ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.332.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 332

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
30 ta' Ottubru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 332/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet, fil-kuntest ta’ arranġamenti ta' tariffi preferenzjali, biex tinforma l-operaturi ekonomiċi u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri b' każijiet ta’ dubju raġjonevoli rigward l-oriġini ta' oġġetti ( 1 )

1

2012/C 332/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

5

2012/C 332/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6733 – Ageas/Groupama Insurance Company) ( 1 )

7

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 332/04

Rata tal-kambju tal-euro

8

2012/C 332/05

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru(Pubblikazzjoni ta’ titoli u ta’ referenzi ta' speċifikazzjonijiet Komunitarji skont ir-Regolament)  ( 1 )

9

2012/C 332/06

Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2012(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

10

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 332/07

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

11

2012/C 332/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

11

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 332/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6748 – Magna/ixetic) ( 1 )

12

2012/C 332/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6726 – AAEC/Rabo Investments/Vecelia/HVEG) ( 1 )

13

2012/C 332/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6671 – LBO France/Aviapartner) ( 1 )

14

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 332/12

Avviż għall-attenzjoni ta' Ayyub Bashir u Aamir Ali Chaudhry li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1002/2012

15

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet, fil-kuntest ta’ arranġamenti ta' tariffi preferenzjali, biex tinforma l-operaturi ekonomiċi u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri b' każijiet ta’ dubju raġjonevoli rigward l-oriġini ta' oġġetti

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 332/01

1.   Introduzzjoni

Fil-Komunikazzjoni tagħha COM(97) 402 tat-23 ta’ Lulju 1997 il-Kummissjoni stabbiliet pjan ta' azzjoni mmirat lejn bdil fil-mod li bih arranġamenti ta’ tariffi preferenzjali huma amministrati.

Il-miżuri proposti (it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 9.3.2) inkludew użu aktar sistematiku ta’ sistema ta’ twissija bikrija għall-importaturi kull meta jkun hemm dubju raġonevoli rigward l-oriġini ta’ oġġetti koperti minn arranġamenti bħal dawn. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinforma l-operaturi ekonomiċi b’mod aktar sistematiku meta dawn il-każijiet kienu jitressqu għall-attenzjoni tagħha, permezz ta' avviżi lill-importaturi ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C). Il-Kummissjoni ppubblikat ukoll il-komunikazzjoni 2000/C 348/03 tal-5 ta’ Diċembru 2000 (1) li fih stabbilixxiet il-kundizzjonijiet għall-provvediment ta' din l-informazzjoni.

Il-Kummissjoni kkonfermat dawn l-orjentazzjonijiet fil-Komunikazzjoni tagħha COM(2005) 100 tas-16 ta’ Marzu 2005, fejn huwa mfakkar li avviżi lill-importaturi kienu fost il-miżuri prekawzjonali biex jintużaw fl-eventwalità ta’ kontroll insuffiċjenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi esportaturi jew ta’ nuqqas tagħhom li jikkooperaw. Din il-komunikazzjoni enfasizzat ukoll li l-kontrolli fuq importazzjonijiet preferenzjali għandhom jiġu mtejbin u mmirati permezz ta’ analiżi tar-riskju sabiex ma jtellfux flussi kummerċjali leġittimi. Fid-dawl ta’ dawn l-orjentazzjonijiet u l-esperjenza miksuba mis-sena 2000, il-Kummissjoni tqis li hu xieraq li tippubblika verżjoni riveduta tal-komunikazzjoni tagħha tal-5 ta’ Diċembru 2000. Huwa l-iskop ta’ din il-komunikazzjoni, li tieħu post dik ta’ qabel.

L-informazzjoni se tkompli tkun ippubblikata b'tali mod li l-operaturi u l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu l-azzjoni neċessarja — ta’ qabel biex jissalvagwardjaw l-interessi ekonomiċi tagħhom stess (2) u tal-aħħar biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

Meta tiġi ppubblikata l-informazzjoni, il-Kummissjoni se żżomm f'moħħha li m’għandhiex tindaħal f’xi investigazzjoni li tkun għadejja, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni Ewropea, b'rabta mal-arranġamenti preferenzjali.

Sempliċiment għaliex ma tkun saret l-ebda notifika ta’ dubju raġonevoli dwar pajjiż jew prodott partikolari, dan ma jfissirx neċessarjament li ma hemm l-ebda problema. B’mod partikolari, dan huwa mingħajr preġudizzju għall-miżuri speċifiċi, bħal garanziji fuq l-importazzjonijiet, li jistgħu jkunu meħtieġa minn żmien għal żmien f'każijiet individwali. B’hekk l-operaturi għandhom ikomplu jkunu estremament viġilanti f'kull ħin meta jimplimentaw l-arranġamenti, speċjalment meta jiġu għal provi preferenzjali ta’ oriġini.

2.   Każijiet fejn informazzjoni mill-Kummissjoni tista’ tkun meħtieġa

Iċ-ċirkostanzi ewlenin li jistgħu jagħtu lok għal dubju raġonevoli rigward l-oriġini huma dawn li ġejjin (lista mhux eżawrjenti) (3):

nuqqas ta’ kooperazzjoni amministrattiva inizjali, jew permezz ta' nuqqas biex jagħtu l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet doganali jew governattivi responsabbli għall-ħruġ jew il-verifika tal-provi tal-oriġini (ċertifikati ta' oriġini, ċertifikati tal-moviment u dokumenti magħmula mill-esportaturi li jiċċertifikaw l-oriġini), jew permezz ta’ nuqqas biex jipprovdu kampjuni ta’ timbri użati sabiex jawtentikaw iċ-ċertifikati;

nuqqas jew kwalità inadegwata ta’ kooperazzjoni amministrattiva fil-verifika tal-provi tal-oriġini;

informazzjoni ekonomika ġenerali jew xjentifika li tixħet dubju dwar jekk prodott jew pajjiż partikolari ikunx kapaċi jissodisfa l-kriterji tal-oriġini (eż. in-nuqqas ta’ industrija tat-tessuti f’pajjiż li jesporta kwantitajiet kbar ta' ħwejjeġ, jew nuqqas ta’ flotta tas-sajd fejn hemm esportazzjonijiet kbar ta' prodotti tal-ħut – sakemm ma tkunx possibbli kumulazzjoni tal-oriġini jew ma jkunx ġie żviluppat settur tal-akkwakultura);

jinstab li strutturi amministrattivi jew prattiċi għall-ġestjoni ta’ arranġamenti preferenzjali fil-pajjiżi benefiċjarji jew imsieħba jkunu inadegwati;

oġġetti sistematikament importati f’pajjiżi koperti minn arranġamenti preferenzjali, minn pajjiżi mhux intitolati għal trattament preferenzjali u esportati mill-ġdid mingħajr ipproċessar ulterjuri apparenti, safejn dan jista’ jkun aċċertat mill-istatistika kummerċjali;

żieda sostanzjali, mingħajr spjegazzjoni sodisfaċenti, fl-importazzjonijiet ta’ prodotti sensittivi koperti minn bosta indikaturi ta’ riskju ta’ frodi, jew irregolaritajiet simultanji (eż. każ meta żraben esportati minn reġjun fejn xi wħud, iżda mhux kollha, mill-pajjiżi ġirien, ikunu suġġetti għal dazji anti-dumping, ikunu jgawdu minn kummerċ liberalizzat jew jikkwalifikaw għal tariffi preferenzjali);

sejbiet ta’ frodi jew irregolaritajiet, partikolarment bħala riżultat ta' stħarriġ f’pajjiżi benefiċjarji jew imsieħba intitolati għal tariffi preferenzjali;

sejbiet fir-rigward tal-adozzjoni jew l-applikazzjoni potenzjali minn benefiċjarju jew pajjiż imsieħeb ta' dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew amministrattivi li jiġu f’kunflitt ma’ dawk applikabbli skont ir-reġim preferenzjali inkwistjoni.

3.   Il-forma u l-kontenut tal-informazzjoni

3.1.

F’ċirkustanzi bħal dawn, il-Kummissjoni se tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C) avviż lill-importaturi li jispjega li jkun hemm dubju raġonevoli rigward status ta' oriġini tal-importazzjonijiet tal-prodotti kollha jew xi uħud minnhom iddikjarati li joriġinaw f’pajjiż partikolari kopert minn arranġamenti ta' tariffi preferenzjali.

B’mod parallel u wara li jiġu segwiti l-proċeduri xierqa, il-Kummissjoni ser tgħaddi kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet tal-benefiċjarju jew tal-pajjiż sieħeb ikkonċernat.

3.2.

Mehmużin ma’ din il-Komunikazzjoni preżenti hija l-lista ta’ avviżi lill-importaturi li ġew ippubblikati fil-passat f'każijiet ta’ dubju raġjonevoli mal-oriġini tal-oġġetti u huma validi mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din il-Komunikazzjoni. Din il-lista, li hija għall-informazzjoni biss, se tittella’ fuq is-sit elettroniku tematiku tal-Kummissjoni dwar l-unjoni doganali (4) u sussegwentament aġġornata fuq dan is-sit elettroniku biss. Tali informazzjoni għandha titqies bħala indikattiva minħabba li l-pubblikazzjoni biss ta' avviż lill-importaturi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C), li jinforma l-operaturi ekonomiċi u l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri ta' każijiet ta’ dubju raġjonevoli rigward l-oriġini ta' oġġetti, iġġorr il-konsegwenza stabbilita fl-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

4.   Azzjoni wara l-pubblikazzjoni

4.1.

Ladarba avviż lill-importaturi jkun ġie ppubblikat, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jagħmlu analiżi tar-riskju tal-fluss kummerċjali kkonċernat b'dan l-avviż. Fuq din il-bażi, dawn imbagħad jiddeċidu liema evidenza dokumentarja tal-oriġini tal-oġġetti inkwistjoni għandha tintbagħat, flimkien ma’ stqarrija bir-raġunijiet għat-talba, għal verifika ta’ wara r-rilaxx lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li qed jibbenefika mill-preferenza. Fl-istennija tar-riżultati tal-verifika, għandha tittieħed kull miżura prekawzjonali meqjusa bħala meħtieġa minn kull awtorità doganali tal-Istat Membru biex jiġi żgurat il-ħlas ta’ dazji applikabbli. Dawn il-miżuri għandhom jikkonformaw mal-proċeduri stabbiliti fil-ftehim jew l-arranġamenti preferenzjali awtonomi kkonċernati.

4.2.

Il-forum xieraq fil-livell tal-UE (gruppi tal-Kunsill, il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, jew kwalunkwe kumitat ieħor) se jeżamina s-sitwazzjoni li abbażi tagħha ġie ppubblikat l-avviż lill-importaturi, billi jiġu kkunsidrati r-riżultati ta’ verifika ta’ wara r-rilaxx jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

Skont il-konklużjonijiet milħuqa, il-Kummissjoni se tiddeċiedi li d-dubju raġonevoli:

ma jkunx għadu jeżisti, f'liema każ din se tippubblika avviż lill-importaturi għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje C) li jirtira jew jemenda l-avviż ta’ qabel,

jew

jibqa’. F’dan il-każ, u meta l-arranġament preferenzjali kkonċernat ikun jew ta’ natura awtonoma jew ftehim ta’ kummerċ ħieles konkluż mill-UE fejn il-possibbiltà li temporanjament jirtira jew jissospendi preferenzi hija prevista, tista’ tirrakkomanda jew, fejn ikun xieraq, tiddeċiedi li trattament preferenzjali tat-tariffa inkwistjoni jkun sospiż jew rtirat b'mod temporanju, kollu jew inparti. Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles oħrajn, tirreferi l-kwistjoni lill-kumitat doganali konġunt rilevanti stabbilit mill-ftehim ikkonċernat jew kwalunkwe korp xieraq ieħor.


(1)  ĠU C 348, 5.12.2000, p. 4 (m’hemmx bil-Malti).

(2)  Ir-rifjut tat-trattament preferenzjali, għar-raġuni li hemm dubju raġonevoli rigward l-istatus ta’ oriġini tal-oġġetti importati, jista’ jagħti lok għal dejn doganali. Wara l-pubblikazzjoni tal-avviż, il-persuna responsabbli ma tistax tagħmel rikors għal bona fede sabiex tkun eliġibbli għal ħlas lura jew għal maħfra tad-dazji tal-importazzjoni, kif isegwi mill-kitba tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(3)  Fejn n-noti spjegattivi mal-Protokolli Pan-Ewro-Mediterranji dwar ir-Regoli tal-Oriġini (ĠU C 83, 17.4.2007, p. 13) jirreferu għal “dubju raġonevoli”, dan jikkonċerna biss każijiet individwali fejn dubju jista’ xi drabi jinħoloq għall-oriġini reali tal-prodotti, prinċipalment għal raġunijiet ta' forma. Bl-istess mod, miżuri biex jissospendu t-tariffi preferenzjali meħudin mill-Kummissjoni taħt dispożizzjonijiet li japplikaw għal ċerti arranġamenti awtonomi (jiġifieri fir-rigward tas-Sistema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi skont l-Artikoli 16 sa 19 tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 (ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1), ċerti preferenzi kummerċjali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 55/2008 tal-21 ta’ Jannar 2008 (ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1) u ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 1)) jikkonċernaw każijiet lil hinn minn “dubju raġonevoli”.

(4)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/index_en.htm


ANNESS

Avviżi lil importaturi ppubblikati f’każijiet ta’ dubju raġonevoli rigward l-oriġini tal-oġġetti li huma validi sad-data tal-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni preżenti

L-ambitu tal-avviż

In-Nru tal-avviż

Ippubblikat f’

L-importazzjonijiet taz-zokkor fil-Komunità minn pajjiżi fil-Balkani tal-Punent

2002/C 152/05

ĠU C 152, 26.6.2002, p. 14 (m'hemmx bil-Malti).

Importazzjonijiet ta' tewm fil-Komunità

2005/C 197/05

ĠU C 197, 12.8.2005, p. 8 (m'hemmx bil-Malti).

Importazzjonijiet ta’ prodotti b'kontenut għoli ta’ zokkor

2007/C 265/07

ĠU C 265, 7.11.2007, p. 6.

Importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti tat-tessuti mill-Bangladexx

2008/C 41/06

ĠU C 41, 15.2.2008, p. 8.

Importazzjonijiet ta’ tonn mill-Kolombja u l-El Salvador fl-UE

2010/C 132/05

ĠU C 132, 21.5.2010, p. 15.

Importazzjonijiet mill-Iżrael fl-UE

2012/C 232/03

ĠU C 232, 3.8.2012, p. 5.


30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/5


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2012/C 332/02

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.9.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33320 (11/N)

Stat Membru

Id-Danimarka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Skovbrugsforanstaltninger inden for rammerne af programmet for udvikling af landdistrikter:

Betalinger for miljøvenligt skovbrug (foranstaltning 225)

Ikke-produktive investeringer (foranstaltning 227)

Il-bażi legali

1)

Lovbekendtgørelse nr. 945 af 24. september 2009

2)

Bekendtgørelse om tilskud til fremme af bæredygtig skovdrift

3)

Bekendtgørelse om tilvejebringelse af Natura 2000-skovplanlægning

4)

Udkast til »Bærdygtig skovdrift. Vejledning om tilskud til sikring af skovnaturtyper og velegnede levesteder for arter i skov i Natura 2000-områderne«.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija, Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: DKK 56 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Naturstyrelsen

Haraldsgade 53

2100 København Ø

DANMARK

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.9.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34907 (12/N)

Stat Membru

Is-Slovakkja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Schéma štátnej pomoci na platby poistného proti prírodným katastrofám

Il-bażi legali

§ 10 nariadenia vlády SR č. 319/2011 Z. z. o podpore podnikania v pôdohospodárstve a rozvoji vidieka,

zákon č. 231/1999 Z. z. o štátnej pomoci v znení neskorších predpisov,

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Premjums tal-assikurazzjoni

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 4 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 2 (f'miljuni)

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo pôdohospodárstva a rozvoja vidieka SR

Dobrovičova 12

812 66 Bratislava

SLOVENSKO/SLOVAKIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6733 – Ageas/Groupama Insurance Company)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 332/03

Fit-22 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6733. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ Ottubru 2012

2012/C 332/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2898

JPY

Yen Ġappuniż

102,69

DKK

Krona Daniża

7,4597

GBP

Lira Sterlina

0,80455

SEK

Krona Żvediża

8,6219

CHF

Frank Żvizzeru

1,2087

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4520

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,021

HUF

Forint Ungeriż

285,13

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6961

PLN

Zloty Pollakk

4,1489

RON

Leu Rumen

4,5486

TRY

Lira Turka

2,3237

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2455

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2895

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9963

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5717

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5754

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 416,13

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,2009

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0530

HRK

Kuna Kroata

7,5375

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 389,97

MYR

Ringgit Malażjan

3,9487

PHP

Peso Filippin

53,219

RUB

Rouble Russu

40,5871

THB

Baht Tajlandiż

39,636

BRL

Real Brażiljan

2,6169

MXN

Peso Messikan

16,8290

INR

Rupi Indjan

69,7590


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/9


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (1)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta’ titoli u ta’ referenzi ta' speċifikazzjonijiet Komunitarji skont ir-Regolament)

2012/C 332/05

Organizzazzjoni

Referenza u titolu tal-ispeċifikazzjoni Komunitarja

Referenza tal-ispeċifikazzjoni Komunitarja sostitwita

Data ta’ tmien tal-preżunzjoni ta’ konformità tal-ispeċifikazzjoni Komunitarja sostitwita

Eurocontrol (2)

Spec-0107 Edizzjoni 3.1

Speċifikazzjoni tal-Eurocontrol għall-Preżentazzjoni tal-Iskambju tad-Dejta ATS (ADEXP) (3)

Spec-0107 Edizzjoni 3.0

L-1 ta’ Jannar 2014


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru: Rue de la Fusée 96, 1130 Brussell, Belgium, tel. +32 27299011, feks +32 27295190.

(3)  http://www.eurocontrol.int/documents/ats-data-exchange-presentation-specification


30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/10


Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2012

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

2012/C 332/06

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta' referenza u ta' tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta' referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f'din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta' tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta' 100 punt bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda r-regolament ta' implimentazzjoni (KE) Nru 764/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f'deċiżjoni speċifika, ir-rata ta' rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punt bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

Abbozz tat-test ippubblikat fil-ĠU C 294, 29.9.2012, p. 2.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.11.2012

0,89

0,89

1,81

0,89

1,43

0,89

0,99

0,89

0,89

0,89

0,89

0,89

7,48

0,89

0,89

1,69

0,89

1,91

0,89

0,89

4,91

0,89

5,58

2,76

0,89

0,89

1,46

1.10.2012

31.10.2012

1,05

1,05

2,40

1,05

1,72

1,05

0,99

1,05

1,05

1,05

1,05

1,05

7,48

1,05

1,05

2,09

1,05

1,91

1,05

1,05

4,91

1,05

5,58

2,76

1,05

1,05

1,74

1.9.2012

30.9.2012

1,38

1,38

2,40

1,38

1,72

1,38

1,20

1,38

1,38

1,38

1,38

1,38

7,48

1,38

1,38

2,09

1,38

2,34

1,38

1,38

4,91

1,38

5,58

2,76

1,38

1,38

1,74

1.7.2012

31.8.2012

1,38

1,38

2,94

1,38

1,72

1,38

1,57

1,38

1,38

1,38

1,38

1,38

7,48

1,38

1,38

2,09

1,38

2,34

1,38

1,38

4,91

1,38

5,58

2,76

1,38

1,38

1,74

1.6.2012

30.6.2012

1,67

1,67

2,94

1,67

1,72

1,67

1,57

1,67

1,67

1,67

1,67

1,67

7,48

1,67

1,67

2,57

1,67

2,34

1,67

1,67

4,91

1,67

5,58

2,76

1,67

1,67

1,74

1.5.2012

31.5.2012

1,67

1,67

3,66

1,67

1,72

1,67

1,85

1,67

1,67

1,67

1,67

1,67

7,48

1,67

1,67

2,57

1,67

2,78

1,67

1,67

4,91

1,67

6,85

2,76

1,67

1,67

1,74

1.3.2012

30.4.2012

2,07

2,07

3,66

2,07

1,72

2,07

1,85

2,07

2,07

2,07

2,07

2,07

7,48

2,07

2,07

2,57

2,07

2,78

2,07

2,07

4,91

2,07

6,85

2,76

2,07

2,07

1,74

1.1.2012

29.2.2012

2,07

2,07

3,66

2,07

1,72

2,07

1,85

2,07

2,07

2,07

2,07

2,07

6,39

2,07

2,07

2,57

2,07

2,38

2,07

2,07

4,91

2,07

6,85

2,76

2,07

2,07

1,74

1.8.2011

31.12.2011

2,05

2,05

3,97

2,05

1,79

2,05

2,07

2,05

2,05

2,05

2,05

2,05

5,61

2,05

2,05

2,56

2,05

2,20

2,05

2,05

4,26

2,05

7,18

2,65

2,05

2,05

1,48

1.7.2011

31.7.2011

2,05

2,05

3,97

2,05

1,79

2,05

1,76

2,05

2,05

2,05

2,05

2,05

5,61

2,05

2,05

2,56

2,05

2,20

2,05

2,05

4,26

2,05

7,18

2,65

2,05

2,05

1,48

1.5.2011

30.6.2011

1,73

1,73

3,97

1,73

1,79

1,73

1,76

1,73

1,73

1,73

1,73

1,73

5,61

1,73

1,73

2,56

1,73

2,20

1,73

1,73

4,26

1,73

7,18

2,65

1,73

1,73

1,48

1.3.2011

30.4.2011

1,49

1,49

3,97

1,49

1,79

1,49

1,76

1,49

1,49

1,49

1,49

1,49

5,61

1,49

1,49

2,56

1,49

2,20

1,49

1,49

4,26

1,49

7,18

2,23

1,49

1,49

1,48

1.1.2011

28.2.2011

1,49

1,49

3,97

1,49

1,79

1,49

1,76

1,49

1,49

1,49

1,49

1,49

5,61

1,49

1,49

2,56

1,49

2,64

1,49

1,49

4,26

1,49

7,18

1,76

1,49

1,49

1,48


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/11


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 332/07

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

7.10.2012

Tul ta' żmien

7.10.2012-31.12.2012

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

USK/1214EI.

Speċi

Tusk (Brosme brosme)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II u XIV

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

FS63TQ44


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/11


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 332/08

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

7.10.2012

Tul ta' żmien

7.10.2012-31.12.2012

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

BSF/56712-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta' referenza

FS62DSS


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6748 – Magna/ixetic)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 332/09

1.

Fis-23 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Magna International Inc. (“Magna”, il-Kanada) takkwista fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ ixetic Verwaltungs GmbH (“ixetic”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Magna: fornitur awtomottiv (inkluż it-tfassil, l-iżvilupp, il-fabbrikazzjoni) ta’ sistemi awtomobilistiċi, immuntar, moduli u komponenti, l-aktar lill-manifatturi tat-tagħmir oriġinali (MTO) għal karozzi u trakkijiet żgħar fl-Amerika ta’ Fuq u ta’ Isfel, l-Ewropa, l-Asja u l-Afrika,

għal ixetic: fornitur awtomottiv ta’ tfassil, soluzzjonijiet ta’ inġinerija u manifattura għal pompi idrawliċi u pompi tal-vacuum lil MTO l-aktar fl-Ewropa.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6748 – Magna/ixetic, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6726 – AAEC/Rabo Investments/Vecelia/HVEG)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 332/10

1.

Fit-23 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi ABN Amro Effecten Compagnie B.V (“AAEC”, il-Pajjiżi l-Baxxi) li tappartjeni għal ABN Amro Bank N.V. (“ABN Amro”, il-Pajjiżi l-Baxxi), Rabo Investimenti B.V. (“Rabo Investiments”, il-Pajjiżi l-Baxxi), sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ Coöperative Centrale Raiffeisen-Boerenleenbank (“Rabobank”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Vecelia Investiments B.V. (“Vecelia”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża HVEG InvestimentS B.V (“HVEG”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal AAEC: kumpanija speċjalizzata f’ishma azzjonarji għan-nom ta’ ABN Amro,

għal Rabo Investments: speċjalizzati fiż-żamma u l-akkwist ta’ ishma azzjonarji f’isem Rabobank u oħrajn,

għal Vecelia: kumpanija possedenti ta’ HVEG,

għal HVEG: attivi fil-bejgħ bl-ingrossa ta’ ħwejjeġ u aċċessorji tan-nisa, l-irġiel u t-tfal.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6726 – AAEC/Rabo Investments/Vecelia/HVEG, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6671 – LBO France/Aviapartner)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 332/11

1.

Fl-24 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża LBO France Gestion SAS (Franza) takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3 (1) (b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet permezz tas-sussidjarja tagħha WFS Global Holding SAS (Franza), il-kontroll kollu tal-impriża Aviapartner Holding NV (il-Belġju) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal LBO France: LBO hija kumpanija ta’ ġestjoni Franċiża li tikkonċentra fuq LBOs (leveraged buy-outs). Għandha ishma f’firxa wiesgħa ta’ negozji mingħajr speċjalizzazzjoni settorjali,

għal WFS: WFS hija kumpanija Franċiża li toffri l-aktar servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija iżda wkoll servizzi tar-rampa f’diversi ajruporti Ewropej u barranin,

għal Aviapartner: Aviapartner hija kumpanija Belġjana li toffri l-aktar servizzi tar-rampa iżda wkoll servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija f’diversi ajruporti Ewropej.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6671 – LBO France/Aviapartner, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 332/15


Avviż għall-attenzjoni ta' Ayyub Bashir u Aamir Ali Chaudhry li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1002/2012

2012/C 332/12

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u ta' individwi oħrajn, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista mfassla skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

Al-Qaida;

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati ma' Al-Qaida; kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta' kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati, jew li huma kkontrollati minnhom jew jappoġġjawhom b'mod ieħor.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma’ ” Al-Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn Al-Qaida jew minn kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnha jew derivattiv tagħha, jew ta' atti jew attivitajiet li jsiru magħhom, taħt isimhom, f'isimhom jew b'appoġġ għalihom;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat ma' kwalunkwe wieħed minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal kwalunkwe wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fit-17 ta’ Ottubru 2012 biex Ayyub Bashir u Aamir Ali Chaudhry jiġu miżjuda mal-lista rilevanti. Meta jridu dawn il-persuni jistgħu jissottomettu talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista tan-NU msemmija aktar 'il fuq. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations — Office of the Ombudsperson

Room TB-08041D

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel. +1 2129632671

Fax +1 2129631300 / 3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Tista ssib aktar informazzjoni hawn: http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml

3.

Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 1002/2012 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk tal-Al-Qaida (3). L-emenda, magħmula skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Ayyub Bashir u Aamir Ali Chaudhry fil-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew huma proprjetà ta' jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmlu disponibbli finanzjament u riżorsi ekonomiċi lil kwalunkwe mill-individwi u entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, sew jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (l-Artikoli 2 u 2a (4)); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprevedi proċedura ta' reviżjoni fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. Il-persuni miżjuda fl-Anness I mir-Regolament (UE) Nru 1002/2012 jistgħu jagħmlu talba għar-raġunijiet għar-reġistrazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

European Commission

‘Restrictive measures’

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.

L-attenzjoni tal-individwi kkonċernati hija wkoll miġbuda għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) Nru 1002/2012 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jagħmlu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat/i Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4; Edizzjoni speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 01, pp. 294-307.

(2)  ĠU L 300, 30.10.2012, p. 43.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9; Edizzjoni speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 01, pp. 294-307.

(4)  L-Artikolu 2a iddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

(5)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).