ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.235.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 235

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
4 ta' Awwissu 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 235/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 227, 28.7.2012

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 235/02

Nomina tal-Imħallef li jissostitwixxi l-President bħala Mħallef għal miżuri provviżorji

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 235/03

Kawża C-81/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 — Longevity Health Products, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali RESVEROL — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark internazzjonali verbali preċedenti LESTEROL — Evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Drittijiet tad-difiża)

3

2012/C 235/04

Kawża C-87/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Marzu 2012 — Fidelio KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(ċ) — Trade mark verbali Hallux — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Raġuni assoluta)

3

2012/C 235/05

Kawża C-220/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud — Ir-Republikka Ċeka) — Star Coaches s.r.o. vs Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Direttiva tal-VAT — Skema speċjali ta’ tassazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar — Provvista lill-aġenziji tal-ivvjaġġar ta’ servizz ta’ trasport bix-xarabank bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe servizz ieħor)

4

2012/C 235/06

Kawża C-348/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance de Paris — Franza) — Thomson Sales Europe SA vs Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières) (Artikoli 92(1) u 103(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Inammissibbiltà manifesta — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Risposta li ma tagħti lok għal ebda dubju raġonevoli — Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Evalwazzjoni tal-validità — Politika kummerċjali komuni — Dumping — Importazzjoni ta’ televixins immanifatturati fit-Tajlandja — Validità tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) — Validità tar-Regolamenti (KE) Nri 710/95 u 2584/98)

4

2012/C 235/07

Kawża C-354/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 — Maurice Emram vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva G — Trade marks)

5

2012/C 235/08

Kawża C-406/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Marzu 2012 — Atlas Transport GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Atlas Air Inc. (Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Procedura — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ammissibbiltà quddiem il-Bord tal-Appell — Assenza tal-preżentata ta’ nota li tispjega l-motivi tar- rikors — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 59 — Regolament (KE) Nru 2868/95 — Regola 49(1) — Sospensjoni tal-proċedura — Regolament (KE) Nru 2868/95 — Regola 20(7)(c) — Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat)

5

2012/C 235/09

Kawża C-185/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Torre Annunziata (l-Italja) fit-23 ta’ April 2012 — Lorenzo Ciampaglia vs Sangita Masawan

6

2012/C 235/10

Kawża C-216/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fit-8 ta’ Mejju 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Hliddal, Fjola

6

2012/C 235/11

Kawża C-217/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fit-8 ta’ Mejju 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Bornand, Pierre-Louis

6

2012/C 235/12

Kawża C-236/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Argeș (ir-Rumanija) fl-4 ta’ Mejju 2012 — Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Argeș vs SC Volksbank România SA, SC Volksbank România SA — Sucursala Pitești, Alin Iulian Matei u Petruța Florentina Matei

6

2012/C 235/13

Kawża C-244/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) fil-21 ta’ Mejju 2012 — Salzburger Flughafen GmbH vs Umweltsenat

7

2012/C 235/14

Kawża C-247/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (Il-Bulgarija) fil-21 ta’ Mejju 2012 — Meliha Veli Mustafa vs Direktor na fond Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite kam Natsionalnia osiguritelen institut

7

2012/C 235/15

Kawża C-269/12 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2012 minn Guillermo Cañas mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-26 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-508/09, Cañas vs Il-Kummissjoni

8

2012/C 235/16

Kawża C-272/12 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2012 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) tal-21 ta’ Marzu 2012 fil-Kawżi magħquda T-50/06 RENV, T-56/06 RENV, T-60/06 RENV, T-62/06 RENV u T-69/06 RENV, L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni

9

2012/C 235/17

Kawża C-273/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-4 ta’ Ġunju 2012 — Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières vs Harry Winston SARL

9

2012/C 235/18

Kawża C-277/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fl-1 ta’ Ġunju 2012 — Vitālijs Drozdovs, irrappreżentat minn Valentīna Balakireva vs AAS Baltikums

10

2012/C 235/19

Kawża C-280/12 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2012 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-21 ta’ Marzu 2012 fil-Kawżi magħquda T-439/10 u T-440/10, Fulmen vs Il-Kunsill

10

2012/C 235/20

Kawża C-281/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-6 ta’ Ġunju 2012 — Trento Sviluppo srl u Centrale Adriatica Soc. coop. vs AGCOM

11

2012/C 235/21

Kawża C-285/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Il-Belġju) fis-7 ta’ Ġunju 2012 — Aboubacar Diakite vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

11

2012/C 235/22

Kawża C-542/10: Digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

11

2012/C 235/23

Kawża C-572/10: Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Marzu 2012 — (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Saint-Denis de la Réunion — Franza) — Clément Amedee vs Garde des sceaux, Ministre de la justice et des libertés, Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l'État.

12

2012/C 235/24

Kawżi magħquda C-104/11 P u C-105/11 P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Marzu 2012 — Stichting Nederlandse Publieke Omroep, li kienet Nederlandse Omroep Stichting (NOS), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni Ewropea

12

2012/C 235/25

Kawża C-178/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta

12

2012/C 235/26

Kawża C-323/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

12

2012/C 235/27

Kawża C-490/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hajdú-Bihar Megyei Bíróság — L-Ungerija) — IBIS Srl vs PARTIUM ’70 Műanyagipari Zrt

12

2012/C 235/28

Kawża C-516/11: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ April 2012 — ThyssenKrupp Liften Ascenseurs NV vs Il-Kummissjoni Ewropea

12

2012/C 235/29

Kawża C-519/11 P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ April 2012 — ThyssenKrupp Liften BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

12

2012/C 235/30

Kawża C-2/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — Trianon Productie BV vs Revillon Chocolatier SAS

12

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 235/31

Kawża T-344/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali fis-27 ta’ Ġunju 2012 — Hearst Communications vs UASI — Vida Estética (COSMOBELLEZA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COSMOBELLEZA — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti COSMO, COSMOPOLITAN, COSMOTEST, COSMOPOLITAN TELEVISION u THE COSMOPOLITAN SHOW — Trade marks mhux irreġistrati u ismijiet kummerċjali COSMO u COSMOPOLITAN — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks — Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

13

2012/C 235/32

Kawża T-372/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2012 — Bolloré vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karta saħħara — Iffissar tal-prezzijiet — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament tal-ewwel deċiżjoni — Imputazzjoni tal-ksur lill-kumpannija parent, fil-kapaċità tagħha bħala awtur dirett — Legalità tar-reati u tal-pieni — Ċertezza legali — Individwalità tal-pieni — Smigħ xieraq — Ugwaljanza fit-trattament — Terminu raġonevoli — Drittijiet tad-difiża — Multi — Preskrizzjoni — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni)

13

2012/C 235/33

Kawża T-672/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2011 — H-Holding vs Il-Parlament

13

2012/C 235/34

Kawża T-249/12: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2012 — Vestel Iberia vs Il-Kummissjoni

14

2012/C 235/35

Kawża T-264/12: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2012 — Uti worldwide et vs Il-Kummissjoni

14

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2012/C 235/36

Kawża F-62/12: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs AESA

17

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/1


2012/C 235/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 227, 28.7.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 217, 21.7.2012

ĠU C 209, 14.7.2012

ĠU C 200, 7.7.2012

ĠU C 194, 30.6.2012

ĠU C 184, 23.6.2012

ĠU C 174, 16.6.2012

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/2


Nomina tal-Imħallef li jissostitwixxi l-President bħala Mħallef għal miżuri provviżorji

2012/C 235/02

Fl-4 ta’ Lulju 2012, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, skont l-Artikolu 106 tar-Regoli tal-Proċedura, li tinnomina lill-Imħallef M. Prek biex jissostitwixxi lill-President tal-Qorti Ġenerali fil-każ ta’ assenza jew ta’ impediment bħala Mħallef għal miżuri provviżorji għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2012 sal-31 ta’ Awwissu 2013.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 — Longevity Health Products, Inc. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-81/11 P) (1)

(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja verbali RESVEROL - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark internazzjonali verbali preċedenti LESTEROL - Evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Drittijiet tad-difiża)

2012/C 235/03

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (rappreżentant: J. Korah, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Longevity Health Products vs UASI — Gruppo Lepetit (T-363/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “RESERVEROL”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35, kontra d-Deċiżjoni R 1204/2008-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tad-9 ta’ Lulju 2009, li tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali “LESTEROL”, għal prodotti fil-klassi 5

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Longevity Health Products Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 7.05.2011.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Marzu 2012 — Fidelio KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-87/11 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(ċ) - Trade mark verbali Hallux - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Raġuni assoluta)

2012/C 235/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Fidelio KG (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Fidelio vs UASI (T-286/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Hallux bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti li jaqgħu taħt il-klassijiet 10 u 25 (prodotti ortopediċi u żraben) — Karattru distintiv ta’ sinjal verbali li jfisser “saba’ l-kbir tas-sieq” bil-Latin.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Fidelio KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 152, 21.05.2011


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud — Ir-Republikka Ċeka) — Star Coaches s.r.o. vs Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

(Kawża C-220/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva tal-VAT - Skema speċjali ta’ tassazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar - Provvista lill-aġenziji tal-ivvjaġġar ta’ servizz ta’ trasport bix-xarabank bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe servizz ieħor)

2012/C 235/05

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Star Coaches s.r.o.

Konvenuta: Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší správní soud — Interpretazzjoni tal-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Applikazzjoni tas-sistema partikolari tal-aġenziji tal-ivvjaġġar fuq operatur ekonomiku li, mingħajr ma huwa aġenzija tal-ivvjaġġar, jipprovdi lill-aġenziji tal-ivvjaġġar b’servizz ta’ trasport bix-xarabank, bl-esklużjoni ta’ servizzi ta’ vjaġġar oħra.

Dispożittiv

Kumpannija tat-trasport li l-uniku rwol tagħha huwa li tiżgura t-trasport ta’ persuni billi tipprovdi trasport permezz tax-xarabanks lill-aġenziji tal-ivvjaġġar u li ma tipprovdi l-ebda servizz ieħor, bħal dak tal-akkomodazzjoni, attività ta’ informazzjoni jew ta’ konsulenza, ma twettaqx attivitajiet li jaqgħu taħt l-iskema speċjali tal-aġenżiji tal-ivvjaġġar imsemmija fl-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.


(1)  ĠU C 219, 23.07.2011.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance de Paris — Franza) — Thomson Sales Europe SA vs Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières)

(Kawża C-348/11) (1)

(Artikoli 92(1) u 103(1) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà manifesta - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Risposta li ma tagħti lok għal ebda dubju raġonevoli - Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Evalwazzjoni tal-validità - Politika kummerċjali komuni - Dumping - Importazzjoni ta’ televixins immanifatturati fit-Tajlandja - Validità tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) - Validità tar-Regolamenti (KE) Nri 710/95 u 2584/98)

2012/C 235/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Thomson Sales Europe SA

Konvenuta: Administration des douanes (Direction Nationale du Renseignement et des Enquêtes douanières)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal d’instance de Paris — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 710/95, tas-27 ta’ Marzu 1995, li jistabbilixxi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw mill-Malasja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, minn Singapor u mit-Tajlandja u li tiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju (ĠU L 73, p. 3) — Validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2584/98, tas-27 ta’ Novembru 1998, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 710/95 iċċitat iktar ’il fuq (ĠU L 324, p. 1) — Regolamenti li japplikaw, għall-kalkolu tal-medja differenzjata tal-marġni ta’ dumping, metodu li jikkonsisti fit-tnaqqis għal żero — Validità tal-investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) dwar l-oriġini tat-televixins

Dispożittiv

L-eżami tar-raba’ u tal-ħames domandi ma sab ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nri 710/95, tas-27 ta’ Marzu 1995, li jistabbilixxi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri tat-televiżjoni tal-kulur li joriġinaw mill-Malasja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, minn Singapor u mit-Tajlandja u li tiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju, u tal-Kunsill Nru 2584/98, tas-27 ta’ Novembru 1998, li jemenda r-Regolament Nru 710/95.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 — Maurice Emram vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-354/11 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva G - Trade marks)

2012/C 235/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Maurice Emram (rappreżentant: M. Benavï, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Guccio Gucci SpA (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Mejju 2001, Emram vs UASI (T-187/10) li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Frar 2010 (Każ R 1281/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guccio Gucci SpA u M. Emram — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva G — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Żnaturament tal-provi — Evalwazzjoni żbaljata tal-karattru distintiv — Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

M. Emram huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Marzu 2012 — Atlas Transport GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Atlas Air Inc.

(Kawża C-406/11 P) (1)

(Appell - Artikolu 119 tar-Regoli tal-Procedura - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ammissibbiltà quddiem il-Bord tal-Appell - Assenza tal-preżentata ta’ nota li tispjega l-motivi tar- rikors - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 59 - Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 49(1) - Sospensjoni tal-proċedura - Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 20(7)(c) - Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat)

2012/C 235/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Atlas Transport GmbH (rappreżentanti: K. Schmidt-Hern u U. Hildebrandt, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent), Atlas Air Inc. (rappreżentant: R. Dissmann, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza fil-Kawża T-145/08, Atlas Transport GmbH vs UASI tal Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċizjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Jannar 2008 (Każ R 1023/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn ATLAS Air Inc. u Atlas Transport GmbH — Interpretazzjoni tal-Artikolu 59 tar Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) kif ukoll tar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 189) — Kundizzjonijiet li jiġġustifikaw is-sospensjoni tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Talba għall-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark li fuqha hija bbażata l-oppożizzjoni pendenti quddiem il-qorti nazzjonali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Atlas Transport GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311, 22.10.2011.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Torre Annunziata (l-Italja) fit-23 ta’ April 2012 — Lorenzo Ciampaglia vs Sangita Masawan

(Kawża C-185/12)

2012/C 235/09

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Torre Annunziata

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lorenzo Ciampaglia

Konvenut: Sangita Masawan

Permezz ta’ digriet tat-3 ta’ Mejju 2012, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija manifestament inammissibbli u ħassret il-kawża mil-lista tal-kawżi.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fit-8 ta’ Mejju 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Hliddal, Fjola

(Kawża C-216/12)

2012/C 235/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caisse nationale des prestations familiales

Konvenut: Hliddal, Fjola

Domanda preliminari

Benefiċċju bħall-allowance ta’ leave parentali previst mill-Artikoli 306 sa 308 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali jikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens tal-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar il-pubblikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (1), fil-verżjoni emendata u aġġornata tiegħu applikabbli skont l-Anness II, Taqsima A(1), tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni u tal-Att finali, iffirmati fil-Lussemburgu, fil-21 ta’ Ġunju 1999 (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35.

(2)  ĠU 2002, L 114, p. 6.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg fit-8 ta’ Mejju 2012 — Caisse nationale des prestations familiales vs Bornand, Pierre-Louis

(Kawża C-217/12)

2012/C 235/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Caisse nationale des prestations familiales

Konvenut: Bornand, Pierre-Louis

Domanda preliminari

Benefiċċju bħal ma huwa l-allowance għal-leave parentali prevista mill-Artikoli 306 sa 308 tal-Code de la sécurité sociale jikkostitwixxi benefiċċju tal-familja fis-sens tal-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (1), fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata kif applikabbli skont it-Taqsima A(1) tal-Anness II tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni u tal-Att Finali, iffirmati fil-Lussemburgu, fil-21 ta’ Ġunju 1999 (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35

(2)  ĠU 2002, L 114, p. 6


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Argeș (ir-Rumanija) fl-4 ta’ Mejju 2012 — Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Argeș vs SC Volksbank România SA, SC Volksbank România SA — Sucursala Pitești, Alin Iulian Matei u Petruța Florentina Matei

(Kawża C-236/12)

2012/C 235/12

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Argeș

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Comisariatul Județean pentru Protecția Consumatorilor Argeș

Konvenuti: SC Volksbank România SA, SC Volksbank România SA — Sucursala Pitești, Alin Iulian Matei u Petruța Florentina Matei

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-fatt li, b’mod konformi mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 (1), l-evalwazzjoni tan-natura abbużiva tal-klawżoli ma tirrigwarda la d-definizzjoni tal-għan prinċipali tal-kuntratt u lanqas l-adegwatezza bejn il-prezz u r-remunerazzjoni, minn naħa, u s-servizzi jew il-prodotti fornuti inkambju, min-naħa l-oħra, sakemm dawn il-klawżoli jkunu redatti b’mod ċar u komprensibbli

u

peress li, b’mod konformi mal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/48 (2), id-definizzjoni li l-Artikolu 3(g) ta’ din l-istess direttiva jagħti tal-kunċett ta’ spiża totali tal-kreditu għall-konsumatur, li tinkludi l-kummissjonijiet kollha li l-konsumatur huwa marbut li jħallas għall-kuntratt tal-kreditu lill-konsumaturi, ma hijiex applikabbli sabiex jiġi stabbilit l-għan ta’ kuntratt ta’ kreditu ggarantit permezz ta’ ipoteka,

b’hekk,

il-kunċetti ta’ għan prinċipali tal-kuntratt u tal-prezz li għalih jirreferi l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13/KEE jistgħu jiġu interpretati fis-sens li dawn il-kunċetti (ta’ għan u ta’ prezz) jinkludu wkoll, fost l-elementi li jiffurmaw il-korrispettiv dovut għall-istabbiliment tal-kreditu, ir-rata annwali effettiva globali ta’ kuntratt ta’ kreditu, iffurmat b’mod partikolari mir-rata ta’ interessi fissa jew varjabbli, mill-kummissjonijiet bankarji u mill-ispejjeż l-oħra inklużi u definiti fil-kuntratt?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).

(2)  Direttiva 2008/48/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) fil-21 ta’ Mejju 2012 — Salzburger Flughafen GmbH vs Umweltsenat

(Kawża C-244/12)

2012/C 235/13

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Salzburger Flughafen GmbH

Konvenut: Umweltsenat

Parti intervenjenti: Landesumweltanwalt von Salzburg

Parti oħra: Bundesministerin für Verkehr, Innovation und Technologie

Domandi preliminari

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 Ġunju 1985 (1), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 Marzu 1997 (2) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 85/337”) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi li l-istima tal-effetti fuq l-ambjent tax-xogħlijiet infrastrutturali f’ajruport (li ma jinvolvux ir-runway), b’mod partikolari, il-kostruzzjoni ta’ terminal u l-estensjoni tas-sit tal-ajruport għall-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet addizzjonali (speċjalment ta’ hangars, imħażen għat-tagħmir u żoni ta’ parkeġġ) titwettaq biss fil-każ li dan mistenni li jżid il-movimenti bl-ajru b’mhux inqas minn 20 000 fis-sena?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

(2)

Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, id-Direttiva 85/337 tirrikjedi u tippermetti l-applikazzjoni diretta tagħha sabiex tiġi effettwata (fid-dawl tal-għanijiet u tal-kriterji stabiliti fl-Anness III) l-istima tal-effetti fuq l-ambjent ta’ proġett, speċifikat fl-ewwel domanda, li jaqa’ taħt l-Anness II?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 Marzu 1997, li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151).


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (Il-Bulgarija) fil-21 ta’ Mejju 2012 — Meliha Veli Mustafa vs Direktor na fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite” kam Natsionalnia osiguritelen institut

(Kawża C-247/12)

2012/C 235/14

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Meliha Veli Mustafa

Konvenut: Direktor na fond “Garantirani vzemania na rabotnitsite i sluzhitelite” kam Natsionalnia osiguritelen institut (Direttur tal-Fondi “djun iggarantiti tal-ħaddiema” fl-Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali)

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 2(1), tad-Direttiva tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (1), kif emendata mid-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (2), moqri flimkien mal-ħames premessa tad-Direttiva 2002/74/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi obbligu fuq l-Istati Membri biex jipprovdu garanziji għal djun ta’ ħaddiema matul il- proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja f’kull stadju ta’ din il-proċedura sal-kontestazzjoni tat-terminazzjoni tal-ħlasijiet, u mhux biss mal-bidu tal-imsemmija proċedura?

(2)

Regola tad-dritt nazzjonali li tipprevedi possibbiltà ta’ teħid ta’ responsabbiltà mill-istituzzjoni li tiggarantixxi, djun mhux imħallsa tal-ħaddiema impjegati li tirriżulta mir-relazzjonijiet tax-xogħol, stabbiliti biss sad-data ta’ reġistrazzjoni tad-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ta’ insolvenza ġudizzjarja, tikser l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 80/987/KEE, kif emendata mid-Direttiva 2002/74/KE, meta l-imsemmija deċiżjoni ma titterminax l-attivitajiet tal-kumpannija li tħaddem u li ma tikkonstatax li din qiegħda fi stat ta’ terminazzjoni tal-ħlas?

(3)

F’każ ta’ risposta affermattiva għaż-żewġ domandi preċedenti, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża odjerna, l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 80/987/KEE, kif emendat mid-Direttiva 2002/74/KE, għandu effett dirett u huwa direttament applikabbli mill-qorti nazzjonali?

(4)

F’każ ta’ risposti affermattivi għat-tliet domandi preċedenti, huwa possibbli li jiġi stabbilit, b’applikazzjoni tal-prinċipju ta’ effettività u fin-nuqqas ta’ qafas ġuridiku nazzjonali preċiż għal dak li jirrigwarda t-terminu għall-eżerċizzju tad-dritt li wieħed jeżiġi min-naħa tal-istituzzjoni li tiggarantixxi l-ħlas tad-djun tal-ħaddiema, stabbiliti sad-data tar-reġistrazzjoni tad-deċiżjoni li tikkonstata li min iħaddem qiegħed fi stat ta’ terminazzjoni tal-ħlasijiet — u li se tittermina l-attivitajiet tiegħu — terminu ta’ 30 jum, iffissat fid-dritt nazzjonali, għall-eżerċizzju tad-dritt imsemmi iktar ’il fuq għal każijiet oħra minbarra dak iċċitat iktar ’il fuq, billi tieħu bħala punt ta’ tluq id-data tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ tad-deċiżjoni tat-terminazzjoni tal-ħlasijiet?


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1 p. 217.

(2)  Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4 p. 261.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/8


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2012 minn Guillermo Cañas mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fis-26 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-508/09, Cañas vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-269/12 P)

2012/C 235/15

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Guillermo Cañas (rappreżentant: Y. Bonnard, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping, ATP Tour Inc.

Talbiet tal-appellant

tannulla d-digriet mogħti fis-26 ta’ Marzu 2012 mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-508/09;

tordna lill-Qorti Ġenerali teżamina r-rikors għall-annullament ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2009 minn Guillermo Cañas;

tiċħad kull talba oħra ta’ persuna li topponi;

tikkundanna lil kull persuna li topponi tbati l-ispejjeż ta’ Guillermo Cañas.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant iressaq tliet aggravji kontra d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

L-ewwel nett, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali injorat id-dritt ta’ impriża temporanjament eskluża minn kuntratt li tippreżenta rikors kontra l-arkivjar ta’ ilment għall-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni billi tissuġġetta l-interess ġuridiku ta’ din għall-benefiċċju immedjat li r-rikors għal annullament jista’ jagħtiha. Fil-fehma tal-appellant, l-annullament tal-arkivjar ta’ ilment fih innifsu qatt ma jista’ jkollu benefiċċju immedjat għar-rikorrent peress li kull ma jista’ jagħmel huwa li jwassal għall-eżami tal-ilment, mingħajr ebda garanzija ta’ riżultat.

It-tieni nett, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta kkunsidrat li l-interess ġuridiku tiegħu spiċċa peress li kien għadu vittma ta’ ostakoli antikompetittivi rrapurtati. Huwa jikkunsidra li, minkejja l-fatt li huwa temm il-karriera sportiva tiegħu, huwa għad għandu interess ġuridiku, jiġifieri l-interess li jikseb l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tarkivja l-ilment tiegħu mingħajr ma tittieħed ebda azzjoni kif ukoll il-konstatazzjoni mill-Kummissjoni tal-illegalità tal-ostakoli irrapurtati, li huma stadji preliminari indispensabbli għall-introduzzjoni ta’ talba għall-kumpens għad-danni kontra l-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping, l-ATP Tour Inc. u l-Kunsill Internazzjonali ta’ Arbitraġġ għall-Isport.

It-tielet nett, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-annullament tal-arkivjar tal-ilment tar-rikorrent ma jkollu l-ebda effett fuq id-dritt ta’ dan tal-aħħar li jitlob danni kontra l-impriżi li huwa rraporta, peress li l-proċedura amministrattiva quddiem il-Kummissjoni ma tistax tipprekludi rikors quddiem il-qrati ċivili kompetenti. Madankollu, dan l-argument jirriżulta minn żball ta’ fatt sa fejn id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isports, tat-23 ta’ Mejju 2007, ikkunsidrat li l-ostakli rrapurtati ma kinux imorru kontra d-dritt Ewropew tal-kompetizzjoni, raġuni li għaliha mingħajr deċiżjoni favorevoli tal-Kummissjoni, l-appellant ma setgħax iressaq talba għall-kumpens għad-danni.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/9


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2012 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) tal-21 ta’ Marzu 2012 fil-Kawżi magħquda T-50/06 RENV, T-56/06 RENV, T-60/06 RENV, T-62/06 RENV u T-69/06 RENV, L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-272/12 P)

2012/C 235/16

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte, D. Grespan, N. Khan u K. Walkerová, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Republikka Franċiża, L-Irlanda, Ir-Repubblika Taljana, Eurallumina SpA, Aughinish Alumina Ltd

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (ir-Raba’ Awla Estiża) tal-21 ta’ Marzu 2012, nnotifikata lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Marzu 2012, fil-Kawżi magħquda T-50/06 RENV, T-56/06 RENV, T-60/06 RENV, T-62/06 RENV u T-69/06 RENV, L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni,

tirrinvija l-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami ġdid,

tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ppreżentat appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra s-sentenza tal-21 ta’ Marzu 2012 fil-Kawżi magħquda T-50/06 RENV, T-56/06 RENV, T-60/06 RENV, T-62/06 RENV u T-69/06 RENV, L-Irlanda et vs Il-Kummissjoni, li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/323/KE, tas-7 ta’ Diċembru 2005, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq żjut minerali użati bħala karburanti għall-produzzjoni tal-alumina fir-reġjun ta’ Gardanne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implementata rispettivament minn Franza, l-Irlanda u l-Italja. (1)

L-appellanti tinvoka ħames aggravji insostenn għall-appell tagħha, ibbażati fuq in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali, fuq l-irregolaritajiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali li ppreġudikaw l-interessi tal-Kummissjoni u fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi billi rrilevat ex officio, fil-ħames kawżi magħquda, motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 87(1) KE, minħabba n-nuqqas ta’ responsabbiltà lill-Istati Membri għal miżuri nazzjonali kkontestati. Fi kwalunkwe każ, fil-Kawżi T-56/06 RENV u T-60/06 RENV, hija rrilevat ex officio il-motivi bbażati fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u/jew tal-preżunzjoni tal-legalità tal-atti tal-Unjoni biex tipproċedi għall-annullament tad-deċiżjoni fl-intier tagħha, filwaqt li dawn il-motivi kienu tqajmu biex jiġi kkontestat l-ordni għall-irkupru.

It-tieni nett, billi ddeċidiet b’mod partikolari li l-kunċett ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni għandu l-istess portata u tifsira fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet fiskali nazzjonali u fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat, kuntrarjament għal dak li ġie deċiż mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-2 ta’ Diċembru 2009, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda et (C-89/08 P, Ġabra p. I-11245) il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi u, b’mod partikolari, kisret l-Artikolu 61(2) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, li permezz tiegħu, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali u tirrinvija l-kawża quddiem din tal-aħħar biex tiddeċidieha, il-Qorti Ġenerali tkun marbuta bil-punti ta’ liġi deċiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Meta wieħed jikkunsidra li l-eżenzjonijiet inkwistjoni ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għaliex kienu awtorizzati mill-Kunsill skont ir-regoli dwar l-armonizzazzjoni tat-taxxa, li għaldaqstant ma jistgħux jiġu attribwiti lill-Istati Membri kkonċernati, u għalhekk, ma humiex suġġetti għall-proċedura ta’ investigazzjoni tal-għajnuna stabbilita mit-Trattat, il-Qorti Ġenerali wettqet, it-tielet nett, żbalji ta’ liġi fid-determinazzjoni tal-poteri rispettivi tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn l-armonizzazzjoni fiskali u l-kontroll ta’ għajnuna mill-Istat, u kisret l-Artikoli 87 u 88 KE u l-prinċipju ta’ bilanċ istituzzjonali.

Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali interpretat contra legem id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/224/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa u l-eżenzjonijiet minn din it-taxxa fuq ċerti żjut minerali meta jintużaw għal skopijiet speċifiċi. (2) Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali fil-fatt ibbażat l-interpretazzjoni tagħha fuq ir-risposta tal-Kunsill għad-domanda mressqa mill-Qorti Ġenerali, bi ksur tar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni ta’ atti tal-istituzzjonijiet, u interpretat ħażin l-imsemmija risposta tal-Kunsill.

Fl-aħħar nett, safejn hija bbażata ruħha fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, il-preżunzjoni ta’ legalità u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni jew hija effettwata mill-istess difetti minn dawk invokati fit-tieni, it-tielet u r-raba’ motivi.


(1)  ĠU 2006, L 119, p. 12.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitoli 9 Vol. 1 p. 34.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-4 ta’ Ġunju 2012 — Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières vs Harry Winston SARL

(Kawża C-273/12)

2012/C 235/17

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Directeur général des douanes et droits indirects, Chef de l’agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières

Konvenuta: Harry Winston SARL

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 206 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li s-serq ta’ merkanzija mqiegħda taħt is-sistema tal-ħażna doganali, li seħħ fiċ-ċirkostanzi tal-kawża inkwistjoni, jikkostitwixxi telf għal kollox tal-merkanzija u każ ta’ forza maġġuri, bil-konsegwenza li f’tali eventwalità ebda dejn doganali fuq l-importazzjoni ma huwa meqjus li tnissel?

(2)

Is-serq ta’ merkanzija miżmuma taħt is-sistema ta’ ħażna doganali huwa tali li jinvolvi l-fatt li jiġġenera u l-impożizzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 71 tad-Direttiva [tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud] (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

(2)  ĠU L 347, p. 1.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fl-1 ta’ Ġunju 2012 — Vitālijs Drozdovs, irrappreżentat minn Valentīna Balakireva vs AAS “Baltikums”

(Kawża C-277/12)

2012/C 235/18

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vitālijs Drozdovs, irrappreżentat minn Valentīna Balakireva

Konvenuta: AAS “Baltikums”

Domandi preliminari

(1)

Il-kumpens obbligatorju għad-dannu personali previst fl-Artikolu 3 tal-[Ewwel] Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE (1), tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, u fl-Artikoli 1 u 2 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE (2), tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, jinkludi wkoll id-danni morali?

(2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun waħda affermattiva, l-Artikolu 3 tal-[Ewwel] Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, u l-Artikoli 1 u 2 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu lil Stat Membru milli jillimita l-ammont massimu tal-kumpens għad-danni mhux materjali (morali), billi jiffissa limitu li huwa sostanzjalment inqas mil-limitu tar-responsabbiltà tal-assigurazzjoni ffissat mid-direttivi u mil-liġi nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/10


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2012 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-21 ta’ Marzu 2012 fil-Kawżi magħquda T-439/10 u T-440/10, Fulmen vs Il-Kunsill

(Kawża C-280/12 P)

2012/C 235/19

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Fulmen, Fereydoun Mahmoudian, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza mogħtija fil-21 ta’ Marzu 2012 mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-Kawżi magħquda T-439/10 u T-440/10;

tagħti deċiżjoni finali dwar il-kawża u tiċħad ir-rikorsi ta’ Fulmen u Mahmoudian kontra l-atti tal-Kunsill inkwistjoni;

tikkundanna lil Fulmen u lil Fereydoun Mahmoudian għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill fl-ewwel istanza u fil-kuntest ta’ dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kunsill iqis li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi ċċitati iktar ’il fuq hija vvizzjata bi żbalji ta’ liġi u li din is-sentenza għandha għalhekk tiġi annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi meta ddeċidiet li r-rikorrent kellu jġib provi sabiex jissostanzja l-espożizzjoni tal-motivi tiegħu li tikkonċerna l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-kumpannija Fulmen, jiġifieri li din il-kumpannija kienet involuta fl-installazzjoni ta’ tagħmir elettriku fis-sit nukleari ta’ Qom/Fordoo (l-Iran).

F’dan ir-rigward, il-Kunsill iqis, l-ewwel nett, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li kellha titlob lill-Istat Membru li ppropona li jinnomina lil Fulmen sabiex tippreżenta provi u informazzjoni, filwaqt li dawn il-provi ġejjin minn sorsi kunfidenzjali. It-tieni nett, il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-Qorti Ġenerali setgħet iżżomm kont ta’ provi kunfidenzjali li ma ġewx ikkomunikati lill-avukati tal-partijiet ikkonċernati, filwaqt li l-Artikolu 67(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali ma tipprevedix din il-possibbiltà.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-6 ta’ Ġunju 2012 — Trento Sviluppo srl u Centrale Adriatica Soc. coop. vs AGCOM

(Kawża C-281/12)

2012/C 235/20

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Trento Sviluppo srl, Centrale Adriatica Soc. coop.

Konvenuta: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (AGCOM)

Domanda preliminari

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/29/KE (1), fir-rigward tal-parti li fiha l-verżjoni Taljana tuża t-termini “e in ogni caso”, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ prattika kummerċjali qarrieqa, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li jeżisti wieħed biss mill-elementi msemmija fl-ewwel parti ta’ dan il-paragrafu jew jekk il-fatt li l-prattika kummerċjali tkun ta’ natura li tbiddel id-deċiżjoni kummerċjali adottata mill-konsumatur jikkostitwixxi element neċessarju ieħor sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ din il-prattika kummerċjali qarrieqa?


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22).


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Il-Belġju) fis-7 ta’ Ġunju 2012 — Aboubacar Diakite vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

(Kawża C-285/12)

2012/C 235/21

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aboubacar Diakite

Konvenut: Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 15(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprovdi biss protezzjoni f’sitwazzjoni ta’ “kunflitt armat intern” kif interpretat mil-liġi umanitarja internazzjonali, partikolarment b’referenza għall-Artikolu 3 komuni għall-erba’ Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tat-12 ta’ Awissu 1949 (li jirrigwardaw, rispettivament, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-feruti u l-morda fil-forzi armati fuq il-kamp, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-feruti, tal-morda u n-nawfragi tal-forzi armati, it-trattament tal-priġunjieri tal-gwerra, u l-protezzjoni ta’ persuni ċivili fi żmien ta’ gwerra)?

(2)

Jekk il-kunċett ta’ “kunflitt armat intern” imsemmi fl-Artikolu 15(ċ) tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu mill-Artikolu 3 komuni għall-erba’ Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tat-12 ta’ Awissu 1949, liema huma f’dan il-każ, il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ tali “kunflitt armat intern”?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitlu 19 Vol. 07 p. 96.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/11


Digriet tal-President tal-Ħames Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-542/10) (1)

2012/C 235/22

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/12


Digriet tal-President tar-Raba’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Marzu 2012 — (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Saint-Denis de la Réunion — Franza) — Clément Amedee vs Garde des sceaux, Ministre de la justice et des libertés, Ministre du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l'État.

(Kawża C-572/10) (1)

2012/C 235/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 72, 05.03.2011.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Marzu 2012 — Stichting Nederlandse Publieke Omroep, li kienet Nederlandse Omroep Stichting (NOS), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-104/11 P u C-105/11 P) (1)

2012/C 235/24

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawżi.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Malta

(Kawża C-178/11) (1)

2012/C 235/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 18/06.2011.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-323/11) (1)

2012/C 235/26

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hajdú-Bihar Megyei Bíróság — L-Ungerija) — IBIS Srl vs PARTIUM ’70 Műanyagipari Zrt

(Kawża C-490/11) (1)

2012/C 235/27

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 370, 17.12.2011.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ April 2012 — ThyssenKrupp Liften Ascenseurs NV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-516/11) (1)

2012/C 235/28

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 355, 03.12.2011.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ April 2012 — ThyssenKrupp Liften BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-519/11 P) (1)

2012/C 235/29

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 355, 03.12.2011.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/12


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — l-Olanda) — Trianon Productie BV vs Revillon Chocolatier SAS

(Kawża C-2/12) (1)

2012/C 235/30

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 98, 31.03.2012


Il-Qorti Ġenerali

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali fis-27 ta’ Ġunju 2012 — Hearst Communications vs UASI — Vida Estética (COSMOBELLEZA)

(Kawża T-344/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COSMOBELLEZA - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti COSMO, COSMOPOLITAN, COSMOTEST, COSMOPOLITAN TELEVISION u THE COSMOPOLITAN SHOW - Trade marks mhux irreġistrati u ismijiet kummerċjali COSMO u COSMOPOLITAN - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Nuqqas ta’ xebh bejn it-trade marks - Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 235/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hearst Communications, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Nordemann, C. Czychowski u A. Nordemann-Schiffel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment C. Bartos sussegwentement V. Melgar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vida Estética, SL (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: A.I. Alejos Cutuli, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 770/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Hearst Communications, Inc u Vida Estética, SL.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Hearst Communications, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2012 — Bolloré vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-372/10) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karta saħħara - Iffissar tal-prezzijiet - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament tal-ewwel deċiżjoni - Imputazzjoni tal-ksur lill-kumpannija parent, fil-kapaċità tagħha bħala awtur dirett - Legalità tar-reati u tal-pieni - Ċertezza legali - Individwalità tal-pieni - Smigħ xieraq - Ugwaljanza fit-trattament - Terminu raġonevoli - Drittijiet tad-difiża - Multi - Preskrizzjoni - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)

2012/C 235/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bolloré (Ergué-Gabéric, Franza) (rappreżentanti: P. Gassenbach, C. Lemaire u O. de Juvigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls, F. Castillo de la Torre u R. Sauer, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament jew bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4160 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/36.212 — Karta saħħara).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Bolloré hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 301, 06.11.2010


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/13


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2011 — H-Holding vs Il-Parlament

(Kawża T-672/11)

2012/C 235/33

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: H-Holding AG (Cham, l-Isvizzera) (rappreżentant: R. Závodný, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li r-rikorrenti ġarrbet dannu minħabba li l-konvenut naqas milli jaġixxi insegwitu għall-petizzjoni tagħha tal-24 ta’ Awissu 2011;

tiddikjara li l-Unjoni Ewropea hija responsabbli għall-infurzar tar-regoli ta’ finanzjament tal-partiti politiċi fuq il-livell Ewropew;

tordna lill-konvenut jawtorizza lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) biex iwettaq verifika finanzjarja ta’ partit politiku Ċek;

tordna lill-konvenut jibda proċeduri kontra r-Repubblika Ċeka;

tikkundanna lill-konvenut iħallasha kumpens u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenut naqas milli jaġixxi rigward il-petizzjoni tar-rikorrenti tal-24 ta’ Awwissu 2011 dwar il-finanzjament ta’ partit politiku Ċek.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/14


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2012 — Vestel Iberia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-249/12)

2012/C 235/34

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vestel Iberia, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 22 finali, tat-18 ta’ Jannar 2010, li tistabbilixxi li t-teħid inkunsiderazżzjoni a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni hija ġġustifikata u li l-maħfra ta’ dawk id-dazji ma hijiex iġġustifikata f’każ partikolari (REM 20/08), li ġiet innotifikata lir-rikorrenti fit-12 ta’ April 2012;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv jallega

li d-dazji fuq l-importazzjoni ġew inklużi fil-kont bi ksur tal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (iktar ’il quddiem il-“KDK”) (1), peress li l-konvenuta kkunsidrat b’mod żbaljat li r-regoli antidumping adottati fir-rigward ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi huma applikabbli awtomatikament għal oġġetti f’moviment liberu fl-unjoni doganali UE-Turkija, u li konsegwentement, il-konvenuta b’mod żbaljat naqset milli tinforma lin-negozjanti li r-Regolament antidumping ikkonċernat kien applikabbli wkoll għal oġġetti f’moviment liberu fl-unjoni doganali UE-Turkija. Alternattivament, l-awtoritajiet Torok wettqu żball meta kkonfermaw li d-dazji antidumping imposti fuq oġġetti minn pajjiżi terzi ma kinux applikabbli għal oġġetti f’moviment liberu fl-unjoni doganali UE-Turkija. Barra minn hekk, l-awtoritajiet doganali Spanjoli ukoll wettqu żball peress li assumew li l-oġġetti li kienu koperti minn ċertifikat A.TR ma setgħux jiġi suġġetti għal dazji addizzjonali jew għal miżuri għall-protezzjoni tan-negozju, u naqsu milli jinformaw lill-operaturi ekonomiċi li l-importazzjonijiet tagħhom mit-Turkija setgħu jiġu suġġetti għal miżuri ta’ negozju, anki jekk tali oġġetti kienu f’moviment liberu.

(2)

It-tieni motiv jallega

li l-iżball mwettaq mill-awtoritajiet doganali kompetenti ma setgħax jiġi raġjonevolment innotat mill-persuna responsabbli għall-ħlas, meta din tkun aġixxiet in bona fede u tkun osservat id-dispożizzjonijiet kollha stabbiliti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-rigward tad-dikjarazzjoni doganali.

(3)

It-tielet motiv jallega

li r-rikorrenti tinsab fis-sitwazzjoni speċjali tal-Artikolu 239 KDK, u li hija ma tista’ tiġi attribwita bl-ebda qerq jew negliġenza ovvja skont l-Artikolu 239 KDK.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/14


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2012 — Uti worldwide et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-264/12)

2012/C 235/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: UTi Worldwide, Inc. (Tortola, British Virgin Islands), UTi Nederland BV (Schiphol, il-Pajjiżi l-Baxxi) u UTI Worldwide (UK) Ltd (Reading, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Kirch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, fil-Każ COMP/39.462 — “burdnara” — safejn din tirrigwarda lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2012. safejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, u tannulla jew tnaqqas l-ammont tal-multa rispettivament,

tiżgura li l-konklużjoni u d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar UTI Nederland u UTI UK japplikaw bis-sħiħ għall UTI Worldwide Inc, bħala kumpannija parent mhux implikata fil-fatti tal-każ li wasslu għad-deċiżjoni iżda responabbli għall-kumpanniji sussidjarji tagħha skont it-termini tad-deċiżjoni, u;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi, li kull wieħed minnhom għandu tlett punti.

(1)

L-ewwel motiv, insostenn tal-ewwel parti tal-talbiet, jallega li r-rikorrenti ma kisritx l-Artikolu 101 TFUE u 53 tal-Ftehim ŻEE:

Il-Kummissjoni wettqet żball manifest billi inkludiet lir-rikorrenti fl-allegat akkordju tas-Sistema Awtomatizzata ta’ Manifest (“AMS”) u naqset milli tevalwa fatti u tagħmel analiżi kompleta u korretta tal-provi tagħha stess billi:

il-Kummissjoni analizzat b’mod żbaljat il-fatti fil-provi tagħha stess;

id-deċiżjoni stabbiliet b’mod żbaljat l-ambitu tad-diskussjoni li saret fil-qafas tal-assoċjazzjoni Freight Forward International (“FFI”);

il-membri tal-FFI ma qablux fuq il-prezz jew firxa ta’ prezzijiet;

ir-rikorrenti u burdnara oħra selettivament imponew miżati tal-AMS għal vantaġġ kompetittiv;

il-Kummissjoni injorat provi ċari li s-sħubija tar-rikorrenti fl-FFI ma urietx l-involviment tar-rikorrenti fl-akkordju tal-miżati AMS; u

il-Kummissjoni tinjora provi ċari li r-rikorrenti indipendentement stabbilew il-miżati AMS tagħhom abbażi tal-miżati AMS tat-trasportaturi tal-merkanzija bl-ajru u fatturi oħra tal-ipprezzar tas-suq.

Il-Kummissjoni naqset milli tistabilixxi li r-rikorrenti pparteċipaw fi ftehim li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi:

il-preżenza tar-rikorrenti f’sitt laqgħat tal-FFI u f’konferenza bit-telefon ma tissodisfax l-istandards legali għall-ksur tal-Artikolu 101 TFUE; u

id-deċiżjoni ma fiha ebda prova li r-rikorrenti pparteċipaw f’xi diskussjonijiet bilaterali jew multilaterali barra mill-FFI fir-rigward tal-miżata AMS.

Il-miżata AMS ma kellha ebda “effett apprezzabbli” fuq il-kompetizzjoni, billi:

il-miżata AMS kienet komponent żgħir tal-prezz totali tal-vjaġġ, u

il-miżata AMS kienet inevitabbli bbażata fuq d-deċiżjoni tat-trasportaturi tal-merkanzija bl-ajru li jdaħħlu miżata u għalhekk ma kellha ebda effett apprezzabbli fuq is-suq.

(2)

It-tieni motiv, insostenn tat-tieni parti tal-forma tal-ordni mixtieqa tallega li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-multa tikser l-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-linji gwida dwar il-multi tal-Kummissjoni stess (2), u l-prinċipju ta’ proporzjonalità u jinkludi żball ta’ kalkolazzjoni:

Il-Kummissjoni tonqos milli tapplika il-kunċett ta’ “gravità” fis-sens tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u l-Artikolu 19 u 20 tal-linji gwida dwar il-multi, billi:

kien hemm nuqqas ta’ involviment effettiv tar-rikorrenti fil-ksur allegat;

kien hemm nuqqas ta’ implementazzjoni effettiva tal-allegat ksur; u

kien hemm nuqqas ta’ individwalizzazzjoni tal-azzjonijiet tar-rikorrenti fir-rigward tal-aġir ġenerali tal-impriżi kkonċernati.

Il-Kummissjoni kisret il-prinċipju tal-proporzjonalità billi:

l-applikazzjoni tar-rata ta’ 16 % hija sproporzjonata fir-rigward tad-dritt u tal-fatti tal-każ;

il-kalkoli bbażati fuq is-suq kollu tal-ġarr tal-merkanzija huma sproporzionati;

l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ tul huwa sproporzjonat; u

l-inklużjoni ta’ ammont addizzjonali fl-ammont bażiku huwa sproporzjonat.

Il-multa tal-Kummissjoni imposta fuq UTi Worldwide Inc., individwalment bħala kumpannija parent, huwa minfuh b’mod artifiċjali u żbaljat mill-formula matematika tal-Kummissjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti; Kapitolu 8 Vol. 2 p. 205)

(2)  Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006 C 210, p. 2)


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/17


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs AESA

(Kawża F-62/12)

2012/C 235/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-bonus tad-drittijiet għall-pensjoni miksub qabel id-dħul fis-servizz abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ġodda ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Talbiet tar-rikorrent

Tiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjoni li tiġi applikata t-talba għal trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent il-kriterji msemmija fid-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni għall-ispejjeż.