ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.CA2012.270.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 270A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
7 ta' Settembru 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2012/C 270A/01

Gwida applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali

1

REVIŻJONI TAL-ĠU C A KOMPETIZZJONI

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

8

(DA/EL/HU/IT/MT/PL)

10

 

17

(LT)

20

(EN)

22

(DE/EN/FR)

27

 

30

(FR)

31

(ES)

37

 

44

 

46

 

53

 

55

 

59

 

69

(DE/EN/FR)

70

(EL)

71

(ES)

74

(HU)

75

(NL)

76

 

77

(RO)

84

(DE/EN/FR)

86

 

90

(EN)

101

 

110

(DE/EN/FR)

114

 

121

(BG)

122

 

134

 

136

(PT)

140

 

144

(DE/EN/FR)

146

(CS/DA)

160

 

161

 

169

(DE/EN/FR)

180

(DE/EN/FR)

187

 

189

 

197

(DA/DE/EN/SK)

198

(EN/FR)

199

(DE/EN/FR)

204

(ET/GA/LV/PT)

206

(CS)

210

(LT)

211

(MT)

212

(PL)

214

(SK)

215

(DE/EN/FR)

228

(SL)

266

 

270

 

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

7.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 270/1


GWIDA APPLIKABBLI GĦALL-KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

(2012/C 270 A/01)

Din il-gwida hija parti integrali tal-avviż ta' kompetizzjonijiet u l-kandidati għandhom ikunu familjari magħha.

WERREJ

1.

INTRODUZZJONI

1.1.

X'INHI KOMPETIZZJONI ĠENERALI?

1.2.

LIEMA HU L-PROFIL ĠENERALI MITLUB?

2.

KIF TISTA' TAPPLIKA?

2.1.

REĠISTRAZZJONI B'MOD ELETTRONIKU

2.1.1.

Oħloq il-profil tal-EPSO tiegħek

2.1.2.

Ivverifika li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni u ammissjoni għall-kompetizzjoni

2.1.3.

Applika b'mod elettroniku

2.1.3.1.

Il-proċedura tar-reġistrazzjoni

2.1.3.2.

Dispożizzjonijiet speċjali għat-testijiet u l-eżamijiet

2.1.4.

Każijiet ta' esklużjoni marbuta mar-reġistrazzjoni

3.

KOMUNIKAZZJONI

3.1.

KOMUNIKAZZJONI TAL-EPSO MAL-KANDIDATI

3.2.

KOMUNIKAZZJONI TAL-KANDIDATI MAL-EPSO

4.

TESTIJIET TA' DĦUL

4.1.

X'INHU TEST TA' DĦUL?

4.2.

KIF TIŻVOLĠI L-PROĊEDURA?

5.

STADJI FIL-KOMPETIZZJONI

5.1.

EŻAMINAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET

5.2.

GĦAŻLA ABBAŻI TAL-KWALIFIKI

5.3.

ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI: METODOLOĠIJA

5.4.

LISTI TA' RIŻERVA

6.

INFORMAZZJONI ĠENERALI

6.1.

TRAŻMISSJONI TAL-FAJL TA' APPLIKAZZJONI KOMPLUT

6.1.1.

X'inhu fajl komplut?

6.1.2.

Meta għandu jiġi ppreżentat dan il-fajl?

6.1.3.

Kif tista' tippreżenta l-fajl tiegħek?

6.1.4.

Liema dokumenti ta' prova għandhom jiġu mehmuża mal-fajl komplut?

6.1.4.1.

Dispożizzjonijiet Ġenerali

6.1.4.2.

Dokumenti ta' prova għall-kundizzjonijiet ġenerali

6.1.4.3.

Dokumenti ta' prova għall-kundizzjonijiet speċifiċi

6.1.4.4.

Dokumenti ta' prova għall-għarfien lingwistiku (jekk meħtieġa mill-avviż tal-kompetizzjoni)

6.2.

AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI

6.3.

TALBA BIEX JIĠU ANNNULLATI MISTOQSIJIET FIT-TESTIJIET TA' SELEZZJONI

6.4.

TALBA GĦAL REVIŻJONIJIET

6.5.

RIMEDJI

6.6.

ILMENTI LILL-OMBUDSMAN EWROPEW

7.

REKLUTAĠĠ

8.

TAGĦRIF IEĦOR

ANNESS

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   X'INHI KOMPETIZZJONI ĠENERALI?

L-istituzzjonijiet Ewropej jagħżlu l-uffiċjali futuri tagħhom permezz ta' kompetizzjoni ġenerali. Il-kompetizzjonijiet ġenerali jinvolvu serje ta' eżamijiet li fihom il-kandidati jikkompetu ma' xulxin. Dawn il-kompetizzjonijiet huma miftuħa għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea (1) li jissodisfaw il-kriterji mitluba. Din il-proċedura toffri lill-kandidati kollha opportunità ndaqs li juru l-kapaċitajiet tagħhom u tiggarantixxi għażla bbażata fuq il-mertu, filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju ta' ugwaljanza fit-trattament.

Il-kandidati li jgħaddu f'kompetizzjoni jitniżżlu f'lista ta' riżerva li minnha l-istituzzjonijiet jibdew jieħdu kandidati skont il-bżonnijiet tagħhom. Għalhekk din ma tirrigwardax il-fatt li jimtela post vakanti speċifiku, iżda li tiġi ffurmata lista ta' riżerva għar-reklutaġġ.

Sabiex jintagħżlu l-aħjar kandidati abbażi tal-kundizzjonijiet definiti fl-avviż tal-kompetizzjoni, tiġi nnominata ġurija (2). Din tqabbel il-prestazzjoni tal-kandidati sabiex tiġi evalwata l-ħila tagħhom biex jissodisfaw il-funzjonijiet deskritti fl-avviż. Għalhekk mhux biss għandha tevalwa l-livell tal-għarfien, iżda wkoll tippermetti li jiġu identifikati l-persuni li huma l-iktar ikkwalifikati abbażi tal-mertu tagħhom.

Il-kompetizzjonijiet jistgħu jiġu organizzati:

kemm fil-qafas ta' ċikli annwali,

kif ukoll skont il-bżonnijiet speċifiċi tal-istituzzjonijiet.

1.2.   LIEMA HU L-PROFIL ĠENERALI MITLUB?

L-istituzzjonijiet ifittxu kandidati b'talenti, motivati u kkwalifikati ħafna fil-qasam tagħhom, u li għandhom b'mod partikolari dawn il-kompetenzi li ġejjin:

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Li jkunu jistgħu jiġu identifikati l-punti kritiċi fi problemi kumplessi u li jiġu żviluppati soluzzjonijiet kreattivi u prattiċi

Komunikazzjoni

Jistgħu jikkomunikaw b'mod ċar u preċiż, kemm verbalment kif ukoll bil-miktub

Kwalità u riżultati

Jieħdu r-responsabbiltajiet u jieħdu inizjattivi sabiex jipprovdu xogħol ta' kwalità għolja fir-rigward tal-proċeduri stabbiliti

Tagħlim u żvilupp

Jestendu u jżidu l-kompetenzi personali tagħhom u l-għarfien tagħhom dwar l-organizzazzjoni u l-ambjent tax-xogħol

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Jistgħu jiddeterminaw il-prijoritajiet fil-kompiti tagħhom, jaħdmu b'mod flessibbli u jorganizzaw b'mod effiċjenti x-xogħol tagħhom

Perseveranza

Jistgħu jibqgħu effiċjenti f'każ ta' pressjoni għolja ta' xogħol, jegħlbu d-diffikultajiet ta' organizzazzjoni b'mod pożittiv u jadattaw għall-evoluzzjoni tal-ambjent tax-xogħol tagħhom

Ħidma f'tim

Jistgħu jikkooperaw mal-kollegi diretti tagħhom kif ukoll ma' servizzi oħra, u jirrispettaw id-differenzi bejn l-individwi

Il-postijiet tal-karriera AD (amministraturi) jeħtieġu kompetenza addizzjonali, jiġifieri:

Ħiliet ta' tmexxija

Jistgħu jmexxu, jiżviluppaw u jimmotivaw il-persuni biex jilħqu l-għanijiet stabbiliti

2.   KIF TISTA' TAPPLIKA?

L-applikazzjoni għal kompetizzjoni tinkludi 2 fażijiet:

(1)

L-ewwel, issir ir-reġistrazzjoni b'mod elettroniku.

(2)

Imbagħad, it-trażmissjoni tal-fajl ta' applikazzjoni komplut. Ħlief f'każ fejn ikun indikat mod ieħor fl-avviż ta' kompetizzjoni, dan il-fajl għandu jiġi ppreżentat biss fi stadju ulterjuri u jekk tiġi mistieden tagħmel dan permezz tal-profil EPSO tiegħek (ara l-punt 6.1 iktar 'l isfel).

2.1.   REĠISTRAZZJONI B'MOD ELETTRONIKU

1.

Oħloq il-profil EPSO tiegħek, jekk għadek m'għamiltx dan.

2.

Ivverifika bir-reqqa li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni u ta' ammissjoni għal kompetizzjoni.

3.

Agħmel it-testijiet interattivi li jiġu proposti.

4.

Imla l-applikazzjoni elettronika tiegħek.

5.

Ikkonferma u vvalida r-reġistrazzjoni elettronika tiegħek fiż-żmien meħtieġ.

2.1.1.   Oħloq il-profil tal-EPSO tiegħek (3)

Meta tkun qed tirreġistra l-iskrizzjoni tiegħek, jiġi propost lilek li tidħol fil-kont EPSO tiegħek eżistenti, jiġifieri, jekk għadek ma ħloqtx wieħed, għandek toħloq wieħed billi ssegwi l-istruzzjonijiet onlajn. Biex tagħmel dan, għandu jkollok indirizz tal-email validu u attiv.

Il-profil EPSO jservi bħala interface elettroniku bejn l-EPSO u l-kandidati. Huwa jippermetti l-komunikazzjoni magħhom, li tinżamm u tiġi aġġornata d-dejta personali tagħhom kif ukoll li jinżamm rekord tal-applikazzjonijiet tagħhom, skont il-protezzjoni tad-dejta.

M'intix awtorizzat li toħloq iktar minn kont EPSO wieħed (ara wkoll il-punt 2.1.4 ta' din il-gwida). Dan il-profil uniku jibqa' validu għall-applikazzjonijiet kollha futuri tiegħek.

2.1.2.   Ivverifika li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni u ammissjoni għall-kompetizzjoni

Qabel kwalunkwe reġistrazzjoni, għandek tivverifika bir-reqqa jekk:

(1)

il-profil li tixtieq tapplika għalih huwiex inkompatibbli ma' profili oħra jew le. Fil-fatt, meta kompetizzjonijiet għal profili differenti jiġu ppubblikati simultanjament, jista' jkun li ma tkunx tista' tagħżel aktar minn profil wieħed. Dawn l-inkompatibbiltajiet huma msemmijin fl-avviż tal-kompetizzjoni;

(2)

inti tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni, kemm ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi, li jfisser li għandek tkun familjari mal-avviż tal-kompetizzjoni u ma' din il-gwida u taċċetta l-kundizzjonijiet tagħha.

Għalkemm l-avviżi tal-kompetizzjonijiet ma jistipulawx limitu ta' età, nixtiequ niġbdulek l-attenzjoni dwar l-età ta' rtirar stabbilita mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejħa r-Regolamenti tal-Persunal (disponibbli fuq il-websajt tal-EPSO).

2.1.3.   Applika b'mod elettroniku

2.1.3.1.   Il-proċedura tar-reġistrazzjoni

Biex tapplika, jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet relatati mal-istadji diversi tal-proċedura ppubblikati fuq il-websajt tal-EPSO.

Se tintalab tagħmel, bħala prova, ġabra ta' testijiet interattivi. Dawn it-testijiet għandhom jagħtuk idea tal-livell meħtieġ għat-testijiet ta' dħul għal din il-kompetizzjoni.

Hija r-responsabbiltà tiegħek li tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex ir-reġistrazzjoni elettronika tiġi finalizzata fl-iskadenza stabbilita. Nagħtuk il-parir li ma tistennix sal-aħħar ġranet tal-perjodu ta' reġistrazzjoni biex tapplika minħabba li problemi ta' konġestjoni eċċezzjonali tal-linji jew kwalunkwe nuqqas tal-konnessjoni tal-internet jistgħu jwasslu biex ikollok tirrepeti l-operazzjoni tar-reġistrazzjoni elettronika, operazzjoni li ma tkunx possibbli aktar wara li tgħaddi d-data tal-iskadenza.

Barra minn hekk, tajjeb li tkun taf li l-proċedura proprja tista' tirrikjedi kemxejn taż-żmien minħabba l-ammont ta' dettalji li jridu jimtlew. L-informazzjoni mitluba tirrigwarda notevolment:

id-diplomi/it-taħriġ tiegħek: il-qasam, il-perjodi ta' studju, il-livell tagħhom u d-data meta ġibt id-diploma/diplomi.

Fl-anness issib eżempju ta' kif jikkorrispondu l-livelli tad-diplomi fl-Istati Membri differenti.

l-esperjenza professjonali tiegħek (jekk din tkun meħtieġa): l-isem u l-indirizz ta' min jimpjega, in-natura tal-kompiti tiegħek, id-data tal-bidu u tat-tmiem ta' dawn il-kompiti,

B'mod ġenerali, sakemm din tkun tista' tittieħed f'kunsiderazzjoni, l-esperjenza tiegħek professjonali għandha tkun waħda li kienet kemm jista' jkun tixbah esperjenza konkreta ta' xogħol, u għalhekk iddefinita bl-elementi li ġejjin:

xogħol konkret u effettiv,

rimunerazzjoni,

relazzjoni ta' subordinazzjoni jew fornitura ta' servizz.

L-esperjenza professjonali tiegħek ma tkunx tgħodd jekk din ma jkollhiex rabta man-natura tal-funzjonijiet deskritti fl-avviż tal-kompetizzjoni li għalih inti tkun dħalt.

B'mod partikolari, l-elementi tal-esperjenza professjonali tiegħek li huma mniżżla hawn taħt jittieħdu f'kunsiderazzjoni kif ġej:

ħidma volontarja: biex tkun tista' tittieħed f'kunsiderazzjoni, il-ħidma volontarja għandha tkun b'rimunerazzjoni. Il-ħidma volontarja għandha tkun tixbah, fejn tidħol intensità (ħinijiet fil-ġimgħa) u fit-tul, impjieg normali kif jinftiehem is-soltu,

apprendistat: l-apprendistati jingħaddu bħala esperjenza professjonali jekk ikunu b'rimunerazzjoni,

servizz militari obbligatorju: is-servizz militari obbligatorju jittieħed f'kunsiderazzjoni għal tul ta' żmien li ma jistax jaqbeż it-tul ta' żmien tas-servizz militari obbligatorju skont il-liġi tal-Istat Membru li tiegħu inti ċittadin. (Is-servizz militari jista' jsir qabel jew wara l-kisba tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni.),

liv tal-maternità/paternità/tal-ġenituri adottivi: il-liv tal-maternità/paternità/tal-ġenituri adottivi jittieħed f'kunsiderazzjoni jekk ikun inkluż f'kuntratt ta' xogħol. Jekk l-avveniment (twelid jew adozzjoni) iseħħ waqt li inti tkun qed tirreġistra għax-xogħol, il-liv ma jittiħidx f'kunsiderazzjoni bħala esperjenza professjonali,

dottorat: id-dottorati kollha, anki dawk mhux b'rimunerazzjoni, jitqiesu bħala esperjenza professjonali għal massimu ta' 3 snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb,

xogħol part-time: ix-xogħol part-time jiġi kkalkulat prorata tal-ħin effettivament maħdum. Pereżempju, jekk inti ħdimt 6 xhur part-time, l-esperjenza tiegħek titqies bħala li hi waħda ta' 3 xhur.

il-motivazzjoni tiegħek (għandha tiġi spjegata fid-dettall),

l-għarfien lingwistiku tiegħek: inti tintalab, skont xi tkun il-kompetizzjoni, li tindika liema mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandek għarfien profond dwarhom:

BG (Bulgaru)

FI (Finlandiż)

NL (Olandiż)

CS (Ċek)

FR (Franċiż)

PL (Pollakk)

DA (Daniż)

GA (Irlandiż)

PT (Portugiż)

DE (Ġermaniż)

HU (Ungeriż)

RO (Rumen)

EL (Grieg)

IT (Taljan)

SK (Slovakk)

EN (Ingliż)

LT (Litwan)

SL (Sloven)

ES (Spanjol)

LV (Latvjan)

SV (Svediż)

ET (Estonjan)

MT (Malti)

 

Fil-qafas ta' kompetizzjonijiet speċjalizzati (kompetizzjonijiet abbażi ta' kwalifiki u eżamijiet), għandha timtela parti addizzjonali: l-evalwatur tat-talenti. Din hija serje ta' domandi preċiżi dwar l-esperjenzi u l-kwalifiki tiegħek li huma relatati mal-qasam tal-kompetizzjoni (ara 5.2 “Għażla abbażi tal-kwalifiki”).

Nissuġġerixxu ħafna li tiġbor din l-informazzjoni kollha qabel ma tibda l-proċedura.

Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni tiegħek ukoll għall-fatt li huwa importanti li timla din l-informazzjoni bir-reqqa u li tiżgura li jkunu preċiżi u vverifikati minn dokumenti ta' prova, skont il-modalitajiet deskritti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Fil-każ li, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, ikun stabbilit li xi informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni tkun falza jew mhux ippruvata minn dokumenti ta' prova relevanti (ara l-punt 6.1.4 ta' din il-gwida), l-applikazzjoni tiegħek għall-kompetizzjoni tkun dikjarata nulla.

Sakemm ma tkunx għadek ivvalidajt ir-reġistrazzjoni tiegħek onlajn, tkun għadek tista' tbiddel l-informazzjoni.

Ladarba tkun ivvalidajt ir-reġistrazzjoni, ma tkunx tista' tbiddilha, minħabba li d-dejta relatata magħha tiġi trattata immedjatament mill-EPSO għall-organizzazzjoni ta' dawn il-kompetizzjonijiet. Għall-aġġornament tad-dejta personali tiegħek, ara l-punt 2.1.1.

Kwalunkwe diffikultà teknika għandha tiġi indikata mill-iktar fis permezz tal-formola ta' kuntatt ippubblikata fuq il-websajt tal-EPSO.

2.1.3.2.   Dispożizzjonijiet speċjali għat-testijiet u l-eżamijiet

(a)   Meta tkun qed tirreġistra

Jekk għandek xi diżabbiltà jew jekk tinsab f'sitwazzjoni partikolari li tista' toħloq diffikultajiet waqt l-eżamijiet, għandek timmarka l-kaxxa korrispondenti fir-reġistrazzjoni elettronika u tindika l-miżuri li tqis neċessarji biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tiegħek fit-testijiet u fl-eżamijiet kollha.

Jekk jogħġbok ibgħat, malajr kemm jista' jkun wara r-reġistrazzjoni elettronika tiegħek — skont il-każ — iċ-ċertifikat mediku jew dikjarazzjoni ta' entità kompetenti li tiċċertifika l-kundizzjoni tiegħek bħala persuna b'diżabbiltà:

jew bil-posta elettronika lil: EPSO-accessibility@ec.europa.eu,

jew bil-faks: +32 22998081 bl-indikazzjoni “EPSO accessibility”,

jew bil-posta fl-indirizz li ġej:

European Personnel Selection Office (EPSO)

“EPSO accessibility”

C-25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

bl-indikazzjoni obbligatorja tan-numru tal-kompetizzjoni kif ukoll tan-numru tiegħek tal-kandidat.

Wara li jiġu analizzati d-dokumenti ta' prova, jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi u adattati għal kull każ sabiex kemm jista' jkun jiġu sodisfatti t-talbiet meqjusa ġġustifikati.

(b)   Wara r-reġistrazzjoni

Jekk iċ-ċirkostanzi deskritti fil-punt 2.1.3.2(a) jinqalgħu wara d-data ta' għeluq stabbilita għar-reġistrazzjoni elettronika, għandek tinnotifika lill-EPSO malajr kemm jista' jkun. Jekk jogħġbok indika bil-miktub id-dispożizzjonijiet li tqis neċessarji u ibgħat id-dokumenti ta' prova relevanti bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta fl-indirizz mogħti fil-punt 2.1.3.2(a).

2.1.4.   Każijiet ta' esklużjoni marbuta mar-reġistrazzjoni

EPSO jiżgura r-rispett tal-prinċipju ta' trattament ugwali. Għalhekk jekk, irrispettivament minn liema stadju tal-proċedura, EPSO jinnota li:

ħloqt iktar minn profil EPSO wieħed,

għamilt reġistrazzjoni biex tieħu sehem f'kompetizzjonijiet għal profili inkompatibbli,

ipprovdejt dikjarazzjonijiet foloz,

tiġi eskluż mill-kompetizzjonijiet ikkonċernati.

Kwalunkwe frodi jew tentattiv ta' frodi tista' tiġi suġġetta għal sanzjonijiet eventwali. F'dan ir-rigward, qed niġbdulek l-attenzjoni għall-fatt li huma biss dawk il-persuni li juru integrità kbira li jistgħu jiġu reklutati mill-istituzzjonijiet.

3.   KOMUNIKAZZJONI

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza u l-komprensjoni tat-testi ta' natura ġenerali u tal-komunikazzjonijiet indirizzati lill-kandidati jew irċevuti minn dawn tal-aħħar, il-konvokazzjonijiet għat-testijiet u provi differenti, kif ukoll kull korrispondenza bejn l-EPSO u l-kandidati se jkunu biss bil-Ġermaniż, bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

3.1.   KOMUNIKAZZJONI TAL-EPSO MAL-KANDIDATI

Ir-riżultati u l-konvokazzjonijiet kollha jiġu kkomunikati lilek biss permezz tal-profil EPSO tiegħek.

Jeħtieġ li ssegwi l-progress tal-kompetizzjoni u tivverifika l-informazzjoni li tikkonċernak, billi tikkonsulta l-profil tiegħek tal-EPSO regolarment, minn tal-anqas darbtejn fil-ġimgħa.

Jekk ma tistax tivverifika din l-informazzjoni, hija r-responsabbiltà tiegħek li tinnotifika immedjatament lill-EPSO b'dan il-fatt (ara l-punt 3.2).

Tista' tikkonsulta informazzjoni ġenerali dwar l-istadji tal-kompetizzjoni fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu).

3.2.   KOMUNIKAZZJONI TAL-KANDIDATI MAL-EPSO

Tista' tagħmel kuntatt mal-EPSO permezz tal-formula ta' kuntatt ippubblikata fuq il-websajt, wara li tkun ivverifikajt li l-informazzjoni meħtieġa la tinsab fl-avviż tal-kompetizzjoni, la f'dan id-dokument, u lanqas fil-websajt tal-EPSO, b'mod partikolari fil-“mistoqsijiet li jsiru ta' spiss” (4).

Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-Bord tal-Għażla, huwa formalment ipprojbit għal kwalunkwe persuna barra mill-Bord tal-Għażla li tipprova tagħmel kuntatt ma' wieħed mill-membri tiegħu. Il-kandidati li jsegwu l-proċeduri stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni biss jistgħu jindirizzaw bil-miktub lill-President tal-Bord tal-Għażla, permezz tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, sabiex jesprimu l-fehma tagħhom jew biex jaffermaw id-drittijiet tagħhom. L-intervenzjonijiet kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti l-proċeduri hawn fuq imsemmija huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni. Kull korrispondenza għall-attenzjoni tal-Bord tal-Għażla għandha tiġi indirizzata esklussivament lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-Bord tal-Għażla.

L-EPSO jiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-kodiċi ta' mġiba amministrattiva tajba (5), b'mod partikolari fil-korrispondenza tiegħu mal-kandidati. Madankollu, skont dawn l-istess prinċipji, l-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza jekk dik li tasallu mingħand il-kandidati tkun abbużiva, repetittiva, skandaluża u/jew mingħajr għan.

Kull korrispondenza dwar reġistrazzjoni magħmula f'isem partikolari għandha ssemmi dan l-isem, in-numru tal-kompetizzjoni u n-numru li ngħata meta saret ir-reġistrazzjoni elettronika.

4.   TESTIJIET TA' DĦUL

4.1.   X'INHU TEST TA' DĦUL?

Fil-każ li jkun neċessarju għall-kompetizzjonijiet, l-EPSO jorganizza testijiet ta' dħul skont il-kundizzjonijiet imħabbra fl-avviż tal-kompetizzjoni. Dawn huma mistoqsijiet b'għażla multipla li jsiru fuq kompjuter, f'ċentri speċjalizzati f'dan it-tip ta' testijiet.

4.2.   KIF TIŻVOLĠI L-PROĊEDURA?

Meta jkunu organizzati t-testijiet ta' dħul, inti tiġi mistieden, permezz tal-profil EPSO tiegħek, biex tirriżerva data f'perjodu determinat li jiġi kkomunikat lilek fl-istedina. Fil-prinċipju, jiġu offerti diversi possibilitajiet ta' dati u ta' ċentri.

Il-lista ta' dawn iċ-ċentri, imqassma fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea (u eventwalment f'ċerti pajjiżi terzi), tiġi kkomunikata lilek permezz tal-profil EPSO tiegħek. Id-disponibbiltà ta' ċerti dati f'ċerti ċentri tista' tkun limitata jekk in-numru ta' kandidati previsti għal dawn iċ-ċentri ma jkunx kbir.

Skont il-kompetizzjoni li tkun applikajt għaliha, dawn it-testijiet jistgħu jinkludu dawn l-elementi li ġejjin:

test ta' raġunament verbali: test li jippermetti l-evalwazzjoni oġġettiva tal-ħiliet tiegħek ta' raġunament u ta' fehma tal-informazzjoni ta' natura verbali,

test ta' raġunament numeriku: test li jippermetti l-evalwazzjoni oġġettiva tal-ħiliet tiegħek ta' raġunament u ta' fehma tal-informazzjoni ta' natura numerika,

test ta' raġunament astratt: test li jippermetti l-evalwazzjoni oġġettiva tal-ħiliet tiegħek ta' detezzjoni u ta' fehma tar-relazzjonijiet bejn kunċetti li ma jinkludux elementi lingwistiċi, spazzjali jew numeriċi,

test(ijiet) fil-qasam magħżul,

test(ijiet) ta' ħila lingwistika,

test(ijiet) ta' kompetenzi professjonali speċifiċi.

Matul il-fażi tat-testijiet ta' dħul, dan it-test jista' jiġi organizzat ukoll:

test ta' valutazzjoni sitwazzjonali: test maħluq għall-evalwazzjoni tal-imġiba f'sitwazzjoni professjonali. Kull mistoqsija tiddeskrivi xenarju relatat max-xogħol u serje ta' erba' azzjonijiet possibbli (fl-istil “għażla multipla”). Fosthom, inti għandek tagħżel l-azzjoni l-aktar effettiva U l-azzjoni l-inqas effettiva, fir-rigward tas-sitwazzjoni deskritta.

Sabiex tkun tista' tiffamiljarizza ruħek mal-proċedura ta' test bil-kompjuter, se tiġi inserita hyperlink li tieħdok għal taħriġ didattiku u għal mudell tat-test, fl-ittra ta' stedina tiegħek.

Il-korrezzjoni tat-testijiet ta' dħul issir bil-kompjuter.

5.   STADJI FIL-KOMPETIZZJONI

5.1.   EŻAMINAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONIJIET

Eżaminazzjoni:

1.

tal-ammissibbiltà tal-applikazzjoni;

2.

tal-kundizzjonijiet ġenerali;

3.

tal-kundizzjonijiet speċifiċi.

EPSO jivverifika jekk l-iskrizzjoni tiegħek hijiex ammissibbli, jiġifieri jekk ġietx ippreżentata qabel l-iskadenza u skont il-kundizzjonijiet definiti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Jiġu kkunsidrati biss dawk il-kandidati li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet.

Jekk l-applikazzjoni tiegħek hija ammissibbli, issir eżaminazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi, skont il-kundizzjonijiet tal-avviż tal-kompetizzjoni, abbażi tal-informazzjoni miġbura fil-fajl ta' applikazzjoni ppreżentat b'mod elettroniku, billi din il-ġabra ta' informazzjoni tiġi vverifikata fi stadju ulterjuri abbażi tad-dokumenti ta' prova.

Il-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni, kemm ġenerali kif ukoll speċifiċi, għandhom ikunu sodisfatti sad-data/dati stabbilita/stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni.

Jiġu kkunsidrati biss l-applikazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-avviż tal-kompetizzjoni.

5.2.   GĦAŻLA ABBAŻI TAL-KWALIFIKI

Fil-qafas tal-kompetizzjonijiet abbażi tal-kwalifiki u tal-eżamijiet (kompetizzjonijiet għal profili speċjalizzati), il-Bord tal-Għażla jagħżel, fost il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissjoni għall-kompetizzjoni, lil dawk il-kandidati li għandhom il-kwalifiki l-aktar rilevanti (speċjalment diplomi u esperjenza professjonali) fid-dawl tad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet u tal-kriterji għall-għażla deskritti fl-avviż ta' kompetizzjoni. Din l-għażla ssir biss abbażi tad-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-kandidati, fil-parti “evalwatur tat-talenti” tal-fajl ta' applikazzjoni elettronika, bħala tweġiba għall-mistoqsijiet li jinsabu fiha, u ssir f'żewġ fażijiet:

l-ewwel fażi abbażi ta' kwalifiki ssir biss skont ir-risposti mmarkati fil-parti “evalwatur tat-talenti” tal-fajl tal-applikazzjoni u tar-riflessjoni dwar kull mistoqsija, stabbilita minn qabel mill-Bord tal-Għażla skont il-piż li jingħata għal kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet. Imbagħad, l-applikazzjonijiet elettroniċi tal-kandidati li jkunu kisbu l-akbar numru ta' punti jgħaddu għat-tieni għażla; In-numru ta' fajls li jiġu eżaminati matul it-tieni fażi huwa definit fl-avviż tal-kompetizzjoni.

fit-tieni fażi l-Bord tal-Għażla jeżamina r-risposti tal-kandidati u jagħtihom marka minn 0 sa 4 għal kull tweġiba. Din il-marka mbagħad tiġi mmultiplikata skont il-piż li jingħata lil kull mistoqsija.

Fl-aħħar nett, il-Bord tal-Għażla jistabbilixxi klassifika tal-kandidati skont il-marki li jkunu kisbu wara t-tieni fażi. Dawk il-kandidati li jkunu kisbu l-aħjar marki, skont kif stabbilit fl-avviż tal-kompetizzjoni, jiġu aċċettati għall-istadju segwenti tal-kompetizzjoni.

5.3.   ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI: METODOLOĠIJA

Fil-qafas tal-proċeduri l-ġodda tal-kompetizzjonijiet, l-EPSO juża mudell “Ċentru ta' Evalwazzjoni”, ibbażat fuq il-kompetenzi. Dan il-mudell intgħażel mill-istituzzjonijiet sabiex jiġu identifikati l-kandidati l-iktar xierqa u l-iktar kompetenti għall-profil meħtieġ. Wara l-fażi tat-testijiet ta' dħul u/jew tal-għażla abbażi tal-kwalifiki (skont il-każ), il-kandidati jiġu mistiedna għal dan iċ-Ċentru ta' Evalwazzjoni li ġeneralment isir fi Brussell. Ċerti eżerċizzji, minkejja li huma parti mill-metodoloġija taċ-ċentru ta' evalwazzjoni, jistgħu jkunu organizzati fuq kompjuter fi bliet oħra. F'dan il-każ, il-kundizzjonijiet prattiċi (ir-riżervazzjoni ta' data u ta' ċentru) ikunu simili għall-proċedura msemmija fil-punt 4.2 hawn fuq.

Fiċ-Ċentru ta' Evalwazzjoni, il-kompetenzi ġenerali tal-kandidati (ara l-punt 1.2), kif ukoll il-kompetenzi speċifiċi tagħhom (marbuta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet) se jiġu evalwati permezz ta' strumenti adattati li jistgħu, skont il-kompetizzjoni, jinkludu dawn l-elementi li ġejjin:

studju ta' każ partikolari: eżami bil-miktub abbażi ta' xenarju relatat mal-UE, li fih ikun hemm diversi problemi li għandhom jiġu riżolti jew li inti għandek tirreaġixxi għalihom, billi tibbaża biss fuq il-materjal disponibbli,

eżerċizzji dwar il-kompetenzi speċifiċi,

preżentazzjoni orali: eżami individwali ta' analiżi u ta' preżentazzjoni li fih tiġi mitlub tħejji proposta dwar problema immaġinarja marbuta ma' sitwazzjoni professjonali. Wara analiżi tad-dokumentazzjoni li tingħatalek, inti għandek tippreżenta l-ideat tiegħek lil pubbliku limitat,

intervista strutturata (waħda jew iktar minn waħda): eżerċizzju individwali mmirat biex jiġbor, b'mod strutturat, informazzjoni relevanti dwar il-kompetenzi ġenerali tiegħek (u/jew speċifiċi fil-qasam ta' kompetizzjonijiet speċjalizzati) billi jenfasizza fuq l-esperjenza tiegħek f'sitwazzjonijiet li tkun iltqajt magħhom fil-passat,

eżerċizzju fi grupp: wara analiżi individwali ta' ċertu ammont ta' informazzjoni, inti tiltaqa' ma' parteċipanti oħra biex tiddiskuti magħhom ir-riżultati tiegħek u taslu għal deċiżjoni kollettiva,

eżerċizzju in-tray: eżami fuq kompjuter. Inti tiġi mitlub twieġeb għal serje ta' mistoqsijiet. Id-dokumentazzjoni li teħtieġ tkun tinsab f'inbox tal-email, li fiha ssib l-informazzjoni kollha relevanti,

eżamijiet prattiċi fil-lingwa,

test ta' raġunament verbali (6) (ara l-punt 4.2),

test ta' raġunament numeriku (6) (ara l-punt 4.2),

test ta' raġunament astratt (6) (ara l-punt 4.2),

test ta' valutazzjoni sitwazzjonali (6) (ara l-punt 4.2).

Spjegazzjoni dettaljata ta' dawn l-elementi tingħata fil-manwal “Ċentru ta' Evalwazzjoni” li jiġi pprovdut lill-kandidati mistiedna biex jipparteċipaw f'dan l-istadju. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-avviż tal-kompetizzjoni biex tkun taf l-elementi li se jintużaw fil-kompetizzjoni tiegħek.

5.4.   LISTI TA' RIŻERVA

Bħala riżultat tal-proċedura tal-kompetizzjoni, il-Bord tal-Għażla jistabbilixxi lista ta' riżerva li tiġbor fiha l-ismijiet ta' min ikun għadda mill-kompetizzjoni. Wara, din il-lista tintbagħat lill-istituzzjonijiet li huma l-uniċi entitajiet responsabbli mir-reklutaġġ. Tajjeb li tkun taf li dokument imsejjaħ “passaport ta' kompetenzi” u li jirreferi għall-prestazzjonijiet tiegħek fiċ-Ċentru ta' Evalwazzjoni jiġi trażmess lill-istituzzjonijiet u jkun jista' jintuża minnhom matul il-proċedura ta' reklutaġġ kif ukoll fl-aspett ta' żvilupp tal-karriera.

Il-lista ta' riżerva, kif ukoll id-data tal-iskadenza tagħha jiġu ppubblikati (7) f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-EPSO. F'ċerti każi, huwa possibbli li din il-lista tiġi estiża. Id-deċiżjoni dwar l-estensjoni tiġi ppubblikata biss fuq il-websajt tal-EPSO.

6.   INFORMAZZJONI ĠENERALI

6.1.   TRAŻMISSJONI TAL-FAJL TA' APPLIKAZZJONI KOMPLUT

6.1.1.   X'inhu fajl komplut?

Dan huwa fajl li jinkludi kopja tal-applikazzjoni tiegħek iffirmata kif ukoll id-dokumenti ta' prova kollha meħtieġa.

6.1.2.   Meta għandu jiġi ppreżentat dan il-fajl?

Jekk mhuwiex speċifikat fl-avviż tal-kompetizzjoni li l-fajl għandu jintbagħat simultanjament mar-reġistrazzjoni elettronika, il-kandidati mistiedna fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni jiġu mitluba espressament iġibu magħhom il-fajl komplut dakinhar tal-eżamijiet tagħhom. EPSO ma jikkunsidrax, u lanqas jibgħat lura, fajls li jiġu ppreżentati mingħajr stedina speċifika. Skont ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta, dawn il-fajls għandhom jinqerdu.

6.1.3.   Kif tista' tippreżenta l-fajl tiegħek?

1.

Ipprintja, mill-profil tal-EPSO tiegħek, l-applikazzjoni elettronika li vvalidajt elettronikament;

2.

Iffirmaha bil-kitba fil-kaxxa maħsuba għal dan il-għan;

3.

Ehmeż id-dokumenti ta' prova kollha meħtieġa (ara l-punt 6.1.4) innumerati minn qabel;

4.

Ehmeż indiċi nnumerat tad-dokumenti ta' prova kollha annessi mal-fajl tiegħek;

5.

Ippreżenta l-fajl tiegħek skont il-kundizzjonijiet indikati fl-istedina tiegħek jew fl-avviż tal-kompetizzjoni.

6.1.4.   Liema dokumenti ta' prova għandhom jiġu mehmuża mal-fajl komplut?

6.1.4.1.   Dispożizzjonijiet Ġenerali

Tippreżentax dokumenti oriġinali, għandhom jiġu mehmuża biss fotokopji mhux iċċertifikati tad-dokumenti mitluba. Ir-referenzi għal websajts mhumiex meqjusa bħala dokumenti. Paġni pprintjati minn websajts mhumiex meqjusa bħala dikjarazzjonijiet, iżda jistgħu jiġu mehmuża biss bħala informazzjoni addizzjonali.

Biex timla l-applikazzjoni tiegħek, ma tistax tirreferi għal applikazzjonijiet oħra jew dokumenti oħra mehmuża ma' applikazzjoni preċedenti. Ma jingħataw lura l-ebda dokumenti li tkun ippreżentajt mad-diversi applikazzjonijiet.

Nixtiequ niġbdulek l-attenzjoni għall-fatt li l-kandidati li jgħaddu u li jitniżżlu fil-lista ta' riżerva li jirċievu offerta ta' impjieg iridu, qabel ma jiġu rreklutati, jippreżentaw id-dokumenti oriġinali kollha biex jiġu vverifikati.

6.1.4.2.   Dokumenti ta' prova għall-kundizzjonijiet ġenerali

Biex tiġġustifika li:

għandek iċ-ċittadinanza meħtieġa:

jekk jogħġbok ehmeż kopja ta' dokument li juri ċ-ċittadinanza (passaport, karta tal-identità jew kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor li jsemmi espliċitament iċ-ċittadinanza, li għandu jkun validu fl-iskadenza stipulata għar-reġistrazzjoni elettronika).

Ebda dokument mhu meħtieġ f'dan l-istadju biex jiġġustifika li:

tgawdi mid-drittijiet ta' ċittadin,

tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet ta' reklutaġġ applikabbli għas-servizz militari,

toffri r-referenzi dwar il-karattru meħtieġa biex taqdi d-dmirijiet previsti.

Huwa permezz tal-firma tal-applikazzjoni tiegħek li tiċċertifika fuq l-unur tiegħek li tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet. Għalhekk huwa obbligatorju li tiffirma l-applikazzjoni tiegħek.

6.1.4.3.   Dokumenti ta' prova għall-kundizzjonijiet speċifiċi

Hija r-responsabbiltà tiegħek li tipprovdi lill-Bord tal-Għażla bl-informazzjoni u bid-dokumenti kollha li jippermettulu jivverifika jekk int tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-avviż tal-kompetizzjoni sad-data stabbilita fih.

1.

Diploma u/jew ċertifikati li juru t-tmiem b'suċċess tal-istudji. Għall-istudju postsekondarju, ehmeż l-aktar informazzjoni dettaljata possibbli, b'mod partikolari dwar is-suġġetti studjati u t-tul ta' żmien li ġew studjati, sabiex il-Bord tal-Għażla jkun jista' jevalwa r-rilevanza tad-diploma tiegħek fid-dawl tan-natura tal-kariga. Jekk segwejt taħriġ tekniku jew professjonali, jew kors ta' perfezzjonament jew ta' speċjalizzazzjoni, għandek tindika jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta' filgħaxija, kif ukoll is-suġġetti ttrattati u t-tul ta' żmien uffiċjali tal-istudji.

F'dan ir-rigward, il-Bord tal-Għażla se jqis l-istrutturi differenti ta' tagħlim. Fil-websajt tal-EPSO issib eżempji ta' diplomi minimi meħtieġa skont il-kategorija. Madankollu, jistgħu jiġu imposti kundizzjonijiet iktar eżiġenti mill-avviż tal-kompetizzjoni.

2.

Esperjenza professjonali (jekk mitluba mill-avviż tal-kompetizzjoni)

Huwa importanti li jingħataw l-aktar dettalji possibbli dwar in-natura tal-funzjonijiet li għandhom jitwettqu sabiex il-ġurija tkun f'pożizzjoni li tevalwa r-rilevanza tal-esperjenza tiegħek meta mqabbla man-natura tal-funzjonijiet. Il-perjodi kollha ta' attività professjonali kkonċernati għandhom ikunu koperti mid-dokumenti ta' prova li ġejjin:

dikjarazzjonijiet minn impjegaturi fil-passat kif ukoll minn impjegatur attwali li juru l-esperjenza professjonali meħtieġa għad-dħul għall-kompetizzjoni; dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isemmu n-natura tal-kompiti mwettqa, id-data tal-bidu u tat-tmiem tagħhom, kif ukoll il-livell tagħhom,

jekk ma tistax tehmeż id-dikjarazzjonijiet minn impjegaturi dwar ix-xogħol, tista' tissostitwixxihom b'fotokopji tal-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, iżda dawn iridu jkunu akkumpanjati wkoll minn deskrizzjoni dettaljata tal-kompiti mwettqa,

għall-attivitajiet professjonali indipendenti (impjieg għal rasek jew attività professjonali għal rasek, eċċ.), jistgħu jiġu aċċettati bħala provi xi kontijiet jew formoli ta' ordnijiet li jiddeskrivu l-kompiti mwettqa jew kwalunkwe dokument uffiċjali ta' prova ieħor li hu relevanti,

għall-kompetizzjonijiet għall-interpreti ta' konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa, jiġu kkunsidrati biss id-dokumenti li jippruvaw li l-esperjenza tirrigwarda speċifikament l-interpretar ta' konferenzi u li jindikaw ċarament in-numru ta' ġranet kif ukoll il-lingwi ta' interpretar.

6.1.4.4.   Dokumenti ta' prova għall-għarfien lingwistiku (jekk meħtieġa mill-avviż tal-kompetizzjoni)

Ġeneralment mhuwa meħtieġ l-ebda dokument ta' prova għal din il-kundizzjoni, ħlief għal ċerti kompetizzjonijiet għal karigi lingwistiċi (jekk jogħġbok irreferi għall-avviż tal-kompetizzjoni). Fil-każ ta' dawn il-kompetizzjonijiet u skont l-avviż tal-kompetizzjoni, l-għarfien tal-lingwi meħtieġ għandu jkun ippruvat minn diploma jew minn nota fuq karta separata li tispjega kif ksibt l-għarfien ta' dawn il-lingwi.

6.2.   AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI

Fil-kuntest tal-proċeduri tal-kompetizzjonijiet, il-kandidati għandhom dritt speċifiku li jkollhom aċċess, fil-kundizzjonijiet deskritti aktar 'il quddiem, għal ċerta informazzjoni li tirrigwardahom direttament u individwalment.

F'dan il-qafas, tingħatalek awtomatikament l-informazzjoni segwenti:

(1)   Il-fażi tat-testijiet ta' dħul fuq il-kompjuter

Ir-riżultati tiegħek tat-testijiet. Dawn ma juru la d-domandi u lanqas ir-risposti, iżda jinkludu biss ir-referenza għar-risposti li tkun għażilt kif ukoll ir-referenza għar-risposti t-tajbin.

(2)   Fażi taċ-Ċentru ta' Evalwazzjoni

Ħlief jekk titlaq matul l-eżamijiet, għandhom jingħatawlek il-marki globali tiegħek skont il-kompetenza evalwata (kompetenzi speċifiċi fil-qasam u kompetenzi ġenerali) kif ukoll il-passaport tal-kompetenzi tiegħek.

6.3.   TALBA BIEX JIĠU ANNNULLATI MISTOQSIJIET FIT-TESTIJIET TA' SELEZZJONI

X'inhu l-annullament?

L-annullament huwa miżura korrettiva, ikkonfermata mill-każistika (8), li l-għan tagħha hu li tiġi assigurata l-oġġettività tal-valutazzjonijiet u l-ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati f'każ li t-testijiet f'kompetizzjonijiet ikollhom xi irregolaritajiet fil-forma ta' mistoqsijiet żbaljati.

Minkejja l-verifiki ta' kwalità li jsiru bir-reqqa tal-mistoqsijiet li jsiru fit-testijiet tad-dħul, inkluż verifiki li jsiru mill-Bord tal-Għażla, jista' jiġri li ċerti mistoqsijiet ikun fihom xi żbalji fis-sustanza tagħhom.

Meta jiġi skopert żball wara li jkunu bdew isiru t-testijiet, il-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni jista' jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija żbaljata u li jqassam il-punti li jkunu jmisshom jingħataw għal din il-mistoqsija fost il-mistoqsijiet l-oħra tat-test inkwistjoni. Din is-sistema timplika li l-kalkolu l-ġdid tal-punti wara l-annullament ta' mistoqsija taffettwa biss lill-kandidati li lilhom tkun tqiegħdet il-mistoqsija. Il-punteġġ tat-testijiet imsemmija fl-avviż tal-kompetizzjoni jibqa' l-istess.

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li s-sistema tal-annullament tfasslet b'mod li l-ebda kandidat ma jkun affettwat b'mod negattiv. Biex dan ikun jista' jiġi garantit saret simulazzjoni fejn ir-riżultati tqabblu qabel u wara l-annullament. L-EPSO u l-Bordijiet tal-Għażla japplikaw politika ta' inklużjoni pjuttost milli ta' esklużjoni, il-Bordijiet tal-Għażla ntalbu jistabbilixxu l-livell li fih kandidat jitqies li jkun għadda mit-testijiet wara l-annullament biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni ta' dawk il-kandidati li jkunu ntlaqtu mill-annullament.

Bl-istess mod, ta' min wieħed ifakkar ukoll li skont il-każistika f'dan is-suġġett, il-ħin żejjed iddedikat mill-kandidati biex iwieġbu l-mistoqsijiet li jkunu ġew annullati ma jitqiesx bħala nuqqas ta' ugwaljanza fit-trattament bejniethom (9).

Applikazzjoni

Jekk inti tqis li xi mistoqsija, jew mistoqsijiet, li sarulek waqt xi test tad-dħul kellhom xi żball li kien ta' natura tali li minħabba fih il-mistoqsija ma setgħetx titwieġeb jew inkella kien tali li jkollu impatt negattiv fuq il-ħila tal-kandidat li jwieġeb b'mod korrett, inti tista' titlob l-annullament tagħha jew tagħhom.

It-talbiet għal annullament jridu jiddaħħlu fi żmien għaxart ijiem tal-kalendarju, li jibdew jgħoddu mid-data tat-test ta' selezzjoni li tkun għamilt,

jew direttament fiċ-ċentru tal-eżamijiet wara li tkun għamilt it-testijiet tiegħek,

jew permezz tal-formola ta' kuntatt ippubblikata fuq il-websajt tal-EPSO,

Jekk jogħġbok indika fis-suġġett tal-ittra tiegħek:

in-numru tal-kompetizzjoni,

in-numru tiegħek ta' kandidat,

indika “demande de neutralisation”, “request for neutralisation”, “Antrag auf Neutralisierung” (agħżel liema).

Fit-talba tiegħek huwa mitlub minnek li tagħti l-informazzjoni li permezz tagħha tkun tista' tiġi identifikata l-mistoqsija, jew identifikati l-mistoqsijiet li inti tqis li jkunu żbaljati (pereżempju: issemmi s-suġġett tagħhom), kif ukoll li tispjega, safejn ikun possibbli, x'kien eżattament l-iżball allegat.

It-talbiet għall-annullament li jaslu wara l-iskandenza, jew li ma jsirux b'mod li tkun tista' ssir identifikazzjoni tal-mistoqsija jew mistoqsijiet ikkontestati, ma jittiħdux inkunsiderazzjoni.

6.4.   TALBA GĦAL REVIŻJONIJIET

Huwa possibbli li tintroduċi talba ta' reviżjoni f'dawn il-każijiet (10):

fil-każ li l-EPSO ma jkunx irrispetta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura tal-kompetizzjoni,

fil-każ fejn il-Bord tal-Għażla ma jkunx irrispetta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ħidmiet tiegħu.

Qed tinġibidlek l-attenzjoni għall-fatt li l-Bord tal-Għażla għandu setgħa kbira diskrezzjonali fid-determinazzjoni tar-risposti tajbin jew ħżiena tiegħek. Fin-nuqqas ta' żball ovvju fid-dritt jew fil-fatt, huwa inutli li tikkontesta l-punti li tkun ġibt.

Jekk it-talba tiegħek taqa' taħt il-kompetenza tal-ġurija, EPSO jibgħat l-ittra lill-president tal-ġurija biex jara x'inhi l-kompetenza tiegħu f'dan ir-rigward u tintbagħatlek tweġiba kemm jista' jkun malajr.

Kundizzjonijiet

Għandek iddaħħal it-talba tiegħek, bir-raġunijiet validi, mhux iktar tard minn għaxart ijiem kalendarji mid-data meta tirċievi l-ittra onlajn li tintbagħatlek mill-EPSO.

jew permezz tal-formola ta' kuntatt ippubblikata fuq il-websajt tal-EPSO,

jew bil-faks f'dan in-numru: +32 22957488.

Jekk jogħġbok fis-suġġett tal-ittra tiegħek indika:

in-numru tal-kompetizzjoni,

in-numru tiegħek ta' kandidat,

l-indikazzjoni “demande de réexamen”, “request for review”, “Antrag auf Überprüfung” (agħżel waħda),

l-istadju (11) tal-kompetizzjoni kkonċernat (pereżempju: testijiet ta' dħul, ċaħda ta' ammissjoni, ċentri ta' evalwazzjoni).

6.5.   RIMEDJI

F'kull stadju tal-proċedura tal-kompetizzjoni, jekk tqis li l-EPSO jew il-Bord tal-Għażla ma mxewx b'mod ġust jew ma rrispettawx:

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura tal-kompetizzjoni, jew

id-dispożizzjonijiet tal-avviż tal-kompetizzjoni,

u li dan kien ta' ħsara għalik, tista' tirrikorri għal dawn il-mezzi li ġejjin:

tressaq ilment amministrattiv fuq il-bażi tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea,

jew bil-posta f'dan l-indirizz li ġej:

European Personnel Selection Office (EPSO)

Open competition EPSO/(indika r-referenza tal-kompetizzjoni)

C-25

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

jew permezz tal-paġna ta' kuntatt tal-websajt tal-EPSO.

Jekk jogħġbok fis-suġġett tal-ittra tiegħek indika:

in-numru tal-kompetizzjoni,

in-numru tiegħek ta' kandidat,

ir-referenza “réclamation article 90, §2”, “complaint article 90 §2”, “Beschwerde Artikel 90, Absatz 2” (agħżel waħda),

l-istadju (11) tal-kompetizzjoni kkonċernata.

Nixtiequ niġbdulek l-attenzjoni għall-fatt li d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla ma jistgħux jiġu annullati jew mibdula mid-direttur tal-EPSO wara li jiġi ppreżentat ilment amministrattiv. Għalhekk, minkejja li r-regoli fis-seħħ iħallu din il-possibbiltà miftuħa għall-kandidati, huwa inutli li jiġi ppreżentat ilment kontra deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla  (12) .

Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla jistgħu jkunu kkontestati direttament quddiem il-Qrati tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma jiġi ppreżentat ilment qabel, skont it-tifsira tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal.

tintroduċi rimedju ġudizzjarju fuq il-bażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal quddiem:

European Union Civil Service Tribunal

Boulevard Konrad Adenauer

2925 Luxembourg

Il-Lussemburgu

Tajjeb li tkun taf li r-rikorsi dwar żball ta' evalwazzjoni li jikkonċernaw il-kriterji ġenerali ta' ammissjoni, u li ma jaqgħux taħt l-awtorità tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni, ikunu jistgħu jiġu ppreżentati fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku biss jekk jitressaq ilment amministrattiv qabel f'konformità mal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, skont il-kundizzjonijiet deskritti taħt dan il-punt.

Biex tara kif għandek tippreżenta r-rikors tiegħek, jekk jogħġbok ara s-sit tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea: http://curia.europa.eu/jcms/jcms/T5_5230.

Għal dawn iż-żewġ tipi ta' proċeduri, il-limiti ta' żmien ta' politika pubblika stipulati (irreferi għar-Regolamenti tal-Persunal emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 (13) http://eur-lex.europa.eu) jibdew jgħoddu min-notifika tal-att li jkun qed isir l-ilment dwaru.

6.6.   ILMENTI LILL-OMBUDSMAN EWROPEW

Bħaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, tista' tressaq ilment lil:

European Ombudsman

1 avenue du Président Robert Schuman —

CS 30403

67001 Strasbourg Cedex

Franza

http://www.ombudsman.europa.eu/media/fr/default.htm

Qed tinġibidlek l-attenzjoni għall-fatt li rikors lill-Ombudsman ma jinterrompix il-limitu ta' żmien ta' politika pubblika previst mill-paragrafu 2 tal-Artikolu 90 u mill-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-preżentazzjoni ta' ilment jew rikors quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fuq il-bażi tal-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Bl-istess mod, għandek tiftakar ukoll li, skont l-Artikolu 2 punt 4 tal-Kundizzjonijiet Ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman, kull ilment li jitressaq quddiemu għandu jkun preċedut b'approċċ amministrattiv xieraq lill-istituzzjonijiet u korpi ikkonċernati.

7.   REKLUTAĠĠ

Il-fatt li ismek ikun fil-lista ta' riżerva jindika li inti tista' tissejjaħ minn istituzzjoni biex issirlek intervista, iżda dan la jikkostitwixxi dritt u lanqas garanzija ta' reklutaġġ minn xi istituzzjoni.

Ir-reklutaġġ iseħħ, f'konformità mad-dispożizzjonijiet statutorji, u skont il-ħtiġijiet tas-servizzi u tal-qagħda baġitarja. Dan ir-reklutaġġ isir fil-grad imsemmi fl-avviż tal-kompetizzjoni.

Skont in-natura tal-impjieg, jista' jkun li inizjalment, jekk tirnexxi fil-kompetizzjoni, issirlek proposta ta' kuntratt ta' aġent temporanju; f'dan il-każ, ismek jibqa' jidher fil-lista ta' riżerva.

Ir-Regolamenti tal-Persunal jipprevedu l-possibbiltà li fi kwalunkwe mument tal-karriera tiegħu, uffiċjal jista' jitlob trasferiment għal istituzzjoni jew aġenzija oħra. Madankollu tajjeb li tkun taf li, b'kunsiderazzjoni tal-interess tas-servizz, għall-uffiċjali li jkunu għadhom kemm ġew impjegati, it-trasferiment qabel l-iskadenza ta' mill-anqas tliet snin wara d-dħul tagħhom fis-servizz, mhux possibbli għajr f'każijiet eċċezzjonali u għal raġunijiet debitament iġġustifikati, fejn kull każ individwali jkun soġġett għall-approvazzjoni tal-istituzzjoni jew tal-aġenzija minn fejn l-uffiċjal ikun ġie impjegat oriġinarjament u tal-istituzzjoni jew aġenzija fejn ikun se jiġi trasferit.

8.   TAGĦRIF IEĦOR

Għal aktar informazzjoni dwar il-punti li ġejjin ikkonsulta l-websajt tal-EPSO:

ħlas lura tal-ispejjeż ta' vjaġġar tal-kandidati,

opportunitajiet indaqs,

protezzjoni tad-dejta,

salarju u benefiċċji tas-sigurtà soċjali.


(1)  Soġġett għad-derogi eventwali mogħtija skont l-Artikolu 28(a) tar-Regolamenti tal-Persunal, u tal-miżuri speċifiċi adottati għar-reklutaġġ taċ-ċittadini ta' pajjiżi li qegħdin fl-Unjoni.

(2)  L-ismijiet tal-membri tal-Bord tal-Għażla huma ppubblikati fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.eu)

(3)  Terminu mniżżel fi tliet lingwi fuq il-websajt tal-EPSO:

 

DE (Ġermaniż): EPSO-Konto,

 

EN (Ingliż): EPSO account,

 

FR (Franċiż): compte EPSO.

(4)  Mistoqsijiet imniżżla taħt it-terminu “FAQ” fil-websajt tal-EPSO.

(5)  ĠU L 267, 20.10.2000, p. 63.

(6)  Jekk ma jkunux saru fil-fażi ta' testijiet ta' ammissjoni, skont il-każ.

(7)  Fuq it-talba ta' persuna li tkun temmet il-kompetizzjoni b'suċċess, isimha ma jkunx ippubblikat. Din it-talba għandha tasal għand l-EPSO sa mhux iktar tard minn ġimagħtejn wara d-data li fiha jkunu ttellgħu l-marki fil-profil tal-EPSO tal-kandidat ikkonċernat.

(8)  Sentenza tal-21 ta' Ottubru 2004, Schumann/il-Kummissjoni (T-49/03, ĠabraSP p. II-1371) (ara l-punti 53-55); Sentenza tal-15 ta' April 2010, Matos Martins/il-Kummissjoni (F-2/07, ara l-punt 191).

(9)  Sentenza tat-2 ta' Mejju 2001, Giulietti et/il-Kummissjoni (T-167/99 u T-174/99, ĠabraSP p. II-441) (ara l-punt 59); Sentenza tal-15 ta' April 2010, Matos Martins/il-Kummissjoni (F-2/07, ara l-punt 183).

(10)  Ħlief fil-każ ta' żbalji fil-mistoqsijiet li jitqiegħdu fit-testijiet ta' selezzjoni, li jiġu eżaminati fil-qafas tal-proċedura ta' annullament imsemmija fil-punt 6.3.

(11)  Dawn ir-referenzi għandhom jiġu indikati biss bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż.

(12)  Sentenza tas-26 ta' Frar 1981, Authié/il-Kummissjoni (34/80, Ġabra p. 665) (ara l-punt 7); Sentenza tat-30 ta' Novembru 1978, Salerno et/il-Kummissjoni (4, 19 u 28/78, Ġabra p. 2403).

(13)  ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1.


ANNESS

Eżempji ta' diplomi li, fil-prinċipju, jikkorrispondu għal dawk mitluba mill-avviżi ta' kompetizzjonijiet

(EU-27 + Il-Kroazja)

PAJJIŻ

minn AST1 sa AST7

minn AST3 sa AST11

minn AD5 sa AD16

Edukazzjoni sekondarja (1) (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja)

Edukazzjoni post sekondarja (kors post sekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta' perjodu legali ta' mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni ta' livell Universitarju (mill-anqas 3 snin (2))

Edukazzjoni ta' livell Universitarju (4 snin jew aktar)

Belgique —

België —

Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d'aptitude à accéder à l'enseignement supérieur (DAES)/

Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d'enseignement professionnel/

Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature — Kandidaat

Graduat — Gegradueerde

Bachelier (dit «professionnalisant» ou de «type court»)/Professioneel gerichte Bachelor — 180 ECTS

Bachelor académique (dit «de transition») — 180 ECTS

Academisch gerichte Bachelor — 180 ECTS

Licence/Licentiaat

Diplôme d'études approfondies (DEA)

Diplôme d'études spécialisées (DES)

Diplôme d'études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation de l’enseignement secondaire supérieur (AESS)/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrïeel ingenieur

Master — 60/120 ECTS

Master complémentaire — 60 ECTS ou plus

Agrégation de l’enseignement secondaire supérieur (AESS) — 30 ECTS

Doctorat/Doctoraal Diploma

България

Диплома за средно образование

Свидетелство за зрелост

Диплома

Диплома за завършено средно образование

Диплома за средно специално образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър — 240 ECTS

Магистър — 300 ECTS

Доктор

Магистър след Бакалавър — 60 ECTS

Магистър след Професионален бакалавър по … — 120 ECTS

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení

bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (B.A or B. Sc)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (Mag.Art)

Licenciatgrad

Ph.d.-grad

Deutschland

Allgemeine Hochschulreife/Abitur

Fachgebundene Hochschulreife

Fachhochschulreife

Hochschulzugang für beruflich Qualifizierte

 

Bachelor

Fachhochschulabschluss (FH)

Staatsexamen (Regelstudienzeit 3 Jahre)

Master (alle Hochschulen)

Diplom (Univ.)

Magister

Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht Grád D3 i 5 ábhar

Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)

Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta

National Certificate

Céim Bhaitsiléara

Ordinary Bachelor Degree

Dioplóma Náisiúnta (ND, Dip.)

National Diploma (ND, Dip.)

Dámhachtain Ardteastas Ardoideachais (120 ECTS)

Higher Certificate (120 ECTS)

Céim Onórach Bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS)

(BA, B.Sc, B. Eng)

Honours Bachelor Degree (3 years/180 ECTS)

(BA, B.Sc, B. Eng)

Céim Onórach Bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)

Honours Bachelor Degree (4 years/240 ECTS)

Céim Ollscoile

University Degree

Céim Mháistir (60-120 ECTS)

Master’s Degree (60-120 ECTS)

Céim Dochtúra

Doctorate

Ελλάδα

α)

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου

β)

Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

γ)

Απολυτήριο Τεχνικού — Επαγγελματικού Λυκείου

δ)

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνολογικού Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου

Απολυτήριο Επαγγελματικού Λυκείου

Δίπλωμα επαγγελματικής κατάρτισης (IΕΚ)

 

Πτυχίο (ΑΕI πανεπιστημίου, πολυτεχνείου, ΤΕI υποχρεωτικής τετραετούς φοίτησης) 4 χρόνια / (1ος κύκλος)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης (2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato Unificado y Polivalente (BUP) + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

Técnico superior

Técnico especialista

Diplomado/

Ingeniero técnico

Arquitecto técnico/Maestro

Licenciado/Ingeniero/Arquitecto/Graduado/Máster Universitario/Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d'accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d'études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d'études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

MST (maîtrise des sciences et techniques), MSG (maîtrise des sciences de gestion), DEST (diplôme d'études supérieures techniques), DRT (diplôme de recherche technologique), DESS (diplôme d'études supérieures spécialisées), DEA (diplôme d'études approfondies)

Master 1, Master 2 professionnel, Master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d'ingénieur

Doctorat

Italia

Diploma di scuola secondaria superiore (diploma di maturità o esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore)

Certificato di specializzazione tecnica superiore/attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di istruzione e formazione tecnica superiore (IFTS)

Diploma di istruzione tecnica superiore (ITS)

Diploma universitario (2 anni)

Diploma di Scuola diretta a fini speciali (2 anni)

Diploma universitario (3 anni)

Diploma di Scuola diretta a fini speciali (3 anni)

Laurea — L180 crediti

Diploma di Laurea (DL) — da 4 a 6 anni

Laurea specialistica (LS)

Laurea magistrale (LM)

Master universitario di primo livello

Master universitario di secondo livello

Diploma di Specializzazione (DS)

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Education (for the later accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredīti)

Bakalaura diploms (160 kredīti)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Luxembourg

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Brevet de maîtrise

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d'ingénieur technicien

Master

Diplôme d'ingénieur industriel

DESS en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközép-iskolai érettségi-képesítő bizonyítvány

Érettségi bizonyítvány

Bizonyítvány felsőfokú szakképesítésről

Főiskolai oklevél

Alapfokozat – 18 kredit vagy annál több

Egyetemi oklevél

Alapfokozat – 240 kredit

Mesterfokozat

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including systems of knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 A Levels (passes A-E) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor's degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma’s)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs

(Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

HBO/WO Master's degree

Doctoraal examen /Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom

Akademiediplom

Bachelor

Bakkalaureus/Bakkalaurea

Bakkalaureus/Bakkalaurea (FH)

Master

Magister/Magistra

Magister/Magistra (FH)

Diplom-Ingenieur/in

Diplom-Ingenieur/in (FH)

Doktor/in

PhD

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat / Inżynier

Magister / Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário/Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel

Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutor

Republika Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o zavrsnom ispitu

Associate degree

Graduate specialist

Stručni Pristupnik / Pristupnica

Baccalaureus / Baccalaurea (Sveučilišni Prvostupnik / Prvostupnica)

Baccalaureus / Baccalaurea (Sveučilišni Prvostupnik / Prvostupnica)

Stručni Specijalist

Master degree (magistar struke) 300 kredit min

magistar inženjer/ magistrica inženjerka (mag. ing).

Doktor struke

Doktor umjetnosti

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire

(Colegiu universitar)

învățamânt preuniversitar

Diplomă de Licenţă

Diplomă de Licenţă

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de Master sau Diplomă de Studii Aprofundate

Certificat de atestare (studii academice postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo

(Spričevalo o poklicni maturi)

(Spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma/

Magisterij/Specializacija/Doktorat

Slovensko

vysvedčenie o maturitnej skúške

absolventský diplom

diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (bakalár)

diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

bakalár (Bc.)

magister

magister/inžinier

ArtD

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

(Betyg över avlagd yrkesexamen på andra stadiet)

Todistus yhdistelmäopinnoista

(Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto — Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto — Kandidatexamen/

Ammattikorkeakoulututkinto —

Yrkeshögskoleexamen

(min 120 opintoviikkoa — studieveckor)

Maisterin tutkinto — Magisterexamen /

Ammattikorkeakoulututkinto —

Yrkeshögskoleexamen

(min 160 opintoviikkoa — studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen — antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan

(3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen

(akademisk examen omfattande minst 120 poäng varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå:

Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Education, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ) and

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate


(1)  L-aċċess għall-grupp tal-funzjoni AST huwa soġġett għall-kundizzjoni addizzjonali li tkun inkisbet esperjenza professjonali adattata ta' mill-inqas 3 snin.

(2)  L-aċċess għall-gradi AD7 sa AD16 huwa soġġett għall-kundizzjoni addizzjonali li tkun inkisbet esperjenza professjonali adattata ta' mill-inqas sena u nofs.