ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.232.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 232

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
3 ta' Awwissu 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 232/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 232/02

Rata tal-kambju tal-euro

4

2012/C 232/03

Avviż lill-importaturi – Importazzjoni mill-Iżrael fl-UE

5

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 232/04

Sejħa għall-proposti 2013 – EAC/S07/12 – Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (PTĦ)

6

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 232/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6679 – STEAG/Fronterasol/OHL Industrial/Arenales Solar) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

9

2012/C 232/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6623 – VINCI/EVT Business) ( 1 )

10

2012/C 232/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6644 – APG/PGGM/Challenger LBC Terminals) ( 1 )

11

2012/C 232/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6657 – Marubeni Corporation/Gavilon Holdings) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

12

2012/C 232/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6667 – Marquard & Bahls/Linde/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 232/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

10.7.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34364 (12/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Deutsche Innovationsbeihilferegelung für den Schiffbau

Il-bażi legali

Richtlinie des Bundesministeriums für Wirtschaft und Technologie zum Förderprogramm „Innovativer Schiffbau sichert wettbewerbsfähige Arbeitsplätze“, §§ 23, 44 Bundeshaushaltsordnung und Landeshaushaltsordnungen

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Innovazzjoni, Protezzjoni tal-Ambjent, Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Oħrajn – gewöhnlich 20 %, ausnahmsweise bis zu 30 %

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 46 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 23 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Bini ta' dgħajjes u strutturi għal fuq wiċċ l-ilma

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Verschiedene, da Programmnotifizierung

Bundesminsiterium für Wirtschaft und Technologie

Scharnhorststr. 34-37

10115 Berlin

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

4.7.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34743 (12/N)

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Wijziging van de maatregel inzake aanloopsteun voor nieuwe gecombineerdvervoerdiensten op basis van het Twin hub spoorwegnet (SA.31981)

Il-bażi legali

Het aanstaande besluit van het monitoring comité van het INTERREG IVB-Noordwest Europa programma

It-tip tal-miżura

Għajnuna ad hoc

Russell, Inter Ferry Boats, Husa (ACTS).

L-għan

Żvilupp settorjali, Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 1,80 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 0,60 (f'miljuni)

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

1.7.2012-30.9.2015

Setturi ekonomiċi

Trasport ta' merkanzija bil-ferrovija

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Caisse des dépôts et des consignations (L’unique organisme de paiement pour l’ensemble du programme INTERREG)

15 Quai Anatole

75356 Paris 07 SP

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

29.6.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34904 (12/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Extension of the Reintroduced Spanish Guarantee Scheme for H2 2012

Il-bażi legali

Real Decreto-ley 20/2011, de 30 de diciembre, de medidas urgentes en materia presupuestaria, tributaria y financiera para la corrección del déficit público.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Rimedju għal tħarbit serju fl-ekonomija

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija

L-estimi

Baġit globali: EUR 100 000 (f'miljuni)

L-intensità

It-tul ta' żmien

1.7.2012-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

Attivitajet finanzjarji u marbuta ma' assigurazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Kingdom of Spain

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-2 ta’ Awwissu 2012

2012/C 232/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2346

JPY

Yen Ġappuniż

96,64

DKK

Krona Daniża

7,4417

GBP

Lira Sterlina

0,79040

SEK

Krona Żvediża

8,3340

CHF

Frank Żvizzeru

1,2024

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4045

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,260

HUF

Forint Ungeriż

279,93

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6969

PLN

Zloty Pollakk

4,1031

RON

Leu Rumen

4,6188

TRY

Lira Turka

2,2147

AUD

Dollaru Awstraljan

1,1717

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2373

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,5752

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5164

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5366

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 396,99

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,2353

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8612

HRK

Kuna Kroata

7,5267

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 686,68

MYR

Ringgit Malażjan

3,8503

PHP

Peso Filippin

51,564

RUB

Rouble Russu

39,8830

THB

Baht Tajlandiż

38,902

BRL

Real Brażiljan

2,5134

MXN

Peso Messikan

16,4551

INR

Rupi Indjan

68,9340


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/5


Avviż lill-importaturi

Importazzjoni mill-Iżrael fl-UE

2012/C 232/03

Permezz ta' Avviż preċedenti lill-Importaturi ppubblikat fil-25 ta' Jannar 2005fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (1), l-operaturi ġew imfakkra li, skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael (2), l-oġġetti li huma prodotti fl-insedjamenti Iżraeljani li jinsabu fit-territorji miġjuba taħt amministrazzjoni Iżraeljana f'Ġunju 1967 mhumiex intitolati li jibbenefikaw mit-trattament ta' tariffi preferenzjali.

Wieħed ifakkar li skont l-arranġament li jeżisti bejn l-UE u l-Iżrael għall-implimentazzjoni tal-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael, iċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 u d-dikjarazzjonijiet tal-fattura kollha maħruġa jew mimlija fl-Iżrael mill-1 ta' Frar 2005, beda jkollhom il-kodiċi postali u l-isem tal-belt, villaġġ jew żona industrijali fejn tkun saret il-produzzjoni li tagħti l-istat tal-oriġini. L-istess jgħodd għaċ-ċertifikati kollha ta' moviment EUR-MED u għad-dikjarazzjonijiet kollha tal-fattura EUR-MED li jistgħu jinħarġu jew jimtlew fl-Iżrael għall-esportazzjoni lejn l-UE fuq il-bażi ta' Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Iżrael, kif emendat mid-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni EU-Iżrael (3).

Dawk l-operaturi li bi ħsiebhom jippreżentaw evidenza ddokumentata tal-oriġini bil-għan li jiżguraw trattament preferenzjali għall-prodotti li joriġinaw fl-Iżrael, huma infurmati li t-trattament preferenzjali se jinċaħad għal prodotti li għalihom il-prova tal-oriġini tindika li l-produzzjoni li tagħti l-istat tal-oriġini tkun saret f'post fi ħdan it-territorji miġjuba taħt l-Amministrazzjoni Iżraeljana minn Ġunju 1967.

Filwaqt li l-proċeduri fis-seħħ jippermettu għal applikazzjoni adwegwata tal-arranġament, fid-dawl tal-esperjenza, l-mod li bih qed jiġi implimentat fl-UE għandu jiġi ssimplifikat. Għaldaqstant, l-importaturi huma infurmati li minn issa 'l quddiem l-lista aġġornata ta' postijiet mhux eliġibbli u l-kodiċijiet postali tagħhom tinstab fuq il-websajt tematika dwar l-unjoni doganali tal-Kummissjoni (4). Din wieħed jista' jakkwistaha wkoll mill-awtoritajiet tad-dwana fl-Istati Membri tal-UE jew mill-websajts tagħhom.

L-operaturi qed jingħataw il-parir biex jikkonsultaw il-lista b'mod regolari u mill-inqas qabel ma jippreżentaw dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx ta' oġġetti għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa li beħsiebhom isostnu permezz prova ta' oriġini preferenzjali maħruġa jew mimlija fl-Iżrael.

Dan l-avviż jieħhu post l-avviż tal-25 ta' Jannar 2005 minn tat-13 ta’ Awwissu 2012.


(1)  ĠU C 20, 25.1.2005, p. 2.

(2)  ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3.

(3)  ĠU L 20, 24.1.2006, p. 1.

(4)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/technical-arrangement_postal-codes.pdf


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/6


Sejħa għall-proposti 2013 – EAC/S07/12

Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (PTĦ)

2012/C 232/04

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja li ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-15 ta' Novembru 2006 (id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE) (1). Il-programm ikopri l-perjodu bejn l-2007 u l-2013. L-objettivi speċifiċi tal-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja huma elenkati fl-Artikolu 1.3 tad-Deċiżjoni.

2.   Eliġibilità

Il-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja japplika għat-tipi u għal-livelli kollha ta' edukazzjoni u ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, u huwa aċċessibbli għall-entitajiet kollha elenkati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni.

Il-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja huwa miftuħ għall-applikanti stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin (2):

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi taż-ŻEE/l-EFTA: l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja,

Il-pajjiżi kandidati: il-Kroazja (3), it-Turkija,

l-Isvizzera,

l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja (għall-azzjonijiet tal-programm elenkati fil-Punt A.2 tal-Anness tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE biss) (4).

Barra minn hekk, l-applikanti minn Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huma eliġibbli għall-azzjonijiet li ġejjin (5):

Żjarat Preparatorji ta’ Comenius, Grundtvig, Erasmus u Leonardo da Vinci,

Taħriġ waqt ix-xogħol Comenius u Grundtvig,

Żjarat u skambji Grundtvig

Mobbiltà għall-istudju tal-istudenti Erasmus,

Mobbiltà tal-Personal Erasmus – Assenjazzjonijiet ta' Tagħlim

Żjarat ta' studju skont l-Attività Ewlenija 1 tal-Programm Trasversali

Mobbiltà Leonardo da Vinci

Skont l-Artikolu 14(2) tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-PTĦ, il-proġetti u n-netwerks multilaterali ta’ Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci, Grundtvig u l-attivitajiet prinċipali tal-Programm Trasversali huma miftuħa wkoll għall-imsieħba minn pajjiżi terzi li għadhom ma jeħdux sehem fil-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja fuq il-bażi tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni. Tista' tirreferi għall-Gwida PTĦ 2013 għad-dettalji tal-azzjonijiet ikkonċernati u l-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

3.   Baġit u tul tal-proġetti

Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa huwa stmat għal EUR 1 276 miljun.

Il-livell ta' għotjiet mogħtija kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarjaw skont fatturi bħalma huma t-tip ta' proġett u l-għadd ta' pajjiżi involuti.

4.   Id-data tal-għeluq biex jitressqu l-applikazzjonijiet

L-iskadenzi ewlenin huma kif ġej:

Il-Mobilità tal-Istudenti Individwali Comenius

 

it-3 ta’ Diċembru 2012

Comenius, Grundtvig: Taħriġ waqt ix-xogħol

l-ewwel skadenza:

is-16 ta' Jannar 2013

skadenzi oħra:

it-30 ta' April 2013

is-17 ta' Settembru 2013

Assistentati Comenius

 

il-31 ta' Jannar 2013

Comenius, Erasmus, Leonardo da Vinci, Grundtvig: Proġetti multilaterali, Netwerks u Miżuri li Jakkumpanjawhom

 

il-31 ta’ Jannar 2013

Leonardo da Vinci: Proġetti multilaterali għat-Trasferiment tal-Innovazzjoni

 

il-31 ta’ Jannar 2013

Leonardo da Vinci: Mobilità (inkluż iċ-ċertifikat ta' mobilità ta' Leonardo da Vinci);

Erasmus: Korsijiet Intensivi tal-Lingwa (EILC)

 

l-1 ta' Frar 2013

Il-Programm Jean Monnet

 

il-15 ta' Frar 2013

Comenius, Leonardo da Vinci, Grundtvig: Sħubijiet;

Comenius: Is-Sħubijiet Regio Comenius:

Grundtvig: Sessjonijiet ta' ħidma

 

il-21 ta' Frar 2013

Erasmus: Programmi Intensivi, Mobilità tal-istudenti għall-istudji u l-pjazzamenti (inkluż iċ-ċertifikat ta' pjazzament mill-konsorzju ta' Erasmus) u l-Mobbiltà tal-Persunal (assenjazzjonijiet ta' tagħlim u taħriġ tal-persunal)

 

it-8 ta' Marzu 2013

Grundtvig: Assistentati, Proġetti ta' Volontarjat mal-Anzjani;

 

it-28 ta' Marzu 2013

Programm Trasversali: L-attività prinċipali 1 – Żjajjar ta' studju

l-ewwel skadenza

it-28 ta' Marzu 2013

It-tieni skadenza

il-15 ta' Ottubru 2013

Programm Trasversali: l-attivitajiet l-oħrajn kollha

 

it-28 ta’ Frar 2013

Għaż-Żjajjar u l-Iskambji ta' Grundtvig u għaż-Żjajjar Preparatorji tal-programmi settorjali kollha jeżistu bosta skadenzi skont il-pajjiż partikolari. Jekk jogħġbok irreferi għas-sit tal-Aġenzija Nazzjonali rilevanti f'pajjiżek.

5.   Informazzjoni sħiħa

It-test sħiħ tas-“Sejħa Ġenerali tal-PTĦ għall-proposti 2011-2013 – Prijoritajiet Strateġiċi 2013”, flimkien mal-“Gwida tal-Programm tal-PTĦ 2013” u l-informazzjoni dwar id-disponibilità tal-formoli tal-applikazzjoni jinsabu f'dan l-indirizz tal-internet: http://ec.europa.eu/education/llp/official-documents-on-the-llp_en.htm

L-applikazzjonijiet iridu jirrispettaw it-termini kollha tat-test sħiħ tas-Sejħa u tal-Gwida tal-Programm tal-PTĦ, u jitressqu fuq il-formoli t-tajbin li huma pprovduti.


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja http://eur-lex.europa.eu/lex/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2006:327:0045:0068:MT:PDF u d-Deċiżjoni Nru 1357/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE: http://eur-lex.europa.eu/lex/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2008:350:0056:0057:MT:PDF

(2)  Ħlief għall-programm Jean Monnet li hu miftuħ għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja mad-dinja kollha.

(3)  Il-Kroazja mistennija ssir Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013.

(4)  Il-parteċipazzjoni tal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina u l-Montenegro f'din is-sejħa għall-proposti hija soġġetta għall-iffirmar ta' Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti ta' kull wieħed minn dawn il-pajjiżi rispettivament. Jekk il-Memorandum ta' Ftehim ma jkunx ġie ffirmat qabel l-ewwel tax-xahar ta' meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-għotjiet, il-parteċipanti minn dawn il-pajjiżi ma jingħatawx fondi u ma jitqisux fir-rigward tad-daqs minimu tal-konsorzji/l-isħubiji.

(5)  fil-kuntest tal-proġetti pilota ffinanzjati bl-Istrument tal-UE għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6679 – STEAG/Fronterasol/OHL Industrial/Arenales Solar)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 232/05

1.

Fil-25 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha STEAG GmbH (permezz tal-impriża ta' akkwiżizzjoni Steag 1. Beteiligungs-GmbH – “STEAG”, il-Ġermanja), Fronterasol B.V., fl-aħħar nett ikkontrollata minn Deutsche Bank AG (“Fronterasol/Deutsche Bank”, il-Ġermanja) u OHL Industrial, S.L., li tappartjeni għall-grupp Villar Mir (“OHL Industrial/Villar Mir”, Spanja), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Rgolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Arenales Solar PS, S.L. (“Arenales”, Spanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal STEAG: il-ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika, soluzzjonijiet integrati fil-qasam tal-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana, servizzi (tal-inġinerija) relatati mal-impjanti tal-enerġija,

għal OHL Industrial/Villar Mir: attivitajiet relatati mal-fertilizzanti, il-ligi tal-ħadid, il-proprjetà immobbli, l-enerġija u mal-kostruzzjoni ta’ proġetti industrijali,

għal Fronterasol/Deutsche Bank: servizzi finanzjarji,

għal Arenales Solar: il-bini u l-operat ta’ impjant tal-enerġija termosolari f’Morón de la Frontera, Sevilja, Spanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6679 – STEAG/Fronterasol/OHL Industrial/Arenales Solar, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6623 – VINCI/EVT Business)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 232/06

1.

Fis-26 ta’ Lulju 2012 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Grupp VINCI SA (“VINCI”, Franza) jakkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tan-negozju EVT (Energieversorgungstechnick jew teknoloġija għall-provvediment tal-enerġija) (“In-Negozju EVT”), li jikkonsisti f'numru ta' impriżi, li bħalissa huma kkontrollati minn Alpiq Anlagentechnik GmbH (“AAT”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal VINCI: kostruzzjoni, konċessjoni ta' faċilitajiet tat-trasport u tal-enerġija; inġinerija elettrika, mekkanika u tal-arja kkundizzjonata prinċipalment fl-Ewropa,

għan-Negozju EVT: Servizzi tal-inġinerija elettrika u mekkanika, partikolarment fl-oqsma tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni, elettriku industrijali, il-produzzjoni tal-enerġija, kejbils, substations tat-trażmissjoni u konnessjonijiet fuq l-art ta' turbini tar-riħ barra mill-kosta. L-impriżi li jifformaw in-Negozju EVT huma attivi fil-Ġermanja, l-Awstrija, l-Ungerija, l-Italja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6623 – VINCI/EVT Business, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6644 – APG/PGGM/Challenger LBC Terminals)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 232/07

1.

Fis-27 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi APG Algemene Pensioen Groep N.V. (“APG”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u PGGM N.V. (“PGGM”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Challenger LBC Terminals Jersey Limited (“LBC Terminals”, Jersey) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

APG: twettaq skemi kollettivi ta' pensjonijiet għall-parteċipanti fis-setturi tal-edukazzjoni, il-gvern u l-kostruzzjonijiet, kumpaniji tat-tindif u tat-tindif ta' twieqi, korporazzjonijiet tal-akkomodazzjoni u l-enerġija u kumpaniji tal-utilitajiet, kif ukoll impjiegi soċjali jew protetti,

PGGM: amministratur tal-pensjonijiet mill-Pajjiżi l-Baxxi. jipprovdi servizzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fondi tal-pensjonijiet, fil-ġestjoni tal-assi, fl-appoġġ għall-ġestjoni u fil-konsulenza ta' politika għal bosta fondi tal-pensjonijiet mill-Pajjiżi l-Baxxi,

LBC Terminals: operatur ta' stazzjonijiet ta' ħażna tal-likwidu bil-kwantità. Huwa jopera 14-il stazzjon li jinsabu f'postijiet ta' importanza ewlenija fil-Belġju, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, Spanja, iċ-Ċina u l-Istati Uniti tal-Amerika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6644 – APG/PGGM/Challenger LBC Terminals, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6657 – Marubeni Corporation/Gavilon Holdings)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 232/08

1.

Fil-25 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Marubeni Corporation (“Marubeni”, il-Ġappun) fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, takkwista l-kontroll sħiħ ta' Gavilon Holdings, LLC (“Gavilon”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Marubeni hija kumpanija Ġappuniża ta’ kummerċ ġenerali b’attivitajiet dinjija fil-ġestjoni ta' prodotti u l-provvista ta’ servizzi f'firxa wiesgħa ta' setturi. Dawn is-setturi jinkludu l-importazzjoni, l-esportazzjoni, tranżazzjonijiet fis-suq Ġappuniż u kummerċ offshore, relatati ma’ materjali tal-ikel, prodotti tal-ikel, tessuti, materjali, polpa u karta, kimiċi, enerġija, metalli u riżorsi minerali u trasportazzjoni tal-makkinarju. L-attivitajiet ta' Marubeni jestendu wkoll għal proġetti tal-enerġija u tal-infrastruttura, impjanti u makkinarju industrijali, finanzjament, loġistika, industrija tal-informazzjoni, kif ukoll żvilupp tal-proprjetà immobbli u kostruzzjoni. Addizzjonalment, Marubeni twettaq investiment kummerċjali, l-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ investiment fuq livell globali b’55 fergħa u uffiċċju barra mill-pajjiż u 33 sussidjarju korporattiv barra mill-pajjiż, b’65 uffiċċju sussidjarju korporattiv, li rriżultaw f'total ta’ 120 uffiċċju f'67 pajjiż/qasam,

Gavilon hija kumpanija għall-ġestjoni ta’ prodotti bażiċi (commodity management), li toffri organizzazzjoni, ħażna u ġestjoni, trasport u loġistika, marketing u distribuzzjoni u servizzi ta’ ġestjoni tar-riskju internazzjonali fi tliet segmenti ta’ negozju prinċipali: (i) qmuħ u ingredjenti (inkluż qamħ u prodotti sekondarji tal-annimali); (ii) fertilizzanti; u (iii) prodotti ta’ enerġija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6657 – Marubeni Corporation/Gavilon Holdings, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


3.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6667 – Marquard & Bahls/Linde/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 232/09

1.

Fis-26 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Marquard & Bahls AG (“M&B”, il-Ġermanja) u Linde AG (“Linde”, il-Ġermanja) jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt fuq impriża konġunta ta' funzjonalità sħiħa li għadha kif ġiet maħluqa (“JV”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Linde: provvista ta' gassijiet industrijali u mediċi, tagħmir, inġinerija u servizzi,

għal M&B: kummerċ fiż-żejt, ħażna f'tank-terminals, servizzi tal-fjuwil tal-avjazzjoni, u enerġija rinnovabbli,

għal JV: se tkun attiva fil-provvista bil-kwantità tal-gass likwidu naturali bħala fjuwil tal-bastimenti (LNG bunkering).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6667 – Marquard & Bahls/Linde/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).