ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.234.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 234

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
4 ta' Awwissu 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 234/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6624 – Bekaert/Southern Steel Berhad/Bekaert Southern Wire) ( 1 )

1

2012/C 234/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6542 – Eastman Chemical Company/Solutia) ( 1 )

1

2012/C 234/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

2

2012/C 234/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6635 – Lukoil/ISAB Refinery) ( 1 )

3

2012/C 234/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6572 – Kemet/NEC/NEC Tokin) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2012/C 234/06

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 2012 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 234/07

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 234/08

Miżuri ta’ riorganizzazzjoni – Deċiżjoni dwar l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni fir-rigward Excell Life International SA (Il-pubblikazzjoni magħmula f'konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni)

6

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 234/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6581 – GKN/Volvo Aero) ( 1 )

7

2012/C 234/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6688 – KKR/Württembergische Metallwaren Fabrik) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

8

 

Rettifika

2012/C 234/11

Rettifika għall-Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-412 laqgħa tiegħu fl-10 ta' Lulju 2006 dwar abbozz ta' deċiżjoni fil-Każ COMP/C-3/37.792 – Microsoft (ĠU C 138, 5.6.2008)

9

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6624 – Bekaert/Southern Steel Berhad/Bekaert Southern Wire)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 234/01

Fit-23 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6624. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6542 – Eastman Chemical Company/Solutia)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 234/02

Fl-24 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6542. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/2


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2012/C 234/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

29.6.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34905 (12/N)

Stat Membru

Franza

Reġjun

Auvergne

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Prolongation jusque fin 2013 du programme «effluents fromagers de Haute-Dordogne» N 778/06, précédemment approuvé par la Commission.

Il-bażi legali

Articles L 1511-1 et suivants et L 3231-2 du Code général des collectivités territoriales (CGCT)

Loi no 2004-338 du 21 avril 2004 portant transposition de la directive cadre sur l'eau (directive 2000/60/CE du 23 octobre 2000)

Décret no 2005-475 du 16 mai 2005 relatif au SDAGE

Arrêté du 16 mai 2005 portant délimitation des bassins ou groupements de bassin en vue de l’élaboration des SDAGE schémas départementaux d'aménagement

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Investiment fl-intrapriżi agrikoli, Investiment fl-ipproċessar u fis-suq

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

L-intensità

75 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Biedja mħallta, Produzzjoni ta' annimali

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de l'agriculture et de l'agroalimentaire

78 rue de Varenne

75349 Paris 07 SP

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6635 – Lukoil/ISAB Refinery)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 234/04

Fis-27 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6635. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6572 – Kemet/NEC/NEC Tokin)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 234/05

Fil-11 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6572. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Lulju 2012

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013

2012/C 234/06

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

(1)

fil-25 ta' Mejju 2012, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (1),

(2)

il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li tiġi ddefinita pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (2), u fuq in-naħa tal-infiq, mal-Parti I tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3), li, fin-nuqqas ta' qafas finanzjarju multiannwali stabbilit skont l-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jikkostitiwixxi l-istrument attwali applikabbli tad-dixxipplina baġitarja,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 ġiet adottata mill-Kunsill fl-24 ta' Lulju 2012.

Jista' jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew it-tniżżil minn fuq il-websajt tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  COM(2012) 300.

(2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(3)  ĠU L 347, 24.12.2009, p. 26.


Il-Kummissjoni Ewropea

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-3 ta’ Awwissu 2012

2012/C 234/07

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2245

JPY

Yen Ġappuniż

95,85

DKK

Krona Daniża

7,4415

GBP

Lira Sterlina

0,78745

SEK

Krona Żvediża

8,2797

CHF

Frank Żvizzeru

1,2012

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,3700

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,285

HUF

Forint Ungeriż

278,95

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6965

PLN

Zloty Pollakk

4,0892

RON

Leu Rumen

4,6470

TRY

Lira Turka

2,1897

AUD

Dollaru Awstraljan

1,1649

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2282

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4958

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5038

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5255

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 388,56

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,1149

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8031

HRK

Kuna Kroata

7,5252

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 597,39

MYR

Ringgit Malażjan

3,8277

PHP

Peso Filippin

51,104

RUB

Rouble Russu

39,6850

THB

Baht Tajlandiż

38,657

BRL

Real Brażiljan

2,5018

MXN

Peso Messikan

16,2603

INR

Rupi Indjan

68,2720


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/6


Miżuri ta’ riorganizzazzjoni

Deċiżjoni dwar l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni fir-rigward Excell Life International SA

(Il-pubblikazzjoni magħmula f'konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ impriżi tal-assigurazzjoni)

2012/C 234/08

Impriża tal-assigurazzjoni

Excell Life International SA

Data, dħul fis-seħħ u natura tad-Deċiżjoni

it-12 ta’ lulju 2012

Awtorità kompetenti

Il-Ħmistax-il seduta tat-“Tribunal d’arrondissement de et à Luxembourg” (il-Qorti Distrettwali tal-Lussemburgu), dwar kwistjonijiet kummerċjali

Awtorita ta’ sorveljanza

L-Imħallef Karin Guillaume, li qed tisma’ l-kawża tal-falliment

Amministratur maħtur

Likwidatur: Avukata: Id-Dottoressa Evelyne Korn, Avukata tal-Qorti

Kontabilista kkwalifikat: Paul Laplume residenti f’Junglinster

Liġi applikabbli

L-Artikolu 60(3) it-3 subparagrafu tal-“loi” (Att emendat dwar is-Settur tal-Assigurazzjoni)


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6581 – GKN/Volvo Aero)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 234/09

1.

Fis-27 ta’ Lulju 2012 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha GKN Holdings plc (ir-Renju Unit), ikkontrollata minn GKN plc (“GKN”, ir-Renju Unit), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Volvo Aero AB (l-Isvezja) u Volvo Aero Connecticut LLC (l-Istati Uniti) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal GKN: l-inġinerija u l-metallurġija tal-komponenti u s-sistemi inkorporati fil-vetturi u l-inġenji tal-ajru,

għal Volvo Aero u Volvo Aero Connecticut LLC: il-produzzjoni ta' komponenti tal-magni ajruspazjali għal magni ta’ inġenji tal-ajru kummerċjali u militari u komponenti tat-turbini tal-gass għall-ġenerazzjoni indipendenti tal-elettriku, magna kompluta għall-inġenji tal-ajru militari u subsistemi u għall-industrija tal-ispazju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6581 – GKN/Volvo Aero, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6688 – KKR/Württembergische Metallwaren Fabrik)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 234/10

1.

Fit-30 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Kohlberg Kravis Roberts & Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Württembergische Metallwaren Fabrik (“WMF”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal KKR: fond tal-investimenti globali li joffri firxa wiesgħa ta' servizzi ta' ġestjoni ta' assi alternattivi lill-investituri tas-suq pubbliku u privat u jipprovdi soluzzjonijiet tas-swieq ta' kapital għall-impriza, il-kumpaniji tal-portafoll tagħha u l-klijenti tagħha,

għal WMF: hija manifattur ta' oġġetti tal-mejda u tal-kċina u apparat żgħir tal-elettriku għad-djar privati kif ukoll tagħmir professjonali tal-lukandi u magni tal-kafè kompletament awtomatizzati għall-użu professjonali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6688 – KKR/Württembergische Metallwaren Fabrik, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


Rettifika

4.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/9


Rettifika għall-Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-412 laqgħa tiegħu fl-10 ta' Lulju 2006 dwar abbozz ta' deċiżjoni fil-Każ COMP/C-3/37.792 – Microsoft

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 138 tal-5 ta’ Ġunju 2008 )

2012/C 234/11

F’paġna 9:

minflok:

“1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel”

aqra:

“1.

Il-Kumitat Konsultattiv, wara li qies iċ-ċirkostanzi kollha, jaqbel”