ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.296.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 296

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
2 ta' Ottubru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 296/01

Komunikazzjoni dwar il-pubblikazzjoni tal-ammonti ta’ produzzjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat kif imsemmi fl-Artikolu 126c(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

1

2012/C 296/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Impriżi f’Diffikultà tal-1 ta’ Ottubru 2004

3

2012/C 296/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-allokazzjoni totali ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni Ewropea għal prodotti tas-settur tar-ross fis-sena 2012

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 296/04

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 296/05

Sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2013 tas-Seba’ Programm Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

6

2012/C 296/06

Sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma 2013 Nies tas-7 Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Turija

7

2012/C 296/07

Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 296/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

9

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/1


Komunikazzjoni dwar il-pubblikazzjoni tal-ammonti ta’ produzzjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat kif imsemmi fl-Artikolu 126c(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (1)

2012/C 296/01

L-ammonti ta’ produzzjoni ta’ ħalib (2) mhux ipproċessat kif imsemmi fl-Artikolu 126c(5) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

Ċifri annwali (f’eluf ta’ tunnellati)

 

Baqar

Nagħaġ

Mogħoż

Bufli

BE

3 111,0

0,0

0,0

0,0

BG

1 124,0

85,0

60,0

8,0

CZ

2 682,5

0,0 (3)

0,0

0,0

DK

4 910,0

0,0

0,0

0,0

DE

29 593,9

2,1 (3)

35,0

5,1 (3)

EE

675,4

0,0

0,6

0,0

IE

5 349,7

0,0 (3)

1,4 (3)

0,0 (3)

EL

743,7

752,4

394,6

0,0 (3)

ES

6 357,1

585,2

523,9

0,0

FR

24 000,3

267,0

664,5

0,0

IT

11 399,4

511,9

48,6

201,4

CY

151,0

18,0

22,9

0,0

LV

830,9

0,0 (3)

3,6

0,0 (3)

LT

1 732,5

0,0

4,0

0,0

LU

295,3

0,0 (3)

2,2 (3)

0,0 (3)

HU

1 684,9

1,8

3,8

0,0

MT

41,8 (3)

1,8 (3)

0,0 (3)

0,0 (3)

NL

11 940,5

3,0 (3)

182,0

1,5 (3)

AT

3 257,7

9,5

18,7

0,0

PL

12 279,0

0,0

19,0

0,0

PT

1 956,5

81,0

27,8

0,0

RO

4 500,0

430,0

222,0

21,0

SI

603,9

0,5

1,3

0,0 (3)

SK

918,0

9,4

0,1

0,0 (3)

FI

2 336,3

0,0

0,0 (3)

0,0

SE

2 862,2

0,0

0,0

0,0

UK

13 960,0

0,0

0,0

0,0

UE-27

149 297,5

2 758,6

2 236,0

237,0


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  Il-Produzzjoni ta’ Ħalib fl-azjenda agrikola għall-2010. Sors: EUROSTAT — NewCronos Products Obtained.

(3)  Il-volum ikkomunikat mill-Istat Membru u/jew il-produzzjoni stmata jew ikkalkulata 0,0: anqas minn nofs unità.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/3


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Impriżi f’Diffikultà tal-1 ta’ Ottubru 2004

2012/C 296/02

Il-Punt 102 tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta’ Impriżi f’Diffikultà (1) jistipula li “Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida mill-10 ta’ Ottubru 2004 sad-9 ta' Ottubru 2009”. Fl-2009 il-Kummissjoni estendiet il-validità tal-Linji Gwida sad-9 ta’ Ottubru 2012 (2).

Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-8 ta' Mejju 2012 dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-UE (3), il-Kummissjoni stabbilixxiet programm ambizzjuż ta' riforma fl-għajnuna mill-Istat. Il-proposti ta’ riforma jinkludu l-identifikazzjoni ta’ prinċipji komuni għall-valutazzjoni tal-kompatibilità tal-għajnuna mas-suq intern. Id-diversi linji gwida u l-oqfsa se jiġu riveduti u ssimplifikati sabiex isiru konsistenti mal-prinċipji komuni.

Ir-reviżjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f’Diffikultà trid titqiegħed fil-kuntest tal-proċess ġenerali tal-modernizzazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Sabiex ma jiġux ippreġudikati r-riżultati tad-diskussjonijiet orizzontali dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli tapplika l-Linji Gwida ta' bħalissa sa dak il-mument li dawn jiġu sostitwiti minn regoli ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà.


(1)  ĠU C 244 1.10.2004, p. 2.

(2)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-prolongazzjoni tal-Linji Gwida tal-Komunità dwar Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà, ĠU C 156 9.7.2009, p. 3.

(3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM), COM(2012) 209 finali.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/4


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-allokazzjoni totali ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni Ewropea għal prodotti tas-settur tar-ross fis-sena 2012

2012/C 296/03

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2009 (1) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-pajjiżi u t-territoriji extra-Ewropej (OCT).

L-allokazzjoni totali għas-sena 2012 ta' kull kwota pprovduta mill-istess Regolament hija stabbilita fl-Anness għal din il-Komunikazzjoni.


(1)  ĠU L 344, 23.12.2009, p. 3.


ANNESS

Allokazzjoni totali għas-sena 2012 tal-kwoti skont ir-Regolament (UE) Nru 1274/2009

Oriġni

Numru tas-serje

Applikazzjonijiet għal liċenzja tal-importazzjoni milqugħa għas-subperjodu ta' Settembru 2012

Allokazzjoni totali tal-kwota għas-sena 2012

L-Antilli Olandiżi u Aruba

09.4189

 (1)

0 %

OCTs l-inqas żviluppati

09.4190

 (1)

0 %


(1)  Ma japplikax il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-1 ta’ Ottubru 2012

2012/C 296/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2877

JPY

Yen Ġappuniż

100,42

DKK

Krona Daniża

7,4554

GBP

Lira Sterlina

0,79830

SEK

Krona Żvediża

8,4731

CHF

Frank Żvizzeru

1,2095

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3780

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,080

HUF

Forint Ungeriż

285,13

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6962

PLN

Zloty Pollakk

4,1057

RON

Leu Rumen

4,5223

TRY

Lira Turka

2,3117

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2431

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2667

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9850

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5533

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5827

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 435,49

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,7321

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0926

HRK

Kuna Kroata

7,4255

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 334,98

MYR

Ringgit Malażjan

3,9433

PHP

Peso Filippin

53,731

RUB

Rouble Russu

40,2230

THB

Baht Tajlandiż

39,648

BRL

Real Brażiljan

2,6098

MXN

Peso Messikan

16,5824

INR

Rupi Indjan

67,4870


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/6


Sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2013 tas-Seba’ Programm Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2012/C 296/05

Permezz ta’ dan l-avviż qed tiġi mnedija sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2013 tas-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (2007 sa 2013).

Huma mistiedna proposti għas-sejħa li ġejja. L-iskadenzi tas-sejħa u l-baġit huma mogħtija fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq il-websajt tal-Portal tal-Parteċipanti tar-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Programm ta’ Ħidma Ideat

Titlu tas-Sejħa

Sejħa għal proposti bħala appoġġ għall-monitoraġġ u l-istrateġija ta’ valutazzjoni tal-ERC (aspetti tal-ġeneru) – Azzjoni ta’ Appoġġ u Koordinazzjoni – Il-preżentazzjoni tal-proposti tal-ERC, reviżjoni bejn il-pari u l-integrazzjoni tal-ġeneru

Identifikatur tas-Sejħa

ERC-2013-Support-1

Din is-sejħa għal proposti hija relatata mal-programm ta’ ħidma adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4562 tad-9 ta’ Lulju 2012.

L-informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta’ ħidma, u l-gwida għall-applikanti dwar kif jiġu sottomessi proposti hija disponibbli permezz tal-websajt rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/appmanager/participants/portal


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/7


Sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma 2013 “Nies” tas-7 Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Turija

2012/C 296/06

Bil-preżenti, qiegħed jingħata avviż dwar it-tnedija ta’ sejħiet għal proposti skont il-programm ta’ ħidma 2013 “Nies” tas-7 Programm Kwadru għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Attivitajiet ta’ Turija (2007 sal-2013).

Qegħdin jintlaqgħu proposti għas-sejħiet li ġejjin. L-iskadenzi u l-baġits tas-sejħa huma mogħtija fit-testi tas-sejħa, li huma ppubblikati fuq is-sit elettroniku rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.

Programm Speċifiku “Nies”:

Titlu tas-Sejħa

Identifikatur tas-Sejħa

Il-Lejl tar-Riċerkaturi

FP7-PEOPLE-2013-NIGHT

Sħubiji u direzzjonijiet tal-industrija-akkademja

FP7-PEOPLE-2013-IAPP

Dawn is-sejħiet għal proposti huma relatati mal-programm ta’ ħidma tal-2013 adottat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4561 tad-9 ta’ Lulju 2012.

Tagħrif dwar il-modalitajiet tas-sejħiet, il-programmi ta’ ħidma, u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom jissottomettu proposti huwa disponibbli permezz tas-sit elettroniku rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea.


2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/8


Sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-KE għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni

2012/C 296/07

B'dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta' sejħa għall-proposti taħt il-programm ta' ħidma tas-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta' Dimostrazzjoni (mill-2007 sal-2013).

Qed jintlaqgħu proposti għas-sejħa fil-Programm Speċifiku ta' Kooperazzjoni: It-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni: FP7-ICT-2013-EU-Japan.

Id-dokumentazzjoni tas-sejħa li tinklud d-dati tal-għeluq tas-sejħa u l-baġit jidhru fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/page/home


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

2.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 296/9


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 296/08

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

FRAISES DE NÎMES

KE Nru: FR-PGI-0005-0809-02.06.2010

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Fraises de Nîmes”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.6:

Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):

Il-“Fraises de Nîmes” għandhom jinbiegħu friski.

Il-frotta hija b’saħħitha, mingħajr deformazzjonijiet, tleqq u mingħajr tbajja’. Il-frott għandu jkollu kontenut minimu ta' zokkor ta’ 7,5 % Brix, u meta jinħasad għandu jkollu kulur omoġenju.

Il-frotta bilfors irid ikollha pedunklu u rimja friski u ħodor.

Il-frott ikkumerċjalizzat jitqiegħed saffi saffi (b’mod ordnat) irrispettivament mit-tip ta’ ppakkjar użat (kontenitur jew trej).

Il-“Fraises de Nîmes” għandhom jiġu kkummerċjalizzati fil-Kategorija Extra jew fil-Kategorija I.

Kull lott irid ikun fih frott ta' daqs uniformi u ma jistax ikun inqas minn 18 mm.

Il-“Fraises de Nîmes” huma r-riżultat ta’ varjetajiet imsemmija mill-grupp applikant.

F’kollaborazzjoni mas-Centre Technique Interprofessionnel de Fruits et Légumes de Balandran (iċ-Ċentru Tekniku Interprofessjonali tal-Frott u tal-Ħaxix ta’ Balandran), il-grupp sa issa għażel żewġ varjetajiet:

Ciflorette,

Gariguette.

Il-produtturi għandhom l-obbligu li jużaw nebbieta ċċertifikati.

B’titjib fil-pjanti u bl-għażla tal-varjetajiet għandhom ikunu jistgħu jinħolqu varjetajiet ġodda ta’ frawli li jkollhom karatteristiċi tat-togħma li jiżbqu 'l dawk tal-varjetajiet eżistenti. B’hekk, ġiet stabbilita proċedura ta’ introduzzjoni ta’ varjetajiet ġodda li jkunu eliġibbli għall-IĠP “Fraises de Nîmes”.

L-għażla tal-varjetajiet issir skont il-kriterji li ġejjin:

il-varjetajiet bikrija,

il-karatteristiċi tat-togħma permezz, b’mod partikolari, tal-kontenut taz-zokkor,

il-forma ta' oblong,

il-kwalità tal-konservazzjoni,

ir-reżistenza għall-mard, b’mod partikolari għall-oidium,

il-varjetajiet li għalihom it-total ta’ sigħat ta’ kesħa meħtieġa sabiex il-blanzuni tagħhom iqumu minn perjodu ta’ inattività huwa bejn wieħed u ieħor l-istess (bejn 700 u 900 siegħa).

Fil-bidu tal-istaġun il-ħsad isir jum iva u jum le; imbagħad isir kuljum.

Il-“Fraises de Nîmes” jiġu kkonsenjati mhux iktar tard mill-għada tal-ħsad.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Mhux applikabbli

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Mhux applikabbli

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-kultivazzjoni u l-ħsad tal-“Fraises de Nîmes” għandhom isiru fiż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

L-ippakkjar isir f'kontenitur jew fi trej u l-frawli għandhom dejjem jitqiegħdu b’ċertu ordni (saffi saffi).

Il-frawli jinġabru u jitqiegħdu direttament fl-unità ta’ konsum (kontenitur jew trej ta’ 2 kg tal-IĠP “Fraises de Nîmes”) fit-tarf tal-għalqa sabiex ma tantx jintmissu.

L-ippakkjar tal-frott jikkonsisti fil-verifika tal-piż tal-unitajiet ta’ konsum, it-tikkettar, it-tqegħid tal-frott fit-trej u t-tqegħid ta’ informazzjoni dwar it-traċċabbiltà.

Il-frawli għandhom jiġu ppakkjati fiż-żona ġeografika ddefinita, b’mod li l-prodott fraġli ma tantx isofri strapazz minħabba li dan jagħmel ħsara lill-kwalità u lill-konservazzjoni tiegħu.

Il-produttur huwa wkoll dak li jippakkja l-prodott, billi b’dan il-mod il-frawli jsofru l-anqas strapazz possibbli.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

It-tikketti mwaħħla fuq l-unitajiet ta’ konsum bilfors iridu jinkludu:

L-informazzjoni minima fuq it-tikketti skont il-liġi.

L-isem tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta: “Fraises de Nîmes”.

Inserzjoni li tinkludi l-isem u l-indirizz tal-korp ta’ ċertifikazzjoni (Qualité-France), u qabel ikun hemm il-kliem “Certifié par [Iċċertifikata minn]:”.

Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea huwa obbligatorju fuq il-kontenituri u fuq it-trejs.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tal-IĠP “Fraises de Nîmes” tinsab fid-dipartiment ta’ Gard f’Languedoc-Roussillon.

Hija prinċipalment ikkaratterizzata mill-unità ġeoloġika li tifforma l-Plateau des Costières ta’ Nîmes.

Iż-żona ġeografika ġiet iddefinita abbażi ta’ unità ġeoloġika definita sew u sseparata mix-xagħri ta’ Nîmes, min-naħa tat-Tramuntana u l-Puntent, permezz tal-wied ta’ Vistre. Din hija medda ta’ art kbira suborizzontali elevata, b’altitudni ta’ bejn 20 u 147 metru, magħmula minn għoljiet ifformati minn saff ċagħaq.

Hija magħmula minn 28 communes li jinsabu fiż-żona ġeografika ta’ Costières de Nîmes. Il-frawli jiġu prodotti u ppakkjati esklużivament f’din iż-żona.

Il-communes ikkonċernati huma:

Aubord, Beaucaire, Beauvoisin, Bellegarde, Bernis, Bezouce, Bouillargues, Le Cailar, Caissargues, Comps, Garons, Générac, Jonquières-saint-Vincent, Ledenon, Manduel, Marguerittes, Meynes, Milhaud, Montfrin, Nîmes, Redessan, Rodilhan, Saint-Gervasy, Saint-Gilles, Sernhac, Uchaud, Vauvert u Vestric-et-Candiac.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

5.1.1.   Fatturi pedoklimatiċi

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“Fraises de Nîmes” tagħmel parti minn territorju ġeoloġiku u ġeografiku li jinsab bejn Meynes, Vauvert, Saint-Gilles u Beaucaire, fix-Xlokk ta’ Nîmes u fit-Tramuntana ta’ Camargue, fejn jiltaqgħu Occitanie u Provence u li tissejjaħ il-“Plateau des Costières”. Din hija unità ġeoloġika ddefinita sew u sseparata mix-xagħri ta’ Nîmes, min-naħa tat-Tramuntana u l-Puntent, permezz tal-wied ta’ Vistre. Il-fruntieri naturali tagħha huma l-wied ta’ Gardon fuq in-naħa tal-Grigal u l-pjanura fil-baxx ta’ Petit Rhône fil-Lvant. In-niżla fin-Nofsinhar ta' din l-unità ġeoloġika għandha għoljiet immewġa u tispiċċa fil-pantani ta’ Petite Camargue.

Din il-medda ta’ art kbira fiha depożiti alluvjali qodma li huma prinċipalment irrappreżentati minn firxiet kbar ta’ taħlita ta' żrar u ta’ ċagħaq tal-era Plijo-Kwaternarja (Villafranchian) li nġarru mir-Rhône u mid-Durance bejn Avignon u Montpellier. Dan il-ġebel żgħir Villafranchian huma magħmul prinċipalment minn ċagħaq, b’fond ta’ bejn 5 u 10 metri, f’matriċi tal-ħamrija li jkollha proporzjonijiet differenti ta’ tafal, ta’ ramel u ta’ lom, li l-kulur tagħha jvarja minn isfar ċar għal aħmar skur u li minnha għebu l-aktar elementi rotob ta’ ġir. Matul il-lejl, dan iċ-ċagħaq irodd lura s-sħana tax-xemx li jkun ħażen matul il-jum.

Din it-tip ta’ ħamrija sħuna u li minnha l-ilma jiskula sew tiffavorixxi l-kultivazzjoni tal-frawli (mingħajr wisq għeruq, ħamrija bi ftit ġir u b’tendenza aċiduża) u l-frott bikri.

Il-klima taż-żona għandha tliet karatteristiċi essenzjali: ir-riħ, ix-xejriet ta’ nżul ix-xita u l-perjodi twal ħafna ta' xemx. Il-perjodi twal ta' xemx iwasslu għal maturazzjoni bikrija tal-frott (iktar minn 2 500 siegħa ta’ xemx fis-sena, jiġifieri iktar minn 250 jum). Minħabba x-xejriet ta’ nżul ix-xita ma jkunx hemm ħtieġa għal tisqija fil-ħarifa u fix-xitwa (il-perjodu meta jinfetħu l-koperturi protettivi) għaliex f’dak iż-żmien ix-xita tkun abbundanti u l-ilma jkun skula sew minħabba ċ-ċagħaq fil-ħamrija. Fir-rebbiegħa, il-perjodi ta' xita jkunu intensivi imma qosra, u l-umdità fl-ajru malajr tonqos minħabba r-riħ: b’hekk, ir-riħ jikkontribwixxi billi jżomm il-kultivazzjoni b'saħħitha peress li l-produtturi jistgħu jiftħu l-mini meta t-temp ikun umdu ħafna, u bil-kontra jagħlquhom meta jkun hemm iċ-ċpar.

5.1.2.   Fatturi umani

Tradizzjonalment, il-kultivazzjoni tal-frawli f’Gard u fiż-żona tal-IĠP kienet produzzjoni marġinali u fuq skala żgħira.

Mill-bidu tas-snin 60, fiż-żona tal-IĠP “il-pjanta tal-frawli kienet ikkunsidrata bħala waħda mill-kultivazzjonijiet li setgħet tadatta l-aktar għal dan ir-reġjun wara x-xogħlijiet marbuta mal-ġestjoni tal-ilma.” L-adegwatezza taż-żona malajr dehret f’termini ta’ kwantità u ta’ frawli bikri. Dak iż-żmien iż-żoni ta’ produzzjoni kienu l-Plateau des Costières, bil-varjetà bikrija “Surprise des Halles”, u Cévennes, b'“Madame Moutot” li mhijiex varjetà daqshekk bikrija. Il-produzzjoni tal-frawli f’Gard laħqet il-qofol tagħha fi tmiem is-snin 70 b’70 ettaru kkultivat minn 145 operatur agrikolu.

Il-mini jew koperturi protettivi taħt tarpolini tal-plastik jintużaw b'mod sistematiku fit-territorju. Dawn il-mini jipproteġu lill-frawli mill-Mistral, riħ qawwi u qerriedi li jagħmel ħsara lill-weraq u lill-frott tal-pjanti tal-frawli u permezz tagħhom tkun tista’ titkabbar il-produzzjoni tal-frott bikri.

Il-produtturi għarfu jikkontrollaw il-produzzjoni taħt koperturi protettivi, it-tisqija u l-fertilizzazzjoni bin-nitroġenu sabiex ikun hemm produzzjoni ta’ frawli ta’ kwalità, fejn il-frott jinġabar meta jkun matur. Huma jikkontrollaw l-ippakkjar ta’ dan il-frott delikat billi jqiegħduh fil-kontenituri fl-għalqa stess.

Malajr deher ċar illi fiż-żona tal-IĠP, il-frawli mmatura madwar 15-il jum aktar kmieni meta mqabbel mal-frawli fil-baċir ta' Carpentras. Il-karatteristiċi tat-togħma ta' dawn il-frawli huma rikonoxxuti minn għadd ta’ professjonisti (bħall-bejjiegħa bl-ingrossa, bejjiegħa bl-imnut eċċ) u l-katini ta’ kummerċjalizzazzjoni huma qosra għal produzzjoni ta’ kwalità għolja li tinbiegħ f’Côte d’Azur, f’Pariġi u fi Strasburgu fost l-oħrajn. Illum din il-frawla għandha reputazzjoni tajba, stabbilita dan l-aħħar, mas-sidien tar-restoranti lokali bħall-aħwa POURCEL ta’ “Jardin des sens” f’Montpellier, max-Chef Philippe FAURE-BRAC tal-Bistrot des Sommeliers f’Pariġi u max-Chef Pierre INFANTE tal-Confrérie des Restaurateurs de Métier du Gard. Tnieda wkoll avveniment biennali għall-pubbliku inġenerali: “la Fraise de Nîmes fait son cinéma”. Dan l-avveniment għandu l-għan li jistieden lir-residenti ta' Nîmes sabiex iduqu din il-frotta tar-rebbiegħa f’imkejjen magħżula tal-belt, bħal teatri taċ-ċinema, restoranti, ħwienet tal-ħelu, uffiċċju turistiku eċċ.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

L-ispeċifiċità tal-prodott hija bbażata fuq il-maturazzjoni bikrija tal-“Fraises de Nîmes”.

Il-“Fraises de Nîmes” huma l-uniċi frawli li jiġu prodotti fi Franza direttament fil-ħamrija u huma disponibbli fis-swieq mill-bidu ta’ Marzu sa mhux iktar tard minn tmiem Mejju meta jitfaċċa l-ewwel frott tal-għadma.

Din il-karatteristika hija marbuta direttament mal-ħamrija (b’mod partikolari mal-preżenza taċ-ċagħaq), imma anki mal-klima u mal-fatt li l-frawli jiġu prodotti taħt koperturi protettivi.

Il-produtturi tal-“Fraises de Nîmes” żviluppaw teknika ta’ produzzjoni bikrija li permezz tagħha dan il-frott jista’ jkun l-ewwel wieħed tas-sena kkultivat direttament fil-ħamrija:

Il-kultivazzjoni ssir parzjalment taħt koperturi protettivi, billi l-mini jeħtieġ li jkunu magħluqa mill-15 ta’ Frar. Fil-fatt, qabel din id-data, għandhom jiġu ggarantiti ċertu numru ta’ sigħat ta’ kesħa suffiċjenti sabiex il-blanzuni jqumu mill-perjodu ta’ inattività tagħhom (bejn 700 u 900 siegħa). Wara dik id-data, il-mini jingħalqu sabiex jiġi mħeġġeġ l-irkupru veġetattiv tal-pjanta, u tkun garantita maturazzjoni bikrija. L-għeluq tal-koperturi protettivi jeħtieġ li jsir skont il-kundizzjonijiet klimatiċi sabiex, pereżempju, tittieħed azzjoni biex jitnaqqas kwalunkwe livell eċċessiv ta’ umdità li jista’ jwassal għal mard kriptogamiku fuq il-pjanti tal-frawli, billi l-mini jinfetħu parzjalment għal ftit sigħat.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP):

Il-maturazzjoni bikrija, karatteristika essenzjali tal-prodott, hija possibbli minħabba l-klima u minħabba l-metodu ta’ kultivazzjoni żviluppat mill-produtturi.

Il-produzzjoni tal-frawli ġiet stabbilita fiż-żona tal-IĠP, minħabba kundizzjonijiet favorevoli tal-klima u tal-ħamrija u baqgħet għaddejja għaliex integrat ruħha partikolarment tajjeb fl-iskeda tal-produtturi, li qabel kollox huma kultivaturi tal-frott.

Huwa permezz tat-taħlita tal-fatturi pedoklimatiċi, tal-varjetajiet u tal-għarfien li jkun jista’ jinkiseb frott bikri:

il-varjetajiet użati (il-Gariguette u s-Ciflorette huma varjetajiet bikrija),

l-ambjent naturali li fih jiġu kkultivati (mill-inqas 20 % tal-ħamrija hija magħmula miċ-ċagħaq) li jisħon malajr u li matul il-lejl irodd is-sħana tax-xemx li tkun inħażnet matul il-jum, perjodi twal ta’ xemx, imma bard xitwi suffiċjenti sabiex il-blanzuni jkunu jistgħu jqumu mill-perjodu ta’ inattività tagħhom),

il-prattiki ta’ kultivazzjoni tal-bdiewa (kultivazzjoni taħt koperturi protettivi li jiffavorixxu bidu bikri minħabba l-gwadann fl-assorbiment tas-sħana u l-protezzjoni tal-frawli mill-irjieħ nixxiefa u kesħin u li jwaqqgħu, b'mod partikolari, il-weraq), direttament fil-ħamrija sabiex isir użu mill-karatteristiċi tal-ħamrija (skular tajjeb tal-ilma u tisħin iffaċilitat mill-preżenza taċ-ċagħaq).

Bil-metodu ta’ produzzjoni tal-“Fraises de Nîmes” – kultivazzjoni diretta fil-ħamrija u ħsad taħt koperturi protettivi – tkun tista’ tinkiseb frotta nadifa, li tleqq u b'kontenut minimu ta’ zokkor ta’ 7.5% Brix.

L-istorja tal-frawli fil-Gard turi li l-frawli minn dejjem tkabbru fuq dan it-territorju u llum fiż-żona tal-IĠP iktar minn 50 % tal-uċuh ta’ Gard huma kkultivati bil-frawli biss. Din hija kultivazzjoni li tinsab f'armonija perfetta mal-ambjent tagħha u tikkompleta sew, bl-iskeda ta’ kultivazzjoni tagħha, l-għażla ta' għelejjel prodotti f'din iż-żona agrikola mill-produtturi tal-frawli, li spiss ikabbru wkoll frott ieħor.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCIGPFraisesDeNimesV2.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.