI (21):

4.43.

ma janalizzax jew ma jfissirx għaliex ir-rata ta’ żball residwu għall-FAEŻR irrappurtata mid-DĠ AGRI żdiedet b'mod sinifikanti meta mqabbla mas-sena preċedenti;

L-ogħla rata ta’ żball għal miżuri ta' żvilupp rurali, meta mqabbla ma’ miżuri taħt l-ewwel pilastru tal-PAK ffinanzjata mill-FAEG, hija prinċipalment minħabba li l-appoġġ għal uħud minn dawn il-miżuri bħal, pereżempju, miżura agroambjentali hija soġġetta għal numru kbir ta’ kundizzjonijiet li ħafna drabi jkunu ta’ natura speċifika ħafna, li jistgħu jżidu r-riskju ta’ żbalji mill-benefiċjarji u jistgħu jagħmlu l-kontrolli mill-awtoritajiet nazzjonali aktar diffiċli.

Bħala konsegwenza tar-riżerva fuq in-nefqa tal-iżvilupp rurali magħmula mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tiegħu fir-Rapport Annwali tal-Attività tal-2011, is-servizzi tal-Kummissjoni bdew f'kooperazzjoni mal-Istati Membri (Ġunju 2012), analiżi bir-reqqa tas-sitwazzjoni sabiex jiġu dijanjostikati r-raġunijiet sottostanti għar-rati ogħla ta' żbalji u jistabbilixxu azzjonijiet korrettivi speċifiċi.

jirrapporta li huwa stabbilixxa pjan b'azzjonijiet korrettivi maħsuba li jindirizzaw is-sitwazzjoni.

 

4.44.

Barra minn dan il-Qorti tinnota li r-rata ta’ żball irrappurtata mid-DĠ AGRI hija bbażata fuq ċifri rrappurtati mill-Istati Membri għall-2010. Waħda mir-raġunijiet għala l-Qorti identifikat rata ta’ żball ferm ogħla minn dik irrappurtata mid-DĠ AGRI hija li bħala parti mill-verifika tagħha l-Qorti sabet li l-Istati Membri ma jaqbdux u ma jirrappurtawx l-infiq ineliġibbli kollu minħabba fi dgħufijiet fil-kontrolli amministrattivi u dawk fuq il-post tal-aġenzija tal-pagamenti, kif jidher fl-eżempju 4.2, l-eżempju 4.5 u kif analizzat fil-paragrafi 4.24, 4.28, 4.29 u 4.39.

4.44.

Bil-għan li jiġi indirizzat ir-riskju li r-rati tal-iżbalji derivati minn dawn l-istatistiċi ta’ kontroll setgħu ġew sottovalutati minħabba l-ineżattezzi fil-bażijiet ta’ dejta jew segwitu inadegwat ta' anomaliji, kif imsemmi mill-Qorti, id-DĠ AGRI applika marġni ta' sigurtà ta' 25 % meta ġie kkalkulat ir-riskju residwu għall-Fond. Il-Kummissjoni tqis li dan hu suffiċjenti biżżejjed biex jiġu koperti r-riskji msemmija mill-Qorti.

Ta’ min wieħed jinnota wkoll li l-istatistiċi ta’ kontroll tal-Istati Membri huma verifikati u validati fil-parti l-kbira mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, kif rakkomandat bħala għażla mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha għall-2005, u r-riżultati ta' dan ix-xogħol huma żvelati fir-Rapport ta’ Attività Annwali tad-DĠ AGRI.

Il-Kummissjoni tinnota li wħud mill-osservazzjonijiet tal-Qorti jikkonċernaw ir-regoli nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku u li ċerti Stati Membri għandhom interpretazzjoni differenti ta’ dawk ir-regoli għal dik tal-Qorti.

Ambjent u azzjoni klimatika, affarijiet marittimi u sajd, saħħa u protezzjoni tal-konsumatur

4.45.

L-oqsma ta’ politika tal-ambjent u l-azzjoni klimatika, l-affarijiet marittimi u s-sajd kif ukoll is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur huma ġestiti mill-Kummissjoni taħt sistemi ta’ kontroll speċifiċi. Il-Qorti eżaminat is-sistema ta’ kontroll intern tad-DĠ MARE.

 

Sistema ta’ Kontroll Intern tad-DĠ MARE

4.46.

Ġew ittestjati 30 pagament magħżulin b'mod każwali dwar l-oqsma prinċipali tal-baġit tad-DĠ MARE. Il-verifika sabet li l-kontrolli ewlenin ma kinux dejjem dokumentati bis-sħiħ bir-riskju li tali kontrolli ma jitwettqux. Barra minn hekk, kien hemm monitoraġġ insuffiċjenti tal-qabdiet ta’ ħut taħt ftehim internazzjonali dwar is-sajd li rriżulta f'infiq mhux previst għall-Kummissjoni, kif jidher fl-eżempju 4.6.

4.46.

Il-monitoraġġ tal-qbid ġie msaħħaħ u mekkaniżmu ta' twissija issa ma jippermettix qabżiet fil-valur.

Eżempju 4.6 —   Monitoraġġ insuffiċjenti tal-qabdiet ta’ ħut

Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiż terz, ir-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja, għall-perjodu ta’ erba' snin li jintemm fil-31 ta’ Lulju 2012, jippermetti li bastimenti tas-sajd irreġistrati fl-UE jaqbdu sa 300 000 tunnellata ta’ ħut kull sena (li tintemm fil-31 ta’ Lulju), bi skambju ma’ kontribuzzjoni tal-UE ta’ EUR 40 għal kull tunnellata li tinqabad. Il-protokoll għal dan il-ftehim jipprovdi li jekk l-UE tkun tixtieq li jkollha kwota addizzjonali, hija għandha tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar ta’ kull sena, u tħallas l-istess rata għal kull tunnellata. Fis-sena li ntemmet fil-31 ta’ Lulju 2010, kien hemm monitoraġġ insuffiċjenti tal-qabdiet ta’ ħut skont il-ftehim tas-sħubija mis-servizzi tal-Kummissjoni, u l-awtoritajiet nazzjonali ma kinux informati qabel il-15 ta Frar 2010 li kienet qed tintalab kwota addizzjonali. F'Ottubru 2010, l-awtoritajiet nazzjonali infurmaw lill-Kummissjoni li l-kwota ta’ 300 000 tunnellata għas-sena li ntemmet fit-31 ta’ Lulju 2010 kienet inqabżet. Il-Kummissjoni ħallset EUR 1,9 miljun lir-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal 47 346 tunnellata li nqabdu iżjed mill-kwota. Monitoraġġ aħjar tal-qabdiet ta’ ħut kieku kien jippermetti li s-servizzi tal-Kummissjoni jikkunsidraw li tittieħed azzjoni preventiva biex jiġi evitat li jsiru pagamenti addizzjonali.

Eżempju 4.6  —    Monitoraġġ insuffiċjenti tal-qabdiet ta’ ħut

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li kien hemm xi dewmien fil-monitoraġġ ta’ qabdiet ta’ ħut pelaġiku matul il-Protokoll għas-sena 2009/2010 (mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Lulju) u li dan kellu ċerti konsegwenzi f'termini ta’ ħlasijiet addizzjonali li għandhom isiru fil-Mawritanja fl-2010.

Din il-kwistjoni issa ġiet indirizzata bis-sħiħ billi speċifikament titnaqqas il-kwantità mqabbża (u naturalment ta’ ħlas relatat) mill-kwota addizzjonali pelaġika għall-2011/2012. Fi kliem ieħor, dak li kien maqbud u mħallas fl-2009/2010 kien tneħħa fl-2011/2012. Għalhekk, kemm is-sostenibbiltà kif ukoll il-ġestjoni finanzjarja tajba ġew rispettati.

Barra minn hekk, biex ikompli jissaħħaħ il-monitoraġġ tal-qabdiet, metodi ta’ ħidma ġenerali tjiebu sostanzjalment mill-2010 ’il quddiem. Mekkaniżmu ta’ twissija (qabdiet ta’ ħut pelaġiku li huma qrib il-limiti tal-qbid qed jiġu mmonitorjati fuq bażi ta’ kull ġimgħa) ġie introdott biex ma jippermettix qabżiet fil-valur. Fl-2011, wara li ġiet eżawrita l-kwota, il-Kummissjoni għalqet is-sajd pelaġiku 16-il jum qabel it-tmiem tas-sena tal-Protokoll, wara li ġew immonitorjati l-qabdiet ta’ ħut pelaġiku fuq bażi ta’ kull ġimgħa u fl-aħħar perjodu wkoll fuq bażi ta’ kuljum. L-istess approwċ kawtelatorju pprevala fl-2012 (is-sajd pelaġiku twaqqaf fit-23 ta’ April 2012).

Ir-rappreżentazzjoni tal-ġestjoni ta’ DĠ oħra- ir-rapporti ta’ attività annwali (RAA)

4.47.

Il-Qorti eżaminat ir-RAA u d-dikjarazzjonijiet mid-Diretturi Ġenerali għall-Kummissjoni DĠ ENV, CLIMA, MARE u SANCO.

 

4.48.

Id-DĠ ENV ma ħoloqx riżerva, għaliex ir-rata ta’ żball residwu tiegħu kien taħt il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %. Il-Qorti tinnota li l-kalkolu tar-rata ta’ żball residwu mid-DĠ ENV huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet li mhumiex sostnuti bis-sħiħ minn ittestjar rappreżentattiv.

4.48.

Skont il-linji gwida fl-istruzzjonijiet permanenti tar-RAA, id-DĠ ENV kkumplimenta r-riżultati tal-kontrolli ex post b’analiżi ta’ 245 żjara ta' monitoraġġ fuq il-post tal-proġetti LIFE mwettqa fl-2011. Dan l-ittestjar jagħti direzzjoni realistika u bażi soda raġonevoli biex tiġi stmata r-rata ta’ żball probabbli.

4.49.

Id-DĠ CLIMA żamm ir-riżerva tiegħu mill-2010 għal raġunijiet ta’ reputazzjoni relatati ma’ ksur sinifikanti tas-sigurtà identifikat fir-reġistri nazzjonali tas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet. Ma kienx hemm riżervi relatati mal-infiq, li fil-parti l-kbira huwa relatat mal-akkwist.

4.49.

Il-Kummissjoni tikkunsidra l-proċeduri ta’ akkwisti li bħalissa huma fis-seħħ bħala adegwati biex tillimita r-riskju ta’ żball jew nefqa irregolari.

4.50.

L-unika riżerva tad-DĠ SANCO kienet relatata mal-qasam tal-politika tal-ikel u l-għalf, fuq il-bażi li r-rata ta’ żball residwu kienet ta’ 4,3 %. Il-pagamenti kollha tal-2011 fil-qasam tal-politika tas-saħħa pubblika (ħlief għall-kontribuzzjonijiet għall-aġenziji regolatorji) huma relatati mal-akkwist. Id-DĠ SANCO ma għamilx kontrolli ex post fuq dan l-infiq u assuma li, minħabba l-kontrolli ex ante tiegħu, ir-rata ta’ żball għan-nefqa relatata mal-akkwist hija ta’ bejn wieħed u ieħor 0 %.

4.50.

Id-DĠ SANCO jikkonkludi kuntratti ta’ akkwist li għalihom il-prezzijiet stabbiliti fil-kuntratt għandhom jitħallsu meta l-oġġett u s-servizzi jingħataw kif mitlub. Ladarba d-DĠ SANCO jikseb proporzjon tajjeb bejn il-prezz u l-kwalità fl-offerta tal-kuntrattur u jiżgura li l-kwalità mitluba hi mogħtija, jikkontrolla li l-fattura tal-kuntrattur tkun konformi mal-prezzijiet miftiehma fil-kuntratt. Il-proċeduri tal-akkwist adegwat kif ukoll kontrolli tekniċi u finanzjarji qabel il-ħlas huma suffiċjenti biex jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li r-rati ta’ żball huma baxxi ħafna. Għalhekk, verifiki addizzjonali wara l-ħlas finali (ex post) x’aktarx mhux se jsibu żbalji sinifikanti u għalhekk huma ta’ piż amministrattiv eċċessiv.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

4.51.

Ibbażat fuq ix-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għall-iżvilupp rurali, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa kienu milquta minn żball materjali.

4.51.

Il-Kummissjoni tieħu nota tar-rata ta’ żball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti. Minkejja li ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Qorti f'ċerti każijiet, l-istima proprja tal-Kummissjoni tal-livell ta' ħlasijiet mhux dovuti fuq il-bażi tal-istatistiċi ta’ kontroll ipprovduti mill-Istati Membri fl-2011, turi wkoll deterjorament tas-sitwazzjoni, għalkemm ta’ daqs limitat. Għalhekk, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI għamel riżerva, rigward in-nefqa tal-iżvilupp rurali, fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tiegħu għall-2011.

Din ir-riżerva hija akkumpanjata minn għadd ta’ azzjonijiet korrettivi li jridu jiġu determinati mill-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri sabiex jindirizzaw is-sitwazzjoni.

Madankollu, rati relattivament ogħla ta’ żball għall-iżvilupp rurali mqabbla mal-ewwel pilastru tal-PAK għandhom jitqiesu fil-kuntest tal-għanijiet tal-politika tal-iżvilupp rurali li jistgħu jinkisbu biss permezz ta' aktar regoli kumplessi u l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà li għalihom għamlet referenza l-Qorti fil-paragrafu 4.5.

4.52.

Ibbażat fuq ix-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti sabet li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati għall-iżvilupp rurali, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa kienu parzjalment effettivi.

4.52.

Il-Kummissjoni tieħu nota li r-riżultati ppreżentati huma simili għar-riżultati tas-sena l-oħra.

Rakkomandazzjonijiet

4.53.

L- Anness 4.3 juri r-riżultat tal-analiżi mill-Qorti tal-progress fl-indirizzar ta’ rakkomandazzjonijiet li saru f'rapporti annwali preċedenti (2008 u 2009). Għandu jiġi nnutat li r-rakkomandazzjoni tal-Qorti li r-regoli u l-kundizzjonijiet għall-iżvilupp rurali jiġu simplifikati, tibqa' valida.

4.53.

Il-proposti tal-Kummissjoni għat-tmexxija tal-qafas legali fil-perjodu ta' programmar fil-futur (PAK lejn l-2020; COM(2011) 627final/2) jinkludu numru ta’ proposti għal simplifikazzjoni. Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li tkompli żżid ir-responsabbilità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri fir-rigward li jiġi żgurat il-karattru verifikabbli u kontrollabbli tal-miżuri fil-programmi tal-iżvilupp rurali.

4.54.

B'segwitu għal din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2011, il-Qorti tirrakkomanda fil-qasam tal-iżvilupp rurali għall-perjodu ta’ programmazzjoni attwali li:

4.54.

Ara t-tweġiba konġunta għal paragrafi 1.12 u 1.13.

Rakkomandazzjoni 1: l-Istati Membri jagħmlu kontrolli amministrattivi u fuq il-post b'mod aktar rigoruż sabiex inaqqsu r-riskju li jiddikjaraw infiq ineliġibbli lill-UE.

Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti u sistematikament tirrakkomanda lill-Istati Membri biex jirrimedjaw kwalunkwe nuqqasijiet bħal dawn fil-qafas tagħha ta’ proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Rakkomandazzjoni 2: il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li r-regoli eżistenti jiġu infurzati aħjar fir-rigward ta':

regoli tal-akkwist pubbliku u l-VAT meta korpi pubbliċi jkunu l-benefiċjarji tal-għajnuna;

impenji agriambjentali u regoli dwar l-eliġibbiltà għall-modernizzazzjoni tal-azjendi.

L-infurzar tar-regoli eżistenti jinsab fil-qalba tas-sistema tas-saldu tal-kontijiet. Il-Kummissjoni timponi korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-Istati Membri meta r-riskji għall-Fond jiġu identifikati, u rakkomandazzjonijiet għal titjib jiġu indirizzati lill-awtoritajiet nazzjonali. Dan se jissokta b'enfasi partikolari fuq il-kwistjonijiet enfasizzati mill-Qorti tal-Awdituri kif dawn kienu wkoll misjuba mill-Kummissjoni matul il-verifiki tagħha stess.

Rakkomandazzjoni 3: il-Kummissjoni tanalizza r-raġunijiet għar-rata ta’ żball materjali.

Id-Direttur Ġenerali għad-DĠ AGRI ddikjara riżerva dwar l-iżvilupp rurali fid-dikjarazzjoni tiegħu ta’ assigurazzjoni annwali għall-2011 minħabba r-rata ta’ żball residwu kkomunikata mill-Istati Membri li jaqbżu l-limitu tal-materjalità meta jkunu kkunsidrati l-marġini ta’ sigurtà ta' 25 %. Ir-riżerva hija akkumpanjata minn azzjonijiet korrettivi li għandhom l-għan li jidentifikaw, b'kollaborazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, il-kawżi prinċipali għar-rati ogħla ta’ żbalji flimkien ma’ azzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu implimentati f'perjodu ta’ programmazzjoni attwali u fil-futur.

F'dan il-kuntest għandu jiġi mfakkar ukoll li skont l-Artikolu 4, il-paragrafu 5, tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011, l-Istati Membri huma obbligati jidentifikaw il-kawżi għal problemi li nqalgħu matul kontrolli u biex jimplimentaw azzjonijiet korrettivi u preventivi.

Rakkomandazzjoni 4: il-Kummissjoni tieħu kont tas-sejbiet identifikati mill-Qorti meta tkun qed tistabbilixxi l-istrateġija tal-verifika tal-approvazzjoni tal-verifiki tal-kontijiet tad-DĠ AGRI.

Il-Kummissjoni tqis b’mod xieraq is-sejbiet tal-Qorti u tikkunsidrahom bħala wieħed mill-elementi li jridu jitqiesu f’analiżi ta’ riskju ċentrali għall-istabbiliment tal-programm ta’ verifika tagħha.

Rakkomandazzjoni 5: il-Kummissjoni testendi l-linji gwida għall-korpi taċ-ċertifikazzjoni bir-rekwiżit li dawn il-korpi jinkludu, fl-istrateġija u r-rapporti tal-verifika tagħhom, is-sejbiet minn verifiki preċedenti mill-Kummissjoni u l-Qorti.

Għalkemm mhuwiex fil-mandat tal-korpi ta' ċertifikazzjoni li jiġi rrappurtat fid-dettall dwar is-segwitu tal-Kummissjoni, is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri jew ta’ kwalunkwe korp ta’ verifika esterna oħra, is-sejbiet minn verifiki preċedenti mill-Kummissjoni u l-Qorti huma utli għal korpi taċ-ċertifikazzjoni fl-istadju tal-ippjanar meta jfasslu l-istrateġija ta’ verifika tagħhom.

Il-Kummissjoni fakkret il-korpi ta’ ċertifikazzjoni biex jikkunsidraw dawn is-sejbiet fil-laqgħa li jmiss tal-grupp ta’ esperti tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni.

Rakkomandazzjoni 6: fir-rigward tal-kundizzjonalità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rispett tar-rekwiżiti fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali u jtejbu l-firxa tal-kontrolli matul is-sena sabiex ir-rekwiżiti relevanti kollha jiġu kkontrollati sew.

Il-Kummissjoni, fil-qafas tal-verifiki ta' kundizzjonalità (cross-compliance), tivverifika b’mod sistematiku li l-Istati Membri jiżguraw ir-rispett tar-rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali kif ukoll il-puntwalità tal-kontrolli fuq il-post.

4.55.

Fl-oqsma ta’ politika tal-ambjent, l-affarijiet marittimi u s-sajd, is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur, il-Qorti tirrakkomanda li:

4.55.

Rakkomandazzjoni 7: il-Kummissjoni ttejjeb il-monitoraġġ tal-qabdiet ta’ ħut taħt il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd ma’ pajjiżi li huma barra mill-UE.

Barra minn hekk, biex tkompli ssaħħaħ il-monitoraġġ tal-qabdiet, metodi ta’ ħidma ġenerali tjiebu sostanzjalment mill-2010 ’l quddiem. Mekkaniżmu ta’ twissija (qabdiet ta’ ħut pelaġiku li jkunu qrib il-limiti tal-qbid qed jiġu mmonitorjati fuq bażi ta’ kull ġimgħa) ġie introdott biex ma jippermettix qabżiet fil-valur.


(1)  Dan l-ammont jinkludi n-nefqa għall-ikkompletar ta’ programmi preċedenti (2000-2006) (EUR 500 miljun) u miżuri ta’ qabel l-adeżjoni fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (EUR 102 miljun).

(2)  Kif imniżżel fl-Artikolu 50a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

(3)  Ara l-paragrafu 3.18 tar-Rapport Annwali 2010 tal-Qorti.

(4)  Ħames snin wara l-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, ir-rati ta’ eżekuzzjoni (jiġifieri pagamenti/pjan finanzjarju) kienu għadhom baxxi ħafna għall-Bulgarija (29,1 %), ir-Rumanija (34,3 %) u l-Italja (36,2 %) (ibbażat fuq data mid-DĠ AGRI fil-31.12.2011).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 9.6.2007, p. 1).

(6)  L-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (SFGS) ġie sostitwit mill-FES għall-perjodu ta’ programmazzjoni attwali (2007-2013) — ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).

(7)  Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

(8)  Ir-rekwiżiti kollha għall-SMRs 6-8 (dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali) u n-nuqqas ta’ konformità ovvju mal-SMRs 4 (id-Direttiva dwar in-nitrati) u 18 (it-trattament xieraq tal-annimali).

(9)  L-Artikoli 16, 17 u 30 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU L 25, 28.1.2011, p. 8).

(10)  Ħlief f'każijiet fejn l-Istati Membri kienu diġà sabu l-irregolarità mingħajr l-applikazzjoni tat-tnaqqis/esklużjonijiet dovuti.

(11)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata ta’ żball minn kampjun tal-istatistika rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aqwa stima (magħrufa bħala l-MLE). Il-Qorti hija 95 % fiduċjuża li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni hija bejn LEL 4,5 % u UEL 10,9 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(12)  17 mis-26 każ laqtu wkoll il-pagament ivverifikat, filwaqt li d-9 każijiet l-oħra se jolqtu biss pagamenti futuri.

(13)  Għal miżuri tal-iżvilupp rurali taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, ir-rekwiżiti dettaljati huma definiti bir-Regolament (UE) Nru 65/2011.

(14)  Imsemmijin fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 65/2011.

(15)  L-Artikoli 12 u 25 tar-Regolament (UE) Nru 65/2011.

(16)  L-SMR 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1)); l-SMR 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1)) u l-SMR 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7)).

(17)  Il-kontijiet u l-pagamenti ta’ aġenzija tal-pagamenti jiġu eżaminati minn korpi indipendenti (il-korp ta’ ċertifikazzjoni) li jirrapporta lill-Kummissjoni fi Frar tas-sena ta’ wara. Sat-30 ta’ April ta’ dik is-sena, il-Kummissjoni trid tiddeċiedi jekk taċċettax il-kontijiet (deċiżjoni tal-approvazzjoni finanzjarja) jew jekk titlobx li jsir aktar xogħol jew għal informazzjoni addizzjonali. Il-Kummissjoni tagħmel ukoll verifiki bil-għan li jiġi kkonfermat li l-Istati Membri jkunu applikaw ir-regoli tal-UE biex jiċċekkjaw il-legalità u r-regolarità tal-infiq (verifiki tal-konformità). Ibbażat fuq dawn il-verifiki, il-Kummissjoni tista' timponi korrezzjoni lill-Istati Membri, li jkollhom id-dritt jinvokaw proċedura ta’ konċiljazzjoni. Meta din il-proċedura tkun intemmet, il-Kummissjoni tkun f'pożizzjoni li tinkludi korrezzjoni finanzjarja f'deċiżjoni dwar il-konformità.

(18)  http://eca.europa.eu

(19)  L-Istandard Internazzjonali tal-Awditjar (Verifika) (ISA) Nru 200 (L-għanijiet kumplessivi tal-awditur indipendenti u t-twettiq ta’ awditu skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar) jinkludi taħt A28: “L-evidenza għall-awditjar hija meħtieġa biex jissostanzjaw l-opinjoni u r-rapport tal-awditur. Din tkun ta’ natura kumulattiva u tinkiseb primarjament mill-proċeduri tal-awditjar li jiġu eżegwiti matul il-verifika. Din tista', iżda, tinkludi wkoll informazzjoni miksuba minn sorsi oħra bħalma huma awditi preċedenti […]”.

(20)  Ir-riżerva ma tkoprix in-nefqa għall-ikkompletar ta’ programmi preċedenti (2000-2006) (EUR 500 miljun) u miżuri ta’ qabel l-adeżjoni fil-qasam tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (EUR 102 miljun).

(21)  Paġni 58, 59 u 79 sa 81 tar-RAA tad-DĠ AGRI.

(22)  Ara l-paragrafu 83 tal-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-2007.

(23)  Id-Dokument D/413722/2009

(24)  Il-verifika tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-Kapitolu 9.

Sors: Il-kontijiet annwali għall-2011 tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS 4.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-IŻVILUPP RURALI, L-AMBJENT, IS-SAJD U S-SAĦĦA

 

2011

2010

2009

2008

Żvilupp rurali

Ambjent, Ħut u Saħħa

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet (li minnhom):

160

18

178

92

93

53

Pagamenti bil-quddiem

0

0

0

0

0

0

Pagamenti interim/finali

160

18

178

92

93

53

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)

Proporzjon (għadd) tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

42 %

(67)

56 %

(10)

43 %

(77)

48 %

67 %

55 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

58 %

(93)

44 %

(8)

57 %

(101)

52 %

33 %

45 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta bi żball

Analiżi skont it-tip ta' żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

34 %

(32)

75 %

(6)

38 %

(38)

48 %

42 %

38 %

Żbalji kwantifikabbli:

66 %

(61)

25 %

(2)

62 %

(63)

52 %

58 %

62 %

Eliġibbiltà

69 %

(42)

50 %

(1)

68 %

(43)

56 %

22 %

40 %

Okkorrenza

0 %

(0)

50 %

(1)

2 %

(1)

0 %

6 %

7 %

Preċiżjoni

31 %

(19)

0 %

(0)

30 %

(19)

44 %

72 %

53 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

7,7 %

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

10,9 %

 

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

4,5 %

 

 

 


(1)  Biex jittejjeb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta' riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

ANNESS 4.2

RIŻULTATI TAL-EŻAMI TAS-SISTEMI GĦALL-IŻVILUPP RURALI

Valutazzjoni ta’ sistemi ta’ sorveljanza u kontroll selezzjonati

Stat Membru

(Aġenzija tal-pagamenti)

Proċeduri amministrattivi u ta’ kontroll

Metodoloġija ta’ spezzjoni fuq il-post, għażla, eżekuzzjoni, kontroll tal-kwalità u rapputar tar-riżultati

Implimentazzjoni u kontroll tal-kundizzjonalità

Valutazzjoni ġenerali

id-Danimarka

Mhux effettivi

1, 2, 3, 4, 5

Parzjalment effettivi

A, B, C

Parzjalment effettivi

2, A, D, a

Mhux effettivi

Spanja (Galizja)

Parzjalment effettivi

2, 3

Parzjalment effettivi

A, C, D

Parzjalment effettivi

2, C, D, a

Parzjalment effettivi

l-Italja (Lombardija)

Parzjalment effettivi

1, 2, 3, 4

Parzjalment effettivi

A, C, D

Mhux effettivi

4, A, B, C, D, a, b

Parzjalment effettivi

l-Ungerija

Parzjalment effettivi

1, 3

Parzjalment effettivi

B, C, D

Parzjalment effettivi

2, 4, B, D, a, b

Parzjalment effettivi

l-Awstrija

Parzjalment effettivi

1, 2

Effettivi

A

Effettivi

a

Effettivi

il-Finlandja

Parzjalment effettivi

1, 2, 4

Parzjalment effettivi

2, C, D

Parzjalment effettivi

2, 4, A, D, a

Parzjalment effettivi

1

Kontrolli ineffettivi kienu relatati ma’ kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u impenji (pereżempju VAT ineliġibbli inkluża, finanzjament doppju).

2

Nuqqasijiet fl-organizzazzjoni amministrattiva u l-iċċekkjar intern tal-kontrolli.

3

Nuqqas ta’ sistema adatta għall-evalwazzjoni tar-raġonevolezza tal-ispejjeż proposti fl-applikazzjoni għall-appoġġ.

4

Kalkoli u pagamenti skorretti (pereżempju tnaqqis mhux applikat).

5

Dgħufijiet sistematiċi f'miżuri tat-Titolu II (jiġifieri mhux relatati maż-żona) li rriżultaw fl-aċċettazzjoni ta’ nfiq ineliġibbli.

A

Dettalji insuffiċjenti dwar il-firxa tal-kontrolli li saru.

B

Inkonsistenzi dwar l-għadd ta’ kontrolli li saru.

C

Kwalità insuffiċjenti tal-kontrolli: il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ma nqabdux u/jew l-impenji u l-obbligi ma kinux koperti kollha.

D

Nuqqasijiet fl-ippjanar u t-twaqqit tal-kontrolli (pereżempju kontrolli li saru wara s-sena tal-biedja).

a

Sett inkomplet tar-rekwiżiti (pereżempju standards nazzjonali tal-KAAT insuffiċjenti, rekwiżiti nieqsa għal ċerti SMRs).

b

Implimentazzjoni nazzjonali skorretta tad-Direttiva dwar in-nitrati.

ANNESS 4.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-IŻVILUPP RURALI, L-AMBJENT, IS-SAJD U S-SAĦĦA

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

2009

Il-Qorti rrakkomandat li jittieħdu miżuri effettivi, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati, biex jiġi evitat il-pagament ta’ nfiq ineliġibbli għal proġetti tas-sajd (DĠ MARE; il-paragrafu 3.76 tar-Rapport Annwali 2009).

Il-kontrolli fuq l-infiq eliġibbli taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd ġew imsaħħa meta mqabbla mal-kontrolli li saru taħt l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd preċedenti.

 

Il-Qorti rrakkomandat segregazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-iżvilupp ta’ proċeduri ta’ kontroll formali u xierqa għal kontrolli interni dwar pagamenti għall-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u l-monitoraġġ ta’ programmi lill-Istati Membri (DĠ SANCO; il-paragrafu 3.76 tar-Rapport Annwali 2009).

Is-servizzi tal-Kummissjoni kkjarifikaw is-segregazzjoni tal-funzjonijiet u ħadu għadd ta’ azzjonijiet ta’ mitigazzjoni bħas-simplifikazzjoni tal-bażi legali għall-programmi tal-2012.

 

2009 u 2008

Il-Qorti tenniet li jinħtieġu aktar sforzi fil-qasam tal-iżvilupp rurali sabiex jiġu ssimplifikati aktar ir-regoli u l-kundizzjonijiet (il-paragrafu 3.74 (1)).

Il-Kummissjoni fasslet mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 u ssostitwietu bir-Regolament (UE) Nru 65/2011 mill-1 ta’ Jannar 2011.

Ir-regolament il-ġdid jikkjarifika sa ċertu punt id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri ta’ kontroll, kundizzjonalità kif ukoll tnaqqis, esklużjonijiet u rkupri.

Il-Kummissjoni tqis li din l-inizjattiva qed tiġi segwita mill-PAK ta’ wara l-2013 fejn ġie stabbilit sett ta’ simplifikazzjonijiet fir-rigward tal-iżvilupp rurali.

Fl-Opinjoni tagħha Nru 1/2012 dwar il-proposti leġiżlattivi għar-riforma tal-politika agrikola komuni mill-2014, il-Qorti rrikonoxxiet l-isforzi li għamlet il-Kummissjoni biex tissimplifika d-dispożizzjonijiet tal-PAK, iżda qieset li l-qafas leġiżlattiv tal-politika għadu kumpless wisq.

 

2008

Il-Qorti rrakkomandat li jittieħdu miżuri effettivi sabiex il-kwistjonijiet identifikati fl-oqsma ta’ politika tal-ambjent, is-sajd, is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur jiġu riżolti (DĠ ENV, MARE u SANCO; il-paragrafu 5.67 tar-Rapport Annwali 2008).

Il-Kummissjoni ħadet bosta inizjattivi biex tirriżolvi l-kwistjonijiet identifikati mill-Qorti (ara l-analiżi li tikkonċerna l-2009).

 


(1)  Saru rakkomandazzjonijiet simili fil-paragrafu 5.66 tar-Rapport Annwali 2008.


KAPITOLU 5

Politika reġjonali; enerġija u trasport

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-qasam tal-politika

Objettivi tal-politika

Strumenti ta’ politika

Riskji għar-regolarità

Ambitu u approċċ tal-verifika

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Effettività tas-sistemi

Awtoritajiet tal-verifika

L-eżami mill-Qorti ta’ [seba’] AAs

Valutazzjoni tas-sorveljanza mill-Kummissjoni tal-AAs

Valutazzjoni ta’ għeluq il-programm għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006

Affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni

DĠ Politika Reġjonali

DĠ Mobilità u Trasport u DĠ Enerġija

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

5.1.

Dan il-Kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-Qorti dwar il-politika reġjonali, l-enerġija u t-trasport, li tinkludi l-oqsma tal-politika 06 — Mobilità u trasport, 13 — Politika reġjonali u 32 — Enerġija. Informazzjoni prinċipali dwar l-attivitajiet koperti u dwar l-infiq fl-2011 hija pprovduta fit- Tabella 5.1 .

 

Tabella 5.1 —   Politika Reġjonali; enerġija u trasport — Informazzjoni ewlenija 2011

(EUR miljun)

Titolu tal-Baġit

Qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Pagamenti li saru

Mod ta' ġestjoni

06

Mobilità u trasport

Nefqa amministrattiva

71

Ċentralizzata u diretta

Trasport intern, bl-ajru u marittimu

150

Ċentralizzata, diretta u indiretta

Netwerks Trans-Ewropej (TENs)

833

Ċentralizzata, diretta u indiretta

Riċerka relatata mat-trasport

59

Ċentralizzata u diretta

 

1 113

 

13

Politika reġjonali

Nefqa amministrattiva

84

Ċentralizzata u diretta

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u operazzjonijiet reġjonali oħra

25 841

Kondiviża

Fond ta' Koeżjoni (FK)

6 450

Kondiviża

Operazzjonijiet ta' qabel l-adeżjoni relatati ma' politiki strutturali

351

Deċentralizzata

Fond ta' Solidarjetà

269

Ċentralizzata u indiretta

 

32 995

 

32

Enerġija

Nefqa ammininstrattiva

74

Ċentralizzata u diretta

Netwerks Trans-Ewropej (TENs)

18

Ċentralizzata u diretta

Enerġiji konvenzjonali u rinnovabbli

591

Ċentralizzata u diretta/ċentralizzata u indiretta/konġunta

Enerġija nukleari

121

Ċentralizzata u diretta/ċentralizzata u indiretta/konġunta

Riċerka relatata mal-enerġija

159

Ċentralizzata u diretta

 

963

 

Total tan-nefqa amministrattiva (35)

229

 

Total tan-nefqa operazzjonali

34 842

 

Li minnhom:

pagamenti bil-quddiem

1 469

 

pagamenti interim/finali

33 373

 

Total tal-pagamenti għas-sena

35 071

 

Total tal-impenji għas-sena

42 964

 

Sors: Il-kontijiet annwali għall-2011 tal-Unjoni Ewropea.

5.2.

Il-politika reġjonali hija ffinanzjata l-aktar mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK). Dawn il-fondi huma rregolati mill-istess regoli (soġġetti għal eċċezzjonijiet fir-regolamenti speċifiċi ta’ kull fond) u spiss huma ġestiti mill-istess awtoritajiet bħall-Fond Soċjali Ewropew (FSE). L-FSE, li huwa s-suġġett tal-kapitolu 6, huwa msemmi f’dan il-kapitolu fejn jiġu diskussi kwistjonijiet komuni għall-fondi kollha.

 

5.3.

Il-politika reġjonali tirrappreżenta 94 % tal-infiq f’dan il-qasam tal-politika waqt li s-6 % li fadal jikkonċerna l-oqsma tal-enerġija u t-trasport.

 

Karatteristiċi speċifiċi tal-qasam tal-politika

Objettivi tal-politika

Politika reġjonali

5.4.

Il-politika reġjonali għandha l-għan li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Unjoni Ewropea billi tnaqqas id-disparitajiet bejn reġjuni differenti.

 

Enerġija u trasport

5.5.

Il-politiki tal-enerġija u t-trasport għandhom l-għan li jipprovdu liċ-ċittadini Ewropej u lin-negozji b’sistemi u servizzi tal-enerġija u tat-trasport li huma sikuri, sostenibbli u kompetittivi u li jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi li jikkontribwixxu għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki.

 

Strumenti ta’ politika

Politika reġjonali

5.6.

L-FEŻR u l-FK huma l-għodod prinċipali għall-implimentazzjoni tal-politika reġjonali (1). L-FEŻR jiffinanzja xogħlijiet ta’ infrastruttura, il-ħolqien jew il-preservazzjoni tal-impjiegi, inizjattivi għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali u attivitajiet li jagħtu sostenn lil impriżi żgħar u medji (2). Fl-Istati Membri li d-dħul nazzjonali gross per capita tagħhom huwa inqas minn 90 % tal-medja tal-UE, l-FK jiffinanzja l-investimenti fl-infrastruttura fl-oqsma tal-ambjent u tat-trasport.

 

5.7.

L-FEŻR (b’pagamenti ta’ EUR 26 biljun) u l-FK (b’pagamenti ta’ EUR 6 biljun) irrappreżentaw 98 % tan-nefqa taħt it-titolu 13 tal-baġit fl-2011 (3).

 

Ġestjoni u kontroll tal-infiq mill-FEŻR, l-FK u l-FSE

5.8.

L-FEŻR, l-FK u l-FSE (4) huma rregolati minn regoli komuni u huma soġġetti għal ġestjoni kondiviża mill-Kummissjoni u l-Istati Membri. Dispożizzjonijiet addizzjonali għal kull fond huma stabbiliti f’regolamenti speċifiċi. Dawn il-fondi jintefqu fi programmi multiannwali.

 

5.9.

Għal kull perjodu ta’ programmazzjoni, abbażi ta’ proposti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tapprova programmi operazzjonali (PO) flimkien ma’ pjanijiet finanzjarji indikattivi li jinkludu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali u dawk tal-UE (5). Proġetti implimentati taħt il-PO huma mwettqa minn individwi privati, assoċjazzjonijiet, impriżi privati jew pubbliċi jew korpi pubbliċi lokali, reġjonali u nazzjonali.

 

5.10.

Fl-Istati Membri r-responsabbiltà għall-amministrazzjoni ta’ kuljum qiegħda f’idejn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-korpi intermedji maħtura (6). Din tinkludi l-għażla ta’ proġetti individwali, l-implimentazzjoni ta’ kontrolli għall-prevenzjoni, il-qbid u l-korrezzjoni ta’ żbalji fl-infiq iddikjarat u l-verifikazzjoni li l-proġetti qed jiġu implimentati fil-verità (“kontrolli tal-ewwel livell”). L-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni jikkonfermaw li l-“verifiki tal-ewwel livell” huma mwettqa b’mod effettiv u, fejn xieraq, jagħmlu kontrolli addizzjonali qabel jiddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni.

 

5.11.

L-awtoritajiet tal-verifika (AAs) fl-Istati Membri għandhom rwol importanti li jiżguraw li l-infiq li ġie rimborżat taħt l-FEŻR, l-FSE u l-FK huwa regolari. Huma responsabbli li jwettqu verifiki tas-sistema u verifiki ta’ operazzjonijiet (jiġifieri proġetti jew grupp ta’ proġetti) biex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli dwar il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-programmi u dwar ir-regolarità tal-infiq iċċertifikat għal kull PO. Huma jirrappurtaw dwar dawn il-verifiki lill-Kummissjoni permezz ta’ rapporti annwali ta’ kontroll (ACRs) u opinjonijiet annwali (7).

 

5.12.

Fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ programmazzjoni, il-Kummissjoni tagħmel pagamenti ta’ prefinanzjament lill-Istati Membri (8). Il-finanzjament ta’ proġett ġeneralment jieħu l-forma ta’ rimborż ta’ spejjeż fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet tal-infiq mill-promoturi tal-proġetti. Dawn id-dikjarazzjonijiet individwali huma aggregati fid-dikjarazzjonijiet tal-infiq perjodiċi għal kull PO ċċertifikat mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u sottomessi lill-Kummissjoni. Is-sehem kofinanzjat mill-UE huwa mbagħad rimborżat mill-baġit tal-UE.

 

5.13.

Ir-regoli ta’eliġibbiltà huma stabbiliti fil-livell nazzjonali jew xi kultant livell reġjonali, soġġetti għal eċċezzjonijiet fir-regolamenti speċifiċi għal kull fond. L-Istati Membri jerfgħu r-responsabbiltà primarja għall-prevenzjoni jew il-qbid u l-korrezzjoni ta’ nfiq irregolari, u għar-rappurtar dwar dan lill-Kummissjoni.

5.13.

L-istabbiliment ta’ regoli ta’ eliġibbiltà fil-livell nazzjonali (l-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006) kien wieħed mill-elementi ewlenin tas-simplifikazzjoni introdotti fil-perjodu tal-programm 2007-2013. Kellu l-għan li jipprovdi lill-Istati Membri b’iżjed flessibbiltà fl-adattament tar-regoli ta’ eliġibbiltà għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ reġjuni jew programmi u sabiex jarmonizzahom mar-regoli fis-seħħ għal skemi pubbliċi nazzjonali oħra.

5.14.

Il-Kummissjoni trid tikseb l-assigurazzjoni li l-Istati Membri stabbilew sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regolamenti, u li s-sistemi jaħdmu b’mod effettiv (9). Jekk il-Kummissjoni ssib li Stat Membru naqas milli jikkoreġi nfiq irregolari li kien ġie ċċertifikat u ddikjarat jew li hemm nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, hija tista’ tinterrompi jew inkella tissospendi l-pagamenti (10). Jekk l-Istat Membru ma jirtirax l-infiq irregolari (li jista’ jiġi sostitwit bi nfiq li huwa eliġibbli) jew ma jirrimedja l-ebda nuqqas li jinstab fis-sistema, il-Kummissjoni tista’ tapplika korrezzjonijiet finanzjarji, li jwasslu għal tnaqqis nett fil-finanzjament tal-UE (11).

5.14.

Il-Kummissjoni pprovdiet valutazzjoni dettaljata tal-assigurazzjoni tagħha dwar l-istabbiliment u l-funzjonament sussegwenti tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għal kull programm kofinanzjat, kif ukoll valutazzjoni ġenerali tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali fir-rapport ta’ attività annwali tagħha għall-2011.

F'każ ta' nuqqasijiet fis-sistemi, il-Kummissjoni fl-irwol superviżorju tagħha ma twaqqafx u/jew ma tissospendix il-pagamenti. Hija tirrapporta dwar l-eżerċizzju ta’ din ir-responsabbiltà fir-rapport annwali tal-attività. Għall-2011, id-DĠ Politika Reġjonali jirrapporta 70 interruzzjoni tal-iskadenzi tal-ħlas u t-tnedija ta' proċeduri ta' sospensjoni għal 10 programmi. Id-DĠ Impjiegi jirrapporta għall-2011 l-interruzzjoni ta’ 21 talba għal ħlas interim u 3 deċiżjonijiet ulterjuri ta’ sospensjoni.

Enerġija u trasport

5.15.

Il-politika tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tikkontribwixxi biex tipprovdi liċ-ċittadini u lin-negozju b’enerġija affordabbli, prezzijiet kompetittivi u servizzi ta’ enerġija teknoloġikament avvanzati. Hija tippromwovi l-produzzjoni, it-trasport u l-konsum ta’ enerġija sostenibbli, u provvista sikura ta’ enerġija fl-UE u fl-Istati Membri tagħha. L-istrument finanzjarju prinċipali huwa l-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) li jipprovdi finanzjament għal proġetti, l-aktar fil-forma ta’ għotjiet u sussidji.

 

5.16.

Il-politiki tat-trasport għandhom l-għan li jiżviluppaw is-suq intern, iżidu l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni u jintegraw in-netwerks tat-trasport. F’dan il-qasam, il-politiki tal-UE jippromwovu l-mobilità, l-iżvilupp sostenibbli u s-sikurezza tat-trasport. Il-Programm tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) huwa l-istrument finanzjarju prinċipali li jipprovdi finanzjament għal proġetti infrastrutturali kbar.

 

5.17.

Pagamenti fil-qasam tal-enerġija u t-trasport taħt it-titoli 06 u 32 tal-baġit kienu madwar EUR 2 biljun fl-2011 (12).

 

Ġestjoni u kontroll tan-nefqa tal-enerġija u t-trasport

5.18.

Il-Kummissjoni (DĠ Mobilità u Trasport u DĠ Enerġija) timplimenta n-nefqa tal-enerġija u t-trasport taħt ġestjoni ċentralizzata diretta u indiretta (permezz ta’ żewġ aġenziji eżekuttivi u impriża konġunta (13)), u anke permezz ta’ arranġamenti ta’ ġestjoni konġunta (bħall-fondi għad-dekummisjonar nukleari jew il-faċilità finanzjarja Ewropea għall-effiċjenza tal-enerġija).

 

5.19.

Il-Kummissjoni ġeneralment tiffinanzja proġetti wara sejħiet formali għall-proposti ta’ proġetti. Pagamenti għal proġetti approvati huma magħmulin direttament mill-Kummissjoni lill-benefiċjarji, ibbażati fuq ftehimiet ta’ għotja jew fuq deċiżjonijiet ta’ finanzjament tal-Kummissjoni. Ġeneralment, il-benefiċjarji huma l-awtoritajiet tal-Istati Membri iżda jistgħu jkunu wkoll kumpaniji pubbliċi jew privati. Kważi l-pagamenti kollha jsiru bi ħlasijiet parzjali: pagament bil-quddiem jew pagament ta’ prefinanzjament mal-firma tal-ftehim tal-għotja jew deċiżjoni ta’ finanzjament, segwit minn pagamenti interim u finali biex jitħallas lura l-infiq eliġibbli rrappurtat mill-benefiċjarji.

 

5.20.

L-elementi prinċipali ta’ kontroll tal-infiq mill-Kummissjoni jinkludu l-evalwazzjoni tal-proposti bi tqabbil ma’ kriterji speċifikati tal-għażla u tal-għoti, il-provvista ta’ informazzjoni u gwida lill-benefiċjarji, u l-monitoraġġ u l-verifikazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ proġetti bbażati fuq rapporti ta’ progress finanzjarju u tekniku sottomessi mill-benefiċjarji. Fejn meħtieġ minn ftehimiet ta’ finanzjament, id-dikjarazzjonijiet tal-infiq għandhom jiġu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti jew minn korp nazzjonali rilevanti.

 

5.21.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni twettaq verifiki ex post sabiex taqbad u tikkoreġi żbalji li setgħet ma saritx prevenzjoni tagħhom minn kontrolli preċedenti u sabiex tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar ir-regolarità tal-infiq.

 

Riskji għar-regolarità

Politika reġjonali

5.22.

Għan-nefqa tal-FEŻR u l-FK, ir-riskji ewlenin huma relatati mal-finanzjament ta’ proġetti li ma jikkonformawx mar-regoli ta’ akkwist pubbliku tal-UE u dawk nazzjonali jew li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà speċifikati fir-regolamenti tal-UE jew tal-PO. Barra minn hekk, hemm ukoll ir-riskju li l-benefiċjarji jiddikjaraw spejjeż speċifiċi li mhumiex eliġibbli.

5.22.

Il-Kummissjoni taqsam din il-valutazzjoni, kif hemm iddettaljat fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tagħha ‘Analiżi ta’ żbalji fil-Politika ta' Koeżjoni għas-snin 2006-2009’ (SEC(2011) 1179 tal-5/10/2011). F’dan id-dokument, il-Kummissjoni tindika azzjonijiet speċifiċi biex jittaffew dawn ir-riskji (partikolarment gwida addizzjonali u taħriġ lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni dwar ir-riskji identifikati, l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ korrezzjonijiet finanzjarji, proċeduri ta’ interruzzjonijiet u sospensjonijiet, attività ta’ verifika aktar immirata lejn l-oqsma l-aktar ta' riskju).

5.23.

Fl-implimentazzjoni tal-PO, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jħabbtu wiċċhom ma’ prijoritajiet li jikkompetu. Min-naħa waħda, l-infiq għandu jkun soġġett għal kontrolli xierqa ta’ regolarità, filwaqt li, min-naħa l-oħra, hemm bżonn li jiġi żgurat l-assorbiment fil-ħin tal-fondi tal-UE li jsiru disponibbli. Fil-prattika, ix-xewqa li programm jiġi implimentat f’waqtu, jista’ jfixkel l-applikazzjoni konsistenti ta’ kontrolli robusti.

5.23.

Il-Kummissjoni taqbel li ġestjoni soda u sistema ta’ kontroll hija sistema li tippermetti ċertifikazzjoni ta’ nfiq legali u regolari filwaqt li tiżgura l-assorbiment korrett u fil-ħin tal-fondi.

5.24.

Jekk każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità la jinqabdu u lanqas ma jiġu kkoreġuti mis-saffi differenti ta’ kontroll fi Stat Membru jew mill-Kummissjoni, dan jirriżulta f’rimborż ta’ nfiq ineliġibbli mill-baġit tal-UE.

5.24.

Peress li s-sistema ta’ ġestjoni u kontroll għandha karattru multiannwali, ħlas żejjed osservat f'talba għall-ħlas rimburżat mill-Kummissjoni jista' jkun għadu ma ġiex suġġett għall-katina sħiħa ta’ kontroll fil-livell nazzjonali u tal-UE fiż-żmien taċ-ċertifikazzjoni.

Enerġija u trasport

5.25.

Għan-nefqa tal-enerġija u t-trasport, ir-riskju prinċipali huwa li l-Kummissjoni ma taqbadx l-ispejjeż ineliġibbli ddikjarati mill-benefiċjarji qabel ir-rimborż. Bħal taħt l-FEŻR u l-FK, hemm ukoll riskji relatati ma’ nuqqas ta’ konformità ma’ regoli tal-akkwist pubbliku. Għat-TEN-T l-impatt potenzjali ta’ dawn ir-riskji fuq il-baġit tal-UE huwa mitigat mill-fatt li l-infiq eliġibbli ta’ sikwit jeċċedi l-limitu massimu definit mill-ftehimiet ta’ finanzjament.

 

5.26.

Konċentrazzjoni ta’ proporzjon sinifikanti ta’ pagamenti f’perjodu limitat tista’ taffettwa b’mod avvers l-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll u żżid ir-riskju ta’ żball (ara l-paragrafu 1.35). Fl-2011, 32 % tal-pagamenti tal-EEPR skont il-valur saru fix-xahar ta’ Diċembru. Barra minn hekk, il-programm għandu l-għan li jiżborża fondi malajr, li jista’ wkoll ikun ta’ detriment għall-applikazzjoni ta’ kontrolli adegwati.

 

Ambitu u approċċ tal-verifika

5.27.

L- Anness 1.1, il-parti 2 , tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija ġenerali tal-verifika tal-Qorti. Għall-verifika tal-politika reġjonali, l-enerġija u t-trasport, għandhom jiġu osservati l-kwistjonijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

il-verifika involviet l-eżami ta’ kampjun ta’ 180 pagament interim u finali (14) fl-Istati Membri u fil-Kummissjoni;

(b)

il-valutazzjoni tas-sistemi kopriet:

awtoritajiet tal-verifika għall-FEŻR, l-FSE u l-FK fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 (15),

il-proċeduri implimentati fil-livell tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-għeluq tal-programm għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006,

analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni li hemm fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tad-DĠ Politika Reġjonali, id-DĠ Mobilità u Trasport u d-DĠ Enerġija.

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

5.28.

L- Anness 5.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. L-ittestjar mill-Qorti tal-kampjun tat-tranżazzjonijiet tagħha sab li 59 % mill-180 pagament ivverifikati kienu milquta minn żball. Ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti hija ta’ 6,0 % (16).

5.28.

Il-Kummissjoni tinnota li, għat-tielet sena konsekuttiva, il-livell ta’ żball (MLE 6.0%) jibqa’ sew taħt dak irrappurtat mill-Qorti fil-perjodu 2006-2008. Dan l-iżvilupp pożittiv huwa derivat mid-dispożizzjonijiet ta’ kontroll imsaħħa tal-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013 u l-politika stretta tiegħu ta’ interruzzjonijiet / sospensjonijiet meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet, skont il-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu tal-2008.

Kif muri fit-tabella 1.3 tal-Kapitolu 1, it-total tal-iżball l-aktar probabbli għall-Politika Reġjonali, it-Trasport, l-Enerġija u l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali naqas ukoll b'mod konsiderevoli meta mqabbel mal-2010, minn 7,7 % għal 5,1 %.

Il-Kummissjoni se tkompli tiffoka l-azzjonijiet tagħha fuq programmi li huma l-aktar riskjużi u/jew l-Istati Membri.

5.29.

Għal 62 % tat-tranżazzjonijiet tal-politika reġjonali milquta minn żball, il-Qorti tikkunsidra li kien hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jaqbdu u jikkoreġu mill-inqas xi wħud mill-iżbalji qabel iċ-ċertifikazzjoni tal-infiq lill-Kummissjoni.

5.29.

Il-Kummissjoni qed issegwi b’mod strett dawn il-każijiet sabiex tiżgura li s-sistemi kkonċernati jevitaw aħjar l-iżbalji qabel iċ-ċertifikazzjoni fil-futur.

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma mitluba li jwettqu kontrolli dokumentarji fuq it-talbiet kollha sottomessi mill-benefiċjarji, qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa. Madankollu, verifiki fuq il-post fuq operazzjonijiet jistgħu jintervjenu wkoll fi stadju iżjed avvanzat tal-implimentazzjoni tal-proġett, wara ċ-ċertifikazzjoni u sal-għeluq, u dan jispjega għaliex parti mill-iżbalji fil-kampjun tal-Qorti ma setgħetx tiġi osservata (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi 5.22 u 5.24). L-impatt tas-sistema ta’ kontroll fit-tnaqqis tar-rati tal-iżbalji normalment jinħass biss fis-snin sussegwenti, wara li jkunu ġew implimentati s-saffi kollha ta’ kontroll.

5.30.

Fil-politika reġjonali, dgħufijiet fil-verifikazzjonijiet minn awtoritajiet nazzjonali nqabdu b’mod partikolari fil-“kontrolli tal-ewwel livell” imwettqa minn awtoritajiet ta’ ġestjoni u korpi intermedji.

 

Nuqqasijiet fil-konformità ma’ regoli tal-akkwist pubbliku ġew identifikati fi kwart mit-tranżazzjonijiet.

5.31.

Verifiki tas-snin preċedenti wrew li l-proċeduri ta’ akkwist ta’ kuntratti pubbliċi huma partikolarment suxxettibbli għal żball (17). Fl-2011, il-Qorti vverifikat 298 proċedura ta’ akkwist pubbliku għal xogħlijiet u servizzi li fuqhom huwa bbażat l-infiq għall-180 tranżazzjoni ċċertifikati lill-Kummissjoni (18). Il-valur kombinat stmat tal-kuntratti għall-akkwisti pubbliċi vverifikati jammonta għal EUR 6,7 biljun (19).

5.31.

Żbalji fl-akkwist pubbliku huma relatati man-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tas-suq intern, u mhumiex speċifiċi għall-politika ta’ koeżjoni, kif muri f’kapitoli oħra ta' dan ir-rapport.

5.32.

Il-Qorti identifikat każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE u dawk nazzjonali f’25 % tal-180 tranżazzjoni vverifikati. Nuqqasijiet serji ta’ konformità ma’ dawn ir-regoli kienu identifikati f’9 % tat-tranżazzjonijiet ivverifikati (ara l-eżempju 5.1). Dawn l-iżbalji jirrappreżentaw 44 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jammontaw għal bejn wieħed u ieħor 58 % tar-rata ta’ żball stmata għal dan il-grupp tal-politika.

5.32.

Filwaqt li l-Kummissjoni u l-Qorti jivverifikaw il-konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku bl-istess mod, il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet proporzjonali b’rata fissa fil-Politika ta’ Koeżjoni u b’hekk jindirizzaw ir-riskju ta’ danni għall-baġit tal-UE u billi tiġi kkunsidrata n-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet.

Dawn ir-rati fissi huma applikati mill-Kummissjoni u b’mod ġenerali mill-awtoritajiet nazzjonali meta jimponu korrezzjonijiet finanzjarji għal ksur ta’ regoli tal-akkwist pubbliku, inkluż meta jsegwu l-iżbalji tal-akkwist pubbliku kollha rappurtati mill-Qorti.

Eżempju 5.1 —   Nuqqasijiet serji ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku

(a)

L-użu tal-għoti dirett mingħajr ġustifikazzjoni: Fil-każ ta’ proġett tal-EEPR dwar il-kostruzzjoni ta’ pipeline tal-gass, il-kuntratti relatati max-xogħlijiet fit-tieni u t-tielet stadji tal-proġett ingħataw mingħajr sejħa għall-offerti lill-konsorzju li kien ġie mogħti kuntratt għall-ewwel stadju tal-pipeline ħames snin qabel. Dan mhux konformi mal-liġijiet applikabbli tal-akkwist pubbliku tal-UE u dawk nazzjonali.

(b)

L-għoti dirett ta’ xogħlijiet addizzjonali fl-assenza ta’ ċirkostanzi mhux previsti: Fil-każ ta’ proġett tal-FK relatat mal-kostruzzjoni tat-toroq, xogħlijiet addizzjonali relatati mal-emendi magħmulin wara l-approvazzjoni tal-pjan oriġinali ngħataw direttament lill-istess kuntrattur. Dawn ix-xogħlijiet addizzjonali ma sarux minħabba ċirkostanzi imprevedibbli, għalhekk kien hemm ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku.

(c)

Kuntratt mogħti lil offerent waħdieni mingħajr ma nkiseb it-tnaqqis fil-prezz intenzjonat matul in-negozjati: Fil-każ ta’ proġett tal-FK relatat mal-kostruzzjoni ta’ faċilità ta’ trattament tal-ħama, offerta waħda biss kienet riċevuta. Il-benefiċjarju ġġudika l-offerta bħala inaċċettabbli minħabba l-prezz għoli tagħha, li kien aktar mid-doppju tal-baġit stmat. Il-benefiċjarju mbagħad beda negozjati mal-offerent uniku. Wara dawn in-negozjati, il-kuntratt kien mogħti bi tnaqqis ta’ 1 % biss mill-prezz offrut. Minħabba n-nuqqas ta’ suċċess tan-negozjati biex jiġi żgurat prezz aħjar, il-benefiċjarju kien imissu kkonkluda li l-proċedura tal-offerti kienet bla suċċess.

(d)

Qsim artifiċjali tal-offerti: Fil-każ ta’ proġett tal-FEŻR relatat mal-provvista ta’ servizzi konsultattivi lil ministeru nazzjonali, bosta kuntratti fuq skala żgħira ngħataw direttament għal servizzi simili jew identiċi. Skont il-liġijiet tal-akkwist tal-UE u dawk nazzjonali, dawn is-servizzi kien imisshom ġew akkwistati flimkien bħala servizz wieħed u, minħabba li l-valur aggregat mbagħad kien jeċċedi ċertu limitu, kien imissu ngħata kuntratt biss wara proċedura ta’ sejħa għal offerti pubbliċi, u b’hekk aktar offerenti kien ikollhom il-possibbiltà li jippreżentaw offerta.

(e)

Tibdiliet sinifikanti fl-ambitu tax-xogħlijiet ikkuntrattati: Fil-każ ta’ proġett tal-FK relatat mal-kostruzzjoni ta’ linja tal-metro ġdida, l-ambitu u l-baġit ta’ kuntratt ta’ servizz relatat ġie mibdul b’mod sinifikanti permezz tal-involviment ta’ esperti li fil-bidu ma kinux previsti. Il-kompiti addizzjonali li kellhom jitwettqu ma kinux dovuti għal ċirkustanzi impreviżibbli, iżda pjuttost għall-mod kif l-awtorità kontraenti kienet ippjanat il-proġett.

 

5.33.

Barra minn hekk, il-Qorti sabet żbalji oħra mhux kwantifikabbli relatati ma’ proċeduri ta’ offerti u kkuntrattar f’16 % oħra mill-180 tranżazzjoni vverifikati. Dawn l-iżbalji jinkludu każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-informazzjoni u tal-pubbliċità (bħal pubblikazzjoni tardiva tal-avviżi tal-għoti), nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjoni għall-offerti u dgħufijiet proċedurali fl-evalwazzjoni tal-offerti. Dawn l-iżbalji ma jikkontribwixxux għar-rata ta’ żball stmata mill-Qorti (ara l-paragrafu 5.28) (20).

5.33.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-iżbalji kollha rrappurtati mill-Qorti u se tapplika korrezzjonijiet finanzjarji fejn xieraq u legalment possibbli.

Spejjeż ineliġibbli jirrappreżentaw aktar minn nofs l-iżbalji kwantifikabbli kollha li nqabdu mill-Qorti

5.34.

Il-Qorti sabet li spejjeż ineliġibbli kienu ddikjarati fi 12 % tat-tranżazzjonijiet ivverifikati. Dawn jirrappreżentaw 56 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jammontaw għal bejn wieħed u ieħor 42 % tar-rata ta’ żball stmata għal dan il-qasam tal-politika (ara l-eżempju 5.2).

5.34.

Il-Kummissjoni tfittex li tiżgura li l-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni ta’ programmi huma konxji sew tar-regoli tal-eliġibbiltà. Dan jista’ jkun permezz ta' taħriġ u gwida u, għall-politika reġjonali, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom iġorru aktar minn dan l-għarfien lill-korpi kollha inkarigati mill-ġestjoni tal-fondi. Għall-politika reġjonali, meta l-Kummissjoni tidentifika regoli kumplessi fil-livell tal-programm, tagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet lill-Istat Membru biex jissimplifika r-regoli.

Il-Kummissjoni se tkompli tiffoka l-azzjonijiet tagħha fuq l-awtoritajiet tal-programm fejn ġew identifikati xi riskji (ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 5.24 u 5.28).

Eżempju 5.2 —   Spejjeż ineliġibbli

(a)

Nuqqas ta’ konformità ma’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ proġett: Strument ta’ Inġinerija Finanzjarja ffinanzjat mill-FEŻR għall-għoti ta’ appoġġ finanzjarju lill-SMEs ta wkoll finanzjament lil impriżi kbar. Dan ma kienx permess skont id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni nazzjonali għal dan il-proġett.

(b)

Id-dħul mill-bejgħ ta’ makkinarju antik li ġie sostitwit permezz tal-finanzjament tal-FEŻR ma ġiex ikkunsidrat: Fil-każ ta’ proġett tal-FEŻR relatat max-xiri ta’ magni tal-ipproċessar tal-metall, id-dħul li rriżulta mir-rimi tal-magni qodma li ġew mibdula kien imissu ġie kkunsidrat u dan kieku kien inaqqas n-nefqa ddikjarat għax-xiri tal-magni ġodda.

(c)

Nuqqas ta’ konformità ma’ dispożizzjonijiet speċifiċi fir-regoli nazzjonali tal-eliġibbiltà: Fil-każ ta’ proġett tal-FK relatat mal-kostruzzjoni ta’ awtostrada, l-ispejjeż relatati ma’ servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni kienu rimborżati Madanakollu, spejjeż bħal dawn mhumiex eliġibbli skont ir-regoli nazzjonali tal-eliġibbiltà.

(d)

Dikjarazzjoni ta’ spejjeż multipli ineliġibbli għal proġett: Fil-każ ta’ proġett tat-TEN-T relatat mal-istudji preparatorji għall-bini ta’ mina, fattura kienet ġiet iddikjarata darbtejn. Barra minn hekk, id-dokumentazzjoni ewlenija relatata mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku (bħar-rapport mill-kumitat ta’ evalwazzjoni u l-offerta rebbieħa tal-applikant) kienet nieqsa. Madanakollu, peress li l-ispejjeż ġenerali ddikjarati kienu ogħla b’mod sinifikanti mill-kontribuzzjoni massima tal-UE, din id-dikjarazzjoni eċċessiva ma kellha l-ebda impatt fuq il-baġit tal-UE (ara l-paragrafu 5.25).

 

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

Awtoritajiet tal-verifika

5.35.

Ir-regolamenti li jiddefinixxu r-regoli għall-FEŻR, l-FSE u l-FK għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 introduċew bidliet importanti fir-rigward tar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet ta’ verifika (AAs) fl-Istati Membri (21).

5.35.

L-Awtoritajiet tal-Verifika tabilħaqq għandhom rwol ċentrali fil-proċess tal-bini ta’ assigurazzjoni mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni u l-istabbiliment tas-sistemi. Wara dan, huma jirraportaw kull sena l-opinjoni ta’ verifika dwar il-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll lill-Kummissjoni, abbażi tal-verifiki fuq is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u fuq tal-kampjuni statistiċi tal-operazzjonijiet imwettqa skont strateġija ta’ verifika. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni qiegħda tikkoopera u qed tikkoordina mill-qrib magħhom, u bdiet tirrevedi l-metodoloġiji tagħhom u r-riżultati tal-verifika sa mill-2009, kif deskritt hawn taħt. Dan ikkontribwixxa għall-bini tal-kapaċità billi jipprovdi pariri, gwida u rakkomandazzjonijiet lill-Awtoritajiet tal-Verifika permezz tal-prestazzjoni mill-ġdid tal-Kummissjoni. Ir-Regolament jipprovdi lill-Kummissjoni l-possibbiltà li sserraħ fuq ix-xogħol ta’ awtorità tal-verifika għall-assigurazzjoni tagħha taħt ċerti kundizzjonijiet (l-Artikolu 73).

5.36.

Fi ħdan is-27 Stat Membru, 112-il AA ġew stabbiliti għall-434 PO għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. Aktar minn nofs dawn l-AAs huma responsabbli għall-verifika ta’ PO għat-tliet fondi kollha fi ħdan ir-reġjun tagħhom (jiġifieri l-FEŻR, l-FK u l-FSE), filwaqt li l-bqija tal-AAs jivverifikaw PO speċifiċi (22) taħt fond wieħed.

 

5.37.

L-ACRs u l-opinjonijiet annwali jipprovdu informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq tal-UE taħt l-FEŻR, l-FSE u l-FK għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 (23). Verifikazzjoni effettiva tal-preċiżjoni u tal-affidabbiltà tal-informazzjoni hija meħtieġa sabiex ir-riżultati rrappurtati mill-AAs fl-ACRs jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni bħala wieħed mis-sorsi ewlenin ta’ assigurazzjoni. Fl-2011, total ta’ 204 ACRs u opinjonijiet annwali (24) għall-FEŻR u l-FK u 117-il ACR u opinjonijiet annwali għall-FSE ġew sottomessi lill-Kummissjoni.

5.37.

Fir-rapport ta' attività annwali tagħhom għall-2011, id-DĠ Politika Reġjonali u d-DĠ Impjiegi, ipprovdew valutazzjoni dettaljata tal-akkuratezza u l-affidabbiltà tal-informazzjoni ta’ verifika u tar-riżultati li ġew irrapportati mill-Awtoritajiet tal-Verifika fir-rapporti annwali ta' kontroll għall-2011, (ara l-paġni 63 sa 66 tal-AAR tal-2011 tad-DĠ Politika Reġjonali u l-paġni 42 sa 45 tal-AAR tal-2011 tad-DĠ Impjiegi).

5.38.

Għall-2011, il-Qorti wettqet l-eżami tagħha stess ta’ seba’ AAs u vvalutat ix-xogħol magħmul mill-Kummissjoni biex tissorvelja l-AAs (25).

5.38.

Fil-qasam tal-politika reġjonali, il-Kummissjoni wettqet verifiki sħaħ jew parzjali biex tevalwa l-ħidma ta’ 34 Awtorità tal-Verifika sa tmiem l-2011 (tlestew 29-il AA, 5 għadhom għaddejjin) wara analiżi tar-riskju fl-2009 li tiġi aġġornata kull sena.

L-eżami mill-Qorti ta’ [seba’] AAs

5.39.

L- Anness 5.2 fih ir-riżultati tar-rekwiżiti ewlenin individwali ttestjati u l-valutazzjoni globali tal-AAs eżaminati. Biex waslet għal konklużjoni ġenerali, il-Qorti tat attenzjoni partikolari lill-ACRs u lill-opinjonijiet annwali u lill-partijiet tal-ħidma tal-AAs li kellhom effett dirett u importanti fuq il-konklużjonijiet irrappurtati fihom (26).

5.39.

Il-Kummissjoni tikkunsidra s-sejbiet tal-Qorti għall-valutazzjoni tagħha tal-awtoritajiet nazzjonali tal-verifika, bil-ħsieb li tinkoraġġixxi titjib, fejn dan ikun għadu meħtieġ u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet għal verifika unika fis-snin li ġejjin.

5.40.

Għal kull waħda mis-seba’ AAs eżaminati, il-Qorti analizzat:

(a)

l-arranġamenti organizzattivi u l-metodoloġija tal-verifika;

(b)

id-dokumenti ta’ ħidma tagħhom għal mhux aktar minn erba’ verifiki tas-sistemi;

(c)

id-dokumenti ta’ ħidma tagħhom għal kampjun ta’ 25 verifika ta’ operazzjonijiet, inkluż it-twettiq mill-ġdid ta’ mill-inqas 5 minn dawn il-25 verifika; u

(d)

ir-rapporti annwali ta’ kontroll u l-opinjonijiet annwali tagħhom tal-2011, flimkien mad-dokumenti ta’ ħidma relatati.

5.40.

Il-Kummissjoni tinnota li l-metodoloġija tal-verifika tagħha biex tirrevedi l-ħidma tal-awtoritajiet tal-verifika hija konsistenti ma’ dik tal-Qorti.

5.41.

Mis-seba’ AAs eżaminati, il-Qorti vvalutat erbgħa bħala “effettivi”. Għal dawn l-erba’ AAs, ir-rapport annwali ta’ kontroll u l-opinjoni annwali jitqiesu bħala affidabbli u r-rekwiżiti ewlenin kollha jew il-biċċa kbira minnhom kienu ssodisfati.

5.41.

Il-Kummissjoni taqbel mal-valutazzjoni tal-Qorti għal dawn l-erba’ Awtoritajiet tal-Verifika u waslet għal konklużjonijiet simili permezz tal-verifiki tagħha stess.

5.42.

Għat-tliet AAs l-oħra:

5.42.

Il-Kummissjoni taqbel mal-valutazzjoni tal-Qorti u qed tieħu azzjonijiet korrettivi u preventivi.

(a)

żewġ AAs ġew ivvalutati bħala “parzjalment effettivi” għax ġew osservati problemi b’xi rekwiżiti ewlenin u r-rata ta’ żball irrappurtata fir-rapport annwali ta’ kontroll ġiet iddikjarata b’mod insuffiċjenti; u

(a)

Għaż-żewġ AAs ivvalutati bħala parzjalment effettivi, il-Kummissjoni aċċettat f'każ wieħed l-opinjoni tal-verifika rrappurtata għall-assigurazzjoni tagħha hekk kif kienet kwalifikata. Fil-każ l-ieħor il-Kummissjoni identifikat u kkoreġiet l-estrapolazzjoni inkorretta tal-iżbalji għal proċess ta’ assigurazzjoni tagħha, kif indikat fir-Rapporti Annwali ta' Attività.

(b)

AA waħda ġiet ivvalutata bħala “mhux effettiva” għax ġew osservati problemi importanti għal kważi r-rekwiżiti ewlenin kollha u, b’riżultat ta’ dan, ir-rata ta’ żball irrappurtata fir-rapport annwali ta’ kontroll titqies bħala mhux affidabbli. Il-Kummissjoni osservat l-istess problemi għal din l-AA kif ukoll aspetti oħra tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll għall-programmi operazzjonali koperti mill-AA (ara l-paragrafu 5.49(b)).

 

5.43.

Il-Qorti identifikat l-oqsma għal titjib li ġejjin:

5.43.

(a)

għal erba’ AAs, il-listi ta’ kontroll tal-verifika użati ma koprewx biżżejjed ir-riskji prinċipali għar-regolarità tal-infiq. Dan jikkonċerna partikolarment l-ambitu tal-verifikazzjonijiet u l-firxa tal-kontrolli fir-rigward tal-akkwist pubbliku, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat, il-proġetti li jiġġeneraw id-dħul u l-proċeduri għall-għażla tal-proġetti. Għal strumenti ta’ inġinerija finanzjarja, gwida maħruġa mill-Kummissjoni kienet għadha ma ġietx inkorporata fil-listi ta’ kontroll tal-verifika tal-AAs;

(a)

Il-Kummissjoni identifikat ukoll b’konsegwenza tar-reviżjoni estensiva tagħha tal-awtoritajiet tal-verifika matul l-2009-2011 il-ħtieġa li jissaħħu, f'xi każijiet u fuq kwistjonijiet partikolari, il-listi ta’ kontroll eżistenti użati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-verifika għall-verifika tal-operazzjonijiet. Bħala segwitu, il-Kummissjoni qasmet il-lista ta’ kontroll tagħha għal verifiki fuq l-operazzjonijiet mal-awtoritajiet tal-verifika tal-Istati Membri f'Ottubru 2011.

Dawn il-listi ta’ kontroll ikopru l-kwistjonijiet imqajma mill-Qorti: l-akkwist pubbliku, ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, proġetti li jiġġeneraw dħul u l-proċeduri tal-għażla tal-proġetti. Safejn l-akkwist pubbliku hu kkonċernat, il-Kummissjoni qasmet mal-Istati Membri analiżi tat-tipi ta’ żbalji osservati fil-koeżjoni mill-verifiki tal-UE fis-snin preċedenti u nediet eżerċizzju biex jinġabru l-aħjar prattiki u tweġibiet possibbli mill-Istati Membri biex jirrimedjaw dawn l-iżbalji u jnaqqsu l-okkorrenza tagħhom (ara wkoll il-paragrafu 6.29 (a)).

(b)

għal żewġ AAs, il-kontroll tal-kwalità tal-verifiki tas-sistemi u/jew tal-operazzjonijiet ma kienx konformi mal-manwal tal-verifika tagħhom stess u għal żewġ AAs oħra ma ġiex dokumentat; u

 

(c)

għal żewġ AAs, il-metodoloġija użata għall-kampjunar ta’ proġetti li kellhom jiġu vverifikati ma kinitx xierqa fid-dawl tal-gwida speċifikata mill-Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Fondi (27) (COCOF) jew inkella l-metodoloġija tal-kampjunar kienet ġiet applikata b’mod skorrett mill-AA, li fisser li r-riżultati tal-verifiki tagħhom ma setgħux jiġu estrapolati kif meħtieġ.

(c)

Il-Kummissjoni sabet dgħufijiet simili matul il-verifiki tagħha u qed tintensifika l-isforzi tagħha biex tipprovdi gwida dwar it-teħid ta’ kampjuni.

Valutazzjoni tas-sorveljanza mill-Kummissjoni tal-AAs

5.44.

Fl-2011, il-Kummissjoni wettqet inkjesti għal kampjun ta’ AAs (28) u vvalutat, permezz ta’ analiżi fl-uffiċċju, l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ verifika tagħhom u l-affidabbiltà tar-rati ta’ żball rappurtati fl-ACRs.

5.44.

Matul il-perjodu 2009-2011 il-Kummissjoni wettqet 127 missjoni ta’ verifika li jkopru 34–il AA tal-FEŻR/FK u 78 missjoni ta' verifika li jkopru 67-ilAA tal-FSE. Fi tmiem l-2011, ix-xogħol tal-verifika - kemm reviżjoni dokumentarja kif ukoll xogħol fuq il-post li jkopru r-reviżjoni tas-sistemi tal-verifika, il-metodoloġija tal-verifika, il-prestazzjoni mill-ġdid tal-verifiki tas-sistemi u tal-verifiki fuq operazzjonijiet fuq il-post - kien tlesta għal 29 awtorità tal-verifika tal-FEŻR/FK u 67 awtorità tal-verifika tal-FSE.

Il-Kummissjoni vvalutat ukoll, permezz ta’ analiżi dokumentarja kkompletata b’missjonijiet ta’ inkjesta fuq il-post fejn kien meħtieġ, l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-verifika u l-affidabbiltà tar-rati ta' żball rapportati f’ACRs għall-awtoritajiet tal-verifika kollha.

Valutazzjoni tal-inkjesti tal-Kummissjoni għal kampjun ta’ AAs

5.45.

Il-Qorti analizzat id-dokumenti ta’ ħidma u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn tal-Kummissjoni għad-DĠ Politika Reġjonali fir-rigward ta’ 14-il AA li jkopru 39 PO u għad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni fir-rigward ta’ seba’ AAs li jkopru seba’ PO (29).

 

5.46.

Il-Kummissjoni sabet dgħufijiet simili għal dawk osservati mill-Qorti fil-verifiki tagħha stess tal-AAs (ara l-paragrafi 5.42 u 5.43).

5.46.

Il-Kummissjoni taqbel mal-valutazzjoni tal-Qorti dwar il-konformità u l-effettività tal-ħidma ta’ awtoritajiet tal-verifika.

5.47.

Il-Qorti sabet li fil-każijiet kollha fejn il-Kummissjoni identifikat dgħufijiet speċifiċi l-Istati Membri ġew innotifikati dwar l-azzjoni korrettiva li għandha tittieħed.

5.47.

Matul ir-reviżjoni estensiva tagħha tal-awtoritajiet tal-verifika, il-Kummissjoni fil-fatt innotifikatat rakkomandazzjonijiet immirati lil awtoritajiet tal-verifika biex jiġu rimedjati d-dgħufijiet identifikati, meta jkun meħtieġ.

Dan ikkontribwixxa għal eżerċizzju estensiv ta’ bini ta’ kapaċità li ppermetta li titjieb il-ħidma u li togħla l-kwalità tar-riżultati tal-verifika b’mod globali għall-awtoritajiet tal-verifika verifikati, u b’hekk tippermetti f’xi każijiet lill-Kummissjoni li tidħol fi ftehimiet skont l-Artikolu 73 u li tieħu aktar tagħlimiet u xxerred il-prattiki tajba għall-awtoritajiet tal-verifika kollha.

Valutazzjoni tal-analiżijiet fl-uffiċċju tad-dokumenti tal-ACRs mill-Kummissjoni

5.48.

Għall-112-il AA, il-Kummissjoni ċċekkjat li l-ACRs u l-opinjonijiet annwali kienu konformi mar-rekwiżiti tar-regolament f’termini ta’ kontenut u format. Hija għamlet dan billi analizzat informazzjoni relevanti rrappurtata mill-AAs dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u billi ċċekkjat il-kalkolu tar-rata ta’ żball rrappurtata. Din l-analiżi kkunsidrat ukoll informazzjoni oħra dwar is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għal PO li kienet disponibbli għall-Kummissjoni.

5.48.

L-analiżi ta’ rapporti ta' kontrolli annwali (ACR) u ta’ opinjonijiet tal-verifika hija eżerċizzju estensiv fil-bidu ta’ kull sena. Dan fil-fatt jieħu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-verifika nazzjonali kollha riċevuti mill-awtoritajiet tal-verifika matul is-sena, kif ukoll riżultati tal-verifika oħrajn tal-Kummissjoni u tal-QEA. Barra minn hekk, fl-2012 is-servizzi tal-Kummissjoni wettqu missjonijiet ta’ inkjesta fuq il-post fi 11-il Stat Membru, biex tinġabar aktar evidenza / jinkisbu kjarifiki dwar l-ACR imressaq u b'mod partikolari dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rati ta' żball. Ir-riżultati ta’ din l-analiżi huma sors prinċipali tal-proċess tal-bini ta’ assigurazzjoni kif spjegat fl-AAR.

5.49.

Għall-2011, il-Kummissjoni kkunsidrat li r-rati ta’ żball rrappurtati fl-ACRs mill-AAs huma:

5.49.

(a)

affidabbli għal 363 mill-434 PO (84 %). Dawn it-363 PO jirrappreżentaw 67 % tal-infiq stmata għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013;

 

(b)

mhux affidabbli għal 71 PO (16 %). Dawn il-71 PO jirrappreżentaw 33 % tal-infiq stmat għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. Għal dawn il-PO, abbażi tal-valutazzjoni tagħha stess dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid ir-rata ta’ żball jew applikat rata ta’ żball fissa. Dawn ir-rati ta’ żball aġġustati mbagħad intużaw għall-istima tal-ammont ta’ “pagament f’riskju” żvelat mid-DĠ Politika Reġjonali u mid-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni fir-RAA tagħhom (30) (ara l-paragrafi 5.66 u 6.24).

(b)

Meta l-Kummissjoni setgħet tikkalkula mill-ġdid ir-rata ta’ żball, dan ifisser li hija kisbet informazzjoni addizzjonali u affidabbli jew fit-test tal-ACR innifsu jew wara li kkomunikat mal-awtorità tal-verifika. Il-Kummissjoni kkomunikat dawn ir-rati kkalkulati mill-ġdid lill-Awtoritajiet tal-Verifika konċernati li b’hekk ikunu jistgħu jipprovdu aktar informazzjoni affidabbli fl-eżerċizzju li jmiss.

Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni tippreżenta separatament fir-Rapporti ta' Attività Annwali rispettivi r-rati ta’ żball li tista’ tikkalkula mill-ġdid u dawk li kkunsidrat bħala mhux affidabbli. Għal dawn ir-rati ta’ żball mhux affidabbli biss, ir-riskju kien stmat abbażi ta’ rati fissi. Dan irrappreżenta 9 % u 7 % tal-ħlasijiet magħmula fl-2011 b'kollox rispettivament għad-DĠ Politika Reġjonali u d-DĠ Impjiegi.

5.50.

B’mod ġenerali, il-Qorti tikkunsidra li l-approċċ applikat mill-Kummissjoni huwa fil-prinċipju wieħed xieraq. Il-possibbiltà għall-Kummissjoni li tivvalida u, fejn meħtieġ, taġġusta r-rati ta’ żball żvelati mill-AAs nazzjonali fl-ACR tagħhom hija madanakollu limitata minħabba li l-AAs mhumiex meħtieġa mir-regolamenti li jipprovdu informazzjoni dwar il-verifiki tagħhom ta’ operazzjonijiet lill-Kummissjoni. Għall-ACRs tal-2011, id-DĠ Politika Reġjonali għalhekk organizza missjonijiet għat-tfittxija ta’ fatti fi 12-il AA fi 11-il Stat Membru biex jiċċara kif ġiet ikkalkulata r-rata ta’ żball rappurtata fl-ACR. B’mod simili, id-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni wettaq eżamijiet addizzjonali għal 12-il PO wara l-analiżi tiegħu tal-ACRs.

5.50.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni tal-Qorti għat-tieni sena konsekuttiva, minħabba li l-analiżi ta’ ACR u l-opinjonijiet tal-verifika jikkostitwixxu parti ewlenija tal-proċess ta' bini ta’ assigurazzjoni fir-Rapporti ta' Attività Annwali. Il-missjonijiet ta’ inkjesta organizzati mid-DĠ Politika Reġjonali u d-DĠ Impjiegi, abbażi ta’ dubji jew riskji identifikati, ippermettew li jtejbu d-dipendenza fuq ir-rati ta’ żball irrappurtati, jew f'xi każijiet li jkun hemm bażi soda għal kalkulazzjoni mill-ġdid tar-rati ta’ żball li ġew maqbula konġuntament mal-Awtorità tal-Verifika.

5.51.

Il-Qorti hija tal-opinjoni li l-Kummissjoni waslet għal konklużjonijiet xierqa mill-analiżijiet tagħha tal-ACRs u li l-Kummissjoni, abbażi tal-valutazzjoni tagħha, kienet aġġustat ir-rati ta’ żball rrappurtati fejn meħtieġ.

 

Valutazzjoni ta’ għeluq il-programm għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006

5.52.

Pagamenti relatati ma’ kull perjodu ta’ programmazzjoni ġeneralment jitkomplew għal xi snin wara t-tmiem tal-perjodu. Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006, il-benefiċjarji aħħarija ġew mogħtija l-permess iġarrbu nfiq sal-aħħar ta’ Ġunju 2009 (b’xi eċċezzjonijiet).

 

5.53.

L-għeluq ta’ PO huwa s-saldu finanzjarju ta’ kwalunkwe impenn baġitarju pendenti tal-UE lejn il-programm, permezz ta’ pagament tal-bilanċ finali dovut lill-Istat Membru jew permezz ta’ diżimpenn ta’ kwalunkwe bilanċ mhux użat jew permezz ta’ rkupru ta' kwalunkwe ammont imħallas bi żball.

 

5.54.

Il-Qorti nnutat f’rapport speċjali reċenti li, għal dawk il-programmi fejn il-Kummissjoni ma tistax tiddependi kompletament fuq il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, il-valutazzjoni finali tar-riskju li jifdal ta’ żball fil-programmi għandha ssir mill-Kummissjoni matul il-proċess kontinwu tal-għeluq (31).

5.54.

L-assigurazzjoni tal-Kummissjoni għal programmi 2000-2006 inbniet matul is-snin permezz ta’ ħidma sostanzjali ta’ verifika mwettqa mis-servizzi tal-Kummissjoni.

B’riżultat ta’ dan, is-servizzi tal-Kummissjoni akkwistaw għarfien estensiv tar-riżultati tal-verifika u tar-riskji marbutin ma’ kull Stat Membru, li jipprovdi bażi sostantiva għall-analiżi tad-dikjarazzjonijiet ta’ stralċ.

5.55.

L-Istati Membri huma meħtieġa jissottomettu tliet dokumenti lill-Kummissjoni għall-għeluq ta’ kull programm:

(a)

rapport finali ta’ implimentazzjoni pprovdut mill-awtorità ta’ ġestjoni dwar sa liema punt il-programm laħaq l-objettivi tiegħu u dwar ir-riżorsi finanzjarji użati;

(b)

dikjarazzjoni mill-korp ta’ stralċ, li tiġbor il-konklużjonijiet ta’ kontrolli mwettqa matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, u li tivvaluta l-validità tal-applikazzjoni għal pagament finali u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet koperti mid-dikjarazzjoni ċċertifikata ta’ nfiq;

(c)

dikjarazzjoni ċċertifikata ta’ nfiq, imfassla mill-awtorità tal-pagamenti, flimkien ma’ applikazzjoni għal pagament finali jekk il-bilanċ finali huwa favur l-Istat Membru.

 

5.56.

Wara l-approvazzjoni tar-rapport finali ta’ implimentazzjoni u analiżi tad-dokumenti ta’ stralċ, il-Kummissjoni tiddeċiedi l-ammont finali li għandu jitħallas, jiġi rkuprat jew diżimpenjat. Fejn ir-rata ta’ żball finali vvalidata mill-Kummissjoni teċċedi 2 % tat-total tal-infiq eliġibbli, il-Kummissjoni timponi korrezzjonijiet finanzjarji qabel ma tħallas il-bilanċ finali jew qabel ma titlob irkupru.

5.56.

Fil-qafas regolatorju 2000-2006, l-Istati Membri kellhom jivverifikaw kampjun ta’ operazzjonijiet abbażi tar-riskji u li jiżguraw ir-rappreżentattività tal-korpi prinċipali u tal-benefiċjarji.

Għalhekk, ir-rata ta’ żball irrapportata fl-għeluq mill-korp ta’ stralċ għandha tiġi analizzata bir-reqqa: l-azzjonijiet korrettivi kollha meħuda mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni matul l-implimentazzjoni jridu jiġu kkunsidrati sabiex ikun hemm konklużjoni dwar il-frekwenza tal-iżbalji u r-riskji reżidwi, qabel ma ssir evalwazzjoni ta’ korrezzjonijiet addizzjonali possibbli (ara l-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar l-Għeluq, il-paragrafi 3.6, 3.7 u 4.2 tal-Anness 2).

Jekk, abbażi ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni tiddetermina riskju residwu ogħla minn 2%, tiġi applikata korrezzjoni finanzjarja.

5.57.

Biex l-għeluq ikun effettiv, id-dikjarazzjonijiet ta’ stralċ għandhom ikunu affidabbli u l-Kummissjoni għandha tindirizza kwalunkwe dgħufija sinifikanti f’dawn id-dokumenti. Il-Qorti vvalutat jekk id-dokumenti tal-għeluq imressqa mill-Istati Membri kinux affidabbli u jekk il-Kummissjoni ttrattatx id-dokumenti b’mod xieraq.

5.58.

L-eżami tal-Qorti kopriet il-fażi inizjali tal-proċess tal-għeluq u kienet ibbażata fuq:

(a)

analiżi tal-proċeduri, tal-manwali, tal-listi ta’ kontroll, tal-għodod ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar fi ħdan id-DĠ Politika Reġjonali u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni;

(b)

eżami tal-valutazzjoni mill-Kummissjoni tad-dokumenti tal-għeluq għal kampjun ta’ 31 PO (kemm tal-FEŻR kif ukoll tal-FSE) fi tmien Stati Membri (32), li l-ebda wieħed minnhom ma kien ingħalaq formalment fiż-żmien meta saret il-verifika;

(c)

żjarat lil disa’ korpi ta’ stralċ f’2 Stati Membri, li jkopru 14 mill-31 programm kampjunati, u li jinkludu analiżi tad-data li hija l-bażi tal-informazzjoni rrappurtata fid-dokumenti tal-għeluq tagħhom.

5.57 u 5.58

Il-Qorti eżaminat il-valutazzjoni inizjali li l-Kummissjoni għamlet fuq dokumenti tal-għeluq imressqa mill-Istati Membri fil-kampjun tal-Qorti, hekk kif il-proċess tal-għeluq għal dawn il-programmi kien għadu qed jibda fil-mument tal-verifika tal-Qorti. Id-dgħufijiet fid-dikjarazzjonijiet ta’ stralċ irrappurtati mill-Qorti kienu ġew identifikati u analizzati mill-Kummissjoni qabel il-verifika tal-Qorti. Dawn id-dgħjufijiet ġew indirizzati mill-Kummissjoni matul il-proċess tal-għeluq wara l-verifika tal-Qorti u sar jew qed isir bħalissa xogħol ta’ verifika addizzjonali wara l-valutazzjoni inizjali tad-dokumenti tal-għeluq, fejn meħtieġ, biex jiġi konluż ir-riskju residwu. Korrezzjonijiet finanzjarji kienu applikati fejn xieraq.

5.59.

Il-Qorti sabet li l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, kienet ħadet passi bħall-ħruġ bikri ta’ linji gwida u d-diskussjoni regolari dwar kwistjonijiet ta’ għeluq. Dan fisser li l-proċess ta’ għeluq kien imħejji aħjar milli fil-perjodi preċedenti ta’ programmazzjoni.

5.59.

Il-Kummissjoni ssorveljat ukoll mill-qrib is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u x-xogħol tal-verifika matul l-implimentazzjoni tal-perjodu ta’ programmar 2000-06 sal-proċess tal-għeluq.

Bil-għan li jitjieb il-proċess tal-għeluq għall-programmi 2000-2006, il-linji gwida lill-Istati Membri dwar l-għeluq tal-Fondi Strutturali kienu ppubblikati f'Awwissu 2006, fil-ħin xieraq għall-bidu tal-proċess tal-għeluq. Il-Kummissjoni ddiskutiet kwistjonijiet tal-għeluq mal-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istati Membri waqt il-laqgħat bilaterali annwali regolari tagħhom. Il-Kummissjoni organizzat seminars dwar l-għeluq mal-Istati Membri f'Settembru 2008 u Diċembru 2009, żviluppat lista ta’ ‘mistoqsijiet frekwenti’ u organizzat laqgħat tekniċi mal-korpi responsabbli għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet tal-għeluq.

5.60.

Madanakollu, il-Qorti identifikat dgħufijiet li jimminaw l-affidabbiltà ta’ xi wħud mid-dokumenti tal-għeluq imressqa mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u enfasizzat dgħufijiet fil-proċeduri tal-Kummissjoni għall-valutazzjoni inizjali tad-dokumenti tal-għeluq. Is-sottomissjoni ta’ dokumenti mhux affidabbli mill-Istati Membri titfa' pressjoni addizzjonali fuq il-Kummissjoni billi żżid il-ħidma li għandha twettaq sabiex ikun żgurat li l-programmi jiġu magħluqa mingħajr żball materjali li jkun fadal.

5.60.

Il-Kummissjoni tqis li vvalutat il-każijiet kollha skont standards tal-verifika internazzjonali qabel il-verifika tal-Qorti u indirizzat b’mod xieraq ir-riskji kollha identifikati.

5.61.

Xi wħud mid-dokumenti tal-għeluq ivverifikati mill-Qorti kienu milquta mill-problemi li ġejjin:

5.61.

(a)

il-kontrolli tat-tieni livell fl-Istati Membri, li huma fundamentali għad-dikjarazzjonijiet ta’ stralċ, kienu milquta minn għadd ta’ dgħufijiet speċifiċi;

(a)

Il-Kummissjoni taqbel mal-valutazzjoni tal-Qorti rigward 5 każijiet minn 10 fil-bażi tal-osservazzjoni tal-Qorti.

L-osservazzjoni tal-Qorti kienet ġeneralment ibbażata fuq l-analiżi tal-Kummissjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ stralċ fi żmien il-verifika. Il-Kummissjoni sussegwentement ħadet azzjonijiet xierqa biex tittratta l-kwistjonijiet u ttaffi r-riskji residwi f’dawn il-każijiet. Fil-każijiet li jifdal, il-Kummissjoni tqis li l-kontrolli tat-tieni livell ġew imwettqa u rrapurtati kif kien xieraq fid-dikjarazzjonijiet ta’ stralċ.

(b)

id-dikjarazzjonijiet ta’ stralċ kien fihom informazzjoni inkompleta;

(b)

Il-Kummissjoni identifikat l-istess kwistjonijiet għal żewġ każijiet fil-bażi tal-osservazzjoni tal-Qorti fil-verifiki tagħha. Se jiġu proposti l-korrezzjonijiet finanzjarji xierqa fil-mument tal-għeluq.

Fil-każ taż-żewġ każijiet li jifdal, is-servizzi tal-Kummissjoni vvalutaw il-kompletezza tal-informazzjoni fid-dikjarazzjoni ta’ stralċ wara analiżi bir-reqqa.

(c)

il-korpi ta’ stralċ f’xi Stati Membri ppreżentaw dikjarazzjonijiet li kien fihom tnaqqis mhux ġustifikat tar-rati ta’ żball u l-opinjonijiet finali, li ma kinux konformi mar-riżultati tal-kontrolli (ara t- Tabella 5.2 ).

(c)

Fi tliet każijiet ikkwotati fit-Tabella 5.2, il-Kummissjoni tikkunsidra li t-tnaqqis tar-rati ta’ żball kienu debitament ġustifikati.

Is-servizzi tal-Kummissjoni vvalutaw l-opinjonijiet ta’ verifika pprovduti mill-korpi ta’ stralċ skont l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika, filwaqt li kkunsidraw ir-riżultati u l-evidenza kollha disponibbli tal-verifika, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ awtokorrezzjonijiet mill-Istati Membri li jmorru lil hinn minn żbalji individwali skoperti fil-kampjun verifikat. Fil-każijiet kollha, is-servizzi tal-Kummissjoni ħadu l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw il-kwistjonijiet identifikati, inkluż l-interruzzjoni tal-proċess tal-għeluq, it-talba ta’ informazzjoni addizzjonali u t-tnedija ta’ proċess li jwassal għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fejn meħtieġ.

Tabella 5.2 —   Effett ta’ tnaqqis mhux ġustifikat tar-rati ta’ żball finali rrappurtati fid-dikjarazzjonijiet ta’ stralċ

Programm Operazzjonali

Ammont totali ċċertifikat

( EUR )

Rata ta’ żball qabel l-irtirar ta’ żbalji atipiċi

Rata ta’ żball irrappurtata

Steiermark, l-Objettiv 2, FEŻR

1 643 131 021

2,9 %

0,7 %

West Midlands, l-Objettiv 2, FEŻR

2 131 670 207

10,6 %

6,47 %

Merseyside, l-Objettiv 1, FEŻR

2 495 941 228

2,8 %

1,1 %

Sqallija, l-Objettiv 1, FEŻR

5 557 834 587

11,0 %

1,2 %

Spanja Żvilupp Lokali, l-Objettiv 1, FEŻR

1 644 137 526

6,7 %

1,2 %

Nota: F’żewġ każijiet oħra (Franza l-Objettiv 3 FSE u West Wales and the Valleys fir-Renju Unit l-Objettiv 1 FEŻR), l-impatt tat-tnaqqis ma setax jiġi kwantifikat mill-informazzjoni fid-dokumenti tal-għeluq. It-tnaqqis fil-programm tal-FEŻR Spanjol jikkonċerna l-parti implimentata mill-amministrazzjoni lokali, li tirrappreżenta madwar 25 % tan-nefqa totali tal-programmi.

5.62.

Il-problemi identifikati mill-Qorti fid-dikjarazzjonijiet ta’ stralċ ippreżentati mill-Istati Membri jagħmluha diffiċli għall-Kummissjoni biex tivvaluta d-dikjarazzjonijiet u l-informazzjoni ta’ bażi. Għall-każijiet ivverifikati, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni kienet milquta minn dgħufijiet proċedurali relatati b’mod partikolari mal-użu ta’ kollegament bejn servizzi u l-monitoraġġ u r-rappurtar tal-proċess ta’ għeluq, kif ukoll minn xi nuqqasijiet fil-kontrolli tal-Kummissjoni.

5.62.

Il-Kummissjoni tqis li l-proċedura tal-għeluq tagħha ppermettiet l-identifikazzjoni ta’ kull riskju materjali li jifdal fil-mument tal-għeluq u tindirizzah billi twettaq xogħol ta’ verifika addizzjonali u/jew billi tapplika korrezzjonijiet finanzjarji xierqa.

Konsultazzjonijiet bejn is-servizzi tal-Kummissjoni, f'konformità ma' proċeduri stabbiliti miftiehma, kienu konsistentement imwettqa bl-eċċezzjoni ta’ ftit każijiet fejn in-nuqqas ta’ divulgazzjoni lil servizzi oħra ma kienet tinkludi l-ebda riskju. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-kwalità tar-rappurtar żdied maż-żmien, hekk kif aktar informazzjoni kwalitattiva dwar l-analiżi kontinwa kienet disponibbli. Il-Kummissjoni tinnota li l-kontrolli rrappurtati bħala nieqsa mill-Qorti ġew fil-fatt imwettqa mis-servizzi differenti fi ħdan id-direttorati ġenerali.

5.63.

Il-Qorti nnutat ukoll li f’erbgħa minn sitt programmi vverifikati li kienu soġġetti għal korrezzjonijiet finanzjarji matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, ir-rati ta’ żball xorta baqgħu għoljin wara, u dan juri l-persistenza ta’ sistemi dgħajfa ta’ ġestjoni u kontroll. Dan ikun jeħtieġ li l-Kummissjoni twettaq ħidma addizzjonali sabiex tikseb assigurazzjoni suffiċjenti fl-għeluq.

5.63.

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li, għall-4 programmi msemmija, minkejja korrezzjonijiet finanzjarji matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, ir-riskju residwu fl-għeluq jista’ jibqa’ għoli. Għaldaqstant, irrispettivament mill-korrezzjonijiet finanzjarji diġà implimentati, il-Kummissjoni vvalutat b’mod sistematiku r-riskju residwu fl-għeluq għall-programmi kollha u twettaq kontrolli addizzjonali għall-mitigazzjoni ta’ dan ir-riskju.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni inkludiet fil-verifiki tal-għeluq tagħha programmi fejn ikunu baqa’ xi kwistjonijiet pendenti, biex b’hekk tippermetti li tintlaħaq assigurazzjoni għolja fl-għeluq anki fil-każ ta’ dawn il-programmi.

5.64.

Fid-dawl tal-problemi misjuba mill-Qorti, b’mod partikolari fir-rigward tat-tnaqqis mhux ġustifikat tar-rati ta’ żball finali, il-Qorti tqis li għal 5 mill-31 programm ivverifikati hemm riskju li, sakemm il-Kummissjoni ma tiħux l-azzjoni meħtieġa matul l-istadji sussegwenti, l-għeluq għandu mnejn ikun ibbażat fuq dokumenti tal-għeluq inaffidabbli.

5.64.

Il-Kummissjoni tqis li fil-każijiet kollha kkwotati fil-valutzzjoni tal-Qorti r-riskji li fadal qed jiġu koperti b’mod adegwat matul il-proċess tal-għeluq li għaddej. Is-servizzi tal-Kummissjoni għamlu valutazzjoni bir-reqqa tad-dokumenti tal-għeluq u ħadu l-miżuri meħtieġa biex jindirizzaw il-kwistjonijiet identifikati, inklużi l-interruzzjoni tal-proċess tal-għeluq, it-talba ta’ informazzjoni addizzjonali, it-twettiq ta’ verifiki tal-għeluq u eventwalment għal xi programmi, l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji (ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 5.61(c)).

Affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni

5.65.

Il-Qorti vvalutat ir-rapporti ta’ attività annwali 2011 (RAA) u d-dikjarazzjonijiet ta’ akkumpanjament tad-Direttorati Ġenerali għall-Politika Reġjonali, tal-Mobilità u t-Trasport, u tal-Enerġija. B’mod partikolari, fir-rigward tar-regolarità ta’ pagamenti awtorizzati tul l-2011, il-Qorti:

(a)

ivvalutat ir-riżervi magħmula fir-RAA;

(b)

iċċekkjat il-konsistenza u l-preċiżjoni tal-kalkolu mill-Kummissjoni tar-rata ta’ żball residwu u l-ammonti ta’ “pagamenti f’riskju”.

 

DĠ Politika Reġjonali

5.66.

Id-DĠ Politika Reġjonali għamel stima li bejn 3,1 % u 6,8 % tal-pagamenti interim għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 awtorizzati matul l-2011 (dawn tal-aħħar ammontaw għal madwar EUR 29,8 biljun b’kollox) kienu f’riskju ta’ żball. Din il-valutazzjoni tal-“pagamenti f’riskju” tinkludi l-PO kollha; dawk taħt riżerva kif ukoll dawk mhux taħt riżerva. In-numru ta’ PO soġġetti għal riżerva mid-DĠ Politika Reġjonali żdied fl-2011 meta mqabbel mal-2010 minn 98 għal 123. Dan kien minħabba valutazzjoni aktar stretta mill-Kummissjoni. B’kollox, l-ambitu tar-riżervi finanzjarji magħmulin mid-DĠ Politika Reġjonali rrappreżentaw 31 % tat-total tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati matul is-sena. Skont ir-RAA, l-impatt ta’ dawn ir-riżervi rrappreżenta bejn 1,9 % u 4,3 % tal-pagamenti awtorizzati mid-DĠ Politika Reġjonali matul l-2011.

5.66.

Il-Kummissjoni tilqa’ r-referenza tal-Qorti għall-valutazzjoni aktar stretta tal-Kummissjoni tal-ammonti li jinsabu f’riskju, li kienet maħsuba biex tindirizza l-osservazzjonijiet magħmula mill-Qorti fir-Rapporti Annwali preċedenti tagħha.

5.67.

Il-Qorti tinnota li d-DĠ Politika Reġjonali ħareġ riżervi għal dawk il-PO tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 li għalihom l-Istat Membru kien għadu ma kkoreġiex b’mod adegwat dawk id-dgħufijiet identifikati matul il-proċess ta’ għeluq. Il-Kummissjoni ma kkwantifikatx dawn ir-riżervi (li l-Kummissjoni tirreferi għalihom bħala riżervi għal “raġunijiet ta’ reputazzjoni”). Bħalma jintwera mix-xogħol tal-Qorti għad fadal riskju li l-għeluq jista’ jkun ibbażat fuq dokumenti tal-għeluq mhux affidabbli li jwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji insuffiċjenti (ara l-paragrafi 5.60 sa 5.61 u r-Rapport Speċjali Nru 3/2012, il-paragrafi 65 sa 67).

5.67.

Kif indikat fit-tweġiba tagħha għall-paragrafu 5.62, il-Kummissjoni tqis li l-proċedura tal-għeluq tagħha ppermettiet li jiġu identifikati r-riskji materjali li jifdal fl-għeluq. Il-Kummissjoni għandha azzjonijiet li jtaffu fis-seħħ biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati fl-għeluq. Abbażai tal-istima tagħha tar-riskju, il-Kummissjoni twettaq verifiki tal-għeluq speċifiċi biex jivverifikaw u jivvalidaw il-kwalità tad-dikjarazzjoni ta’ stralċ.

L-informazzjoni pprovduta mill-korp ta’ stralċ (WUB) hija bbażata fuq l-informazzjoni kumulattiva tal-verifika li toriġina mis-sorsi kollha tal-verifika (verifiki nazzjonali, tal-Qorti u tal-Kummissjoni), inkluż minn verifiki addizzjonali mwettqa mal-għeluq mill-korp ta’ stralċ meta meħtieġ.

DĠ Mobilità u Trasport u DĠ Enerġija

5.68.

Id-DĠ Mobilità u Trasport u d-DĠ Enerġija stmaw li bejn wieħed u ieħor 4.5 % tal-pagamenti awtorizzati matul l-2011 fir-rigward tas-Sitt u s-Seba’ Programmi Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku kienu milquta minn żbalji. Għaldaqstant, inħarġu riżervi għal kull wieħed minn dawn iż-żewġ programmi ta’ nfiq miż-żewġ DĠ. B’kollox, ir-riżervi magħmulin mid-DĠ Mobilità u Trasport u d-DĠ Enerġija jkopru rispettivament 25,7 % u 18,8 % tat-total tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati matul is-sena. L-impatt konġunt ta’ dawn iż-żewġ riżervi rrappreżenta 0,9 % u 0,8 % tal-pagamenti awtorizzati mid-DĠ Mobilità u Trasport u d-DĠ Enerġija, rispettivament.

 

5.69.

Il-Qorti nnutat il-kwistjonijiet li ġejjin:

5.69.

(a)

kemm għad-DĠ Mobilità u Trasport kif ukoll għad-DĠ Enerġija, il-Qorti tikkunsidra li l-ammont ta’ “pagamenti f’riskju” huwa ddikjarati b’mod insuffiċjenti għall-parti tan-nefqa relatata mas-Seba’ Programm Qafas. Fiż-żewġ każijiet ir-riżerva li tikkonċerna s-Seba’ Programm Qafas (FP7) hija bbażata fuq ir-riżultati tal-verifiki mwettqa mid-DĠ Riċerka u d-DĠ Soċjetà Informatika. Verifiki mid-DĠ Mobilità u Trasport u mid-DĠ Enerġija għal proġetti tal-FP7 kienu madankollu wrew rati ta’ żball li kienu ogħla b’mod sinifikanti mir-rata ta’ żball stmata għall-programm qafas kollu kemm hu;

(a)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li ż-żewġ Direttorati Ġenerali segwew l-istruzzjonijiet permanenti meta kkwantifikaw l-ammont fir-riskju għall-FP7 (Seba’ Programm Qafas) billi użaw l-aħjar informazzjoni disponibbli.

Billi d-DĠ ENER u MOVE jimmaniġġjaw numru żgħir ta’ proġetti FP7, huma wettqu għadd żgħir ta' verifiki tal-FP7. Billi nstab li ma dan kienx rappreżentattiv biżżejjed, il-Kummissjoni ħasset xieraq li jintużaw ir-riżultati tan-numru konsiderevolment akbar ta' verifiki tal-FP7 każwali u rappreżentattivi imwettqa mid-DĠ RTD u INFSO.

Mill-2012, id-DĠs tal-Kummissjoni li jimmaniġġjaw proġetti ta’ riċerka se jkollhom Kampjun Rappreżentattiv Komuni tal-Verifika għall-FP7.

(b)

għad-DĠ Enerġija, il-Qorti tikkunsidra li l-ambitu tax-xogħol tal-verifika mwettqa fir-rigward tal-EEPR fl-2011 huwa insuffiċjenti fir-rigward tal-akkwist pubbliku.

(b)

Il-Kummissjoni se tqis l-osservazzjoni tal-Qrati fil-verifika tagħha ta’ kull wieħed mill-65 benefiċjarju ta' fondi tal-EEPR matul il-ħajja tal-EEPR.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

5.70.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti interim u finali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għall-grupp tal- politika, il-politika reġjonali, l-enerġija u t-trasport kienu milquta minn żball materjali.

5.70.

Il-Kummissjoni tinnota t-tnaqqis konsiderevoli fir-rata ta’ żball meta mqabbel mas-sena l-oħra li jikkonferma żvilupp pożittiv għat-tielet sena konsekuttiva.

Il-Kummissjoni tqis li dan huwa partikolarment riżultat tal-politika stretta tagħha ta' interruzzjonijiet/sospensjonijiet meta jiġu identifikati xi nuqqasijiet, skont il-Pjan ta’ Azzjoni tagħha tal-2008.

Il-Kummissjoni qed tieħu miżuri biex tikkoreġi l-iżbalji misjuba mill-Qorti inkluż billi tapplika korrezzjonijiet finanzjarji fejn xieraq, u biex tiffoka l-azzjonijiet tagħha fuq programmi li huma l-aktar riskjużi u/jew l-Istati Membri (34).

5.71.

Skont ix-xogħol tal-verifika tagħha dwar is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati, il-Qorti sabet li:

5.71.

(a)

l-awtoritajiet tal-verifika kienu parzjalment effettivi fl-iżgurar tar-regolarità tal-operazzjonijiet għall-FEŻR, l-FSE u l-FK tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013;

(a)

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-effettività u l-kwalità tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-verifika tvarja skont il-programm u l-Istat Membru, kif juru l-valutazzjoni tal-Qorti fil-paragrafu 5.41 u r-riżultati tax-xogħol tal-verifika tal-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 73 tar-Regolament 1083/2006, minn Lulju 2012 il-Kummissjoni qiegħda tiddependi formalment fuq ix-xogħol tat-13-il awtorità tal-verifika għall-FEŻR/FK u 9 awtoritajiet tal-verifika għall-FSE. Il-Kummissjoni se tkompli tirrevedi l-ħidma tal-awtoritajiet tal-verifika li jifdal u tissorvelja s-sitwazzjoni għal programmi li għalihom ġiet mogħtija ittra skont l-Artikolu 73.

(b)

il-proċeduri tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri kienu parzjalment effettivi fit-twettiq tal-fażi inizjali tal-proċess ta’ għeluq għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006.

(b)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li stabbilixxiet proċeduri robusti u gwida għall-proċess tal-għeluq, u tikkunsidra li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri wettqu xogħol importanti u professjonali biex jippermettu l-għeluq ta’ programmi u biex iżidu l-assigurazzjoni fl-għeluq. Il-Kummissjoni tqis ukoll li għamlet ħidma komprensiva fl-għeluq, analizzat bir-reqqa d-dokumenti kollha tal-għeluq, wettqet verifiki addizzjonali u inkjesti fejn meħtieġ, li f'ħafna każijiet wasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali biex jiġu applikati fl-għeluq biex jiġu indirizzati r-riskji li fadal.

5.72.

Il-verifiki tal-Qorti wrew li m’hemm l-ebda assigurazzjoni li l-mekkaniżmi ta’ korrezzjonijiet finanzjarji jikkumpensaw għall-PO kollha b’mod adegwat għall-iżbalji li nkixfu u li l-kwistjonijiet materjali kollha jiġu solvuti. Bl-istess mod m’hemm l-ebda evidenza li l-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni finanzjarja bilfors jissarrfu f’titjib dewwiemi tas-sistemi li jirriżulta fi prevenzjoni tar-rikorrenza tal-iżbalji skoperti (33).

5.72.

In-natura multiannwali tan-nefqa u taċ-ċiklu tal-kontroll tinkludi l-proċess tal-għeluq, fejn isiru kontrolli finali dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa u jsiru korrezzjonijiet finali fejn meħtieġ.

Il-proċess tal-għeluq għall-programmi 2007-2013 se jissaħħaħ aktar meta mqabbel mal-perjodu 2000-2006 jekk jiġu kkunsidrati b’mod partikolari r-rekwiżiti msaħħa għall-verifika ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv fuq bażi annwali u l-opinjonijiet annwali.

Barra minn hekk, għal għadd limitat ta’ POs, il-verifiki tal-Kummissjoni wrew ukoll li l-awtoritajiet tal-programmi għad iridu jtejbu s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll minkejja l-korrezzjonijiet applikati. F'tali każijiet jiġu applikati azzjonijiet addizzjonali mill-Kummissjoni, bħal interruzzjonijiet jew sospensjonijiet.

Fil-qafas legali għall-2014-2020, il-Kummissjoni pproponiet li żżid il-possibbiltà li tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji netti.

Rakkomandazzjonijiet

 

Ara t-tweġiba konġunta għall-paragrafi 1.12 – 1.13.

5.73.

Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni:

5.73.

Rakkomandazzjoni 1: tagħmel is-sistemi ta’ sanzjonijiet aktar effettivi billi żżid l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji u billi tnaqqas l-possibbiltà li l-infiq ineliġibbli jiġi sostitwit bi nfiq ieħor, hekk kif propost mill-Kummissjoni fil-qasam tal-koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss. Għandu jkun hemm suppożizzjoni li kull irregolarità mikxufa sussegwenti għall-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali se twassal għal korrezzjoni finanzjarja netta.

Il-Kummissjoni tqis li l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jissostitwixxu nefqa ineliġibbli li huma jiskopru ma’ waħda legali u regolari sabiex jottimizzaw l-użu tal-infiq ta’ Koeżjoni, li jikkontribwixxi għall-valur miżjud tiegħu u biex jiġu żgurati kontrolli effiċjenti fuq livell ta’ Stat Membru. Il-proposta tal-Kummissjoni għal qafas regolatorju 2014-2020 tistipula li “meta l-irregolaritajiet li jaffettwaw il-kontijiet annwali li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni jiġu identifikati mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta għandha tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi lill-programm operazzjonali (Art. 137.6)” u b’hekk il-possibbiltajiet ta’ rtirar / sostituzzjoni għas-sena finanzjarja li tkun għaddejja jkunu limitati. Din id-dispożizzjoni hija intenzjonata bħala inċentiv għal nefqa inkluża fil-kontijiet annwali ċertifikati li huma legali u regolari.

Rakkomandazzjoni 2: titlob konformità stretta mar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għall-finanzjament tal-UE, b’mod partikolari l-applikazzjoni korretta tar-regoli ta’ akkwist pubbliku tal-UE u dawk nazzjonali.

Il-Kummissjoni għamlet sforzi konsiderevoli biex tiżgura konformità stretta mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u l-applikazzjoni korretta ta’ regoli tal-akkwist pubbliku. Pereżempju:

Għall-politika reġjonali, ipprovdiet taħriġ u gwida dwar ir-regoli tal-eliġibbiltà lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-programmi biex jiżguraw li jitrasmettu dan l-għarfien lill-korpi kollha inkarigati mill-ġestjoni tal-fondi. Barra minn hekk, meta tidentifika regoli kumplessi fil-livell tal-programm, il-Kummissjoni tagħmel rakkomandazzjonijiet biex tissimplifika r-regoli. Il-Kummissjoni qasmet mal-Istati Membri analiżi tat-tipi ta’ żbalji tal-akkwist osservati fil-politika ta’ koeżjoni mill-verifiki tal-UE fis-snin preċedenti u nediet eżerċizzju biex jinġabru l-aħjar prattiki u tweġibiet possibbli mill-Istati Membri biex jirrimedjaw dawn l-iżbalji u jnaqqsu l-okkorrenza tagħhom.

Għall-programm TEN-T, konformità stretta mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà hija enfasizzata matul il-proċess ta’ finanzjament, pereżempju, il-gwida għall-applikanti fiha struzzjonijiet ċari dwar ir-rispett ta’ dawn ir-rekwiżiti. Ir-rispett ta’ dawn ir-regoli huwa konsegwentement iċċekkjat permezz ta’ kontrolli tal-kampjuni meta jsiru l-ħlasijiet intermedjarji u finali.

Rakkomandazzjoni 3: tindirizza nuqqasijiet fil-“kontrolli tal-ewwel livell” fil-livell tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-korpi intermedji għall-FEŻR u għall-FK, fejn xieraq permezz ta’ miżuri ta’ taħriġ u materjal ta’ gwida speċifiku.

Il-Kummissjoni ilha tagħti linji gwida lill-Istati Membri dwar kif l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw il-verifiki ta’ ġestjoni tagħhom.

Barra minn hekk, fl-2009 il-Kummissjoni żviluppat linji gwida komprensivi għall-kontrolli tal-ewwel livell u l-għodda ta’ awtovalutazzjoni għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni, li jistgħu jużaw biex itejbu l-funzjonament tagħhom. Barra minn hekk, fl-2011 il-Kummissjoni żviluppat u tat lill-awtoritajiet tal-verifika listi ta’ kontroll għall-verifika ta’ verifiki ta’ ġestjoni li jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet amministrattivi nfushom, bħala punt ta’ referenza.

Rakkomandazzjoni 4: dwar is-sistema ta’ kontroll għall-awtoritajiet tal-verifika fil-qasam tal-koeżjoni:

 

tipprovdi gwida ulterjuri lill-AAs għall-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, b'mod partikolari fuq il-kampjunar, l-ambitu tal-verifikazzjonijiet li għandhom jitwettqu għall-verifiki ta’ proġetti u l-kontroll tal-kwalità;

Sa mill-bidu tal-perjodu tal-ipprogrammar, il-Kummissjoni pprovdiet gwida dettaljata u teknika, offriet taħriġ u mexxiet laqgħat tekniċi mal-awdituri tal-awtoritajiet nazzjonali tal-verifika. Barra minn hekk, il-gwida dwar l-ambitu u l-limitu tal-verifiki fuq l-operazzjonijiet li ngħatat taħt il-perjodu tal-ipprogrammar 2000-2006 għadha valida peress li dawn il-verifiki ma jvarjawx b’mod sinifikanti bejn iż-żewġ perjodi tal-ipprogrammar. Safejn hu kkonċernat it-teħid ta’ kampjuni, kienet organizzata laqgħa ta’ ħidma speċifika mill-Kummissjoni f'Ġunju 2012.

tinkoraġġixxi l-AAs biex iwettqu verifiki speċifiċi tas-sistema dwar “kontrolli tal-ewwel livell” magħmulin minn awtoritajiet ta’ ġestjoni u korpi intermedji.

Il-Kummissjoni qed timplimenta b’mod attiv din ir-rakkomandazzjoni u se tkompli tagħmel hekk. Meta l-Kummissjoni tidentifika dgħufijiet fil-verifiki tal-ġestjoni (permezz ta’ diversi riżultati tal-verifiki fuq livell nazzjonali jew Komunitarju), titlob lill-awtorità tal-verifika biex tirrevedi l-istrateġija ta’ verifika tagħha u l-pjan tal-verifika biex tinkludi verifiki mmirati fuq il-verifiki tal-ġestjoni jew, alternattivament, wara valutazzjonijiet tar-riskju riveduti, twettaq direttament tali verifiki (taħt l-inkjesta tal-verifika tagħha “tnaqqis fid-differenza ta’ assigurazzjoni”). Barra minn hekk, abbażi ta’ valutazzjoni tal-funzjonament ta’ verifika tal-ġestjoni fuq il-programmi kofinanzjati kollha bbażata fuq ir-riżultati kollha tal-verifika disponibbli, f'Ottubru 2011 il-Kummissjoni ħeġġet lill-awtoritajiet tal-verifika biex jagħtu attenzjoni partikolari fis-sistemi tagħhom lill-verifiki għal kontrolli tal-ewwel livell (ara Homologues Group, grupp ta’ ħidma apposta dwar ir-rwol ta’ awtoritajiet tal-verifika biex jikkontribwixxu għat-titjib ta’ verifiki ta’ ġestjoni).

Rakkomandazzjoni 5: sabiex il-proċedura għall-għeluq ta’ programmi multiannwali fil-qasam tal-koeżjoni ssir aktar effiċjenti:

 

tfakkar lill-Istati Membri biex jiżguraw li d-dikjarazzjonijiet finali ppreżentati għall-programmi 2007-2013 ikunu affidabbli,

Il-qafas regolatorju 2007-2013 jipprevedi rekwiżiti pjuttost differenti għall-verifika ta’ kampjuni ta’ statistika rappreżentattiva fuq bażi annwali, li fuqhom jissejsu l-opinjonijiet formali ta’ verifika tal-awtoritajiet tal-verifika. Dan jikkostitwixxi aktar tisħiħ tad-dikjarazzjonijiet tal-għeluq, li jippermetti l-identifikazzjoni tar-riskju residwu wara li l-korrezzjonijiet kollha jkunu ttieħdu matul l-implimentazzjoni tal-programm. Għandu jiġi nnutat ukoll li linji gwida għall-għeluq tal-2007-2013 diġà kienu preżentati lill-Istati Membri waqt il-laqgħa tal-COCOF f'Ġunju 2012.

teżamina d-dgħufijiet speċifiċi identifikati mill-Qorti fid-dikjarazzjonijiet ta’ stralċ għall-għeluq tal-programmi 2000-2006,

Dawn id-dgħufijiet ġew identifikati u indirizzati mill-Kummissjoni.

tikkunsidra jekk dawn il-problemi seħħewx ukoll għal PO oħra, u tapplika korrezzjonijiet finanzjarji fejn meħtieġ,

B’mod aktar ġenerali, il-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa kull dikjarazzjoni ta’ stralċ u tasal għal konklużjonijiet, inkluża l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fejn ikun meħtieġ.

tiżgura li l-verifiki kontinwi ta’ għeluq jindirizzaw b’mod adegwat il-kwistjonijiet imressqa mill-Qorti.

Il-Kummissjoni hija fiduċjuża li l-proċess tal-għeluq tagħha jippermetti li jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji xierqa fil-mument tal-għeluq, ladarba s-servizzi tagħha jkunu wettqu l-valutazzjoni meħtieġa tad-dokumenti tal-għeluq kollha riċevuti u tal-informazzjoni addizzjonali mitluba, u filwaqt li jkunu kkunsidraw l-evidenza miġbura matul il-verifiki tal-għeluq.

(1)  Strumenti oħra tal-politika reġjonali jinkludu l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni li jappoġġja miżuri ta’ kooperazzjoni reġjonali u transkonfinali fil-pajjiżi Balkani tal-Punent, it-Turkija u l-Islanda, u l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, li jipprovdi appoġġ f’każ ta’ diżastri naturali fl-Istati Membri.

(2)  L-FEŻR u l-FSE jipprovdu appoġġ għal impriżi żgħar u medji (SMEs) permezz ta’ għotjiet u Strumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja. Ara r-Rapport Speċjali Nru 2/2012, “L-istrumenti finanzjarji għall-SMEs kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali” (http://eca.europa.eu).

(3)  Fl-2011, EUR 29,9 biljun jew 93 % kienu relatati mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, filwaqt li EUR 2,4 biljun (7 %) kienu għall-perjodu 2000-2006.

(4)  Għas-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-Qorti dwar l-FSE ara l-Kapitolu 6.

(5)  B’kollox, 434 PO ġew approvati mill-Kummissjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013: 317 għall-FEŻR/FK (li minnhom 24 PO fihom proġetti tal-FK), u 117 għall-FSE.

(6)  Korpi Intermedji huma korpi pubbliċi jew privati li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità ta’ ġestjoni u li jwettqu d-dmirijiet f’isimhom.

(7)  Barra minn hekk, l-AAs huma meħtieġa li jissottomettu kopji ta’ rapporti ta’ verifika tas-sistema lill-Kummissjoni. Ġeneralment, għall-verifiki ta’ operazzjonijiet, l-ebda rapport tal-verifika ma jintbagħat lill-Kummissjoni.

(8)  Ara l-Artikolu 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(9)  L-Artikolu 72 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

(10)  L-Artikolu 39(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1); l-Artikoli 91 u 92 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

(11)  L-Artikolu 99 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

(12)  Madwar 41 % tan-nefqa tal-enerġija u t-trasport hija għal Netwerks Trans-Ewropej (TEN), 28 % hija għal proġetti ta’ enerġija konvenzjonali u rinnovabbli u 11 % oħra għal proġetti ta’ riċerka prinċipalment iffinanzjati mill-Programmi Qafas dwar ir-Riċerka. Iż-żewġ kategoriji prinċipali l-oħra ta’ nfiq huma għal proġetti li jikkonċernaw it-trasport intern, bl-ajru u bil-baħar 7 % u l-enerġija nukleari 6 %.

(13)  L-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u l-Impriża konġunta SESAR (Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew).

(14)  Dan il-kampjun jinkludi 180 pagament li saru lil 129 proġett tal-FEŻR, 39 proġett tal-FK, 8 proġetti tal-Enerġija u 4 proġetti tat-Trasport. 148 tal-pagamenti lill-proġetti FEŻR/FK huma relatati mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 u 20 mal-perjodu 2000-2006. Il-kampjun ittieħed mill-pagamenti kollha, bl-eċċezzjoni tal-pagamenti bil-quddiem li ammontaw għal EUR 1,4 biljun fl-2011.

(15)  Ix-xogħol ta’ verifika tal-Qorti dwar l-AAs kien jikkonsisti: (a) f’eżami ta’ kampjun ta’ seba’ AAs (u, fejn applikabbli, korpi tal-verifika ddelegati) f’ seba’ Stati Membri (ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Italja (Sqallija), il-Latvja, l-Ungerija, il-Portugall u r-Rumanija); u (b) f’analiżi tal-attivitajiet superviżorji tal-Kummissjoni fir-rigward tal-AAs inġenerali. Ara r-Rapport Annwali 2010, il-paragrafi 4.37 sa 4.44.

(16)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha ta’ żball minn kampjun statistiku rappreżentattiv. Il-figura kkwotata hija l-aħjar stima (magħrufa bħala l-MLE). Il-Qorti għandha 95 % fiduċja li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni qiegħda bejn LEL 3,0 % u UEL 9,0 % (il-limiti ta’ żball inferjuri u superjuri rispettivament).

(17)  Ara l-Kummissjoni Ewropea. “Analysis of errors in the Cohesion Policy for the years 2006-2009” (Analiżi ta’ żbalji fil-Politika ta’ Koeżjoni għas-snin 2006-2009) (SEC(2011) 1179, 5.10.2011).

(18)  Għal 41 % tal-298 proċedura ta’ akkwist pubbliku vverifikati mill-Qorti, il-valur tal-kuntratt kien ogħla mil-limitu li għamilhom soġġetti għar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE kif trasposti fil-liġi nazzjonali.

(19)  Dan l-ammont jirrappreżenta l-infiq totali għall-kuntratti mogħtija, li parti minnu ġiet iċċertifikata skont id-dikjarazzjonijiet tal-infiq ivverifikati.

(20)  Aktar informazzjoni dwar l-approċċ tal-Qorti fir-rigward tal-kwantifikazzjoni ta’ żbalji tal-akkwist pubbliku hija mniżżla fl- Anness 1.1 , il-punti 10 u 11.

(21)  L-AAs issostitwixxew l-awtoritajiet ta’ kontroll inkarigati mill-“kontrolli tal-Artikolu 10” u mid-“dikarazzjonijiet ta’ stralċ tal-Artikolu 15”. Ara l-Artikoli 10 sa 15 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2001 (ĠU L 63, 3.3.2001, p. 21).

(22)  63 minn dawn l-AAs huma komuni għat-tliet fondi kollha. 18-il AA huma biss għall-PO tal-FEŻR/FK u 31 AA huma biss għall-PO tal-FSE.

(23)  Kull AA tista' tipproduċi ACR wieħed jew aktar li jista’ jkun relatat ma’ PO wieħed jew aktar.

(24)  L-ACRs u l-opinjonijiet annwali huma bbażati fuq is-sejbiet tal-verifiki tal-AAs dwar infiq iċċertifikat lill-Kummissjoni fis-sena finanzjarja preċedenti tal-UE (ara l-Artikolu 62(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006).

(25)  Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq punteġġ ta’ riskju intern u l-ammont totali ta’ kofinanzjament tal-UE għall-PO vverifikati mill-AA. Fl-2010, tmien AAs kienu soġġetti għall-valutazzjoni dettaljata mill-Qorti. Ara r-Rapport Annwali 2010, il-paragrafi 4.37 sa 4.44.

(26)  B’mod partikolari, kif indikat fl- Anness 5.2 , l-AAs kienu vvalutati bħala “mhux effettivi” jekk il-Qorti identifikat nuqqasijiet sinifikanti fil-ACR u/jew l-opinjoni annwali jew jekk kien hemm dgħufijiet persistenti fl-elementi essenzjali tal-ħidma tal-AAs li dgħajfet l-affidabbiltà tal-ACRs u tal-opinjonijiet annwali.

(27)  Il-COCOF huwa kumitat permanenti tal-Kummissjoni Ewropea. Il-funzjoni tiegħu huwa li jiddiskuti suġġetti relatati mal-applikazzjoni ta’ regolamenti li jirregolaw l-FEŻR, l-FSE u l-FK. Il-laqgħat tiegħu huma ppreseduti mill-Kummissjoni Ewropea u jattenduwhom uffiċjali mill-Istati Membri.

(28)  Fl-2011, id-DĠ Politika Reġjonali wettaq inkjesti għal 14-il AA fir-rigward tal-FEŻR u l-FK. Id-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni wettaq eżamijiet speċifiċi ta’ 42 PO għall-FSE. Dan inkluda wkoll analiżi tal-AAs inkarigati mill-PO eżaminati.

(29)  Dawn l-14-il AA għad-DĠ Politika Reġjonali u seba’ AA għad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni huma addizzjonali ma’ dawk analizzati mill-Qorti fl-2010 (ara r-Rapport Annwali 2010, il-paragrafu 4.42).

(30)  Ara r-RAA għad-DĠ Politika Reġjonali, it-tabella dwar “Shared management: assessment of national control systems” (Ġestjoni kondiviża: valutazzjoni tas- sistemi ta’ kontroll nazzjonali), p. 121, u r-RAA għad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni, p. 76.

(31)  Il-paragrafu 65 tar-Rapport Speċjali 3/2012: “Il-Fondi Strutturali — Il-Kummissjoni kellha suċċess biex tittratta n-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri?” (http://eca.europa.eu).

(32)  Il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija u r-Renju Unit. Għall-Italja, il-verifika twettqet f’koordinazzjoni mal-Istituzzjoni Suprema tal-Verifika Taljana (Corte dei Conti Italiana) abbażi ta’ Memorandum ta’ Ftehim u Dikjarazzjoni Konġunta ffirmati mill-Presidenti tal-Corte dei Conti u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Għal din il-verifika, l-attivitajiet koordinati essenzjalment koprew il-ġbir ta’ evidenza tal-verifika.

(33)  Ara r-Rapport Annwali 2010, il-paragrafu 1.25; u r-Rapport Speċjali Nru 3/2012.

(34)  Kif muri fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal “Analiżi ta' żbalji fil-Politika ta’ Koeżjoni għas-snin 2006-2009” (ara SEC(2011) 1179 tal-5/10/2011) u fl-AAR tad-DĠ Politika Reġjonali għall-2011.

(35)  Il-verifika tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-kapitolu 9.

ANNESS 5.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-POLITIKA REĠJONALI, L-ENERĠIJA U T-TRASPORT

 

2011

2010

2009

2008

FEŻR

FK

Enerġija

Trasport

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet (li minnhom):

129

39

8

4

180

177

165

140

Pagamenti bil-quddiem

0

0

0

0

0

0

20

9

Pagamenti interim/finali

129

39

8

4

180

177

145

131

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon (għadd) tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

49 %

(63)

18 %

(7)

38 %

(3)

0 %

(0)

41 %

(73)

43 %

64 %

49 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

51 %

(66)

82 %

(32)

62 %

(5)

100 %

(4)

59 %

(107)

57 %

36 %

51 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta’ nfiq

Pagamenti bil-quddiem

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

M/A

3 %

0 %

Pagamenti interim/finali

97 %

100 %

Analiżi skont it-tip ta’ żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

58 %

(38)

81 %

(26)

20 %

(1)

75 %

(3)

64 %

(68)

60 %

59 %

41 %

Żbalji kwantifikabbli:

42 %

(28)

19 %

(6)

80 %

(4)

25 %

(1)

36 %

(39)

40 %

41 %

59 %

Eliġibbiltà

96 %

(27)

100 %

(6)

100 %

(4)

0 %

(0)

94 %

(37)

97 %

71 %

93 %

Okkorrenza

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

100 %

(1)

3 %

(1)

0 %

0 %

0 %

Preċiżjoni

4 %

(1)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

3 %

(1)

3 %

29 %

7 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

6,0 %

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

9,0 %

 

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

3,0 %

 

 

 


(1)  Biex jittejjeb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta’ riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  Numri kkwotati fil-parenteżi jirrappreżentaw l-għadd reali ta’ tranżazzjonijiet.

ANNESS 5.2

RIŻULTATI TAL-EŻAMI TAS-SISTEMI GĦALL-KOEŻJONI (POLITIKA REĠJONALI U IMPJIEGI, AFFARIJIET SOĊJALI U INKLUŻJONI)

Valutazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll magħżula: Awtoritjiet tal-Verifika (AA) — konformità mar-rekwiżiti regolatorji ewlenin u effettività fl-iżgurar tar-regolarità tal-operazzjonijiet

Rekwiżiti ewlenin ittestjati mill-Qorti

 

ir-Repubblika Ċeka AA għal FEŻR/FK/FSE

il-Greċja AA għal FEŻR/FK/FSE

l-Italja-Sqallija AA għal FEŻR/FK/FSE

il-Latvja AA għal FEŻR/FK/FSE

l-Ungerija AA għal FEŻR/FK/FSE

il-Portugall AA għal FEŻR/FK/FSE

ir-Rumanija AA għal FEŻR/FK/FSE

Aspetti ġenerali

L-istruttura tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm operazzjonali tipprovdi għal definizzjoni, allokazzjoni u separazzjoni xierqa tal-kundizzjonijiet fi ħdan l-AA u bejn l-AA u korpi oħra kompetenti u tal-kontoll

Mhux konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Kopertura tal-manwal tal-verifika

Eżistenza ta’ manwal tal-verifika (kemm għall-verifiki dwar is-sistemi kif ukoll għall-verifiki dwar l-operazzjonijiet), li huwa f’konformità ma’ standards ta’ verifika aċċettati internazzjonalment u jiddeskrivi b’mod ċar il-proċeduri tal-verifika

Parzjalment konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Metodoloġija tal-verifika għall-verifika tas-sistemi

Il-ħidma tal-verifika mwettqa mill-AA biex tevalwa l-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll hija bbażata fuq lista ta’ kontroll li fiha mistoqsijiet li jikkonfermaw rekwiżiti ewlenin tar-regolamenti applikabbli (speċifikati għal MAs, IBs u CAs) u kriterji ta’ valutazzjoni xierqa għal kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ewlenin

Parzjalment konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Analiżi tal-verifiki dwar is-sistemi

Il-pjan tal-verifika tal-AA kien ġie implimentat skont l-istrateġija tal-verifika approvata għall-perjodu, verifiki dwar is-sistemi saru skont il-metodoloġija stabbilita mill-AA u l-fażijiet kollha tal-verifiki dwar is-sistemi ġew iddokumentati kif suppost

Mhux effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Metodoloġija tal-kampjunar għall-verifiki tal-operazzjonijiet

Metodoloġija xierqa tal-kampjunar għal verifiki ta’ operazzjonijiet ġiet speċifikata biex twettaq il-kampjun ta’ operazzjonijiet li għandhom jiġu vverifikati għall-perjodu taħt reviżjoni

Parzjalment konformi

Konformi

Parzjalment konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Kampjunar għall-verifiki tal-operazzjonijiet

Il-metodoloġija tal-kampjunar għall-verifiki tal-operazzjonijiet ġiet użata kif speċifikata għall-kampjunar ta’ operazzjonijiet li għandhom jiġu vverifikati għall-perjodu taħt reviżjoni

Parzjalment effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Metodoloġija tal-verifika għall-verifiki tal-operazzjonijiet

Il-ħidma tal-verifika mwettqa biex tiġi eżaminata r-regolarità tal-operazzjonijiet hija bbażata fuq lista ta’ kontroll li fiha mistoqsijiet li jikkonfermaw ir-rekwiżiti tar-regolament applikabbli fuq livell ta’ dettall suffiċjenti biex jindirizzaw ir-riskji assoċjati

Mhux konformi

Parzjalment konformi

Konformi

Konformi

Parzjalment konformi

Konformi

Parzjalment konformi

Analiżi tal-verifiki tal-operazzjonijiet

Il-verifiki tal-operazzjonijiet kienu ġew implimentati skont il-kampjun magħżul għall-perjodu, twettqu b’konformità mal-metodoloġija stabbilita mill-AA u l-fażijiet kollha tal-verifika tal-operazzjonijiet ġew dokumentati kif suppost

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi

Twettiq mill-ġdid tal-verifiki dwar l-operazzjonijiet

It-twettiq mill-ġdid mill-Qorti tal-verifiki tal-AA tal-operazzjonijiet irriżultaw f’sejbiet simili għal dawk tal-AA, kif irrappurtat lill-Kummissjoni

Mhux effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Rapport tal-kontroll u opinjoni tal-verifika annwali

Ir-rapport tal-kontroll u l-opinjoni tal-verifika annwali ġew stabbiliti f'konformità mar-rekwiżiti regolatorji u l-gwida miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u r-rapport u l-opinjoni huma konsistenti mar-riżultati tal-verifiki dwar is-sistemi u l-verifiki fuq operazzjonijiet imwettqa mill-AA

Mhux konformi

Konformi

Parzjalment konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Parzjalment konformi

Valutazzjoni ġlobali  (1)

 

Mhux effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi


(1)  Fir-rigward tal-eżaminazzjoni tal-AA tas-sena l-oħra (ara r-Rapport Annwali 2010, l-Anness 4.2), il-kriterji li ġejjin huma applikati biex jiksbu l-valutazzjoni globali tal-AA fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi ewlenin ittestjati:

(a)

Effettivi”: il-valutazzjoni tar-rekwiżit ewlieni “Rapport tal-kontroll u opinjoni tal-verifika annwali” hija “Konformi” u l-valutazzjonijiet tar-rekwiżiti ewlenin “Analiżi tal-verifiki dwar is-sistemi”, “Kampjunar”, “Analiżi tal-verifiki tal-operazzjonijiet” u “Twettiq mill-ġdid tal-verifiki dwar l-operazzjonijiet” huma “Effettivi”.

(b)

Parzjalment Effettivi”: il-valutazzjoni tar-rekwiżit ewlieni “Rapport tal-kontroll u opinjoni tal-verifika annwali” hija mill-inqas “Parzjalment konformi” u l-valutazzjonijiet tar-rekwiżiti ewlenin “Analiżi tal-verifiki dwar is-sistemi”, “Kampjunar”, “Analiżi tal-verifiki tal-operazzjonijiet” u “Twettiq mill-ġdid tal-verifiki dwar l-operazzjonijiet” huma mill-inqas “Parzjalment effettivi”.

(c)

Mhux effettivi”: il-valutazzjoni tar-rekwiżit ewlieni “Rapport tal-kontroll u opinjoni tal-verifika annwali” hija “Mhux konformi” jew inkella l-valutazzjonijiet ta’ mill-inqas wieħed mir-rekwiżiti ewlenin “Analiżi tal-verifiki dwar is-sistemi”, “Kampjunar”, “Analiżi tal-verifiki tal-operazzjonijiet” u “Twettiq mill-ġdid tal-verifiki dwar l-operazzjonijiet” huma “Mhux effettivi”.


KAPITOLU 6

Impjiegi u affarijiet soċjali

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Objettivi tal-politika

Strumenti tal-politika

Riskji għar-regolarità

Ambitu u approċċ tal-verifika

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Effettività tas-sistemi

Eżami approfondit ta’ żewġ Awtoritajiet tal-Verifika (AAs)

Valutazzjoni tas-sorveljanza tal-AAs mill-Kummissjoni

Affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

6.1

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika mill-Qorti tal-grupp tal-politika 04 — Impjiegi u affarijiet soċjali. Informazzjoni ewlenija dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq fl-2011 hija pprovduta fit- Tabella 6.1 .

 

6.2

Il-politika tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali hija fil-biċċa l-kbira ffinanzjata permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE), li huwa rregolat mill-istess regoli bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK) kif deskritt fil-Kapitolu 5. Dispożizzjonijiet addizzjonali għall-FSE huma mniżżlin f'regolament speċifiku. Għal kwistjonijiet komuni għat-tliet fondi kollha, qed issir referenza f'dan il-kapitolu għall-Kapitolu 5.

 

Tabella 6.1 —   Impjiegi u affarijiet soċjali — Informazzjoni ewlenija 2011

(EUR miljun)

Titolu tal-baġit

Qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod ta’ ġestjoni

04

Impjiegi u affarijiet soċjali

Nefqa amministrattiva

93

Ċentralizzata u diretta

Fond Soċjali Ewropew

9 966

Kondiviża

Naħdmu fl-Ewropa — Djalogu soċjali u mobilità

59

Ċentralizzata u diretta

Impjieg, solidarjetà soċjali u ugwaljanza bejn is-sessi

132

Ċentralizzata u diretta

Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

114

Kondiviża

Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni

28

Deċentralizzata

 

10 392

 

Total tan-nefqa amministrattiva (4)

93

 

Total tan-nefqa operazzjonali

10 299

 

Li minnhom:

pagamenti bil-quddiem

128

 

pagamenti interim/finali

10 171

 

Total tal-pagamenti għas-sena

10 392

 

Total tal-impenji għas-sena

11 638

 

Sors: Il-kontijiet annwali 2011 tal-Unjoni Ewropea.

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Objettivi tal-politika

6.3

Il-grupp tal-politika tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali jifforma parti mill-politika ta’ koeżjoni tal-UE, li għandha l-għan li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali ġewwa l-UE billi tnaqqas id-distakk fil-livell ta’ żvilupp bejn ir-reġjuni. B'mod speċifiku, l-objettivi prinċipali tal-politika tal-impjiegi u dik soċjali tal-UE huma li jiġi miġġieled il-qgħad, li jiġu żviluppati r-riżorsi umani u li tiġi promossa l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol.

 

Strumenti tal-politika

6.4

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) huwa l-għodda prinċipali għall-implimentazzjoni tal-politika tal-impjiegi u dik soċjali, u jirrappreżenta 97 % tan-nefqa fil-qasam tal-politika fl-2011. L-FSE jiffinanzja investimenti fil-kapital uman matul it-taħriġ u miżuri oħra tal-impjieg.

 

6.5

Infiq ieħor jieħu l-forma ta’ sussidji u għotjiet lil organizzazzjonijiet li jimplimentaw u jikkoordinaw azzjonijiet soċjali u tal-impjiegi. Dan jinkludi finanzjament għan-netwerk tas-Servizzi Ewropej tal-Impjiegi (EURES), li jiżviluppa l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi, u l-programm ta’ progress, li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika fl-Istati Membri permezz ta’ studji, analiżi u miżuri oħra.

 

6.6

Jingħata finanzjament ukoll lill-Aġenziji tal-UE: l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.

 

6.7

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) jappoġġa l-ħaddiema tal-UE li ma jkunx għad hemm bżonnhom minħabba f'bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u minħabba l-kriżi finanzjarja u ekonomika. L-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) jipprovdi appoġġ għal pajjiżi kandidati fl-iżvilupp tar-riżorsi umani.

 

Ġestjoni u kontroll tal-infiq

6.8

In-nefqa tal-FSE hija soġġetta għal ġestjoni kondiviża mill-Kummissjoni u l-Istati Membri. L-FSE huwa rregolat mis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-infiq għall-koeżjoni fit-totalità tiegħu, kif deskritt fil-kapitolu preċedenti (il-paragrafi 5.8 sa 5.14).

6.8.

Għalkemm, kif imsemmi fil-paragrafu 5.8, is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll għall-FSE, għall-FEŻR u għall-FK huma rregolati minn regoli komuni, fil-prattika l-biċċa l-kbira tal-programmi operattivi tal-FSE għandhom l-awtoritajiet u s-sistemi ta’ kontroll speċifiċi tagħhom stess.

6.9

L-FEG ukoll huwa implimentat permezz ta’ ġestjoni kondiviża. Għall-FEG, l-awtorità baġitarja tiddeċiedi dwar l-approprjazzjonijiet u l-Kummissjoni tanalizza l-applikazzjonijiet għall-finanzjament ippreżentati mill-Istati Membri u tapprova l-pagamenti. L-istrument għall-IPA huwa implimentat permezz ta’ ġestjoni deċentralizzata filwaqt li n-nefqa l-oħra għall-impjiegi u soċjali hija implimentata taħt ġestjoni ċentralizzata u diretta.

 

Riskji għar-regolarità

6.10

Ir-riskji prinċipali għan-nefqa tal-FSE huma relatati man-natura intanġibbli tal-investimenti fil-kapital uman (bħal korsijiet ta’ taħriġ), id-diversità tal-attivitajiet kofinanzjati u l-involviment ta’ ħafna msieħba, spiss ta’ skala żgħira, fl-implimentazzjoni tal-proġetti. Dawn il-fatturi jistgħu jwasslu biex spejjeż ineliġibbli jiġu aċċettati jew għal żbalji fil-kalkolu li jolqtu l-preċiżjoni ta’ klejms, li mbagħad ma jinqabdux mis-sistemi stabbiliti.

6.10.

Il-Kummissjoni ħadet azzjonijiet speċifiċi sabiex ittaffi r-riskji identifikati, li jinkludu b'mod partikolari miżuri preventivi u korrettivi, bħal gwida, taħriġ, u interruzzjonijiet ta’ ħlasijiet.

6.11

Għall-FEG, ir-riskju prinċipali huwa li l-applikazzjonijiet fihom informazzjoni li mhix preċiża, li l-Kummissjoni ma ndunatx biha waqt approvazzjoni jew f'kontrolli sussegwenti. Għall-IPA, ir-riskju prinċipali huwa relatat mal-abbiltà tal-pajjiżi kandidati li jistabbilixxu u joperaw l-istrutturi u l-kontrolli meħtieġa. Għall-infiq ieħor relatat mal-impjiegi u soċjali, ir-riskju prinċipali huwa li l-benefiċjarji jistgħu jinkludu spejjeż ineliġibbli fil-klejms tagħhom għall-ispejjeż.

 

Ambitu u approċċ tal-verifika

6.12

L- Anness 1.1, il-Parti 2 , tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ ġenerali tal-verifika u l-metodoloġija tal-Qorti. Għall-verifika tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali, il-kwistjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu nnutati:

(a)

il-verifika involviet l-eżami ta’ kampjun ta’ 180 pagament interim u finali;

(b)

il-valutazzjoni tas-sistemi ffukat fuq żewġ awtoritajiet tal-verifika (AAs) għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 fil-koeżjoni;

(c)

l-analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni kopriet ir-rapport ta’ attività annwali tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (DĠ EMPL).

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

6.13

L- Anness 6.1 jinkludi sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. L-ittestjar mill-Qorti tal-kampjun ta’ tranżazzjonijiet tagħha sab li 40 % mill-180 pagament verifikati kienu milquta minn żball. Ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti hija 2,2 % (1).

6.13.

Ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti fl-2011 hija skont l-iżvilupp pożittiv f'dawn l-aħħar snin. Dan huwa r-riżultat ta’ titjib li sar mill-Istati Membri fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom, il-politika ta’ interruzzjonijiet u sospensjonijiet stretti applikati mid-DĠ EMPL mill-2008 u l-impatt pożittiv tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni previst fir-regolamenti għall-perjodu attwali ta' programmazzjoni.

Kif muri fit-Tabella 1.3 tal-Kapitolu 1, it-total ta’ żbalji l-aktar probabbli għall-Politika Reġjonali, it-Trasport, l-Enerġija u l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali naqas konsiderevolment meta mqabbel mal-2010, minn 7,7 % għal 5,1 %.

6.14

Is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti fl-Istati Membri għandhom jipprovdu proċeduri sabiex tiġi żgurata l-korrettezza u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata (2). Ir-riżultati tal-verifika tal-Qorti jindikaw dgħufijiet b'mod partikolari fil-“kontrolli tal-ewwel livell” tan-nefqa, li huma r-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-ġestjoni u ta’ korpi intermedji fl-Istati Membri.

6.14.

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma mitluba li jwettqu kontrolli dokumentarji fuq it-talbiet kollha sottomessi mill-benefiċjarji, qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa. Madankollu, il-verifiki fuq il-post fuq operazzjonijiet jistgħu jintervjenu wkoll fi stadju iżjed avvanzat tal-implimentazzjoni tal-proġett, wara ċ-ċertifikazzjoni u sal-għeluq, u dan jispjega għaliex parti mill-iżbalji fil-kampjun tal-Qorti ma setgħetx tiġi osservata. L-impatt tas-sistema ta’ kontroll fit-tnaqqis tar-rati tal-iżbalji normalment jinħass biss fis-snin sussegwenti, wara li jkunu ġew implimentati s-saffi kollha ta’ kontroll.

6.15

Għall-FSE, il-Qorti tqis, fuq il-bażi tal-analiżi tagħha ta’ kull tranżazzjoni milquta minn żball, li kien hemm informazzjoni suffiċjenti disponibbli biex l-awtoritajiet tal-Istat Membru setgħu jsibu u jikkoreġu minn tal-inqas uħud mill-iżbalji qabel ma ċċertifikataw in-nefqa lill-Kummissjoni għal 76 % tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball.

6.15.

Il-Kummissjoni qed issegwi b’mod strett dawn il-każijiet sabiex tiżgura li jiġu implimentati pjanijiet adattati ta’ azzjoni fis-sistemi kkonċernati sabiex jiġu evitati l-iżbalji qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa fil-ġejjieni.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 6.14.

Spejjeż ineliġibbli u spejjeż ikkalkulati b'mod skorrett

6.16

Il-Qorti sabet ir-rimborż ta’ spejjeż ineliġibbli (żbalji ta’ eliġibbiltà) fi 13 % tat-tranżazzjonijiet verifikati. Dawn l-iżbalji kollha ta’ eliġibbiltà kienu relatati ma’ proġetti tal-FSE. Żbalji bħal dawn jammontaw għal 77 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jlaħħqu għal madwar 73 % tar-rata ta’ żball stmata għal dan il-grupp tal-politika (ara l-eżempju 6.1).

6.16. u 6.17.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-iżbalji kollha rrappurtati mill-Qorti u se tiżgura li l-miżuri korrettivi jkunu adottati mill-Istati Membri u, fejn meħtieġ, isiru l-korrezzjonijiet finanzjarji.

Eżempju 6.1 —   Spejjeż ineliġibbli

(a)

Parteċipanti ineliġibbli għal taħriġ Ġie pprovdut finanzjament mill-FSE għal korsijiet ta’ taħriġ biex jiżdiedu l-kwalifiki u l-għarfien tal-impjegati li jaħdmu fis-settur elettroniku. Il-Qorti sabet li ħafna mill-parteċipanti kienu impjegati barra mis-settur elettroniku u għalhekk ma kinux eliġibbli għal taħriġ bħal dan. L-ispiża ddikjarata għall-parteċipanti ineliġibbli kienet 29 % tal-ammont verifikat.

(b)

Iċċarġjar żejjed tal-ispejjeż tal-persunal: Ġie pprovdut finanzjament mill-FSE lil assoċjazzjoni kummerċjali, b'appoġġ għall-attivitajiet tagħha, li kienu jinkludu l-għoti ta’ pariri lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). L-ispejjeż ta’ diversi membri tal-persunal fl-assoċjazzjoni ġew iċċarġjati lill-proġett tal-FSE, għalkemm ma setgħetx tiġi pprovduta evidenza li ssostni li l-ħin tagħhom kellu jiġi ċċarġjat lill-proġett. Il-Qorti tqis li l-ispejjeż tal-persunal tal-proġett ġew iċċarġjati b'mod eċċessiv b'60 %.

(c)

Spejjeż ineliġibbli tal-persunal: għal kors ta’ taħriġ professjonali, in-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarju kienet tinkludi pagamenti li rċieva persunal li kien qed jaħdem fuq il-proġett bħala terminazzjoni tal-benefiċċji tal-impjieg. Madankollu, ir-regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali jispeċifikaw li pagamenti bħal dawn jitqiesu bħala ineliġibbli. Għalhekk, qed jitqies li 2,5 % tal-ispejjeż iddikjarati għall-proġett verifikat huma ineliġibbli.

 

6.17

3 % oħra mill-180 tranżazzjoni verifikati kienu jikkonċernaw proġetti fejn l-ispejjeż ikklejmjati għar-rimborż kienu ġew ikkalkolati b'mod skorrett (żbalji ta’ preċiżjoni). Dawn l-iżbalji jirrappreżentaw 20 % tat-tranżazzjonijiet kollha milquta minn żball kwantifikabbli u jlaħħqu għal madwar 9 % tar-rata stmata totali ta’ żball (ara l-eżempju 6.2).

 

Eżempju 6.2 —   Spejjeż ikkalkulati b'mod skorrett

(a)

Kalkolu skorrett ta’ spejjeż tal-operat: għal proġett li jikkonsisti f'korsijiet ta’ taħriġ għal persuni qiegħda, l-ispejjeż ġenerali għall-proġett ġew allokati bl-użu ta’ proporzjon ibbażat fuq il-proporzjon tal-erja tal-bini użat mill-proġett. Il-Qorti sabet li l-proporzjon kien ġie kkalkulat b'mod skorrett, li wassal għal dikjarazzjoni eċċessiva ta’ 2,4 % tal-ammont verifikat.

(b)

Dikjarazzjoni tal-ispejjeż ikkalkulata b'mod skorrett: il-proġett kien jikkonċerna miżuri għat-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni u l-modernizzazzjoni tas-sistema edukattiva, ġestiti mill-awtoritajiet lokali. Il-Qorti identifikat differenza fl-ammont iddikjarat mill-awtorità lokali verifikata lill-awtorità tal-ġestjoni, meta mqabbel mal-ammont għall-proġett iddikjarat mill-awtorità tal-ġestjoni lill-Kummissjoni. L-awtorità tal-ġestjoni kienet għamlet żbalji fil-kalkolu meta kienet qed tiġbor ir-rappurtar mill-awtorità lokali, li rriżultaw f'dikjarazzjoni eċċessiva tal-ispejjeż eliġibbli ta’ 6,7 % tal-ammont verifikat.

 

Nuqqasijiet numerużi fl-osservanza tar-rekwiżiti proċedurali

6.18

Kważi t-tranżazzjonijiet kollha milquta minn żball mhux kwantifikabbli li nstabu mill-Qorti (40 minn 42) kienu jikkonċernaw diversi nuqqasijiet mill-awtoritajiet tal-ġestjoni u l-benefiċjarji fl-osservanza tar-rekwiżiti proċedurali fil-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-FSE. Fi 23 każ, in-nuqqasijiet jitqiesu mill-Qorti bħala kwistjonijiet serji ta’ nuqqas ta’ konformità. L-eżempju 6.3 juri l-kategoriji prinċipali ta’ żball bħal dan.

6.18.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-iżbalji kollha rrappurtati mill-Qorti u tiżgura li jseħħu miżuri korrettivi.

Eżempju 6.3 —   Nuqqasijiet fl-osservanza tar-rekwiżiti proċedurali

(a)

Nuqqas ta’ kontabilità separata: għal sett ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali mmirati lejn żgħażagħ qiegħda, il-kontabilità tal-proġett ma identifikatx separatament in-nefqa kollha relatata mal-proġett, bħall-ispejjeż għas-salarji tal-persunal. Fin-nuqqas ta’ kontabilità separata adegwata, ma hemm l-ebda assigurazzjoni li l-ispejjeż ma jkunux ġew iddikjarati għal proġetti oħra wkoll.

(b)

Nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ akkreditazzjoni għall-kumpaniji ta’ taħriġ: il-benefiċjarju kien kumpanija ta’ taħriġ li, sabiex iżżomm l-istatus akkreditat tagħha, kien imissha stabbilixxiet proċeduri biex jitkejjel il-livell ta’ sodisfazzjon ta’ dawk mħarrġa u biex isir segwitu dwar jekk dawn kinux akkwistaw impjieg b'riżultat tat-taħriġ, jew le. Il-Qorti sabet li l-benefiċjarju ma kienx ikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti.

(c)

Avviż tal-għoti tal-kuntratt mibgħut tard: skont ir-regoli tal-akkwist pubbliku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż tar-riżultati tal-proċedura ta’ għoti mhux aktar tard minn 48 jum wara l-għoti tal-kuntratt. Il-Qorti sabet tliet każijiet fejn din ir-regola ma ġietx segwita.

 

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

Eżami approfondit ta’ żewġ Awtoritajiet tal-Verifika (AAs)

6.19

Il-Qorti vvalutat ix-xogħol ta’ żewġ Awtoritajiet tal-Verifika (AAs) f'żewġ Stati Membri fl-2011, bħala parti mill-eżami tagħha ta’ total ta’ seba' AAs li jkopru l-FEŻR, l-FK u l-FSE. L-ambitu tal-verifika tal-Qorti huwa deskritt fil-paragrafu 5.40. Għaż-żewġ AAs tal-FSE vverifikati fl-Italja (Sqallija) u fil-Latvja l-analiżi tax-xogħol tagħhom u t-twettiq mill-ġdid tal-verifiki tagħhom tal-operazzjonijiet ffukaw fuq in-nefqa tal-FSE. Ir-riżultati tal-verifika mill-Qorti tal-AAs għall-Fondi Strutturali kollha huma rrappurtati fil-Kapitolu 5 (il-paragrafi 5.41 sa 5.43 u l- Anness 5.2 ).

6.19.

L-Awtoritajiet tal-Verifika tabilħaqq għandhom rwol ċentrali fil-proċess tal-bini ta’ aċċertament mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni u l-istabbiliment ta' sistemi. Wara dan, kull sena huma jirrapurtaw opinjoni ta’ verifika dwar il-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll lill-Kummissjoni, ibbażata fuq verifiki fuq is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u fuq il-kampjuni ta’ statistika tal-operazzjonijiet imwettqa skont strateġija ta’ verifika. Għal din ir-raġuni l-Kummissjoni qiegħda tikkoopera u tikkoordina mill-qrib magħhom, u bdiet tirrevedi l-metodoloġiji tagħhom u r-riżultati tal-verifika tagħhom sa mill-2009. Dan ikkontribwixxa għall-bini tal-kapaċità billi pprovda pariri, gwida u rakkomandazzjonijiet lill-Awtoritajiet tal-Verifika permezz ta’ xogħol ta’ prestazzjoni mill-ġdid tal-Kummissjoni. Ir-Regolament jipprovdi lill-Kummissjoni l-possibbiltà li sserraħ fuq ix-xogħol ta’ awtorità tal-verifika għall-assikurazzjoni tagħha taħt ċerti kundizzjonijiet (l-Artikolu 73).

6.20

L-AA tal-Latvja hija kklassifikata bħala effettiva f'li tikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji ewlenin u f'li tiżgura r-regolarità tat-tranżazzjonijiet. L-AA tal-Italja (Sqallija) hija kklassifikata bħala parzjalment effettiva. Il-Qorti nnutat problemi partikolari fit-teħid ta’ kampjuni mill-AA tal-operazzjonijiet għall-verifika u fl-estrapolazzjoni tagħha tal-iżbalji, li wassal għall-iżvelar ta’ rata ta’ żball iddikjarata b'mod insuffiċjenti fir-rapport ta’ kontroll annwali tal-AA (ACR). Il-Kummissjoni, ibbażat fuq ix-xogħol proprju tagħha, qieset ukoll li r-rata ta’ żball ma kinitx affidabbli (ara l-paragrafi 5.42 sa 5.43).

6.20.

Fl-2011, id-DĠ EMPL wettaq verifiki biex jevalwa l-ħidma ta’ 42 Awtorità ta' Verifika tal-FSE, inklużi l-AA ta’ Sqallija u tal-Latvja. F'dan il-kampjun, intgħażlu 12-il AA wara analiżi tar-riskju, aġġornata fuq bażi annwali, u t-30 l-oħra intgħażlu b'mod każwali. fuq il-bażi tax-xogħol ta' verifika tiegħu stess, id-DĠ EMPL jaqbel mal-valutazzjoni ta' 2 AA analizzati mill-Qorti.

Valutazzjoni tas-sorveljanza tal-AAs mill-Kummissjoni

6.21

Ir-riżultati tal-analiżi mill-Qorti tas-sorveljanza tal-AAs mill-Kummissjoni jintwerew fil-paragrafi 5.44 sa 5.51.

 

6.22

Il-Qorti sabet li fil-każijiet kollha fejn il-Kummissjoni identifikat dgħufijiet speċifiċi b'riżultat tal-istħarriġ tagħha fl-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali ġew notifikati dwar l-azzjoni korrettiva li kellha tittieħed (il-paragrafu 5.47).

 

6.23

Il-Qorti hija tal-opinjoni li l-Kummissjoni waslet għal konklużjonijiet xierqa mill-analiżijiet tagħha tal-ACRs u li l-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha, kienet aġġustat ir-rati ta’ żball irrappurtati fejn meħtieġ (il-paragrafu 5.51).

 

Affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

6.24

Il-Qorti vvalutat ir-Rapport ta’ Attività Annwali (AAR) 2011 u d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali għad-DĠ tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni li takkumpanjah. B'mod partikolari, fir-rigward tar-regolarità tal-pagamenti awtorizzati matul l-2011, il-Qorti:

(a)

ivvalutat ir-riżervi li saru fl-AAR;

(b)

iċċekkjat il-konsistenza u l-eżatezza tal-kalkolu mill-Kummissjoni tar-rata ta’ żball residwu u l-ammonti ta’ “pagamenti fir-riskju”.

 

6.25

Id-DĠ EMPL jestima li r-rata ta’ żball ġenerali għall-pagamenti interim 2011 fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 hija bejn wieħed u ieħor minn 2 % sa 2,5 %. Ir-rapport ta’ attività annwali tad-DĠ EMPL fih riżerva relatata mal-pagamenti li saru għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għal ammont ta’ EUR 58,7 miljun li jkopri 24 minn 117-il OP u riżerva, mingħajr impatt finanzjarju, għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006.

6.25.

Wara l-valutazzjoni pożittiva tal-Qorti dwar ir-Rapport ta’ Attività Annwali tal-2010 tad-DĠ Impjiegi, il-Qorti għamlet rakkomandazzjoni fir-rigward tar-riskji relatati ma' Programmi Operattivi b’sehem stmat ta’ rata ta’żball taħt il-5%. Sabiex jiġu indirizzati dawn ir-riskji, id-DĠ EMPL tejjeb il-metodoloġija tiegħu li issa tinkludi din il-kategorija fil-valutazzjoni li se ssir tar-riżervi potenzjali. Għalhekk, il-metodoloġija applikata fl-AAR tal-2011 hija aktar stretta, f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti.

6.26

Id-DĠ EMPL ħareġ ir-riżervi tiegħu għal dawk il-OP tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 li għalihom l-Istat Membru kien għadu ma kkorreġiex b'mod adegwat id-dgħufijiet identifikati matul il-proċessi ta’ għeluq. Il-Kummissjoni ma kkwantifikatx dawn ir-riżervi (li l-Kummissjoni rreferiet għalihom bħala s-segwitu tar-riżerva tas-sena li għaddiet). Kif jidher mix-xogħol tal-Qorti għad baqa' riskju li l-għeluq jista' jkun ibbażat fuq dokument mhux affidabbli ta’ għeluq li jwassal għal korrezzjonijiet finanzjarji insuffiċjenti (ara l-paragrafi 5.63 sa 5.64 u r-Rapport Speċjali Nru 3/2012 (3), il-paragrafi 65 sa 67).

6.26.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-riskji li fadal imsemmija mill-Qorti għall-perjodu ta’ programmar 2000-2006 qed jiġu koperti b’mod adegwat matul il-proċess tal-għeluq li għadu għaddej. Is-servizzi tal-Kummissjoni għamlu valutazzjoni bir-reqqa tad-dokumenti tal-għeluq imressqa mill-Korpi tal-Istralċ u ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet identifikati, inklużi l-interruzzjoni tal-proċess tal-għeluq, it-talba għal informazzjoni addizzjonali, il-prestazzjoni ta’ verifiki tal-għeluq ibbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju tagħha u eventwalment għal xi programmi tal-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji.

Fuq il-bażi tal-proċeduri tal-għeluq ta’ hawn fuq, ladarba l-iżball residwu għal kull programm operattiv jiġi kkunsidrat li jkun taħt it-2% tal-limitu tal-materjalità biss, il-Kummissjoni tipproċedi bil-ħlas finali. Għalhekk, ma saret l-ebda kwantifikazzjoni tar-riżervi ta’ segwitu għall-perjodu ta’ programmar 2000-2006 fl-AAR tad-DĠ EMPL peress li dawn ma kellhom l-ebda impatt fuq il-ħlasijiet finali li saru fl-2011.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

6.27

Ibbażat fuq ix-xogħol ta’ verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għall-impjiegi u l-affarijiet soċjali kienu milquta minn żbalji materjali.

6.27.

Il-Kummissjoni tinnota r-rata baxxa ta’ żbalji fl-2011 li tikkonferma l-iżvilupp pożittiv f'dawn l-aħħar snin. Dan it-titjib inkiseb bis-saħħa ta’ azzjoni xierqa meħuda mill-Istati Membri, u permezz ta’ politika effettiva ta’ interruzzjonijiet u sospensjonijiet applikata mid-DĠ EMPL mill-2008 flimkien mal-implimentazzjoni b’suċċess ta’ miżuri ta’ simplifikazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tkompli, fi sħubija mal-Istati Membri, bl-isforzi tagħha biex ittejjeb aktar il-prestazzjoni tagħha kif rakkomandat mill-Qorti.

6.28

Ibbażat fuq ix-xogħol ta'verifika tagħha dwar is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati, il-Qorti sabet li:

(a)

l-awtoritajiet ta’ verifika kienu parzjalment effettivi fl-iżgurar tar-regolarità tal-operazzjonijiet għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013;

(b)

il-proċeduri tal-Kummissjoni u l-Istati Membri kienu parzjalment effettivi fit-twettiq tal-fażi inizjali tal-proċess ta’ għeluq għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006.

6.28.

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-effettività u l-kwalità tax-xogħol ta’ awtoritajiet tal-verifika tvarja skont il-programm u l-Istat Membru, kif turi l-valutazzjoni tal-Qorti fil-paragrafu 5.41 u r-riżultati tax-xogħol ta' verifika tal-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 73 tar-Regolament 1083/2006, il-Kummissjoni qiegħda, minn Ġunju 2012, tiddependi formalment fuq ix-xogħol tad-9 awtoritajiet tal-verifika għal FSE. Il-Kummissjoni se tkompli tevalwa l-ħidma tal-awtoritajiet tal-verifika li jifdal u tissorvelja s-sitwazzjoni għal programmi li għalihom tkun ġiet mogħtija ittra skont l-Artikolu 73.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li stabbilixxiet proċeduri robusti u gwida għall-proċess ta’ għeluq, u tikkunsidra li bosta Stati Membri wettqu xogħol importanti u professjonali biex jippermettu l-għeluq ta’ programmi u biex iżidu l-assigurazzjoni fl-għeluq. Il-Kummissjoni tqis ukoll li għamlet ħidma komprensiva fl-għeluq, fl-analiżi bir-reqqa tad-dokumenti kollha tal-għeluq, fit-twettiq ta’ verifiki u inkjesti addizzjonali fejn meħtieġ, li wasslet f’ħafna każijiet għal aktar korrezzjonijiet finanzjarji applikati fl-għeluq biex jiġu indirizzati r-riskji li fadal.

Rakkomandazzjonijiet

6.29

L- Anness 6.2 juri r-riżultat tal-analiżi mill-Qorti tal-progress li sar fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet magħmula f'rapporti annwali preċedenti (2008 u 2009) għaż-żona ta’ koeżjoni. Il-punti li ġejjin għandhom jiġu nnutati:

6.29.

(a)

f'Mejju 2011 il-Kummissjoni ppubblikat dokument ta’ ħidma dwar is-sejbiet prinċipali tal-verifika fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku, bil-ħsieb li tiġi varata diskussjoni mal-Istati Membri dwar it-tnaqqis tan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku;

(a)

Il-Kummissjoni għamlet sforzi konsiderevoli biex tiżgura konformità stretta mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u l-applikazzjoni korretta ta’ regoli tal-akkwist pubbliku. Taħriġ u gwida ġew ipprovduti dwar l-eliġibbiltà u r-regoli tal-akkwist pubbliku. Barra minn hekk, meta tidentifika regoli kumplessi fil-livell tal-programm, il-Kummissjoni tagħmel rakkomandazzjonijiet biex tissimplifika r-regoli. Il-Kummissjoni qasmet mal-Istati Membri analiżi tat-tipi ta’ żbalji ta’ akkwist osservati fil-verifiki tal-UE fil-politika ta’ koeżjoni fis-snin preċedenti u nediet eżerċizzju biex jinġabru l-aħjar prattiki u tweġibiet possibbli mill-Istati Membri biex jirrimedjaw dawn l-iżbalji u jnaqqsu l-okkorrenza tagħhom.

L-applikazzjoni tar-regoli ta’ akkwist pubbliku hija l-aktar rilevanti għal finanzjament għall-FEŻR u għall-FK u għandha impatt limitat fuq proġetti ffinanzjati mill-FSE.

(b)

il-Kummissjoni kompliet il-programm ta’ verifika tagħha fl-Istati Membri matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, iżda, kif intwera mir-riżultati tal-verifika tal-Qorti, is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll nazzjonali huma biss parzjalment effettivi;

(c)

Il-Kummissjoni kompliet tinterrompi jew tissospendi pagamenti, u timponi korrezzjonijiet finanzjarji, iżda l-infiq iċċertifikat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jibqa' milqut minn żbalji materjali.

(b) u (c)

Matul xogħol estensiv ta’ verifika, il-Kummissjoni nnotifikat rakkomandazzjonijiet immirati lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u kontroll sabiex tirrimedja n-nuqqasijiet identifikati.

Il-Kummissjoni se tkompli ssegwi approċċ strett għal interruzzjonijiet u sospensjonijiet. B'riżultat ta' din il-politika u l-isforzi magħmula mill-Istati Membri jista’ jiġi osservat impatt pożittiv fuq ir-rata ta' żball fil-qasam tal-Koeżjoni (ara t-Tabella 1.3 tal-Kapitolu 1).

6.30

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2011, il-Qorti tirrakkommanda li l-Kummissjoni:

6.30.

Ara t-tweġiba konġunta għall-paragrafi 1.12 u 1.13.

Rakkomandazzjoni 1: tirrikjedi strettament il-konformità mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà għall-finanzjament mill-FSE u, ibbażat fuq l-esperjenza tagħha miksuba matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, twettaq valutazzjoni tal-użu tar-regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali bil-ħsieb li jiġu identifikati oqsma possibbli għal aktar simplifikazzjoni u biex jiġu eliminati sorsi potenzjali ta’ żbalji għall-perjodu wara l-2013.

Il-Kummissjoni impenjat ruħha fl-2010 li tibqa’ tissorvelja l-konformità mar-regoli tal-eliġibbiltà permezz tal-attività ta’ verifika regolari tagħha u s-segwitu tal-verifiki kollha nazzjonali u tal-UE. Informazzjoni dwar dan hija rrappurtata fir-rapport ta’ attività annwali tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ EMPL. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni se tkompli tieħu miżuri korrettivi.

F'termini ta' valutazzjoni tar-regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali u fil-kisba ta’ modi ulterjuri ta' simplifikazzjoni, il-Kummissjoni tirreferi għall-isforzi kbar li saru diġà f’dan ir-rigward bħala parti minn pjan ta' azzjoni mmirat tagħha fuq Stati Membri speċifiċi fejn ġew identifikati temi rikorrenti. Il-Kummissjoni se tkompli ssegwi dawn l-isforzi b'attenzjoni speċjali fuq l-indirizzar ta' spejjeż ineliġibbli, spejjeż żejda tal-persunal u s-simplifikazzjoni tar-regoli nazzjonali.

Rakkomandazzjoni 2: tfakkar lill-Istati Membri dwar ir-responsabbiltà tagħhom li jipprevedu proċeduri li jiżguraw il-korrettezza u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata u tindirizza d-dgħufijiet fil-“kontrolli tal-ewwel livell” mill-Awtoritajiet tal-Ġestjoni u l-Korpi Intermedji permezz ta’ aktar miżuri ta’ gwida u taħriġ.

Il-Kummissjoni se tkompli tiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri lejn l-importanza kritika ta’ kwistjonijiet rikorrenti identifikati mill-Qorti dwar verifiki ta’ ġestjoni.

Rakkomandazzjoni 3: tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex japplikaw b'mod rigoruż il-mekkaniżmi korrettivi qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni (2008). Kull meta jiġu identifikati defiċjenzi sinifikanti fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, il-Kummissjoni għandha tinterrompi jew tissospendi l-pagamenti sakemm tkun ittieħdet azzjoni korrettiva rimedjali mill-Istat Membru u tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji jekk meħtieġ.

Il-Kummissjoni impenjat ruħha fl-2010 li tkompli tinterrompi jew tissospendi l-ħlasijiet fil-ħin, fejn ikun meħtieġ. Din il-politika stretta hija riflessa wkoll fir-Rapport ta’ attività annwali tal-2011 tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ EMPL (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.29 c).

Rakkomandazzjoni 4: tipprovdi aktar gwida lill-AAs għall-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, b'mod partikolari dwar it-teħid ta’ kampjuni u l-ambitu tal-verifikazzjonijiet li għandhom isiru għall-verifiki tal-proġetti u l-kontroll tal-kwalità.

Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi gwida u pariri lill-awtoritajiet ta’ verifika dwar firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet tekniċi u regolatorji. F’dan ir-rigward, id-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL organizzaw seminar f’Ġunju 2012, li matulu ngħatat gwida dwar it-teħid ta’ kampjuni.

Rakkomandazzjoni 5: tivverifika b'mod rigoruż il-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni żvelata mill-AAs fl-ACRs u l-opinjonijiet tal-verifika tagħhom. Il-verifikazzjoni mill-Kummissjoni għandha tieħu kont sħiħ tal-informazzjoni disponibbli fuq verifiki tas-sistemi u verifiki tal-operazzjonijiet li jsiru mill-AAs.

L-ACRs huma wieħed mill-elementi ewlenin li fuqhom il-Kummissjoni tibni l-assigurazzjoni tagħha. Bħala tali, jittieħed kont sħiħ tal-informazzjoni provduta hemmhekk. Ġiet ipprovduta gwida ulterjuri fuq it-trattament ta’ rati ta’ żbalji fl-ACR tal-2011.

Kif spjegat fl-AAR tal-2011 tad-DĠ EMPL, titwettaq analiżi annwali dettaljata tal-ACRs; din tikkostitwixxi l-bażi għall-formulazzjoni ta’ riżervi bil-ħsieb li tiżgura l-affidabbiltà tagħhom u l-konsistenza mal-gwida msemmija hawn fuq.

Rakkomandazzjoni 6: tħeġġeġ l-użu mill-Istati Membri tal-għażliet simplifikati għall-ispejjeż li huma permessi fir-regolamenti sabiex titnaqqas l-opportunità għal żbalji.

Il-Kummissjoni tissokta bl-isforzi tagħha biex tipprovdi pariri, taħriġ u gwida lill-Istati Membri sabiex din il-possibbiltà offruta mir-regolamenti twassal għal simplifikazzjoni reali għall-partijiet interessati kollha.

Madwar 70 % tal-OPs jużaw ta’ lanqas wieħed mill-għażliet tal-ispejjeż simplifikati. Fost l-għażliet differenti, l-aktar li jintużaw huma r-rata fissa għal kostijiet indiretti u l-iskala standard ta’ kostijiet unitarji.


(1)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata ta’ żball minn kampjun tal-istatistika rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima (magħrufa bħala l-MLE). Il-Qorti għandha 95 % fiduċja li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni tinsab bejn LEL 0,9 % u UEL 3,4 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(2)  L-Artikolu 58(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(3)  http://eca.europa.eu

(4)  Il-verifika tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-Kapitolu 9.

Sors: Il-kontijiet annwali 2011 tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS 6.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI

 

2011

2010

2009

2008

FSE

IPA

Kwistjonijiet soċjali oħra

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet (li minnhom):

160

6

14

180

66

44

49

Pagamenti bil-quddiem

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti interim/finali

160

6

14

180

66

44

49

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon (għadd) tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

56 %

(90)

100 %

(6)

86 %

(12)

60 %

(108)

73 %

75 %

82 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

44 %

(70)

0 %

(0)

14 %

(2)

40 %

(72)

27 %

25 %

18 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta’ żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

59 %

(41)

0 %

(0)

50 %

(1)

58 %

(42)

39 %

0 %

56 %

Żbalji kwantifikabbli:

41 %

(29)

0 %

(0)

50 %

(1)

42 %

(30)

61 %

100 %

44 %

Eliġibbiltà

79 %

(23)

0 %

(0)

0 %

(0)

77 %

(23)

91 %

64 %

50 %

Okkorrenza

4 %

(1)

0 %

(0)

0 %

(0)

3 %

(1)

9 %

0 %

0 %

Preċiżjoni

17 %

(5)

0 %

(0)

100 %

(1)

20 %

(6)

0 %

36 %

50 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

2,2 %

 

 

 

Limitu superjuri tal-iżball (UEL)

3,4 %

 

 

 

Limitu inferjuri tal-iżball (LEL)

0,9 %

 

 

 


(1)  Biex jittejjeb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili tar-riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  Numri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd reali ta’ tranżazzjonijiet.

ANNESS 6.2

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-KOEŻJONI

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

2009

Koeżjoni:

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà għall-finanzjament mill-UE, inkluża l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-UE u dawk nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku.

(ara r-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 4.38)

Il-Kummissjoni toħroġ gwida lill-awtoritajiet tal-ġestjoni u tal-verifika tal-Istati Membri. F'Mejju 2011, il-Kummissjoni ppubblikat dokument ta’ ħidma dwar is-sejbiet prinċipali tal-verifika fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku, bil-ħsieb li tiġi varata diskussjoni mal-Istati Membri dwar it-tnaqqis tan-numru ta’ żbalji fl-akkwist pubbliku fi proġetti ta’ Fondi Strutturali. L-evalwazzjoni ġenerali tal-Kummissjoni dwar l-impatt u l-effettività tal-leġislazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku ġiet ippubblikata f'Ġunju 2011.

Il-Kummissjoni spjegat fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (SEC(2011) 1179 datat il-5.10.2011) l-azzjonijiet speċifiċi meħuda sabiex jittaffew ir-riskji identifikati, li jinkludu b'mod partikolari miżuri preventivi u korrettivi, bħal gwida, taħriġ, u l-interruzzjonijiet tal-ħlasijiet.

Koeżjoni:

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-sostituzzjoni tan-nefqa ineliġibbli man-nefqa l-ġdida (l-irtirar) ma tirriżultax f'nefqa irregolari ġdida li tkun qed tiġi ddikjarata mill-Istati Membri.

(ara r-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 4.37 (b))

Il-Kummissjoni qed issegwi dan ir-riskju matul l-għeluq tal-programmi għall-2000-2006. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas regolatorju 2014-2020 tipprovdi li, fejn il-verifiki tal-UE jsibu irregolaritajiet li jolqtu l-kontijiet annwali, il-korrezzjoni li tirriżulta tnaqqas il-finanzjament lill-OP, li jirriżulta f'limitazzjoni tal-irtirar u s-sostituzzjoni tan-nefqa għas-sena finanzjarja attwali.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal qafas regolatorju 2014-2020 tipprevedi, f'loġika ta’ għeluq annwali, li "meta l-irregolaritajiet li jaffettwaw il-kontijiet annwali li jkunu ntbagħtu lill-Kummissjoni jiġu identifikati mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-korrezzjoni finanzjarja li tirriżulta għandha tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi għall-programm operazzjonali". Il-proposta b'hekk tillimita l-possibbiltajiet ta’ rtirar/sostituzzjoni.

2009 u 2008

Koeżjoni:

Il-Kummissjoni għandha tiżgura, permezz tas-sorveljanza tagħha, il-funzjonament effettiv tas-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll

(ara r-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 4.37(c); ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafi 6.37(a) u (c))

Il-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-konformità tas-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni u twettaq verifiki matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Barra minn hekk, għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, il-Kummissjoni tistrieħ dejjem aktar fuq l-Awtoritajiet ta’ Verifika (AAs) nazzjonali biex tfittex li tikseb assigurazzjoni dwar il-funzjonament effettiv tas-sistemi. Fl-2011 il-Kummissjoni kompliet l-eżami tagħha tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-verifika (AAs) għall-OPs 2007-2013, inkluż stħarriġ approfondit tal-AAs (ara l-paragrafi 5.35 sa 5.37 u 5.44 sa 5.51). B'mod ġenerali, is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll huma parzjalment effettivi biex tiġi żgurata r-regolarità tat-tranżazzjonijiet: pagamenti għall-FEŻR, l-FK u l-FSE jibqgħu soġġetti għal żbalji materjali.

Il-Kummissjoni saħħet ir-rwol superviżorju tagħha mill-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2008 u tkompli timplimenta l-politika stretta ta' sospensjonijiet u interruzzjonijiet ta’ ħlasijiet hekk kif jiġu identifikati xi nuqqasijiet. Dawk l-azzjonijiet persistenti tejbu l-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri u r-rati ta' żbalji aktar baxxi rrapportati mill-Qorti għad-DAS 2011 jikkonfermaw dan l-iżvilupp pożittiv.

Kif spjegat fit-tweġiba għall-paragrafu 5.44, id-dipendenza tal-Kummissjoni fuq l-Awtoritajiet ta' Verifika hija bbażata fuq xogħol estensiv ta' verifika. Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni tal-Qorti li nnotifikat lill-Istati Membri dwar l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed fil-każijiet kollha fejn ġew identifikati dgħufijiet speċifiċi (ara l-paragrafu 5.47). Fuq il-bażi ta’ dan ix-xogħol ta’ verifika, minn Lulju 2012 il-Kummissjoni qiegħda formalment tiddependi fuq ix-xogħol tat-13-il awtorità tal-verifika għal FEŻR/FK u 9 awtoritajiet ta’ verifika għal FSE.

2009 u 2008

Koeżjoni:

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex japplikaw b'mod rigoruż il-mekkaniżmi korrettivi qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni

(ara r-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 4.37(a); ir-Rapport Annwali 2008, il-paragrafi 6.37(b) u (d))

Il-Kummissjoni kompliet bil-politika tagħha ta’ interruzzjoni jew sospensjoni ta’ pagamenti f'każ ta’ irregolaritajiet serji jew defiċjenzi fis-sistemi. L-Istati Membri huma mitluba jibagħtu informazzjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena. Il-Kummissjoni tista' timponi korrezzjonijiet finanzjarji fejn l-Istat Membru jonqos milli jieħu miżuri korrettivi adatti. Fl-2011, għall-programmi 2007-2013, il-Kummissjoni ddeċidiet korrezzjonijiet finanzjarji ta’ EUR 217,6 miljun għall-FSE u EUR 2,7 miljun għall-FEŻR. Madankollu, id-dikjarazzjonijiet ċertifikati tal-infiq ippreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni jkomplu jkunu milquta minn żbalji materjali.

Ġiet imnedija verifika tas-sistemi tal-Istati Membri fil-bidu tal-2011 bil-għan li ttejjeb ir-rappurtaġġ ta’ korrezzjonijiet finanzjarji nazzjonali lill-Kummissjoni, u tiżgura l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-puntwalità tar-rappurtaġġ. Ir-riżultati wrew titjib fis-sistemi tal-SM biex japplikaw korrezzjonijiet finanzjarji u jirrapportaw dwarhom. Barra minn hekk, in-natura multiannwali tan-nefqa u taċ-ċiklu tal-kontroll tippermetti korrezzjonijiet finanzjarji f’diversi stadji ta’ implimentazzjoni, inkluż fl-għeluq finali fejn isiru kontrolli dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa u jsiru korrezzjonijiet finali fejn meħtieġ.


KAPITOLU 7

Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Karatteristiċ tar-riskji

Appoġġ baġitarju

Eliġibbiltà għal azzjonijiet kofinanzjati

Ambitu u approċċ tal-verifika

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Effettività tas-sistemi

DĠ ECHO

FPI

Ir-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

7.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-Qorti dwar ir-relazzjonijiet esterni, l-għajnuna u t-tkabbir, li fih l-oqsma tal-politika: 19 — Relazzjonijiet Esterni, 21 — Żvilupp u Relazzjonijiet mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) (1), 22 — Tkabbir, u 23 — Għajnuna umanitarja. L-informazzjoni prinċipali dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq fl-2011 hija pprovduta fit- Tabella 7.1.

 

Tabella 7.1 —   Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir — Informazzjoni prinċipali 2011

(EUR miljun)

Titolu tal-baġit

Qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod ta’ ġestjoni

19

Relazzjonijiet esterni

Nefqa amministrattiva

157

Ċentralizzata u diretta

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil

39

Ċentralizzata u diretta

Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK)

308

Ċentralizzata u indiretta/konġunta

Strument Ewropew għad-demokrazija u għad-drittijiet tal-bniedem (EIDHR)

123

Ċentralizzata u diretta

Relazzjoni u kooperazzjoni ma’ pajjiżi industrijalizzati li mhumiex membri

20

Ċentralizzata u diretta

Rispons għal kriżijiet u theddid globali għas-sigurtà

238

Ċentralizzata u diretta/konġunta

Politika Ewropea tal-viċinat u relazzjonijiet mar-Russja

1 448

Ċentralizzata u diretta/deċentralizzata

Relazzjonijiet mal-Amerika Latina

282

Ċentralizzata u diretta/deċentralizzata

Relazzjonijiet mal-Asja, l-Asja Ċentrali u l-Pajjiżi tal-Lvant Nofsani

670

Ċentralizzata u diretta/deċentralizzata/konġunta

Strateġija ta’ politika u koordinazzjoni

28

Ċentralizzata u diretta

 

3 313

 

21

Żvilupp u relazzjonijiet mal-Istati AKP

Nefqa amministrattiva

338

Ċentralizzata u diretta

Sigurtà tal-provvista tal-ikel

320

Ċentralizzata u diretta

Parteċipanti mhux tal-Istat fl-iżvilupp

202

Ċentralizzata u diretta

Ambjent u ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, inkluża l-enerġija

136

Ċentralizzata u diretta

Żvilupp tal-bniedem u żvilupp soċjali

172

Ċentralizzata u diretta/konġunta

Kooperazzjoni ġeografika mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP)

300

Ċentralizzata u diretta/deċentralizzata/konġunta

Azzjonijiet ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp u programmi ad hoc

30

Ċentralizzata u diretta

Strateġija u koordinazzjoni tal-politika

15

Ċentralizzata u diretta

 

1 513

 

22

Tkabbir

Nefqa amministrattiva

93

Ċentralizzata u diretta

Proċess u strateġija għat-tkabbir

835

Ċentralizzata u diretta/indiretta/deċentralizzata

 

928

 

23

Għajnuna umanitarja

Nefqa amministrattiva

33

Ċentralizzata u diretta

Għajnuna umanitarja

1 008

Ċentralizzata u diretta/konġunta

Strument Finanzjarju għall-Protezzjoni Ċivili

27

Ċentralizzata u diretta

 

1 068

 

Total tan-nefqa amministrattiva (27)

621

 

Total tan-nefqa operazzjonali

6 201

 

Li minnha:

pagamenti bil-quddiem

4 080

 

pagamenti interim/finali

2 121

 

Total tal-pagamenti għas-sena

6 822

 

Total tal-impenji għas-sena

8 285

 

Sors: il-kontijiet annwali 2011 tal-Unjoni Ewropea.

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

7.2.

Il-baġit għar-relazzjonijiet esterni u l-iżvilupp kien implimentat fl-2011 mid-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni — EuropeAid u wkoll mis-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI).

 

7.3.

Il-baġit (madwar EUR 3 840 (2)) implimentat mill-EuropeAid ikopri:

(a)

għajnuna għall-iżvilupp lil, u kooperazzjoni ekonomika ma', pajjiżi fl-Asja, l-Amerika Latina u l-Istati AKP;

(b)

il-politika Ewropea tal-Viċinat, inkluża s-sħubija strateġika mar-Russja;

(c)

programmi tematiċi, inklużi s-sigurtà tal-provvista tal-ikel, il-parteċipanti mhux tal-istat u l-awtoritajiet lokali, l-ambjent, is-saħħa u l-edukazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.

 

7.4.

Il-proġetti ta’ żvilupp huma mxerrda f'iktar minn 150 pajjiż, u l-organizzazzjonijiet implimentattivi jvarjaw ħafna kemm fid-daqs kif ukoll fl-esperjenza. Sabiex il-proġetti jkunu eliġibbli għall-appoġġ mill-UE, dawn jeħtieġu jikkonformaw ma’ regoli kumplessi inklużi proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti u ta’ għoti ta’ kuntratti.

 

7.5.

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija huwa dipartiment tal-Kummissjoni stabbilit fl-1 ta’ Jannar 2011, li jirrapporta direttament lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. In-nefqa ġestita mill-FPI (madwar EUR 490 miljun (3)) hija prinċipalment relatata ma’ azzjonijiet implimentati taħt:

(a)

il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) (ġestjoni indiretta u ċentralizzata), li tappoġġa ż-żamma ta’ stabbiltà f'pajjiżi sensittivi u n-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva;

(b)

L-Istrument għall-Istabbiltà (IfS) (ġestjoni diretta u ċentralizzata/konġunta), li jappoġġa l-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti u l-attivitajiet ta’ bini tal-paċi;

(c)

il-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali (MOE) (ġestjoni diretta u ċentralizzata) li għandhom l-għan li jsaħħu d-demokratizzazzjoni, il-governanza tajba u l-prevenzjoni ta’ konflitti; u

(d)

l-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati (ICI) (ġestjoni diretta u ċentralizzata) li huwa l-mezz prinċipali għat-titjib tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi industrijalizzati.

 

7.6.

Il-baġit għat-tkabbir (4) (EUR 835 miljun (5)) ġie implimentat mid-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir (DĠ ELARG) u l-baġit għall-għajnuna umanitarja (6) mid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili — ECHO — (EUR 1 008 miljun (7)). Id-DĠ ECHO huwa responsabbli wkoll mill-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili (8) (EUR 27 miljun (9)).

 

Karatteristiċi tar-riskji

7.7.

Il-parti l-kbira tal-baġit ġestit mid-DĠ/mis-Servizz hija implimentata fuq il-bażi ta’ pagamenti bil-quddiem, li jeħtieġu biss konformità ma’ numru limitat ta’ kundizzjonijiet. Min-naħa l-oħra, pagamenti interim u finali huma kundizzjonali fuq il-preżentazzjoni u l-validazzjoni tan-nefqa li fil-fatt tiġġarrab għall-proġett u huma għalhekk ġeneralment soġġetti għal riskju akbar ta’ żbalji fil-legalità u r-regolarità minn pagamenti bil-quddiem.

 

7.8.

In-natura inerenti ta’ xi strumenti u modalitajiet ta’ pagament tal-qasam ta’ politika tippermetti li l-Kummissjoni jkollha grad konsiderevoli ta’ flessibbiltà fid-determinazzjoni tal-eliġibbiltà tan-nefqa. Għalhekk, dawn l-operazzjonijiet huma inqas suxxettibbli għal żbalji ta’ legalità u regolarità.

7.8.

Il-Kummissjoni topera fil-qafas tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ approvata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Appoġġ baġitarju

7.9.

Ir-regolamenti tal-UE li jirregolaw il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi msieħba (10) jistipulaw li assistenza baġitarja diretta (11) b'appoġġ għal riformi makroekonomiċi jew settorjali hija kundizzjonali fuq li l-ġestjoni finanzjarja pubblika (PFM) fil-pajjiżi benefiċjarji tkun biżżejjed trasparenti, b'obbligu ta’ rendikont u effettiva.

7.10.

Dawn id-dispożizzjonijiet legali joffru ambitu wiesa' għall-interpretazzjoni (12) u dak li jitqies bħala “suffiċjenti” f'dak li jirrigwarda t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-effettività tal-PFM jista' jvarja ħafna, skont is-sitwazzjoni speċifika tal-pajjiż iżda wkoll skont id-direzzjoni li jieħu l-gvern tiegħu. Taħt ċirkostanzi bħal dawn, ta’ min jiftakar li:

7.9-7.10.

Il-Kummissjoni ma taqbilx għal kollox mal-analiżi tal-Qorti dwar l-operat tal-appoġġ baġitarju.

L-appoġġ baġitarju jopera f'kuntest ta' żvilupp fejn sistemi ewlenin tal-gvern bħall-ġestjoni finanzjarja pubblika jista' jkollhom nuqqasijiet kbar. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà huma rigorużi. Pajjiż imsieħeb huwa eliġibbli għall-appoġġ baġitarju biss meta l-gvern ikollu strateġija kredibbli u relevanti biex jindirizza dawn in-nuqqasijiet. Il-Kummissjoni tista' wkoll tirrikjedi miżuri fuq terminu qasir biex jitnaqqsu r-riskji. Il-linji gwida l-ġodda dwar l-appoġġ baġitarju (24) (li kienu riveduti fl-2012 wara l-proposti tal-Kummissjoni (25) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2012 għal approċċ ġdid għall-Appoġġ Baġitarju) issa jinkludu numru ta' dispożizzjonijiet ġodda sabiex jiġu ċċarati aktar ir-regoli. Dan jinkludi regoli ta' eliġibbiltà ġodda dwar it-trasparenza u s-superviżjoni, proċess formali ta' valutazzjoni tar-riskju u qafas ta' governanza għall-maniġment anzjan.

(a)

L-appoġġ baġitarju ta’ sikwit jiġi pprovdut lil pajjiżi b'sistemi dgħajfa tal-PFM. Riskju importanti huwa li l-baġit tal-pajjiż benefiċjarju jista' jkun milqut minn frodi u korruzzjoni. Minħabba li l-fondi trasferiti taħt operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju jiġu inkorporati ma’ riżorsi baġitarji oħra fi ħdan il-baġit tal-pajjiż (magħruf bħala “funġibbiltà”), huma wkoll esposti għall-istess dgħufijiet tal-PFM.

(b)

Peress li l-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju huma implimentati permezz tas-sistemi, il-proċess u l-istituzzjonijiet tal-PFM tal-pajjiżi msieħba, il-verifika tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità ma tistax tmur lil hinn mill-istadju meta l-għajnuna titħallas fil-baġits tal-pajjiżi msieħba.

(c)

Il-Kummissjoni għandha flessibbiltà wiesgħa biex tiddeċiedi jekk pajjiż imsieħeb huwiex eliġibbli għal appoġġ baġitarju. Minħabba dan l-ambitu wiesa' għall-interpretazzjoni, l-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju mwettqa mill-Kummissjoni huma inqas suxxettibbli għal żbalji ta’ legalità u regolarità.

L-appoġġ baġitarju li ma għandux mira prestabbilita huwa maħsub biex jippremja r-riżultati aktar milli biex jiffinanzja l-attivitajiet. Għalhekk huwa ċar li l-awditjar ma jistax imur lil hinn mill-istadju fejn il-fondi jiġu trasferiti wara l-ilħuq tal-kundizzjonijiet miftehma. Madankollu, l-awditjar ta' attivitajiet li l-pagamenti għas-sostenn tal-baġit jistgħu jiffinanzjaw huwa r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar li l-programmi ta' akkumpanjament joffrulhom appoġġ konkret.

Dan il-mekkaniżmu għall-għoti tal-għajnuna jirrappreżenta wieħed mill-modi li bihom il-Kummissjoni wieġbet għal sejħiet mill-Komunità internazzjonali tal-iżvilupp u mill-partijiet interessati fl-UE għal interventi iktar effettivi li jiffokaw fuq ir-riżultati u s-sjieda u huma inqas amministrattivament kumplessi, biex b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjoni għall-pajjiżi msieħba.

Eliġibbiltà għal azzjonijiet kofinanzjati

7.11.

Il-Kummissjoni twassal parti mill-għajnuna tagħha permezz ta’ azzjonijiet ta’ donaturi multipli implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali u tan-NU (13). Dawn il-kontribuzzjonijiet huma funġibbli min-natura tagħhom. Madankollu, f'xi każijiet il-Kummissjoni ma taġixxix bħala fornitur ta’ appoġġ ġenerali iżda tfittex li tirrestrinġi l-kontribuzzjonijiet tagħha b'referenza għal kriterji ta’ nfiq speċifiċi. Jekk donatur ieħor isegwi l-istess approċċ u japplika l-istess kriterji ta’ eliġibbiltà għall-kontribuzzjoni tiegħu, hemm riskju li l-infiq ġenerali ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ kondizzjonalità kkombinati tal-Kummissjoni u t-tieni donatur(i).

7.11.

Il-Kummissjoni ma taf bl-ebda problemi speċifiċi bl-“approċċ kunċettwali” (li ġie żviluppat f’dawn l-aħħar snin sabiex jippermetti lill-Kummissjoni tipparteċipa f’azzjonijiet b’bosta donaturi inklużi fondi fiduċjarji). Dan l-approċċ jiggarantixxi li r-rekwiżiti legali applikabbli għall-finanzjament tal-UE għal azzjonijiet esterni jiġu ssodisfati (billi jiżgura li l-ammont ikkontribwit minn donaturi oħra jkun suffiċjenti biex jitħallsu l-attivitajiet kollha li huma ineliġibbli skont ir-regoli tal-UE) filwaqt li l-fondi tal-UE jintefqu bl-aktar mod effiċjenti (permezz ta' kooordinazzjoni tad-donaturi), f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda.

Il-Kummissjoni tillimita dan ir-riskju billi tivvaluta l-kontabilità, l-awditjar, il-kontroll intern u l-proċeduri tal-akkwisti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali sħab qabel ma ssir kwalunkwe ħidma konġunta, permezz tal-preżenza tal-persunal tagħha fuq il-post (u l-parteċipazzjoni fi gruppi ta' tmexxija) u r-rappurtaġġ finanzjarju globali rigoruż meħtieġ mill-organizzazzjoni internazzjonali. Barra minn hekk, matul l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni, is-sistemi huma reveduti regolarment permezz tat-twettiq ta' missjonijiet ta' verifika mwettqa minn awdituri esterni.

L-awdituri ta' EuropeAid u ECHO sa issa għadhom ma rrappurtaw l-ebda sejbiet jew “riskji speċifiċi” ta' dan it-tip, u l-Kummissjoni ma taf l-anqas li jeżistu donaturi oħra bl-“istess kriterji ta' eliġibbiltà”.

Il-Kummissjoni temmen li dawn il-miżuri ta' kontroll intern li hi stabbilixxiet, flimkien ma' dawk tal-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata jillimitaw dan riskju teoretiku għal livell li tabilħaqq huwa negliġibbli.

Ambitu u approċċ tal-verifika

7.12.

L- Anness 1.1, il-Parti 2 , tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ ġenerali tal-verifika u tal-metodoloġija tal-Qorti. Għall-verifika tar-relazzjonijiet esterni, l-għajnuna u t-tkabbir, għandhom jiġu nnotati l-kwistjonijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

Il-verifika involviet l-eżami ta’ kampjun ta’ 150 pagament, li jinkludu 30 pagament bil-quddiem u 120 pagament interim u finali. Il-pagamenti bil-quddiem ivverifikati koprew 18-il pajjiż. Il-pagamenti interim/finali ttestjati li kienu approvati mill-kwatieri ġenerali tal-Kummissjoni jew id-delegazzjonijiet tal-UE koprew 11-il pajjiż (14). Fil-każ tad-DĠ ECHO, il-pagamenti interim/finali vverifikati saru taħt il-proġetti implimentati mill-erba' msieħba tad-DĠ ECHO (15).

(b)

Il-valutazzjoni tas-sistemi kopriet is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid, id-DĠ ECHO u l-FPI fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet tal-UE, fejn relevanti, inklużi:

(i)

kontrolli ex-ante,

(ii)

monitoraġġ u sorveljanza,

(iii)

kontrolli ex-post/verifiki esterni,

(iv)

verifika interna.

 

7.13.

Dawn l-erba' saffi ta’ kontroll intern ġew identifikati mill-Qorti għall-valutazzjoni tal-firxa ta’ kontrolli li l-azzjonijiet esterni tad-DĠ jistgħu jużaw għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji li jolqtu l-legalità u r-regolarità tan-nefqa.

 

7.14.

Il-Qorti tapplika politika ta’ rotazzjoni fil-valutazzjoni tas-sistemi ta’ soveljanza u kontroll. Id-DĠ ELARG ma kienx ivvalutat għas-sena 2011; madankollu twettaq segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tas-snin preċedenti (ara l- Anness 7.3 ).

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

7.15.

L- Anness 7.1 jinkludi sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. L-ittestjar mill-Qorti tal-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet sab li 33 % huma milquta minn żball. Ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti hija ta’ 1,1 % (16). L-iżbalji kollha nstabu fil-pagamenti interim jew finali. Barra minn hekk, il-Qorti sabet frekwenza għolja ta’ żbalji mhux kwantifikabbli.

 

7.16.

22 minn 150 pagament kienu milquta minn żbalji kwantifikabbli. Il-parti l-kbira ta’ dawn l-iżbalji (16) nstabu f'pagamenti finali. Dawn l-iżbalji ma kinux inqabdu mill-kontrolli tal-Kummissjoni. L-iżbalji kienu jinvolvu nfiq ineliġibbli li sar fil-livell tal-benefiċjarju finali bħal: infiq li jsir barra mill-perjodu ta’ eliġibbiltà, inklużjoni ta’ nfiq ineliġibbli (pereżempju VAT, spejjeż tal-persunal u spejjeż tal-operat mhux ġustifikati) ċċarġjati fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u fin-nefqa għall-proġetti u mingħajr dokumenti ta’ sostenn adegwati. Eżempji ta’ żbalji huma pprovduti hawn taħt (ara l-eżempju 7.1).

7.16.

Il-kontrolli tal-Kummissjoni huma mfassla b'tali mod li l-kxif u l-korrezzjoni tal-iżbalji, permezz tal-awditjar ex post - wara l-ħlasijiet finali – jibqgħu possibbli. Programm estensiv ta' awditi ex post huwa ġestit mid-Direttorati Ġenerali tal-għajnuna esterna fuq bażi annwali, fuq il-bażi ta' proċess formali ta' valutazzjoni tar-riskju.

Il-Kummissjoni tqis li hija topera f'pajjiżi fejn huwa ta' spiss diffiċli jekk mhux impossibbli li jiġu evitati jew ikkoreġuti numru ta' żbalji osservati mill-Qorti. Pereżempju, dan huwa l-każ għal kuntratturi (spiss NGOs) li jkollhom diffikultajiet biex jiksbu lura pagamenti obbligatorji tal-VAT mingħand l-Istat.

7.17.

Il-fatt li l-infiq ineliġibbli ddikjarat mill-benefiċjarji finali ta’ għotjiet jew fornituri ta’ servizzi tħallas mill-Kummissjoni, juri li l-kontrolli preventivi u ta’ detezzjoni applikati mill-Kummissjoni mhumiex effettivi għalkollox (pereżempju numru insuffiċjenti u ambitu limitat ta’ żjarat fuq il-post u ta’ ttestjar dirett tal-infiq iddikjarat; kwalità insuffiċjenti tal-verifikazzjonijiet tal-infiq sottokuntrattati mill-benefiċjarji).

7.17.

Il-Kummissjoni temmen li miżuri ta' qbid ta' żbalji u miżuri korrettivi qabel il-pagamenti finali (pereżempju akkreditazzjoni ta' benefiċjarji, preżentazzjoni ta' rapporti, awditjar intern, verifiki ta' nfiq u kontrolli tranżazzjonali minn persunal tal-Kummissjoni) huma effettivi (26). Barra minn hekk, irregolaritajiet potenzjali jistgħu wkoll jiġu kkoreġuti ex post permezz tat-tnedija ta' awditi ex post u rkupri xierqa. Madankollu, ir-riskju ta' żbalji finanzjarji ma jistax realistikament jitnaqqas għal żero.

EuropeAid — il-Kamerun

Pagament finali għal proġett li jipprovdi assistenza għall-fornituri tal-banana fil-Kamerun kien milqut minn żbalji serji ta’ eliġibbiltà (17). Kien hemm irregolaritajiet fil-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti li twettqu mill-benefiċjarju. Barra minn hekk, il-benefiċjarju ma rrispettax ir-regola tal-Oriġini (18) fix-xiri ta’ tagħmir.

EuropeAid — Il-Kamerun

Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ speċifikament tippermetti derogi formali għar-regoli tal-oriġini ristretti tal-merkanzija, fejn debitament ġustifikat. Bħalissa huwa kważi impossibbli li jiġi evitat ix-xiri ta' prodotti minn pajjiżi “mhux eliġibbli” meta jiġu implimentati dawn it-tipi ta' proġetti fl-Afrika. Il-benefiċjarju kellu jitlob deroga mingħand il-Kummissjoni li kienet tingħata jekk debitament ġustifikata, kif kienet f'dan il-każ billi (minħabba n-natura speċjalizzata tas-sejħa għall-offerti) l-offerta (Kolombjana) kienet l-unika waħda li ġiet riċevuta.

Sieħeb ECHO

Pagament finali taħt ftehim ta’ għotja għall-promozzjoni u l-appoġġ tal-protezzjoni soċjali ta’ popolazzjonijiet spostati fid-Darfur kien milqut minn bosta irregolaritajiet (pereżempju spejjeż imġarrba barra mill-perjodu ta’ eliġibbiltà, allokazzjoni skorretta ta’ spejjeż kondiviżi u nfiq mingħajr dokumenti ta’ sostenn adegwati) (19)

Sieħeb tal-ECHO

Fl-eżempju mogħti, ECHO jinsisti fuq il-fatt li din l-azzjoni umanitarja twettqet f'Darfur, li hija waħda mill-aktar ambjenti diffiċli fid-dinja, ikkaratterizzat minn imprevidibbiltà, volatilità, insigurtà u problemi ta' aċċess għall-persuni milquta, li jirrappreżenta sfida ewlenija għall-amministrazzjoni. Għalkemm xi rekwiżiti kuntrattwali ma kinux rispettati b'mod sħiħ f’dan il-każ, is-Sieħeb assigura li r-riżultati ġew miksuba. Huwa importanti wkoll li wieħed jinnota li ż-żewġ tranżazzjonijiet oħra awditjati mill-Qorti fuq l-istess sieħeb, u implimentati f'pajjiżi differenti, ma kienu affettwati mill-ebda żball. Madankollu, ECHO fakkar lis-sieħeb dwar id-dmirijiet kuntrattwali tiegħu u l-ħtieġa li jkompli jtejjeb is-sistemi ta' kontroll intern tiegħu.

7.18.

27 tranżazzjoni minn 150 kienu milquta minn 51 żball mhux kwantifikabbli, inkluż 31 żball fil-proċeduri ta’ kkuntrattar imwettqa jew approvati mill-Kummissjoni, 8 marbutin ma’ pagamenti għall-appoġġ baġitarju, u 11 relatati ma’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi legali jew kuntrattwali.

 

7.19.

Il-31 żball fil-proċeduri ta’ kkuntrattar inqabdu fi 22 mill-85 pagament li kienu soġġetti għal proċedura ta’ għoti kompetittiva. Dawn l-iżbalji fl-akkwist jinkludu:

7.19.

(a)

kriterji tal-għażla mhux ċari jew l-użu ta’ tip żbaljat tal-proċedura ta’ akkwist (16);

(b)

dokumentazzjoni insuffiċjenti tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni u trattament mhux indaqs tal-kandidati (9);

(c)

kuntratti emendati wara l-perjodu ta’ implimentazzjoni (3).

 

Eżempju ta’ dan huwa provvdut aktar 'il quddiem (ara l-eżempju 7.2).

 

Kwartieri Ġenerali tad-DĠ ELARG

Proċedura ta’ sejħa għall-offerti għal TAIEX (20) dwar tliet pagamenti interim instabet li kienet irregolari. Il-Kummissjoni tat il-kuntratt lil kumpanija li ma kinitx tikkonforma mal-klawsola dwar id-disponibbiltà esperta, filwaqt li oħrajn kienu jikkonformaw. Tabilħaqq, skont it-Termini ta’ Referenza pprovduti lill-offerenti, id-data minn meta l-esperti kellhom ikunu disponibbli kienet l-1 ta’ April 2008. L-esperti li ġew proposti mill-offerent li kellu suċċess kienu disponibbli biss mill-21 ta’ Mejju 2008. Madankollu, il-kuntratt ngħata lil dik il-kumpanija. Dan ġie ttrattat bħala żball mhux kwantifikabbli.

DG ELARG HQ

L-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-klawżola dwar id-disponibbiltà ta' esperti ma tat l-ebda vantaġġ kompetittiv lil min rebaħ l-offerta. Kien ovvju li l-esperti proposti mill-offerent ma jissejħux biex jaħdmu b'mod parallel taħt żewġ kuntratti differenti mal-Kummissjoni.

7.20.

Fil-każ ta’ 4 tranżazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju mit-8 vverifikati, il-Qorti sabet 8 żbalji mhux kwantifikabbli. Dan irriżulta mill-fatt li l-Kummissjoni ma qabblitx il-kisbiet tal-PFM tal-pajjiżi benefiċjarji mal-objettivi stabbiliti għall-perjodu li ġie analizzat u ma żguratx li l-pajjiż benefiċjarju applika r-rata tal-kambju korretta.

 

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

7.21.

L- Anness 7.2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżami mill-Qorti tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll. Il-Qorti sabet li s-sistemi tal-EuropeAid, id-DĠ ECHO u l-FPI kienu parzjalment effettivi. Ir-riżultati dettaljati tal-valutazzjoni tas-sistemi EuropeAid huma ppreżentati fir-Rapport Annwali tal-Qorti dwar it-8, id-9 u l-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.

7.21.

Għal EuropeAid, jekk jogħġbok ara t-tweġiba għar-Rapport Annwali tal-2011 tal-EDF, il-paragrafu 56.

DĠ ECHO

7.22.

Fi snin reċenti, id-DĠ ECHO kompla jtejjeb il-komponenti kollha tas-sistemi tiegħu ta’ sorveljanza u kontroll. Madankollu, minħabba l-frekwenza ta’ żbalji kwantifikabbli li nstabu fil-pagamenti finali (10 minn 16) il-proċeduri ta’ kontroll ex ante huma kkunsidrati parzjalment effettivi (ara l-paragrafi 7.16 u 7.17).

7.22.

Id-DĠ ECHO iqis li hu tejjeb is-sistemi ta' kontroll tiegħu li laħqu livell sodisfaċenti ta' effettività. Ir-riskju residwu finali huwa limitat u evidenzjat, u kull żvilupp ulterjuri ma jkunx kosteffiċjenti.

Id-DĠ ECHO jikkunsidra li ċerti żbalji osservati mill-Qorti huma ta' valur baxx ħafna kemm f'termini assoluti kif ukoll f'termini relattivi. Id-DĠ ECHO jikkalkula li r-rata ta' żbalji residwi tiegħu kienet taħt il-1 % fl-2011.

Barra minn hekk, ECHO jenfasizza l-fatt li kontrolli ex ante għandhom jitqiesu fil-kuntest tas-sistema ġenerali ta' kontroll. Is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll fis-seħħ xorta setgħu jaqbdu l-iżbalji permezz tal-implimentazzjoni ta' kontrolli ex post, billi l-azzjonijiet awditjati mill-Qorti ma ġewx awditjati wara l-aħħar passi tal-katina ta' kontroll tal-ECHO.

FPI

7.23.

L-istrumenti prinċipali ġestiti mill-FPI huma l-IfS u l-PESK, li jirrappreżentaw 87 % tal-baġit operazzjonali tal-FPI. Il-Qorti vvalutat is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll ta’ dawn iż-żewġ strumenti separatament fid-dawl tal-karatteristiċi differenti ħafna tagħhom u sabet li b'mod ġenerali dawn kienu parzjalment effettivi.

 

7.24.

Id-dgħufijiet prinċipali identifikati huma relatati ma':

7.24.

(a)

in-nuqqas ta’ Kapaċità tal-Verifika Interna effettiva;

(a)

Dan kien dovut għal fatturi barra mill-influwenza tal-FPI. Għall-istess raġunijiet, l-IAC ta' EuropeAid ma kienx f’pożizzjoni li jwettaq l-ebda awditi fuq attivitajiet tal-FPI fl-2011.

Fin-nuqqas ta' Struttura ta' Awditjar Intern, il-Kummissjoni tqis li servizz jista' jistrieħ fuq l-elementi l-oħra għall-assigurazzjoni tiegħu, kif identifikat fl-AAR tiegħu, inkluża l-ħidma tas-Servizz tal-Awditjar Intern. Il-ħtiġijiet ta' awditjar intern tal-FPI huma inklużi fil-pjan ta' ħidma 2012 tal-IAC tal-EuropeAid (awditu wieħed ġdid, u awditu wieħed ta' segwitu maqbula dwar l-attivitajiet tal-FPI).

(b)

valutazzjoni tar-riskju insuffiċjenti għall-għażla tal-kuntratti biex jiġu soġġetti għal proċeduri ta’ kontroll ex post (PESK) u kriterji mhux żviluppati biżżejjed għall-għażla ta’ kuntratti użati għall-valutazzjoni tar-riskju (IfS);

(b)

L-għażla ta' proġetti PESK u IfS għal kontrolli ex post (EPC) u l-pjanijiet tal-EPC għaż-żewġ unitajiet operattivi kkonċernati kienu bbażati fuq kriterji oġġettivi (bħal valur ta' kuntratti ġestiti, id-data tal-aħħar kontroll ex post, u l-inċidenza ta' frodi potenzjali jew suspetti ta' frodi). Il-Kummissjoni tagħraf li l-valutazzjoni tar-riskju magħmula mill-FPI tista' tittejjeb. Qed isiru sforzi fl-2012 biex tittejjeb il-metodoloġija għall-evalwazzjoni tar-riskji għall-istrumenti kollha ġestiti mill-FPI, inkluż il-PESK.

(c)

il-proċeduri ta’ kontroll ex ante li ma impedixxewx li jsiru xi wħud mill-iżbalji (IfS);

(c)

Fejn il-Kummissjoni taċċetta li seħħew żbalji, hija tinnota fl-istess ħin li l-proċeduri ta' kontroll ex ante tagħha skoprewhom fi kważi l-każijiet kollha identifikati mill-Qorti u wkoll li l-maniġment ħa azzjoni ta' segwitu xierqa.

(d)

l-issodisfar minn qabel ta’ kundizzjonijiet għall-missjonijiet tal-PESK (21);

(d)

Il-Kummissjoni tfakkar li skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda, l-operazzjonijiet tal-PESK għandhom jagħtu prova li huma effettivi fl-użu tal-baġit tal-UE. Billi l-missjonijiet tal-PSDK huma stabbiliti mill-bidu, u jridu jkunu operattivi sa mill-bidu, huma ma jistgħux immedjatament jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Art. 56 RF. Madankollu, il-Kummissjoni hija xorta waħda obbligata li tiżgura li l-operazzjonijiet li hija tiffinanzja jkunu effettivi f'konformità mal-prinċipju msemmi aktar 'il fuq. Il-kontrolli mitiganti rrappurtati fl-AAR jipprovdu bażi adegwata sabiex tingħata assigurazzjoni wkoll jekk formalment il-kundizzjonijiet għall-konformità mal-Artikolu 56 ma jkunux issodisfati.

L-FPI se jkompli jwettaq valutazzjonijiet b'6 pilastri bir-rata ta' 2 fis-sena li jfisser li l-missjonijiet l-aktar sinifikanti f'termini finanzjarji għandhom jiġu vvalutati sal-aħħar tal-2013.

(e)

l-ammont b'lura ta’ kuntratti tal-PESK li kellhom jingħalqu.

(e)

L-FPI se jkompli bl-isforzi tiegħu biex jagħlaq kuntratti qodma tal-PESK u stabbilixxa pjan ta' azzjoni għal dan il-għan. Huwa qed jirrevedi wkoll il-proċeduri biex fil-futur jagħlaq l-operazzjonijiet PESK b'mod iktar effiċjenti.

Ir-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

7.25.

Id-Diretturi Ġenerali tal-Europe-Aid u d-DĠ ECHO u d-Direttur tal-FPI jiddikjaraw li huma kisbu assigurazzjoni raġonevoli li l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (22). Madankollu:

7.25.

(a)

l-FPI ma jippreżentax rata ta’ żball residwu (23) fir-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu li fuqha jista' jibbaża l-konklużjoni tiegħu;

(a)

Kif indikat fir-Rapport ta' Attività Annwali tiegħu għall-2011, l-FPI se jimmira li jkollu rata ta' żbalji residwi, ibbażata fuq metodoloġija simili għal dik ta' EuropeAid iżda adattata għall-ambjent ta' kontroll tal-FPI, għar-Rapport Annwali tal-Attività tal-2012.

(b)

id-DĠ ECHO juża metodu speċifiku biex jikkalkola r-rata ta’ żball residwu, li mhuwiex spjegat biżżejjed fir-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu.

(b)

Ir-rata ta' żbalji residwi kkalkulata mid-DĠ ECHO hija mibnija fuq l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-awditjar tad-DĠ ECHO.

 

Id-DĠ ECHO jikkunsidra li din il-metodoloġija tirrifletti b’mod adegwat l-esponiment tar-riskju tal-baġit operattiv tagħha billi:

il-popolazzjoni awditjata hija rappreżentattiva ħafna;

l-iżbalji sistemiċi huma identifikati u l-impatt relatat huwa skrutinizzat b'mod sħiħ;

il-baġit awditjat huwa “mnaddaf” grazzi għall-irkupru ta' elementi ineliġibbli.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

7.26.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti għar-relazzjonijiet esterni, l-għajnuna u t-tkabbir għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 kienu ħielsa minn żball materjali. Madankollu, pagamenti interim u finali (madwar terz tal-ammont imħallas fl-2011) kienu milquta minn żball materjali.

7.26.

Il-Kummissjoni tilqa' l-konklużjoni tal-Qorti li t-tranżazzjonijiet fil-grupp ta' politika Għajnuna Esterna, Żvilupp u Tkabbir kienu ħielsa minn kull żball materjali fl-2011.

7.27.

Ibbażat fuq ix-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti sabet li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll eżaminati għar-relazzjonijiet esterni, l-għajnuna u t-tkabbir kienu parzjalment effettivi.

7.27.

Il-Kummissjoni fasslet il-kontrolli tagħha biex ikopru ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-proġetti pluriennali tagħha. Huwa jemmen li dawn is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll huma effettivi u tjiebu b'mod sinifikanti sena wara sena, u jkopru kemm l-operat tal-FEI kif ukoll l-attivitajiet iffinanzjati mill-baġit tal-UE. Minkejja l-isfidi ta' ambjent tal-għajnuna esterna b'riskju għoli, ir-rata annwali stmata ta' żbalji l-aktar probabbli għall-għajnuna esterna taħt il-baġit tal-UE kienet taħt il-livell tal-materjalità għall-2010 u 2011, u kienet taħt il-livell tal-materjalità għall-FEI fl-2009.

Rakkomandazzjonijiet

7.28.

L- Anness 7.3 juri r-riżultat tal-analiżi mill-Qorti tal-progress tal-Kummissjoni fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapporti annwali preċedenti. Ir-rakkomandazzjonijiet kollha kienu indirizzati mill-Kummissjoni u erbgħa minhom issa ġew implimentati. Ir-rakkomandazzjonijiet rigward is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid huma inklużi fir-Rapport Annwali tal-Qorti dwar it-8, id-9 u l-10 FEŻ. Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2011, il-Qorti tirrakkomanda li:

7.28.

Ara tweġiba konġunta għal paragrafu 1.12 - 1.13.

Rakkomandazzjoni 1: il-EuropeAid, id-DĠ ECHO u l-FPI jtejbu s-sorveljanza ta’ kuntratti tal-għotjiet, filwaqt li jagħmlu użu aħjar minn żjarat fuq il-post għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta’ nfiq ineliġibbli ddikjarat u/jew iżidu l-kopertura tal-verifiki kkuntrattati mill-Kummissjoni.

Servizzi differenti tal-Kummissjoni għandhom prattiki differenti rigward in-natura u l-għan ta' “kontrolli fuq il-post” fil-qafas tas-sistemi ta' kontroll ġenerali tagħhom, kif ukoll l-użu li jagħmlu jew ma jagħmlux minnhom għall-finijiet ta' assigurazzjoni. Għalhekk - filwaqt li tqis l-aspetti tal-kosteffiċjenza fl-infiq – il-Kummissjoni ma tistax taċċetta rakkomandazzjoni ġenerali li t-titjib tal-kontrolli fuq il-post jista' jtejjeb b'mod sinifikanti l-ġestjoni finanzjarja ta' ftehimiet ta' għotja rigward l-eliġibbiltà tan-nefqa.

Fir-rigward tal-kopertura ta' awditi mogħtija b'kuntratt il-Kummissjoni tqis li l-kopertura tal-awditjar fir-rigward tal-għotjiet hija sostanzjali u suffiċjenti. Meta wieħed iqis ir-rata ta’ żbalji tal-Qorti stess, stabbilita għal dan il-kapitolu, il-Kummissjoni tista' taċċetta din ir-rakkomandazzjoni biss parzjalment f'termini li tkompli l-isforzi tagħha biex ittejjeb l-arranġamenti eżistenti.

Rakkomandazzjoni 2: l-FPI għandu:

 

jiżgura li l-Kapaċita tal-Verifika Interna ssir operazzjonali.

L-FPI se jikkoopera b'mod sħiħ mal-Istruttura tal-Awditjar Intern tal-EuropeAid, fir-rwol tiegħu bħala parti awditjata,

jagħmel espliċiti l-kriterji użati għall-valutazzjonijiet tar-riskju meta jkun qed jagħżel il-kuntratti li għandhom jiġu vverifikati taħt l-IfS u l-PESK.

L-FPI diġà qed jagħmel sforzi biex itejjeb il-valutazzjonijiet tar-riskju tiegħu marbuta mal- kontrolli ex post li huwa jwettaq inkluża identifikazzjoni aħjar tal-kriterji għall-għażla ta' proġetti/kuntratti għall-awditjar.

jiżgura li l-missjonijiet kollha tal-PESK jiġu kkreditati skont il-“valutazzjonijiet tas-sitt pilastri”.

L-FPI żviluppa skeda għall-akkreditazzjoni tal-missjonijiet PESK tiegħu u se jissokta bl-isforzi tiegħu f’dan il-qasam. Skont din l-iskeda, il-missjonijiet sinifikanti kollha f'termini finanzjarji għandhom jiġu akkreditati sa tmiem l-2013.

jaċċellera l-għeluq ta’ kuntratti antiki tal-PESK.

l-FPI se jżid l-isforzi tiegħu biex jagħlaq kuntratti tal-PESK qodma u stabbilixxa pjan ta' azzjoni għal dan il-għan.

(1)  Għajnuna pprovduta permezz tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp hija rrappurtata separatament minħabba li mhijiex iffinanzjata mill-baġit ġenerali.

(2)  Taħt it-Titoli 19 u 21 tal-baġit, kif imniżżel fit- Tabella 7.1 .

(3)  Taħt it-Titolu 19 tal-baġit.

(4)  Prinċipalment taħt l-istrument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni, il-programm Phare inklużi l-assistenza ta’ wara l-adeżjoni, CARDS, u l-assistenza finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni għat-Turkija.

(5)  Taħt it-Titolu 22 tal-baġit.

(6)  Madwar nofs il-baġit huwa pprovdut lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) u n-nofs l-ieħor lin-NU jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. Il-ftehimiet dwar finanzjament jiġu konklużi biss ma’ NGOs li ffirmaw il-Ftehim Qafas ta’ Sħubija jew organizzazzjonijiet tan-NU li ffirmaw il-Ftehim Qafas Finanzjarju Amministrattiv.

(7)  Taħt it-Titolu 23 tal-baġit.

(8)  Huwa mmirat biex jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri, il-pajjiżi tal-EFTA, il-pajjiżi kandidati u pajjiżi terzi dwar l-azzjonijiet ta’ rispons, stat ta’ tħejjija u prevenzjoni -rigward ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, atti ta’ terroriżmu u inċidenti teknoloġiċi, radjoloġiċi jew ambjentali.

(9)  Taħt it-Titolu 23 tal-baġit.

(10)  L-Artikolu 25(b) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41), l-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82), l-Artikolu 15(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill tat-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1) u l-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà (ĠU L 327, 24.11.2006, p. 1).

(11)  Il-pagamenti għall-appoġġ baġitarju li saru fl-2011 mill-baġit ġenerali huma EUR 1 biljun.

(12)  Ara l-paragrafu 46 tar-Rapport Annwali tal-Qorti fuq l-attivitajiet tas-sitt, is-seba', it-tmien u d-disa' Fondi Ewropej ta’ Żvilupp (EDFs) għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU C 293, 30.11.2004, p. 315).

(13)  Il-valur tal-kuntratti huwa stmat li hu EUR 1,5 biljun.

(14)  Il-Kamerun, il-Ġeorġja, il-Malawi, il-Palestina, il-Filippini, ir-Russja, it-Tuneżija u l-Vjetnam (EuropeAid) u l-Albanija, il-Montenegro u s-Serbja (DĠ ELARG).

(15)  Tnejn ibbażati fl-Isvizzera, wieħed fi Franza u ieħor fl-Irlanda (ġew ivverifikati pagamenti li saru taħt is-16-il proġett ta’ għajnuna umanitarja implimentati fi 11-il pajjiż).

(16)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata ta’ żball minn kampjun tal-istatistika rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima (magħrufa bħala MLE). Il-Qorti għandha 95 % fiduċja li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni tinsab bejn LEL 0 % u UEL 2,4 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(17)  L-ammont ivverifikat tal-proġett huwa ta’ EUR 1,6 miljun b'rata ta’ żball ta’ 81,7 %.

(18)  Il-fornitur u l-merkanzija jridu joriġinaw minn pajjiż AKP jew minn Stat Membru.

(19)  L-ammont ivverifikat tal-ftehim ta’ għotja huwa ta’ EUR 0,42 miljun b'rata ta’ żball ta’ 13,2 %.

(20)  TAIEX — L-Istrument ta’ Assistenza Teknika u Skambju ta’ Informazzjoni.

(21)  L-Artikolu 56 tar-Regolament Fiananzjarju jipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa qabel ma entità tiġi fdata bl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Din id-dispożizzjoni mhijiex adatta għall-missjonijiet tal-PESK, peress li mhux possibbli li l-Kummissjoni tikseb evidenza dwar l-issodisfar ta’ dawn il-kundizzjonijiet qabel l-istabbiliment tagħhom. Għalhekk, l-objettiv tal-FPI huwa li l-missjonijiet jiġu akkreditati malajr kemm jista' jkun wara li jinbdew. Ġew introdotti kontrolli ta’ mitigazzjoni għal-limitazzjoni tar-riskji matul dan il-perjodu intermedjarju. Madankolli, sa tmiem l-2011 waħda biss (EULEX Kosovo) minn disa' missjonijiet tal-PESK li kienu għaddejjin kienet irċieviet l-akkreditament tagħha.

(22)  Ir-riżultati dettaljati dwar l-RAA tal-EuropeAid huma ppreżentati fir-Rapport Annwali tal-Qorti dwar it-8, id-9 u l-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp. Kif ġie nnutat fil-paragrafu 7.14, is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tad-DĠ ELARG ma ġewx ivvalutati għas-sena 2011.

(23)  Ara l-paragrafi 1.21 sa 1.23.

(24)  Ara http://ec.europa.eu/europeaid/what/economic-support/documents/guidelines_budget_support_en.pdf

(25)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Approċċ Futur għall-Appoġġ Baġitarju tal-UE lil Pajjiżi Terzi (COM (2011) 638 finali)

(26)  Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tar-Rapporti Annwali tal-Attività.

(27)  Il-verifika tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-Kapitolu 9.

ANNESS 7.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAR-RELAZZJONIJIET ESTERNI, L-GĦAJNUNA U T-TKABBIR

 

2011

2010

2009

2008

EuropeAid  (3)

FPI

ELARG

ECHO

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet (li minnhom):

81

8

38

23

150

165

180

180

Pagamenti bil-quddiem

17

2

4

7

30

75

83

71

Pagamenti interim/finali

64

6

34

16

120

90

97

109

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

73 %

(59)

50 %

(4)

68 %

(26)

52 %

(12)

67 %

(101)

77 %

87 %

73 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

27 %

(22)

50 %

(4)

32 %

(12)

48 %

(11)

33 %

(49)

23 %

13 %

27 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip tan-nefqa

Pagamenti bil-quddiem

0 %

0 %

0 %

0 %

0 %

11 %

17 %

19 %

Pagamenti interim/finali

100 %

(22)

100 %

(4)

100 %

(12)

100 %

(11)

100 %

(49)

89 %

83 %

81 %

Analiżi skont it-tip ta’ żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

59 %

(13)

50 %

(2)

92 %

(11)

9 %

(1)

55 %

(27)

53 %

74 %

60 %

Żbalji kwantifikabbli:

41 %

(9)

50 %

(2)

8 %

(1)

91 %

(10)

45 %

(22)

47 %

26 %

40 %

Eliġibbiltà

67 %

(6)

100 %

(2)

100 %

(1)

100 %

(10)

86 %

(19)

72 %

100 %

79 %

Okkorrenza

0 %

0 %

0 %

0 %

0 %

17 %

0 %

21 %

Preċiżjoni

33 %

(3)

0 %

0 %

0 %

14 %

(3)

11 %

0 %

0 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

1,1 %

 

 

 

Limitu superjuri tal-iżball (UEL)

2,4 %

 

 

 

Limitu inferjuri tal-iżball (LEL)

0,0 %

 

 

 


(1)  Biex jitejjeb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta’ riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  Numri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd reali ta’ tranżazzjonijiet.

(3)  Jinkludi żewġ tranżazzjonijiet tal-EACEA.

ANNESS 7.2

RIŻULTATI TAL-EŻAMI TAS-SISTEMI GĦAR-RELAZZJONIJIET ESTERNI, L-GĦAJNUNA U T-TKABBIR

Valutazzjoni tas-sistemi magħżula ta’ sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid

 

Kontrolli ex ante

Monitoraġġ u sorveljanza

Verifiki esterni

Verifika interna

Valutazzjoni ġenerali

Sistemi Ċentrali

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Delegazzjonijiet

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

M/A

Parzjalment effettivi


Valutazzjoni tas-sistemi magħżula ta’ sorveljanza u kontroll tad-DĠ ECHO

 

Kontrolli ex ante

Monitoraġġ u sorveljanza

Kontrolli ex post

Verifika interna

Valutazzjoni ġenerali

Sistemi ċentrali

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi


Valutazzjoni tas-sistemi magħżula ta’ sorveljanza u kontroll tal-FPI

 

Kontrolli ex ante

Monitoraġġ u sorveljanza

Kontrolli ex post

Verifika interna

Valutazzjoni ġenerali

IfS

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettivi

Mhux effettivi

Parzjalment effettivi

PESK

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

ANNESS 7.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAR-RELAZZJONIJIET ESTERNI, L-GĦAJNUNA U T-TKABBIR

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

2009

Id-DĠ ECHO għandu jtejjeb id-dokumentazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-proposti għal azzjonijiet għall-għajnuna umanitarja (eż. l-introduzzjoni ta’ rapporti ta’ valutazzjoni standardizzati).

Id-DĠ ECHO tejjeb id-dokumentazzjoni tal-proposti għall-azzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja.

Id-DĠ ECHO jaqbel mal-analiżi tal-Qorti.

Id-DĠ ECHO għandu jiddefinixxi u jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ġbir u l-analiżi tad-data dwar l-użu ta’ “Ċentri ta’ Akkwist Umanitarju” (HPCs) mill-imsieħba tiegħu.

Id-DĠ ECHO implimenta fl-2011 soluzzjoni interim għall-ġbir ta’ kemm jista' jkun informazzjoni direttament mill-HPCs sakemm jiġi introdott mekkaniżmu awtomatizzat għall-ġbir ta’ din l-informazzjoni mill-Imsieħba nfushom.

Id-DĠ ECHO jaqbel mal-analiżi tal-Qorti.

Id-DĠ RELEX għandu jalloka biżżejjed riżorsi għall-analiżi u l-għeluq ta’ kuntratti antiki tal-RRM u tal-PESK li d-dati ta’ skadenza għall-implimentazzjoni tagħhom diġà skadew.

L-FPI ħa azzjonijiet adatti għall-għeluq tal-kuntratti tal-RRM u l-IfS (Ara 7.38). Madankollu għall-PESK għadhom jinħtieġu aktar sforzi biex titwettaq ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti.

Il-Kummissjoni tagħraf li aktar sforzi huma neċessarji rigward l-għeluq ta' kuntratti qodma tal-PESK, għalhekk ġie ppreparat pjan ta' azzjoni bil-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni sa tmiem l-2012.

Id-DĠ ELARG għandu jirrevedi l-listi ta’ kontroll tal-kontrolli interni tiegħu sabiex jiddokumenta l-kontrolli kollha mwettqa.

Listi ta’ kontroll ġodda ġew żviluppati, iċċirkolati lill-persunal relevanti u ttellgħu fuq l-ELARG Intranet.

Ix-xogħol tal-verifika tad-DAS 2010 u 2011 jikkonferma li d-delegazzjonijiet tal-UE qegħdin attwalment jużaw listi ta’ kontroll aġġornati.

 

Id-DĠ ELARG għandu jkompli jalloka biżżejjed riżorsi għall-analiżi tad-dikjarazzjonijiet finali pendenti preżentati taħt Phare u l-Faċilità ta’ Tranżizzjoni fl-Istati Membri l-ġodda.

L-ammont b'lura ta’ dikjarazzjonijiet finali tnaqqas aktar matul l-eżerċizzju. Madankollu, minn 401 programm, 88 dikjarazzjoni finali kienu għadhom pendenti fi tmiem l-2011 u għadu jinħtieġ aktar sforz għall-implimentazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni.

Id-DĠ ELARG huwa impenjat biex jagħmel l-isforzi meħtieġa biex ikompli jnaqqas ix-xogħol pendenti. Id-DĠ ELARG ser ikompli jagħmel l-isforzi kollha meħtieġa biex japprova l-kontijiet għal PHARE/ il-Faċilità Tranżitorja UE-12.

2009

Id-DĠ ELARG jiddefinixxi f'aktar dettall il-kriterji biex jitneħħa l-kontroll ex ante u biex jiġi sospiż l-“għoti ta’ ġestjoni” lil pajjiżi deċentralizzati u jittestja l-prestazzjoni tas-sistemi użati mill-awtoritajiet nazzjonali

(Dan huwa s-segwitu/l-aġġornament għall-2010 ta’ rakkomandazzjoni fl-2009)

Fl-2011 id-DĠ ELARG beda l-analiżi tal-għażliet possibbli għad-definizzjoni f'aktar dettall tal-kriterji u l-punti ta’ riferiment għall-għoti tas-setgħat ta’ ġestjoni u għall-eżenzjoni mill-kontrolli ex ante. Fl-2011 twettqu erba' verifiki tas-sottosistemi. Dawn ikopru l-funzjonament proprju ta’ xi aspetti ewlenin tas-sistemi nazzjonali fil-Kroazja u t-Turkija.

Id-delegazzjonijiet relevanti tal-UE implimentaw il-pjanijiet tagħhom ta’ verifika u ta’ missjonijiet fuq il-post, u b'dan il-mod akkwistaw assigurazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni tas-sistemi nazzjonali.

Din l-analiżi se tiġi approfondita fil-qafas tal-Istrument Imġedded ta' Qabel l-Adeżjoni. Il-monitoraġġ regolari tas-sistemi nazzjonali mill-Kwartieri Ġenerali u d-Delegazzjonijiet jissokta u, f'dan, l-awditjar tas-sottosistema huwa wieħed mill-għodod li jintużaw.

Id-DĠ ELARG ikompli jtejjeb il-kwalità tad-data mdaħħla fis-sistema tiegħu ta’ informazzjoni tal-ġestjoni.

(Dan huwa s-segwitu/l-aġġornament għall-2010 ta’ rakkomandazzjoni fl-2009)

Id-DĠ ELARG approva dokument ġdid ta’ linji gwida biex tiġi żgurata l-kwalità tad-data tal-CRIS. Il-listi ta’ kontroll ġodda għall-pagamenti tas-Sistema ta’ implimentazzjoni deċentralizzata jipprevedu kontrolli fuq id-data ta’ kuntratti rreġistrati fuq l-iPerseus. L-effettività tal-proċeduri l-ġodda għadha trid tiġi vvalutata fil-futur.

 

Id-DĠ ELARG għandu jiżviluppa għodda għall-faċilitazzjoni tal-konsolidazzjoni tar-riżultati taż-żjarat relatati ma’ kwistjonijiet ta’ legalità u regolarità

(Dan huwa s-segwitu/l-aġġornament għall-2010 ta’ rakkomandazzjoni fl-2009)

Xi delegazzjonijiet tal-UE bdew jiżviluppaw l-għodod proprji tagħhom ta’ konsolidazzjoni iżda għadhom jinħtieġu aktar sforzi sabiex tiġi stabbilita linja ta’ referenza komuni, jiġu armonizzati l-approċċi differenti, u sabiex l-implimentazzjoni effettiva tagħhom tiġi ċċekkjata.

Fit-twettiq tal-attivitajiet tas-superviżjoni tiegħu, il-Kwartieri Ġenerali ELARG se jinkoraġġixxi u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-miżuri.

Id-DĠ ELARG iżid l-analiżijiet ex post ta’ tranżazzjonijiet għal ġestjoni ċentralizzata

(Dan huwa s-segwitu/l-aġġornament għall-2010 ta’ rakkomandazzjoni fl-2009)

Il-kontrolli ex post żdiedu b'mod sostanzjali fl-2011. Erbgħa minn sitt delegazzjoni “ċentralizzati” saritilhom żjara mill-kontrolluri ex post.

L-isforzi qed jitkomplew fl-2012, saret żjara f’pajjiż ieħor u l-programm ta' ħidma inizjali se jitlesta sa tmiem is-sena.

2008

Id-DĠ RELEX għandu jikkonsolida l-metodoloġija ta’ kontroll ex post tiegħu u jindirizza fil-pront ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-awditur intern f'dak ir-rigward. (Inklużi wkoll fir-Rapport Annwali 2008)

L-FPI kkonsolida l-metodoloġija ta’ kontroll ex post tiegħu għall-PESK u l-IfS. Madankollu dawn il-linji gwida għadhom mhumiex kompluti u l-kriterji għall-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom jiġu definiti aħjar.

L-FPI diġà lesta l-gwida metodoloġika tiegħu u se jkompli jtejjibha matul is-sena kollha, abbażi tar-rispons mill-kontrolli mwettqa. Il-kriterji għall-valutazzjonijiet tar-riskju qed jiġu raffinati fl-2012 sabiex tinkiseb aktar ċarezza rigward l-għażla ta' proġetti li jridu jiġu kkontrollati fl-2013. Ir-rakkomandazzjonijiet kollha magħmula mill-awditur intern lid-DĠ RELEX fir-rigward tal-kontrolli ex post ġew implimentati.


KAPITOLU 8

Riċerka u politiki interni oħra

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Programmi Kwadru għar-Riċerka

Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP)

Ambitu u approċċ tal-verifika

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Effettività tas-sistemi

Programmi Kwadru tar-Riċerka

Kontrolli ex ante fl-uffiċċju

Ċertifikazzjoni tal-verifika tal-klejms tal-ispejjeż

Verifiki finanzjarji ex post tal-Kummissjoni

Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) — Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tat-Teknoloġija tal- Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT-PSP)

Kontrolli ex ante fl-uffiċċju

Ċertifikazzjoni tal-verifika tal-klejms tal-ispejjeż

Verifiki finanzjarji ex post tal-Kummissjoni

Affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

Riżultati tal-Verifika tal-Fond ta’ Garanzija għal Azzjonijiet esterni

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

8.1.

Dan il-Kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-Qorti dwar ir-riċerka u politiki Interni oħra, li fih l-oqsma tal-politika 01 — Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji, 02 — Intrapriża, 03 — Kompetizzjoni, 08 — Riċerka, 09 — Soċjetà tal-Informazzjoni u midja, 10 — Riċerka diretta, 12 — Suq intern, 15 — Edukazzjoni u kultura, 16 — Komunikazzjoni, 18 — Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u 20 — Kummerċ kif ukoll il-verifika rikorrenti tal-Qorti dwar il-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni (1). Informazzjoni ewlenija dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq fl-2011 hija mogħtija fit- Tabella 8.1 .

 

Tabella 8.1 —   Riċerka u politiki interni oħra — Informazzjoni ewlenija 2011

(EUR miljun)

Titolu tal-baġit

Qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod ta’ ġestjoni

08

Riċerka

Nefqa amministrattiva

321

Ċentralizzata u diretta

FP7

3 494

Ċentralizzata u diretta

FP7 Euratom

271

Ċentralizzata u indiretta

Tlestija tal-programmi kwadru preċedenti (FPs)

518

Ċentralizzata u diretta

 

4 604

 

15

Edukazzjoni u kultura

Nefqa amministrattiva

131

Ċentralizzata u diretta

Tagħlim tul il-ħajja, inkluż il-multilingwiżmu

1 376

Ċentralizzata u indiretta

Żvilupp tal-kooperazzjoni kulturali fl-Ewropa

167

Ċentralizzata u indiretta

Inkoraġġiment u promozzjoni għall-kooperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ u l-isports

156

Ċentralizzata u indiretta

People (Nies) — programm dwar il-mobilità tar-riċerkaturi

584

Ċentralizzata u indiretta

 

2 414

 

09

Soċjetà tal-informazzjoni u midja

Nefqa amministrattiva

132

Ċentralizzata u diretta

FP7

1 218

Ċentralizzata u diretta

Oħrajn

139

Ċentralizzata u diretta

 

1 489

 

02

Intrapriża

Nefqa amministrattiva

123

Ċentralizzata u diretta

Kompetittività, politika industrijali, innovazzjoni u intraprenditorija

187

Ċentralizzata u diretta/ċentralizzata u indiretta permezz tal-EACI

Suq intern għall-prodotti u politika settorjali

33

Ċentralizzata u diretta

FP 7 — Kooperazzjoni — spazju u sigurtà

423

Ċentralizzata u diretta

Programmi tal-UE dwar in-navigazzjoni bis-satellità (EGNOS u Galileo)

570

Ċentralizzata u diretta

 

1 336

 

18

Libertà, sigurtà u ġustizzja

Nefqa amministrattiva

76

Ċentralizzata u diretta

Solidarjetà — Fruntieri esterni, politika dwar il-viża u moviment liberu tal-persuni

445

Kondiviż/Ċentralizzata u diretta

Flussi migratorji — Oqsma ta’ politiki komuni dwar l-immigrazzjoni u l-asil

159

Kondiviż/Ċentralizzata u diretta

Drittijiet fundamentali u ċittadinanza

48

Ċentralizzata u diretta

Sigurtà u salvagwardjar tal-libertajiet

133

Ċentralizzata u diretta

Ġustizzja fi kwistjonijiet kriminali u ċivili

62

Ċentralizzata u diretta

Prevenzjoni u informazzjoni dwar id-drogi

18

Ċentralizzata u diretta

Strateġija ta’ politika u koordinament

3

Ċentralizzata u diretta

 

944

 

10

Riċerka diretta

Persunal, spejjeż tal-operat u investimenti

352

Ċentralizzata u diretta

FP7

41

Ċentralizzata u diretta

Responsabbiltajiet storiċi li jirriżultaw minn attivitajiet nukleari

24

Ċentralizzata u diretta

Tlestija tal-programmi oqfsa preċedenti (FPs)

24

Ċentralizzata u diretta

 

441

 

01

Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji

Nefqa amministrattiva

70

Ċentralizzata u diretta

Unjoni ekonomika u monetarja

12

Ċentralizzata u diretta

Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali

55

Ċentralizzata u diretta

Operazzjonijiet u strumenti finanzjarji

252

Ċentralizzata u diretta/Ġestjoni konġunta mal-FEI/ċentralizzata u indiretta permezz tal-FEI

 

389

 

16

Komunikazzjoni

Nefqa amministrattiva

125

Ċentralizzata u diretta

Komunikazzjoni u l-midja

35

Ċentralizzata u diretta

Komunikazzjoni Niffukaw fuq il-Lokal

37

Ċentralizzata u diretta

Analiżi u għodda ta’ komunikazzjoni

26

Ċentralizzata u diretta

Trawwim ta’ ċittadinanza Ewropea

36

Ċentralizzata u diretta

 

259

 

20

Kummerċ

Nefqa amministrattiva

93

Ċentralizzata u diretta

Politika tal-kummerċ

11

Ċentralizzata u diretta/ġestjoni konġunta mal-IO

 

104

 

12

Suq intern

Nefqa amministrattiva

61

Ċentralizzata u diretta

Strateġija tal-politika u koordinament għad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern

34

Ċentralizzata u diretta

 

95

 

03

Kompetizzjoni

Nefqa amministrattiva

94

Ċentralizzata u diretta

Kartels, anti-trust u liberalizzazzjoni

0

Ċentralizzata u diretta

 

94

 

In-nefqa amministrattiva totali (26)

1 578

 

Il-programmi kwadru (FPs)

5 965

 

It-tagħlim tul il-ħajja, inkluż il-multilingwiżmu (LLP)

1 376

 

Nefqa operazzjonali oħra

3 250

 

In-nefqa operazzjonali totali

10 591

 

Li minnhom:

pagamenti bil-quddiem (27)

6 911

 

pagamenti interim/finali (28)

3 680

 

Pagamenti totali għas-sena

12 169

 

Impenji totali għas-sena

13 968

 

Sors: Il-kontijiet annwali proviżorji 2011 tal-Unjoni Ewropea.

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

8.2.

Il-komponenti prinċipali ta’ dan il-grupp tal-politika huma l-programmi kwadru għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku (FPs), li jammontaw għal 56 % tan-nefqa operazzjonali totali (jew EUR 5 965 miljun). Politiki interni oħra jinkludu l-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja, li jammonta għal 11 % tan-nefqa operazzjonali totali (jew EUR 1 376 miljun), il-programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-flussi migratorji” (SOLID) li jammonta għal 4 % (jew EUR 445 miljun) u l-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) li jammonta għal 2 % (jew EUR 258 miljun).

 

Programmi Kwadru għar-Riċerka

8.3.

Is-Sitt u s-Seba' Programm Kwadru għar-riċerka u l-iżvilupp tekonoloġiku (FP6 u FP7) huma l-istrumenti prinċipali tal-Unjoni Ewropea li jsostnu r-riċerka u l-innovazzjoni. Iż-żewġ FPs huma mfassla bil-għan li jsostnu l-istrateġiji ta’ Lisbona u l-Ewropa 2020 u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (2).

 

8.4.

L-FPs huma implimentati taħt ġestjoni ċentralizzata u diretta u ġestjoni ċentralizzata u indiretta bl-involviment ta’ sitt Direttorati Ġenerali u żewġ aġenziji eżekuttivi (3). Parti mill-baġit huwa implimentat ukoll taħt ġestjoni ċentralizzata u indiretta minn korpi differenti bħal ma’ huma l-Impriżi Konġunti (4) u l-Bank ta’ Investiment Ewropew.

 

8.5.

Iż-żewġ FPs huma prinċipalment programmi ta’ finanzjament kompetittiv li huma bbażati fuq proġetti fejn benefiċjarji potenzjali jridu jikkompetu għall-finanzjament billi jippreżentaw il-proġett tagħhom. Il-ftehimiet tal-għotjiet huma ffirmati bejn l-applikanti li jkollhom suċċess u l-Kummissjoni. Ladarba l-ftehim tal-għotja jkun ġie ffirmat, jitħallas l-ewwel pagament bil-quddiem u meta l-benefiċjarji jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż dan ikun segwit bil-pagamenti interim u finali.

 

8.6.

Ir-riskju prinċipali ta’ irregolarità huwa li l-benefiċjarji jistgħu jesaġeraw l-ispejjeż eliġibbli fid-dikjarazzjonijiet tagħhom tal-ispejjeż u li dawn jistgħu ma jiġux skoperti u sussegwentement korretti mis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni. Dan ir-riskju jiggrava minħabba l-kumplessità tar-regoli użati għall-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli u f'xi oqsma il-korpi ta’ implimentazzjoni (ara l-paragrafu 8.4) japplikaw ir-regoli b'mod differenti.

 

8.7.

Fl-24 ta’ Jannar 2011 il-Kummissjoni ħadet it-tliet miżuri li ġejjin bil-għan li tissemplifika r-regoli applikabbli għall-FP7:

(a)

it-twessigħ tal-aċċettazzjoni tal-metodoloġiji tal-benefiċjarji biex jikkalkolaw l-ispejjeż medji tal-persunal;

(b)

l-introduzzjoni ta’ finanzjament b'rata fissa għas-sidien tal-SMEs;

(c)

il-ħolqien ta’ Kumitat ta’ Approvazzjoni għar-Riċerka sabiex jinkisbu interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tar-regoli.

Għadu kmieni wisq biex wieħed jivvaluta l-impatt ta’ dawn il-miżuri fuq il-livell ta’ spejjeż ineliġibbli.

 

8.8.

F'dan il-qasam ta’ politika, il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli wkoll għall-implimentazzjoni ta’ żewġ programmi kbar dwar l-ispazju: il-programm Galileo u l-programm ta’ monitoraġġ globali tal-ambjent u s-sigurtà (GMES). Dawn il-kompiti jiġu ddelegati lil jew imwettqa f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA). Il-pagamenti totali magħmula mill-Kummissjoni lill-ESA fl-2011 ammontaw għal EUR 660 miljun (EUR 133,6 miljun għal GMES u EUR 526,4 miljun għal Galileo).

8.8.

Il-ħlasijiet li saru lill-ESA fl-2011 bħala kontribuzzjoni annwali mill-baġit tal-UE għall-programm ġestit b’mod konġunt GMES u l-ammonti determinati għall-implimentazzjoni tal-programm Galileo huma ħlasijiet ta’ prefinanzjament. L-ammont finali tal-fondi użati mill-ESA huwa determinat mill-Kummissjoni biss fi tmiem iż-żewġ programmi.

Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP)

8.9.

Il-programm CIP (il-qasam ta’ politiki interni oħra, li l-Qorti għażlet biex twettaq verifika tas-sistemi wara li segwiet approċċ b'sistema ta’ rotazzjoni) ikopri tliet subprogrammi ġestiti minn tliet DĠ (fl-2011, id-DĠ ECFIN (5): EUR 29 miljun, id-DĠ ENTR (6): EUR 114 miljun u d-DĠ INFSO: EUR 115 miljun). Id-DĠ INFSO jġesti l-programm ta’ appoġġ għall-politika (ICT-PSP) tat-tekonoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) li għandu l-għan li jistimola l-innovazzjoni u l-kompetittività permezz ta’ adozzjoni usa' u l-aqwa użu tal-ICT miċ-ċittadini, il-gvernijiet u n-negozji, partikolarment l-SMEs.

 

8.10.

Il-programm huwa implimentat permezz ta’ ġestjoni ċentralizzata diretta ta’ għotjiet, b'kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti permezz ta’ ftehimiet kofinanzjati ta’ għotjiet li l-Kummissjoni tiffirma mal-benefiċjarji li jiffurmaw konsorzju. Ir-riskju prinċipali tal-irregolarità fil-każ ta’ proġetti ta’ riċerka PSP, huwa li l-benefiċjarji jistgħu jinkludu spejjeż ineliġibbli fid-dikjarazzjonijiet tagħhom, li jistgħu ma jinstabux u ma jiġux korretti mis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni qabel ir-rimborż.

 

Ambitu u approċċ tal-verifika

8.11.

L- Anness 1.1, il-Parti 2 , tal-Kapitolu 1, jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija tal-verifika ġenerali tal-Qorti. Għall-verifika tar-riċerka u politiki interni oħra, għandhom jiġu nnutati l-punti speċifiċi li ġejjin:

(a)

il-verifika involviet eżami ta’ kampjun ta’ 150 pagament, li kienu jikkonsistu f'25 pagament bil-quddiem għal FPs għar-riċerka, 39 pagament bil-quddiem li koprew miżuri oħra f'dan il-grupp ta’ politika, 60 pagament interim jew finali għal FPs għar-riċerka u 26 pagamenti interim jew finali li koprew miżuri oħra f'dan il-grupp ta’ politika,

(b)

il-valutazzjoni tas-sistemi kopriet:

kontrolli ex ante fl-uffiċċju fil-Kummissjoni (7);

ċertifikati tal-verifika ta’ dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti mogħtija minn awdituri indipendenti (8);

verifiki finanzjarji ex post tal-proġetti (9);

rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni (10);

(c)

il-verifika tal-Fond ta’ Garanzija ffukat fuq il-konformità mal-ftehim bejn il-Kummissjoni u l-BEI dwar il-ġestjoni tal-attivi tal-Fond kif ukoll il-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni. Il-ħidma mwettqa minn kumpanija privata ta’ awdituri ġiet analizzata wkoll;

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

8.12.

L- Anness 8.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Meta l-Qorti ttestjat il-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet instab li 49 % kienu milquta minn żball. Ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti hija 3,0 % (11).

 

8.13.

B'kollox, il-Qorti sabet li 74 mill-kampjun ta’ 150 tranżazzjoni kienu milquta minn żball. Is-sors prinċipali ta’ żball kien id-dikjarazzjoni esaġerata ta’ spejjeż mill-benefiċjarji għal proġetti ffinanzjati mill-FPs għar-riċerka. Dan huwa konsistenti mal-iżbalji skoperti mill-verifiki finanzjarji ex post tal-Kummissjoni (12) (ara l-paragrafi 8.25 sa 8.30). Hekk kif innutat il-Qorti fi snin preċedenti (13), l-iżbalji jinstabu fil-kategoriji tal-ispejjeż kollha: spejjeż tal-persunal u spejjeż diretti oħra u spejjeż indiretti.

 

8.14.

Spejjeż tal-persunal: il-kalkolu tal-ispejjeż reali tal-persunal għandu jkun ibbażat fuq sistema ta’ reġistrazzjoni tal-ħin affidabbli. Il-verifiki tal-Qorti żvelaw: diskrepanzi bejn ir-reġistri tal-ħin u reġistri oħra tal-persunal (eż. reġistri ta’ assenza u vaganzi), każijiet ta’ membri tal-persunal iddikjarati li qed jaħdmu kompletament fuq proġett wieħed filwaqt li r-reġistri tal-ħin wrew li huma kienu qed jaħdmu fuq diversi proġetti u każijiet ta’ sahra li ma ġietx imħallsa imġarrba mill-Kummissjoni (ara l-eżempju 8.1).

8.14.

Żbalji identifikati fi pretensjoni ta’ kost jista’ jkun li ma jkollhom l-ebda impatt finanzjarju fuq il-fondi tal-UE.

Eżempju 8.1 —   Żball identifikat fi klejm tal-ispejjeż relatat mal-ispejjeż tal-persunal

Benefiċjarju involut fi proġett FP7 ddikjara EUR 308 000 spejjeż tal-persunal. Il-verifika tal-Qorti żvelat li l-benefiċjarju:

issottostima s-sigħat produttivi maħduma mill-impjegati tiegħu;

iċċarġja żżejjed sigħat għal diversi impjegati involuti fil-proġett ivverifikat.

B'kollox dawn is-sejbiet irriżultaw f'dikjarazzjoni esaġerata ta’ EUR 45 000 spejjeż tal-persunal.

Eżempju 8.1 —    Żball identifikat fi klejm tal-ispejjeż relatat mal-ispejjeż tal-persunal

Fil-każ kwotat mill-Qorti l-ammont mitlub mhux ġustifikat diġà kien paċut mal-ħlas segwenti.

8.15.

Spejjeż diretti oħra: sabiex l-ispejjeż diretti oħra jkunu eliġibbli, dawn iridu jkunu reali, appoġġati b'evidenza adegwata (bħal ma’ huma fatturi u prova ta’ pagament) u għandha tkun teżisti rabta ċara mal-proġett u l-perjodu ta’ rappurtar. Matul il-verifiki tagħha, ħafna drabi l-Qorti sabet li l-benefiċjarji inkludew fatturi għal oġġetti ta’ konsum li kienu ordnati jew ikkunsinnati wara tmiem il-proġett kif ukoll fatturi għal servizzi esterni li kellhom jiġu klassifikati bħala sottokuntrattar. Il-benefiċjarji naqsu wkoll milli jipprovdu fatturi li jappoġġaw l-ispejjeż jew il-prova ta’ pagament. Fir-rigward ta’ tagħmir, instabu każijiet fejn l-ispiża tal-akkwist ġiet imġarrba kompletament mill-proġett ta’ riċerka minflok ma ġiet deprezzata skont il-prattiki normali ta’ kontabilità tal-benefiċjarju.

 

8.16.

Spejjeż indiretti: għall-benefiċjarji li jużaw spejjeż indiretti reali, dawn iridu jkunu relatati ma' proġett. Il-benefiċjarji ta’ spiss naqsu milli jeskludu spejjeż ineliġibbli marbuta ma’ attivitajiet kummerċjali, provvisti jew spejjeż direttament iċċarġjati lill-proġett (ara l-Eżempju 8.2).

8.16.

Eżempju 8.2 —   Żball identifikat fi klejm tal-ispejjeż relatat ma’ spejjeż indiretti oħra

Benefiċjarju ddikjara spejjeż ġenerali li ammontaw għal EUR 366 891 u li kienu jinkludu l-ispejjeż indiretti tad-dipartimenti kollha tiegħu filwaqt li l-persunal ta’ riċerka kien ikkunsidrat biss bħala kriterju ta’ allokazzjoni meta dawn l-ispejjeż ġew iċċarġjati lill-proġetti tar-riċerka. Dan irriżulta fl-iċċarġjar ta’ spejjeż li ma kinux relatati ma’ proġett, li wassal għal dikjarazzjoni esaġerata ta’ EUR 180 670.

Eżempju 8.2 —    Żball identifikat fi klejm tal-ispejjeż relatat ma’ spejjeż indiretti oħra

Il-Kummissjoni wettqet il-proċedura kontradittorja mal-benefiċjarju. Wara informazzjoni kumplimentari u spjegazzjonijiet fornuti mill-benefiċjarju, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-talba żejda għal kostijiet indiretti għal dan il-proġett tammonta għal EUR 39,375 li kienu kompletament irkuprati fl-2012. Addizzjonalment, il-Kummissjoni infurmat lill-benefiċjarju li dan l-iżbal sistemiku għandu jkun korrett ukoll fil-proġetti l-oħra li fihom huwa jipparteċipa, ħaġa li huwa aċċetta li jagħmel.

Il-problema tal-kalkolu ta’ kostijiet indiretti hija magħrufa sew mal-Kummissjoni. IL-proposta għal Horizon 2020, jekk tkun adottata, tevita din il-problema billi tħallas il-kostijiet indiretti bħala rata fissa tal-kostijiet diretti.

8.17.

19 minn 65 tranżazzjoni (29 %) relatati ma’ politiki interni oħra kienu milquta minn żbalji. Dawn kienu jinkludu żbalji relatati mar-rimborż ta’ spejjeż mhux eliġibbli simili għall-iżbalji misjuba fl-FP6 u fl-FP7.

 

8.18.

Il-verifika tal-Qorti sabet żbalji bħal ma’ huma pagamenti bil-quddiem li kellhom jiġu kklejmjati fil-perjodu ta’ rappurtar segwenti u dispożizzjonijiet ineliġibbli fir-rapport finanzjarju pprovdut mill-ESA (ara wkoll il-paragrafu 8.36) kif ukoll dgħufijiet fil-proċeduri ta’ akkwist imwettqa meta kienet qed issir l-implimentazzjoni taż-żewġ programmi tal-ispazju (ara l-paragrafu 8.8).

8.18.

Il-Kummissjoni twettaq awditi fuq il-post għal kull rapport finanzjarju imressaq mill-ESA. Kwalunkwe żbalji identifikati huma korretti. L-inklużjoni ta’ avvanzi, li kellhom jintalbu fil-perjodu ta’ rappurtar segwenti, fir-rapportar tal-2010, ma għandhiex impatt finanzjarju fuq il-programm. Id-dispożizzjoni identifikata mill-Qorti kienet diġà korretta mill-ESA fil-perjodu ta’ rappurtar segwenti. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, il-kwistjonijiet ta’ akkwist identifikati mill-Qorti ma jwasslux għal ħela ta’ fondi tal-UE. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-proċeduri ta’ akkwist kif emendati wara l-awditi tal-Qorti huma adekwati u allinjati man-natura partikolari tal-attivitajiet ta' akkwist spazjali.

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

8.19.

Ir-riżultati tal-eżami tal-Qorti tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma miġbura fil-qosor fl- Anness 8.2 . Il-Qorti sabet li s-sistemi kienu parzjalment effettivi fl-iżgurar tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet kemm għar-Riċerka kif ukoll għall-ICT-PSP.

 

Programmi Kwadru tar-Riċerka

Kontrolli ex ante fl-uffiċċju

8.20.

Qabel ma jsir pagament l-aspetti operazzjonali u finanzjarji relevanti kollha huma soġġetti għal kontrolli fl-uffiċċju biex tiġi vverifikata r-regolarità tal-pagamenti u biex tkun żgurata konformità mal-kuntratti. B'riżultat tal-isforzi tal-Kummissjoni biex kemm jista' jkun tissemplifika l-proċeduri ta’ kontroll ex ante tagħha, dawn il-kontrolli ta’ spiss huma limitati għal reviżjoni fl-uffiċċju (desk review) tal-klejms tal-ispejjeż u r-riżultati relatati pprovduti mill-benefiċjarji.

8.20.

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li s-sistema ta’ kontroll għandha tkun ikkunsidrata fl-intier tagħha inkluż il-kontrolli ex ante u ex post.

8.21.

Il-verifika ta’ 108 pagament (14) mill-kampjun ta’ 150 (ara l-paragrafu 8.11) żvelat 51 każ milquta minn dgħufijiet fil-kontrolli ex ante fl-uffiċċju li l-Qorti, madankollu, ma tqisx li huma sostanzjali bħal ma’ huma r-retroattività tad-data tal-bidu tal-proġett (mingħajr talba bil-miktub minn qabel mill-benefiċjarju), dewmien fil-pagamenti u inkonsistenzi fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni. B'riżultat ta’ dan, din il-proċedura ta’ kontroll hija meqjusa bħala parzjalment effettiva.

 

Ċertifikazzjoni tal-verifika tal-klejms tal-ispejjeż

8.22.

Il-ftehimiet tal-għotja jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li skonthom id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-benefiċjarji għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat ta’ verifika (FP6) jew ċertifikat dwar ir-rapporti finanzjarji (FP7) (15) maħruġa minn awditur indipendenti. L-iskop ta’ dawn iċ-ċertifikati huwa li l-Kummissjoni tiġi pprovduta bl-informazzjoni relevanti ħalli hija tkun tista' tivvaluta jekk l-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarji humiex eliġibbli u jekk l-irċevuti u l-imgħaxijiet kollha ġġenerati permezz tal-finanzjament minn qabel ġewx iddikjarati.

 

8.23.

Għal dawk id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-benefiċjarji fejn ikun ġie pprovdut ċertifikat (31 minn 60 pagament interim u finali), il-Qorti kkumparat ir-riżultati tal-verifika tagħha stess mal-konklużjoni taċ-ċertifikat. Il-Qorti sabet żbalji f'25 każ fejn l-awditur indipendenti kien ħareġ opinjoni mhux ikkwalifikata. F'14 mill-każijiet l-iżbalji kellhom impatt finanzjarju ta’ 'l fuq minn 2 %.

 

8.24.

B'konformità mas-sejbiet għas-snin preċedenti u minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tqajjem kuxjenza fost il-benefiċjarji u l-awdituri (ara l- Anness 8.3 ), din il-proċedura ta’ kontroll s'issa għadha biss parzjalment effettiva minħabba li għad hemm oġġetti mhux eliġibbli li mhumiex qed jiġu identifikati mill-awdituri indipendenti.

8.24.

Il-Kummissjoni hija konxja li s-CFS ma jevitawx l-iżbalji kompletament, iżda madankollu inaqqsu l-livelli tal-iżbalji sostanzjalment. Huma għalhekk kontributur importanti għal-livell ġenerali ta’ assigurazzjoni tal-Kummissjoni.

Verifiki finanzjarji ex post tal-Kummissjoni

8.25.

Għaż-żewġ FPs id-DĠ li ġejjin mill-familja tar-riċerka għandhom strateġiji komuni għall-verifika ex post. L-objettivi prinċipali huma:

(a)

li jiġu vvalutati l-legalità u r-regolarità tal-klejms tal-ispejjeż biex b'hekk jingħata kontribut għad-Dikjarazzjoni Annwali ta’ Assigurazzjoni tal-Uffiċjali li Jawtorizzaw (AO) b'delega; u

(b)

li tiġi pprovduta bażi għall-irkupru ta’ fondi tal-UE li ġew indebitament imħallsa.

 

8.26.

B'mod ġenerali, is-sistema ta’ verifiki ex post stabbilita mill-Kummissjoni ġiet ivvalutata bħala effettiva.

 

Fiduċja fix-xogħol tal-awdituri esterni

8.27.

Il-maġġoranza tal-verifiki rappreżentattivi (16) tal-Kummissjoni jiġu mwettqa minn ditti esterni ta’ verifika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà u l-kontroll tagħha.

 

8.28.

Il-Qorti wettqet analiżi dettaljata ta’ 30 fajl ta’ verifika ex post, fejn iffukat fuq il-kwalità tad-dokumentazzjoni tal-verifika, il-konsistenza tal-metodoloġija li ġet applikata u r-rappurtar lill-Kummissjoni. Filwaqt li l-Qorti identifikat dgħufijiet fil-qasam tad-dokumentazzjoni tal-verifika u l-metodoloġija tal-verifika (17) applikati mill-awdituri esterni, hija qieset li r-rappurtar kien sodisfaċenti b'mod ġenerali.

8.28.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-dgħufijiet identifikati mill-Qorti kellhom impatt finanzjarju baxx. Madankollu, hija se tintensifika l-isforzi tagħha biex tiżgura li l-impriżi ta’ awditjar estern jilħqu r-rekwiżiti speċifiċi deskritti fil-kuntratt qafas għal kull assenjazzjoni ta’ awditu.

Sistemi relatati mal-irkupru ta’ fondi tal-UE li ġew indebitament imħallsa

8.29.

B'riżultat tal-iżbalji identifikati matul il-verifiki finanzjarji ex post tal-Kummissjoni, fondi tal-UE li ġew indebitament imħallsa jridu jiġu rkuprati (kemm jekk permezz ta’ ordni ta’ rkupru jew inkella permezz ta’ tpaċija ma’ pagament futur). Id-data konsolidata għad-DĠ RTD u d-DĠ INFSO turi li l-irkupru huwa proċess fit-tul. Fl-aħħar tas-sena 2011, 81 % u 33 % tal-verifiki (18) li ngħalqu fl-2010 u fl-2011 rispettivament ġew ikkunsidrati bħala implimentati.

8.29-8.30.

Għall-korrezzjoni tal-iżbalji fil-proġetti multiannwali tal-Programm Qafas, tpaċija mal-ħlas segwenti hija l-prattika normalment użata. F’ħafna każijiet il-ħlasijiet segwenti jkunu mitluba sena jew sena u nofs wara, li jinfluwenza b’mod sinifikanti l-livell ta’ implimentazzjoni ta’ awditi magħluqa fl-2010 u l-2011. Minħabba li l-proċess ta' estrapolazzjoni jeħtieġ il-kalkolu mill-ġdid tal-pretensjonijiet tal-kost u li dawn jerġgħu jkunu preżentati mill-benefiċjarji, korrezzjonijiet permezz ta' estrapolazzjoni ta' riżultati ta' awditu saħansitra jieħdu iktar żmien mill-implimentazzjoni tar-riżultati tal-awditu imsemmija fi 8.29.

8.30.

Barra minn hekk, l-estrapolazzjoni ta’ żbalji sistematiċi identifikati għal proġetti mhux ivverifikati ta’ benefiċjarji vverifikati huwa proċess anki aktar fit-tul. Ir-rata ta’ implimentazzjoni tal-iżbalji sistematiċi (19) għad-DĠ RTD kemm għall-programmi tal-FP6 kif ukoll għal dawk tal-FP7 kienet 44,8 % fl-aħħar tal-2011.

Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) — Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT-PSP)

Kontrolli ex ante fl-uffiċċju

8.31.

Il-verifika tal-qorti kkumparat l-evidenza tal-kontrolli ex ante fis-sistema tal-kontabilità ABAC ma’ dik tas-sistema lokali tad-DĠ INFSO. Fi 23 minn 30 każ il-persuni li jawtorizzaw it-tranżazzjoni f'ABAC ma kinux l-istess bħal dawk li jawtorizzawhom fis-sistema lokali. Għall-programm ICT-PSP is-sistema ABAC ma tidentifikax b'mod affidabbli l-persuni li jwettqu l-kontrolli proprji. Konsegwentement, din il-proċedura ta’ kontroll hija meqjusa parzjalment effettiva biss.

8.31.

Is-sistema lokali fis-seħħ fid-DĠ INFSO tirreġistra l-viża tal-atturi kollha involuti fil-validazzjoni tat-tranżazzjonijiet. Din is-sistema hija awtomatika u sigura u toffri għalhekk ċertezza 100 % dwar min għamel xiex, abbażi tal-viżi elettroniċi rreġistrati fis-sistema.

L-ismijiet tal-persuni indikati fl-ABAC jistgħu jkunu differenti għax jikkorrispondu mal-persuni li attwalment kienu involuti fit-tranżazzjoni, iżda b’rwol differenti fil-każ ta’ ħlasijiet interim u dawk finali. Dan jirriżulta minn deċiżjoni deliberata meħuda mid-DĠ INFSO biex jillimita l-aċċess fl-ABAC għall-persuni b'esperjenza sabiex jillimita r-riskju ta' żbalji. Il-prinċipju huwa ddokumentat b'mod xieraq fid-deskrizzjoni taċ-ċirkwiti finanzjarji tad-DĠ INFSO.

Sabiex tkun riżolta l-kwistjoniji identifikata mill-Qorti, id-DĠ INFSO għandu l-intenzjoni li matul l-2013 jiżviluppa soluzzjoni teknika biex jindirizza il-kwistjoni tal-viżi fl-ABAC fil-qafas tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi (Orizzont 2020).

Ċertifikazzjoni tal-verifika tal-klejms tal-ispejjeż

8.32.

Għat-30 tranżazzjoni vverifikati għall-kontrolli ex ante, tlieta kellhom bżonn ċertifikati tal-verifika. Dawn ingħataw u l-konklużjonijiet tagħhom ittieħdu inkunsiderazzjoni meta ġie stabbilit l-ammont dovut.

 

Verifiki finanzjarji ex post tal-Kummissjoni

8.33.

Fl-2011 ma kienet ġiet approvata ebda strateġija tal-verifika ex post formali għall-programmi li mhumiex tar-riċerka mmexxija mid-DĠ INFSO. Għalhekk, matul l-2011, ma kien hemm ebda proċedura speċifika tal-verifika stabbilita għall-verifiki ex post tal-proġetti ICT-PSP u ma twettqet ebda valutazzjoni tar-riskju speċifika għall-programm ICT-PSP.

8.33.

Il-programmi mhux ta’ riċerka tad-DĠ INFSO huma suġġetti għall-awditi regolari. Fl-2011 ingħalqu tnax-il awditu ex post f’dan il-qasam ta’ finanzjament, li minnhom 2 kienu relatati mal-ICT-PSP. L-awditi mwettqa huma magħżula abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet tar-riskju u tipikament huma mitluba mis-servizzi responsabbli għall-ġestjonijiet tal-proġett operazzjonali.

Fid-dawl tal-importanza finanzjarja dejjem tikber ta’ dan il-qasam ta’ finanzjament, is-servizzi tad-DĠ INFSO fasslu strateġija ta' awditjar li qed tkun implimentatat fl-2012. Barra minn hekk, fl-2011 is-servizzi tad-DĠ INFSO kkonkludew kuntratt ta’ qafas għal serviżzi ta' awditjar ex post fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-qasam ta' finanzjament. L-ewwl lott ta’ 22 awditu, rigward il-fondi li mhumiex ta’ riċerka, ġie varat fl-ewwel semestru tal-2012 abbażi ta' kuntratt ta' qafas.

Il-ħlasijiet interim u finali għal programmi mhux ta’ riċerka rrapreżentaw inqas minn 4% tat-total ta’ ħlasijiet tal-INFSO fl-2011. Id-DĠ INFSO jikkunsidra li l-miżuri mibdija fl-2011 u li qed ikunu implimentati fl-2012 huma adegwati fid-dawl tal-importanza finanzjarja tal-attività ta’ finanzjament inkwistjoni.

8.34.

Fi żmien il-verifika tal-Qorti kienu twettqu biss żewġ verifiki mill-Kummissjoni għall-proġetti ICT-PSP (waħda fl-2011 u waħda fl-2010). Fiż-żewġ każijiet ir-rati tal-iżball kienu għoljin ħafna: 96 % u 100 % rispettivament. Barra minn dan, il-Qorti vverifikat żewġ proġetti ICT-PSP bħala parti mill-ittestjar sostantiv tagħha. Ir-rati tal-iżball kienu 99,82 % u 2,86 %. In-nuqqas ta’ strateġija tal-verifika ex post għall-programm ICT-PSP tirrappreżenta dgħufija sinifikanti fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll, partikolarment meta wieħed jikkunsidra r-rati għolja tal-iżball misjuba. Huwa meqjus li dan il-kontroll mhuwiex effettiv.

8.34.

Iż-żewġ awditi mwettqa mill-Kummissjoni fl-2010 u l-2011 għall-ICT-PSP, li huwa wieħed mill-programmi mhux ta’ riċerka ġestiti mid-DĠ INFSO, kienu magħżula abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet tar-riskju, għal dawn l-awditi, ir-rata ta’ żball misjuba hija spiss għolja ħafna u mhix rapreżentattiva tal-popolazzjoni inġenerali.

Waħda mill-għanijiet tal-istrateġija tal-awditu li qed tkun implimentata fl-2012 għall-programmi mhux ta’ riċerka hija li jkunu definiti approċċi biex jittieħdu kampjuni li jippermettu li tkun determinata rata ta’ żball sinifikanti waqt li tkun massimizzata l-ekonomija tal-awditjar billi jkun hemm konċentazzjoni fuq benefiċjarji kbar u dawk suxxettibbli għar-riskju.

Affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

8.35.

Ir-RAA li ġew ivverifikati jagħtu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. L-informazzjoni li ngħatat tikkorrobora l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Qorti.

 

8.36.

Tliet DĠ (20) iddikjaraw riżerva dwar l-iżbalji residwali li jolqtu l-preċiżjoni tal-klejms tal-ispejjeż fl-FP7 u żewġ DĠ (21) żammew ir-riżerva relatata mad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż fl-FP6. Id-DĠ ENTR ukoll esprima riżerva dwar l-affidabbiltà tar-rappurtar finanzjarju tal-ESA (ara l-paragrafu 8.18).

8.36.

Il-Kummissjoni se tkompli tawditja rapporti finanzjarji pprovduti mill-ESA u se tinkoraġġixxi u tappoġġa lill-ESA fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tagħha lejn titjib ulterjuri tal-kwalità tar-rapportar finanzjarju lill-Kummissjoni. Minħabba l-azzjonijiet li għaddejjin bħalissa, il-Kummissjoni tistenna li l-kwistjonijiet jiġu korretti malajr biex dan jippermetti t-tnaqqis u finalment it-tneħħija ta' din ir-riżerva.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

8.37.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għar-riċerka u politiki interni oħra kienu milquta minn żball materjali (22).

 

8.38.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti sabet li s-sistemi eżaminati ta’ sorveljanza u kontroll għar-riċerka u politiki interni oħra kienu parzjalment effettivi.

8.38.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li mill-persettiva tal-ġestjoni - meta jkunu bbilanċjati l-objettivi skont il-leglità u r-regolarità mal-kusiderazzjonijiet tal-proporzjonalità tar-riskju u l-kost-effettività tal-kontrolli – il-ġestjoni u s-sistemi ta’ kontroll tagħha jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli, soġġetta għar-riżervi maħruġa mill-AODs kif imsemmi fil-paragrafu 8.36.

Rakkomandazzjonijiet

8.39.

L- Anness 8.3 juri r-riżultat tal-analiżi mill-Qorti tal-progress fl-indirizzar ta’ rakkomandazzjonijiet magħmula f'rapporti annwali preċedenti (l-2008 sal-2009). Il-punti li ġejjin għandhom jiġu nnutati:

8.39.

(a)

Fejn verifiki ex post jikxfu diskrepanzi kbar bejn ammonti ċċertifikati u dawk ivverifikati, bħal fl-aħħar tal-2011, ma kien hemm ebda proċess ta’ feedback dirett stabbilit sabiex l-awdituri li jiċċertifikaw isiru konxji tas-sejbiet tal-verifika tal-Kummissjoni.

(a)

Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom fis-seħħ proċess biex jipprovdu feedback lill-awdituri ċertifikanti fejn l-awditi ex post tal-Kummissjoni identifikaw differenzi materjali bejn id-dikjarazzjonjiet ċertifikati tal-kost u s-sejbiet proprji tagħha. Dan jintlaħaq jew billi jiktbu lill-benefiċjarji u jistidnuhom jikkomunikaw il-feedback lill-Awditur ċertifikanti jew billi jindirizzaw direttament lill-awditur ċertifikanti.

(b)

Il-Kummissjoni kompliet bl-isforzi tagħha biex timplimenta r-riżultati tal-verifika (billi taġġusta d-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż jew billi toħroġ ordnijiet ta’ rkupru) meta l-parteċipanti kienu nstabu li esaġeraw in-nefqa fid-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tagħhom. Madankollu ġie nnutat li fil-prattika, speċjalment għall-estrapolazzjoni, l-irkupru huwa proċess fit-tul (ara l-paragrafi 8.29 u 8.30).

(b)

Il-Kummissjoni diġà indirizzat is-sejbiet tal-Qorti. Għall-korrezzjoni tal-iżbalji fil-proġetti multiannwali tal-Programm Qafas, tpaċija mal-ħlas segwenti hija l-prattika normalment użata. F’ħafna każijiet il-ħlasijiet segwenti jkunu mitluba sena jew sena u nofs wara, li jinfluwenza b’mod sinifikanti l-livell ta’ implimentazzjoni ta’ awditi magħluqa fl-2010 u l-2011.

8.40.

Wara din ir-reviżjoni u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2011, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha:

8.40.

Ara t-tweġiba konġunta lil paragrafi 1.12 u 1.13.

fil-qasam tal-FPs għar-riċerka:

 

Rakkomandazzjoni 1: tintensifika l-isforzi tagħha biex tindirizza l-iżbalji misjuba fil-pagamenti interim u finali;

Il-possibbiltajiet li jkunu issimplifikati r-regoli tal-FP7 ġew eżawriti. Madanakollu, il-Kummissjoni se tkompli tindirizza l-iżbalji bl-azzjonijijiet segwenti:

sforzi kontiwi rinfurzati biex jipprovdu gwida u feedback lill-parteċipanti u awdituri ċertifikanti;

reviżjoni tal-proċeduri ta' kontroll ex ante madankollu mingħajr ma jiżdied bla bżonn iż-żmien sal-ħlas;

tkompli x-xogħol tagħha ta’ awditjar u azzjonijiet ta’ rkupru;

timmonitira l-impatt finanzjarju tal-iżbalji identifikati, li jafu jkunu inqas mill-iżball, matul il-perjodu multiannwali.

Simplifikazzjoni ulterjuri ġiet proposta f’Orizzont 2020 li, jekk adottata, twassal għal rata ta’ żball imnaqqsa.

Rakkomandazzjoni 2: ittejjeb l-inizjattivi tagħha sabiex il-benefiċjarji u l-awdituri indipendenti jsiru konxji tal-iżbalji mikxufa matul il-verifiki ex post tal-Qorti u tal-Kummissjoni;

Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom fis-seħħ proċess biex jipprovdu feedback lill-awdituri ċertifikanti fejn l-awditi ex post tal-Kummissjoni identifikaw differenzi materjali bejn id-dikjarazzjonjiet ċertifikati tal-kost u s-sejbiet proprji tagħha. Dan jintlaħaq jew billi jiktbu lill-benefiċjarji u jistidnuhom jikkomunikaw il-feedback lill-Awditur ċertifikanti jew billi jindirizzaw direttament lill-awditur ċertifikanti.

Rakkomandazzjoni 3: tiżgura li d-ditti esterni tal-verifika li jwettqu verifiki f'isimha jallinjaw il-proċeduri tagħhom mal-linji gwida u l-prassi standard tal-Kummissjoni u b'mod partikolari jtejbu l-kwalità tad-dokumentazzjoni tal-verifika tagħhom.

Il-Kummissjoni se tintensifika l-isforzi tagħha biex tiżgura li l-impriżi ta’ awditjar estern jilħqu r-rekwiżiti speċifiċi kollha deskritti fil-kuntratt qafas għal kull assenjazzjoni ta’ awditu. F’dan il-kuntest, analiżi tad-dokumenti ta’ ħidma miżmuma mill-impriżi ta’ awditjar estern se ssir biex tiżgura li huma konformi mar-rekwiżiti tal-kuntratt ta’ qafas. L-ewwel tali analiżi se ssir fi qabel tmiem is-sena 2012.

fil-qasam tal-politiki interni l-oħra:

 

Rakkomandazzjoni 4: tintroduċi malajr kemm jista' jkun, strateġija tal-verifika ex post għall-programm ICT-PSP, wara li tqis l-esperjenza miksuba mill-istrateġija tal-verifika ex post tad-DĠ INFSO li hija bbażata fuq ir-riskju għall-proġetti ta’ programmi kwadru.

Id-DĠ INFSO fassal strateġija ta’ awditjar għal programmi mhux ta’ riċerka, li tkopri, fost programmi oħra, il-programm tal-ICT-PSP li qed ikun implimentat fl-2012.

RIŻULTATI TAL-VERIFIKA TAL-FOND TA’ GARANZIJA GĦAL AZZJONIJIET ESTERNI

8.41.

L-għan tal-Fond ta’ Garanzija għal Azzjonijiet Esterni (23) (il-Fond), li jiggarantixxi self lill-pajjiżi terzi, huwa li jirrimborsa lill-kredituri tal-UE (24) fl-eventwalità li l-benefiċjarju ma jħallasx lura self u sabiex jiġi evitat rikors dirett għall-baġit tal-UE. Il-ġestjoni amministrattiva tal-Fond hija mwettqa mid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (id-DĠ ECFIN) filwaqt li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huwa responsabbli mill-ġestjoni tat-teżor tiegħu.

 

8.42.

Fil-31 ta’ Diċembru 2011, hekk kif muri fil-kontijiet ikkonsolidati 2011 tal-UE, l-attivi netti tal-Fond kienu EUR 1 475 miljun, meta mqabbel ma’ EUR 1 346 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2010 (25). Ma saru l-ebda sejħiet ta’ garanzija fuq il-Fond fis-sena taħt analiżi.

 

8.43.

Il-BEI u l-Kummissjoni jużaw punt ta’ riferiment standard biex janalizzaw il-prestazzjoni annwali tal-Fond. Ir-redditu fuq il-portafoll tal-Fond fl-2011 ammonta għal 0,72 %, li jirrappreżenta sottoprestazzjoni ta’ 139 punti ta’ bażi meta mqabbel mal-punt ta’ riferiment tiegħu.

 


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10) jistipula fil-premessi tiegħu li l-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta’ Garanzija għandha tkun soġġetta għal verifika mill-Qorti tal-Awdituri skont il-proċeduri miftiehma mill-Qorti tal-Awdituri, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment.

(2)  Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka hija magħmula mill-attivitajiet, il-programmi u l-politiki kollha tar-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa li jinvolvu perspettiva transnazzjonali. Flimkien huma jagħtu opportunitajiet imtejba ħafna lir-riċerkaturi, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u n-negozji biex jiċċirkulaw, jikkompetu u jikkooperaw madwar il-fruntieri.

(3)  Is-sitt Direttorati Ġenerali huma: id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni (RTD), id-DĠ għas-Soċjetà Informatika u l-Mezzi ta’ Komunikazzjoni (INFSO), id-DĠ Edukazzjoni u Kultura (EAC), id-DĠ Intrapriża u Industrija (ENTR), id-DĠ Mobilità u Trasport (MOVE) u d-DĠ Enerġija (ENER). Iż-żewġ Aġenziji Eżekuttivi huma: (i) l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) u (ii) l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERCEA).

(4)  L-Impriżi Konġunti tal-Unjoni Ewropea għar-Riċerka (JUs) huma: l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni; l-Impriża Konġunta “Clean Sky”; l-Impriża Konġunta ARTEMIS; l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi; l-Impriża Konġunta ENIAC; u l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu.

(5)  Id-DĠ ECFIN jappoġġa lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) billi jagħtihom aċċess għal finanzjament ta’ ekwità, kapital ta’ riskju u self, permezz tal-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni mħaddma f'isem il-Kummissjoni mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI).

(6)  Id-DĠ ENTR iġesti s-subprogramm relatat mal-intraprenditorija u l-innovazzjoni billi juża għotjiet miċ-CIP ġestiti permezz tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI).

(7)  Għar-riċerka, din il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq il-kampjun ta’ 85 pagament relatati mal-FPs. Għal Politiki Interni Oħra, din il-valutazzjoni, u l-valutazzjoni tal-verifiki finanzjarji ex post tal-proġetti, kienet ibbażata fuq kampjun addizzjonali ta’ 30 pagament relatati mal-programm CIP ġestit mid-DĠ INFSO, jiġifieri ICT-PSP.

(8)  Dan kien ibbażat fuq kampjun ta’ 31 klejm tal-ispejjeż mill-benefiċjarji li għalihom kien ingħata ċertifikat.

(9)  Dan kien ibbażat primarjament fuq l-eżami ta’ 30 fajl tal-verifika ex post.

(10)  Ir-rapporti ta’ attività annwali tad-Diretturi Ġenerali ta’ DĠ RTD, DĠ INFSO, DĠ ENTR u DĠ EAC u ż-żewġ Aġenziji Eżekuttivi ERCEA u REA ġew analizzati.

(11)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata tal-iżball fuq il-bażi ta’ kampjun tal-istatistika rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima (magħrufa bħala l-MLE). Il-Qorti għandha 95 % fiduċja li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni tinsab bejn LEL 1,1 % u UEL 4,9 % (il-limitu inferjuri u superjuri tar-rata tal-iżball rispettivament).

(12)  Dan kien ikkonfermat ukoll mill-Kummissjoni fin-nota lill-benefiċjarji ddatata d-19 ta’ Marzu 2012 dwar kif għandhom jiġu evitati żbalji komuni identifikati fil-klejms tal-ispejjeż, li tiddikjara li bosta mill-iżbalji jinħolqu mill-interpretazzjoni żbaljata tar-regoli jew mill-fatt li l-benefiċjarji li ma jikkunsidrawx b'mod dovut id-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-għotja u l-linji gwida finanzjarji.

(13)  Ara l-paragrafu 6.13 tar-Rapport Annwali 2010, il-paragrafi 5.19 sa 5.20 u 8.11 sa 8.12 tar-Rapport Annwali 2009, il-paragrafi 7.12 sa 7.15 u 10.12 sa 10.13 tar-Rapport Annwali 2008.

(14)  Din tikkonsisti fi: 60 pagament interim jew finali tal-FPs, 25 pagament bil-quddiem tal-FPs, 21 pagament marbut mal-kontribuzzjonijiet għall-Impriżi Konġunti tar-Riċerka, il-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Kondiviżjoni tar-Riskji, il-programmi EGNOS u Galileo u 2 pagamenti bil-quddiem għall-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar.

(15)  Il-benefiċjarji tal-FP7 huma meħtieġa jipprovdu ċertifikat jekk il-kontribuzzjoni tal-UE teċċedi EUR 375 000. Il-Kummissjoni kkalkulat li 80 % minnhom se jibqgħu taħt dan il-limitu.

(16)  Verifiki magħżula fuq bażi każwali u intenzjonati li jistabbilixxu rata tal-iżball rappreżentattiva tal-popolazzjoni kollha.

(17)  Id-dgħufijiet li nkixfu prinċipalment kienu jikkonċernaw l-aċċettazzjoni żbaljata ta’ spejjeż ineliġibbli, teħid ta’ kampjuni li ma kienx rappreżentattiv tal-popolazzjoni u l-validazzjoni ta’ spejjeż indiretti mhux korretti.

(18)  Verifiki li koprew kemm l-FP6 kif ukoll l-FP7.

(19)  Żball huwa kkunsidrat bħala “implimentat” meta l-benefiċjarju jaċċetta l-korrezzjoni b'rata fissa proposta mill-Kummissjoni jew jippreżenta dikjarazzjonijiet ta’ spejjeż reveduti għall-proġetti milquta bl-estrapolazzjoni.

(20)  Id-DĠ ENTR, id-DĠ INFSO u d-DĠ RTD.

(21)  Id-DĠ ENTR u d-DĠ RTD.

(22)  Ara l-paragrafi 8.12 u 8.13.

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 tal-31 ta’ Ottubru 1994 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni (ĠU L 293, 12.11.1994, p. 1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 89/2007 (ĠU L 22, 31.1.2007, p. 1).

(24)  Prinċipalment il-BEI, iżda wkoll is-self estern tal-Euratom u l-għajnuna makrofinanzjarja (MFA) tal-KE lil pajjiżi terzi.

(25)  L-attivi netti awtonomi tal-fond qabel il-konsolidazzjoni ammontaw għal EUR 1 495 miljun.

(26)  Ir-rapport dwar il-verifika tan-nefqa amministrattiva jinsab fil-Kapitolu 9.

(27)  Pagamenti bil-quddiem skont is-Seba' Programm Kwadru (2007-2013) u skont il-Programm Tagħlim Matul il-Ħajja ammontaw għal EUR 3 837 miljun u EUR 1 208 miljun rispettivament.

(28)  Pagamenti interim/finali skont is-Seba' Programm Kwadru (2007-2013) u l-Programm Tagħlim Matul il-Ħajja ammontaw għal EUR 2 128 miljun u EUR 168 miljun rispettivament.

Sors: Il-kontijiet annwali proviżorji 2011 tal-Unjoni Ewropea.

ANNESS 8.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAR-RIĊERKA U POLITIKI INTERNI OĦRA

 

2011

2010

2009

2008

FP6

FP7

LLP

Oħra

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet (li minnhom):

17

68

10

55

150

150

351

361

Pagamenti bil-quddiem

2

23

9

30

64

77

125

237

Pagamenti interim/finali

15

45

1

25

86

73

226

124

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon ta’ tranżazzjonijiet ittestjati misjuba li huma:

Ħielsa minn żball

47 %

(8)

32 %

(22)

100 %

(10)

65 %

(36)

51 %

(76)

61 %

72 %

86 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

53 %

(9)

68 %

(46)

0 %

(0)

35 %

(19)

49 %

(74)

39 %

28 %

14 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta’ nfiq

Pagamenti bil-quddiem

0 %

(0)

11 %

(5)

0 %

(0)

63 %

(12)

23 %

(17)

12 %

9 %

19 %

Pagamenti interim/finali

100 %

(9)

89 %

(41)

0 %

(0)

37 %

(7)

77 %

(57)

88 %

91 %

81 %

Analiżi skont it-tip ta’ żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

0 %

(0)

39 %

(18)

0 %

(0)

53 %

(10)

38 %

(28)

33 %

35 %

34 %

Żbalji kwantifikabbli:

100 %

(9)

61 %

(28)

0 %

(0)

47 %

(9)

62 %

(46)

67 %

65 %

66 %

Eliġibbiltà

100 %

(9)

96 %

(27)

0 %

(0)

100 %

(9)

98 %

(45)

97 %

55 %

65 %

Okkorrenza

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

6 %

3 %

Preċiżjoni

0 %

(0)

4 %

(1)

0 %

(0)

0 %

(0)

2 %

(1)

3 %

39 %

32 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

3,0 %

 

 

 

Limitu superjuri tal-iżball

4,9 %

 

 

 

Limitu inferjuri tal-iżball

1,1 %

 

 

 


(1)  Biex jittejjeb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili tar-riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  Numri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd reali ta’ tranżazzjonijiet.

ANNESS 8.2

RIŻULTATI TAL-EŻAMI TAS-SISTEMI GĦAR-RIĊERKA U POLITIKI INTERNI OĦRA

Valutazzjoni tas-sistemi eżaminati

Sistema kkonċernata

Kontrolli ex ante fl-uffiċċju

Ċertifikazzjoni tal-verifika

Verifiki finanzjarji ex post

Valutazzjoni ġenerali

Programmi Kwadru għar-Riċerka

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni — Programm ta’ Sostenn għal-Politika tal-ICT

Parzjalment effettivi

M/A

Mhux effettivi

Parzjalment effettivi

ANNESS 8.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAR-RIĊERKA U POLITIKI INTERNI OĦRA

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

2009

Il-Kummissjoni għandha tqajjem il-kuxjenza tal-awdituri li jiċċertifikaw dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa, bil-għan li titjieb l-affidabbiltà taċ-ċertifikati tal-verifika li huma joħorġu.

(il-paragrafu 8.32)

Fejn verifiki ex post jikxfu diskrepanzi kbar bejn ammonti ċċertifikati u dawk ivverifikati, m'hemm ebda proċess ta’ feedback stabbilit sabiex l-awdituri li jiċċertifikaw isiru konxji tas-sejbiet tal-verifika tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tistabbilixxi prattika bħal din fl-2012. Barra minn dan, fl-2012 il-Kummissjoni bdiet kampanja ta’ komunikazzjoni li timmira lejn il-benefiċjarji u l-awdituri li jiċċertifikawhom u l-objettiv huwa li huma jtejbu l-affidabbiltà tal-klejms tal-ispejjeż ippreżentati u (fejn relevanti) iċ-ċertifikati rispettivi tal-verifika.

Is-servizzi tal-Kummissjoni diġà għandhom fis-seħħ proċess biex jipprovdu feedback lill-awdituri ċertifikanti fejn l-awditi ex post tal-Kummissjoni identifikaw differenzi materjali bejn id-dikjarazzjonjiet ċertifikati tal-kost u s-sejbiet proprji tagħha. Dan jintlaħaq jew billi jiktbu lill-benefiċjarji u jistidnuhom jikkomunikaw il-feedback lill-Awditur ċertifikanti jew billi jindirizzaw direttament lill-awditur ċertifikanti.

2008

Il-Kummissjoni għandha tiżgura applikazzjoni rigoruża tal-kontrolli, b’mod partikolari billi timponi penali fejn huwa xieraq u tagħmel irkupri jew aġġustamenti f’każijiet ta’ rimborż mhux dovut tal-ispejjeż ikklejmjati.

(il-paragrafu 7.42)

Fl-2011, il-Kummissjoni kompliet bl-isforzi tagħha għall-implimentazzjoni tar-riżultati tal-verifika bl-aġġustament tal-klejms tal-ispejjeż jew billi jinħarġu ordnijiet ta’ rkupru. Barra minn hekk, mill-2009 'l hawn l-Kummissjoni imponiet danni likwidati b'mod sistematiku fuq il-parteċipanti li nstabu li kienu esaġeraw in-nefqa u li għalhekk irċevew kontribuzzjoni finanzjarja mhux iġġustifikata mill-Kummissjoni.

Madankollu, ġie nnutat li fil-prattika, speċjalment għall-estrapolazzjoni, aktar każijiet huma mnedija milli magħluqa.

Minħabba li s-servizzi tal-Kummissjoni jridu jikkunsidraw id-drittijiet tal-benefiċjarji fl-istadji kollha, l-implimentazzjoni tar-riżultati tal-awditu, speċjalment dawk relatati ma’ estrapolazzjoni, hija proċess diffiċli u twil. Barra minn hekk, xi każijiet jistgħu biss ikunu implimentati meta l-proġett jingħalaq. Riċentament ingħatat prijorità għolja għall-ġestjoni tal-każijiet ta’ estrapolazzjoni. Pereżempju, fid-DĠ RTD it-tim responsabbli minn dan il-proċess kien rinfurzat u, b’riżultat ta’ dan, fl-2012 17-il każ ta’ estrapolazzjoni ingħalqu u 13 infetħu sat-8 ta’ Mejju.


KAPITOLU 9

Nefqa amministrattiva u nfiq ieħor

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Ambitu u approċċ tal-verifika

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Effettività tas-sistemi

Osservazzjonijiet dwar istituzzjonijiet u korpi speċifiċi

Il-Parlament Ewropew

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

Il-Kummissjoni

Il-Qorti tal-Awdituri

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Istituzzjonijiet u korpi oħra

Konklużjonijiet u Rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

9.1.

Dan il-Kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-Qorti tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea. Informazzjoni prinċipali dwar l-Instituzzjonijiet u l-korpi koperti, u dwar l-infiq għall-2011 hija mogħtija fit- Tabella 9.1 .

 

Tabella 9.1 —   Nefqa amministrattiva u nfiq ieħor — Informazzjoni prinċipali 2011

(EUR miljun)

Titolu tal-baġit

Qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod ta’ ġestjoni

14, 24-31

nefqa

il-Parlament Ewropew

1 580

Ċentralizzata u diretta

il-Kunsill

547

Ċentralizzata u diretta

il-Kummissjoni

6 264

Ċentralizzata u diretta

il-Qorti tal-Ġustizzja

334

Ċentralizzata u diretta

il-Qorti tal-Awdituri

137

Ċentralizzata u diretta

il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

126

Ċentralizzata u diretta

il-Kumitat tar-Reġjuni

91

Ċentralizzata u diretta

l-Ombudsman Ewropew

9

Ċentralizzata u diretta

il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

7

Ċentralizzata u diretta

il-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

682

Ċentralizzata u diretta

Total tan-nefqa amministrattiva

9 777

 

Total tan-nefqa operazzjonali

 

Total tal-pagamenti għas-sena

9 777

 

Total tal-impenji għas-sena

11 721

 

Sors: il-kontijiet annwali proviżorji għall-2011 tal-Unjoni Ewropea.

9.2.

Dan il-Kapitolu jkopri wkoll in-nefqa kkunsidrata bħala operazzjonali fil-baġit ġenerali għalkemm fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-iskop tagħha huwa l-funzjonament tal-amministrazzjoni tal-Kummissjoni aktar milli t-twettiq tal-politika. Din in-nefqa tinkludi t-titoli tal-baġit ġenerali li ġejjin: it-Titolu 14 (tassazzjoni u l-unjoni doganali), it-Titolu 24 (il-ġlieda kontra l-frodi), it-Titolu 25 (il-koordinazzjoni tal-politika tal-Kummissjoni u konsulenza legali), it-Titolu 26 (l-amministrazzjoni tal-Kummissjoni), it-Titolu 27 (baġit) u t-Titolu 29 (statistika).

 

9.3.

Il-Qorti tirrapporta separatament dwar l-aġenziji u l-aġenziji eżekuttivi tal-UE u l-Iskejjel Ewropej (1). Il-mandat tal-Qorti ma jkoprix il-verifika finanzjarja tal-Bank Ċentrali Ewropew.

 

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

9.4.

In-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor jinkludu n-nefqa fuq riżorsi umani (salarji, allowances u pensjonijiet), li tammonta għal 60 % tat-total tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor, u n-nefqa fuq bini, tagħmir, enerġija, komunikazzjoni, u teknoloġija tal-informatika.

 

9.5.

Ir-riskji ewlenin fir-rigward tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor huma n-nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri tal-akkwist, għall-implimentazzjoni tal-kuntratti, għar-reklutaġġ u għal-kalkolu tas-salarji u l-allowances.

 

Ambitu u approċċ tal-verifika

9.6.

L- Anness 1.1 , il- Parti 2 , tal-Kapitolu 1 jiddeskrivi l-approċċ ġenerali u l-metodoloġija tal-Qorti. Għall-verifika tan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor, il-punti speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu nnutati:

il-verifika involviet l-analiżi ta’ kampjun ta’ 56 tranżazzjoni, li jinkludu 3 pagamenti bil-quddiem u 53 pagament finali,

il-valutazzjoni tas-sistemi kopriet il-konformità tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll (2) applikati minn kull Istituzzjoni u korp mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju,

l-analiżi tar-rappreżentazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni kopriet ir-rapporti annwali tal-attività ta’ erbgħa mid-direttorati ġenerali u uffiċċji tal-Kummissjoni primarjament responsabbli għan-nefqa amministrattiva (3).

 

9.7.

Il-Qorti vverifikat ukoll is-suġġetti magħżula li ġejjin fl-Istituzzjonijiet u l-korpi kollha (4):

(a)

kriterji ta’ eliġibbiltà, kalkolu u pagament ta’ allowances soċjali lill-persunal (allowance tal-familji, allowance għat-tfal dipendenti jew għal persuna ttrattata hekk u allowances għall-edukazzjoni, inkluż it-tnaqqis ta’ allowances ta’ natura simili mħallsa minn sorsi oħrajn);

(b)

proċeduri għall-estensjoni u l-modifika tal-kuntratti ta’ persunal temporanju u dak kuntrattwali;

(c)

proċeduri tal-akkwist miftuħa, ristretti u nnegozjati.

 

9.8.

Il-Qorti tal-Awdituri hija vverifikata minn ditta tal-verifika esterna (5) li ħarġet rapport ta’ verifika dwar ir-rapporti finanzjarji għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u rapport ta’ assigurazzjoni dwar ir-regolarità tal-użu tar-riżorsi tal-Qorti, u dwar il-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (ara l-paragrafu 9.22).

 

REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

9.9.

L- Anness 9.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-ittestjar tal-Qorti tal-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet irriżulta li 7 % kienu milqutin minn żball. Ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli (MLE) stmata mill-Qorti hija 0,1 % (6).

 

EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

9.10.

L- Anness 9.2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżami tal-Qorti tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll.

 

OSSERVAZZJONIJIET DWAR ISTITUZZJONIJIET U KORPI SPEĊIFIĊI

9.11.

L-osservazzjonijiet speċifiċi li ġejjin huma ppreżentati skont l-istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni Ewropea u ma jolqtux dubju fuq il-valutazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 9.9 u 9.10. Waqt li mhumiex materjali għan-nefqa amministrattiva kollha kemm hi, huma sinifikanti fil-kuntest tal-istituzzjoni jew il-korp individwali kkonċernat.

 

Il-Parlament Ewropew

Pagament ta' allowances soċjali u benefiċċji lill-membri tal-persunal

 

TWEĠIBIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

9.12.

F’żewġ każijiet minn ħamsa vverifikati, l-informazzjoni disponibbli lis-servizzi tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni personali u tal-familja ta’ membri tal-persunal, jew ma kinitx aġġornata jew ma ġietx ipproċessata sew. F’wieħed minn dawn il-każijiet, dan wassal għal pagamenti żejda.

9.12.

L-irkupru tas-somom imħallsa żejda beda minn Novembru 2011 permezz ta' tnaqqis fis-salarju tal-aġent ikkonċernat. Barra minn hekk ittieħdu miżuri biex ikun hemm informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni personali u tal-familja tal-aġenti u biex din tiġi proċessata b'mod korrett, b'mod partikolari sforz kontinwu ta' titjib tal-ambjent ta' kontroll u tfakkiriet individwalizzati, permezz tal-amministrazzjoni, dwar il-proċess annwali ta' validazzjoni/aġġornament tad-data personali, sabiex ir-rata ta' rispons tkopri l-aġenti kollha. Dawn it-tfakkiriet individwalizzati jiġu qabel l-implimentazzjoni possibbli ta' miżuri aktar b'saħħithom f'każ ta' nuqqas ta' tweġiba.

Impjieg ta’ assistenti parlamentari akkreditati

 

TWEĠIBIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

9.13.

Skont ir-regoli interni (7) għall-impjieg ta’ assistenti parlamentari akkreditati (APAs), dawn tal-aħħar jistgħu jibagħtu ċ-ċertifikat mediku u dokumenti oħra meħtieġa għall-konklużjoni tal-kuntratti fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha l-kuntratt għar-reklutaġġ inizjali tagħhom jieħu effett. Din id-deroga hija f’konflitt mad-dispożizzjoni stabbilita fl-Artikoli 128 u 129 tal-kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (CEOS) (8) li skontha r-rekwiżiti kollha għar-reklutaġġ għandhom ikunu ssodisfati qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt. Dan jintwera mill-fatt li, f’5 mill-10 każijiet ivverifikati, l-APAs bagħtu ċ-ċertifikati mediċi meħtieġa bejn tliet u seba' xhur wara l-konklużjoni tal-kuntratt. Fir-rigward ta’ konformità mar-rekwiżit dwar il-konoxxenza tal-lingwi (9), fl-ebda wieħed mill-10 każijiet ivverifikati ma kien hemm dokumenti arkivjati li kienu juru li kienu saru l-kontrolli.

9.13.

Il-Parlament jieħu nota tal-pożizzjoni tal-Qorti li tqis li d-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikoli 15(2) u 16(3) tal-miżuri implimentattivi bħala mhux kompletament konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 128 tar-Regolament Nru 160/2009. Il-Parlament jinnota li fir-rigward tal-kontroll tal-kundizzjonijiet tal-kapaċità fiżika, il-leġiżlatur ma riedx iżomm arranġamenti identiċi għalkollox għal dawk li jeżistu għall-uffiċjali u aġenti temporanji u għalhekk ma indikax b'mod daqstant ċar li l-eżami mediku kellu jsir qabel l-att tar-reklutaġġ, bħal mhu stabbilit pereżempju fl-Artikolu 33 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali.

Minn Frar 2012 'l hawn, il-formola ta' reklutaġġ fiha spazju fejn il-Membru jiddikjara fuq l-unur tiegħu li l-APA li jixtieq jimpjega għandu l-għarfien lingwistiku meħtieġ.

Twettiq tal-verifikazzjoni ex ante tal-proċeduri ta’ reklutaġġ

 

TWEĠIBIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

9.14.

L-Artikoli 47 u 48 tar-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju jistipulaw li kull att li jimplimenta l-baġit għandu jiġi suġġett għal verifikazzjoni ex ante. F’9 mill-10 proċeduri għar-reklutaġġ ta’ APAs li ġew ivverifikati, ma kienx hemm dokumenti arkivjati li kienu juru l-kontrolli ex ante tad-dokumenti ta’ reklutaġġ li kienu saru. L-aħjar prattika hija li jiġi żgurat li d-dokumentazzjoni formali kollha timtela kif dovut u li din tiġi arkivjata għal skopijiet ta’ kontroll intern.

9.14.

Il-kontrolli ex ante mwettqa fi ħdan l-Unità responsabbli għar-Reklutaġġ bħalissa qegħdin jittejbu b'mod sostanzjali (reviżjoni tal-listi ta' kontroll u implimentazzjoni ta' kontrolli doppji). Id-dokumentazzjoni sottostanti ta' dawn il-kontrolli ex ante minn issa 'l quddiem se tinżamm kif suppost.

Akkwist

9.15.

Il-verifika eżaminat 10 proċeduri tal-akkwist. F’żewġ każijiet relatati mal-manutenzjoni tal-bini u mas-servizzi tal-istampar, kien hemm dgħufijiet fl-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla u tal-għoti.

 

 

TWEĠIBIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

9.16.

Fil-proċedura rigward il-manutenzjoni tal-bini, l-offerenti ma rċevewx informazzjoni dettaljata dwar il-metodu applikat għall-evalwazzjoni tal-offerti tagħhom. Għal lott wieħed ivvalutat EUR 750 000 fuq erba’ snin (minn valur totali tal-kuntratt ta’ EUR 23 141 740), il-valur stmat ta’ materjali għall-użu, li ammonta għal 40 % tal-valur tal-lott, ma ġiex żvelat fid-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti. L-offerenti ntalbu biss jippreżentaw rata grossa tal-marġni tal-profitt fuq materjali u għalhekk ma setgħux jagħmlu offerta aktar kompetittiva billi jikkombinaw bl-aktar mod ottimu l-komponenti tal-offerta finanzjarja tagħhom.

9.16.

F'dan il-lott partikolari l-Parlament inkluda l-materjal bħala somma mhux varjabbli biex jindividwalizza u jiżen b'mod trasparenti l-kost reali tax-xogħlijiet.

 

TWEĠIBIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

9.17.

Fil-każ ta’ proċedura waħda nnegozjata relatata mas-servizzi tal-istampar, l-ispeċifikazzjoni għall-post fejn jinstabu s-servizzi li kellhom jiġu pprovduti ma kinitx abozzata b’mod ċar u trasparenti. Barra minn hekk, l-offerenti potenzjali li ġew ikkonsultati kienu kollha bbażati fil-Lussemburgu, u b’hekk il-kompetizzjoni transkonfinali kienet ristretta. Mill-11-il offerent potenzjali kkonsultati, il-kuntrattur preċedenti biss ippreżenta offerta u ngħata l-kuntratt għal EUR 60 000 fuq 4 snin. Barra minn hekk, il-konformità mal-kriterji tal-għażla ma ġietx ikkontrollata qabel ma nbdew in-negozjati, f’kontradizzjoni mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 122(3) tar-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju.

9.17.

Il-Parlament jaqbel mal-kummenti tal-Qorti u se jikkunsidrahom meta jħejji l-proċedura li jmiss. Madankollu l-Parlament jenfasizza li għal dan l-appalt partikolari ta' valur żgħir, is-servizzi li kellhom jingħataw kienu essenzjalment lokali.

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

Akkwist

 

IR-RISPOSTA MILL-KUNSILL

9.18.

Il-verifika eżaminat ħames proċeduri tal-akkwist. F’żewġ każijiet relatati mas-servizzi ta’ tindif (valur tal-kuntratt ta’ EUR 16 214 000 fuq erba’ snin) u max-xiri ta’ lbies u żraben għall-uniformijiet (valur tal-kuntratt ta’ EUR 344 000 fuq erba’ snin) fejn l-offerenti ma pproponewx prezz għal ċerti oġġetti tal-offerta, l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta ppermettew lill-Kunsill jagħmel stima ta’ prezz ibbażata fuq il-prezz medju ppreżentat għal dan l-oġġett mill-offerenti l-oħra. Għalhekk il-Kunsill jimmodifika l-valur tal-offerta b’mod li mhuwiex stabbilit fir-Regolament Finanzjarju.

9.18.

Il-Kunsill l-ewwel josserva, li ma kien hemm l-ebda ksur tar-Regolament Finanzjarju, peress li l-Artikolu 148(3) IR jimmira għall-kuntatti li jwasslu għall-modifika tal-valur tal-offerta. Ma seħħew l-ebda tali kuntatti fil-proċeduri eżaminati mill-Qorti. Il-Kunsill jirrikonoxxi bis-sħiħ li din id-dispożizzjoni ma tippermettix istituzzjoni li titlob għall-prezzijiet li l-offerent ma jkunx ra.

Madankollu, sabiex ma jiġix esklużi l-kandidat u tiġi ppreżervata l-kompetitzzjoni għal offerti kumplessi li jkopru diversi prodotti u servizzi, id-dokumenti ta' offerta jsemmu espliċitament li fil-każ ta' ommissjoni ta' prezz il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' hu stess japplika (mingħajr l-ebda kuntatt mal-offerenti) prezz medju teoretiku. Sabiex ma ssirx distorzzjoni tal-intenzjoni tal-offerent dan il-metodu jintuża biss biex jiġu kkoreġuti numru limitat ta' ommissjonijiet. Dan intuża biss f'wieħed mill-każijiet identifikati mill-Qorti għal punt minuri li kien nieqes f'lista ta' 81 prezz (li jikkorispondi għall-impatt finanzjarju ta' 0,67 % tal-offerta).

Is-Segretarjat tal-Kunsill jikkunsidra li dan l-approċċ jirrispetta bis-sħiħ l-ispirtu u l-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju: it-trasparenza, il-proporzjonalità u n-nondiskriminazzjoni. Flimkien ma' implimentazzjoni mkejla u kawta, hu jirrappreżenta salvagwardja għal kompetizzjoni adegwata u ġestjoni finanzjarja soda.

Il-Kummissjoni

Kalkolu u pagament ta' allowances soċjali lill-membri tal-persunal

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

9.19.

Fi 15-il każ mit-28 ivverifikati, l-informazzjoni disponibbli fl-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) dwar is-sitwazzjoni personali u tal-familja tal-membri tal-persunal, ma kinitx aġġornata. F’sitta minn dawn il-każijiet, dan wassal għal pagamenti inkorretti peress li l-ammonti mnaqqsa ma kinux jirriflettu il-valur applikabbli l-aktar reċenti tal-benefiċċji mħallsa mill-awtoritajiet nazzjonali (10).

9.19.

Minn April 2012 il-Kummissjoni bdiet timplimenta aġġornament awtomatiku f'SYSPER2/Drittijiet (is-Sistema tat-Tagħrif għall-maniġġjar ta’ Drittijiet Individwali) tal-ammonti tal-provvedimenti ta' natura simili mħallsa mill-Istat Belġjan. Dan l-awtomatiżmu se jnaqqas b’mod sinifikanti r-riskju ta’ żbalji peress li l-aġġornament mhux se jsir aktar manwalment. L-Istati Membri l-oħra se jsegwu.

Barra minn hekk, se jidħol fis-seħħ modulu ġdid fl-uffiċċju tan-negozjar f'SYSPER2/Drittijiet. Il-membri tal-persunal se jintalbu jiddikjaraw l-attività professjonali tal-konjuġi tagħhom. Il-moduli l-oħra ta' SYSPER2/Drittijiet li qed jiġu implimentati jinkludu wkoll sezzjonijiet ta' provvedimenti ta’ natura simili.

Akkwist

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

9.20.

Il-verifika eżaminat erba’ proċeduri tal-akkwist imwettqa mill-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fil-Lussemburgu (OIL). Fi tlieta minnhom għall-provvediment ta’ servizzi tas-sigurtà (valur tal-kuntratt ta’ EUR 46 000 000 fuq erba’ snin), servizzi ta’ taħriġ (valur tal-kuntratt ta’ EUR 860 000 fuq erba' snin) u servizzi ta' manutenzjoni (valur tal-kuntratt ta’ EUR 11 000 000 fuq erba’ snin), li ġew konklużi taħt il-proċedura ta’ għoti awtomatiku, kienu nnutati xi dgħufijiet: l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti fl-istadju tal-għażla, l-użu ta’ kriterji simili bosta drabi matul il-proċess ta’ evalwazzjoni u inkonsistenzi fid-definizzjoni u l-evalwazzjoni tal-kriterji tal-għażla.

9.20.

Il-proċeduri kollha tal-akkwist analizzati mill-Qorti kienu mnedija fl-aħħar tal-2010 jew fil-bidu tal-2011. F’nofs l-2011, l-OIL irreveda l-approċċ tiegħu fir-rigward tal- proċeduri ta' sejħa għall-offerti bil-għan li jissemplifika l-aspetti kollha tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, bħat-tnaqqis tal-għadd ta’ kriterji għall-għażla u għall-għoti u definizzjonijiet aktar preċiżi. Għall-proċeduri ġodda kollha ta’ akkwist imnedija minn dakinhar, il-biċċa l-kbira tad-dgħufijiet formali enfasizzati mill-Qorti ġew riżolti (għal dawk li kienu għadhom jeżistu fiż-żmien tal-verifika tal-Qorti, issa ttieħdet azzjoni biex jiġu eliminati).

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

9.21.

OIL organizza wkoll proċedura ta’ akkwist miftuħa biex jiġu pprovduti assistenza u konsulenza fil-qasam tekniku, arkitettorali u dak finanzjarju. Il-valur totali tas-suq jammonta għal EUR 3 124 000 fuq erba’ snin. It-tip ta’ kuntratt magħżul huwa kuntratt qafas multiplu f’kaskata ffirmat ma’ tliet kumpaniji. Dan ifisser li, jekk il-kumpanija kklassifikata l-ewwel fil-kaskata ma tistax tipprovdi s-servizz mitlub, il-kumpanija kklassifikata t-tieni fil-kaskata tiġi mistiedna tippreżenta offerta, u l-proċedura tkompli b’dan il-mod. Il-kumpanija kklassifikata t-tieni fil-kaskata suppost li kellha tiġi eliminata fl-istadju tal-eżami tal-kriterji tal-għażla peress li ma kinitx tissodisfa r-rekwiżit relatat mal-esperjenza preċedenti fil-qasam tal-kuntratt.

9.21.

Matul il-proċedura tas-sejħa għall-offerti, l-OIL kellu jitlob mill-offerent konċernat ġustifikazzjoni aktar reċenti ta’ esperjenza fil-qasam tal-kuntratt. Huwa jekk din l-informazzjoni ma setgħetx tiġi pprovduta, u imbagħad biss, li l-offerent kellu jiġi eliminat.

Madankollu, għandu jiġi nnotat li mill-firma tal-kuntratt fl-4 ta’ Marzu 2011 sa tmiem Mejju 2012, l-OIL ffirma biss ordni waħda ta’ akkwist għall-valur ta’ EUR 1 116 mal-kumpanija kkonċernata.

Il-Qorti tal-Awdituri

9.22.

Ir-rapport tal-awditur estern (11) jiddikjara li, fl-opinjoni tal-awdituri, “ir-rapporti finanzjarji jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-31 ta' Diċembru, 2011, u tal-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Unjoni Ewropea.” Ir-rapport se jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Konklużjoni ta’ kuntratti ma’ persunal temporanju u kuntrattwali

 

IR-RISPOSTA TAL-KUMITAT EKONOMIKUU SOĊJALI

9.23.

Analiżi tal-proċeduri għall-estensjoni u l-modifika ta’ kuntratti ta’ persunal temporanju u b’kuntratt wasslet għall-konklużjoni li d-dispożizzjonijiet inklużi fir-regoli interni u fil-linji gwida applikabbli għall-għażla u l-gradazzjoni ta’ dan il-persunal ma qisux b'mod konsistenti l-esperjenza professjonali li dan il-persunal kien akkwista. Barra minn hekk, waħda mil-linji gwida applikati ma kellhiex data tad-dħul fis-seħħ. Dawn l-inkonsistenzi jżidu r-riskju ta’ żbalji fil-gradazzjoni ta’ persunal temporanju impjegat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(b) tas-CEOS.

9.23.

Il-linji gwida attwali dwar l-iggradar tal-aġenti temporanji (DRHF 001/08) ġew adottati fl-14 ta’ Jannar 2008. Madankollu, minn Lulju 2010 ’l hawn, il-grad tal-aġenti temporanji kollha impjegati skont l-Artikolu 2(b) kien dejjem AD5, għall-ewwel minħabba n-nuqqas ta’ gradi disponibbli f’livelli ogħla, iżda mbagħad dan ġie applikat bħala politika. Huwa minnu li l-linji gwida ma ġewx aġġornati biex jirriflettu din il-bidla fil-politika, u l-KESE ser jaġġusta d-dispożizzjonijiet tar-regolament/tal-linji gwida attwali tiegħu dwar l-iggradar tal-persunal temporanju impjegat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(b) tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni (CEOS), bil-għan li tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti u trasparenti. Il-Qorti ser tiġi mgħarrfa bid-data tal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni futura, li hija mistennija sa tmiem il-ħarifa 2012.

Id-dokument mingħajr data li saret referenza għalih kien dokument ta’ ħidma intern li kien maħsub biss biex jipprovdi gwida prattika għall-proċeduri ta’ reklutaġġ kemm ta’ aġenti kuntrattwali kif ukoll ta’ aġenti temporanji, li ser jiġi integrat fil-linji gwida aġġornati msemmija hawn fuq.

 

IR-RISPOSTA TAL-KUMITAT EKONOMIKUU SOĊJALI

9.24.

Membru wieħed tal-persunal irreklutat bħala aġent temporanju skont id-dispożizzjonijiet imsemmijin hawn fuq, minn erba’ każijiet eżaminati, ġie ggradat fi grad ogħla mill-grad bażiku tal-karriera tiegħu. Dan il-membru tal-persunal ġie ggradat lura fil-grad bażiku sitt xhur wara meta nstab li kien hemm nuqqas ta’ postijiet għall-promozzjoni ta’ persunal permanenti. Din is-sitwazzjoni turi dgħufija fl-ippjanar tal-allokazzjoni ta’ postijiet disponibbli fost id-diversi kategoriji ta’ persunal.

9.24.

Fil-każ imsemmi mill-Qorti, huwa minnu li l-membru tal-persunal ingħata grad ġdid, jiġifieri l-grad bażiku tal-karriera tiegħu, meta ġie estiż il-kuntratt tiegħu, sitt xhur wara li daħal fis-seħħ il-kuntratt inizjali, minħabba li ma kienx hemm post disponibbli fil-grad inizjali f’dak il-mument.

Il-Kumitat jagħmel sforz kostanti biex ibassar aħjar l-użu tal-postijiet. Madankollu, il-marġni huwa limitat fil-każ tal-istituzzjonijiet iż-żgħar, peress li ftit movimenti mhux previsti tal-persunal jista’ jkollhom riperkussjonijiet sinifikanti u għalhekk ikun diffiċli li jiġu kontrobilanċjati.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

Pagament ta' allowances soċjali lill-membri tal-persunal

 

TWEĠIBA MIS-SEAE

9.25.

F’6 każijiet mis-sbatax ivverifikati, l-informazzjoni disponibbli lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar is-sitwazzjoni personali u tal-familja tal-membri tal-persunal, ma kinitx aġġornata. Fi tlieta minn dawn il-każijiet, dan wassal għal pagamenti skorretti peress li l-ammonti mnaqqsa ma kinux jirriflettu l-valur applikabbli l-aktar reċenti tal-benefiċċji mħallsa mill-awtoritajiet nazzjonali.

9.25.

Is-SEAE ser jindirizza l-persunal tiegħu regolarment, darba fis-sena, biex jitlob l-aġġornament tal-fajl personali tagħhom u jfakkarhom dwar id-dmir tagħhom li jiddikjaraw dawn l-allowances. Dan il-messaġġ se jinħareġ f'Settembru.

Is-sistemi tal-IT għandhom jippermettu aġġornament regolari tal-ammonti meqjusa skont il-leġiżlazzjoni/regoli nazzjonali jew reġjonali dwar iż-żidiet ta' dawn l-allowances. Is-SEAE jifhem li l-PMO żviluppa għodda tal-IT u ttestjaha dan l-aħħar għal allowances riċevuti mill-awtoritajiet tal-Belġju u suċċessivament se jestendi din l-applikazzjoni għal popolazzjonijiet oħra inkluż il-persunal tas-SEAE. Is-SEAE ser jitlob lill-PMO biex ikun jista' jibbenefika minn din l-applikazzjoni mill-aktar fis possibbli.

Konklużjoni ta’ kuntratti ma’ persunal temporanju

 

TWEĠIBA MIS-SEAE

9.26.

L-analiżi tas-salarju mħallas lil tliet membri tal-persunal temporanju, minn kampjun ta’ tmienja vverifikati, uriet li l-kuntratti tal-impjieg kienu ffirmati miż-żewġ partijiet bejn tlieta u seba’ xhur wara li l-membri tal-persunal kienu assumew dmirijiethom. Din il-prattika toħloq sitwazzjoni ta’ inċertezza legali għaż-żewġ partijiet.

9.26.

Matul il-perjodu tranżitorju meta numru kbir ta' diplomatiċi mill-Istati Membri kienu rreklutati bħala aġenti temporanji, xi kuntratti jista’ jkun li ġew iffirmati biss ftit taż-żmien wara li l-membri tal-persunal kienu bdew ix-xogħol tagħhom. Dawn il-każijiet baqgħu eċċezzjonali. Il-persuni kollha kienu rreklutati skont il-proċeduri standard u regolari. Is-SEAE ser jieħu l-passi meħtieġa biex każijiet bħal dawn ma jseħħux fil-ġejjieni.

Ġestjoni ta’ kuntratt għall-provvediment ta’ servizzi tas-sigurtà

 

TWEĠIBA MIS-SEAE

9.27.

Il-fattura relatata mal-pagament ta' kull xhar ta’ EUR 5 340 għall-provvediment ta’ servizzi tas-sigurtà lid-Delegazzjoni tal-Venezwela ġie approvat bi żball bħala “iċċertifikata korretta” filwaqt li dawn is-servizzi kienu għadhom ma ġewx ipprovduti. Din il-prattika tmur kontra l-Artikolu 79 tar-Regolament Finanzjarju. Barra minn dan, il-kuntratt ta’ sigurtà relatat ilu fis-seħħ għal 24 sena mingħajr ma ġie modifikat. Il-verifika nnutat ukoll li d-delegazzjoni kienet kisbet biss eżenzjoni informali mill-pagament tal-VAT, għalkemm il-leġiżlazzjoni dwar l-irkupru tal-VAT ilha fis-seħħ fil-Venezwela mis-sena 2000. Hija ma kkalkolatx l-ammont ta’ VAT mhux irkuprat matul dan il-perjodu.

9.27.

Id-delegazzjoni ngħatat struzzjonijiet li toħroġ sejħa għall-offerti għal kuntratt ġdid u li tirkupra l-VAT imħallsa indebitament mis-sena 2000.

B’mod aktar ġenerali, id-delegazzjonijiet ġew ripetutament u fil-livelli kollha mfakkra dwar l-importanza ta’ sejħiet ġodda regolari għall-offerti tal-kuntratti tas-servizzi tagħhom.

Akkwist

 

TWEĠIBA MIS-SEAE

9.28.

Fi tliet proċeduri tal-akkwist ristretti relatati mal-provvediment ta’ servizzi tas-sigurtà mill-ħamsa vverifikati, instabu dgħufijiet fid-definizzjoni u l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti u fl-evalwazzjoni tal-offerti, fl-abbozzar tad-dokumenti tal-offerti, fid-definizzjoni u fl-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla u fil-prestazzjoni tal-kumitati ta’ ftuħ u ta’ evalwazzjoni fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom. F’wieħed minn dawn il-każijiet, il-kumitat ta’ evalwazzjoni għażel li jirrifjuta mingħajr analiżi ulterjuri offerta li kienet tinkludi offerta anormalment baxxa għalkemm l-offerent ikkonferma li dan kien riżultat ta’ żball klerikali. F’żewġ proċeduri oħra relatati mal-provvediment ta’ servizzi tal-ġestjoni ta’ faċilitajiet (valur tal-kuntratt ta’ EUR 285 000 fuq erba’ snin) u l-kiri ta’ uffiċċji (valur tal-kuntratt ta’ EUR 9 000 000 fuq 10 snin), dokumentazzjoni ta’ qofol relatata mal-prestazzjoni ta’ xi stadji tal-proċeduri ma setgħetx tiġi pprovduta lill-Qorti.

9.28.

Il-preparazzjoni ta' dokumenti tas-sejħa għall-offerti qabel April 2011 kienet magħmula minn dik li kienet l-unità K8 tar-RELEX (issa MDR-B1). Bil-ħolqien tas-SEAE u t-twaqqif tad-diviżjoni tal-kuntratti (MDR-A2) il-kwalità tad-dokumenti tal-offerti tjiebet.

Is-servizzi tal-ġestjoni tal-faċilitajiet imsemmija hawn jirrigwardaw offerta magħmula mingħajr input mid-diviżjoni MDR-A2 f’dak iż-żmien. Rigward in-nota dwar il-kuntratt ta’ EUR 9 miljun għall-kiri ta’ uffiċċji, sadanittant intbagħtu lill-Qorti d-dokumenti ewlenin (ir-rapport tal-bini tad-Delegazzjoni u l-opinjoni pożittiva tal-Kwartieri Ġenerali) (Ġunju 2012).

Istituzzjonijiet u korpi oħra

9.29.

Il-verifika ma identifikatx dgħufijiet sinifikanti fir-rigward tat-temi vverifikati għall-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

 

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

9.30.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 għan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor tal-Istituzzjonijiet u l-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali (ara l-paragrafu 9.9).

9.31.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti sabet li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għan-nefqa amministrattiva u nfiq ieħor kienu effettivi.

9.30-9.31.

Il-Kummissjoni tinnota li għal ħafna snin wara xulxin tranżazzjonijiet relatati man-nefqa amministrattiva ġeneralment huma ħielsa minn żbalji materjali u s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll relatati huma effettivi.

9.32.

Il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-iżbalji u d-dgħufijiet li ma affettwawx il-konklużjoni tal-Qorti. Il-Qorti eżaminat kampjun tal-proċeduri tal-akkwist (ara l-paragrafi 9.15, 9.16, 9.17, 9.18, 9.20, 9.21 u 9.28) u nnutat bosta dgħufijiet fl-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla u tal-għoti, li xi wħud minnhom kellhom impatt fuq ir-riżultati tal-proċedura. Dgħufijiet oħra kienu relatati mal-organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni transkonfinali, mal-ġestjoni tal-proċeduri ta’ għoti awtomatiku u mar-rispett tad-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-abbozzar u l-arkivjar tad-dokumenti tal-offerti. Il-Qorti sabet ukoll dgħufijiet fl-analiżii ta’ kampjun tal-kalkoli u l-pagamenti tal-allowances soċjali (ara l-paragrafi 9.12, 9.19 u 9.25) u ta’ kampjun tal-kuntratti tal-impjieg għall-persunal mhux permanenti (ara l-paragrafi 9.13, 9.23, 9.24 u 9.26).

 

Rakkomandazzjonijiet

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

9.33.

L- Anness 9.3 juri r-riżultat tal-analiżi tal-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-Rapport Annwali 2009. Il-punti li ġejjin għandhom jiġu nnutati:

9.33.

(a)

Allowances soċjali: il-Qorti rrakkomandat lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (ara l-paragrafi 9.14, 9.19 u 9.26 tar-Rapport Annwali għall-2009) li huma jitolbu lill-persunal tagħhom biex jibagħtu, f’intervalli adatti, dokumenti li jikkonfermaw is-sitwazzjoni personali tagħhom u li huma jimplimentaw sistema għall-monitoraġġ f’waqtu ta’ dawn id-dokumenti.

(a)

Il-Kummissjoni se ddaħħal fis-seħħ modulu ġdid fl-uffiċċju tan-negozjar f'SYSPER2/Drittijiet. Il-membri tal-persunal se jintalbu jiddikjaraw l-attività professjonali tal-konjuġi tagħhom. Il-moduli l-oħra ta' SYSPER2/Drittijiet li qed jiġu implimentati jinkludu wkoll sezzjonijiet tal-provvedimenti ta’ natura simili.

(b)

Il-verifika sabet li l-problemi identifikati fir-Rapport Annwali tal-Qorti għall-2009 baqgħu hemm, għalkemm kienu naqsu xi ftit, fl-2011 fil-Parlament Ewropew u fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (li qabel kien id-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni tal-Kummissjoni Ewropea). Għalhekk, ir-riskju li jsiru pagamenti inkorretti jew mhux dovuti jekk iċ-ċirkostanzi tal-membru tal-persunal ikunu nbidlu għadu hemm. Fir-rigward tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-miżuri implimentati b’riżultat tal-verifika tal-Qorti kienu effettivi.

 

 

TWEĠIBA MIS-SEAE

 

9.33.

Is-SEAE ser jindirizza l-persunal tiegħu regolarment, darba fis-sena, biex jitlob l-aġġornatment tal-fajl personali tagħhom u jfakkarhom dwar id-dmir tagħhom li jiddikjaraw dawn l-allowances. Dan il-messaġġ se jinħareġ f'Settembru.

Is-sistemi tal-IT għandhom jippermettu aġġornament regolari tal-ammonti riċevuti skont il-leġiżlazzjoni/regoli nazzjonali jew reġjonali dwar iż-żidiet ta' dawn l-allowances. Is-SEAE jifhem li l-PMO żviluppa għodda tal-IT u ttestjaha dan l-aħħar għal allowances riċevuti mill-awtoritajiet tal-Belġju u suċċessivament se jestendi din l-applikazzjoni għal popolazzjonijiet oħra inkluż il-persunal tas-SEAE. Is-SEAE ser jitlob lill-PMO biex ikun jista' jibbenefika minn din l-applikazzjoni mill-aktar fis possibbli.

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

9.34.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2011, il-Qorti tirrakkommanda li:

9.34.

Rakkomandazzjoni 1: l-Istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara l-paragrafi 9.12, 9.19 u 9.25) jieħdu passi biex jiżguraw li l-persunal jibgħat, f’intervalli adatti, dokumenti li jikkonfermaw is-sitwazzjoni personali tiegħu u jimplimentaw sistema għall-monitoraġġ f’waqtu ta’ dawn id-dokumenti. Is-sistemi tal-IT użati fil-ġestjoni ta’ dawn il-pagamenti għandhom jissaħħu biex jiġi żgurat li l-allowances li jitħallsu mill-awtoritajiet nazzjonali jiġu aġġornati awtomatikament;

Minn April 2012 il-Kummissjoni bdiet timplimenta aġġornament awtomatiku f'SYSPER2/Drittijiet (is-Sistema tat-Tagħrif għall-maniġġjar ta’ Drittijiet Individwali) tal-ammonti tal-provvedimenti ta' natura simili imħallsa mill-Istat Belġjan Dan l-awtomatiżmu se jnaqqas b’mod sinifikanti r-riskju ta’ żbalji peress li l-aġġornament mhux se jsir aktar manwalment. L-Istati Membri l-oħra se jsegwu.

Barra minn hekk, se jidħol fis-seħħ modulu ġdid fl-uffiċċju tan-negozjar f'SYSPER2/Drittijiet. Il-membri tal-persunal se jintalbu jiddikjaraw l-attività professjonali tal-konjuġi tagħhom. Il-moduli l-oħra ta' SYSPER2/Drittijiet li qed jiġu implimentati jinkludu wkoll sezzjonijiet tal-provvedimenti ta’ natura simili.

 

TWEĠIBA MIS-SEAE

 

Is-SEAE ser jindirizza l-persunal tiegħu regolarment, darba fis-sena, biex jitlob l-aġġornatment tal-fajl personali tagħhom u jfakkarhom dwar id-dmir tagħhom li jiddikjaraw dawn l-allowances. Dan il-messaġġ se jinħareġ f'Settembru. Is-sistemi tal-IT għandhom jippermettu aġġornament regolari tal-ammonti riċevuti skont il-leġiżlazzjoni/regoli nazzjonali jew reġjonali dwar iż-żidiet ta' dawn l-allowances. Is-SEAE jifhem li l-PMO żviluppa għodda tal-IT u ttestjaha dan l-aħħar għal allowances riċevuti mill-awtoritajiet tal-Belġju u suċċessivament se jestendi din l-applikazzjoni għal popolazzjonijiet oħra inkluż il-persunal tas-SEAE. Is-SEAE ser jitlob lill-PMO biex ikun jista' jibbenefika minn din l-applikazzjoni mill-aktar fis possibbli.

 

TWEĠIBA MIS-SEAE

Rakkomandazzjoni 2: l-Istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara l-paragrafi 9.13, 9.23, 9.24 u 9.26) jieħdu passi biex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tar-regolamenti rilevanti jiġu applikati fil-konklużjoni, l-estensjoni jew il-modifika ta’ kuntratti tal-impjieg ma’ persunal mhux permanenti;

Matul il-perjodu tranżitorju meta numru kbir ta' diplomatiċi mill-Istati Membri kienu rreklutati bħala aġenti temporanji, xi kuntratti jista’ jkun li ġew iffirmati biss ftit taż-żmien wara li l-membri tal-persunal kienu bdew ix-xogħol tagħhom. Dawn il-każijiet baqgħu eċċezzjonali.

Il-persuni kollha kienu rreklutati skont il-proċeduri standard u regolari. Is-SEAE ser jieħu l-passi meħtieġa biex każijiet bħal dawn ma jseħħux fil-ġejjieni.

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

Rakkomandazzjoni 3: l-Istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara l-paragrafi 9.15, 9.16, 9.17, 9.18, 9.20, 9.21 u 9.28) għandhom jiżguraw li l-uffiċjali awtorizzanti jtejbu t-tfassil, il-kordinazzjoni u l-prestazzjoni tal-proċeduri tal-akkwist permezz ta’ kontrolli adatti u gwida aħjar.

L-OIL diġà rriveda l-approċċ tiegħu fir-rigward ta’ proċeduri ta' sejħa għall-offerti bil-għan li jissemplifika l-aspetti kollha tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta.

 

TWEĠIBA MIS-SEAE

 

Ir-rakkomandazzjoni 3 qed tiġi implimentata bil-ħolqien tad-diviżjoni MDR-A2 u x-xogħol importanti pprovdut sabiex tittejjeb il-kwalità tal-proċeduri ta' akkwist. Id-diviżjoni MDR-A2 ħarġet ukoll linji gwida dwar l-akkwisti u template għall-kuntratti tas-sigurtà fid-delegazzjonijiet. Qed jitħejjew templates oħra.


(1)  Ir-Rapport Annwali Speċifiku tal-Qorti dwar l-Iskejjel Ewropej huwa mogħti lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej, u huwa mogħti wkoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(2)  Kontrolli ex ante u ex post, funzjoni ta’ verifika interna, rappurtar ta’ eċċezzjonijiet u standards ta’ kontroll intern.

(3)  L-analiżi kopriet id-direttorati ġenerali u l-uffiċċji tal-Kummissjoni li ġejjin: l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO), l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fi Brussell (OIB), l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fil-Lussemburgu (OIL) u d-Direttorat Ġenerali għall-Informatika (DIGIT).

(4)  Ħlief għall-Qorti tal-Awdituri (ara l-paragrafu 9.8).

(5)  PricewaterhouseCoopers, Société à responsabilité limitée, Réviseur d'Entreprises.

(6)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha ta’ żball minn kampjun statistiku rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima (magħrufa bħala l-Iżball l-Aktar Probabbli – MLE). Il-Qorti hija 95 % fiduċjuża li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni hija bejn LEL 0,0 % u UEL 0,3 % (il-limitu aktar baxx u dak ogħla tal-iżball rispettivament).

(7)  Miżuri implimentattivi għat-Titolu VII tal-kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (Deċiżjoni tal-Bureau tad-9 ta’ Marzu 2009).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 160/2009 tat-23 ta’ Frar 2009 li jemenda l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għal Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 55, 27.2.2009, p. 1).

(9)  L-Artikolu 128(2)(e) tal-kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej jeħtieġ li l-assistent ikollu konoxxenza approfondita ta’ waħda mill-lingwi tal-Komunità u konoxxenza sodisfaċenti ta’ lingwa oħra tal-Komunità sal-livell meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

(10)  L-Artikolu 67(2) tar-Regolamenti tal-Persunal jeħtieġ li allowances ta’ natura simili riċevuti minn sorsi oħra jitnaqqsu minn dawk imħallsa mill-Istituzzjonijiet.

(11)  Ara r-rapport tal-awditur estern dwar ir-rapporti finanzjarji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 9.8.

ANNESS 9.1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAN-NEFQA AMMINISTRATTIVA U NFIQ IEĦOR

 

2011

2010

2009

2008

Spejjeż relatati mal-persunal

Spejjeż relatati mal-bini

Spejjeż oħra

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet (li minnhom):

43

4

9

56

58

57

57

Pagamenti bil-quddiem

0

0

3

3

4

2

0

Pagamenti finali

43

4

6

53

54

55

57

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

91 %

(39)

100 %

(4)

100 %

(9)

93 %

(52)

93 %

93 %

91 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

9 %

(4)

0 %

(0)

0 %

(0)

7 %

(4)

7 %

7 %

9 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

0,1 %

 

 

 

Limitu superjuri tal-iżball

0,3 %

 

 

 

Limitu inferjuri tal-iżball

0,0 %

 

 

 


(1)  Biex jittejjeb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili ta’ riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  Numri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd reali ta’ tranżazzjonijiet.

ANNESS 9.2

RIŻULTAT TAL-EŻAMI TAS-SISTEMI GĦAN-NEFQA AMMINISTRATTIVA U NFIQ IEĦOR

Valutazzjoni tas-sistemi eżaminati

Sistema kkonċernata

Valutazzjoni globali

Sistemi kollha

Effettivi

ANNESS 9.3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAN-NEFQA AMMINISTRATTIVA U NFIQ IEĦOR

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Istituzzjoni

2009

Il-Parlament

Pagament ta’ allowances soċjali lill-membri tal-persunal

Il-persunal għandu jintalab jibgħat f'intervalli adatti dokumenti li jikkonfermaw is-sitwazzjoni personali tiegħu. Barra minn hekk, il-Parlament għandu jimplimenta sistema għall-monitoraġġ f'waqtu u l-kontroll ta’ dawn id-dokumenti.

Kif imsemmi fl-Anness 7.4 tar-rapport Annwali għall-2010 l-Parlament implimenta miżuri biex itaffi r-riskju: kampanja biex tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà għal xi allowances; implimentazzjoni ta’ għodda ta’ kontroll awtomatizzat (“fiche elettronika”) li tippermetti verifikazzjoni annwali tad-data personali u amministrattiva tal-persunal; u twettiq ta’ kontrolli dwar l-istabbiliment ta’ intitolamenti individwali matul il-proċeduri ta’ reklutaġġ jew meta membri tal-persunal ibiddlu l-kategorija. Madankollu, il-verifika tal-Qorti wriet li r-riskju li jsiru pagamenti inkorretti jew mhux dovuti għadu hemm.

Fil-qafas tat-tijib kostanti li qed isir fl-ambjent ta' kontroll f'dan il-qasam, u biex tiżdied b'mod għaqli r-rata ta' tweġiba tal-aġenti għall-eżerċizzju annwali ta' validazzjoni/aġġornament tad-data personali, se tiġi stabbilita tfakkira individwalizzata permezz tal-amministrazzjoni. Għal dan l-iskop, id-Direttorati għar-Riżorsi rċevew lista tal-aġenti tad-Direttorat Ġenerali tagħhom li ma weġbux għall-kampanja 2012. Din il-miżura tiġi qabel l-appikazzjoni ta' miżuri aktar b'saħħithom f'każ ta' nuqqas ta' tweġiba.

Il-Kummissjoni – DĠ RELEX

Pagament ta’ allowances soċjali lill-membri tal-persunal

Il-persunal għandu jintalab jibgħat f'intervalli adatti lis-servizzi tal-Kummissjoni dokumenti li jagħtu prova tas-sitwazzjoni personali tiegħu. Barra minn hekk, id-DĠ RELEX għandu jimplimenta sistema għall-monitoraġġ f'waqtu u l-kontroll ta’ dawn id-dokumenti.

Kif imsemmi fl-Anness 7.4 tar-Rapport Annwali għall-2010 l-ħolqien tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu jipprovdi opportunità biex l-persunal jiġi mfakkar fl-obbligi li jaġġorna l-fajls meta d-drittijiet ikunu kkonċernati u li jistabbilixxi kontrolli adegwati. Madankollu, il-verifika tal-Qorti wriet li r-riskju li jsiru pagamenti inkorretti jew mhux dovuti għadu hemm.

Il-Kummissjoni

Minn April 2012 il-Kummissjoni bdiet timplimenta aġġornament awtomatiku f'SYSPER2/Drittijiet (is-Sistema tat-Tagħrif għall-maniġġjar ta’ Drittijiet Individwali) tal-ammonti tal-provvedimenti ta' natura simili imħallsa mill-Istat Belġjan Dan l-awtomatiżmu se jnaqqas b’mod sinifikanti r-riskju ta’ żbalji peress li l-aġġornament mhux se jsir aktar manwalment. L-Istati Membri l-oħra se jsegwu.

Barra minn hekk, se jidħol fis-seħħ modulu ġdid fl-uffiċċju tan-negozjar f'SYSPER2/Drittijiet. Il-membri tal-persunal se jintalbu jiddikjaraw l-attività professjonali tal-konjuġi tagħhom. Il-moduli l-oħra ta' SYSPER2/Drittijiet li qed jiġu implimentati jinkludu wkoll sezzjonijiet tal-provvedimenti ta’ natura simili.

SEAE

Il-PMO, li jassigura l-ġestjoni tal-persunal tas-SEAE, se japplika aġġornament awtomatiku tal-allowances riċevuti minn sorsi oħra. Dan l-aġġornament se jiġi estiż għall-persunal tas-SEAE fil-Kwartieri Ġenerali sa mill-ħarifa tal-2012. Fir-rigward tal-popolazzjoni tas-SEAE fid-delegazzjonijiet, is-SEAE se jibbenefika minn applikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-“allowances riċevuti minn sorsi oħra” (“PPA”) fis-Sysper2 biex jistieden lill-persunal tiegħu sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu li jirriżultaw mill-Artikolu 67 tar-Regolamenti tal-Persunal.

2009

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Pagament ta’ allowances soċjali lill-membri tal-persunal

Il-persunal għandu jintalab jibgħat f'intervalli adatti dokumenti li jagħtu prova tas-sitwazzjoni personali tagħhom. F'dan ir-rigward, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jtejjeb is-sistema tiegħu għall-monitoraġġ f'waqtu u l-kontroll ta’ dawn id-dokumenti.

Kif imsemmi fl-Anness 7.4 tar-rapport Annwali għall-2010 l-KEPD implimenta għodod għall-ġestjoni aħjar tal-allowances (kuntatti formali fl-Uffiċċju tal-KEPD u mal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali u fiche ta’ informazzjoni annwali). Il-verifika tal-Qorti wriet li dawn il-miżuri kienu effettivi.

Il-KEPD jieħu nota sewwa tar-riżultati tal-analiżi tal-Qorti u biħsiebu jkompli jtejjeb is-sistema tiegħu għall-monitoraġġ u l-kontroll fil-ħin.


KAPITOLU 10

Kisba tar-riżultati mill-baġit tal-UE

WERREJ

Introduzzjoni

Rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-finanzi tal-unjoni bbażat fuq riżultati miksuba

Ir-rappurtar mill-maniġment tal-kummissjoni dwar il-kisbiet tas-sena

Introduzzjoni

Xi bidliet mis-sena l-oħra li ntlaqgħu tajjeb

Ir-relevanza tibqa’ kwistjoni f’xi każijiet

Il-komparabbiltà tbati minn nuqqas ta’ spjegazzjonijiet

Konsistenza tal-objettivi, tal-indikaturi u tal-miri

L-għoti ta’ spjegazzjonijiet għall-prestazzjoni miksuba

L-affidabbiltà tad-data hija ta’ sfida meta tkun ġejja minn għejun esterni

Riżultati tal-verifiki tal-qorti dwar il-prestazzjoni

Introduzzjoni

Analiżi tal-ħtiġijiet: l-ebda evidenza robusta

Tfassil: mhuwiex ċar biżżejjed x’għandu jinkiseb

Valur miżjud tal-UE: ġustifikazzjoni għall-intervent tal-UE

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

10.1.

Dan il-Kapitolu jiffoka fuq il-prestazzjoni. Taqsima inizjali u qasira tkopri l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni (1). Il-bqija tal-Kapitolu jippreżenta l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar il-valutazzjonijiet proprji mill-Kummissjoni tal-prestazzjoni kif hemm iddikjarat fil-parti 1 tar-rapporti ta’ attività annwali tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni (2), u jenfasizza xi wħud mit-temi prinċipali li joħorġu mir-rapporti speċjali 2011 tal-Qorti dwar il-prestazzjoni (3).

 

10.2.

Il-prestazzjoni hija vvalutata abbażi tal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba (ekonomija, effiċjenza u effettività) (4). Il-kejl tagħha huwa kruċjali matul il-proċess ta’ intervent pubbliku, u jkopri dħul (mezzi finanzjarji, umani, materjali, organizzattivi jew regolatorji meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm), prodotti (dak li jista’ jitwassal mill-programm), riżultati (l-effetti immedjati tal-programm fuq min qiegħed ikun indirizzat jew jirċievi direttament) u impatti (bidliet fuq medda ta' żmien twil fis-soċjetà li huma, għall-inqas parzjalment, attribwibbli lill-azzjoni tal-UE).

 

RAPPORT TA’ EVALWAZZJONI DWAR IL-FINANZI TAL-UNJONI BBAŻAT FUQ RIŻULTATI MIKSUBA

10.3.

Fi Frar 2012, il-Kummissjoni ppubblikat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni bbażat fuq ir-riżultati miksuba (ir-rapport ta’ evalwazzjoni) (5). It-Trattat jitlob li l-Kummissjoni tipproduċi rapport bħal dan, u li r-rapport ikun parti mill-evidenza li fuqha l-Parlament jagħti kwittanza kull sena lill-Kummissjoni fir-rigward tal-baġit (6).

 

10.4.

Bi tweġiba għal stedina mill-Parlament, il-Qorti ħarġet l-Opinjoni Nru 4/2012 dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni (7) f’Ġunju 2012. F’din l-Opinjoni l-Qorti tiddikjara li r-rapport ta’ evalwazzjoni huwa vag, nieqes mis-sustanza u konsegwentement iżid valur limitat, u li l-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jużaw l-opportunità mogħtija mir-rapport biex jitħaddtu u jaqblu dwar kif jista’ jsir siewi għall-awtorità ta’ kwittanza.

10.4.

Ir-Rapport ta’ Evalwazzjoni tal-2010 kien soġġett għal diskussjonijiet mal-awtorità tal-kwittanza fil-bidu tal-2012. Abbażi ta’ dawn id-diskussjonijiet, il-Kummissjoni kkunsidrat mill-ġdid l-approċċ użat għall-ewwel Rapport ta' Evalwazzjoni favur rappurtar aktar komprensiv dwar riżultati ta’ attivitajiet iffinanzjati mill-baġit, li jiddependu fuq materjal ta’ rappurtar eżistenti. Madankollu, il-Kummissjoni tkompli tiżviluppa aktar ir-Rapport ta’ Evalwazzjoni bħala kontribut ewlieni għall-proċess tal-kwittanza fid-dawl tar-reazzjonijiet mill-Awtorità tal-Kwittanza.

IR-RAPPURTAR MILL-MANIĠMENT TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-KISBIET TAS-SENA

Introduzzjoni

10.5.

Id-diretturi ġenerali tal-Kummissjoni jistabbilixxu objettivi tal-prestazzjoni għall-pjanijiet ta’ ġestjoni annwali tad-direttorat ġenerali (DĠ) tagħhom u mbagħad jirrappurtaw dwar il-kisbiet f’rapporti ta’ attività annwali. Il-Qorti vvalutat ir-rappurtar ta’ tliet DĠ: dawk għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI), għall-Politika Reġjonali (DĠ REGIO) u għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni — EuropeAid (EuropeAid) (8). Flimkien dawn it-tliet DĠ huma responsabbli minn madwar tliet kwarti tal-pagamenti li saru mill-baġit tal-UE fl-2011 (9).

 

10.6.

Il-Qorti qieset il-bidliet magħmula lill-arranġamenti ta’ rappurtar intern tal-Kummissjoni mis-sena preċedenti u, għat-tliet DĠ imsemmija hawn fuq, analizzat jekk l-objettivi u l-indikaturi tal-prestazzjoni ppreżentati kinux:

(a)

relevanti — jekk huma kinux koerenti mal-objettivi tal-politika u l-mod ta’ ġestjoni, u marbuta ma’ miri kwantifikati;

(b)

komparabbli — jekk l-indikaturi magħżula fl-istadju tal-ippjanar intużawx aktar tard għar-rappurtar u jekk ġietx spjegata kwalunkwe bidla li saret; u

(c)

affidabbli — jekk il-qarrej jistax ikollu assigurazzjoni raġonevoli li l-informazzjoni rrappurtata hija preċiża (10).

 

Xi bidliet mis-sena l-oħra li ntlaqgħu tajjeb

10.7.

F’Novembru 2011, il-Kummissjoni ħarġet linji gwida rriveduti lid-diretturi ġenerali tagħha għat-tħejjija tar-rapporti ta’ attività annwali 2011. Ir-reviżjoni indirizzat, fost affarijiet oħra, osservazzjonijiet magħmula mill-Qorti fir-Rapport Annwali 2010 tagħha (11). Pereżempju, fl-ewwel parti tar-rapport ta’ attività annwali ġew iċċarati struzzjonijiet għal rappurtar dwar il-kisbiet ta’ politika, u d-diretturi ġenerali kienu meħtieġa jiffukaw aktar fuq il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi f’termini tar-riżultati u l-impatt, kif ukoll li jagħtu deskrizzjoni tal-prodotti żgurati.

 

Ir-relevanza tibqa’ kwistjoni f’xi każijiet

10.8.

Fil-livell strateġiku, id-DĠ huma meħtieġa jiddefinixxu għadd limitat ta’ “objettivi ġenerali”, flimkien ma’ sett ta’ “indikaturi tal-impatt” li jippermettu li jiġi segwit il-progress li jsir meta mqabbel mal-objettivi ġenerali. L-objettivi ġenerali u l-indikaturi tal-impatt, meħuda flimkien, huma għodod għall-ġestjoni tal-Kummissjoni — u għaldaqstant ukoll għall-qarrejja tar-rapport ta’ attività annwali, bħall-awtorità ta’ kwittanza — biex jiġi vvalutat il-punt sa fejn id-DĠ qiegħed jilħaq l-għanijiet ta’ livell għoli tiegħu. Il-Qorti sabet għadd ta’ problemi fl-objettivi u l-indikaturi, li jillimitaw l-utilità tagħhom, kif deskritt fil-paragrafi li ġejjin.

 

10.9.

F’xi każijiet kien hemm dgħufijiet fil-koerenza interna tal-objettivi u tal-indikaturi (ara l-eżempju 10.1).

10.9.

DĠ AGRI: l-indikatur tal-impatt ma jkoprix l-objettiv fl-intier tiegħu

Objettiv ġenerali wieħed fir-rapport ta’ attività annwali għandu tliet miri:

il-promozzjoni ta’ settur agrikolu vijabbli u kompetittiv;

li jirrispetta żviluppi ambjentali u ta’ produzzjoni għoljin;

filwaqt li fl-istess ħin jiżgura standard ġust ta’ għajxien għall-komunità agrikola.

L-uniku indikatur tal-impatt għal dan l-objettiv huwa “l-istandards tad-dħul tal-bdiewa”. Dan huwa relatat biss mat-tielet mira t’hawn fuq, jiġiferi li ma hemm ebda indikatur għall-ewwel żewġ miri.

EuropeAid: l-indikatur tal-impatt ifformulat bħala objettiv

L-indikatur tal-impatt “approċċ koordinat tal-UE” li jikkorrispondi mal-objettiv ġenerali 4: “Promozzjoni ta’ qafas ta’ żvilupp internazzjonali bbażat fuq kooperazzjoni multilaterali mtejba u tmexxija globali” li għandu l-mira “Kuntratti ġodda ta’ appoġġ baġitarju tal-UE jiġu konklużi b’koerenza mal-prinċipji tal-COM 638” huwa fformulat bħala objettiv aktar milli bħala indikatur.

Ir-rekwiżiti bażiċi għall-istandard tal-kontroll intern 5 jistabbilixxu li l-Pjanijiet ta' Ġestjoni għandhom jipprevedu mill-inqas indikatur wieħed għal kull objettiv, kemm fil-livell ta’ qasam ta' politika kif ukoll fil-livell ta' attività, biex jissorvelja u jirrapporta dwar il-kisbiet. Dan ir-rekwiżit huwa riprodott fl-istruzzjonijiet permanenti tal-SG u d-DĠ AGRI huwa konformi miegħu.

Il-Kummissjoni għamlet sforzi sinifikanti biex tiddefinixxi l-objettivi u l-indikaturi b’mod koerenti u komprensiv. F'ċerti oqsma ta' politika huwa diffiċli ħafna u għandu jittieħed inkonsiderazzjoni li l-indikaturi fir-rapport ta’ attività annwali (RAA) m’għandhomx jinqraw waħedhom.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-indikatur “l-iżviluppi tad-dħul tal-bdiewa” jkopri l-objettiv ġenerali 1 fl-intier tiegħu peress li dan jirrispondi mhux biss għall-objettiv li jiġi żgurat standard ta' għajxien ġust għall-komunità agrikola iżda wkoll għall-vijabbiltà tal-azjendi agrikoli u ż-żoni rurali. Barra minn hekk, fir-rigward tar-riċeviment ta' pagamenti uniċi li l-bdiewa jeħtieġu biex iżommu l-art f'kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba, l-għan tal-objettiv ġenerali 1 li jiġu rispettati “standards ambjentali u ta’ produzzjoni għoljin” huwa milħuq ukoll.

Il-Kummissjoni se tesplora modi alternattivi ta' kif tiddefinixxi indikaturi bbażati fuq l-objettivi “SMART”.

10.10.

Ħafna mill-objettivi u l-indikaturi ta’ livell għoli stabbiliti fi ħdan it-tliet DĠ ivverifikati mhumiex adatti sew għall-kejl annwali involut fil-proċess tar-rapport ta’ attività annwali. Dan minħabba li xi politiki huma mfassla biex ikollhom impatt fuq medda ta’ żmien itwal, b’dewmien sinifikanti bejn l-investiment u l-benefiċċju. Il-biċċa l-kbira mill-indikaturi u l-miri kienu relatati mal-perjodu sħiħ 2007-2013, u ma sar l-ebda użu minn indikaturi interim jew kisbiet importanti.

10.10.

Il-Kummissjoni tikkonferma li hija n-natura proprja ta' programmi multiannwali li jinvestu fit-tul bil-possibbiltà li jiġi evalwat l-impatt biss matul perjodu sinifikanti ta' żmien. Għall-perjodu mill-2014 sal-2020, il-Kummissjoni pproponiet miri għal indikaturi tal-output li huma aktar relatati b’mod dirett mal-politika.

10.11.

L-indikaturi tal-impatt għandu jkollhom miri kwantifikati assoċjati magħhom. Madanakollu:

10.11.

Miri kkwantifikati mhumiex dejjem fattibbli, adegwati jew anke xierqa speċjalment għax jidħlu fis-seħħ għadd ta’ fatturi esterni għall-indikaturi tal-impatt. F'dawn il-każijiet, xejra tkun biżżejjed bħala punt ta’ riferiment biex titkejjel il-kisba.

(a)

mid-29 indikatur tal-impatt fit-tliet rapporti ta’ attività annwali eżaminati, 11 minnhom ma kellhomx miri kwantifikati — u l-ebda skadenza — assoċjati magħhom (12);

(a)

Il-Kummissjoni tħabrek biex tistabbilixxi miri kkwantifikati fejn possibbli. Madankollu, f’xi każijiet, pereżempju fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi, il-miri kkwantifikati mhux dejjem jistgħu jkunu sinifikanti u xierqa.

(b)

Għad-DĠ REGIO, filwaqt li l-miri kollha tiegħu minbarra wieħed għandhom skadenzi, dawn l-iskadenzi ta’ sikwit ikunu f’xi punt fil-ġejjieni fuq medda ta’ żmien medja. B’konsegwenza ta’ dan, ir-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu għall-2011 ta’ sikwit jirrapporta bi tqabbil ma’ riżultati miksuba fir-rigward tal-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, 2000-2006.

(b)

It-Taqsima 1.2 tar-RAA tuża indikaturi tal-impatt ibbażati fuq mudelli makroekonomiċi u informazzjoni statistika li jirrigwardaw l-objettivi globali tal-politika, b'xenarju bażi stabbilit fil-parti l-kbira tal-każijiet fl-2006. L-evoluzzjoni tal-indikaturi tal-impatt tirrifletti l-kontribuzzjoni ta' ħafna fatturi u l-Politika ta’ Koeżjoni hija biss waħda minnhom.

10.12.

Fir-Rapport Annwali 2010 tagħha l-Qorti nnutat li d-DĠ ma stabbilixxewx u lanqas ma rrappurtaw dwar objettivi għal attivitajiet operazzjonali relatati mal-ekonomija (l-ispiża tad-dħul) jew mal-effiċjenza (ir-relazzjoni bejn id-dħul, il-prodotti u r-riżultati). Bħala osservazzjoni separata, is-sena l-oħra l-Qorti rrappurtat ukoll li d-deskrizzjoni tal-kisbiet ta’ politika fil-parti 1 tar-rapporti ta’ attività annwali tagħti informazzjoni limitata dwar ir-riżultati u l-impatti; dawn għandhom it-tendenza li jiffukaw aktar fuq dħul u prodotti, aktar milli fuq ir-riżultati ta’ azzjonijiet. L-eżami mill-Qorti tal-pjanijiet ta’ ġestoni u tar-rapport ta’ attività annwali din is-sena ma żvela l-ebda progress sinifikanti f’dan il-qasam.

10.12.

Is-servizzi tal-Kummissjoni kkonformaw mal-obbligazzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti Finanzjarji u fl-istruzzjonijiet għall-abbozzar tar-Rapporti ta’ Attività Annwali (RAA).

Il-Kummissjoni saħħet l-istruzzjonijiet permanenti għar-RAA tal-2011, f’termini ta’ ekonomija, effiċjenza u effettività, u talbet lid-Direttorati Ġenerali biex iżidu indikaturi fuq bażi volontarja dwar ġestjoni finanzjarja b’saħħitha fil-Parti 3.

Il-Kummissjoni hija kunfidenti li r-RAA fl-intier tagħhom jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar ir-riżultati/l-eżiti.

Il-komparabbiltà tbati minn nuqqas ta’ spjegazzjonijiet

10.13.

Bi prinċipju, minbarra rappurtar dwar l-objettivi/il-miri li ġew stabbiliti, il-prattika tajba titlob li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni għandha tkun konsistenti minn perjodu wieħed għal dak ta’ wara, jew li tispjega l-bidliet li jkunu saru sabiex l-utenti tal-informazzjoni jkunu jistgħu jagħmlu tqabbil u jivvalutaw ix-xejriet.

10.13.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni għandha tkun ibbażata fuq proċess ta’ titjib kontinwu fejn meħtieġ milli fuq il-konsistenza. Hija taqbel li l-bidliet f’dan ir-rigward għandhom jiġu spjegati. Madankollu hija tal-fehma li ġiet ipprovduta biżżejjed informazzjoni f'dan ir-rigward.

Konsistenza tal-objettivi, tal-indikaturi u tal-miri

10.14.

Ir-rapporti ta’ attività annwali għandhom jirrappurtaw b’referenza għall-objettivi, għall-indikaturi u għall-miri stabbiliti fil-pjan ta’ ġestjoni. Dan kien ġeneralment il-każ għad-DĠ AGRI, li kklassifika mill-ġdid xi indikaturi tal-impatt kif il-Qorti kienet issuġġeriet fil-ħidma tagħha fuq ir-rapporti ta’ attività annwali 2010. Madankollu, id-DĠ AGRI ma spjegax is-sustanza ta’ żewġ bidliet oħra fil-Pjan ta’ Ġestjoni jew fir-Rapport ta’ Attività Annwali. U peress li l-Istati Membri setgħu jimmodifikaw miri kwantifikati għad-diskrezzjoni proprja tagħhom, tlieta mill-erba’ miri kwantifikati nbidlu bejn il-Pjan ta’ Ġestjoni 2011 u r-Rapport ta’ Attività Annwali 2011 b’riżultat tal-aġġornament mill-Istati Membri tal-Pjanijiet ta’ Żvilupp Rurali (ara l-eżempju 10.2).

10.14.

Il-Kummissjoni tqis li hemm stabbilità matul is-snin fir-rigward tal-indikaturi u l-miri. Kif indikat f'din is-sejba, il-bidla fl-indikaturi u l-miri hija eċċezzjoni b’riżultat tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tivvaluta mill-ġdid żewġ indikaturi tal-impatt bħala indikaturi tar-riżultati. Dan huwa muri b’mod ċar ħafna fl-aġġornament tal-Pjan ta’ Ġestjoni 2011.

Fil-fatt, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jadattaw il-miri tagħhom biex itejbu l-Pjan ta’ Żvilupp Rurali (ara t-tweġiba għall-Eżempju 10.2).

Eżempju 10.2

Mira

Pjan ta’ Ġestjoni 2011

Rapport ta' Attività Annwali 2011

Żieda fil-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli

20 500 ktoe (38)

12 300 ktoe

Ħolqien ta’ impjieg

346 000

344 000

Żona agrikola użata li għandha Valur ta’ Natura Għoli

3 400 000 ha

3 620 000 ha

Eżempju 10.2

L-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jadattaw il-miri tagħhom u l-evalwazzjonijiet ta' nofs it-terminu kienu opportunità relevanti sabiex jirfinaw id-dejta u l-metodi u fejn hemm bżonn — jadattaw il-miri.

Fir-rigward tat-tnaqqis sinifikanti tal-mira “żieda fil-produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli”, dan ġara minħabba żball fi Pjan ta' Żvilupp Rurali wieħed li ġie korrett. Fid-dawl tal-evalwazzjonijiet ta' nofs it-terminu, kien possibbli li jitwettqu aktar kontrolli tal-kwalità u għalhekk jiġi identifikat u rrimedjat dan l-iżball.

10.15.

Minbarra objettivi ġenerali, id-DĠ REGIO jistabbilixxi wkoll “prijioritajiet multiannwali”. Meta mqabbel mal-Pjan ta’ Ġestjoni 2011, il-Pjan 2012 iżid l-għadd ta’ prijoritajiet multiannwali minn erbgħa għal ħamsa, u jbiddel il-formulazzjoni ta’ xi wħud mill-prijoritajiet l-oħra. Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Ġestjoni 2012 iżid l-għadd ta’ “prijoritajiet operazzjonali speċifiċi” tal-livell inferjuri minn 28 għal 39. Il-pjan ma jagħti l-ebda spjegazzjoni għall-ebda waħda minn dawn il-bidliet.

10.15.

It-titolu u n-numru ta' prijoritajiet multiannwali huma definiti mid-DĠ REGIO fuq il-bażi ta' analiżi dwar kif tiżgura l-missjoni tagħha bl-aħjar mod legali u bl-aktar mod effiċjenti, kif ukoll in-numru ta’ prijoritajiet annwali operattivi speċifiċi.

Il-bidliet innutati mill-Qorti jirriflettu l-isfidi preżenti li qed taffaċċja l-Unjoni Ewropea bil-kriżi finanzjarja u ekonomika u bl-aġġustamenti korrispondenti fid-definizzjoni tal-prijoritajiet għall-politika reġjonali u d-DĠ REGIO.

L-għoti ta’ spjegazzjonijiet għall-prestazzjoni miksuba

10.16.

L-iskop tar-rappurtar dwar il-prestazzjoni huwa li l-partijiet interessati jiġu infurmati. Madankollu, ukoll fejn kien ikun possibbli li tingħata spjegazzjoni adegwata għalfejn il-prestazzjoni miksuba ma laħqitx l-objettiv jew il-mira relevanti, ir-rapporti ta’ attività annwali ma għamlux dan. Dan kien il-każ għad-DĠ AGRI ukoll meta l-prestazzjoni waqgħet sew taħt il-mira: għal erba’ indikaturi, il-prestazzjoni kienet inqas minn nofs il-mira. Fil-każ tad-DĠ REGIO, ir-Rapport ta’ Attività Annwali jagħti analiżi dettaljata, punt b’punt, tal-prestazzjoni b’relazzjoni mal-prijoritajiet multiannwali (il-paragrafu 10.15), iżda ma hemm l-ebda ekwivalenti għall-objettivi ġenerali u għall-indikaturi tal-impatt.

10.16.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li pprovdiet biżżejjed spjegazzjonijiet. L-indikaturi ppreżentati fir-RAA m’għandhomx jinqraw waħedhom. Hija s-sistema tal-indikaturi fil-Pjan ta’ Ġestjoni fl-intier tagħha li tippermetti li jinħarġu konklużjonijiet dwar l-impatt u r-riżultat tal-politika kif inhuma bbażati fuq l-immudellar makroekonomiku u statistiċi relatati mal-objettivi globali tal-evoluzzjoni tal-politika.

L-affidabbiltà tad-data hija ta’ sfida meta tkun ġejja minn għejun esterni

10.17.

L-eżami tal-affidabbiltà tad-data kollha fit-tliet rapporti ta’ attività annwali kien barra l-ambitu tal-verifika tal-Qorti. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni limitata li hija wettqet, il-Qorti sabet li d-data relatata mal-EuropeAid kienet ġeneralment affidabbli, peress li fil-biċċa l-kbira mill-każijiet l-indikaturi huma rikonoxxuti internazzjonalment u tista’ ssir verifikazzjoni tagħhom b’mod independenti. Madankollu, hija nnutat għadd ta’ problemi fir-rapporti ta’ attività annwali tad-DĠ AGRI u tad-DĠ REGIO — li t-tnejn li huma jserrħu kważi għalkollox fuq data mill-Istati Membri — kif deskritt fl-eżempju 10.3.

10.17.

DĠ AGRI: ir-rappurtar tal-prestazzjoni miksuba huwa bbażat fuq data inkompleta

Hemm 88 pjan ta’ żvilupp rurali attwati madwar l-Unjoni Ewropea. Iżda l-prestazzjoni rrappurtata fil-livell tal-UE għal tliet indikaturi kienet ibbażata fuq data minn 6, 9 u 32 rispettivament minn dawn it-88. U indikatur ieħor irrapporta l-prestazzjoni tal-UE abbażi ta’ data minn 8 biss mis-27 Stat Membru.

DĠ AGRI: ir-rappurtar tal-prestazzjoni miksuba huwa bbażat fuq dejta inkompleta

L-aggregazzjoni tal-UE tal-effett nett tal-politika tal-Pjan ta’ Żvilupp Rurali dwar l-indikaturi tal-impatt saret bid-dejta kkwantifikata disponibbli sottomessa mill-Istati Membri. Il-parti l-kbira tal-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu ma pprovdewx impatt ikkwantifikat u ddikjaraw li l-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu twettqu kmieni wisq fil-perjodu ta' pprogrammar sabiex ikunu kapaċi jkollhom effett u impatt miżurabbli. L-impatti jittrattaw proċessi fit-tul.

DĠ REGIO: inkonsistenzi interni fi ħdan ir-Rapport ta’ Attività Annwali

L-għadd ta’ impjiegi maħluqa huwa rreġistrat b’mod varju bħala 200 000 f’25 Stat Membru (il-paġna 34) u 165 000 f’21 Stat Membru (l-Anness 6, il-paġna 69) — fejn in-nota f’qiegħ il-paġna telenka 19-il Stat Membru (in-nota 126 f'qiegħ il-paġna).

Il-popolazzjoni addizzjonali b’aċċess għall-broadband tingħata b’mod varju bħala 900 000 (il-paġna 34) u 806 826 (l-Anness 6, il-paġna 172).

Toroq ġodda mibnija jingħataw b’mod varju bħala 920 km fi 12-il Stat Membru (il-paġna 34), u 805 km f’10 Stati Membri (l-Anness 6, il-paġna 171).

DĠ REGIO: inkonsistenzi interni fi ħdan ir-Rapport ta’ Attività Annwali

Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni li hemm żewġ approċċi għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-miri u l-aħħar riżultati magħrufa. L-inkonsistenzi interni kollha huma spjegati b’mod adegwat fit-test.

Fil-parti ewlenija tar-RAA, l-informazzjoni qiegħda fil-livell ġenerali tas-suċċess tal-Politika ta’ Koeżjoni u l-figuri mir-rappurtar tal-Istati Membri kollha huma inklużi, kemm jekk għandhom miri kif ukoll jekk le (mhuwiex rekwiżit li jkollhom il-miri).

Fl-Anness 6, isir tqabbil dirett bejn il-miri u l-kisbiet. Iċ-ċifri huma inklużi biss għal dawk l-Istati Membri li jirrapportaw dwar it-tnejn li huma (jiġifieri l-Istati Membri li jirrappurtaw dwar il-kisbiet mingħajr ma jirrappurtaw dwar il-miri huma esklużi). Dan l-approċċ kien konsistenti matul is-snin u huwa mfassal biex jippermetti valutazzjoni tal-progress relevanti fir-rigward tal-mira.

10.18.

L-abbiltà tad-DĠ AGRI u REGIO biex jiżguraw il-kwalità tad-data pprovduta mill-Istati Membri hija limitata. Id-DĠ REGIO rrakkomanda li l-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq indikaturi prinċipali u ħareg linji gwida fuq id-dħul tad-data. Huwa beda wkoll proċedura ta’ verifikazzjoni annwali, li wasslitu sabiex qabad xi żbalji fid-data ppreżentata. L-introduzzjoni ta’ “riżerva tal-prestazzjoni” għall-fondi tal-Qafas Strateġiku Komuni (QSK) (13) għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss jista’ jispiċċa jkun mod kif jingħata inċentiv lill-Istati Membri biex jipprovdu data tal-prestazzjoni li tkun relevanti, komparabbli u affidabbli. Madankollu, il-puntwalità ta’ din id-data se tibqa’ ta’ sfida. Pereżempju, l-iskadenza attwali biex l-Istati Membri jipprovdu data lid-DĠ REGIO hija Ġunju tas-sena ta’ wara, sabiex id-data rrappurtata fir-Rapport ta’ Attività Annwali 2011, ippubblikat fl-2012, tkun tirrigwarda l-2010.

10.18.

L-iċċekkjar mill-Kummissjoni tal-kwalità tad-dejta pprovduta mill-Istati Membri għall-perjodu attwali ta’ pprogrammar se jkompli u jiġi intensifikat.

Skont il-proposta legali tal-Kummissjoni għall-perjodu l-ġdid bħala inċentiv għall-Istati Membri, 5% tal-fondi għandhom jibqgħu mhux allokati fil-bidu tal-perjodu ta’ pprogrammar il-ġdid biex jipprovdu fondi addizzjonali għal dawk l-Istati Membri li kienu kisbu l-miri tagħhom (ara COM(2011) 615 finali).

Il-Kummissjoni ma tikkunsidrax il-puntwalità tad-dejta bħala sfida. DĠ REGIO dejjem juża l-aħħar dejta disponibbli, iżda jqis — skont l-arranġamenti ta’ rappurtar fir-regolamenti attwali u dawk proposti għall-futur — li d-dejta għas-sena preċedenti mhux se tkun disponibbli qabel April tas-sena ta’ wara.

RIŻULTATI TAL-VERIFIKI TAL-QORTI DWAR IL-PRESTAZZJONI

Introduzzjoni

10.19.

Ir-rapporti speċjali tal-Qorti jeżaminaw jekk il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba (il-paragrafu 10.2) jiġux applikati għall-baġit tal-Unjoni Ewropea. Il-Qorti tagħżel it-temi tagħha għar-rapporti speċjali — oqsma baġitarji speċifiċi jew temi ta’ ġestjoni — biex ikun hemm impatt massimu, ibbażati fuq firxa ta’ kriterji, bħal-livell ta’ dħul jew infiq involut (materjalità), ir-riskji għall-ġestjoni finanzjarja tajba u l-grad ta’ interess tal-partijiet interessati.

 

10.20.

Fl-2011, il-Qorti adottat (14) 16-il rapport speċjali, kif inhuma elenkati fil-kaxxa 10.1:

 

 

Rapporti Speċjali adottati mill-Qorti tal-Awdituri fl-2011  (15)

Nru 1/2011 “Id-devoluzzjoni tal-ġestjoni tal-Kummissjoni tal-għajnuna esterna mill-kwartieri ġenerali tagħha rriżultat fi twassil tal-għajnuna mtejjeb?”.

Nru 2/2011 “Segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 1/2005 dwar il-ġestjoni tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi”.

Nru 3/2011 “L-effiċjenza u l-effettività tal-kontribuzzjonijiet tal-UE mwassla permezz ta' Organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f'pajjiżi milquta minn kunflitti”.

Nru 4/2011 “Il-verifika tal-Faċilità ta' Garanzija għall-SMEs”.

Nru 5/2011 “Skema ta' Pagament Uniku (L-SPS): kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati biex titjieb il-ġestjoni finanzjarja soda (tajba) tagħha”.

Nru 6/2011 “Kienu effettivi l-proġetti ta’ turiżmu kofinanzjati mill-FEŻR?”.

Nru 7/2011 “L-appoġġ agroambjentali huwa mfassal u ġestit tajjeb?”.

Nru 8/2011 “Irkupri ta’ pagamenti mhux dovuti taħt il-Politika Agrikola Komuni”.

Nru 9/2011 “Kienu effettivi l-proġetti ta’ gvern elettroniku appoġġjati mill-FEŻR?”.

Nru 10/2011 “Huma effettivi l-Iskemi tal-Ħalib għall-Iskejjel u tal-Frott għall-Iskejjel?”.

Nru 11/2011 “It-tfassil u l-ġestjoni tal-iskema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi jippermettulha li tkun effettiva?”.

Nru 12/2011 “Il-miżuri tal-UE kkontribwixxew għall-adattament tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd għal opportunitajiet ta’ sajd disponibbli?”.

Nru 13/2011 “Il-kontroll tal-proċedura doganali 42 jimpedixxi u jsib l-evażjoni tal-VAT?”.

Nru 14/2011 “L-Assistenza tal-UE tejbet il-kapaċità tal-Kroazja fir-rigward tal-ġestjoni tal-finanzjament wara l-adeżjoni?”.

Nru 15/2011 “Il-proċeduri tal-Kummissjoni jassiguraw il-ġestjoni effettiva tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat?”.

Nru 16/2011 “Għajnuna finanzjarja tal-UE għad-diżattivazzjoni ta’ impjanti nukleari fil-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja: Kisbiet u Sfidi futuri”.

 

10.21.

Fir-Rapport Annwali tas-sena l-oħra, il-Qorti wriet kif is-sejbiet tar-rapporti speċjali 2010 tagħha koprew l-intier taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ ġestjoni tipika; mill-ippjanar strateġiku u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet, sar-rappurtar dwar il-prestazzjoni miksuba. B’mod simili l-ambitu tar-rapporti speċjali tal-Qorti fl-2011 kellu firxa wiesgħa. Madankollu, filwaqt li l-Unjoni tħejji lilha nfisha biex tidħol fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2011 il-ġdid, il-Qorti teżamina hawnhekk it-tagħlim li jista’ jinkiseb mir-rapporti speċjali 2011 tagħha għat-tħejjija ta’ programmi u proġetti ġodda, b’fokus fuq tliet temi: l-analiżi tal-ħtiġijiet, it-tfassil u l-kunċett ta’ valur miżjud tal-UE. Dawn it-tliet temi huma wkoll riflessi, fi gradi differenti, fl-opinjonijiet reċenti tal-Qorti dwar ir-regolamenti proposti għall-Qafas Strateġiku Komuni u l-politika agrikola komuni (16).

 

Analiżi tal-ħtiġijiet: l-ebda evidenza robusta

10.22.

Fir-Rapport Annwali 2010 tagħha, il-Qorti ddikjarat li, jekk iridu jiġu prodotti riżultati tajbin, huwa importanti li jiġu identifikati b’mod ċar il-ħtiġijiet li l-programmi għandhom il-għan li jissodisfaw (17). Eżempju fejn il-Kummissjoni ġeneralment żgurat li ġew identifikati il-ħtiġijiet ewlenin huwa l-assistenza pprovduta lill-Kroazja sabiex hija tkun tista’ ġġesti l-finanzjament mill-UE wara li hija tidħol fl-Unjoni (18).

10.22.

Il-Kummissjoni taqbel li analiżi tal-ħtiġijiet b’saħħitha tifforma parti importanti miċ-ċiklu tal-ipprogrammar u qiegħda tanalizza bir-reqqa l-każijiet li fihom il-Qorti sabet li ma kenitx twettqet analiżi suffiċjenti tal-ħtiġijiet.

10.23.

Fl-2011, il-Qorti kompliet issib u tirrapporta dwar każijiet fejn ma kinux twettqu analiżijiet tajbin tal-ħtiġijiet. Pereżempju, strateġiji bikrija għall-gvern elettroniku — fejn proġetti jistgħu jkunu appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — tħejjew prinċipalment bi tweġiba għal dikjarazzjonijiet politiċi aktar milli valutazzjonijiet rigorużi tal-ħtiġijiet, bir-riżultat li l-proġetti ma indirizzawx il-kwistjonijiet l-aktar importanti (19). U għal tnejn mit-tliet programmi ta’ diżattivazzjoni nukleari vverifikati mill-Qorti, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-ħtiġijiet b’relazzjoni mal-objettiv tal-programmi biex jitnaqqas l-impatt tal-għeluq tal-impjanti nukleari aktar kmieni milli ppjanat oriġinarjament (20).

10.23.

Il-kost ta' migrazzjoni lejn Gvern elettroniku huwa għoli ħafna. Jeħtieġ li jkun hemm prijoritajiet u huwa raġonevoli li dawn jiġu pprovduti minn rendikonti u dikjarazzjonijiet politiċi, li jkunu servew biex iqajmu kuxjenza u bħala strateġiji bikrija. Madankollu, l-iffissar tal-prijoritajiet tjieb b'mod sinifikanti fil-perjodu interim, u llum l-Istati Membri kollha żviluppaw Strateġiji tal-Gvern elettroniku aktar sofistikati.

It-Trattati ta' Adeżjoni jew ir-regolamenti sussegwenti identifikaw il-ħtieġa għal miżuri ta' mitigazzjoni. L-iskema ta' appoġġ tal-UE hija mfassla sabiex tiżgura li l-miżuri proposti mill-Istati Membri jkunu konformi mal-istrateġiji tal-enerġija nazzjonali tagħhom u bbażati fuqhom, li inevitabbilment iqisu l-impatt tal-għeluq tal-impjanti nukleari.

10.24.

Konsegwenza waħda ta’ analiżi inadegwata tal-ħtiġijiet hija d-diffikultà li jkun hemm biex jiġi determinat liema mill-proġetti li qegħdin jikkompetu x’aktarx li huma ekonomikament vantaġġużi. Dan kien il-każ fil-verifika ta’ proġetti tal-gvern elettroniku msemmija hawn fuq (21), u wkoll fil-verifika tal-appoġġ tal-UE għall-agroambjent. F’dan il-każ tal-aħħar, il-Qorti rrappurtat li l-immirar ta' fondi lejn dawk iż-żoni l-aktar fil-bżonn kien essenzjali għat-titjib tal-effetti ambjentali tal-appoġġ agroambjentali; madankollu, l-Istati Membri ma kinux qiesu l-immirar fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji involuti (22).

10.24.

Il-Kummissjoni taqbel li analiżi tal-ħtiġijiet tista’ tgħin biex jiġu identifikati proġetti prijoritarji. Madankollu, fir-rigward tal-għajnuna agroambjentali, xi Stati Membri qiesu l-grad mixtieq ta' mmirar fuq il-bażi ta’ analiżi tal-kosti u l-benefiċċji involuti. Ir-Rumanija, pereżempju, timmira għal pagamenti agroambjentali ta’ Valur ta’ Natura Għolja fuq bażi ġeografika, u ż-żoni eliġibbli huma stabbiliti bl-użu tad-dejta fuq il-livell makro. Fid-dawl tal-proġetti tal-Gvern elettroniku, wara inizjattivi ta’ politika tal-UE, illum l-Istati Membri kollha żviluppaw Strateġiji tal-Gvern elettroniku aktar sofistikati fuq il-bażi ta’ Pjan ta' Azzjoni tal-Gvern elettroniku 2011-2015.

Tfassil: mhuwiex ċar biżżejjed x’għandu jinkiseb

10.25.

L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet hija biss il-bidu tal-proċess. Tfassil tajjeb kemm tal-programmi kif ukoll tal-proġetti individwali fi ħdan dawk il-programmi huwa essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba, sabiex il-fondi jiksbu l-aktbar impatt bl-inqas prezz. It-tfassil ta’ programmi u ta’ proġetti individwali fi ħdanhom għandhom jistabbilixxu rabta bejn l-attivitajiet iffinanzjati mill-baġit u l-prodotti, ir-riżultati u l-impatti intenzjonati ta’ dak l-infiq.

 

10.26.

F’każ wieħed, il-Kummissjoni qieset il-problemi fit-tfassil ta’ skema waħda biex ittejjeb, għall-inqas parzjalment, it-tfassil ta’ skema simili. B’riżultat ta’ dan, il-miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu l-konsum tal-frott fl-iskejjel ma jbatux minn problemi ta’ nuqqas ta’ attrazzjoni għall-benefiċjarji u l-effett ta’ piż totali (23) bħalma tbati l-iskema simili tal-ħalib fl-iskejjel (24). Madankollu, il-Qorti kompliet issib għadd ta’ dgħufijiet fit-tfassil tal-flussi ta’ finanzjament li hija vverifikat fl-2011, bħalma hemm deskritt fil-paragrafi li ġejjin.

10.26.

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-aħħar reviżjoni tal-Iskema tal-Ħalib fl-Iskejjel (SMS) indirizzat fil-biċċa l-kbira l-osservazzjonijiet tal-Qorti bil-għan li titjieb l-effiċjenza ġenerali tas-sistema.

10.27.

Il-Kummissjoni twassal xi appoġġ għal pajjiżi milquta minn kunflitti permezz tal-Organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti. Madankollu, kważi l-ftehimiet ta' kontribuzzjoni kollha vverifikati (18 minn 19) mill-Qorti kellhom dgħufija waħda jew aktar fit-tfassil, bħan-nuqqas ta' kriterji bażi, objettivi mhux speċifiċi jew indikaturi neqsin. B’riżultat ta’ dan, kien hemm nuqqas ta’ ċarezza dwar dak li kellu jinkiseb u kif is-suċċess seta’ jkun ivvalutat (25).

10.27.

Il-Kummissjoni tagħraf l-importanza tat-tfassil tal-proġett imma tqis li tnejn biss mit-18-il każ iċċitat kellhom dgħufijiet li jistgħu jinfluwenzaw direttament ir-riżultati tal-proġett.

Il-Kummissjoni introduċiet taħriġ u gwida ġodda fl-2011 sabiex ittejjeb it-tfassil tal-proġett, li hi tikkunsidra li jissodisfa fil-parti l-kbira tiegħu t-tħassib tal-Qorti.

Barra minn hekk, ir-Rapport Speċjali tal-Qorti qies li, anke f’ċirkustanzi diffiċli ħafna, proġetti implimentati man-NU f’pajjiżi milquta minn kunflitti jiksbu riżultati tajbin u huma raġonevolment sostenibbli.

10.28.

L-Iskema ta' Pagament Uniku tal-politika agrikola komuni (PAK) tfasslet biex tinkoraġġixxi l-bdiewa biex iwieġbu għad-domanda tas-suq u biex tippromwovi prattiki agrikoli li jirrispettaw aktar l-ambjent. Madankollu, hemm kontradizzjoni fit-tfassil tal-iskema: filwaqt li hija maħsuba biex tappoġġa d-dħul individwali, il-mod kif titqassam l-assistenza finanzjarja fil-prattika ftit li xejn iqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-benefiċjarju, bir-riżultat li d-distribuzzjoni ta' sussidji lil bdiewa individwali tibqa' essenzjalment ibbażata fuq il-wiċċ tal-art maħduma u għalhekk proporzjon għoli tal-għajnuna tal-Iskema ta' Pagament Uniku għadu jmur għand azjendi agrikoli kbar, bħalma kien il-każ taħt is-sistema ta’ qabel (26).

10.28.

l-Iskema ta’ Pagament Uniku (SPS) irriżultat għodda effettiva ħafna għall-għoti tal-appoġġ bażiku għad-dħul filwaqt li tippermetti lill-bdiewa sabiex jieħdu deċiżjonijiet dwar il-produzzjoni fuq il-bażi tas-sinjali tas-suq. Dan huwa minħabba li l-ħlasijiet huma diżakkoppjati mill-produzzjoni u ma jinterferux mad-deċiżjonijiet tal-produzzjoni. Sabiex ikunu eliġibbli għall-ħlasijiet, il-benefiċjarji, il-pakketti u l-attivitajiet għandhom jissodisfaw kundizzjonijiet ċari stabbiliti fir-regolament tal-Kunsill li huma kompatibbli mar-regoli tad-WTO, jiġifieri mhumiex marbuta ma' fatturi tal-produzzjoni.

Il-ħtiġijiet għal appoġġ bażiku għad-dħul tal-“azjendi agrikoli kbar” ma għandhomx jitqiesu bħala sistematikament inqas minn dawk ta' azjendi agrikoli oħra billi d-dħul b'mod ġenerali jiddependi ħafna fuq it-tipi ta' produzzjoni, l-ispejjeż tal-inputs u l-outputs, il-ħaddiema, eċċ.

Il-valur u l-għadd tad-drittijiet ġew ikkalkulati, bl-użu ta' riferimenti storiċi tal-produzzjoni u d-daqs tal-art sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr diffikultajiet lejn id-diżakkoppjament. Għaldaqstant, id-distribuzzjoni attwali tal-ħlasijiet diretti bejn l-azjendi agrikoli hija biss riflessjoni tal-fatt li l-art agrikola u l-produzzjoni agrikola mhumiex maqsuma b'mod ugwali bejn l-azjendi agrikoli fl-UE.

Madankollu, il-kwistjoni tar-ridistribuzzjoni tal-appoġġ bejn il-bdiewa u l-Istati Membri hija meqjusa fil-proposti legali għall-PAK ta’ wara l-2013, u għandha twassal ukoll għal immirar aħjar tal-għajnuna tal-SPS. Fir-rigward taż-żieda fil-valur u l-kwalità tal-infiq, il-Kummissjoni pproponiet li ttejjeb u żżid ukoll xi elementi oħra, b’hekk tkopri wħud mill-kwistjonijiet imsemmija mill-Qorti fir-rapport speċjali tagħha: it-tfassil mill-ġdid u l-immirar aħjar tal-appoġġ.

10.29.

L-Iskema tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (GIS) hija skema maħsuba biex tipproteġi ismijiet li jidentifikaw prodotti agrikoli li l-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tagħhom tista’ tkun essenzjalment attribwita għall-oriġini ġeografika tagħhom (eż. prosciutto di Parma, Bayerisches Bier eċċ.). Is-suċċess tal-GIS jiddependi, fost l-oħrajn, fuq l-użu tagħha mill-produtturi. Jeżisti potenzjal biex jiġu attirati aktar produtturi biex jingħaqdu mal-GIS, speċjalment fi Stati Membri fejn hemm parteċipazzjoni baxxa. Madankollu, il-miżuri disponibbli u l-proċeduri applikati ma jħeġġux lil dawn il-produtturi biex jipparteċipaw (27).

10.29.

L-iskema hija primarjament skema ta’ ħarsien tal-proprjetà intellettwali. L-istrumenti u l-mezzi legali xierqa huma fis-seħħ u l-produtturi huma mistiedna jissieħbu mal-iskema fuq bażi volontarja. Dan huwa kkonfermat ukoll mill-interess ċar fl-iskema li ntwera mill-produtturi: ġie reġistrat għadd sinifikanti ta' ismijiet tal-prodott (aktar minn 1 000), li jammonta għal valur fis-suq ta’ 14,5 biljun euro (fl-2008).

L-Istati Membri li ssieħbu fl-UE mill-2004 għadhom qed jirrankaw fir-rigward ta’ din l-iskema. Ġew imnedija sensiela ta' inizjattivi, fosthom kampanji informattivi, fieri kummerċjali, wirjiet internazzjonali tematiċi u/jew preparazzjoni ta’ gwidi għall-applikanti għal indikazzjonijiet ġeografiċi (DPO jew IĠP), biex tkompli tattira applikanti potenzjali.

10.30.

Taħt il-politika komuni tas-sajd, il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ għall-Istati Membri biex inaqqsu l-kapaċità tal-flotot tas-sajd tagħhom bil-għan aħħari li jiġu preżervati l-istokkijiet ta’ ħut. Problemi fit-tfassil qegħdin inaqqsu l-effettività ta’ dan l-appoġġ. Pereżempju, il-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ għażla għall-iskemi ta’ dekommissjonament ta’ bastimenti tas-sajd kienu mmirati b’mod fqir, bir-riżultat li xi wħud mill-bastimenti tas-sajd ġew skrappjati bi ftit li xejn effett fuq l-istokkijiet ta’ ħut immirati (28).

10.30.

Il-każijiet analizzati mill-Qorti ġew riveduti u diskussi mal-Istati Membri. Qed jittieħdu azzjonijiet korrettivi mill-Istati Membri fejn meħtieġ– fosthom għall-irkupru ta' ammonti mħallsa ħażin.

Valur miżjud tal-UE: ġustifikazzjoni għall-intervent tal-UE

10.31.

Il-Kummissjoni ddefinixxiet il-valur miżjud tal-UE bħala l-valur li jirriżulta minn intervent tal-UE li huwa addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq b’mod ieħor minn azzjoni tal-Istati Membri biss (29). Qabel, il-Qorti kienet issuġġeriet li kwalunkwe definizzjoni tat-terminu għandha tieħu mill-prinċipji mniżżla fil-kaxxa 10.2, u hija rrakkomandat l-artikulazzjoni tal-kunċett ta’ valur miżjud tal-UE sabiex tingħata gwida lill-awtoritajiet politiċi tal-UE waqt l-għażla ta’ prijoritajiet ta’ nfiq, u li din issir f’dikjarazzjoni politika xierqa jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE (30).

10.31.

Il-Kummissjoni tisħaq li l-kunċett ta’ valur miżjud tal-UE jista’ jintuża f’bosta kuntesti differenti, bħal f’riflessjonijiet akkademiċi dwar il-baġit tal-UE, għad-definizzjoni ta’ objettivi u/jew kriterji għall-għażla ta’ proġetti fi programmi speċifiċi tal-UE, f’dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u fl-evalwazzjoni ta' programmi eżistenti iżda tikkunsidra wkoll li l-valur miżjud ta’ proġett politiku jmur lil hinn minn sempliċement riferiment għaċ-ċifri.

Wieħed mill-għanijiet tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal kien li jispjega l-valur miżjud li jkun hemm baġit tal-UE u li jippreżenta bosta eżempji ta' kif dan jaħdem fil-prattika fl-Istati Membri, b'hekk jipprovdi lill-korpi tat-teħid tad-deċiżjoni tal-UE bil-gwida meħtieġa sabiex tipprijoritizza l-infiq.

Barra minn hekk, il-proċess tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni jipprepara evidenza għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-għażliet politiċi possibbli billi jivvaluta l-impatt potenzjali tagħhom. B'hekk, il-proċess jittratta wkoll il-kwistjoni tal-valur miżjud tal-proposti tal-Kummissjoni.

Prinċipji ssuġġeriti mill-Qorti li fuqhom huwa bbażat il-kunċett ta’ valur miżjud tal-UE:

Infiq mill-baġit tal-Unjoni Ewropea li jsiru fi ħdan l-Unjonigħandu joffri benefiċċji ċari u viżibbli għall-UE u għaċ-ċittadini tagħha li ma jistgħux jinkisbu b’infiq fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali biss, iżda x’aktarx ikunu jistgħu minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-UE.

Infiq b’effetti transkonfinali ta’ interess komuni huwa prima facie kandidat aktar b’saħħtu għall-azzjoni tal-UE milli nfiq b’effetti ġeografiċi limitati.

Konċentrazzjoni raġonevoli ta’ nfiq hija prima facie aktar possibbli li tappoġġa l-objettiv ta' żieda ta’ valur.

Għal infiq barra l-Unjoni, bħall-assistenza għall-iżvilupp, il-valur miżjud ukoll x’aktarx li jittejjeb b’approċċ selettiv: pereżempju, iffukar fuq il-koordinazzjoni ta’ għajnuna għall-iżvilupp f’oqsma fejn hemm approvazzjoni tad-donaturi globali u iffukar fuq attivitajiet li għalihom l-għarfien espert speċifiku tal-UE huwa ta’ valur partikolari (31).

Il-Kummissjoni tqis li l-valur miżjud ta’ proġett politiku għandu jkun test ewlieni biex tiġġustifika l-infiq fil-livell tal-UE.

Il-Kummissjoni ttestjat il-valur miżjud tal-infiq propost fl-oqsma kollha tal-politika meta tagħmel il-proposti tagħha għall-baġit tal-UE għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013, bl-użu tal-kriterji li ġejjin:

Effettività: meta l-azzjoni tal-UE tkun l-uniku mezz.

Effiċjenza: meta l-UE toffri valur aħjar għall-flus.

Sinerġija: meta l-azzjonijiet tal-UE jkunu meħtieġa biex jikkumplimentaw, jistimulaw, u jingranaw azzjonijiet.

Il-Kummissjoni fasslet kemm il-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid kif ukoll l-istrumenti settorjali u l-programmi b’mod li:

it-twassil tal-objettivi jista’ jirnexxi aktar permezz tal-infiq fil-livell tal-UE;

il-kontribuzzjoni tan-nefqa fil-livell tal-UE ssir ovvja;

il-valur miżjud tal-UE jkun prominenti;

ir-riżorsi ta’ ġbir fil-livell tal-UE jiġġeneraw ekonomiji ta’ skala u riżultati aħjar.

 

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Aġenda għall-Bidla ta' Ottubru 2011 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill sussegwenti tagħha tal-14 ta’ Mejju 2012 jirrakkomandaw iffukar aħjar fuq il-pajjiżi li jeħtieġu l-aktar għajnuna u fuq għadd limitat ta’ setturi fejn l-impatt jista' jiġi massimizzat u l-valur miżjud għall-UE jkun ċar.

10.32.

Il-Qorti ddikjarat li l-programmi ta’ nfiq li ma jżidux il-valur tal-UE x’aktarx li naturalment ma jkunux użu effiċjenti u effettiv tal-flus tal-kontribwenti tat-taxxa tal-UE (32). Fir-rapporti speċjali 2011 tagħha, il-Qorti sabet eżempji fejn l-eżistenza ta’ valur miżjud tal-UE kienet mill-inqas dubjuża:

10.32.

Il-Kummissjoni tqis li għandha sseħħ evalwazzjoni tal-valur miżjud ta’ programmi ta’ nfiq fir-rigward tal-objettivi stabbiliti u fir-rigward tal-kriterji użati meta jiġi ttestjat inizjalment il-valur miżjud tal-proposti tal-Kummissjoni. (ara l-Kaxxa 10.2)

il-valur miżjud tal-UE tal-faċilità ta' Garanzija għall-Impriżi Żgħar u Medji (SMEG) ma kienx intwera, peress li r-riżultati ħerġin mill-faċilità għandhom mnejn inkisbu wkoll permezz ta’ finanzjament taħt skemi nazzjonali (33);

Il-Kummissjoni diġà qiegħda tieħu inkonsiderazzjoni l-osservazzjoni fid-diskussjonijiet u l-ippjanar għall-ġenerazzjoni li jmiss tal-istrumenti finanzjarji fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta’ wara l-2013, fejn “l-iżgurar tal-valur miżjud tal-UE” jkun wieħed mill-prinċipji ewlenin li jridu jiġu rispettati mill-istrumenti proposti kollha.

għal proġetti tat-turiżmu kofinanzjati mill-FEŻR, fin-nuqqas ta’ sistema xierqa għall-istabbiliment tal-objettivi u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni bi tqabbil magħhom, kien diffiċli li tiġi vvalutata l-firxa tal-valur miżjud tal-UE żgurat (34); u

Il-Kummissjoni tinnota li l-verifika tar-rendiment tal-Qorti sabet effetti għolja fuq l-impjiegi għall-proġetti ta’ turiżmu eżaminati.

fil-każ tal-appoġġ mill-UE pprovdut għad-diżattivazzjoni nukleari fi tliet Stati Membri, il-Qorti kkonkludiet li l-qafas tal-politika kien relattivament laxk u rrakkomandat li l-UE għandha tibbaża kwalunkwe deċiżjoni dwar l-għoti ta’ aktar assistenza finanzjarja fuq evalwazzjoni tal-valur miżjud tal-UE ta’ intervent bħal dan (35).

Il-Kummissjoni tqis li l-valur miżjud tal-UE tal-programmi kien ċar: mingħajrhom, kien ikun diffiċli ħafna li jintlaħaq l-għan ġenerali ta' titjib sinifikanti fis-sigurtà nukleari tal-UE, kif ukoll li tingħata għajnuna lill-Istati Membri biex itaffu l-effetti ta' għeluq bikri.

Fl-24 ta’ Novembru 2011 il-Kummissjoni pproponiet Regolament tal-Kunsill dwar l-appoġġ, min-naħa tal-Unjoni Ewropea, għall-programmi ta’ għajnuna għad-dekummissjonar ta’ impjanti nukleari fil-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja (COM(2011) 783) għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020. Dan kien akkumpanjat minn valutazzjoni tal-impatt komprensiv li tinkludi evalwazzjoni tal-valur miżjud tal-UE.

10.33.

Opinjonijiet reċenti tal-Qorti rreferew għad-dgħufijiet tal-Kummissjoni fid-definizzjoni tal-objettivi tal-politika f'termini ta’ riżultati — dak li l-finanzjament mill-UE huwa mfassal biex jikseb (36). Mingħajr miri ċari għar-riżultati mistennija, il-Kummissjoni se tkompli ssibha diffiċli li turi li l-infiq tagħha jikseb valur miżjud tal-UE — u għaldaqstant diffiċli li tipprovdi assigurazzjoni li l-infiq tagħha huwa effiċjenti u effettiv.

10.33.

Iż-żieda fl-iffukar fuq ir-rendiment u r-riżultati hija waħda mill-għanijiet ewlenin tal-Kummissjoni fil-proposti tagħha “Baġit għal UE2020” għat-twassil tal-objettivi strateġiċi fit-tul tal-Unjoni bil-baġit disponibbli għas-seba’ snin li ġejjin.

F’din il-linja, il-programmi u l-istrumenti kollha inklużi fil-proposta tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali ġew imfassla biex jiżguraw li r-riżultati u l-impatti tagħhom jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-kisba tal-objettivi ewlenin ta' politika tal-UE, b’hekk jenfasizzaw ir-riżultati mistennija u l-prestazzjoni.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

10.34.

Il-proċess li bih ir-rapporti ta’ attività annwali jitħejjew mid-DĠ tal-Kummissjoni qiegħed jevolvi. Meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, kien hemm sinjali ta' titjib li ntlaqgħu tajjeb (ara l-paragrafu 10.7).

10.34.

Il-Kummissjoni tħabrek biex kontinwament ittejjeb il-kwalità u ċ-ċarezza tar-rapporti ta’ responsabbiltà tagħha.

10.35.

Ir-relevanza tibqa’ kwistjoni problematika, partikolarment fir-rigward tal-koerenza interna tal-objettivi u tal-indikaturi, l-istabbiliment ta’ miri kwantifikati bis-sens u l-kejl annwali tal-progress. Bħalma kien il-każ is-sena l-oħra, it-tliet DĠ ivvalutati mill-Qorti ma rrappurtawx dwar l-ekonomija u l-effiċjenza fil-parti 1 tar-rapporti ta’ attività annwali (ara l-paragrafi 10.8 sa 10.12).

10.35.

Il-Kummissjoni saħħet l-istruzzjonijiet permanenti għar-RAA tal-2011, f’termini ta’ effiċjenza u effettività, u talbet lid-Direttorati Ġenerali biex iżidu indikaturi fuq bażi volontarja dwar maniġment finanzjarju b’saħħtu fil-Parti 3. Għadd ta’ DĠ rrappurtaw dwar dan fl-2011.

10.36.

L-objettivi, l-indikaturi u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tad-DĠ AGRI u tad-DĠ REGIO ġeneralment kienu dawk użati għar-rappurtar fir-rapporti ta’ attività annwali, u ġeneralment kienu konsistenti ma’ tas-sena l-oħra. Madankollu, fejn saru bidliet, mhux dejjem ingħataw spjegazzjonijiet (ara l-paragrafi 10.13 sa 10.16).

10.36.

Il-Kummissjoni taqbel li bidliet b’paragun mar-Rapport ta' Attività Annwali tas-sena preċedenti jistħoqqilhom spjegazzjoni. Madankollu hija tal-fehma li ġiet ipprovduta biżżejjed informazzjoni f'dan ir-rigward.

10.37.

Il-limitazzjonijiet legali u r-restrizzjonijiet prattiċi fixxklu l-affidabbiltà tal-informazzjoni miġbura mid-DĠ mill-Istati Membri dwar programmi taħt ġestjoni kondiviża. Qegħdin jittieħdu xi passi biex l-Istati Membri jingħataw inċentivi biex jipprovdu data relevanti, komparabbli u affidabbli tal-prestazzjoni għall-fondi tal-QSK fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, u jista’ jkun li jistgħu jinkisbu tagħlim siewi minn dan fil-ġejjieni. Hemm problema addizzjonali ta’ twaqqit (ara l-paragrafi 10.17 sa 10.18).

10.37.

L-iċċekkjar mill-Kummissjoni tal-kwalità tad-dejta pprovduta mill-Istati Membri għall-perjodu attwali ta’ pprogrammar se jkompli u jiġi intensifikat. Madankollu, il-Kummissjoni ma tqisx il-puntwalità tad-dejta bħala sfida.

Minħabba l-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ seba’ snin, dejta disponibbli 16-il xahar mit-tmiem tas-sena tkun għadha ta’ użu biex jiġu aġġustati programmi li għalihom id-dejta tissuġġerixxi nuqqas ta' prestazzjoni (ara t-tweġiba għall-paragrafu 10.18).

10.38.

Fir-rapporti speċjali 2011 tagħha, f'dak li jirrigwarda t-tliet oqsma speċifiċi analizzati, il-Qorti sabet li:

10.38.

(a)

valutazzjonijiet ta’ kwalità tajba tal-ħtiġijiet ta’ sikwit mhumiex preżenti għalkemm huma essenzjali biex ikun żgurat li l-infiq tal-UE jkun immirat fuq l-oqsma (żoni ġeografiċi jew skont it-tema) l-aktar fil-bżonn (il-paragrafi 10.22 sa 10.24);

(a)

Il-Kummissjoni taqbel li analiżi tal-ħtiġijiet b’saħħitha tifforma parti importanti miċ-ċiklu tal-ipprogrammar u qiegħda tanalizza bir-reqqa l-każijiet li fihom il-Qorti sabet li ma kenitx twettqet analiżi suffiċjenti tal-ħtiġijiet.

(b)

hemm dgħufijiet fit-tfassil tal-programmi li jolqtu b'mod negattiv l-abbiltà tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi u tirrapporta dwar ir-riżultati u l-impatti tal-infiq tal-UE (il-paragrafi 10.25 sa 10.30);

(b)

Il-Kummissjoni tagħraf l-importanza tad-disinn tal-proġett iżda ma taqbilx mal-valutazzjonijiet kollha li saru mill-Qorti fir-rigward tal-każi msemmija fil-paragrafu 10.25. sa 10.30. Madankollu, il-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa l-valutazzjonijiet tal-Qorti f'dan ir-rigward u tadotta l-prattika tagħha kull meta jkun xieraq sabiex tikseb aktar titjib fit-tfassil tal-proġett.

(c)

hija sfida għall-Kummissjoni li turi l-valur miżjud tal-UE fl-infiq tal-UE (il-paragrafi 10.31 sa 10.33).

(c)

Fid-disinn tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss il-Kummissjoni implimentat il-prinċipji spjegati fir-reviżjoni tal-baġit tal-2010, jiġifieri l-iffukar fuq il-valur miżjud tal-baġit tal-UE.

Rakkomandazzjonijiet

10.39.

Wara l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2011, il-Qorti tirrakkommanda li:

10.39.

Rakkomandazzjoni 1: Il-Kummissjoni għandha, fit-tfassil ta’ programmi ġodda ta’ nfiq, tfittex li tiffoka l-attivitajiet tagħha fuq ir-riżultati u l-impatti li hija trid tikseb. Jekk ir-riżultati u l-impatti ma jistgħux jitkejlu faċilment, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi indikaturi u kisbiet importanti, ibbażati fuq objettivi “SMART” (37) li juru li l-attivitajiet tagħha jappoġġaw l-għanijiet mixtieqa tagħha.

Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti u — kif spjegat — diġà ħadet azzjoni f'dan ir-rigward.

Fid-disinn tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, il-Kummissjoni implimentat il-prinċipji li kienet ressqet fir-reviżjoni tal-baġit tal-2010:

Iffukar fuq il-kisba ta’ prijoritajiet politiċi ewlenin,

Iffukar fuq il-valur miżjud tal-UE,

Iffukar fuq impatti u riżultati,

Twassil ta’ benefiċċji reċiproċi madwar l-Unjoni Ewropea.

Rakkomandazzjoni 2: Il-Kummissjoni għandha taħdem mal-Istati Membri bil-ħsieb li ttejjeb il-kwalità u l-puntwalità tad-data ppreżentata. B’mod partikolari, hija għandha tuża kwalunkwe tagħlim li jista’ tinkiseb mill-passi li qegħdin jittieħdu fil-Fondi tal-QSK biex l-Istati Membri jingħataw inċentivi biex jipprovdu data tal-prestazzjoni ta' kwalità għolja.

Il-Kummissjoni taqbel li l-kooperazzjoni mal-Istati Membri hija importanti biex tittejjeb il-kwalità u l-puntwalità tad-dejta. Wara eżerċizzju ta’ verifika mal-Istati Membri biex jikkonferma l-korrettezza tal-indikaturi sottomessi elettronikament, il-Kummissjoni hija kunfidenti li t-titjib fil-kwalità tad-dejta se jitkompla. Madankollu, taħt l-arranġamenti ta' rappurtar attwali u r-regolamenti futuri proposti, id-dejta għas-sena preċedenti mhux se tkun disponibbli qabel April tas-sena ta' wara.

Rakkomandazzjoni 3: Għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, 2014-2020, il-Kummissjoni għandha turi u tirrapporta dwar kif hija tiżgura l-valur miżjud tal-UE.

Il-proposti speċifiċi kollha ppreżentati mill-Kummissjoni lill-Awtorità Leġiżlattiva jiddefinixxu l-objettivi ġenerali u speċifiċi li l-kisba tagħhom tikkontribwixxi għas-sostenn fil-valur miżjud tal-UE tal-istrumenti finanzjarji proposti.


(1)  L-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (ĠU C 83, 30.3.2010) jipprevedi mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni (evalwazzjoni) tal-finanzi tal-Unjoni bbażat fuq ir-riżultati miskuba.

(2)  L-Artikolu 60(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1) jipprovdi li r-rapport ta’ attività annwali “għandu jindika r-riżultati tal-operati b’referenza għall-objettivi dikjarati, ir-riskji assoċjati ma’ dawn l-operati, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern”.

(3)  Ir-rapporti speċjali tal-Qorti jkopru l-baġit tal-UE, kif ukoll il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.

(4)  L-Artikolu 27 tar-Regolament Finanzjarju.

(5)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni tal-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksuba, COM(2012) 40 final.

(6)  L-Artikoli 318 u 319 TFUE.

(7)  L-Opinjoni Nru 4/2012 dwar (ir-rapport ta’) l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksuba kif stabbilit skont l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 179, 20.6.2012).

(8)  Ir-rapporti ta’ attività annwali tad-DĠ AGRI u tad-DĠ REGIO ġew ukoll eżaminati fir-Rapport Annwali 2010 tal-Qorti. Il-EuropeAid inħoloq f’Jannar 2011 mill-merġer tad-DĠ għall-Iżvilupp Iżvilupp u r-Relazzjonijiet mal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (DĠ DEV), u l-Uffiċċju tal-Kooperazzjoni EuropeAid (DĠ AIDCO).

(9)  DĠ AGRI: EUR 56,2 biljun, DĠ REGIO: EUR 32,9 biljun, EuropeAid: EUR 4,1 biljun.

(10)  Għal dan l-aspett, il-Qorti wettqet biss analiżi limitata — ara l-paragrafu 10.17.

(11)  It-twaqqit tar-rapport annwali tal-Qorti huwa tali li hemm żmien limitat disponibbli biex ir-rapporti ta’ attività annwali tal-Kummissjoni jqisu l-messaġġi tagħha.

(12)  DĠ AGRI ħames indikaturi; EuropeAid ħames indikaturi; DĠ REGIO indikatur wieħed.

(13)  Dawn il-fondi jinkludu l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni (FK), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS).

(14)  Adottati tfisser approvati għall-pubblikazzjoni. Il-pubblikazzjoni nfisha, li tirrikjedi lejawt u traduzzjoni eċċ, issir ġeneralment madwar xahrejn wara.

(15)  Ir-rapporti speċjali tal-QEA huma disponibbli fuq il-websajt tal-Qorti fuq: http://eca.europa.eu/portal/page/portal/publications/auditreportsandopinions/specialreports.

(16)  L-Opinjonijiet No 7/2011 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (ĠU C 47, 17.2.2012) u Nru 1/2012 dwar ċerti proposti għal regolamenti dwar il-politika agrikola komuni għall-perjodu tal-2014-2020 (http://eca.europa.eu).

(17)  Ir-Rapport Annwali dwar is-sena finanzjarja 2010, il-paragrafu 8.36.

(18)  Ir-Rapport Speċjali Nru 14/2011 “L-Assistenza tal-UE tejbet il-kapaċità tal-Kroazja fir-rigward tal-ġestjoni tal-finanzjament wara l-adeżjoni?”, il-paragrafu 17 (http://eca.europa.eu).

(19)  Ir-Rapport Speċjali Nru 9/2011 “Kienu effettivi l-proġetti ta’ gvern elettroniku appoġġjati mill-FEŻR?”, il-paragrafu 56(a) (http://eca.europa.eu).

(20)  Ir-Rapport Speċjali No 16/2011 “Għajnuna finanzjarja tal-UE għad-diżattivazzjoni ta’ impjanti nukleari fil-Bulgarija, il-Litwanja u s-Slovakkja: kisbiet u sfidi futuri”, il-paragrafu 26 u l-figura 7 (http://eca.europa.eu).

(21)  Ir-Rapport Speċjali Nru 9/2011, il-paragrafu 56(b).

(22)  Ir-Rapport Speċjali Nru 7/2011 “L-appoġġ agroambjentali huwa mfassal u ġestit tajjeb?”, il-paragrafi 72 u 78 (http://eca.europa.eu).

(23)  Il-piż totali jseħħ meta miżura tintuża għall-appoġġ ta’ benefiċjarji li jkunu għamlu l-istess għażla fin-nuqqas tal-għajnuna.

(24)  Ir-Rapport Speċjali Nru 10/2011 “Huma effettivi l-Iskemi tal-Ħalib għall-Iskejjel u tal-Frott għall-Iskejjel?”, il-paragrafu 53 (http://eca.europa.eu).

(25)  Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2011 “L-effiċjenza u l-effettività tal-kontribuzzjonijiet tal-UE mwassla permezz ta’ organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti f’pajjiżi milquta minn kunflitti”, il-paragrafi 23, 24 u 48 (http://eca.europa.eu).

(26)  Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2011 “Skema ta' Pagament Uniku (L-SPS): kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati biex titjieb il-ġestjoni finanzjarja soda (tajba) tagħha”, il-paragrafu 44 (http://eca.europa.eu).

(27)  Ir-Rapport Speċjali Nru 11/2011 “It-tfassil u l-ġestjoni tal-iskema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi jippermettulha li tkun effettiva?”, il-paragrafu 61 (http://eca.europa.eu).

(28)  Ir-Rapport Speċjali Nru 12/2011 “Il-miżuri tal-UE kkontribwixxew għall-adattament tal-kapaċità tal-flotot tas-sajd għal opportunitajiet ta’ sajd disponibbli?”, il-paragrafi 51-58 u 76 (http://eca.europa.eu).

(29)  Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, The added value of the EU budget (Il-valur miżjud tal-baġit tal-UE), SEC(2011) 867 finali t-taqsima 1.1, li jakkumpanja d-dokument Baġit għall-Ewropa 2020 KUMM(2011) 500 finali.

(30)  L-Opinjoni Nru 1/2010 “It-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-Unjoni Ewropea: Riskji u sfidi”, il-paragrafu 18 (http://eca.europa.eu).

(31)  Tweġiba mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Nirriformaw il-Baġit, Nibdlu l-Ewropa”, il-paragrafu 8, April 2008.

(32)  L-Opinjoni Nru 7/2011, il-paragrafu 9.

(33)  Ir-Rapport Speċjali Nru 4/2011 “Il-verifika tal-faċilità ta' Garanzija għall-SMEs”, il-paragrafu 104 (http://eca.europa.eu).

(34)  Ir-Rapport Speċjali Nru 6/2011 “Kienu effettivi l-proġetti ta’ turiżmu kofinanzjati mill-FEŻR?”, il-paragrafu 46 (http://eca.europa.eu).

(35)  Ir-Rapport Speċjali Nru 16/2011, il-paragrafu 42(b).

(36)  L-Opinjoni Nru 7/2011, il-paragrafu 10, u l-Opinjoni Nru 1/2012, il-paragrafi 8 u 151.

(37)  Speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jisgħu jintlaħqu, relevanti u f’waqthom. Ara r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2010, il-paragrafu 8.33.

(38)  Kilotunnellata tal-ekwivalenti taż-żejt (ktoe) hija l-ammont ta’ enerġija rilaxxata mill-ħruq ta’ kilotunnellata ta’ żejt mhux raffinat.


12.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/243


RAPPORT ANNWALI DWAR L-ATTIVITAJIET IFFINANZJATI MIT-8, ID-9 U L-10 FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP (FEŻ)

2012/C 344/02

Rapport Annwali dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-8, id-9 u l-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ)

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

Kapitolu I — implimentazzjoni tat-8, id-9 u l-10 FEŻ

Implimentazzjoni finanzjarja

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-8 sal-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

Kapitolu II — Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni mill-qorti dwar il-FEŻ

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni mill-Qorti dwar it-8, id-9 u l-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport tal-Awditur Indipendenti

Informazzjoni li tappoġġa d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

Ambitu u approċċ tal-verifika

Affidabbiltà tal-kontijiet

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

Effettività tas-sistemi

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

1.

Dan ir-Rapport Annwali jippreżenta l-valutazzjoni mill-Qorti tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ). Fit- Tabella 1 tingħata informazzjoni ewlenija dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq fl-2011.

 

Tabella 1 —   Fondi Ewropej għall-Iżvilupp — Informazzjoni prinċipali

(EUR miljun)

Titolu tal-Baġit

Qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Pagamenti 2011

Mod ta’ Ġestjoni

Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

it-8 FEŻ

Nefqa amministrattiva

0

 

Nefqa operazzjonali

 

 

Proġetti

8

Ċentralizzata u diretta

Appoġġ Baġitarju

0

Ċentralizzata u diretta

Proġetti

19

Ċentralizzata u indiretta

Proġetti

59

Deċentralizzata

Proġetti

3

Ġestjoni konġunta

 

89

 

id-9 FEŻ

Nefqa amministrattiva

3

 

Nefqa operazzjonali

 

 

Proġetti

112

Ċentralizzata u diretta

Appoġġ Baġitarju

77

Ċentralizzata u diretta

Proġetti

–4

Ċentralizzata u indiretta

Proġetti

591

Deċentralizzata

Proġetti

127

Ġestjoni konġunta

 

906

 

l-10 FEŻ

Nefqa amministrattiva

90

 

Nefqa operazzjonali

 

 

Proġetti

210

Ċentralizzata u diretta

Appoġġ Baġitarju

660

Ċentralizzata u diretta

Proġetti

29

Ċentralizzata u indiretta

Proġetti

407

Deċentralizzata

Proġetti

483

Ġestjoni konġunta

 

1 879

 

Total tan-nefqa amministrattiva

93

 

Total tan-nefqa operazzjonali (Proġetti)

2 044

 

Total tan-nefqa operazzjonali (Appoġġ Baġitarju)

737

 

Total tal-pagamenti  (43)

2 874

 

Total tal-impenji individwali  (43)  (44)

2 509

 

Total tal-impenji globali  (43)  (44)

3 049

 

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri abbażi ta’ data mogħtija mid-DĠ DEVCO.

Karatteristiċi speċifiċi tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

2.

Il-FEŻ huwa l-istrument prinċipali għall-għoti tal-għajnuna mill-Unjoni Ewropea għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp lill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u lill-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (OCTs). Il-ftehim ta’ sħubija, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 għal perjodu ta’ 20 sena (“il-Ftehim ta’ Cotonou”), huwa l-qafas attwali għar-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-Istati AKP u l-OCTs. Huwa ċċentrat fuq l-objettiv tat-tnaqqis u eventwalment tal-eradikazzjoni tal-faqar, konsistenti mal-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni gradwali tal-pajjiżi AKP u l-OCTs fl-ekonomija dinjija. Huwa bbażat fuq tliet pilastri komplementari:

il-kooperazzjoni għall-iżvilupp,

il-kooperazzjoni ekonomika u tal-kummerċ, u

id-dimensjoni politika.

 

3.

Il-FEŻ huma ffinanzjati mill-Istati Membri, irregolati mir-regolamenti finanzjarji tagħhom stess u ġestiti barra l-qafas tal-Baġit Ġenerali tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli mill-implimentazzjoni finanzjarja ta’ operazzjonijiet iffinanzjati b'riżorsi mill-FEŻ. Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iġesti l-Faċilità ta’ Investiment li mhijiex koperta mid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti jew mill-proċedura ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew (1)  (2).

3.

Ir-responsabbiltà u t-trasparenza tal-implimentazzjoni tal-Faċilità ta' Investiment huma żgurati permezz tal-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-Faċilità tal-Investiment, mill-verifika finanzjarja esterna annwali tagħha kif ukoll permezz tas-sorveljanza tal-operazzjonijiet tagħha mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

4.

Operazzjonijiet iffinanzjati minn kull FEŻ huma pprogrammati fil-bidu tal-perjodu kopert. Dokument ta’ Strateġija għall-Pajjiż, imħejji mill-Kummissjoni u mill-Istat AKP jew l-OCT ikkonċernat wara konsultazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ parteċipanti fil-proċess tal-iżvilupp, jistabbilixxi l-objettivi u l-istrateġiji għall-iżvilupp tal-pajjiż fuq medda medja ta’ żmien. Huwa jindika wkoll l-allokazzjoni finanzjarja programmabbli tal-UE li minnha jista' jgawdi l-pajjiż jew l-organizzazzjoni reġjonali.

 

5.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ġie varat fl-1 ta’ Diċembru 2010. Is-SEAE jħejji d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għal allokazzjonijiet għall-pajjiżi, dokumenti ta’ strateġija għall-pajjiżi u reġjonali u programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali b'mod konġunt mad-dipartimenti relevanti tal-Kummissjoni, bħala parti miċ-ċiklu tal-ipprogrammar għall-biċċa l-kbira tal-istrumenti għall-azzjoni esterna.

 

6.

Wara l-ħolqien tas-SEAE u r-riorganizzazzjoni tal-Kummissjoni fl-2011, id-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni (EuropeAid), li kien għadu kemm inħoloq, għaqqad flimkien l-għarfien espert dwar il-politika tad-Direttorat Ġenerali preċedenti għall-Iżvilupp u r-Relazzjonijiet mal-Istati AKP mar-riżorsi implimentattivi tal-Uffiċċju tal-Kooperazzjoni EuropeAid preċedenti. F'Ġunju 2011 l-istruttura organizzattiva ġdida għall-EuropeAid daħlet fis-seħħ u ġew stabbiliti stqarrijiet tal-missjoni ġodda fil-livelli tad-direttorat ġenerali, tad-direttorat u tal-unità. Il-EuropeAid jimplimenta firxa wiesgħa tal-istrumenti ta’ assistenza esterna tal-Kummissjoni (3) ffinanzjati mill-FEŻ u mill-baġit ġenerali (4). Fl-2011, kważi l-interventi kollha tal-FEŻ kienu ġestiti mill-EuropeAid. Proporzjon żgħir minnhom (5) kien relatat mal-għajnuna umanitarja u kien ġestit mid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja (id-DĠ ECHO).

 

7.

L-interventi tal-FEŻ huma implimentati permezz ta’ proġetti u appoġġ baġitarju (6) taħt tliet metodi prinċipali ta’ implimentazzjoni (7) (ara t- Tabella 1 ):

(a)

taħt ġestjoni ċentralizzata (42 % tal-pagamenti fl-2011), il-Kummissjoni timplimenta l-attivitajiet tal-għajnuna direttament;

(b)

taħt ġestjoni konġunta (21 % tal-pagamenti fl-2011), l-organizzazzjonijiet internazzjonali huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, bil-kundizzjoni li l-proċeduri ta’ kontabilità, verifika, kontroll u akkwist tal-organizzazzjonijiet joffru garanziji ekwivalenti għal standards aċċettati internazzjonalment. L-imsieħba prinċipali tal-EuropeAid huma l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Bank Dinji;

(c)

taħt ġestjoni deċentralizzata (37 % tal-pagamenti fl-2011), il-Kummissjoni tista' tafda l-ġestjoni ta’ ċerti kompiti lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi benefiċjarji. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, taħt ġestjoni deċentralizzata għad iridu jibqgħu jintużaw il-proċeduri tal-Kummissjoni, u l-EuropeAid tibqa' responsabbli mit-twettiq ta’ kontrolli ex ante (eż. fuq proċeduri ta’ akkwist u fatturi) u mit-twettiq ta’ pagamenti lil kuntratturi.

 

8.

L-għajnuna esterna ffinanzjata mill-FEŻ u mill-baġit ġenerali hija implimentata f'ambjent ta’ riskju għoli, b'mod notevoli minħabba attivitajiet imxerrda ġeografikament, u l-firxa wiesgħa ta’ strumenti tal-kooperazzjoni, il-metodi ta’ twassil, ir-regoli u l-proċeduri finanzjarji proprji, u l-organizzazzjonijet implimentattivi. Barra minn hekk, ħafna pajjiżi msieħba għandhom kapaċitajiet istituzzjonali u amministrattivi dgħajfa.

8.

Il-Kummissjoni ttaffi dawn ir-riskji permezz ta’ identifikazzjoni sostanzjalment bikrija u ta’ interventi ta’ korrezzjoni. EuropeAid (fil-QĠ u fid-delegazzjonijiet) twettaq kontroll minn qabel ta’ livell għoli ex ante kemm f’termini ta’ kopertura kif ukoll f'termini tan-natura ta’ dawn il-kontrolli, billi tmur lil hinn mis-salvagwardji finanzjarji meħtieġa mil-leġiżlazzjoni. Il-miżuri preventivi għandhom ukoll rwol sinifikanti ħafna fl-istrateġija ta’ kontroll inkluż l-għoti ta' taħriġ sostanzjali lill-persunal tal-Kummissjoni kif ukoll taħriġ imfassal b'mod speċjali għall-persunal tal-Uffiċjal ta’ Awtorizzazzjoni Nazzjonali (National Authorising Officer's — NAO). Barra minn hekk “Appoġġ tal-NAO” iddaħħal fis-seħħ f'għadd ta’ pajjiżi.

9.

Il-Ftehim ta’ Cotonou fih dispożizzjoni (8) illi l-assistenza baġitarja diretta għandha tingħata bħala appoġġ għal riformi makroekonomiċi jew settorjali, b'mod notevoli fejn il-ġestjoni finanzjarja pubblika (PFM) tkun biżżejjed trasparenti, responsabbli u effettiv.

 

10.

Dawn id-dispożizzjonijiet legali joffru ambitu wiesa' għall-interpretazzjoni (9) u dak li jitqies bħala “suffiċjenti” f'dak li jirrigwarda t-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-effettività fil-PFM jista' jvarja bil-kbir, skont is-sitwazzjoni speċifika tal-pajjiż iżda wkoll skont id-direzzjoni li jieħu l-gvern tiegħu. Taħt ċirkustanzi bħal dawn, ta’ min jiftakar li:

(a)

L-appoġġ baġitarju ta’ sikwit jiġi pprovdut lil pajjiżi b'sistemi dgħajfa tal-PFM. Riskju importanti huwa li l-baġit tal-pajjiż benefiċjarju jista' jkun milqut minn frodi u korruzzjoni. Minħabba li l-fondi trasferiti taħt operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju jiġu inkorporati ma’ riżorsi baġitarji oħra fi ħdan il-baġit tal-pajjiż (magħruf bħala “funġibbiltà”), huma wkoll esposti għall-istess dgħufijiet tal-PFM.

(b)

Peress li l-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju huma implimentati permezz tas-sistemi, tal-proċessi u tal-istituzzjonijiet tal-PFM tal-pajjiżi msieħba, il-verifika mill-Qorti tal-legalità u r-regolarità ma tistax tmur lil hinn mill-istadju meta l-għajnuna titħallas fil-baġits tal-pajjiżi msieħba.

(c)

Il-Kummissjoni għandha flessibbiltà wiesgħa biex tiddeċiedi jekk pajjiż imsieħeb huwiex eliġibbli għal appoġġ baġitarju. Minħabba dan l-ambitu wiesa' għall-interpretazzjoni, l-operazzjonijiet ta’ appoġġ baġitarju mwettqa mill-Kummissjoni huma inqas suxxettibbli għal żbalji ta’ legalità u regolarità.

10. (a)–(c)

Il-Kummissjoni ma taqbilx għal kollox mal-analiżi tal-Qorti dwar l-operat ta' appoġġ baġitarju.

L-appoġġ baġitarju jopera fil-kuntest tal-iżvilupp fejn is-sistemi ewlenin tal-gvern bħall-ġestjoni finanzjarja pubblika jista' jkollhom dgħufijiet kbar. Madankollu l-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà huma rigorużi. Pajjiż imsieħeb huwa eliġibbli għall-appoġġ baġitarju biss meta l-gvern ikollu fis-seħħ strateġija kredibbli u rilevanti biex jindirizza dawn id-dgħufijiet. Il-Kummissjoni tista' wkoll tirrikjedi miżuri fuq terminu qasir ta’ żmien biex jittaffew ir-riskji. Linji gwida baġitarji ġodda (40) (li kienu riveduti fl-2012 wara l-proposti tal-Kummissjoni (41) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Mejju 2012 għal strateġija ġdida għall-Appoġġ Baġitarju) issa jinkludu numru ta' dispożizzjonijiet ġodda biex jiġu ċċarati aktar ir-regoli. Dawn jinkludu regoli ta' eliġibbiltà ġodda dwar it-trasparenza u s-superviżjoni, proċess formali ta' valutazzjoni tar-riskju u qafas ta' governanza b’ġestjoni avvanzata.

L-appoġġ baġitarju mhux immirat, huwa mfassal biex jippremja r-riżultati aktar milli jiffinanzja l-attivitajiet. Għalhekk huwa ċar li l-verifika ma tistax tmur lil hinn mill-istadju fejn il-fondi huma trasferiti wara l-kisba tal-kondizzjonijiet miftiehma. Madankollu, il-verifika ta’ attivitajiet li jistgħu jiffinanzjaw il-ħlasijiet għas-sostenn tal-baġit, hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali tal-verifika li għalihom il-programmi akkompanjanti joffru appoġġ konkret.

Dan il-mekkaniżmu għat-twassil tal-għajnuna jirrappreżenta wieħed mill-modi li bih il-Kummissjoni wieġbet għal sejħiet mill-komunità għall-iżvilupp internazzjonali u l-partijiet interessati fl-UE għal interventi iktar effettivi li jiffokaw fuq ir-riżultati u s-sjieda u huma inqas kumplessi amministrattivament, biex b’hekk jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjoni għall-pajjiżi sieħba.

11.

Pagamenti lil organizzazzjonijiet internazzjonali għal azzjonijiet b'ħafna donaturi huma wkoll soġġetti għal riskji speċifiċi parzjalment minħabba l-approċċ nozzjonali adottat mill-Kummissjoni (10).

11.

Il-Kummissjoni mhix konxja ta' xi problemi speċifiċi “bl-istrateġija konċettwali” li ġiet żviluppata fis-snin riċenti biex tippermetti lill-Kummissjoni tipparteċipa f’azzjonijiet b’bosta donaturi inkluż fondi fiduċjarji). Din l-istrateġija tiggarantixxi li r-rekwiżiti legali applikabbli għall-finanzjament tal-UE f’azzjonijiet esterni jiġu sodisfatti (billi jiżgura li l-ammont ikkontribwit minn donaturi oħra jkun suffiċjenti biex iħallas għal xi attività li hija ineliġibbli skont ir-regoli tal-UE) filwaqt li l-fondi tal-UE jintefqu bl-aktar mod effiċjenti (permezz ta’ koordinazzjoni tad-donatur), f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda.

Il-Kummissjoni tillimita dan ir-riskju billi tevalwa l-kontabbiltà, il-verifika, il-kontroll intern u l-proċeduri ta’ akkwist tal-organizzazzjonijiet internazzjonali msieħba qabel kull ħidma konġunta, il-preżenza tal-persunal tagħha fil-qasam (u l-parteċipazzjoni fi gruppi ta' tmexxija) u rappurtaġġ finanzjarju totali rigoruż meħtieġ mill-organizzazzjoni internazzjonali. Barra minn hekk, matul l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni, is-sistemi huma riveduti regolarment permezz tat-twettiq ta' missjonijiet ta' verifika mwettqa minn awdituri esterni.

L-awdituri tal-EuropeAid u ECHO għadhom sal-lum ma rrappurtaw ebda sejbiet jew “riskji speċifiċi” ta' dan it-tip.

Il-Kummissjoni temmen li dawn il-miżuri ta’ kontroll intern li hi stabbilixxiet flimkien ma' dawk tal-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata jillimitaw dan ir-riskju teoretiku għal livell fejn tabilħaqq huwa negliġibbli.

KAPITOLU I —   IMPLIMENTAZZJONI TAT-8, ID-9 U L-10 FEŻ

Implimentazzjoni finanzjarja

12.

Fl-2011, it-8, id-9 u l-10 FEŻ kienu implimentati b'mod simultanju. Kull ftehim tal-FEŻ normalment jiġi konkluż għal perjodu ta’ impenn ta’ madwar ħames snin, iżda l-pagamenti jistgħu jsiru fuq perjodu itwal. It-8 FEŻ (1995-2000) jammonta għal EUR 14 625 miljun u d-9 FEŻ (2000-2007) għal EUR 15 200 miljun.

 

13.

L-10 FEŻ (2008-2013) jammonta għal EUR 22 682 miljun. Minn dan l-ammont, EUR 21 967 miljun jiġu allokati lill-pajjiżi AKP u EUR 285 miljun lill-OCTs. Dawn l-ammonti jinkludu EUR 1 500 miljun u EUR 30 miljun għall-faċilità ta’ investiment ġestita mill-BEI għall-pajjiżi AKP u OCT rispettivament. Fl-aħħar nett, EUR 430 miljun huma assenjati għan-nefqa tal-Kummissjoni għall-ipprogrammar u għall-implimentazzjoni tal-FEŻ.

 

14.

Fl-2011, il-kontribuzzjonijiet totali mill-Istati Membri lill-Kummissjoni ammontaw għal EUR 3 100 miljun, bl-inklużjoni tal-aħħar sejħa għal EUR 660 miljun taħt id-9 FEŻ u l-ewwel kontribuzzjonijiet ta’ EUR 2 440 miljun taħt l-10 FEŻ.

 

15.

It- Tabella 2 turi l-użu kumulattiv tar-riżorsi tal-FEŻ ġestiti mill-Kummissjoni u l-implimentazzjoni finanzjarja tagħhom. Għall-2011, l-impenji invidiwali kienu taħt il-mira bi 13 %, partikolarment minħabba dewmien fl-ikkuntrattar ta’ programmi importanti dwar l-infrastruttura, u impenji globali sinifikanti li saru matul l-aħħar xhur tal-2011. Il-pagamenti kienu inqas milli ppjanat b'16 %, prinċipalment minħabba żborżi ta’ appoġġ baġitarju aktar baxxi, għax il-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà ma kinux intlaħqu f'xi każijiet, u minħabba dewmien fi proġetti dwar l-infrastruttura. Pagamenti pendenti u impenji antiki u inattivi li ma ntefqux (11) baqgħu stabbli meta mqabbla mal-2010.

15.

EuropeAid kisbet 101% (EUR 3 279 m) tal-mira tal-impenji globali ta’ EUR 3250 M. Madankollu l-kuntratti u l-ħlasijiet kienu kemxejn taħt il-mira, notevolment minħabba deċiżjonijiet li saru mill-EuropeAid sabiex ma jħallsux il-programmi ta' appoġġ għall-baġit minħabba li ma nkisbux il-kundizzjonijiet tal-ħlas (pereżempju, fir-Repubblika Afrikana Ċentrali minħabba nuqqasijiet fiskali importanti u n-nuqqas ta’ programm tal-FMI u fil-Benin minħabba prestazzjoni ħażina fl-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għall-iżvilupp u l-pass bil-mod tar-riformi fil-ġestjoni finanzjarja pubblika).

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-8 sal-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

16.

Ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 FEŻ jitlob li l-Kummissjoni tirrapporta kull sena dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-FEŻ (12). Fl-opinjoni tal-Qorti, dan ir-rapport jippreżenta deskrizzjoni preċiża tal-ilħuq tal-objettivi operazzjonali tal-Kummissjoni għas-sena finanzjarja (b'mod partikolari dwar implimentazzjoni finanzjarja u attivitajiet tal-kontroll), kif ukoll tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-avvenimenti li kellhom influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet imwettqa fl-2011.

 

Tabella 2 —   Użu kumulattiv tar-riżorsi tal-FEŻ fil-31 ta’ Diċembru 2011

(EUR miljun)

 

Sitwazzjoni fi tmiem l-2010

Implimentazzjoni baġitarja matul is-sena finanzjarja 2011

(ammonti netti) (50)

Sitwazzjoni fi tmiem l-2011

Ammont konsolidat

Rata ta’ implimentazzjoni (46)

it-8 FEŻ (47)

id-9 FEŻ (47)

l-10 FEŻ

Ammont konsolidat

it-8 FEŻ

id-9 FEŻ

l-10 FEŻ

Ammont konsolidat

Rata ta’ implimentazzjoni (46)

A

RIŻORSI  (45)

48 797

 

–38

70

25

57

10 663

16 552

21 639

48 854

 

B —   UŻU

1.

Impenji globali  (48)

37 778

77,4 %

–60

–9

3 118

3 049

10 640

16 454

13 735

40 827

83,6 %

2.

Impenji individwali  (49)

32 324

66,2 %

–13

8

2 514

2 509

10 494

15 691

8 648

34 833

71,3 %

3.

Pagamenti

26 334

54,0 %

90

905

1 879

2 874

10 330

14 026

4 852

29 208

59,8 %

C

Pagamenti pendenti (B1-B3)

11 444

23,5 %

– 150

– 914

1 239

175

310

2 428

8 883

11 619

23,8 %

D

Bilanċ disponibbli (A-B1)

11 019

22,6 %

22

79

–3 093

–2 992

23

98

7 904

8 027

16,4 %

Sors: Il-Qorti tal-Awdituri, ibbażata fuq rapporti tal-FEŻ dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u r-rapporti finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru 2011.

KAPITOLU II —   ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI MILL-QORTI DWAR IL-FEŻ

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni mill-Qorti dwar it-8, id-9 u l-10 Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport tal-Awditur Indipendenti

L-affidabbiltà tal-kontijiet

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Dħul

Impenji

Pagamenti

Is-26 ta’ Lulju 2012

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12, rue Alcide De Gasperi, 1615 Luxembourg, LUXEMBOURG

Informazzjoni li tappoġġa d-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

Ambitu u approċċ tal-verifika

17.

L-osservazzjonijiet fir-rigward tal-affidabbiltà tal-kontijiet tal-FEŻ deskritti fil-paragrafu VI tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, huma bbażati fuq verifika tar-rapporti finanzjarji (16) u r-rapport dwar l-implimentazzjoni finanzjarja tat-8, tad-9, u tal-10 FEŻ (17). Abbażi ta’ testijiet, il-verifika eżaminat evidenza relatata mal-ammonti u l-iżvelar. Hija inkludiet valutazzjoni tal-prinċipji tal-kontabilità użati, l-istimi sinifikanti magħmula mill-maniġment u l-preżentazzjoni ġenerali tal-kontijiet.

 

18.

L-approċċ u l-metodoloġija tal-verifika ġenerali tal-Qorti fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet huma deskritti fl-Anness 1.1, il-Parti 2, tal-Kapitolu 1 tar-Rapport Annwali 2011 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit. L-osservazzjonijiet fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-FEŻ, deskritti fil-paragrafi VII sa X tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni huma bbażati fuq il-komponenti li ġejjin:

(a)

verifika tal-kontribuzzjonijiet kollha mill-Istati Membri u kampjun ta’ tipi oħra ta’ tranżazzjonijiet ta’ dħul;

(b)

verifika ta’ kampjun ta’ 193 tranżazzjoni, li jikkorrispondi għal 30 impenn globali u 163 pagament interim u finali magħmula minn delegazzjonijiet jew mill-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni (18). Fejn kien meħtieġ, organizzazzjonijiet implimentattivi u benefiċjarji finali nżaru fuq il-post sabiex jiġu konfermati l-pagamenti ta’ bażi ddikjarati fir-rapporti finanzjarji jew fid-dikjarazzjonijiet tal-ispiża;

(c)

valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fil-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid u fid-delegazzjonijiet; din kopriet l-elementi li ġejjin:

(i)

l-ambjent tal-kontroll u l-istandards tal-kontroll intern;

(ii)

kontrolli ex ante ta’ kuntratti u pagamenti mill-uffiċjali awtorizzanti, inklużi l-uffiċjali awtorizzanti nazzjonali;

(iii)

monitoraġġ u sorveljanza;

(iv)

verifiki esterni;

(v)

verifika interna;

(d)

analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni, li inkludiet il-valutazzjoni tar-rapport ta’ attività annwali tal-EuropeAid.

 

Affidabbiltà tal-kontijiet

19.

Il-Qorti sabet li l-kontijiet tal-FEŻ għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ u r-riżultati tal-operazzjonijiet u tad-dħul u l-infiq tal-flus tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji rispettivi u r-regoli tal-kontabilità relevanti adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità.

19.

Il-Kummissjoni tilqa’ d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni pożittiva tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-FEŻ.

20.

Bħal fi snin preċedenti, il-kontrolli proprji tal-Qorti u tal-EuropeAid (ara l-paragrafu 40) identifikaw frekwenza għolja ta’ żbalji ta’ kodifikazzjoni (19). Filwaqt li l-verifika tal-Qorti sabet li r-rapporti finanzjarji huma ħielsa minn żball materjali, l-iżbalji ta’ kodifikazzjoni jibqgħu sors ta’ tħassib peress li jistgħu jolqtu l-preċiżjoni tad-data użata għat-tħejjija tal-kontijiet annwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-eżerċizzju annwali ta’ qtugħ il-linja fi tmiem is-sena (20).

20.

Il-Kummissjoni tikkondividi t-tħassib tal-Qorti u se tkompli ttejjeb il-kwalità tad-dejta miżmuma fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni dwar l-għajnuna esterna (CRIS). Madankollu, kif ġie ddikjarat mill-Qorti, żbalji ta’ kodifikazzjoni ma kellhom ebda impatt materjali fuq il-kontijiet annwali.

Ara wkoll it-tweġiba għal paragrafu 58(b).

Regolarità tat-tranżazzjonijiet

21.

L- Anness 1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet.

 

Dħul

22.

Il-verifika mill-Qorti tat-tranżazzjonijiet tad-dħul sabet li dawn kienu ħielsa minn żball materjali.

 

Impenji

23.

Il-verifika mill-Qorti tal-impenji sabithom ħielsa minn żball materjali.

 

Pagamenti

24.

Il-verifika tal-Qorti sabet li l-pagamenti kienu milquta minn żball materjali. L-ittestjar mill-Qorti tal-kampjun tagħha ta’ 163 tranżazzjoni sabet li 54 (33 %) kienu milquta minn żball. Ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti hija ta’ 5,1 % (21).

25.

Għal dak li jirrigwarda l-133 pagament għall-proġetti kkampjunati, 47 (35 %) kienu milquta minn żbalji, li minnhom 29 (62 %) kienu żbalji kwantifikabbli. Għat-30 pagament għall-appoġġ baġitarju ttestjati, 7 (23 %) kienu milquta minn żbalji, li kollha kemm huma kienu żbalji mhux kwantifikabbli.

24-26.

Il-Kummissjoni se żżid l-isforzi tagħha biex tipprevjeni, tiskopri u tikkoreġi tali żbalji fl-2012.

Madankollu, il-Kummissjoni tenfasizza l-pluriannwalità tal-arkitettura ta' kontroll tal-EuropeAid li jfisser li xi żbalji ssottolineati mill-Qorti kienu se jiġu korretti f’perjodu aktar tard fi ħdan iċ-ċiklu normali ta' kontrolli tal-għajnuna esterna. Kważi żewġ terzi tal-pagamenti fil-kampjun jirrigwardaw tranżazzjonijiet bħal ħlasijiet interim jew ħlasijiet li għalihom il-verifiki u l-korrezzjonijiet għadhom jistgħu jsiru fil-ħlas finali.

Barra minn hekk, il-kontrolli tal-Kummissjoni tan-nefqa fuq l-għajnuna esterna ma tiqafx bil-ħlasijiet finali. Programm estensiv ta' verifiki ex post huwa mmexxi mill-EuropeAid u l-ECHO fuq bażi annwali, fuq il-bażi ta’ proċess ta’ valutazzjoni formali tar-riskju.

Madankollu, minħabba l-ambjent ta’ riskju għoli li fih joperaw l-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja, ir-riskju ta' żball finanzjarju realistikament ma jistax jitnaqqas għal żero.

Pagamenti għall-proġetti

26.

Għat-tranżazzjonijiet relatati ma’ proġetti, il-biċċa l-kbira tal-iżbalji nstabu fi ftehimiet ta’ għotjiet u ta’ kontribuzzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali; mill-45 tranżazzjoni ttestjati, 26 (58 %) kienu milquta minn żball. L-istimi tal-programm (22) ġew żvelati wkoll bħala suxxettibbli għal żball, u nstabu żbalji f'10 mis-27 tranżazzjoni ttestjati.

 

27.

Mis-47 tranżazzjoni tal-proġetti milquta minn żball, 26 kienu diġà ġew soġġetti għal verifiki esterni kkuntrattati mill-Kummissjoni jew mill-benefiċjarju. Mid-29 tranżazzjoni milquta minn żbalji kwantifikabbli, 11 kienu pagamenti finali li kienu diġà sarulhom kontrolli tal-Kummissjoni (23).

27.

Kontrolli ex ante għandhom jitqiesu fil-kuntest tas-sistema globali ta’ kontroll minħabba li verifiki ex post u kontrolli oħra jistgħu xorta waħda jsiru wara l-aħħar ħlas.

28.

It-tipi ta’ żbalji kwantifikabbli misjuba fil-pagamenti għall-proġetti kienu jikkonċernaw:

(a)

okkorrenza: nuqqas ta’ fatturi jew dokumenti oħra ta’ sostenn biex tiġi ġustifikata n-nefqa (li laqat ħames tranżazzjonijiet, il-prefinanzjament approvat għal nefqa mhux imġarrba minn benefiċjarji (li laqat tliet tranżazzjonijet) u kwantitajiet ikklejmjati ogħla mix-xogħlijiet imwettqa (li laqtu tliet tranżazzjonijiet);

(b)

eliġibbiltà: nefqa mġarrba barra l-perjodu ta’ implimentazzjoni jew relatata ma’ attivitajiet u servizzi mhux inklużi fil-kuntratt (li laqtet ħames tranżazzjonijiet, VAT ineliġibbli (li laqtet erba' tranżazzjonijiet), nuqqas ta’ konformità ma’ proċeduri ta’ akkwist mill-benefiċjarju (li laqat erba' tranżazzjonijiet), nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-oriġini jew nazzjonalità (li laqat tliet tranżazzjonijiet) u nuqqas ta’ konformità mal-limiti tal-allowances ta’ kuljum (tranżazzjoni waħda);

(c)

preċiżjoni: żbalji fil-kalkolu (li laqtu tranżazzjoni waħda) u użu ta’ rati tal-kambju skorretti (li laqat tliet tranżazzjonijiet).

28. (a)-(c)

L-osservazzjonijiet tal-Qorti juru b'mod komprensiv l-isfidi prinċipali meta wieħed jaħdem ma’ organizzazzjonijiet implimentattivi u pajjiżi sieħba fil-kuntest tal-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja.

Dwar iż-żamma ta’ dokumenti ta’ prova, il-EuropeAid implimentat pjan ta’ azzjoni biex ittejjeb iż-żamma tar-rekords u l-arkivjar fid-delegazzjonijiet fl-2012.

Għall-approvazzjoni, EuropeAid nediet riflessjoni interna biex tiċċara l-interpretazzjoni ta' “spejjeż li saru” għall-iskopijiet ta' approvazzjoni li wasslu għal dawn l-iżbalji. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn huma żbalji li jikkoreġu ruħhom billi l-approvazzjoni li teċċedi l-kost għandha tkun koperta min-nefqa sussegwenti.

Rigward nuqqas ta' konformità mar-regoli tal-oriġini, il-Kummissjoni tenfasizza li l-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tipprevedix derogi għall-orġini ta’ regoli tajba AKP/UE, fejn debitament ġustifikat. EuropeAid taċċetta li l-kuntratturi kellhom f’ċerti każijiet jagħmlu talba għal deroga, iżda tikkunsidra li xi wħud minn dawn l-iżbalji, fejn il-kondizzjonijiet li jippermettu deroga mir-regola kienu fis-seħħ, ma kellhom ebda impatt finanzjarju.

Il-VAT għadha kwistjoni li tisfida l-eliġibbiltà u hija s-suġġett ta' proposti ġodda fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju. Il-Kummissjoni topera f'pajjiżi fejn huwa diffiċli jekk mhux impossibbli għall-kuntratturi (li spiss huma NGOs) biex jiksbu pagamenti obbligatorji tal-VAT li jitħallsu lura mill-istat.

Eżempji ta’ żbalji jingħataw hawn taħt.

 

Nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ akkwist u nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn

Il-Qorti eżaminat pagament finali skont ftehim ta’ għotja li jipprevedi provvista ta’ ilma, sanitazzjoni u promozzjoni tal-iġjene u appoġġ għall-ġestjoni mtejba tar-riżorsi naturali fl-Etjopja. Ingħataw kuntratti fuq il-bażi li l-fornituri ggarantixxew aċċess għal spare parts u faċilitajiet ta’ manutenzjoni, għalkemm dan ma kienx kriterju stabbilit fl-avviż ta’ offerti. Barra minn hekk, parti min-nefqa ma setgħetx tkun ikkorroborata minn dokumenti ta’ sostenn minħabba l-kwalità insodisfaċenti tar-rekords kontabilistiċi tal-benefiċjarju. L-awdituri kkuntrattati mill-benefiċjarju biex iwettqu l-verifikazzjoni tan-nefqa ma kinux identifikaw dawn il-problemi.

Nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ akkwist u nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn

L-aċċess għall-partijiet ta’ sostituzzjoni u faċilitajiet ta' manutenzjoni huwa fattur importanti fl-għotja tal-kuntratt li jikkonċerna x-xiri ta' vetturi, notevolment f'pajjiżi fejn dan l-aċċess huwa diffiċli. Fiż-żmien tal-avviż dwar kuntratt sar żball mill-benefiċjarju fejn ma kkomunikax dan il-kriterju lill-fornituri potenzjali. Madankollu, l-għażla tal-fornitur li lilu ngħata l-kuntratt ma qisitx id-disponnibbiltà preżunta tal-partijiet ta’ sostituzzjoni u servizzi ta' manutenzjoni. Barra minn hekk, il-verifika ta' dan il-kuntratt kienet ġiet prevista fl-ippjanar tal-awditjar tal-2010 wara l-valutazzjoni tar-riskju tad-delegazzjoni.

Nuqqas ta’ konformità mar-regola tal-oriġini

Nefqa taħt għotja għall-elettrifikazzjoni rurali fil-Możambik relatata ma’ provvisti li ma kkonformawx mar-regola tal-oriġini: provvisti li oriġinaw miċ-Ċina, u mhux mill-Unjoni Ewropea jew inkella l-pajjiżi AKP. L-awdituri kkuntrattati mill-benefiċjarju biex jiverifikaw in-nefqa ma kinux identifikaw din il-problema.

Nuqqas ta’ konformità mar-regola tal-oriġini

Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix speċifikament għal derogi mir-regoli tal-oriġini tal-oġġetti AKP/UE, fejn debitament ġustifikat. Bħalissa huwa kważi impossibbli li jiġu evitati fornimenti elettriċi mhux UE/AKP meta jiġu implimentati dawn it-tipi ta’ proġetti fl-Afrika. Il-benefiċjarju jmissu talab deroga mill-Kummissjoni li kienet tkun debitament ġustifikata.

29.

It-tipi ta’ żbalji mhux kwantifikabbli l-aktar frekwenti kienu jikkonċernaw dokumenti ta’ sostenn insuffiċjenti (li laqtu 14-il tranżazzjoni) u n-nuqqas ta’ aġġustament ta’ garanziji tal-prestazzjoni wara bidliet fil-kuntratt (li laqat 3 tranżazzjonijiet).

29.

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 28(a)-(c).

Pagamenti għall-appoġġ baġitarju

30.

Għal dak li jirrigwarda l-pagamenti għall-appoġġ baġitarju, l-iżbalji mhux kwantifikabbli rriżultaw minn nuqqas ta’ preżentazzjoni strutturata tal-konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà għax il-kisbiet tal-PFM ma tqabblux mal-objettivi stabbiliti għall-perjodu taħt analiżi.

30.

Fil-każijiet speċifiċi kkonċernati, il-Kummissjoni qed tfittex biex iġġib l-istimi tagħha konformi mal-prassi standard tagħha kif applikati f’pajjiżi oħra. Dan huwa bbażat fuq valutazzjoni annwali tal-progress kontra miri u għanijiet identifikati b'mod ċar li jirriżultaw f’demostrazzjoni strutturata tal-konformità mal-kriterji ta' eliġibbiltà. F'għadd ta' każijiet fl-2011 il-Kummissjoni żammet il-ħlasijiet meta ma kinitx sodisfatta li kien sar progress suffiċjenti f'dan il-qasam.

Il-Kumitat ta’ Direzzjoni għall-Appoġġ tal-Baġit li għadu kemm inħoloq, magħmul minn Diretturi u d-Direttur Ġenerali tal-EuropeAid se jeżamina, fost kwistjonijiet oħra, il-każijiet sensittivi kollha. Dan ser itejjeb il-governanza u l-valutazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà.

Ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 10 u 15.

Effettività tas-sistemi

31.

L- Anness 2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżami mill-Qorti tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll. Il-Qorti tqis li s-sistemi huma parzjalment effettivi.

31.

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 56.

32.

Kif indikat fil-paragrafu 6, il-EuropeAid jimplimenta l-biċċa l-kbira mill-istrumenti ta’ assistenza esterna ffinanzjati mill-baġit ġenerali u mill-FEŻ. Għaldaqstant, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, l-osservazzjonijiet tal-Qorti li jikkonċernaw kemm l-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kif ukoll l-affidabbiltà tar-rapport ta’ attività annwali (“ir-rapport ta’ attività annwali”) u d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali għall-2011 jirreferu għall-qasam ta’ responsabbiltà tal-EuropeAid.

 

Ambjent ta’ kontroll

33.

Il-EuropeAid għandu strateġija ta’ kontroll ċara għall-prevenzjoni jew id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji u l-Istandards ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni fil-biċċa l-kbira huma implimentati. Huwa għandu pjan ta’ azzjoni biex isaħħaħ is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tiegħu (24) li jindirizza l-biċċa l-kbira tal-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet mir-rapporti annwali preċedenti tal-Qorti. Fl-2011 il-EuropeAid introduċa b'mod notevoli l-verżjoni l-ġdida tar-Rapport dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (RĠAE) (ara l-paragrafu 39) u ħareġ is-“Sett ta’ Għodod ta’ Ġestjoni Finanzjarja għal dawk li jirċievu fondi tal-UE għal azzjonijiet esterni” (ara l-paragrafu 41).

33.

Gwida oħra twessgħet ukoll b’mod sinifikanti inkluż il-pubblikazzjoni fl-2011 ta' Gwida Prattika għal Kuntratti li tinsab fuq l-internet kif ukoll modulu tat-tagħlim elettroniku fuq l-istess suġġett disponibbli permezz tal-internet li jagħmel l-għotja tal-kuntratt u l-gwida għall-immaniġġjar disponibbli pubblikament wara li ssir talba — notevolment għall-benefiċċju tal-organizzazzjonijiet implimentattivi.

34.

Ir-rapport ta’ attività annwali jindika li l-politika tar-riżorsi umani kompla baqgħet ta’ tħassib persistenti (25) minħabba r-rata għolja ta’ tibdil tal-persunal u r-riorganizzazzjoni li seħħet f'nofs l-2011 (ara l-paragrafu 6). Kawża għal tħassib kienet li l-membri tal-persunal tal-EuropeAid kienu qegħdin jintużaw għal kompiti li ma jinkludux dawk tal-ġestjoni tal-għajnuna u li kienu lil hinn mil-limiti ta’ flessibbiltà li fuqhom kien sar qbil mas-SEAE. Il-EuropeAid tqis li, jekk ma jitwettaqx bilanċjar mill-ġdid tar-riżorsi, dan se jkollu impatt negattiv fuq l-assigurazzjoni li tista' tingħata għall-2012.

34.

Il-bdil kbir li hemm fil-persunal ta’ Aġenti Kuntrattwali fil-kwartieri ġenerali għandu jitnaqqas bid-dħul fis-seħħ tar-regolamenti l-ġodda tal-persunal. Huwa mistenni li r-regolamenti l-ġodda tal-persunal se jipprevedu estensjoni tal-perjodu massimu ta' kuntratti ta’ Aġenti Kuntrattwali ta’ 2 jew 3 snin (jiġifieri minn 3 snin bħalissa għal perjodu ta’ 5 jew 6 snin). Barra minn hekk, EuropeAid ingħatat il-possibbiltà li tikkonverti numru ta’ krediti ta’ Aġenti Kuntrattwali f'impjiegi ta’ uffiċjali AD għall-2011, 2012 u 2013, u b’hekk issaħħaħ il-persunal permanenti.

Ir-riskji potenzjali relatati ma’ riżorsi tal-persunal li ma jintużawx għall-għanijiet li għalihom kienu maħsuba tnaqqsu minn għadd ta' azzjonijiet inklużi gwida konġunta formali lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet SEAE-Kummissjoni, rappurtar speċifiku mir-riżorsi umani fil-qasam (fir-Rapporti dwar il-Ġestjoni tal-Għajnuna Esterna) u l-ippjanar tal-verifika interna fl-2012.

L-eżerċizzju ta' bbilanċjar mill-ġdid tal-persunal fid-delegazzjonijiet huwa prerekwiżit għall-implimentazzjoni tal-politika ġdida tal-iżvilupp, sabiex tkun tista’ tiżdied is-sorveljanza fil-post, biex jiżdied l-għarfien tematiku u jkun hemm twassil tal-għajnuna b’mod effiċjenti. Ir-riżorsi umani probabbilment se jiġu rinfurzati fl-Afrika u fir-reġjun tal-'Viċinat'.

Kontrolli ex ante

35.

Il-Qorti vvalutat il-kontrolli ex ante mill-uffiċjali awtorizzanti fil-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid u fid-delegazzjonijiet bħala parzjalment effettivi.

 

36.

Minħabba l-ambjent ta’ riskju għoli (ara l-paragrafu 8), l-arkitettura ta’ kontroll tal-EuropeAid isserraħ l-aktar fuq kontrolli ex ante minn persunal tal-Kummissjoni, superviżuri esterni (għal kuntratti ta’ xogħlijiet) jew awdituri esterni (għal stimi ta’ programmi, għotjiet u kuntratti ta’ servizz ibbażati fuq tariffi) qabel il-pagamenti finali għal proġetti. Filwaqt li jsibu u jikkoreġu ammonti sinifikanti ta’ nefqa ineliġibbli, il-frekwenza ta’ żbalji misjuba mill-Qorti, inklużi fi pretensjonijiet finali tan-nefqa li kienu ġew soġġetti għal verifiki esterni u verifikazzjonijiet tan-nefqa, tindika dgħufijiet f'dawn il-kontrolli ex ante.

36.

L-arkitettura tal-kontroll intern implimentata mill-EuropeAid biex tivverifika l-legalità u r-regolarità tan-nefqa hija bbażata fuq ix-xogħol tal-awdituri esterni, is-superviżuri tekniki u l-persunal tal-ġestjoni tal-proġett apparti l-kontrolli interni tal-Kummissjoni stess, fi ħdan il-qafas multiannwali. Il-Kummissjoni tagħraf li ċertu riskju residwu ta' żball jibqa' saħansitra wara t-tlestija ta' dawn il-kontrolli kollha. Madankollu, minħabba l-isfidi biex jitwettqu aktar kontrolli ex ante minħabba l-ispejjeż assoċjati u d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-proġett, il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb is-sistemi attwali tagħha sabiex tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli bbażata fuq il-valutazzjoni tal-effettività tal-kost.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 24.

37.

Il-Qorti tinnota li l-kontrolli tranżazzjonali ex post tal-EuropeAid sabu wkoll żbalji proċedurali fil-kontrolli ex ante, bħal listi ta’ kontroll inkorretti jew neqsin, għal madwar 20 % tat-tranżazzjonijiet iċċekkjati (26). Is-Servizz tal-Awditjar (Verifika) Intern (IAS) sab ukoll dgħufijiet f'bosta safef ta’ kontroll prinċipali li jikkonċernaw stimi ta’ programmi u sejħiet għal proposti għal għotjiet tal-FEŻ (27).

37.

Kontrolli ex post huma dejjem riferiti għal segwitu formali wara l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni rilevanti. Madankollu, l-iżbalji proċedurali ċitati (bħal listi ta' verifika inkorretti jew nieqsa) ma kellhom l-ebda impatt finanzjarju kwantifikabbli.

Wara l-finalizzazzjoni tar-rapporti tal-verifika tal-IAS l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni tinsab għaddejja fl-2012 biex tirrispondi għar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS u biex tnaqqas ir-riskji identifikati.

Monitoraġġ u sorveljanza

38.

Il-Qorti qieset il-monitoraġġ u s-sorveljanza bħala effettivi għall-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid u parzjalment effettivi għad-delegazzjonijiet.

 

Il-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid

39.

F'Lulju 2011, taħt il-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu, il-EuropeAid implimenta, għall-ewwel darba, il-verżjoni l-ġdida tar-Rapport dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (RĠAE) ta’ kull sitt xhur ibbażat fuq indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni (KPIs) u dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni ffirmati mill-Kapijiet tad-Delegazzjoni. Dan isaħħaħ l-irwol tal-RĠAE bħala l-għodda ta’ obbligu ta’ rendikont prinċipali bejn id-delegazzjonijiet u l-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid. Madankollu l-affidabbiltà tal-KPIs relatata ma’ kontrolli finanzjarji hija milquta minn data impreċiża tal-CRIS (28). Barra minn hekk, ħafna indikaturi huma diffiċli li jiġu interpretati.

39.

39. Il-Kummissjoni tqis li wieħed mill-aktar modi effettivi biex tassigura li ttejjeb id-dejta tal-CRIS fil-perijodu medju u fit-tul huwa billi tagħmel aktar viżibbli għall-Kapijiet tad-Delegazzjoni l-konsegwenzi ta’ input ta’ dejta skorretta fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni (CRIS). Is-sistema l-ġdida EAMR tagħmel dan billi tuża d-dejta tal-CRIS biex “twassal” ir-rapporti regolari mid-delegazzjonijiet. Madankollu l-EAMR ġiet disinjata sabiex tipperemtti d-delegazzjonijiet biex jikkoreġu u jikkummentaw dwar ir-rappurtar ta’ dejta, sabiex dejta skorretta ma 'tikkorrompix' rappurtar preċiż iżda sservi biex tissottolinea jew tikkoreġi d-dejta u ttejjeb id-dħul matul iż-żmien. Anke waqt eżerċizzju tal-EAMR hu possibbli li tiġi aġġornata d-dejta jekk jinsab żball li huwa faċli li jiġi emendat mill-persunal tad-delegazzjoni. L-EAMR għalhekk tirrappreżenta pass 'il quddiem strutturali bi tweġiba għas-sejbiet tal-Qorti dwar defiċjenzi fil-kwalità tad-dejta CRIS (filwaqt li jitħallas il-prezz li l-iżbalji jkunu aktar “viżibbli” fuq perjodu ta’ żmien qasir).

Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-opinjoni tal-Qorti rigward l-utilità tal-indikaturi għal skopijiet ta’ monitoraġġ. Il-KPIs ġew introdotti minn grupp ta' tmexxija li jirrappreżenta firxa wiesgħa ta' partijiet interessati u interessi għal rappurtar annwali dwar l-2011 (fl-2012). Il-KPIs huma sett ta’ indikaturi f’format standardizzat li għandhom valur għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni fil-livell ta’ delegazzjoni, reġjun, strument jew portafoll u – minħabba l-kumplessità tal-ambjent ta' żvilupp – jistgħu jkunu miftuħa għal interpretazzjonijiet differenti f’bosta kuntesti differenti. Xi wħud għandhom miri kkwantifikati – abbażi ta’ dejta storika mifhuma tajjeb – u xi wħud m’għandhomx.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 59(d)

40.

Fl-2011 il-EuropeAid għamel 15-il żjara ta’ verifikazzjoni biex jiċċekkja l-adegwatezza tal-organizzazzjoni, tas-sistemi u tal-proċessi interni tad-delegazzjonijiet. Dawn iż-żjarat kienu utli biex jidentifikaw oqsma li kienu jeħtieġu titjib, bħall-insuffiċjenza tal-għarfien espert disponibbli, ix-xkiel lill-ħtiġijiet tat-taħriġ minħabba restrizzjonijiet tar-riżorsi umani u finanzjarji, data impreċiża tal-CRIS u monitoraġġ inadegwat tal-proġetti. Madankollu, verifika tal-IAS innutat li m'hemm ebda evidenza għal programm ta’ żjara ta’ verifikazzjoni annwali u formali ibbażat fuq valutazzjoni dokumentata tar-riskju. Barra minn dan, il-EuropeAid ma żviluppax proċeduri għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet minn dawn iż-żjarat ta’ verifikazzjoni u r-rapport ta’ attività annwali ma jagħti ebda informazzjoni f'dan ir-rigward (29).

40.

Ittieħdet azzjoni fir-rigward tal-verifika tal-IAS imsemmija biex jiġi żgurat proċess ta' pjanar aktar formalizzat għal missjonijiet ta’ verifika tad-delegazzjoni.

Għall-futur, il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk l-iskop u l-għanijiet speċifiċi tad-delegazzjoni tal-EuropeAid għall-missjonijiet ta' verifika għandhomx bżonn jiġu eżaminati mill-ġdid u jekk l-istrateġija attwali bbażata fuq ir-riskju biex jintgħażlu d-delegazzjonijiet tistax tiġi kkumplimentata bi kriterji tal-għażla addizzjonali.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 59(b)

41.

Il-kumpaniji tal-verifika li ffirmaw ftehimiet ta’ kuntratti qafas mal-EuropeAid jipprovdu rapporti ta’ sinteżi annwali dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-verifika tagħhom. Dawn ir-rapporti jagħtu informazzjoni siewja dwar id-dgħufijiet sistemiċi u l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis ta’ nefqa ineliġibbli. Abbażi ta’ dan, f'Jannar 2011 il-EuropeAid ħareġ il-“Sett ta’ Għodod ta’ Ġestjoni Finanzjarja għal dawk li jirċievu fondi tal-UE għal azzjonijiet esterni” biex itejjeb l-għarfien tagħhom dwar ir-regoli ta’ ġestjoni finanzjarja u ta’ eliġibbiltà.

 

42.

Il-kwalità tal-verifiki u l-verifikazzjonijiet esterni kkuntrattati mill-Kummissjoni hija soġġetta għal analiżi mill-EuropeAid, li r-riżultati tagħha jiġu ppreżentati f'rapport annwali. Ir-rapport ta’ attività annwali ma jagħtix informazzjoni dwar ir-riżultati ta’ din l-analiżi (30).

42.

Il-Kummissjoni ma ffinalizzatx reviżjoni tal-kwalità tal-verifika tal-2011 fill-EuropeAid kif sar għall-2010, għalhekk b'mod ċar ma setgħetx tidher fir-Rapport Annwali tal-Attività. Fi kwalunkwe każ, ir-rapport tal-kwalità tal-verifika tal-2010 ma kien is-suġġett ta' ebda test fl-AAR tal-2010, mhux l-inqas meta wieħed iqis li l-istruzzjonijiet permanenti tal-AAR ma jeħtiġux l-inklużjoni tiegħu.

43.

Il-moduli tal-verifika u tal-irkupru tas-sistema ta’ informazzjoni CRIS kienu kollegati fl-2011 (31). Dan huwa titjib sinifikanti iżda għadu ma jagħtix informazzjoni kompleta u preċiża dwar ir-riżultati u s-segwitu tal-kontrolli ex ante kollha:

43.

Il-Kummissjoni bħalissa mhijiex f’pożizzjoni li tipprovdi u żżomm ir-riżorsi addizzjonali meħtieġa għal aktar proċessar sinifikanti tad-dejta tal-ġestjoni finanzjarja. Barra minn hekk, bħalissa hija impenjata fi proċess ta’ simplifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-IT kollha tal-Kummissjoni.

(a)

il-CRIS-Audit ma tagħtix informazzjoni dwar l-ammonti eventwalment meqjusa ineliġibbli mill-EuropeAid;

(a)

Il-modulu tal-verifika tas-sistema ta' informazzjoni tal-ġestjoni tal-għajnuna esterna (CRIS) ġie mfassal biex jippjana, u jirreġistra r-riżultati tal-verifiki esterni minflok isegwi verifika magħmula mill-Kummissjoni. Madankollu l-Kummissjoni tixtieq tkun tista’ tiżviluppa din il-funzjonalità fuq perjodu ta’ żmien medju, jekk jippermettu r-riżorsi.

(b)

il-CRIS ma tagħtix informazzjoni kompleta dwar l-ammonti misjuba ineliġibbli u kkoreġuti mill-kontrolli ex-ante proprji tal-Kummissjoni (32); u

(b)

Il-CRIS tipprovdi informazzjoni robusta u adegwata dwar ammonti meqjusa ineliġibbli fl-ipproċessar tat-talbiet, inkluż il-kategorizzazzjoni bażika ta’ ammonti ineliġibbli. Madankollu l-kuntratturi spiss jibagħtu fattura ta’ sostituzzjoni (minflok nota ta' kreditu u fattura ġdida) ladarba l-Kummissjoni tavżahom bl-iżbalji misjuba, u għalhekk mhux l-interventi effikaċi kollha mill-persunal tal-Kummissjoni fis-sejba tal-iżbalji jistgħu jinqabdu fis-sistema tal-kontabbiltà. Informazzjoni eżawrjenti dwar ir-riżultati u s-segwitu tal-kontrolli ex ante jassorbu riżorsi sinifikanti b’benefiċċju limitat u huma għalhekk meqjusa mhux effettivi f'termini tal-ispiża.

(c)

il-preċiżjoni tad-data tal-CRIS għadha problematika, skont kif ġie instab mill-kontrolli ex post proprji tal-EuropeAid.

(c)

Għalkemm l-iżbalji ta’ kodifikazzjoni li nstabu ma kellhom l-ebda impatt materjali fuq il-kontijiet annwali, il-Kummissjoni tikkondividi t-tħassib tal-Qorti biex tkompli ttejjeb il-kwalità tad-dejta miżmuma fis-sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni tal-għajnuna esterna (CRIS).EuropeAid se tniedi mill-ġdid l-isforzi tagħha biex ittejjeb il-kwalità tad-dejta CRIS fl-2012.

Delegazzjonijiet

44.

Bħal fi snin preċedenti, il-Qorti sabet kontrolli ddokumentati b'mod fqir u ineffettivi għand il-biċċa l-kbira tal-uffiċjali awtorizzanti nazzjonali f'pajjiżi benefiċjarji tal-FEŻ. Il-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid u d-delegazzjonijiet ta’ sikwit ipprovdew assistenza teknika għat-titjib ta’ dawn il-kontrolli, iżda dan ma jistax ipatti għad-dgħufijiet ta’ bażi.

44.

Il-Kummissjoni hija konxja li l-amministrazzjonijiet nazzjonali ma jsegwux sistematikament l-istandards meħtieġa ta’ ġestjoni finanzjarja u għalhekk jimplimentaw il-biċċa l-kbira tal-proġett ta’ appoġġ taħt ġestjoni parzjalment deċentralizzata, b’kontrolli ex ante mwettqa mid-Delegazzjonijiet tagħha fuq il-parti l-kbira tal-portafoll. Il-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Awtorizzazzjoni permezz ta’ sforz sinifikanti ta’ taħriġ.

45.

Il-biċċa l-kbira mid-delegazzjonijiet miżjura mill-Qorti fl-2011 ma wettqux għażla u ppjanar, ibbażati fuq ir-riskju, ta’ żjarat ta’ monitoraġġ fuq il-post. Il-missjonijiet ta’ verifikazzjoni mill-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid (ara l-paragrafu 40) sabu li d-delegazzjonijiet ta’ sikwit kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ restrizzjonijiet ta’ riżorsi fuq il-baġits għall-persunal u għall-missjonijiet. Dan illimita l-kapaċità tagħhom li jwettqu attivitajiet ta’ monitoraġġ, bħal monitoraġġ ta’ proġetti fuq il-post, partikolarment f'dak li jirrigwarda aspetti finanzjarji. Din is-sitwazzjoni ma ttejbitx bir-riorganizzazzjoni importanti li seħħet fl-2011 u bl-użu ta’ riżorsi għal kompiti li ma jinkludux il-ġestjoni tal-għajnuna (ara l-paragrafi 6 u 34).

45.

Il-prijoritizzazzjoni ta' riżorsi limitati hija ċarament fattur ewlieni fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ fuq il-post f'delegazzjoni. Tabilħaqq, peress li ħafna żjarat ta’ sorveljanza fuq il-post isiru minn persunal operattiv u mhumiex primarjament għall-iskop ta' kontrolli finanzjarji, ir-riskju ftit li xejn huwa l-iktar fattur importanti fl-ippjanar ta' tali żjarat fuq il-post. Żjarat fuq il-post huma wieħed mill-elementi li jikkontribwixxu għall-attivitajiet ta’ insegwiment flimkien ma’ — inter alia — rapporti ta' implimentazzjoni, il-kuntatti mal-benefiċjarji, rapporti ta’ Monitoraġġ Orjentat lejn ir-Riżultati, evalwazzjonijiet u verifiki.

Rigward l-użu tar-riżorsi għall-kompiti barra mill-ġestjoni tal-għajnuna, l-istruzzjonijiet intbagħtu lid-delegazzjonijiet f’Diċembru 2011 f'komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u s-SEAE biex jiċċaraw il-possibbiltajiet għal u l-limitazzjonijiet fuq il-“flessibbiltà” fl-użu tal-persunal.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 59(b)

Verifiki esterni

46.

Il-Qorti vvalutat il-funzjoni ta’ verifika esterna bħala effettiva fir-rigward tal-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid, u parzjalment effettiva fir-rigward tad-delegazzjonijiet.

 

47.

Il-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid żviluppaw metodoloġija dwar l-istruttura, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-pjanijiet tal-verifika annwali. Huma jimmonitorjaw mill-qrib il-funzjonijiet ta’ verifika esterna tad-delegazzjonijiet u l-kwalità ta’ verifiki esterni mwettqa taħt il-kuntratt qafas tal-verifika tal-Kummissjoni.

 

48.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, id-delegazzjonijiet ġestew il-verifiki esterni tagħhom skont il-metodoloġija applikabbli. Il-pjanijiet tal-verifika ġew stabbiliti skont il-linji gwida u implimentati fil-ħin u ttieħdu passi fuq is-sejbiet tal-verifika, partikolarment permezz ta’ rkupri u tnaqqis minn pagamenti sussegwenti. Madankollu l-Qorti sabet li kien għad hemm oqsma fejn kien jinħtieġ it-titjib. Kif ġie indikat fi snin preċedenti (33), il-verifiki bbażati fuq ir-riskju ma ntgħażlux dejjem abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju dokumentata u kienu inqas milli meħtieġ minħabba restrizzjonijiet tal-persunal u l-prijorità li kellha tingħata lil verifiki obbligatorji. F'xi każijiet, kien hemm dewmien fil-proċess ta’ approvazzjoni tal-verifika, li seta' jwassal biex in-nefqa ineliġibbli ma tkunx tista' tiġi rkuprata.

48.

Filwaqt li huwa minnu li n-nuqqas ta’ persunal jista' jkollu impatt negattiv fuq it-tul tal-proċess tal-approvazzjoni tal-verifika, ir-rapporti kollha obbligatorji tal-verifika jridu jaslu qabel ma l-Kummissjoni tagħmel il-ħlas aħħari u għalhekk ir-riskju li l-fondi jsiru irrikoverabbli huwa ferm limitat.

Verifika Interna

49.

Il-Qorti vvalutat il-verifika interna bħala parzjalment effettiva.

 

50.

Ir-riorganizzazzjoni tal-Kummissjoni li seħħet fl-2011 (ara l-paragrafi 6 u 34) kellha impatt kbir fuq l-attività tal-Kapaċità tal-Awditjar (Verifika) Intern (IAC) (34). Kien hemm bidla kbira fil-persunal tal-unità u l-biċċa l-kbira mill-membri ġodda tal-persunal ma kellhom l-ebda esperjenza fil-verifika. L-IAC setgħet timplimenta biss madwar nofs il-pjan ta’ ħidma annwali inizjali tagħha. Dan ma jissemmiex fir-rapport ta’ attività annwali (35).

50.

Il-Pjan ta’ Ħidma Annwali tal-2011 ġie implimentat biss b'mod parzjali għal raġunijiet ovvji, peress li bħala riżultat tar-riorganizzazzjoni tal-EuropeAid f'Ġunju, Pjan ta’ Ħidma Annwali li huwa kompletament ġdid kellu jiġi stabbilit għall-unità tal-verifika interna l-ġdida fil-bidu ta' Lulju 2011. Dan il-pjan ta' ħidma ġdid kellu jieħu kont tal-bidliet lid-Direttorat Ġenerali u l-qagħda tal-persunal il-ġdida fl-IAC li jeħtieġ taħriġ estensiv fil-verifika.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 59(e).

51.

Fl-2011 is-Servizz tal-Awditjar (Verifika) Intern (IAS) (36) iffinalizza żewġ verifiki dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-istimi ta’ programmi u tal-għotjiet tal-FEŻ. Is-sejbiet tiegħu jaqblu ma’ dawk tal-Qorti fir-rigward ta’ dgħufijiet fil-kontrolli ex ante (ara l-paragrafu 36).

51.

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 36.

Affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

52.

Id-Direttur Ġenerali jiddikjara (37) li huwa kiseb assigurazzjoni raġonevoli illi l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji neċessarji dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Ir-rapport ta’ attività annwali ma fih l-ebda riżerva. Minflok, huwa jiddikjara (38) li, b'kunsiderazzjoni għat-tfassil u r-riżultati tal-arkitettura tal-kontroll multiannwali tiegħu, il-EuropeAid ma jemminx li r-rata ta’ żball residwu – ladarba jkunu ġew applikati l-kontrolli tiegħu kollha – hija materjali. Dan jikkuntrasta mar-rata ta’ żball materjali, il-frekwenza għolja ta’ żball u s-sistemi parzjalment effettivi misjuba mill-Qorti għall-2011.

52.

Il-metodoloġija tal-Qorti għall-istima tar-rata tal-iżball annwali l-aktar probabbli u l-frekwenza tal-iżball għall-FEŻ ma tistax titqabbel direttament mal-kriterji għall-ammont residwali ta’ riskju (ladarba jkunu tlestew il-kontrolli multiannwali) li huwa fattur ewlieni fid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali relatata mal-portafoll tal-EuropeAid bħala entità sħiħa ffinanzjata mill-FEŻ u mill-Baġit tal-UE. Il-Kummissjoni tinnota li l-istima tar-rata tal-iżball annwali tal-Qorti l-aktar probabbli għall-għajnuna esterna taħt il-baġit tal-UE – il-proporzjon il-kbir tal-portafoll - ilha taħt il-materjalità għall-2010 u l-2011, kif kienu l-FEŻ fl-2009.

Ara wkoll it-tweġibiet għal paragrafi 57 u 58(a).

53.

L-analiżi mill-Qorti tar-rapport ta’ attività annwali turi li:

53.

(a)

mhijiex ippreżentata evidenza biex tappoġġa l-kontenzjoni li r-rata ta’ żball residwu hija taħt it-2 %;

(a)

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 58(a).

(b)

huwa espress tħassib qawwi dwar l-adegwatezza tar-riżorsi tal-persunal għall-ġestjoni tal-għajnuna (ara l-paragrafu 34); u

(b)

Issa għaddew iktar minn 10 snin minn mindu ġie varat il-proċess ta' devoluzzjoni. Il-Kummissjoni għamlet rendikont tar-riżultati ferm pożittivi tagħha iżda saret ukoll konxja ta' żbilanċi li feġġu matul iż-żmien u kellhom bżonn jiġu kkoreġuti. F’konformità mal-Komunikazzjoni “Aġenda”għall-Bidla u wara l-valutazzjoni tal-ammont ta’ xogħol tal-persunal tal-EuropeAid fid-Delegazzjonijiet tal-UE li twettqet fl-2011, rapport dwar l-użu tar-riżorsi tal-Kummissjoni fid-Delegazzjonijiet tal-UE ġie sottomess lis-Segretarju Ġenerali fit-12/03/2012 u ġie preżentat lill-Grupp tal-Kummissarju dwar ir-Relazzjonijiet Esterni. Huwa jinvolvi konklużjonijiet dwar l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-persunal bejn id-Delegazzjonijiet biex jinqdew aħjar il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-EuropeAid bir-riżorsi eżistenti. Il-konklużjonijiet se jiġu/kienu sottomessi għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni f'Lulju 2012.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 34.

(c)

id-dgħufijiet tal-kontrolli huma identifikati kemm mill-IAS kif ukoll mill-kontrolli tranżazzjonali ex post proprji tal-EuropeAid (ara l-paragrafi 37 u 51).

(c)

Kemm il-proċess tal-verifika interna kif ukoll il-kontrolli tranżazzjonali ex post huma maħsuba biex jindikaw eżatt id-dgħufijiet fil-kontrolli u huma s-suġġett ta’ segwitu estensiv, inkluż pjanijiet ta' azzjoni formali.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

54.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-kontijiet tal-FEŻ għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEŻ u r-riżultati tal-operazzjonijiet u tad-dħul u l-infiq tal-flus tagħhom għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità.

54.

Il-Kummissjoni tilqa' d-Dikjarazzjoni ta' Assigurazzjoni pożittiva tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-FEŻ.

55.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li, għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2011:

55.

(a)

id-dħul tal-FEŻ kien ħieles minn żball materjali;

 

(b)

l-impenji globali li għalihom kienu daħlu l-FEŻ kienu ħielsa minn żball materjali; u

 

(c)

il-pagamenti magħmula mill-FEŻ kienu milquta minn żball materjali (ara l-paragrafi 24 sa 30).

(c)

Il-Kummissjoni se żżid l-isforzi tagħha biex tipprevjeni, tiskopri u tikkoreġi tali żbalji fl-2012.

Madankollu, il-Kummissjoni tenfasizza l-multiannwalità tal-arkitettura ta' kontroll tal-EuropeAid li jfisser li xi żbalji enfasizzati mill-Qorti kienu se jiġu korretti f’perjodu aktar tard fi ħdan iċ-ċiklu normali ta' kontrolli tal-għajnuna esterna. Kważi żewġ terzi tal-pagamenti fil-kampjun jirrigwardaw tranżazzjonijiet bħal ħlasijiet interim jew approvazzjonijiet li għalihom il-kontrolli u l-korrezzjonijiet għad jistgħu jsiru fil-ħlasijiet finali. Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-Kummissjoni tan-nefqa fuq l-għajnuna esterna ma jispiċċax mal-ħlasijiet finali. Programm estensiv ta' verifiki ex post huwa ġestit mill-EuropeAid u l-ECHO fuq bażi annwali, fuq il-bażi ta’ proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju formali.

Madankollu, minħabba l-ambjent ta' riskju għoli li fih joperaw l-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja, ir-riskju ta' żball finanzjarju ma jistgħax realistikament jitnaqqas għal żero.

56.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti sabet li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid li ġew eżaminati kienu parzjalment effettivi (ara l-paragrafi 31 sa 53).

56.

Il-Kummissjoni fasslet il-kontrolli tagħha biex ikopru ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-proġetti multiannwali tagħha. Hija temmen li dawn is-sistemi ta' sorveljanza u kontroll huma effettivi u tjiebu b'mod sinifikanti sena wara sena, u qed ikopru kemm l-operat tal-FEŻ kif ukoll l-attivitajiet iffinanzjati mill-Baġit tal-UE. Minkejja l-isfidi ta’ ambjent b'riskju għoli tal-għajnuna esterna, l-istima tar-rata tal-iżbalji annwali tal-Qorti l-aktar probabbli għall-għajnuna esterna taħt il-baġit tal-UE kienet taħt il-materjalità għall-2010 u 2011, u kienet taħt il-materjalità rigward il-FEŻ fl-2009.

57.

Il-Qorti tikkonkludi li l-kwalità tad-data tal-CRIS tibqa' sors ta’ tħassib u hija tolqot kemm il-preċiżjoni tad-data użata għat-tħejjija tal-kontijiet annwali (ara l-paragrafu 20) kif ukoll l-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll (ara l-paragrafi 39, 40 u 43) (39).

57.

Il-Kummissjoni tikkondividi t-tħassib tal-Qorti biex tkompli ttejjeb il-kwalità tad-dejta miżmuma fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni dwar l-għajnuna esterna (CRIS). Madankollu, kif ġie ddikjarat mill-Qorti fil-paragrafu 20, l-iżbalji ta’ kodifikazzjoni ma kellhom l-ebda impatt materjali fuq il-kontijiet annwali.

Rakkomandazzjonijiet

58.

L- Anness 3 juri r-riżultat tal-analiżi mill-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-Rapporti Annwali 2009 tagħha. Il-punti li ġejjin għandhom jiġu nnutati:

58.

B'referenza partikolari għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond ta’ Żvilupp Ewropew (42) u fid-dawl tat-tnaqqis propost tar-riżorsi disponibbli tagħha, il-Kummissjoni se tqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti qabel ma tieħu u/jew tipproponi azzjoni xierqa.

(a)

il-EuropeAid għamel progress sinifikanti fl-implimentazzjoni ta’ ħafna mir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti. Dan huwa l-każ b'mod notevoli f'dak li huwa relatat mal-iżvilupp tal-metodoloġija għall-istima tar-rata ta’ żball residwu, mat-tixrid tal-għodda ta’ ġestjoni finanzjarja biex jittejjeb l-għarfien tal-benefiċjarji dwar ir-regoli ta’ eliġibbiltà, mal-ippjanar u l-monitoraġġ ta’ verifiki u mal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà għall-appoġġ baġitarju;

(a)

Ir-riżultati tal-Kummissjoni għall-istima tar-rata ta’ żball residwali tal-EuropeAid jiġifieri l-impatt finanzjarju tal-iżbalji li jifdal wara li jitlestew il-kontrolli kollha ppjanati, se jkunu disponibbli fil-bidu tal-2013 għall-perjodu ta’ rappurtar tal-2012.

(b)

jinħtieġu aktar sforzi biex jiġu implimentati għalkollox ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti dwar il-kwalità tad-data tal-CRIS, is-segwitu tas-sejbiet tal-verifika u r-rakkomandazzjonijiet u l-valutazzjoni tal-kosteffettività tas-sistema ta’ kontroll ex post tranżazzjonali.

(b)

Il-EuropeAid se tniedi mill-ġdid l-isforzi tagħha biex ittejjeb il-kwalità tad-dejta CRIS fl-2012 u torbot aħjar is-sejbiet finanzjarji tal-verifika mal-irkupru tal-fondi. Is-sistema tat-tranżazzjonijiet ex post ġiet sospiża fl-2012.

59.

Wara din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2011, il-Qorti tirrakkommanda li l-EuropeAid:

59.

(a)

itejjeb il-ġestjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti, billi jistabbilixxi kriterji ta’ għażla ċari u billi jiddokumenta l-proċess ta’ evalwazzjoni b'mod aħjar (ara l-paragrafu 28(b));

(a)

Il-Kummissjoni se tniedi proċess maħsub biex titgħallem mill-iżbalji misjuba mill-Qorti fil-proċess tal-għoti tal-kuntratti u se tinħareġ reviżjoni tal-Gwida Prattika għall-Kuntratti fl-2013.

(b)

jintroduċi ppjanar dokumentat u bbażat fuq ir-riskju, u segwitu sistematiku għal żjarat ta’ verifikazzjoni (ara l-paragrafu 40) u żjarat ta’ monitoraġġ fuq il-post (ara l-paragrafu 45);

(b)

Il-Kummissjoni se tikkunsidra jekk l-iskop u l-għanijiet speċifiċi tal-missjonijiet ta’ verifika tad-delegazzjoni tal-EuropeAid għandhomx bżonn jiġu eżaminati mill-ġdid.

Il-EuropeAid se tintroduċi valutazzjoni aktar formali u proċess tal-ippjanar annwali kemm għall-missjonijiet ta' verifika għad-delegazzjonijiet kif ukoll monitoraġġ fuq il-post tal-proġetti. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-proċess tal-għażla attwali bbażat fuq ir-riskju jista’ jiġi kkumplimentat bi kriterji tal-għażla addizzjonali.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 40.

(c)

jirrendi obbligatorji l-linji gwida fuq l-analiżi tar-riskju għat-tħejjija ta’ pjanijiet tal-verifika annwali mid-delegazzjonijiet u mill-kwartieri ġenerali tal-EuropeAid (ara l-paragrafu 48);

(c)

Il-Kummissjoni se tikkunsidra li tagħmel obbligatorja l-metodoloġija tal-analiżi tar-riskju fl-ippjanar tal-verifika tal-EuropeAid għall-perjodu mill-2013 'il quddiem.

(d)

janalizza t-tfassil tal-KPIs biex jiżgura li dawn mhumiex ambigwi u li huwa faċli li jiġu interpretati (ara l-paragrafu 39);

(d)

Il-Kummissjoni mhix kapaċi tirrevedi l-Indikaturi tal-Prestazzjoni Ewlenin tal-EuropeAid fil-perjodu ta' żmien immedjat jew dak medju. Il-KPIs ġew introdotti (minn grupp ta' tmexxija li jirrappreżenta firxa wiesgħa ta' interessi u partijiet interessati) għar-rappurtar annwali fuq l-2011 (fl-2012) u l-Kummissjoni għad m’għandhiex biżżejjed informazzjoni jew analiżi tas-sett tad-dejta. Madankollu huma jistgħu jeħtieġu aġġustament minn żmien għal żmien ladarba s-sistema l-ġdida ta’ rappurtar tkun fis-seħħ.

(e)

jivvaluta l-kapaċità tal-IAC biex twettaq il-kompitu tagħha b'mod effettiv (ara l-paragrafu 50).

(e)

Il-Kummissjoni se tevalwa l-kapaċità tal-Unità ta’ Verifika Interna tal-EuropeAid (IAC) u tikkunsidra tisħiħ potenzjali jekk jinstab li jkun meħtieġ.

 

Minħabba l-impenn li tnaqqas il-persunal globali tagħha, il-EuropeAid se tħares l-ewwel nett lejn il-possibbiltajiet li ssaħħaħ l-għarfien espert disponibbli.


(1)  Ara l-Artikoli 118, 125 u 134 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1) u l-Opinjoni tal-Qorti Nru 9/2007 dwar il-proposta għal dan ir-Regolament (ĠU C 23, 28.1.2008, p. 3).

(2)  Ftehim tripartitiku bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti (l-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 215/2008) jistabbilixxi regoli għall-verifika ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-Qorti.

(3)  L-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, l-Istrument ta’ finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Istrument ta’ Finanzjament għall-Promozzjoni tad-Demokrazija u tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Istrument għall-Istabbiltà, l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari, il-faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

(4)  Ara l-Kapitolu 7 “Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir” tar-Rapport Annwali 2011 tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE.

(5)  Li jirrappreżenta 1,2 % tal-pagamenti li saru fl-2011.

(6)  L-appoġġ baġitarju jinvolvi t-trasferiment ta’ fondi mill-Kummissjoni għat-teżor nazzjonali tal-pajjiż imsieħeb biex jiġu pprovduti riżorsi baġitarji addizzjonali għall-appoġġ ta’ strateġija għall-iżvilupp nazzjonali.

(7)  L-Artikoli 21 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 215/2008.

(8)  L-Artikolu 61(2).

(9)  Ara l-paragrafu 46 tar-Rapport Annwali tal-Qorti fuq l-attivitajiet iffinanzjati mis-sitt, is-seba', it-tmien u d-disa' Fondi Ewropej ta’ Żvilupp (EDFs) għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU C 293, 30.11.2004, p. 315).

(10)  Għal spjegazzjoni dwar dan l-approċċ nozzjonali, ara l-paragrafu 7.11 tar-Rapport Annwali 2011 tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE.

(11)  Impenji antiki li ma ntefqux huma fondi impenjati aktar minn ħames snin ilu u li għadhom ma ntefqux. Impenji inattivi li ma ntefqux huma fondi impenjati iżda la kkuntrattati u li lanqas ma ntefqu f'aktar minn sentejn.

(12)  L-Artikoli 118 u 124 tar-Regolament (KE) Nru 215/2008.

(13)  Ir-rapporti finanzjarji jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rapport tat-tibdil fl-attivi netti u t-tabella ta’ partiti pagabbli lill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.

(14)  Skont l-Artikoli 2, 3, 4, 125(4) u 134 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 FEŻ din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni ma testendix għall-parti tar-riżorsi tal-FEŻ amministrati mill-BEI u li għalihom huwa responsabbli.

(15)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità. Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-rapporti finanzjarji għas-sena finanzjarja 2011 ġew ippreparati abbażi ta’ dawn ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-FEŻ, li jadattaw il-prinċipji ta’ kontabilità bbażata fuq l-akkumulazzjoni (id-dovuti) għall-ambjent speċifiku tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-FEŻ ikomplu jkunu bbażati primarjament fuq iċ-ċaqliq tal-likwidità.

(16)  Ara l-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 215/2008: ir-rapporti finanzjarji għandhom jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tar-riżultat ekonomiku, ir-rapport tad-dħul u l-infiq tal-flus, u t-tabella ta’ elementi pagabbli lill-FEŻ.

(17)  Ara l-Artikolu 123 tar-Regolament (KE) Nru 215/2008: ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għandhom jinkludu tabelli li jiddeskrivu l-approprjazzjonijiet, l-impenji u l-ħlasijiet.

(18)  EuropeAid: 125 proġett u 30 pagament għall-appoġġ baġitarju; DĠ ECHO: 8 pagamenti għal proġetti fuq l-għajnuna umanitarja.

(19)  Eż.: it-tip ta’ kuntratt, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt, il-mod ta’ ġestjoni.

(20)  L-eżerċizzju ta’ qtugħ il-linja jfittex li jiżgura li kemm id-dħul kif ukoll in-nefqa jiġu reġistrati b'mod komplet u preċiż fil-perjodu ta’ kontabilità korrett.

(21)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha ta’ żball minn kampjun statistiku rappreżentattiv. Iċ-ċifra kwotata hija l-aħjar stima (magħrufa bħala l-MLE). Il-Qorti għandha 95 % fiduċja li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni tinsab bejn LEL 2,0 % u UEL 8,1 % (il-limiti ta’ żball inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

(22)  Normalment kull sena titħejja stima tal-programm biex tistabbilixxi programm ta’ ħidma u r-riżorsi meħtieġa biex dan jitwettaq. Hija implimentata mill-istituzzjoni jew mill-benefiċjarju kkonċernat iżda soġġetta għal approvazzjoni minn qabel mir-rappreżentant tal-pajjiż imsieħeb u mill-Kummissjoni.

(23)  Ara wkoll il-paragrafu 7.17 tal-Kapitolu 7 “Relazzjonijiet esterni, għajnuna u tkabbir” tar-Rapport Annwali 2011 tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE.

(24)  Pjan ta’ azzjoni għal piramida msaħħa ta’ ġestjoni u kontroll tal-EuropeAid, 19.11.2010.

(25)  Pp. 21, 37, 38 u 45.

(26)  Ir-rapport ta’ attività annwali, p. 33.

(27)  Ir-rapport ta’ attività annwali, p. 40.

(28)  Is-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Relex.

(29)  P. 38.

(30)  P. 30.

(31)  Kif iddikjarat fir-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafi 42 u 63(c) tar-Rapport Annwali tal-Qorti 2010.

(32)  Eż. każijiet ta’ fatturi mogħtija lura lill-benefiċjarji jew lill-kuntratturi għal korrezzjoni jew fatturi mħallsa, li jinkludu nefqa ineliġibbli identifikata li għaliha trid issir korrezzjoni f'fattura sussegwenti.

(33)  Il-paragrafu 45 tar-Rapport Annwali 2009 u l-paragrafu 48 tar-Rapport Annwali 2010.

(34)  L-IAC hija unità ta’ Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni. Hija ġestita minn Kap tal-Unità li jirrapporta direttament lid-Direttur Ġenerali. Il-kompitu tagħha huwa li tipprovdi assigurazzjoni indipendenti dwar l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern bil-ħsieb li ttejjeb l-operazzjonijiet tad-Direttorat Ġenerali.

(35)  Pp. 39 u 40.

(36)  L-IAS huwa Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni. Huwa mmexxi mill-Awditur Intern tal-Kummissjoni u jirrapporta lill-Kumitat dwar il-Progress tal-Awditjar (Verifika). Il-kompitu tiegħu huwa li jipprovdi assigurazzjoni indipendenti dwar l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern u li jgħin lill-Kummissjoni permezz ta’ opinjonijiet, pariri u rakkomandazzjonijiet.

(37)  P. 47.

(38)  P. 46.

(39)  Ara wkoll ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 5/2012 “Is-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni dwar ir-Relazzjonijiet Esterni (CRIS)”. (http://eca.europa.eu).

(40)  Ara http://ec.europa.eu/europeaid/what/economic-support/documents/guidelines_budget_support_en.pdf.

(41)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija Futura tal-Apoġġ Baġitarju tal-UE lil Pajjiżi Terzi (COM 2011 - 638 finali)

(42)  Artikoli 11 – 13

(43)  Ammonti netti għas-Sena Finanzjarja 2011.

(44)  Impenji globali huma relatati ma’ deċiżjonijiet ta’ finanzjament. Impenji individwali huma relatati ma’ kuntratti individwali.

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri abbażi ta’ data mogħtija mid-DĠ DEVCO.

(45)  Jinkludu allokazzjonijiet inizjali għat-8, id-9 u l-10 FEŻ, kofinanzjament, imgħax, riżorsi varji u trasferimenti minn FEŻ preċedenti.

(46)  Bħala perċentwal tar-riżorsi.

(47)  Ammonti negattivi jikkorrispondu ma’ diżimpenji.

(48)  Impenji globali huma relatati ma’ deċiżjonijiet ta’ finanzjament.

(49)  Impenji individwali huma relatati ma’ kuntratti individwali.

(50)  Impenji netti wara diżimpenji. Pagamenti netti wara rkupri.

Sors: Il-Qorti tal-Awdituri, ibbażata fuq rapporti tal-FEŻ dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u r-rapporti finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru 2011.


ANNESS 1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP

 

2011

2010

2009

2008

Proġetti

Appoġġ Baġitarju

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tal-Impenji

27

3

30

30

50

45

Total tat-tranżazzjonijiet (li minnhom):

133

30

163

165

170

170

Pagamenti bil-quddiem

0

0

0

0

0

40

Pagamenti interim/finali

133

30

163

165

170

130

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Proporzjon (għadd) tat-tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu li huma:

Ħielsa minn żball

65 %

(86)

77 %

(23)

67 %

(109)

73 %

78 %

76 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

35 %

(47)

23 %

(7)

33 %

(54)

27 %

22 %

24 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta’ żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

38 %

(18)

100 %

(7)

46 %

(25)

49 %

65 %

61 %

Żbalji kwantifikabbli:

62 %

(29)

0 %

(0)

54 %

(29)

51 %

35 %

39 %

Eliġibbiltà

52 %

(15)

0 %

(0)

52 %

(15)

70 %

23 %

44 %

Okkorrenza

38 %

(11)

0 %

(0)

38 %

(11)

17 %

23 %

38 %

Preċiżjoni

10 %

(3)

0 %

(0)

10 %

(3)

13 %

54 %

19 %

IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata tal-iżball l-aktar probabbli

5,1 %

 

 

 

Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

8,1 %

 

 

 

Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

2,0 %

 

 

 


(1)  Biex jittejjeb il-fehim approfondit f'oqsma bi profili tar-riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  Numri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd reali ta’ tranżazzjonijiet.


ANNESS 2

RIŻULTATI TAL-EŻAMINAZZJONI TAS-SISTEMI GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP U L-GĦAJNUNA GĦALL-IŻVILUPP TAĦT IL-BAĠIT ĠENERALI

Valutazzjoni tas-sistemi eżaminati

Sistema kkonċernata

Kontrolli ex ante

Monitoraġġ u sorveljanza

Verifiki esterni

Verifiki interni

Valutazzjoni ġenerali

Sistemi ċentrali EuropeAid

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Delegazzjonijiet

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

M/A

Parzjalment effettivi


ANNESS 3

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

2009

Il-EuropeAid għandu, fil-kuntest tar-reviżjoni ppjanata tiegħu tal-istrateġija ta’ kontroll ġenerali tiegħu, jiżviluppa indikatur prinċipali għall-impatt finanzjarju stmat ta’ żbalji residwi wara li l-kontrolli kollha ex-ante u ex-post ikunu ġew implimentati, ibbażat pereżempju fuq eżaminazzjoni ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ proġetti magħluqa (ir-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 54(a)).

Il-EuropeAid adotta metodoloġija biex tiġi stmata r-rata ta’ żball residwu u kkuntratta ditta tal-verifika esterna biex twettaq dan ix-xogħol. Ir-riżultati tal-ewwel eżerċizzju għandhom ikunu disponibbli biex jitqiesu fir-RAA 2012 tal-EuropeAid.

L-implimentazzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni tinsab għaddejja. Il-ħidma tal-Kummissjoni tinsab fit-triq it-tajba b'rabta mal-istabbiliment tar-rata ta’ żball residwali għall-portafoll tal-EuropeAid

Il-EuropeAid għandu, fil-kuntest ta’ din ir-reviżjoni, jivvaluta l-effettività tal-ispejjeż tad-diversi kontrolli, speċjalment tas-sistema ta’ kontroll tranżazzjonali ex post (ir-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 54(b)).

Fir-risposti tagħha għar-Rapport Annwali 2010, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet bdiet il-ħidma fuq il-kosteffettività tal-kontrolli fl-2010. Din il-ħidma kellha tiġi analizzata u varata mill-ġdid fl-2011/2012 fil-kuntest tar-riżultat finali tar-reviżjoni attwali tar-Regolament Finanzjarju. Sar progress limitat fl-2011.

L-implimentazzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni tinsab għaddejja. Il-progress kien fil-fatt sar fl-2011 b’relazzjoni mal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli kif stipulat fir-Rapport Annwali tal-Attività tal-2011 li jagħti dettalji dwar l-ispejjeż ta’ ħafna kontrolli interni (eżempju. verifiki, taħriġ, kontrolli ex post) u rapporti dwar modi ġodda u innovattivi biex jitkejlu l-benefiċċji bħal indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni meħuda mid-dejta CRIS u testijiet qabel u wara t-taħriġ. Analiżi tal-benefiċċju tal-ispiża pereżempju wasslet għas-sospensjoni ta' kontrolli ex post tranżazzjonali fl-2012.

Il-EuropeAid għandu jiffinalizza u jxerred is-sett ta’ għodod tal-ġestjoni finanzjarja b’mira lejn ir-riskju għoli inerenti ta’ żbalji fil-livell ta’ organizzazzjonijiet implimentattivi, kuntratturi u benefiċjarji biex jiżgura għarfien adegwat tal-ġestjoni finanzjarja u r-regoli tal-eliġibbiltà (ir-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 54(c)).

Is-Sett ta’ Għodod Finanzjarju ġie finalizzat u disseminat fl-ewwel parti tal-2011.

Il-Kummissjoni temmen li din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata kompletament.

Il-EuropeAid għandu jkompli bl-isforzi tiegħu biex jiżgura li d-Delegazzjonijiet jirreġistraw id-data fil-Verifika CRIS b’mod komprensiv u f’waqtu (ir-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 54(d)).

Il-kwalità tad-data tal-CRIS tibqa' kwistjoni pendenti. Il-EuropeAid iddikjarja l-intenzjoni tiegħu li jerġa' jvara l-isforzi tiegħu fl-2012.

L-implimentazzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni tinsab għaddejja. Il-Kummissjoni tikkondividi t-tħassib tal-Qorti biex tkompli ttejjeb il-kwalità tad-dejta miżmuma fis-sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni dwar l-għajnuna esterna (CRIS). EuropeAid se tniedi mill-ġdid l-isforzi tagħha biex ittejjeb il-kwalità tad-dejta CRIS fl-2012.

2009

It-tfassil tal-Verifika CRIS (CRIS-Audit) għandu jiġi modifikat biex jipprovdi informazzjoni dwar l-ammonti tan-nefqa finali ineliġibbli u l-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula wara li jkun tlesta l-proċess tal-approvazzjoni tal-verifika ma’ min ikun qed jiġi vverifikat (ir-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 54(e)).

Bħalma ġie indikat fir-risposta tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali 2010 tal-Qorti, il-moduli tal-verifika u tal-irkupru tas-sistema ta’ informazzjoni CRIS kienu kollegati fl-2011. Dan huwa titjib sinifikanti iżda għadu ma jagħtix informazzjoni kompleta dwar ir-riżultati u s-segwitu ta’ verifiki.

Il-CRIS-Audit għadha ma tagħtix informazzjoni dwar l-ammonti eventwalment meqjusa ineliġibbli mill-EuropeAid wara l-proċess kontradittorju mal-benefiċjarji, inkluż fir-rigward ta’ ammonti li l-awdituri qiesu li kienu jeħtieġu aktar kunsiderazzjoni mill-EuropeAid;

Il-modulu tal-verifika tas-sistema ta' informazzjoni tal-ġestjoni tal-għajnuna esterna (CRIS) ġie mfassal biex jippjana, u jirreġistra r-riżultati tal-verifiki esterni minflok isegwi verifika magħmula mill-Kummissjoni. Madankollu l-Kummissjoni tixtieq tkun tista’ tiżviluppa din il-funzjonalità fuq perjodu ta’ żmien medju, jekk jippermettu r-riżorsi.

Il-EuropeAid għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet speċifiċi għal porzjonijiet varjabbli bbażati fuq il-prestazzjoni jispeċifikaw b’mod ċar l-indikaturi, il-miri, il-metodi tal-kalkolu u s-sorsi tal-verifikazzjoni (ir-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 55(a)).

Din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata għalkollox.

 

Il-EuropeAid għandu jiżgura li r-rapporti tad-Delegazzjonijiet jipprovdu dimostrazzjoni strutturata u formalizzata tal-progress tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi billi jistabbilixxi b’mod ċar il-kriterji li fuqhom kellu jiġi vvalutat il-progress (jiġifieri r-riżultati li l-Gvern benefiċjarju kellu jikseb matul il-perjodu kkonċernat), il-progress li sar u r-raġunijiet li għalihom il-programm ta’ riforma seta’ ma ġiex implimentat skont il-pjan (ir-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 55(b)).

Il-kwalità tal-valutazzjoni tal-kriterju ta’ eliġibbiltà ġenerali tal-PFM tjiebet minn meta ġiet introdott il-format ġdid ta’ rappurtar għar-Rapporti ta’ Monitoraġġ Annwali tal-PFM tad-Delegazzjoni fl-2010. Madankollu l-Qorti xorta waħda sabet każijiet fl-2011 fejn din il-valutazzjoni ma kinitx strutturata u formalizzata biżżejjed, peress li l-kisbiet tal-PFM ma tqabblux mal-objettivi/miri stabbiliti għall-perjodu ta’ referenza.

Il-Kummissjoni temmen li din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata kompletament. Madankollu se jkomplu jsiru sforzi għal titjib fil-qafas tal-prestazzjoni tal-appoġġ baġitarju, notevolment fir-reviżjoni tal-Linji Gwida dwar l-Appoġġ Baġitarju li mistenni joħroġ fl-2012.