ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.336.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 336

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
6 ta' Novembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 336/01

Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament: 0,75 % fl-1 ta’ Novembru 2012 – Rata tal-kambju tal-euro

1

2012/C 336/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2012/C 336/03

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2012/C 336/04

Sommarju eżekuttiv tal-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposti tal-Kummissjoni għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, u għal Regolament dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku

4

2012/C 336/05

Sommarju eżekuttiv tal-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità

7

2012/C 336/06

Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (riformulazzjoni)

10

2012/C 336/07

Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tas-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar id-depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li temenda d-Direttiva 98/26/KE

13

2012/C 336/08

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal

15

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 336/09

Avviż ta' kanċellazzjoni – Sejħiet għal proposti fl-ambitu tal-programmi ta' ħidma 2013 fil-Programm Speċifiku Kapaċitajiet tas-Seba' Programm Kwadru għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (2007-2013)

18

 

PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 336/10

Avviż dwar l-iskadenza ta' ċerti miżuri anti-dumping

19

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 336/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6762 – Advent International Corporation/Mediq) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

20

2012/C 336/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6704 – REWE Touristik GmbH/Ferid NASR/EXIM Holding SA) ( 1 )

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/1


Ir-rata tal-interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' rifinanzjament (1):

0,75 % fl-1 ta’ Novembru 2012

Rata tal-kambju tal-euro (2)

L-1 ta’ Novembru 2012

2012/C 336/01

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2975

JPY

Yen Ġappuniż

103,82

DKK

Krona Daniża

7,4597

GBP

Lira Sterlina

0,80315

SEK

Krona Żvediża

8,6398

CHF

Frank Żvizzeru

1,2072

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3705

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,226

HUF

Forint Ungeriż

282,22

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6962

PLN

Zloty Pollakk

4,127

RON

Leu Rumen

4,534

TRY

Lira Turka

2,3251

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2491

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2969

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0557

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5685

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,583

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 416,07

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,2351

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,097

HRK

Kuna Kroata

7,523

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 485,32

MYR

Ringgit Malażjan

3,96

PHP

Peso Filippin

53,487

RUB

Rouble Russu

40,6714

THB

Baht Tajlandiż

39,846

BRL

Real Brażiljan

2,6352

MXN

Peso Messikan

16,9402

INR

Rupi Indjan

69,682


(1)  Rata applikata għall-operazzjoni l-iktar reċenti mwettqa qabel il-jum indikat. Fil-każ ta' sejħa għall-offerti b'rata varjabbli, ir-rata tal-interessi hija r-rata marġinali.

(2)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


6.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta’ Novembru 2012

2012/C 336/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,285

JPY

Yen Ġappuniż

103,55

DKK

Krona Daniża

7,4596

GBP

Lira Sterlina

0,8016

SEK

Krona Żvediża

8,5955

CHF

Frank Żvizzeru

1,2073

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3305

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,232

HUF

Forint Ungeriż

281,42

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6962

PLN

Zloty Pollakk

4,1088

RON

Leu Rumen

4,5275

TRY

Lira Turka

2,2975

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2374

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2783

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9589

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5533

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5707

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 402,58

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1572

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0205

HRK

Kuna Kroata

7,5295

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 368,1

MYR

Ringgit Malażjan

3,9237

PHP

Peso Filippin

52,897

RUB

Rouble Russu

40,315

THB

Baht Tajlandiż

39,514

BRL

Real Brażiljan

2,6106

MXN

Peso Messikan

16,6645

INR

Rupi Indjan

69,147


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


6.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-5 ta’ Novembru 2012

2012/C 336/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2777

JPY

Yen Ġappuniż

102,60

DKK

Krona Daniża

7,4589

GBP

Lira Sterlina

0,79990

SEK

Krona Żvediża

8,5690

CHF

Frank Żvizzeru

1,2063

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3425

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,234

HUF

Forint Ungeriż

282,58

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6962

PLN

Zloty Pollakk

4,1226

RON

Leu Rumen

4,5240

TRY

Lira Turka

2,2793

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2338

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2732

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9024

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5515

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5659

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 396,33

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,1668

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9820

HRK

Kuna Kroata

7,5250

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 297,67

MYR

Ringgit Malażjan

3,9142

PHP

Peso Filippin

52,748

RUB

Rouble Russu

40,4824

THB

Baht Tajlandiż

39,379

BRL

Real Brażiljan

2,5999

MXN

Peso Messikan

16,6796

INR

Rupi Indjan

69,7720


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

6.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/4


Sommarju eżekuttiv tal-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposti tal-Kummissjoni għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, u għal Regolament dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2012/C 336/04

IntroduzzjonI

Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fit-30 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat proposta li tikkonċerna emendi għad-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji (1). L-emendi għad-Direttiva 2006/43/KE jikkonċernaw l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ awdituri u ditti tal-awditjar, il-prinċipji rigward l-etika professjonali, is-segretezza professjonali, l-indipendenza u r-rapportar kif ukoll ir-regoli assoċjati dwar is-superviżjoni. Fl-istess data, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku (2), li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-twettiq tat-tali awditjar (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament propost”). Dawn il-proposti ntbagħtu lill-KEPD għal konsultazzjoni fis-6 ta’ Diċembru 2011.

2.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li huwa kkonsultat mill-Kummissjoni u jirrakkomanda li fil-preambolu tad-Direttiva tiġi inkluża referenza għal din l-Opinjoni. Diġà ġiet inkluża referenza għall-konsultazzjoni tal-KEPD fil-preambolu tar-Regolament propost.

3.

F’din l-Opinjoni, il-KEPD jindirizza kwistjonijiet relatati mad-Direttiva 2006/43/KE li jmorru lil hinn minn dak kopert mill-emendi proposti. Jisħaq fuq l-implikazzjonijiet potenzjali għall-protezzjoni tad-data tad-Direttiva stess (3). L-analiżi ppreżentata f’din l-Opinjoni hija direttament relevanti għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti u għal proposti pendenti u possibbli oħrajn fil-ġejjieni li jkun fihom dispożizzjonijiet simili, bħal dawk diskussi fl-Opinjonijiet tal-KEPD fuq il-pakkett leġiżlattiv dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni bankarja, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MiFID/MiFIR) u l-abbuż tas-suq (4). Għaldaqstant, il-KEPD jirrakkomanda li din l-Opinjoni tinqara flimkien mal-Opinjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Frar 2012 dwar l-inizjattivi msemmija hawn fuq.

Għanijiet u kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta

4.

Il-Kummissjoni tqis lid-ditti tal-awditjar bħala atturi li kkontribwew għall-kriżi finanzjarja, u tfittex li tindirizza r-rwol tal-awdituri fil-kriżi – jew tabilħaqq ir-rwol li missu kellhom. Il-Kummissjoni tiddikkjara wkoll li awditjar robust huwa fundamentali biex jerġgħu jinbnew il-fiduċja u l-kunfidenza fis-suq.

5.

Il-Kummissjoni ssemmi wkoll li huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-awdituri huma fdati mil-liġi sabiex iwettqu awditjar statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-kumpaniji li jgawdu minn responsabilità limitata u/jew li huma awtorizzati jipprovdu servizzi fis-settur finanzjarju. Din il-fiduċja twieġeb għat-twettiq tar-rwol soċjali ta’ għoti ta’ opinjoni dwar il-verità u l-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ dawk il-kumpaniji.

6.

Fl-aħħar, skont il-Kummissjoni, il-kriżi finanzjarja xeħtet dawl fuq dgħjufijiet fl-awditjar statutorju speċjalment fir-rigward tal-Entitajiet ta’ Interess Pubbliku (PIE - Public Interest Entities). Dawn huma entitajiet ta’ interess pubbliku notevoli minħabba n-negozju, id-daqs u n-numru ta’ impjegati jew l-istatus korporattiv tagħhom, inkella għaliex għandhom firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati.

7.

Biex tindirizza dan it-tħassib, il-Kummissjoni ppubblikat proposta biex tiġi emendata d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji, li tikkonċerna l-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ awdituri u ditti tal-awditjar, il-prinċipji dwar l-etika professjonali, is-segretezza professjonali, l-indipendenza u r-rapportar kif ukoll ir-regoli dwar is-superviżjoni assoċjati. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll Regolament ġdid dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ awditjar bħal dan.

8.

Il-Kummissjoni tipproponi li d-Direttiva 2006/43/KE għandha tapplika f’sitwazzjonijiet mhux koperti mir-Regolament propost. Għaldaqstant, huwa importanti li tiġi introdotta separazzjoni ċara bejn iż-żewġ testi legali. Dan ifisser li d-dispożizzjonijiet attwali fid-Direttiva 2006/43/KE relatati biss mat-twettiq tal-awditjar statutorju fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u kkonsolidati tal-entitajiet ta’ interess pubbliku jiddaħħlu u jiġu emendati kif xieraq fir-Regolament propost.

Skop tal-Opinjoni tal-KEPD

9.

F’ċerti każijiet, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas legali għall-awditjar statutorju jistgħu jaffettwaw id-drittijiet tal-individwi relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. Id-Direttiva 2006/43/KE fl-għamla attwali u emendata tagħha u r-Regolament propost fihom dispożizzjonijiet li jista’ jkollhom implikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-data għall-individwi kkonċernati.

Konklużjonijiet

46.

Il-KEPD huwa sodisfatt bl-attenzjoni mogħtija b’mod speċifiku għall-protezzjoni tad-data fir-Regolament propost, iżda identifika lok għal xi titjib.

47.

Il-KEPD jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

għandu jinkiteb mill-ġdid l-Artikolu 56 tar-Regolament propost u tiddaħħal dispożizzjoni fid-Direttiva 2006/43/KE li tenfasizza l-applikabilità sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data u li tieħu post il-bosta referenzi fl-artikoli differenti tar-Regolament propost b’dispożizzjoni ġenerali waħda li tirreferi għad-Direttiva 95/46/KE kif ukoll għar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-KEPD jissuġġerixxi li tiġi ċċarata r-referenza għad-Direttiva 95/46/KE billi jiġi speċifikat li d-dispożizzjonijiet sejrin japplikaw b’konformità mar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE;

jiġi speċifikat it-tip ta’ informazzjoni personali li tista’ tiġi pproċessata skont id-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament propost, sabiex jiġu definiti l-iskopijiet li għalihom tista’ tiġi pproċessata data personali mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati u jiġi stabbilit perjodu ta’ żamma ta’ data preċiż, neċessarju u proporzjonat għat-tali pproċessar;

fir-rigward tar-riskji kkonċernati rigward it-trasferimenti ta’ data lejn pajjiżi terzi, il-KEPD jirrakkomanda li fl-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/43/KE jingħad ukoll li fin-nuqqas ta’ livell adegwat ta’ protezzjoni, għandha ssir evalwazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ. Jirrakkomanda wkoll li tiġi inkluża referenza simili u l-evalwazzjoni fuq bażi ta’ każ b’każ fid-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament propost;

il-perjodu minimu ta’ żamma ta’ data ta’ ħames snin fl-Artikolu 30 tar-Regolament jinbidel f’perjodu massimu ta’ żamma. Il-perjodu magħżul għandu jkun neċessarju u proporzjonat għall-iskop li għalih tkun ipproċessata d-data;

jissemma’ l-iskop tal-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet fl-Artikoli kkonċernati fid-Direttiva 2006/43/KE u fir-Regolament propost u jiġu spjegati n-neċessità u l-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni kemm fil-premessi tad-Direttiva 2006/43/KE kif ukoll f’dawk tar-Regolament propost. Jirrakkomanda wkoll li l-pubblikazzjoni għandha tiġi deċiża fuq bażi ta’ każ b’każ u li għandha tingħata l-possibilità li tiġi ppubblikata inqas informazzjoni minn dik li hemm bżonn bħalissa;

jiġi pprovdut għal salvagwardji adegwati rigward il-pubblikazzjoni mandatorja ta’ sanzjonijiet u jiġi żgurat rispett tal-preżunzjoni ta’ innoċenza, id-dritt tal-persuni kkonċernati li jappellaw, is-sigurtà/il-preċiżjoni tad-data u t-tħassir tagħha wara perjodu ta’ żmien adegwat;

tiżdied dispożizzjoni fl-Artikolu 66(1) tar-Regolament propost li tgħid li: “l-identità ta’ dawn il-persuni għandha tkun garantita fl-istadji kollha tal-proċedura, sakemm id-divulgazzjoni ma tkunx meħtieġa mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċeduri ġudizzjarji sussegwenti”;

jitneħħa l-kliem ‘mal-prinċipji stabiliti’ mill-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament propost.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ April 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  COM(2011) 778.

(2)  COM(2011) 779.

(3)  Il-KEPD ma ġiex ikkonsultat mill-Kummissjoni dwar il-proposta għal Direttiva 2006/43/KE dwar l-awditjar statutorju; id-Direttiva stess ġiet adottata fis-17 ta’ Mejju 2006.

(4)  L-Opinjonijiet tal-KEPD tal-10 ta’ Frar 2012, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu


6.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/7


Sommarju eżekuttiv tal-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2012/C 336/05

1.   Introduzzjoni

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fit-28 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni bit-titolu “Il-Ġlieda kontra l-Kriminalità f’din l-Era Diġitali: It-Twaqqif ta’ Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità” (1).

2.

Il-KEPD jinnota li l-Kunsill ippubblika l-Konklużjonijiet tiegħu dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità fis-7-8 ta' Ġunju 2012 (2). Il-Kunsill japprova l-miri tal-Komunikazzjoni, jappoġġja t-twaqqif taċ-Ċentru (imsejjaħ ukoll “EC3”) fl-Europol u l-użu tal-istrutturi eżistenti biex jaħdmu flimkien ma’ oqsma oħra tal-kriminalità, jikkonferma li l-EC3 għandu jservi bħala punt fokali fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, u li l-EC3 sejjer jikkoopera mill-qrib mal-aġenziji u ma’ atturi rilevanti f’livell internazzjonali, u jappella lill-Kummissjoni f'konsultazzjoni mal-Europol biex telabora aktar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompiti speċifiċi li sejrin ikunu meħtieġa biex jagħmlu l-EC3 operattiv sal-2013. Madankollu, il-Konklużjonijiet ma jirreferux għall-importanza tad-drittijiet fundamentali, u b’mod partikolari, għall-protezzjoni tad-dejta fit-twaqqif tal-EC3.

3.

Qabel l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, il-KEPD kien ingħata l-possibbiltà li jipprovdi kummenti informali dwar l-abbozz ta’ Komunikazzjoni. Fil-kummenti informali tiegħu, il-KEPD enfasizza li l-protezzjoni tad-dejta hija aspett essenzjali li għandha tittieħed f’kunsiderazzjoni fit-twaqqif taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità (minn hawn ’il quddiem “EC3”). Sfortunatament, il-Komunikazzjoni ma ħaditx f’kunsiderazzjoni l-kummenti magħmula fl-istadju informali. Barra minn hekk, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill jitolbu li jiġi żgurat li sas-sena d-dieħla, iċ-Ċentru jkun diġà operattiv. Din hija r-raġuni għala l-protezzjoni tad-dejta għandha tittieħed f'kunsiderazzjoni fil-passi li jmiss li diġà sejrin jittieħdu fuq perjodu ta' żmien qasir ħafna.

4.

Din l-opinjoni tindirizza l-importanza tal-protezzjoni tad-dejta waqt it-twaqqif tal-EC3, u tipprovdi suġġerimenti speċifiċi li jistgħu jittieħdu f’kunsiderazzjoni waqt it-twaqqif tat-termini ta’ referenza għall-EC3 u fir-reviżjoni leġiżlattiva tal-qafas legali tal-Europol. Filwaqt li jaġixxi fuq l-inizjattiva tiegħu stess, il-KEPD għalhekk adotta l-Opinjoni attwali bbażata fuq l-Artikolu 41 (2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

1.2.   Ambitu tal-Komunikazzjoni

5.

Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tindika l-intenzjoni li toħloq Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità bħala prijorità tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna (3).

6.

Il-Komunikazzjoni tipprovdi lista mhux eżawrjenti ta’ diversi aspetti ta’ ċiberkriminalità li fuqhom huwa mistenni jiffoka l-EC3: ċiberkriminalità mwettqa minn gruppi tal-kriminalità organizzata, b'mod partikolari dawk li jiġġeneraw profitti kriminali kbar bħal frodi online, ċiberkriminalità li tikkawża ħsara serja lill-vittmi tagħha, bħall-isfruttament sesswali online tat-tfal, u ċiberkriminalità li taffettwa serjament sistemi kritiċi tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT) fl-Unjoni.

7.

Fir-rigward tal-ħidma taċ-Ċentru, il-Komunikazzjoni telenka erba’ kompiti ewlenin (4):

jservi bħala l-punt fokali ta’ informazzjoni għaċ-ċiberkriminalità Ewropea;

jiġbor flimkien l-għarfien espert dwar iċ-ċiberkriminalità Ewropea biex jappoġġja l-Istati Membri fil-bini ta’ kapaċità;

jipprovdi appoġġ għall-investigazzjonijiet taċ-ċiberkriminalità tal-Istati Membri;

isir il-leħen kollettiv tal-investigaturi taċ-ċiberkriminalità Ewropea fl-oqsma kollha tal-infurzar tal-liġi u tal-ġudikatura.

8.

L-informazzjoni pproċessata mill-EC3 sejra tinġabar mill-firxa l-aktar wiesgħa ta’ sorsi pubbliċi, privati u miftuħa, tarrikkixxi d-dejta disponibbli tal-pulizija, u tkun tikkonċerna attivitajiet, metodi u suspettati taċ-ċiberkriminalità. L-EC3 sejjer jikkollabora direttament ukoll ma’ aġenziji u korpi Ewropej oħra. Dan sejjer iseħħ permezz tal-parteċipazzjoni ta’ dawn l-entitajiet fil-Bord tal-Programm tal-EC3 u wkoll permezz ta’ kooperazzjoni operattiva fejn rilevanti.

9.

Il-Kummissjoni tipproponi li l-EC3 ikun l-interfaċċja naturali għall-attivitajiet taċ-ċiberkriminalità tal-Europol u ta’ unitajiet oħrajn tal-pulizija internazzjonali taċ-ċiberkriminalità. Fi sħubija mal-Interpol u ma’ msieħba strateġiċi oħrajn madwar id-dinja, l-EC3 għandu wkoll ifittex li jtejjeb ir-rispons ikkoordinat fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità.

10.

F'termini prattiċi, il-Kummissjoni tipproponi li toħloq dan l-EC3 bħala parti mill-Europol. L-EC3 sejjer ikun parti mill-Europol  (5) u, għalhekk, sejjer jitpoġġa taħt ir-reġim legali tal-Europol (6).

11.

Skont il-Kummissjoni Ewropea (7), in-novitajiet ewlenin li l-EC3 propost sejjer iġib lill-attivitajiet attwali tal-Europol sejrin ikunu: (i) aktar riżorsi biex ikun hemm ġbir aktar effiċjenti ta’ informazzjoni minn sorsi varji (ii) l-iskambju ta’ informazzjoni ma’ msieħba lil hinn mill-komunità tal-infurzar tal-liġi (prinċipalment mis-settur privat).

1.3.   Fokus tal-Opinjoni

12.

F’din l-opinjoni, il-KEPD ifittex li:

jitlob lill-Kummissjoni tiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet tal-EC3, safejn ikunu rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta;

jivvaluta l-attivitajiet previsti fil-kuntest tal-qafas legali attwali tal-Europol, speċjalment il-kompatibilità tagħhom mal-qafas;

jenfasizza l-aspetti rilevanti fejn il-leġiżlatur għandu jintroduċi aktar dettall fil-kuntest tar-reviżjoni futura tar-reġim legali tal-Europol biex jiġi żgurat livell ogħla ta’ protezzjoni tad-dejta.

13.

L-opinjoni hija organizzata kif ġej. Parti 2.1 telabora għala l-protezzjoni tad-dejta hija element essenzjali fit-twaqqif tal-EC3. Parti 2.2 tittratta l-kompatibilità tal-għanijiet stabbiliti għall-EC3 fil-Komunikazzjoni mal-mandat legali tal-Europol. Parti 2.3 tittratta l-kooperazzjoni mas-settur privat u mal-imsieħba internazzjonali.

3.   Konklużjonijiet

50.

Il-KEPD iqis li l-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità hija pedament fil-bini ta’ sikurezza u sigurtà fl-ispazju diġitali u fil-ġenerazzjoni tal-fiduċja meħtieġa. Il-KEPD jinnota li l-konformità mas-sistemi għall-protezzjoni tad-dejta għandha titqies bħala parti integrali tal-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità u mhux bħala deterrent tal-effikaċja tagħha.

51.

Il-Komunikazzjoni tirreferi għat-twaqqif ta’ Ċentru Ewropew ġdid taċ-Ċiberkriminalità fl-Europol filwaqt li Ċentru taċ-Ċiberkriminalità tal-Europol diġà ilu jeżisti għal għadd ta’ snin. Il-KEPD jixtieq li tiġi pprovduta aktar ċarezza dwar il-kapaċitajiet ġodda u l-attivitajiet li sejrin jiddistingwu l-EC3 il-ġdid miċ-Ċentru taċ-Ċiberkriminalità eżistenti tal-Europol.

52.

Il-KEPD jagħti parir li l-kompetenzi tal-EC3 għandhom jiġu definiti b'mod ċar u mhux biss stabbiliti b’referenza għall-kunċett ta’ “Kriminalità tal-Kompjuter” inkluż fil-leġiżlazzjoni attwali tal-Europol. Barra minn hekk, id-definizzjoni tal-kompetenzi u s-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta tal-EC3 għandhom ikunu parti mir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Europol. Sakemm il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-Europol issir applikabbli, il-KEPD jirrakkomanda li l-Kummissjoni tressaq kompetenzi u salvagwardji bħal dawn għall-protezzjoni tad-dejta fit-termini ta’ referenza għaċ-Ċentru. Dawn jistgħu jinkludu:

definizzjoni ċara f'liema kompiti tal-ipproċessar tad-dejta (b'mod partikolari, investigazzjonijiet u attivitajiet operattivi ta’ appoġġ) jista' jkun involut fihom il-persunal taċ-Ċentru, waħdu jew f'kollaborazzjoni ma’ timijiet investigattivi konġunti, u

proċeduri ċari li min-naħa waħda jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet individwali (inkluż id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta), u min-naħa l-oħra jipprovdu garanziji li l-evidenza tkun inkisbet legalment u tista’ tintuża quddiem qorti.

53.

Il-KEPD jikkunsidra li l-iskambji ta’ dejta personali tal-EC3 mal-“firxa l-aktar wiesgħa ta’ atturi pubbliċi, privati u miftuħa” jimplikaw riskji speċifiċi għall-protezzjoni tad-dejta peress li spiss jinvolvu l-ipproċessar ta’ dejta miġbura għal skopijiet kummerċjali u trasferimenti internazzjonali tad-dejta. Dawn ir-riskji ġew indirizzati mid-Deċiżjoni attwali tal-Europol li tistabbilixxi li, b'mod ġenerali, l-Europol m'għandux jiskambja dejta direttament mas-settur privat, u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali speċifiċi f'ċirkostanzi konkreti biss.

54.

F'dan l-isfond, u minħabba l-importanza ta’ dawn iż-żewġ attivitajiet għall-EC3, il-KEPD jirrakkomanda li għandhom jiġu pprovduti salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dejta skont id-dispożizzjonijiet eżistenti fid-Deċiżjoni tal-Europol. Dawn is-salvagwardji għandhom jiġu integrati fit-termini ta’ referenza li għandhom jiġu elaborati mit-tim ta’ implimentazzjoni għall-EC3 (u aktar tard fil-qafas legali rivedut tal-Europol) u fl-ebda każ ma għandhom iwasslu għal livell aktar baxx ta’ protezzjoni tad-dejta.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2012.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  Iċ-Ċiberkriminalità mhijiex definita fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

(2)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità t-3172 laqgħa tal-Kunsill ĠUSTIZZJA u AFFARIJIET INTERNI Lussemburgu, 7 u 8 ta’ Ġunju 2012.

(3)  L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-azzjoni: ħames passi lejn Ewropa aktar sikura. KUMM(2010) 673 finali, 22 ta’ Novembru 2010. Ara wkoll l-opinjoni tal-KEPD dwar din il-Komunikazzjoni, maħruġa fis-17 ta’ Diċembru 2010 (ĠU C 101, 1.4.2011, p. 6).

(4)  Komunikazzjoni p. 4-5.

(5)  Kif rakkomandat mill-istudju ta’ fattibbiltà ppubblikat fi Frar 2012 li jevalwa l-opinjonijiet differenti disponibbli (l-istatus quo, ospitat mill-Europol, propjetà ta’/jagħmel parti miċ-Ċentru virtwali, Europol,). http://ec.europa.eu/home-affairs/doc_centre/crime/docs/20120311_final_report_feasibility_study_for_a_european_cybercrime_centre.pdf

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (2009/371/ĠAI).

(7)  Stqarrija għall-istampa tat-28 ta’ Marzu. Mistoqsijiet Komuni: iċ-Ċentru Ewropew l-ġdid taċ-Ċiberkriminalità Referenza: MEMO/12/221 Data: 28.3.2012 http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=MEMO/12/221


6.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/10


Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (riformulazzjoni)

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab fil-lingwi EN, FR u DE fuq is-sit elettroniku tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2012/C 336/06

1.   Daħla

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fit-30 ta’ April 2012, il-Kummissjoni adottat proposta li tikkonċerna riformulazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1104/2008 ta’ Ottubru 2008 dwar il-Migrazzjoni mis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (1) (“il-proposta”).

2.

Il-KEPD diġà ħareġ Opinjoni dwar it-tliet Proposti li jistabbilixxu s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni fid-19 ta’ Ottubru 2005 (2). F’dak iż-żmien, il-KEPD iffoka l-analiżi tiegħu fuq il-ħtieġa li jiġu llimitati d-drittijiet għall-aċċess u l-perjodi ta’ żamma, kif ukoll fuq il-ħtieġa li tiġi pprovduta l-informazzjoni lis-suġġetti tad-dejta. Huwa rrimarka wkoll li l-funzjonalità ġdida tal-konnessjonijiet bejn ir-reġistri ma għandhiex twassal għal estensjoni tad-drittijiet għall-aċċess. Rigward id-disinn tekniku tas-SIS II, huwa rrakkomanda li jsir titjib fil-miżuri ta’ sigurtà u wissa kontra l-użu ta’ kopji nazzjonali.

3.

Il-KEPD jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-migrazzjoni għas-SIS II (3). Fost l-oħrajn, il-Kunsill stieden lill-Istati Membri sabiex:

jimplimentaw, mill-aktar fis possibbli, il-mekkaniżmi korrettivi u preventivi (għat-twissijiet attwali tas-SIS 1+ u t-twissijiet ġodda tas-SIS 1+ rispettivament), sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu adattati għar-rekwiżiti tal-kwalità tad-dejta stabbiliti għat-twissijiet tas-SIS II;

qabel it-tnedija tal-migrazzjoni tad-dejta tas-SIS 1+ għas-SIS II, janalizzaw għal darba oħra l-konformità tat-twissijiet attwali mad-dizzjunarji tas-SIS II, bil-għan li jiżguraw li dawn ikunu konformi mal-verżjoni finali ta’ dawk id-dizzjunarji;

permezz tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-kwalità tad-dejta tas-SIS, jimmonitorjaw sistematikament il-preċiżjoni tat-twissijiet imdaħħlin fis-sistema nazzjonali tas-SIS 1+, b’dan ikun essenzjali sabiex jiġi żgurat l-użu mingħajr inkwiet tal-mekkaniżmu ta’ identifikazzjoni/identifikazzjoni tad-dizzjunarju.

4.

Qabel l-adozzjoni tal-Proposta preżenti tal-Kummissjoni, il-KEPD ingħata l-possibbiltà li jipprovdi kummenti informali dwar l-abbozz ta’ Proposta. F’dawn il-kummenti, il-KEPD esprima t-tħassib tiegħu fuq l-aspetti differenti tal-Migrazzjoni li fil-fehma tiegħu għandhom jiġu kkjarifikati. Sfortunatament, it-test adottat ma ħax f’kunsiderazzjoni l-kummenti li saru matul l-istadju informali u għalhekk ma pprovdiex il-kjarifiki meħtieġa.

3.   Konklużjonijiet

61.

Il-migrazzjoni tad-dejta li tinsab fis-SIS għas-SIS II hija operazzjoni li x’aktarx tinvolvi riskji speċifiċi mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta. Filwaqt li l-KEPD jilqa’ l-isforzi li saru sabiex jiġi żgurat li din il-migrazzjoni sseħħ b’mod konformi għal kollox mal-liġi, huwa għandu xi rakkomandazzjonijiet x’jagħmel sabiex il-proposta tkompli tittejjeb.

62.

Il-KEPD jilqa’ b’mod partikolari l-fatt li skont id-dispożizzjonijiet il-ġodda, il-qafas legali għas-SIS II jidħol fis-seħħ ladarba l-ewwel Stat Membru jkun wettaq il-bidla b’suċċess. Dan huwa rilevanti billi skont il-leġiżlazzjoni l-antika, il-qafas legali tas-SIS II seta’ jidħol fis-seħħ biss ladarba l-Istati Membri kollha jkunu wettqu l-migrazzjoni għas-SIS II, xi ħaġa li setgħet toħloq ambigwità legali, partikolarment fir-rigward ta’ funzjonijiet ġodda.

63.

Dan l-approċċ għandu jiġi vvalutat mill-perspettiva tas-superviżjoni. Fil-fehma tal-KEPD, huwa għandu jirriżulta fi trasferiment ta’ responsabbiltajiet matul il-migrazzjoni li jista’ jkollhom effetti negattivi u jaffettwaw is-salvagwardji li tipprovdi s-superviżjoni fil-mument meta tkun l-aktar meħtieġa. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li l-mekkaniżmu ta’ superviżjoni kkoordinata għandu jkun applikabbli mill-bidu tal-migrazzjoni. Ir-riformulazzjoni għandha tipprovdi għal dan l-approċċ.

64.

Il-KEPD huwa tal-opinjoni li l-aspetti essenzjali tal-migrazzjoni għandhom jiġu kkjarifikati aktar fit-test tar-Regolament u ma jitħallewx għal strumenti oħrajn, bħall-Pjan tal-Migrazzjoni. B’mod partikolari, dan jikkonċerna:

L-ambitu tal-migrazzjoni. Għandu jkun assolutament ċar liema kategoriji ta’ dejta jiġu trasferiti u liema le, kif ukoll jekk il-migrazzjoni tinvolvix xi trasformazzjoni tad-dejta, u jekk iva, liema huma dawk il-bidliet.

Il-ħtieġa ta’ valutazzjoni tar-riskju. Huwa importanti li titwettaq valutazzjoni tar-riskju għall-migrazzjoni, bir-riżultati jiġu applikati fi pjan ta’ sigurtà speċifiku.

L-illoggjar tad-dejta. Għalkemm it-test propost fih artikolu speċifiku, l-enfasi ta’ dan l-artikolu tirreferi primarjament għall-attivitajiet ta’ ipproċessar regolari tas-SIS II minflok għall-attivitajiet speċifiċi ta’ ipproċessar tad-dejta tal-migrazzjoni, u t-test jippreżenta dispożizzjoni simili għal dik li hemm fir-Regolament ewlieni tas-SIS II. Fil-fehma tal-KEPD, ir-Regolament għandu jkollu klawżola speċifika li tiddetermina x’għandu jiġi rreġistrat, għal kemm żmien, u b’liema skop iffokat fuq l-attivitajiet tal-migrazzjoni.

65.

Il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu jsaħħaħ l-obbligi tal-ittestjar billi jikkjarifika:

It-testijiet ta’ qabel il-migrazzjoni għandhom jinkludu wkoll l-elementi li ġejjin:

(i)

l-aspetti funzjonali kollha assoċjati mal-proċess tal-migrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11 tal-proposta u kwistjonijiet oħrajn bħall-kwalità tad-dejta li għandha tiġi trasferita;

(ii)

elementi mhux funzjonali bħas-sigurtà;

(iii)

kwalunkwe miżuri u kontrolli speċifiċi biex inaqqsu r-riskji tal-migrazzjoni.

Fir-rigward tat-testijiet komprensivi, il-KEPD jirrakkomanda li l-proposta għandha tipprovdi kriterji aktar ċari sabiex jiġi definit jekk dawk it-testijiet irriżultawx f’suċċess jew inkella f’falliment.

Wara li titlesta l-bidla ta’ Stat Membru, għandu jkun possibbli li jiġu vvalidati r-riżultati. Ir-Regolament għandu jesiġi wkoll li dawn it-testijiet ta’ validazzjoni jkunu ta’ suċċess sabiex il-bidla ta’ Stat Membru għas-SIS II tkun tista’ titqies bħala suċċess. Għaldaqstant, dawn it-testijiet għandhom jitwettqu bħala prekundizzjoni sabiex jippermettu l-funzjonalità sħiħa tas-SIS II minn dak l-Istat Membru.

Fir-rigward tal-użu ta’ dejta tat-test matul il-migrazzjoni, il-KEPD jixtieq jenfasizza li jekk “id-dejta tat-test” għandha tkun ibbażata fuq dejta reali “kriptata” mis-SIS, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiġi żgurat li jkun impossibbli li tiġi rikostruwita dejta reali minn din id-dejta tat-test.

66.

Il-miżuri ta’ sigurtà preventiva huma milqugħa b’mod speċjali, u l-KEPD jirrakkomanda li fit-test tar-riformulazzjoni tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika li titlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jiżguraw livell ta’ sigurtà adegwat għar-riskji rrappreżentati mill-migrazzjoni u kif ukoll min-natura speċifika tad-dejta personali li għandha tiġi pproċessata, abbażi tar-rekwiżiti tal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Għandhom jiġu kkunsidrati aspetti ta’ sigurtà ġenerali:

(i)

tiġi rikonoxxuta n-natura speċifika tal-attivitajiet ta’ ipproċessar tad-dejta assoċjati mal-migrazzjoni;

(ii)

jiġu stabbiliti xi linji gwida ġenerali li jikkonċernaw il-miżuri li għandhom jittieħdu (pereżempju li d-dejta għandha tiġi trasferita biss bejn żewġ sistemi jekk dawn ikunu kriptati b’mod adegwat);

(iii)

jiġi stabbilit li l-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri, u b’mod partikolari ma’ Franza, għandhom jiżviluppaw pjan ta’ sigurtà speċifiku, wara l-evalwazzjoni tar-riskji possibbli assoċjati mal-migrazzjoni, fi żmien xieraq qabel il-migrazzjoni.

Huma meħtieġa wkoll klawżoli speċifiċi sabiex tiġi protetta l-integrità tad-dejta, u l-KEPD għandu jirrakkomanda li fir-Regolament jew f’Deċiżjoni speċifika tal-Kummissjoni jiġu inklużi l-miżuri li ġejjin:

(i)

anness bir-regoli tal-immappjar u l-validazzjoni applikabbli fil-konverżjoni, sabiex ikun faċli li jiġi vverifikat jekk il-laxkar tar-regoli tas-SIS II huwiex konformi mar-Regolament tas-SIS II;

(ii)

dispożizzjoni li tiddefinixxi r-responsabbiltà tal-atturi differenti fl-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ dejta anomala;

(iii)

rekwiżit sabiex tiġi ttestjata b’mod sħiħ, qabel il-migrazzjoni, il-konformità tad-dejta li għandha tiġi trasferita mar-regoli tal-integrità tas-SIS II.

Jiġu pprovduti l-mezzi għat-tneħħija tas-sistema l-antika. Wara l-migrazzjoni, il-kwistjoni ta’ x’sejjer isir mit-tagħmir tekniku tas-SIS 1+ issir waħda urġenti. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li l-proposta jew Deċiżjoni speċifika tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien preċiż għal din iż-żamma, flimkien ma’ obbligu li jittieħdu miżuri tekniċi xierqa bil-għan li jiġi żgurat it-tħassir sigur tad-dejta wara li titlesta l-migrazzjoni u wara li jgħaddi l-perjodu ta’ monitoraġġ intensiv.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2012.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2012) 81 finali.

(2)  Opinjoni tal-KEPD tad-19 ta’ Ottubru 2005 dwar it-tliet Proposti li jirrigwardaw is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU C 91, 19.4.2006, p. 38).

(3)  It-3135 laqgħa tal-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni fi Brussell, bejn it-13 u l-14 ta’ Diċembru 2011, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill.


6.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/13


Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tas-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar id-depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li temenda d-Direttiva 98/26/KE

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR & DE fis-sit tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2012/C 336/07

1.   Daħla

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fis-7 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tas-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar id-depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) u li temenda d-Direttiva 98/26/KE (“il-proposta”). Din il-proposta ntbagħtet lill-KEPD għal konsultazzjoni fl-istess jum.

2.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni u jirrakkomanda li r-referenzi għal din l-Opinjoni jkunu inklużi fil-preamboli tar-Regolament propost.

3.

Il-proposta fiha dispożizzjonijiet li f’ċerti każijiet jista' jkollhom implikazzjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta għall-individwi kkonċernati bħas-setgħat investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti, l-iskambju ta’ informazzjoni, iż-żamma ta’ rekords, l-esternalizzazzjoni tal-attivitajiet, il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet u r-rapportar ta’ ksur.

4.

Hemm dispożizzjonijiet simili għal dawk imsemmija f’din l-Opinjoni f’bosta proposti pendenti u futuri possibbli, bħal dawk diskussi fl-Opinjonijiet tal-KEPD dwar il-Fondi Ewropej ta’ Kapital ta’ Riskju u l-Fondi ta’ Intraprenditorija Soċjali Ewropej (1), il-pakkett leġiżlattiv dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni bankarja, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MiFID/MiFIR) u l-abbuż tas-suq (2). Għaldaqstant, il-KEPD jirrakkomanda l-qari ta’ din l-Opinjoni b’konnessjoni mill-qrib mal-Opinjonijiet tiegħu dwar l-inizjattivi msemmija hawn fuq.

1.2.   Għanijiet u ambitu tal-Proposta

5.

Kull kummerċ fit-titoli ġewwa jew barra post tan-negozju huwa segwit minn fluss ta’ proċessi ta’ wara n-negozju, li jwasslu għas-saldu tal-kummerċ, li jfisser l-għoti ta’ titoli lix-xerrej għall-għoti ta’ flus kontanti lill-bejjiegħ. Is-CSDs huma istituzzjonijiet ewlenin li jippermettu s-saldu billi jħaddmu dawk li jissejħu sistemi ta’ saldu ta’ titoli. Dawn huma l-istituzzjonijiet li jiffaċilitaw it-tranżazzjonijiet konklużi fis-swieq. Is-CSDs jiżguraw ukoll ir-reġistrar inizjali u l-manutenzjoni ċentrali tal-kontijiet tat-titoli li jirreġistraw kemm-il titolu nħareġ, minn min u kull bidla fiż-żamma ta’ dawk it-titoli.

6.

Filwaqt li huma ġeneralment siguri u effiċjenti fi ħdan il-fruntieri nazzjonali, is-CSDs jingħaqdu u jikkomunikaw b’mod inqas sigur bejn il-fruntieri, u dan ifisser li investitur iħabbat wiċċu ma' riskji u spejjeż akbar meta jagħmel investiment transkonfinali. In-nuqqas ta’ suq intern uniku effiċjenti għas-saldu jqajjem ukoll tħassib serju ieħor bħal pereżempju l-limitazzjoni tal-aċċess tal-emittenti tat-titoli għas-CSDs, reġimi u regoli ta’ liċenzjar nazzjonali differenti għas-CSDs madwar l-UE u kompetizzjoni limitata bejn is-CSDs nazzjonali differenti. Dawn l-ostakli jirriżultaw f’suq frammentat ħafna filwaqt li t-tranżazzjonijiet transkonfinali fl-Ewropa qegħdin dejjem jiżdiedu u s-CSDs qegħdin isiru dejjem aktar interkonnessi.

7.

Il-proposta għandha l-għan li tindirizza dawn il-problemi billi tintroduċi l-obbligu li t-titoli trasferibbli kollha jiġu rrappreżentati f’format ta’ entrata fil-kotba u li dawn jiġu rreġistrati fis-CSDs qabel ma jiġu nnegozjati f’ċentri regolati, u b’hekk tarmonizza l-perjodi tas-saldu u r-reġimi dixxiplinarji tas-saldu madwar l-UE, u tintroduċi sett ta’ regoli komuni li jindirizzaw ir-riskji tal-operazzjonijiet u s-servizzi tas-CSDs.

8.

Il-proposta sejra tagħlaq il-qafas regolatorju għall-infrastrutturi tas-suq tat-titoli, flimkien mad-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (MiFID) għaċ-ċentri tan-negozjar, u l-proposta għal Regolament dwar tranżazzjonijiet tad-derivattivi (EMIR) għall-Kontropartijiet Ċentrali.

3.   Konklużjonijiet

48.

Il-KEPD jilqa’ l-attenzjoni mogħtija b’mod speċifiku lill-protezzjoni tad-dejta fil-proposta.

49.

Il-KEPD jagħmel dawn ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

L-inklużjoni tar-referenzi għal din l-Opinjoni fil-preambolu tal-proposta;

Jinkitbu mill-ġdid id-dispożizzjonijiet li jenfasizzaw l-applikabbiltà sħiħa tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tad-dejta f’dispożizzjoni waħda ġenerali li tirreferi għad-Direttiva 95/46/KE kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u tiġi ċċarata r-referenza għad-Direttiva 95/46/KE billi jiġi speċifikat li d-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw skont ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. Il-KEPD barra minn hekk jirrakkomanda l-inklużjoni ta’ dan it-tip ta’ dispożizzjoni ġenerali f’dispożizzjoni sostantiva tal-proposta;

Jitnaqqas l-aċċess tal-awtoritajiet kompetenti għal dokumenti u informazzjoni sabiex jidentifikaw b’mod speċifiku kwalunkwe ksur serju tal-proposta u f’każijiet fejn jeżisti suspett raġonevoli (li għandu jkun issostanzjat minn evidenza inizjali konkreta) li sar xi ksur;

Jiddaħħal rekwiżit li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu dokumenti u informazzjoni permezz ta’ deċiżjoni formali, li fiha jispeċifikaw il-bażi legali u l-iskop tat-talba u liema informazzjoni hija meħtieġa, il-limitu ta’ żmien li fih l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta kif ukoll id-dritt tal-indirizzatt li jitlob ir-reviżjoni tad-deċiżjoni minn Qorti;

Ikun speċifikat it-tip ta’ informazzjoni personali li tista’ tiġi pproċessata u trasferita taħt il-proposta, jiġu definiti l-għanijiet li għalihom id-dejta personali tista’ tkun ipproċessata u trasferita mill-awtoritajiet kompetenti u jiġi ffissat perjodu ta’ żamma tad-data proporzjonat għall-ipproċessar imsemmi hawn fuq jew għall-inqas jiddaħħlu kriterji eżatti għall-istabbiliment tiegħu;

Fid-dawl tar-riskji kkonċernati rigward it-trasferimenti ta’ dejta lil pajjiżi terzi, jiżdiedu fl-Artikolu 23.7 salvagwardji speċifiċi bħal pereżempju valutazzjoni każ b’każ u l-eżistenza ta’ livell adegwat ta’ protezzjoni ta’ dejta personali fil-pajjiż terz li jirċievi d-dejta personali;

Il-perjodu ta’ żamma minimu ta’ 5 snin jiġi sostitwit fl-Artikolu 27 tal-proposta b’perjodu ta’ żamma massimu meta r-rekords ikun fihom dejta personali. Il-perjodu magħżul għandu jkun meħtieġ u proporzjonat għall-iskop li għalih id-dejta tkun ipproċessata;

Jinkiteb mill-ġdid l-Artikolu 28.1 (i) kif ġej: ‘Is-CSD jiżgura li l-fornitur tas-servizz jipprovdi s-servizzi tiegħu f’konformità sħiħa mar-regoli nazzjonali, applikabbli għas-CSD, li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta. Is-CSD huwa responsabbli (…)’;

Tiżdied dispożizzjoni fl-Artikolu 62.2. (b) li tgħid li: ‘l-identità ta’ dawn il-persuni għandha tkun iggarantita f’kull stadju tal-proċedura, sakemm l-iżvelar tagħha jkun meħtieġ bil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjoni ulterjuri jew proċeduri ġudizzjarji sussegwenti’ u jitneħħa mill-Artikolu 62.2 (c) ‘il-prinċipji stabbiliti fi’;

Fid-dawl tad-dubji espressi f’din l-Opinjoni, tiġi vvalutata l-ħtieġa u l-proporzjonalità tas-sistema proposta ta’ pubblikazzjoni obbligatorja tas-sanzjonijiet. Soġġett għall-eżitu tat-test tal-ħtieġa u tal-proporzjonalità, fi kwalunkwe każ jiġu pprovduti salvagwardji xierqa li jiżguraw ir-rispett tal-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt tal-persuni kkonċernati li joġġezzjonaw, is-sigurtà/l-eżattezza tad-data u t-tħassir tagħha wara perjodu adegwat ta’ żmien.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  Opinjoni tal-KEPD tal-14 ta’ Ġunju 2012, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu

(2)  Opinjoni tal-KEPD tal-10 ta’ Frar 2012, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu


6.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/15


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – “Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal”

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2012/C 336/08

I.   Introduzzjoni

I.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fit-2 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni tagħha dwar “Strateġija Ewropea għal Internet Aħjar għat-Tfal” (1) (li minn hawn ’il quddiem sejra tissejjaħ “il-Komunikazzjoni”).

2.

Qabel l-adozzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni, il-KEPD ingħata l-opportunità li jipprovdi kummenti informali. Il-KEPD jilqa’ l-fatt li fil-Komunikazzjoni ttieħdu f’kunsiderazzjoni wħud mill-kummenti informali tiegħu. Fir-rigward tal-importanza tas-suġġett, il-KEPD xorta waħda jixtieq jippreżenta din l-opinjoni fuq inizjattiva personali tiegħu.

I.2.   Għanijiet u sfond tal-Komunikazzjoni

3.

L-għan tal-Komunikazzjoni huwa li tiżviluppa strateġija biex ittejjeb il-protezzjoni tat-tfal fuq l-Internet. Il-Komunikazzjoni tinsab fil-kuntest tal-Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, (2) l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, (3) u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Protezzjoni tat-Tfal fid-Dinja Diġitali. (4)

4.

Il-Komunikazzjoni hija msejsa fuq erba’ pilastri ewlenin:

(1)

stimolu ta’ kontenut fuq l-Internet ta’ kwalità għaż-żgħażagħ;

(2)

żieda fil-ħolqien ta’ kuxjenza u l-għoti ta’ setgħa;

(3)

il-ħolqien ta’ ambjent fuq l-Internet sikur għat-tfal; u

(4)

il-ġlieda kontra abbuż sesswali u sfruttament sesswali ta’ tfal.

5.

Il-Komunikazzjoni tispjega numru ta’ azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-industrija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni, rispettivament. Tkopri kwistjonijiet bħal kontrolli mill-ġenituri, issettjar tal-privatezza, klassifikazzjonijiet skont l-età, għodod ta’ rapportar, linji telefoniċi ta’ assistenza immedjata, u kooperazzjoni bejn l-industrija, il-linji telefoniċi ta’ assistenza immedjata u l-korpi ta’ infurzar tal-liġi

I.3.   Għanijiet u kamp ta’ applikazzjoni tal-Opinjoni tal-KEPD

6.

Il-KEPD jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattivi li għandhom l-għan li jsaħħu l-protezzjoni tat-tfal fuq l-Internet u jtejbu l-mezzi għall-ġlieda kontra l-abbuż ta’ tfal fuq l-Internet (5). F’żewġ Opinjonijiet preċedenti, il-KEPD xeħet dawl fuq l-importanza tal-protezzjoni u s-sikurezza tat-tfal fuq l-Internet f’perspettiva ta’ protezzjoni tad-dejta (6). Jilqa’ l-fatt li dan ġie rikonoxxut fil-Komunikazzjoni.

7.

L-użu dejjem ikbar tal-ambjent diġitali mit-tfal u l-evoluzzjoni kostanti ta’ dan l-ambjent jimponu riskji ġodda għall-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza, li huma esposti fil-punt 1.2.3 tal-Komunikazzjoni. Riskji bħal dawn jinkludu, fost l-oħrajn, l-użu ħażin tad-dejta personali tagħhom, it-tqassim mhux mixtieq tal-profil personali tagħhom fuq siti ta’ netwerks soċjali, l-użu dejjem ikbar tas-servizzi ta’ ġeolokalizzazzjoni, il-fatt li dejjem qegħdin ikunu iktar soġġetti direttament għal kampanji ta’ pubbliċità u għal delitti serji bħal abbuż fuq tfal. Dawn huma riskji partikolari li jridu jiġu indirizzati b’mod li jkun xieraq għall-ispeċifiċità u l-vulnerabilità tal-kategorija tal-individwi f’riskju.

8.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li l-azzjonijiet previsti fil-Komunikazzjoni għandhom jirrispettaw il-qafas dwar il-protezzjoni tad-dejta attwali (inkluża d-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE (7) dwar il-Privatezza Elettronika), id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku 2000/31/KE (8) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u li din tieħu f’kunsiderazzjoni wkoll il-qafas il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-dejta (9). Il-KEPD jisħaq li l-miżuri kollha li jridu jiġu implimentati wara l-Komunikazzjoni għandhom ikunu konsistenti ma’ dan il-qafas.

9.

Din l-Opinjoni tixħet dawl fuq il-kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-protezzjoni tad-dejta li joħorġu mill-miżuri previsti fil-Komunikazzjoni, li jridu jiġu indirizzati kif xieraq mill-indirizzati relevanti kollha tal-Komunikazzjoni, jiġifieri l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-industrija, fejn applikabbli. B’mod partikolari, il-Kapitolu II jixħet dawl fuq il-mezzi speċifiċi li jistgħu jgħinu jtejbu l-protezzjoni u s-sikurezza tat-tfal fuq l-Internet minn perspettiva ta’ protezzjoni tad-dejta. Fil-Kapitolu III, l-Opinjoni tixħet dawl fuq xi kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-dejta li jridu jiġu indirizzati għall-implimentazzjoni ta’ miżuri li għandhom l-għan li jiġġieldu kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali ta’ tfal fuq l-Internet, b’mod partikolari dwar l-użu ta’ għodod ta’ rapportar u l-kooperazzjoni bejn l-industrija, l-infurzar tal-liġi u l-linji telefoniċi ta’ assistenza immedjata.

IV.   Konklużjoni

49.

Il-KEPD jappoġġja l-inizjattivi tal-Komunikazzjoni li tagħmel l-Internet iktar sikur għat-tfal, u fil-ġlieda kontra abbuż sesswali u sfruttament sesswali ta’ tfal. B’mod partikolari, jilqa’ l-fatt li l-protezzjoni tad-dejta hija rikonoxxuta bħala element ewlieni għall-iżgurar tal-protezzjoni tat-tfal fuq l-Internet u sabiex jingħataw is-setgħa li jgawdu l-benefiċċji tiegħu b’mod sikur.

50.

Il-KEPD jixħet dawl fuq il-fatt li r-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu kkunsidrati kif suppost mill-industrija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni meta jimplimentaw inizjattivi bil-għan li jiżguraw is-sikurezza tat-tfal fuq l-Internet, u b’mod partikolari:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinkludu referenzi fil-kampanji u l-materjali edukattivi tagħhom għar-riskji assoċjati mal-protezzjoni tad-dejta kif ukoll tagħrif dwar kif it-tfal u l-ġenituri jistgħu jevitawhom. Is-sinerġiji bejn l-awtoritajiet ta’ protezzjoni tad-dejta, l-Istati Membri u l-industrija għandhom jiġu żviluppati wkoll sabiex titrawwem kuxjenza fost it-tfal u l-ġenituri dwar is-sikurezza fuq l-Internet.

L-industrija għandha tiżgura li tipproċessa dejta personali tat-tfal skont il-liġi, u li tikseb kunsens mingħand il-ġenituri, meta jkun hemm bżonn. Għandha timplimenta settings awtomatiċi ta’ privatezza għat-tfal li jipprovdu għal mekkaniżmi iktar protettivi minn dawk li għandhom jitħaddmu b’mod awtomatiku għall-utenti kollha. Għandha timplimenta wkoll mekkaniżmi ta’ twissija xierqa biex tavża lit-tfal li jixtiequ jibdlu s-settings awtomatiċi tal-privatezza tagħhom u biex tiżgura li bidla bħal dik hija vvalidata b’kunsens mill-ġenituri, fejn ikun hemm bżonn. Għandha taħdem biex iddaħħal fis-seħħ għodod xierqa għal verifika tal-età li mhumiex intrużivi mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta.

Fir-rigward tat-tagħrif lit-tfal, l-industrija għandha tesplora kif tiżviluppa tassonomija biex tipprovdi tagħrif lit-tfal b’mod sempliċi u biex tgħarrafhom dwar ir-riskji potenzjali jekk jibdlu s-settings awtomatiċi tagħhom.

Fir-rigward tar-reklamar għat-tfal, il-KEPD ifakkar li ma għandu jkun hemm ebda kummerċjalizzazzjoni diretta mmirata speċifikament għal persuni taħt l-età u li t-tfal ma għandhomx ikunu soġġetti għal reklamar skont l-imġiba. Il-KEPD iqis li l-Kummissjoni għandha tħeġġeġ iktar lill-industrija sabiex tiżviluppa miżuri awtoregolatorji favur il-privatezza fil-livell tal-UE, li jippromwovu prattiki tajbin fir-rigward tar-reklamar fuq l-Internet għat-tfal, li għandhom ikunu bbażati fuq konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta. Iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni sabiex tanalizza l-possibilità li tkompli tilleġiżla fil-livell tal-UE biex tiżgura li d-drittijiet tat-tfal għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta fil-kuntest ta’ reklamar jittieħdu f’kunsiderazzjoni xierqa.

51.

L-inizjattivi enfasizzati fil-Komunikazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal iqajmu numru ta’ kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-dejta, li jridu jiġu kkunsidrati b’reqqa mill-partijiet interessati kollha fil-qasam ta’ azzjoni rispettiv tagħhom:

Minħabba s-sensittività tagħhom minn perspettiva ta’ protezzjoni tad-dejta, id-dħul fis-seħħ ta’ għodod ta’ rapportar għandu jkun imsejjes fuq bażi legali xierqa. Il-KEPD jirrakkomanda li d-dħul fis-seħħ tal-għodda ta’ rapportar madwar l-UE kollha għat-tfal previst fit-taqsima 2.2.3 ikun stabbilit b’mod ċar fil-liġi. Barra minn hekk, jirrakomanda li jiġi ddefinit b’mod ċar x’jikkostitwixxi ‘imġiba u kontenut dannużi’ li jistgħu jiġu rraportati permezz tal-għodda ta’ rapportar ta’ madwar l-UE għat-tfal fil-ġejjieni.

Il-KEPD iħeġġeġ l-iżvilupp mill-industrija ta’ mudelli ta’ rapportar minimu standard, li għandhom jitfasslu b’tali mod li jnaqqsu kemm jista’ jkun l-ipproċessar ta’ dejta personali għal dak li huwa strettament meħtieġ biss.

Il-proċeduri għar-rapportar permezz ta’ linji telefoniċi ta’ assistenza immedjata jistgħu jiġu definiti aħjar. Kodiċi Ewropew tal-Prattika li jinkludi proċeduri ta’ rapportar komuni u salvagwardji ta’ protezzjoni tad-dejta, anki fir-rigward tal-iskambji internazzjonali ta’ dejta personali, ikun qiegħed itejjeb il-protezzjoni tad-dejta f’dan il-qasam.

Biex jiżguraw l-iżvilupp ta’ għodod ta’ rapportar li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta, l-awtoritajiet ta’ protezzjoni tad-dejta għandhom jieħdu sehem fi djalogi kostruttivi mal-industrija u partijiet interessati oħrajn.

Il-kooperazzjoni bejn l-industrija u l-infurzar tal-liġi fir-rigward tal-proċeduri ta’ avviżi u tneħħija li jikkonċernaw materjal ta’ abbuż fuq tfal maħruġ fuq l-Internet trid isseħħ biss skont bażi legali xierqa. Il-modalitajiet għal kooperazzjoni bħal dik iridu jiġu ddefiniti b’mod iktar ċar. Dan jgħodd ukoll fil-każ tal-kooperazzjoni ben l-industrija u ċ-Ċentru Ewropew dwar iċ-Ċiberkriminalità tal-ġejjieni.

Il-KEPD iqis li jrid jinstab bilanċ tajjeb bejn l-għan leġittimu ta’ ġlieda kontra l-kontenut illegali u l-għamla xierqa tal-mezzi użati. Ifakkar li kwalunkwe azzjoni ta’ sorveljanza ta’ netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet, fejn dan ikun meħtieġ f’każijiet speċifiċi, għandha tkun il-kompitu tal-infurzar tal-liġi.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  COM(2012) 196 finali.

(2)  Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal, COM(2011) 60 finali.

(3)  Aġenda Diġitali għall-Ewropa, COM(2010) 245 finali.

(4)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali, 3128 laqgħa tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, il-kultura u l-isport fi Brussell, 28 u 29 ta’ Novembru 2011.

(5)  Hemm ukoll numru ta’ inizjattivi fil-livell internazzjonali, bħall-Istrateġija tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tat-Tfal (2012-2015), COM(2011) 171 finali 15 ta’ Frar 2012.

(6)  Ara l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-protezzjoni tat-tfal li jużaw l-Internet u teknoloġiji ta' komunikazzjoni oħrajn, ippubblikata fil-ĠU C 2, 7.1.2009, p. 2, u l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal, li tirrevoka d-Deċiżjoni Qafas 2004/68/JHA, ippubblikata fil-ĠU C 323, 30.11.2010, p. 6.

(7)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(8)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern, ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(9)  Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Ir-Regolament dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta Ġenerali), COM(2012) 11 finali.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/18


Avviż ta' kanċellazzjoni

Sejħiet għal proposti fl-ambitu tal-programmi ta' ħidma 2013 fil-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet” tas-Seba' Programm Kwadru għall-Attivitajiet ta' Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (2007-2013)

2012/C 336/09

Il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tikkanċella s-sejħa għal proposti li ġejja:

Parti

Identifikatur tas-Sejħa

6.

L-Iżvilupp Koerenti ta’ Linji Politiċi tar-Riċerka

FP7-CDRP-2013-STAKEHOLDERS


PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/19


Avviż dwar l-iskadenza ta' ċerti miżuri anti-dumping

2012/C 336/10

B'referenza għall-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1) li ma wassal għal ebda talba sostanzjata kif għandu jkun għal reviżjoni, il-Kummissjoni tavża li l-miżuri anti-dumping imsemmija hawn isfel se jiskadu dalwaqt.

Dan l-avviż huwa ppubblikat b'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 (2) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Rita tal-polietilentereftalat (PET)

Il-Brażil, l-Indja u l-Iżrael

Dazju anti-dumping

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1292/2007 (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 1)

7.11.2012


(1)  ĠU C 117, 21.4.2012, p. 7.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofs il-lejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/20


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6762 – Advent International Corporation/Mediq)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 336/11

1.

Fit-23 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Advent International Corporation (NL) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Mediq N.V. (NL) permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-24 ta’ Settembru 2012.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Advent International Corporation: investiment f’diversi tipi ta’ swieq permezz ta’ portafoll varjat li jinkludi, fost l-oħrajn, kumpaniji fis-setturi tal-kura tas-saħħa, industrijali, tal-imnut u tal-konsumatur u tas-servizzi finanzjarji,

għal Mediq N.V.: il-forniment ta’ apparat mediku, farmaċewtiċi u kura assoċjata.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6762 – Advent International Corporation/Mediq, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


6.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/21


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6704 – REWE Touristik GmbH/Ferid NASR/EXIM Holding SA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 336/12

1.

Fl-24 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara riferiment skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi REWE Touristik GmbH (il-Ġermanja) li tappartjeni għal REWE Group u Ferid NASR (ir-Repubblika Ċeka) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża EXIM Holding SA (ir-Repubblika Ċeka) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża REWE Touristik: REWE Touristik hija kumpanija Ġermaniża b'responsabbiltà limitata li tifforma parti mid-Diviżjoni Vvjaġġar u Turiżmu ta' REWE Group; din tal-aħħar qiegħda topera wkoll fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel u mhux tal-ikel permezz ta' fergħa separata,

għall-impriża Ferid NASR: Is-Sur Ferid Nasr huwa persuna naturali li jiffoka l-attivitajiet tiegħu ta' kummerċ fuq is-settur tat-turiżmu; barra minn hekk, għandu interess f’aġenzija tal-ivvjaġġar Tuneżina li toffri servizzi relatati mal-ivvjaġġar fit-Tuneżija,

għall-impriża EXIM Holding: EXIM hija joint stock company Ċeka li bħalissa hi unikament ikkontrollata mill-azzjonist li għandu 100 % tal-ishma tagħha, is-Sur Ferid Nasr. L-attivitajiet tal-kumpanija jinkludu l-provvista ta' servizzi tal-ivvjaġġar, partikolarment pakketti ta' vakanzi għal titjiriet qosra kif ukoll destinazzjonijiet fuq distanza twila. Fir-Repubblika Ċeka, EXIM topera 41 aġenzija tal-ivvjaġġar, u fis-Slovakkja hemm 16-il aġenzija tal-ivvjaġġar. EXIM għandha interessi azzjonarji diretti f'erba' kumpaniji operattivi attivi fl-oqsma tal-bejgħ ta' operazzjonijiet tat-tours u tal-ivvjaġġar turistiku taħt l-ismijiet tal-marka “EXIM TOURS” u/jew “Kartago”.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6704 – REWE Touristik GmbH/Ferid NASR/EXIM Holding SA, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).