ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.273.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 273

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
8 ta' Settembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 273/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 258, 25.8.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 273/02

Kawża C-253/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-24 ta’ Mejju 2012 — J. S. vs Česká správa socialního zabezpečení

2

2012/C 273/03

Kawża C-270/12: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2012 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

3

2012/C 273/04

Kawża C-276/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní Soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-4 ta’ Ġunju 2012 — Jiří Sabou vs Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

3

2012/C 273/05

Kawża C-284/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Koblenz (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Ġunju 2012 — Deutsche Lufthansa AG vs Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH

4

2012/C 273/06

Kawża C-291/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Gelsenkirchen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Ġunju 2012 — Michael Schwarz vs Stadt Bochum

5

2012/C 273/07

Kawża C-296/12: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

5

2012/C 273/08

Kawża C-298/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-18 ta’ Ġunju 2012 — Confédération paysanne vs Ministre de l’alimentation, de l’agriculture et de la pêche

5

2012/C 273/09

Kawża C-299/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Ġunju 2012 — Green — Swan Pharmaceuticals CR, a.s. vs Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát

6

2012/C 273/10

Kawża C-305/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

6

2012/C 273/11

Kawża C-308/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

7

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 273/12

Kawża T-350/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2012 — ICO Satellite vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Nuqqas ta’ żball skużabbli — Inammissibbiltà manifesta)

8

2012/C 273/13

Kawża T-329/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2012 — TME vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti dwar ir-rijabilitazzjoni tal-impjant ta’ trattament tal-ilma użat f’Bukarest, kofinanzjat mill-fondi strutturali ISPA — Deċiżjoni allegatament illegali tal-awtoritajiet Rumeni li jiċħdu l-offerta magħmula mir-rikorrenti — Rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ korrezzjonijiet finanzjarji kontra r-Rumanija — Inammissibbiltà — manifesta)

8

2012/C 273/14

Kawża T-382/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2012 — Pigui vs Il-Kummissjoni (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni — Talba għal ordni — Inammissibbiltà manifesta)

9

2012/C 273/15

Kawża T-543/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2012 — Ghreiwati vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Revoka tal-lista tal-persuni kkonċernati — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

9

2012/C 273/16

Kawża T-606/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Lulju 2012 — Woodman Labs vs UASI — 2 Mas 2 Publicidad Integral (HERO) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

10

2012/C 273/17

Kawża T-83/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Chico’s Brands Investments vs UASI — Artsana (CHICO’S) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

10

2012/C 273/18

Kawża T-215/12: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 — MPM-Quality u EUTECH vs UASI — Elton hodinářská, a.s. (MANUFACTURE PRIM 1949)

10

2012/C 273/19

Kawża T-242/12: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2012 — SNCF vs Il-Kummissjoni

11

2012/C 273/20

Kawża T-277/12: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2012 — Bimbo vs UASI — Café do Brasil (Caffè KIMBO)

12

2012/C 273/21

Kawża T-278/12: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2012 — Inter-Union Technohandel vs UASI — Gumersport Mediterranea de Distribuciones (PROFLEX)

12

2012/C 273/22

Kawża T-285/12: Rikors ippreżentat fil-28 ta’ Ġunju 2012 — Cartoon Network vs UASI — Boomerang TV (BOOMERANG)

13

2012/C 273/23

Kawża T-288/12: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2012 — EI du Pont de Nemours vs UASI — Zueco Ruiz (ZYTEL)

13

2012/C 273/24

Kawża T-291/12: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2012 — Deutsche Bank vs UASI (Passion to Perform)

14

2012/C 273/25

Kawża T-292/12: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2012 — Mega Brands vs UASI — Diset (MAGNEXT)

14

2012/C 273/26

Kawża T-295/12: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2012 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

15

2012/C 273/27

Kawża T-297/12: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

16

2012/C 273/28

Kawża T-300/12: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2012 — Lidl Stiftung vs UASI — A Colmeia do Minho (FAIRGLOBE)

16

2012/C 273/29

Kawża T-302/12: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2012 — Torrefacção Camelo vs UASI — Pato Hermanos (Dekorazzjoni ta’ ippakkjar għall-kafe)

17

2012/C 273/30

Kawża T-304/12: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2012 — Message Management vsUASI — Absacker (ABSACKER of Germany)

17

2012/C 273/31

Kawża T-306/12: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2012 — Spirlea vs Il-Kummissjoni

18

2012/C 273/32

Kawża T-307/12: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2012 — Mayaleh vs Il-Kunsill

19

2012/C 273/33

Kawża T-309/12: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2012 — Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni

19

2012/C 273/34

Kawża T-310/12: Rikors ippreżentat fit-12 ta' Lulju 2012 — Yuanping Changyuan Chemicals vs Il-Kunsill

20

2012/C 273/35

Kawża T-315/12: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2012 — Tubes Radiatori vs UASI — Antrax It (Radjaturi għat-tisħin)

21

2012/C 273/36

Kawża T-325/12: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2012 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

21

2012/C 273/37

Kawża T-329/12: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2012 — Al-Tabbaa vs Il-Kunsill

22

2012/C 273/38

Kawża T-483/07: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2012 — Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

22

2012/C 273/39

Kawża T-75/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2012 — Embraer et vs Il-Kummissjoni

23

2012/C 273/40

Kawża T-504/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2012 — Prima TV vs Il-Kummissjoni

23

2012/C 273/41

Kawża T-506/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2012 — RTI u Elettronica Industriale vs Il-Kummissjoni

23

2012/C 273/42

Kawża T-663/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Spa Monopole vs UASI — Royal Mediterranea (THAI SPA)

23

2012/C 273/43

Kawża T-92/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Gas vs UASI — Grotto (GAS)

23

2012/C 273/44

Kawża T-93/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Gas vs UASI — Grotto (BLUE JEANS GAS)

23

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/1


2012/C 273/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 258, 25.8.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 250, 18.8.2012

ĠU C 243, 11.8.2012

ĠU C 235, 4.8.2012

ĠU C 227, 28.7.2012

ĠU C 217, 21.7.2012

ĠU C 209, 14.7.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-24 ta’ Mejju 2012 — J. S. vs Česká správa socialního zabezpečení

(Kawża C-253/12)

2012/C 273/02

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: J. S.

Konvenuta: Česká správa socialního zabezpečení

Domandi preliminari

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1) (Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (2)) jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tiegħu ċittadin tar-Repubblika Ċeka li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, kien, qabel l-1 ta’ Jannar 1993, suġġett għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kontribuzzjoni għall-pensjoni ta’ Stat li ma għadux jeżisti (ir-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka), peress li dan il-perijodu kontributorju kien, skont l-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali konkluża bejn ir-Repubblika Ċeka u dik Slovakka, fid-29 ta’ Ottubru 1992, u li tidher fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), ikkunsidrat bħala perijodu kontributorju mħallas fir-Repubblika Slovakka u, skont id-dispożizzjoni nazzjonali stabbilita mill-Ústavní soud tar-Repubblika Ċeka, anki bħala perijodu kontributorju mħallas fir-Repubblika Ċeka?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

(2)

Id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 18 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (jekk ikun il-każ tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jipprekludu lill-awtoritajiet tar-Repubblika Ċeka milli, f’ċirkustanza bħal dawk tal-kawża prinċipali, ikunu jistgħu jagħtu trattament preferenzjali (suppliment tal-benefiċċji tax-xjuħija jekk l-ammont ta’ dan il-benefiċċju mogħti skont l-Artikolu 20 tal-Konvenzjoni dwar s-sigurtà soċjali ekonkluża bejn ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka, fid-29 ta’ Ottubru 1992, u skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (Regolament Nru 883/2004) huwa iżgħar mill-benefiċċju li kien jinkiseb li kieku l-pensjoni tal-irtirar kienet ġiet ikkalkulata skont il-liġi Ċeka) liċ-ċittadini tar-Repubblika Ċeka biss, minħabba li tali trattament joħroġ mid-dritt fundamentali għas-sigurtà fix-xjuħija, hekk kif interpretat mill-Ústavní soud tar-Repubblika Ċeka speċifikament fir-rigward tal-perijodi kontributorji mħallsa fit-territorju ta’ dik li qabel kienet magħrufa bħala r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka u hekk kif huwa pperċepit bħala element li jifforma parti mill-identità nazzjonali, u peress li dan it-trattament ma huwiex tali li jippreġudika d-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema bħala dritt fundamentali tal-Unjoni, meta jiġi kkunsidrat ir-riskju kbir għall-ekwilibriju finanzjarju tal-iskema tal-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni tar-Repubblika Ċeka li jkun jirrappreżenta l-għoti ta’ trattament simili liċ-ċittadini l-oħra kollha tal-Istati Membri tal-Unjoni li jkunu bl-istess mod ħallsu perijodi kontributorji simili fit-territorju ta’ dik li qabel kienet magħrufa bħala r-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka?

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għat-tieni domanda:

(3)

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi lill-qorti suprema Ċeka fil-qasam tal-kontenzjuż amministrattivi, fejn ma hemmx possibbiltà ta’ appell mid-deċiżjonijiet tagħha, milli tkun, skont id-dritt nazzjonali, marbuta mill-kunsiderazzjoni legali magħmula mill-Ústavní soud tar-Repubblika Ċeka, jekk ikun jidher li din il-kunsiderazzjoni ma hijiex konformi mad-dritt tal-Unjoni hekk kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja?


(1)  JO L 149, p. 2.

(2)  JO L 166, p. 1.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/3


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2012 — Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-270/12)

2012/C 273/03

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: A. Robinson, aġent, J. Stratford QC, A. Henshaw, Barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Marzu 2012, dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (1);

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 28, intitolat “Setgħat ta’ intervent tal-AETS f’ċirkostanzi eċċezzjonali”, jimponi fuq l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (iktar ’il quddiem l-“AETS”) jew li tipprojbixxi jew timponi kundizzjonijiet fuq id-dħul minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi f’bejgħa bin-nieqes jew tranżazzjonijiet simili, jew inkella li tirrikjedi li dawn il-persuni jinnotifikaw jew jippubblikaw dawn il-pożizzjonijiet.

L-AETS għandha tadotta tali miżuri jekk a) jindirizzaw theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni; b) jkun hemm implikazzjonijiet transkonfinali; u c) l-awtoritajiet kompetenti ma adottawx miżuri biex jindirizzaw it-theddida jew il-miżuri li adottaw ma jindirizzawx it-theddida adegwatament. Il-miżuri huma validi għal tliet xhur, iżda l-AETS hija awtorizzata li ġġeddidhom b’mod indefinit. Il-miżuri jiħdu l-preċedenza fuq kull miżura adottata minn awtorità kompetenti skont ir-Regolament dwar bejgħ bin-nieqes.

Ir-Renju Unit isostni li l-Artikolu 28 huwa illegali minħabba l-motivi li ġejjin.

L-ewwel nett, dan imur kontra t-tieni prinċipju stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-13 ta’ Ġunju 1958, Meroni vs L-Awtorità Għolja (9/56, Ġabra. p. 9), peress li:

(1)

Il-kriterji fir-rigward ta’ meta l-AETS għandha taġixxi taħt l-Artikolu 28 jimplikaw setgħa diskrezzjonali wiesgħa.

(2)

L-AETS tingħata firxa wiesgħa ta’ għażliet fir-rigward tal-miżura jew miżuri li għandhom jiġu imposti u fir-rigward tal-eċċezzjonijiet li għandhom japplikaw, u dawn l-għażliet għandhom implikazzjonijiet sinjifikattivi fuq il-politika ekonomika.

(3)

Il-fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-AETS jinkludu testijiet li huma suġġettivi ħafna.

(4)

L-AETS hija awtorizzata ġġedded il-miżuri adottati minnha mingħajr ebda limitu fir-rigward tat-tul globali tagħhom.

(5)

Anki jekk jitqies (bil-kontra ta’ dak li jsostni r-Renju Unit) li l-Artikolu 28 ma jippermettix li l-AETS tagħmel għażliet ta’ politika makroekonomika, madankollu xorta jibqa’ l-fatt li l-AETS għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-applikazzjoni tal-politika fil-każijiet speċifiċi, bħal fil-kawża Meroni nnifisha.

It-tieni nett, l-Artikolu 28 huwa maħsub sabiex jagħti lill-AETS s-setgħa li timponi miżuri ta’ portata ġenerali li għandhom is-saħħa ta’ liġi, u dan imur kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Mejju 1981, Romano (98/80, Ġabra p. 1241).

It-tielet nett, l-Artikolu 28 huwa maħsub sabiex jagħti lill-AETS s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ portata ġenerali, filwaqt li fid-dawl tal-Artikoli 290 u 291 TFUE, il-Kunsill ma għandu ebda awtorità taħt it-Trattat sabiex jiddelega tali setgħat lil sempliċi aġenzija li ma hijiex koperta minn dawn id-dispożizzjonijiet.

Ir-raba’ nett, jekk u sa fejn l-Artikolu 28 jiġi interpretat bħala li jagħti lill-AETS s-setgħa li tadotta miżuri individwali li jindirizzaw persuni fiżiċi jew ġuridiċi, dan ikun ultra vires għall-Artikolu 114 TFUE.

L-Artikolu 28 jista’ jiġi separat mill-kumplament tar-Regolament dwar bejgħ bin-nieqes. It-tneħħija tiegħu essenżjalment ma taffettwax il-kumplament tar-Regolament.


(1)  ĠU L 86, p. 1.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní Soud (ir-Repubblika Ċeka) fl-4 ta’ Ġunju 2012 — Jiří Sabou vs Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

(Kawża C-276/12)

2012/C 273/04

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní Soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jiří Sabou

Konvenut: Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jagħti lil persuna taxxabbli d-dritt li tiġi mgħarrfa bid-deċiżjoni tal-amministrazzjoni fiskali li tressaq talba għal informazzjoni taħt id-Direttiva 77/799/KEE (1)? Persuna taxxabbli għandha d-dritt li tipparteċipa fl-ifformular tat-talba indirizzata lill-Istat Membru mitlub? Fil-każ fejn id-dritt Komunitarju ma jagħtix drittijiet bħal dawn lill-persuna taxxabbli, din tal-aħħar tista’ tingħata drittijiet simili taħt id-dritt nazzjonali?

(2)

Persuna taxxabbli għandha d-dritt li tipparteċipa fis-smigħ tax-xhieda fl-Istat Membru mitlub waqt li tkun qed tiġi ttrattata talba għal informazzjoni taħt id-Direttiva 77/799/KEE? L-Istat Membru mitlub għandu l-obbligu li jinforma bil-quddiem lill-persuna taxxabbli bid-data tas-smigħ jekk dan ikun ġie mitlub jagħmel hekk mill-Istat Membru applikant?

(3)

Meta tikkomunika informazzjoni taħt id-Direttiva 77/799/KEE, l-awtorità fiskali tal-Istat Membru mitlub hija meħtieġa li tissodisfa kontenut minimu għat-tweġibiet sabiex ikun stabbilit b’mod ċar minn liema sorsi u permezz ta’ liema modalitajiet hija kienet f’pożizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kkomunikata? Il-persuna taxxabbli tista’ tikkontesta l-eżattezza tal-informazzjoni hekk ipprovduta billi pereżempju tinvoka difetti li allegatament jivvizzjaw il-proċedura li, fl-Istat mitlub, tkun ippreċediet it-trasmissjoni tal-informazzjoni? Jew japplika l-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka u kooperazzjoni, li permezz tiegħu wieħed ma jistax jikkontesta l-informazzjoni kkomunikata mill-amministrazzjoni fiskali mitluba?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1977, dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 63).


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Koblenz (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Ġunju 2012 — Deutsche Lufthansa AG vs Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH

(Kawża C-284/12)

2012/C 273/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Koblenz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG.

Konvenuta: Flughafen Frankfurt-Hahn GmbH

Domandi preliminari

(1)

Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, li ma hijiex ikkontesta, għandha bħala konsegwenza li qorti nazzjonali li quddiemha titressaq talba għall-irkupru ta’ ħlasijiet effettwati u għat-terminazzjoni ta’ kull ħlas hija marbuta bl-opinjoni espressa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ f’dak li jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-miżura kkontestata tistax tiġi kkwalifikata bħala għajnuna?

(2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

Meta impriża pubblika, kif mifhum fl-Artikolu 2(b)(i) tad-Direttiva 2006/111/KE (1), topera ajruport, il-miżuri adottati minn din l-impriża jistgħu jkunu kkwalifikati, taħt ir-regolamenti dwar l-għajnuna mill-Istat, bħala miżuri selettivi skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE sempliċement minħabba li dawn jibbenefikaw biss lil dawk l-impriżi tat-trasport bl-ajru li jużaw l-ajruport?

(3)

F’każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda

(a)

Il-kriterju tas-selettività għandu jiġi kkunsidrat bħala mhux sodisfatt meta l-impriża pubblika li topera ajruport tagħti, b’mod trasparenti, l-istess kundizzjonijiet lill-kumpanniji tal-ajru kollha li jagħżlu li jiddeċiedu li jużaw l-ajruport?

(b)

Dan huwa wkoll il-każ meta min jopera l-ajruport ikun għażel mudell kummerċjali speċifiku (f’dan il-każ: kooperazzjoni mal-kumpanniji tal-ajru low cost) u meta l-kundizzjonijiet għall-użu, adattati għal dawn il-klijenti, ma jiġbdux bl-istess mod lill-kumpanniji kollha tal-ajru?

(c)

Fi kwalunkwe każ, miżura għandha tiġi kkunsidrata bħala selettiva meta kumpannija tal-ajru tirrappreżenta t-traffiku prinċipali ta’ passiġġieri tal-ajruport għal numru ta’ snin?


(1)  Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE, tas-16 ta’ Novembru 2006, dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU 2008, L 348M, p. 906).


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Gelsenkirchen (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Ġunju 2012 — Michael Schwarz vs Stadt Bochum

(Kawża C-291/12)

2012/C 273/06

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Gelsenkirchen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Michael Schwarz

Konvenuta: Stadt Bochum

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 (1), tat-13 ta’ Diċembru 2004, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2009 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, huwa validu?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 153M, 07.06.2006, p. 375).

(2)  Regolament (KE) Nru 444/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, li jemenda Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurtà u l-bijometrika f’passaporti u dokumenti tal-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri (ĠU L 142, p. 1), kif emendat (ĠU L 188, p. 127).


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/5


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-296/12)

2012/C 273/07

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Renju tal-Belġju, billi approva u żamm fis-seħħ tnaqqis ta’ taxxa fuq tfaddil għall-pensjoni sa fejn dan japplika biss għal pagamenti lil istituzzjonijiet Belġjani u fondi Belġjani, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari, l-Artikoli 56 u 63 tiegħu;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li n-nuqqas li jingħata tnaqqis ta’ taxxa għal pagamenti lill-istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru ieħor, filwaqt li jingħata tnaqqis ta’ taxxa għal pagamenti lill-istituzzjonijiet stabbiliti fil-Belġju, jikkostitwixxi ostakolu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kemm għall-benefiċjarji ta’ dawn is-servizzi kif ukoll għall-fornituri tas-servizzi li ma humiex stabbiliti fil-Belġju.

Il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll li n-nuqqas li jingħata tnaqqis ta’ taxxa għal depożiti f’kontijiet individwali jew kollettivi, jew il-pagamenti ta’ bonus għall-kuntratti ta’ assigurazzjoni għall-ħajja ma’ u lil istituzzjonijiet stabbiliti fi Stat Membru ieħor, meta tnaqqis ta’ taxxa jingħata għal tali depożiti ma’ u pagamenti lil istituzzjonijiet stabbiliti fil-Belġju, huwa ostakolu għall-moviment liberu tal-kapital fis-sens li d-depożitur Belġjan u l-persuna Belġjana li toħroġ il-polza huma skoraġġuti milli jagħmlu depożiti jew milli joħorġu polza tal-assigurazzjoni għall-ħajja ma’istituzzjoni li ma hijiex stabbilita fil-Belġju, minħabba li dawn id-depożiti u dawn il-kuntratti ta’ assigurazzjoni għall-ħajja ma jibbenefikawx mit-tnaqqis ta’ taxxa u għalhekk huma inqas favorevoli.

Skont il-Kummissjoni, dawn l-ostakoli ma huma ġġustifikati minn ebda raġuni.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-18 ta’ Ġunju 2012 — Confédération paysanne vs Ministre de l’alimentation, de l’agriculture et de la pêche

(Kawża C-298/12)

2012/C 273/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Confédération paysanne

Konvenut: Ministre de l’alimentation, de l’agriculture et de la pêche

Domandi preliminari

(1)

Il-paragrafi (1) u (5) tal-Artikolu 40 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, (1) jawtorizzaw lill-Istati Membri, fid-dawl tat-termini tagħhom, iżda wkoll tal-għanijiet tagħhom, sabiex jibbażaw id-dritt ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tal-ammont ta’ referenza tal-bdiewa li l-produzzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata b’mod gravi minħabba l-obbligi agroambjentali li jkunu ġew issuġġettati għalihom matul il-perijodu ta’ referenza kollu jew parti minnu, fuq il-paragun bejn l-ammonti ta’ pagamenti diretti riċevuti matul is-snin affettwati minn dawn l-obbligi u dawk li jkunu ġew riċevuti għas-snin mhux affettwati?

(2)

Il-paragrafi (2) u (5) tal-Artikolu 40 tar-Regolament Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, jawtorizzaw lill-Istati Membri sabiex jibbażaw id-dritt ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tal-ammont ta’ referenza tal-bdiewa li l-produzzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata b’mod gravi minħabba l-obbligi agroambjentali li jkunu ġew isuġġettati għalihom matul il-perijodu ta’ referenza kollu, fuq il-paragun bejn l-ammont ta’ pagamenti diretti riċevuti matul l-aħħar sena mhux affettwata mill-obbligi agroambjentali, inkluż ukoll jekk din is-sena tkun tmien snin qabel il-perijodu ta’ referenza, u l-ammont annwali medju ta’ pagamenti diretti riċevuti matul il-perijodu ta’ referenza?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3 Vol. 40, p. 269)


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Ġunju 2012 — Green — Swan Pharmaceuticals CR, a.s. vs Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát

(Kawża C-299/12)

2012/C 273/09

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Green — Swan Pharmaceuticals CR, a.s.

Konvenuta: Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát

Domandi preliminari

(1)

L-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa li tgħid “dan il-prodott fih supplement tal-kalċju u vitamina D3, li jikkontribwixxi sabiex inaqqas fattur ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ osteoporożi u ta’ ksur” hija stqarrija ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010 (2), anki jekk hija ma tindikax b’mod ċar li l-konsum ta’ dan il-prodott inaqqas b’mod sinjifikattiv fattur ta’ riskju ta’ żvilupp tal-marda ċċitata iktar ’il fuq?

(2)

Il-kunċett ta’ trade mark jew marka tad-ditta, fis-sens tal-Artikolu 28(2) tar- Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010, jinkludi wkoll il-komunikazzjonijiet kummerċjali li jidhru fuq l-imballaġġ tal-prodott?

(3)

Il-miżuri tranżitorji previsti fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010, jistgħu jkunu interpretati bħala li jirreferu għall-ikel (kollu) li kien jeżisti qabel l-1 ta’ Jannar 2005, jew bħala li jirreferu għall-ikel li kien ġie kopert b’trade mark jew b’marka tad-ditta u li, taħt din il-forma, kien jeżisti diġà qabel din id-data?


(1)  Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-affermazzjonijiet nutrittivi, ĠU L 37, 10.2.2010, p. 16.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/6


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-305/12)

2012/C 273/10

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, D. Düsterhaus, A. Tokár, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka

Talbiet

tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma d-dritt intern tagħha mad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1), jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 40 ta’ din id-direttiva.

timponi fuq ir-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, multa minħabba in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu li tinnotifika l-miżuri adottati sabiex tikkonforma d-dritt intern tagħha mad-Direttiva 2008/98/KE, għall-ammont ta’ EUR 17 136 kuljum sa mid-data tal-pubblikazzjoni tas-sentenza mogħtija f’din il-kawża;

tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/98 skada fit-12 ta’ Diċembru 2010.


(1)  ĠU L 312, 22.11.2008 p. 3.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/7


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-308/12)

2012/C 273/11

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch, D. Düsterhaus u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tiddikjara li, billi ma implementatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (1) u fi kwalunkwe każ billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligu tagħha taħt l-Artikolu 40(1) ta’ din id-direttiva;

timponi fuq ir-Repubblika tal-Polonja, skont l-Artikolu 260(3) TFUE, pagamenti ta’ penalità perijodiċi minħabba nuqqas li twettaq l-obbligu tagħha li tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri li jittrasponu d-Direttiva 2008/98/KE, b’rata ta’ EUR 67 314,24 kuljum b’effett mid-data li fiha ngħatat is-sentenza f’din il-kawża;

tordna lir-Republikka tal-Polonja tbati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-perijodu li fih kellha tiġi trasposta d-Direttiva 2008/98/KE skada fit-12 ta’ Diċembru 2010.


(1)  ĠU L 312, p. 3.


Il-Qorti Ġenerali

8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/8


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2012 — ICO Satellite vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-350/09) (1)

(Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Nuqqas ta’ żball skużabbli - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 273/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ICO Satellite Ltd (Slough, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Tupper, solicitor, D. Anderson, QC, u D. Scannell, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u A. Nijenhuis, aġenti, assistiti minn D. Van Liedekerke u K. Platteau, avukati)

Parties intervenantes au soutien de la partie défenderesse: Conseil de l’Union européenne (représentants: F. Florindo Gijón et G. Kimberley, agents); et Solaris Mobile Ltd (Dublin, Irlande) (représentants: J. Wheeler, solicitor, et A. Robertson, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/449/KE, tat-13 ta’ Mejju 2009, dwar l-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (ĠU L 149, p. 65).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

ICO Satellite Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Solaris Mobile Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/8


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2012 — TME vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-329/11) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti dwar ir-rijabilitazzjoni tal-impjant ta’ trattament tal-ilma użat f’Bukarest, kofinanzjat mill-fondi strutturali ISPA - Deċiżjoni allegatament illegali tal-awtoritajiet Rumeni li jiċħdu l-offerta magħmula mir-rikorrenti - Rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura ta’ korrezzjonijiet finanzjarji kontra r-Rumanija - Inammissibbiltà - manifesta)

2012/C 273/13

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: TME SpA — Termomeccanica Ecologia (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: C. Malinconico, S. Fidanzia u A. Gigliola, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, l-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2001, li għandha bħala suġġett l-ilment tal-kumpannija TME SpA dwar nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi imposti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea min-naħa tar-Rumanija fil-kuntest tal-proġett “Bucharest Wastewater Treatment Plant Rehabilitation: Stage I ISPA 2004/R0/16/P/PE/003-03”, inerenti fl-irristrutturar tal-impjant ta’ trattament tal-ilma użat f’Bukarest [D (2011)REGIO.B3/MAD], u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

TME SpA — Termomeccanica Ecologia għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 252, 27.08.2011.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/9


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2012 — Pigui vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-382/11) (1)

(Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni - Talba għal ordni - Inammissibbiltà manifesta)

2012/C 273/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cristina Pigui (Strejnic, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Alexe, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u D. Roussanov, aġenti)

Suġġett

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni Ewropea naqset illegalment milli tieħu pożizzjoni dwar it-talba tar-rikorrenti intiża, l-ewwel nett, minn naħa, sabiex titwettaq, skont l-Artikoli 4 u 15 tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Novembru 2006, li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, p. 45), investigazzjoni dwar programm ta’ studju tal-Masters fuq l-internet organizzat mill-Akkademja Ewropea Online (EOA), imwaqqfa miċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew (CIFE), f’kooperazzjoni mal-katedra Jean Monnet fl-Università ta’ Cologne (il-Ġermanja), u, min-naħa oħra, sabiex jittieħdu l-miżuri kollha previsti mill-Artikolu 6 tad-deċiżjoni hawn fuq imsemmija sabiex jipprevjenu li l-illegalitajiet kommessi jirrepetu ruħhom, sussegwentement, sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li fiha kienu jinsabu inizjalment il-persuni milquta minn dawn l-atti illegali, jew għall-inqas, ir-rikorrenti, u, finalment, sabiex jintemm il-finanzjament tal-imsemmi master f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ prinċipji kbar fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(3)(i) ta’ din id-deċiżjoni, kif ukoll prinċipji rilevanti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

Cristina Pigui hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/9


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2012 — Ghreiwati vs Il-Kunsill

(Kawża T-543/11) (1)

(Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Revoka tal-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 273/15

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Emad Ghreiwati (Al Maliki, is-Sirja) (rappreżentant: P.-F. Gaborit, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès u B. Driessen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt u E. Cujo, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament, minn naħa, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16) u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, tat-23 ta’ Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 247, p. 3), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta’ Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 247, p. 17), sa fejn isem ir-rikorrent tniżżel fil-listi ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 355, 03.12.2011.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Lulju 2012 — Woodman Labs vs UASI — 2 Mas 2 Publicidad Integral (HERO)

(Kawża T-606/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 273/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Woodman Labs, Inc. (Sausalito, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: 2 Mas 2 Publicidad Integral, SL (Vitoria-Gasteiz, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2011 (Każ R 876/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn 2 Mas 2 Publicidad Integral, SL u Woodman Labs, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 32, 04.02.2012


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Chico’s Brands Investments vs UASI — Artsana (CHICO’S)

(Kawża T-83/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2012/C 273/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chico’s Brands Investments, Inc. (Fort Myers, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Holman, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Artsana SpA (Grandate, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2084/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Artsana SpA u Chico’s Brands Investments, Inc.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 118, 21.4.2012


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/10


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 — MPM-Quality u EUTECH vs UASI — Elton hodinářská, a.s. (MANUFACTURE PRIM 1949)

(Kawża T-215/12)

2012/C 273/18

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: MPM-QUALITY v.o.s. (Frýdek-Místek, ir-Repubblika Ċeka) u EUTECH akciová společnost (Šternberk, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elton hodinářská, a.s.

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 826/2010-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark magħquda “MANUFACTURE PRIM 1979”, bin-Nru 3531662, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14 u 35

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Elton hodinářská, a.s.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: talbiet ibbażati fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 51(1)(b), flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 8(1)(a) u (b), u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, u fuq l-Artikolu 52(1)(b) tal-imsemmi regolament

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti ssostni li l-Bord tal-Appell kiser l-Artikolu 8(1)(a) u (b), l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”) billi:

ibbaża ruħu fuq kunċett żbaljat tal-oneru tal-prova fis-sens tal-Artikolu 52 u tal-Artikolu 165(4) tar-Regolament;

applika b’mod żbaljat il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

ma ħax inkonsiderazzjoni l-użu fundamentali, il-fama u l-użu tat-trade mark internazzjonali, li huma importanti għall-perċezzjoni tas-sinjal PRIM mill-konsumaturi rilevanti;

applika b’mod żbaljat l-Artikolu 55 flimkien mal-Artikolu 41 tar-Regolament, meta afferma li d-drittijiet preċedenti fuq is-sinjal għandhom jappartjenu għall-istess proprjetarju;

ma ħax inkonsiderazzjoni l-fatti u l-provi prodotti mir-rikorrenti, ma rrikonoxxiex l-importanza ta’ dawn il-provi u lanqas ma eżamina uħud minn dawn il-provi (pereżempju, il-kuntratti ta’ liċenzja);

ma ħax inkonsiderazzjoni ċ-ċirkustanza li trade marks identiċi li jinkludu l-kelma “PRIM” huma diġà rreġistrati fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/11


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2012 — SNCF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-242/12)

2012/C 273/19

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société nationale des chemins de fer français (SNCF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Beurier, O. Billard u V. Landes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 1616 finali, tad-9 ta’ Marzu 2012, li tiddikjara bħala inkompatibbli mas-suq intern l-għajnuna implementata mir-Repubblika Franċiża favur Sernam SCS (1) fost oħrajn permezz ta’ rikapitalizzazzjoni, ta’ garanziji mogħtija u tal-maħfra ta’ krediti dovuti minn Sernam mir-rikorrenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti sa fejn, meta fid-deċiżjoni kkontestata adottat pożizzjoni li ma kinitx tidher fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura, il-Kummissjoni ma ppermettietx lir-rikorrenti tesponi b’mod utli l-fehma tagħha dwar ir-rilevanza ta’ din il-pożizzjoni.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi sa fejn id-deċiżjoni “Sernam 2” (2) ħolqot sitwazzjoni li għamlet leġittimi l-aspettativi tar-rikorrenti fil-karattru regolari taċ-ċessjoni tal-attiv kollhu ta’ Sernam.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ diliġenza tagħha u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali sa fejn il-Kummissjoni adottat deċiżjoni madwar seba’ snin wara ċ-ċessjoni tal-attiv kollu ta’ Sernam.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni “Sernam 2” ma ġewx osservati. Dan il-motiv huwa maqsum f’sitt partijiet ibbażati fuq żbalji li l-Kummissjoni allegatament wettqet meta kkunsidrat:

li ċ-ċessjoni tal-attivi kollha ta’ Sernam ma saritx fit-30 ta’ Ġunju 2005;

li din ma tikkostitwixxix bejgħ;

li din tikkostitwixxix trasferiment tal-(attiv u tal-passiv) kollu ta’ Sernam SA;

li din ma limitatx ruħha għall-attiv ta’ Sernam SA, iżda żdiedet b’EUR 59 miljun;

li din ma seħħitx permezz ta’ proċedura trasparenti u miftuħa;

u li l-għan ta’ bejgħ tal-attiv ma ġiex osservat.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq żball ta’ dritt sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li l-obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna ta’ EUR 41 miljun ġie ttrasferit lil Financière Sernam u lill-kumpanniji sussidjarji tagħha, filwaqt li Financière Sernam ma tistax titqies li bbenefikat minn benefiċċju, peress li din ħallset il-prezz tas-suq għall-attiv kollu ta’ Sernam.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi sa fejn il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżuri tal-protokoll ta’ ftehim dwar iċ-ċessjoni tal-attiv kollu ta’ Sernam kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat filwaqt li l-prezz imħallas għax-xiri kien prezz tas-suq li rriżulta minn sejħa għal offerti bil-miftuħ, trasparenti, inkondizzjonata u mhux diskriminatorja u li kien ħafna inqas mill-ispiża ta’ likwidazzjoni li r-rikorrenti kien ikollha tħallas f’każ ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja ta’ Sernam.


(1)  Għajnuna mill-Istat Nru C 37/2008 — Franza — Applikazzjoni tad-Deċiżjoni “Sernam 2” — SA.12522.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/367/KE, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata parzjalment minn Franza favur l-impriża “Sernam” [innorifikata bin-Nru C(2004) 3940] (ĠU 2006, L 140, p. 1).


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/12


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2012 — Bimbo vs UASI — Café do Brasil (Caffè KIMBO)

(Kawża T-277/12)

2012/C 273/20

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Café do Brasil SpA (Melito di Napoli, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tbiddel id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 1017/2011-4;

sussidjarjament, u biss f’każ jekk it-talba preċedenti tkun miċħuda, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 1017/2011-4; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva bil-kulur iswed, aħmar, deheb u abjad “Caffè KIMBO”, għal prodotti fil-klassijiet 11, 21 u 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3478311

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat tal-oppożizzjoni: It-trade mark Spanjola Nru 291655 “BIMBO” għal prodotti fil-klassi 30; It-trade mark preċedenti magħrufa sew fi Spanja “BIMBO” għal prodotti fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata parzjalment annullata u l-kumplament tal-appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 64, 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2099; u ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/12


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2012 — Inter-Union Technohandel vs UASI — Gumersport Mediterranea de Distribuciones (PROFLEX)

(Kawża T-278/12)

2012/C 273/21

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inter-Union Technohandel GmbH (Landau in der Pfalz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Schmidt-Hern u A. Feutlinske, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gumersport Mediterranea de Distribuciones, SL (Barcelona, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 413/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “PROFLEX” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Ġermaniża Nru 39628817 tat-trade mark verbali “PROFEX”, għal prodotti fil-klassijiet 6, 8, 9, 11, 12, 16, 17 u 21

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda kolla kemm hi

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, u tar-Regola 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/13


Rikors ippreżentat fil-28 ta’ Ġunju 2012 — Cartoon Network vs UASI — Boomerang TV (BOOMERANG)

(Kawża T-285/12)

2012/C 273/22

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Cartoon Network, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Starr, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Boomerang TV, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta’ April 2012 fil-Każ R 699/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BOOMERANG” għal servizzi fil-klassijiet 38 u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1160050 tat-trade mark figurattiva “Boomerang TV”, għal servizzi fil-klassi 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/13


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2012 — EI du Pont de Nemours vs UASI — Zueco Ruiz (ZYTEL)

(Kawża T-288/12)

2012/C 273/23

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EI du Pont de Nemours and Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Enrique Zueco Ruiz (Zaragoza, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 464/2011-2; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ZYTEL” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12 u 37

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 369314, tat-trade mark verbali “ZYTEL”, għal prodotti fil-klassijiet 1 u 17; trade mark li għandha reputazzjoni “ZYTEL”, għal prodotti fil-klassijiet 1 u 17

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/14


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2012 — Deutsche Bank vs UASI (Passion to Perform)

(Kawża T-291/12)

2012/C 273/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Deutsche Bank (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Lange, T. Götting and G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta’ April 2012, fil-Każ R 2233/2011-4; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali “Passion to Perform” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 35, 36, 38, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru W 1066295

Deċiżjoni tal-eżaminatur: protezzjoni tat-trade mark fil-Komunità Ewropea rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/14


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2012 — Mega Brands vs UASI — Diset (MAGNEXT)

(Kawża T-292/12)

2012/C 273/25

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Diset, SA (Barcelona, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta’ April 2012, fil-Każ R 1722/2011-4 u tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 1681447; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MAGNEXT”, għal prodotti fil-klassi 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8990591

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Spanjola “MAGNET 4”, irreġistrata bin-Nru 2550099 għal prodotti fil-klassi 28; it-trade mark figurattiva Komunitarja “Diset Magnetics”, irreġistrata bin-Nru 3840121 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 28 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/15


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2012 — Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/12)

2012/C 273/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, kif ukoll T. Lübbig u M. Klasse, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ April 2012 dwar Għajnuna mill-Istat SA.25051 (C 19/2010) (ex NN 23/2010) tal-Ġermanja favur Zweckverband Tierkörperbeseitigung f’Rheinland-Pfalz, f’Saarland, f’Rheingau-Taunus-Kreis u fil-Landkreis Limburg-Weilburg (Nru C(2012) 2557 finali);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 107(1) u 106(2) TFUE sa fejn il-Kummissjoni kkontestat li t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kapaċitajiet supplimentari taz-Zweckverband kien servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali u sa fejn hija eċċediet b’mod sostanzjali l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali mogħtija lilha mill-qrati tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-istħarriġ tagħha tas-setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri li jiddefnixxu s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali huwa limitat, fid-dawl tal-ġurisprudenza stabbilita tal-qrati tal-Unjoni, biss għal “iżbalji manifesti ta’ diskrezzjoni” u ma tistax tissostitwixxi d-diskrezzjoni tagħha ma’ dik tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn il-Kummissjoni kkonstatat b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku abbażi ta’ eżami żbaljat tal-kriterji Altmark, li jipprovdu li kumpens inkambju għall-eżekuzzjoni ta’ obbligi ekonomiċi ma jimplikax vantaġġ fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Il-Kummissjoni wettqet żball fl-eżami ta’ kull wieħed mill-kriterji Altmark. B’mod partikolari, fir-rigward tat-tielet kriterju Altmark, il-Kummissjoni ma llimitatx ruħha għall-kwistjoni dwar jekk il-kumpens kien marx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex ikopri l-ispejjeż inkorsi mill-eżekuzzjoni tal-obbligi ekonomiċi. Minflok, il-Kummissjoni illegalment ivverifikat jekk id-daqs tar-riżervi supplimentari li tqiegħdu għad-dispożizzjoni miz-Zweckverband Tierkörperbeseitigung kienx inadegwat fid-dawl tas-sitwazzjonijiet ta’ epidemija possibbli, li hija kkonfermat, minkejja rapporti tal-esperti li juru l-kontra ta’ dan.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE minħabba l-konstatazzjonijiet żbaljati dwar ir-rekwiżit ta’ effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li huwa minnu li Zweckverband Tierkörperbeseitigung tibbenefika legalment, fil-qasam tar-rimi, minn monopolju reġjonali, qasam li fih ma hija esposta għal ebda kompetizzjoni legali. Madankollu, il-Kummissjoni ma tasalx għall-konklużjoni neċessarja li ma jistax ikun hemm, anki potenzjalment, effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri jew distorsjoni tal-kompetizzjoni fid-dawl tal-fatt li z-Zweckverband Tierkörperbeseitigung assolutament ma hijiex kompetitur ta’ impriżi oħra, b’mod partikolari impriżi li joriġinaw minn Stati Membri li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom.

(4)

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE minħabba l-evalwazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni stabbiliti f’din id-dispożizzjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni, fid-deċiżjoni kkontestata, il-fatt li, skont din id-dispożizzjoni, hija għandha tivverifika jekk il-kumpens għal servizzi ta’ interess ġenerali jammontax għal kumpens eċċessiv. Madankollu, hija ma tistax tevita l-kundizzjonijiet tad-dispożizzjoni billi tikkonfuta l-ammont tal-ispejjeż tas-servizz, l-adegwatezza tad-deċiżjonijiet politiċi adottati mill-awtoritajiet nazzjonali f’dan il-qasam jew l-effettività ekonomika tal-kummerċjant.

(5)

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà tad-dritt tal-Unjoni, sa fejn il-Kummissjoni kisret b’mod manifest s-setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri u d-diviżjonijiet ta’ dawn l-Istati tad-delimitazzjoni u tad-definizzjoni tas-servizzi ta’ interess ġenerali billi ssostitwixxiet d-diskrezzjoni tagħha stess ma’ dik tal-awtoritajiet kompetenti (ksur tal-Artikolu 14 TFUE u tal-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea).

(6)

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni u fuq ksur tal-projbizzjoni ġenerali ta’ diskriminazzjoni prevista fid-dritt tal-Unjoni, sa fejn il-Kummissjoni ma llimitatx l-istħarriġ tagħha tad-definizzjoni ta’ servizz ekonomiku għall-iżbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

(7)

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata (ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE). Fil-fatt, il-Kummissjoni ma tindikax li l-awtoritajiet kompetenti, il-leġiżlatur u l-Bundesverwaltungsgericht, wettqu “ksur manifest ta’ evalwazzjoni” fis-sens tal-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni meta kklassifikat it-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-kapaċità supplimentari bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/16


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-297/12)

2012/C 273/27

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Ġreċja) (rappreżentant: B. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-Kummissjoni tħallasha s-somma ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-dannu lir-reputazzjoni professjonali tagħha minħabba l-ksur tas-sigriet professjonali mill-Kummissjoni, flimkien mal-interessi kumpensatorji mit-3 ta’ Lulju 2007 sakemm tingħata s-sentenza f’din il-kawża sal-ħlas komplet.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjez tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Europea l-kumpens għad-dannu subit minħabba l-aġir illegali tal-Kummissjoni Europea (iktar ’il quddiem il-“Kummissjoni”), skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE (responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni). B’mod iktar partikolari, il-Kummissjoni kkawżat dannu lir-reputazzjoni professjonali tar-rikorrenti billi fit-3 ta’ Lulju 2007 bagħtet, lil impriżi terzi, dokumenti li kienu jirrigwardaw investigazzjoni pendenti kontra r-rikorrenti.

Ir-rikorrenti ssostni li l-kundizzjonijiet, bħal dawk stabbiliti mill-ġurisprudenza, sabiex tiġi bbażata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni, huma ssodisfatti sabiex hija tiġi kkumpensata għad-dannu lir-reputazzjoni professionali tagħha, minħabba li fatt li l-Kummissjoni nnotifikat b’mod illegali, lil terzi, l-eżistenza u l-kontenut ta’ investigazzjoni pendenti kontra r-rikorrenti, kif ukoll informazzjoni professjonali kunfidenzjali li tikkonċernaha.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/16


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2012 — Lidl Stiftung vs UASI — A Colmeia do Minho (FAIRGLOBE)

(Kawża T-300/12)

2012/C 273/28

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter u A. Berger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: A. Colmeia do Minho Lda (Aldeia de Paio Pires, il-Portugall)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ April 2012, fil-Każ R 1981/2010-2 sa fejn l-oppożizzjonii ġiet milqugħa;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri; u

tikkundanna lill-intervenjenti tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “FAIRGLOBE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 20, 24, 25, 29, 30, 31, 32 u 33 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6896261

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Portugiża “GLOBO PORTUGAL”, irreġistrata bin-Nru 221497 għal prodotti fil-klassi 30; it-trade mark figurattiva Portugiża “GLOBO PORTUGAL”, irreġistrata bin-Nru 221498 għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark verbali Portugiża “GLOBO”, irreġistrata bin-Nru 311549 għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark verbali Portugiża “GLOBO”, irreġistrata bin-Nru 337398 għal prodotti fil-klassi 2, 29 u 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment u apell miċħud parzjalment

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 15(1) flimkien mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u tar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95;

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/17


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2012 — Torrefacção Camelo vs UASI — Pato Hermanos (Dekorazzjoni ta’ ippakkjar għall-kafe)

(Kawża T-302/12)

2012/C 273/29

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Torrefacção Camelo Lda (Campo Maior, il-Portugall) (rappreżentant: J. Massaguer Fuentes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lorenzo Pato Hermanos, SA (Madrid, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tikkunsidra li dan l-att flimkien mal-kopji tiegħu u mad-dokumenti mehmuża miegħu, ġew ippreżentati, tiddikjarhom ammissibbli, u konsegwentement tikkunsidra li r-rikors intiż kontra d-Deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tas-17 ta’ April 2012, fil-Każ R 2378/2010-3 ġie ppreżentat fil-ħin u fil-forma meħtieġa u, wara li tadotta l-miżuri preliminari meħtieġa, tiddeċiedi favur dan ir-rikors billi tannulla d-deċiżjoni kkontestata u billi tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tas-26 ta’ Novembru 2010 li annullat id-Disinn Komunitarju Nru 0 0070 6940-0001, u tikkundanna lil Lorenzo Patos Hermanos, SA għall-ispejjeż jekk hija tikkontesta dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn fuq sfond aħmar, fażola tal-kafe bil-kontorni bojod mqassmin b’mod aleatorju fuq l-isfond, u żewġ strixxi orizzontali fuq u isfel ta’ kulur isfar u sovrapposti fuq l-isfond aħmar, għal prodotti fil-klassi Locarno Nru 99-00 — Disinn Komunitarju rreġistrat Nru 0 0070 6940-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Lorenzo Pato Hermanos, SA

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ksur tal-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/17


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2012 — Message Management vsUASI — Absacker (ABSACKER of Germany)

(Kawża T-304/12)

2012/C 273/30

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Message Management GmbH (Wiesbaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Konle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Absacker GmbH (Köln, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 1028/2011-1 u tiċħad ir-rikors marbut mal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1 663 700 mibdija kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8 753 691 tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 1028/2011-1 u tiċħad ir-rikors marbut mal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1 663 700 mibdija kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8 753 691 tar-rikorrenti sa fejn tikkonċerna l-klassijiet 32 u 33;

iktar sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 1028/2011-1 u tiċħad ir-rikors marbut mal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1 663 700 mibdija kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8 753 691 tar-rikorrenti sa fejn tikkonċerna l-klassi 33.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, bl-abjad u bl-iswed, li tirrappreżenta ajkla u li tinkludi l-element verbali “ABSACKER of Germany” għal prodotti fil-klassijiet 25, 32 u 33 — applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 8 753 691

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Absacker GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi nazzjonali bl-iswed, bl-oranġjo u bl-abjad, li jinkludu l-element verbali “ABSACKER” għal prodotti fil-klassijiet 25, 33 u 43

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Motivi invokati: konstatazzjoni żbaljata ta’ xebh tas-sinjali u ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/18


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2012 — Spirlea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/12)

2012/C 273/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Darius Nicolai Spirlea (Capezzano Pianore, l-Italja) u Mihaela Spirlea (Capezzano Pianore) (rappreżentanti: V. Foerster u T. Pahl, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors ippreżentat skont l-Artikolu 263 TFUE;

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tiddikjara r-rikors fondat u tikkonstata li l-Kummissjoni kisret il-forom proċedurali sostanzjali u diversi dispożizzjonijiet tad-dritt materjali;

tannulla, abbażi ta’ dan, id-deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ġunju 2012 (SG.B.5/Mku/psi — Ares (2012) 744102), sa fejn tikkonċerna l-ittri ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Mejju 2011 u tal-10 ta’ Ottubru 2011, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

(1)

Ksur tal-obbligu ta’ eżami previst fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) u nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-estent sa fejn kellu jsir dan l-eżami abbażi tal-imsemmi regolament

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu li hemm ksur tal-obbligu ta’ eżami tal-“eċċezzjonijiet” previsti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, kif ukoll tal-estent sa fejn kellu jsir dan l-eżami skont l-imsemmija dispożizzjoni.

(2)

Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fid-deċiżjoni tal-21 ta’ Ġunju 2012 marbuta mal-Każijiet GestDem 2012/1073 u 2012/1251

Fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li timmotiva r-rifjut tal-iżvelar tal-ittri ta’ informazzjoni tal-10 ta’ Mejju 2011 u tal-10 ta’ Ottubru 2011 skont l-estent preskritt mid-dritt.

(3)

Assimilazzjoni tal-proċedura pilota “informali” tal-Unjoni ma’ proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu prevista fl-Artikolu 258 TFUE

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-assimilazzjoni tal-proċedura pilota “informali” tal-Unjoni ma’ proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu prevista fl-Artikolu 258 TFUE ma hijiex fondata fid-dritt.

(4)

Żball ta’ evalwazzjoni dwar l-aċċess parzjali għad-dokumenti

Fil-kuntest tar-raba’ motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni d-dritt tagħhom għal aċċess parzjali għall-ittri ta’ informazzjoni (Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001) u naqset b’mod manifest milli twettaq eżami konkret.

(5)

Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità/“interess pubbliku superjuri”

Fil-kuntest tal-ħames motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn ma eżaminatx b’mod korrett l-eċċezzjoni invokata (“protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni”) fir-rigward tal-“interess pubbliku superjuri” (Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001).

(6)

Ksur tal-Komunikazzjoni COM(2002) 141

Fil-kuntest tas-sitt motiv, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret b’mod sistematiku, fir-rigward tagħhom, ir-regoli li hija stess stabbilixxiet dwar it-trattament tal-ilmenti taċ-ċittadini tal-Unjoni u għalhekk kisret sostenibbilment l-effett vinkolanti li imponiet fuqha stess (Anness tal-Komunikazzjoni COM(2002) 141).


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/19


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2012 — Mayaleh vs Il-Kunsill

(Kawża T-307/12)

2012/C 273/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Adib Mayaleh (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: G. Karouni, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla:

id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja sa fejn din issemmi lil Adib Mayaleh;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja sa fejn dan isemmi lil Adib Mayaleh;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2011, C 282, p. 30.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/19


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2012 — Zweckverband Tierkörperbeseitigung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-309/12)

2012/C 273/33

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zweckverband Tierkörperbeseitigung f’Rheinland-Pfalz, f’Saarland, f’Rheingau-Taunus-Kreis u fil-Landkreis Limburg-Weilburg (Rivenich, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kerkmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ April 2012 dwar Għajnuna mill-Istat SA.25051 (C 19/2010) (ex NN 23/2010) mogħtija mill-Ġermanja favur Zweckverband Tierkörperbeseitigung f’Rheinland-Pfalz, f’Saarland, f’Rheingau-Taunus-Kreis u fil-Landkreis Limburg-Weilburg (Nru C(2012) 2557 finali);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li ġie ddikjarat li r-rikorrenti għandha titqies li hija impriża.

Il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għandu l-għan li jwettaq attività ta’ servizz pubbliku barra mis-suq. Fil-kuntest tat-twettiq ta’ din l-attività, ir-rikorrenti ma taġixxix bħala impriża fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) u tal-Artikolu 106(2) peress li ġie kkonstatat li ngħata vantaġġ ekonomiku lir-rikorrenti permezz tal-kontribuzzjonijiet u li ma hemmx inkwistjoni servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali.

Il-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet mill-membri tar-rikorrenti ma jagħtihiex vantaġġ ekonomiku, peress li dan il-ħlas huwa ddeterminat mill-awtorità pubblika u ma huwiex sussidju trażversali tal-attivitajiet li r-rikorrenti toffri fis-suq. Sussidjarjament, hemm inkwistjoni provvista ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali li l-Kummissjoni tiċħad l-eżistenza tiegħu, bi ksur manifest tal-kriterji ta’ eżami li huma rikonoxxuti mill-ġurisprudenza, u dan jikkostitwixxi żball ta’ evalwazzjoni. Barra minn hekk, l-erba’ kriterji tas-sentenza Altmark huma wkoll sodisfatti fil-każ ineżami.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li ġew ikkonstatati b’mod żbaljat il-kriterji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Ir-rimi ta’ prodotti sekondarji mill-annimali tal-kategoriji 1 u 2 fis-sens tar-Regolament Nru 1069/2009 ma hijiex attività miftuħa għas-suq fil-Ġermanja, b’mod li l-esklużività li ngħatat legalment mir-rikorrenti ma twassalx għal distorsjoni tal-kompetizzjoni jew għal effett fuq il-kummerċ.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 106(2) TFUE peress li ma ttieħdux inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

Waqt l-eżami tagħha, il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-kriterju ta’ interess ekonomiku u bi ksur tal-kompetenzi tagħha ta’ eżami, ma llimitatx ruħha li tistabbilixxi l-eżistenza tal-possibbiltà ta’ kumpens żejjed.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri previst fl-Artikolu 14 TFUE u, fl-istess waqt, ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà (Artikolu 5(3) TUE).

Il-Kummissjoni kisret is-setgħa diskrezzjonali tal-awtoritajiet tal-Istati Membri fid-determinazzjoni tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(1) TFEU u tal-Artikolu 1(b)(v) u tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 peress li ġie kkonstatat li l-ħlas li sar mill-1998 jikkostitwixxi għajnuna ġdida.

Il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq evalwazzjoni insuffiċjenti tal-fatti.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 2 TUE, tal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 peress li ma ttiħdux inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

Il-Kummissjoni assumiet b’mod żbaljat li, minħabba s-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 mill-Bundesverwaltungsgericht (referenza 3 C 44.09), ir-rikorrenti ma setgħetx tinvoka l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, minkejja li din is-sentenza ċaħdet espressament l-eżistenza ta’ għajnuna bil-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet lir-rikorrenti. Peress li din is-sentenza għandha l-awtorità ta’ res judicata, il-Kummissjoni kisret ukoll il-prinċipju ta’ ċertezza legali.

It-tmien motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 peress li ngħata ordni lill-Istat Membru sabiex jirkupra l-ħlasijiet li saru mill-1998 — Ksur tal-prinċipji ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità.

It-talba mill-Kummissjoni lill-Ġermanja sabiex tirkupra l-kontribuzzjonijiet li saru lir-rikorrenti mill-1998 hija sproporzjonata, peress li ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti attwalment sostniet spejjeż għaż-żamma ta’ kapaċitajiet għad-dispożizzjoni tal-membri tagħha.

Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li ġie kkonstatat li r-riżorsi użati għall-miżuri ta’ titjib tas-siti kkontaminati għandhom jitqiesu li huma għajnuna mill-Istat.

Ir-riżorsi użati għat-titjib tas-siti kkontaminati jikkumpensaw żvantaġġ strutturali subit mir-rikorrenti minħabba l-attribuzzjoni legali mil-Land Rheinland-Pflaz, u konsegwentement, ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/20


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Lulju 2012 — Yuanping Changyuan Chemicals vs Il-Kunsill

(Kawża T-310/12)

2012/C 273/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd (Yuan Ping City, Xin Zhou, Iċ-Ċina) (rappreżentant: V. Akritidis, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012, tat-12 ta’ April 2012, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 106, p. 1);

tordna li l-ispejjeż kollha kkawżati mir-rikorrenti matul il-proċeduri preżenti għandhom jitħallsu mill-konvenut.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament bażiku”), li jistipula li l-ħsara tirreferi għall-ħsara lill-“Industrija tal-Unjoni”; u ksur tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku dwar id-definizzjoni tal-Industrija tal-Unjoni, billi l-konvenut iddefinixxa l-Industrija tal-Unjoni b’mod żbaljat billi inkluda żewġ produtturi li ma kkooperawx, li minnhom wieħed kien waqqaf il-produzzjoni ħafna snin qabel il-perijodu ta’ investigazzjoni.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, li jeħtieġ l-evalwazzjoni tal-ħsara lill-Industrija tal-Unjoni tkun ibbażata fuq provi pożittivi wara evalwazzjoni oġġettiva tal-fatturi rilevanti kollha, billi l-konvenut ikkommetta żball manifest ta’ evalwazzjoni meta analizza l-fatturi ta’ ħsara fuq il-bażi ta’ żewġ settijiet separati u konfliġġenti ta’ data (fatturi mikro- u makro-ekonomiċi) b’mod selettiv.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, li jeħtieġ li dazji jiġu imposti biss sa fejn huma neċessarji sabiex jikkumpensaw l-effetti ta’ dumping dannuż; l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku, li jeħtieġ li dazji jinġabru b’mod indipendenti mid-dazji tad-dwana, taxxi u u piżijiet oħra; u l-Artikoli 20(1) and 20(2) tar-Regolament bażiku, li jeħtieġu l-iżvelar tal-fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom huma imposti dazji anti-dumping, billi l-konvenut ikkommetta serje ta’ żbalji manifesti fil-kalkolu tal-marġni ta’ ħsara kif ukoll naqas milli jipproduċi dikjarazzjoni tar-raġunijiet.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20(5) tar-Regolament bażiku, li jipprovdi għal perijodu minimu ta’ 10 ijiem sabiex jiġu sottomessi kummenti dwar xi żvelar definittiv kif ukoll tal-prinċipji ġenerali ta’ non-diskriminazzjoni, u d-dmir ta’ amministrazzjoni tajba, billi l-konvenut ta lill-applikant limitu ta’ żmien iqsar sabiex iwieġeb għall-iżvelar definittiv tal-investigazzjoni milli l-limitu ta’ żmien li ngħata lill-partijiet l-oħra fil-proċedimenti.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/21


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2012 — Tubes Radiatori vs UASI — Antrax It (Radjaturi għat-tisħin)

(Kawża T-315/12)

2012/C 273/35

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tubes Radiatori Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Antrax It Srl (Resana, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ April 2012, fil-Każ R 953/2011-3, u, konsegwentement, tikkonstata u tiddikjara l-validità tad-disinn Komunitarju Nru 000169 370-0002 proprjetà ta’ TUBES RADIATORI srl, peress li huwa ġdid u għandu karattru distintiv;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta’ Mejju 1991.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: radjaturi għat-tisħin — disinn Komunitarju Nru 169 370-0002

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Antrax It Srl

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Ksur tal-Artikoli 4 u 9 tar-Regolament dwar id-disinji Komunitarji (iktar ’il quddiem ir-RDK) u, b’mod partikolari, r-raġuni għal invalidità skont l-Artikolu 25(1)(b) tar-RDK minħabba nuqqas ta’ karattru distintiv skont l-Artikolu 6(1)(b) tar-RDK.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Disinn Komunitarju ddikjarat invalidu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 4, 5 u 6 tar-Regolament Nru 6/2002


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/21


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2012 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-325/12)

2012/C 273/36

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, J. Langer u M. de Ree, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni SG-Greffe (2012) D/3150 li l-Kummissjoni tat fil-11 ta’ Mejju 2012 fil-Każ SA.28855 (N 373/2009) (ex C 10/2009 U N 528/2009 — Il-Pajjiżi l-Baxxi vs ING — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

Ksur tad-drittijiet ta’ difiża u tal-prinċipju ta’ premura:

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma setgħetx tadotta d-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma tagħti lill-Pajjiżi l-Baxxi l-opportunità li jesprimi ruħu dwar il-motivi li għalihom hija ddeċidiet li, fid-dawl tal-fatt li kien emenda l-kundizzjonijiet ta’ rimbors, il-Pajjiżi l-Baxxi kien alloka għajnuna lil ING.

Sussidjarjament, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ premura peress li hija adottat id-deċiżjoni mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni l-argumenti li l-Gvern Olandiż kien invoka matul proċeduri preċedenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawżi magħquda T-29/10 u T-33/10, liema argumenti il-Qorti Ġenerali kienet segwiet fis-sentenza li tat fit-2 ta’ Marzu 2012 f’dawn il-kawżi.

(2)

Ksur tal-Artikolu 107 TFUE:

Id-deċiżjoni hija inkompatibbli mal-Artikolu 107 TFUE, peress li fil-punt 213 tagħha, il-Kummissjoni sostniet b’mod żbaljat li l-emenda tal-kundizzjonijiet ta’ rimbors tinkludi għajnuna mill-Istat.

(3)

Ksur tal-Artikolu 107 TFUE, tar-Regoli tal-Proċedura u tal-Artikolu 266 TFUE

Il-Kummissjoni ma implementatx b’mod korrett is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2012 u kisret l-Artikolu 107 TFUE, ir-Regoli tal-Proċedura u l-Artikolu 266 TFUE peress li, fid-deċiżjoni kkontestata, hija ssuġġettat l-approvazzjoni tal-injezzjoni tal-kapital għall-istess miżuri kumpensatorji bħal fl-ewwel deċiżjoni tal-2009 (li l-Qorti Ġenerali annullat bis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Marzu 2012) minkejja li kkalkolat l-għajnuna inkwistjoni għal ammont inqas minn EUR 2 biljuni.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/22


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2012 — Al-Tabbaa vs Il-Kunsill

(Kawża T-329/12)

2012/C 273/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mazen Al-Tabbaa (Bejrut, il-Lebanon) (rappreżentanti: M. Lester, Barrister u G. Martin, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 126, p. 9), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi, fejn isostni li l-Kunsill, billi inkluda ismu fil-listi annessi mal-miżuri kkontestati,

wettaq żball manifest ta’ fatt u ta’ evlawazzjoni billi ddeċieda li japplika l-miżuri restrittivi inkwistjoni għar-rikorrent u billi kkunsidra li ġiet issodisfatta waħda mill-kriterji għall-inklużjoni fil-lista;

naqas milli jagħti lir-rikorrent raġunijiet suffiċjenti jew adegwati għall-inklużjoni tiegħu fil-listi;

kiser id-drittijiet fundamentali bażiċi tad-difiża tar-rikorrent u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva; u

kiser mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, b’mod partikolari d-dritt tiegħu għall-proprjetà, il-libertà tiegħu tal-impriża, id-dritt tiegħu għar-rispett għar-reputazzjoni tiegħu u għall-ħajja privata u tal-familja tiegħu.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2012 — Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-483/07) (1)

2012/C 273/38

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 51, 23.02.2008.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2012 — Embraer et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-75/10) (1)

2012/C 273/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 113, 01.05.2010.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2012 — Prima TV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-504/10) (1)

2012/C 273/40

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2012 — RTI u Elettronica Industriale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-506/10) (1)

2012/C 273/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Spa Monopole vs UASI — Royal Mediterranea (THAI SPA)

(Kawża T-663/11) (1)

2012/C 273/42

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 65, 03.03.2012.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Gas vs UASI — Grotto (GAS)

(Kawża T-92/12) (1)

2012/C 273/43

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 126, 28.04.2012.


8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 273/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Gas vs UASI — Grotto (BLUE JEANS GAS)

(Kawża T-93/12) (1)

2012/C 273/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 126, 28.04.2012.