ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.212.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 212

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
19 ta' Lulju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 212/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6515 – Arrow Electronics/Altimate Group) ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 212/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 212/03

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

3

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 212/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6600 – AAEC/Entero/BMC Investments) ( 1 )

4

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 212/05

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

6

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6515 – Arrow Electronics/Altimate Group)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 212/01

Fil-25 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32012M6515. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Lulju 2012

2012/C 212/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2234

JPY

Yen Ġappuniż

96,63

DKK

Krona Daniża

7,4388

GBP

Lira Sterlina

0,78400

SEK

Krona Żvediża

8,4927

CHF

Frank Żvizzeru

1,2010

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,4825

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,278

HUF

Forint Ungeriż

285,90

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6959

PLN

Zloty Pollakk

4,1795

RON

Leu Rumen

4,5653

TRY

Lira Turka

2,2131

AUD

Dollaru Awstraljan

1,1867

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2399

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4893

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5397

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5416

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 398,54

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,0063

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7937

HRK

Kuna Kroata

7,4810

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 587,05

MYR

Ringgit Malażjan

3,8702

PHP

Peso Filippin

51,021

RUB

Rouble Russu

39,6991

THB

Baht Tajlandiż

38,794

BRL

Real Brażiljan

2,4756

MXN

Peso Messikan

16,1445

INR

Rupi Indjan

67,8280


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

19.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/3


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2012/C 212/03

F'konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

31.5.2012

Tul ta' żmien

31.5.2012-31.12.2012

Stat Membru

Id-Danimarka

Stokk jew Grupp ta' stokkijiet

SAN/*234_1 u SAN/*234_2

Speċi

Ċiċċirell (Ammodytes spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-UE taż-żoni IIa, IIIa u IV esklużi l-ilmijiet sa sitt mili mil-linji bażi tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula.

Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6600 – AAEC/Entero/BMC Investments)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 212/04

1.

Fid-9 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha ABN AMRO Effecten Compagnie B.V. (“AAEC”, il-Pajjiżi l-Baxxi), sussidjarja posseduta totalment minn ABN AMRO Bank N.V. (“ABN AMRO”, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Entero B.V. (“Entero”, il-Pajjiżi l-Baxxi), sussidjarja posseduta totalment minn ING Bank N.V (“ING”, il-Pajjiżi l-Baxxi) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ BMC Investments B.V. u ċerti sussidjarji tagħha (“BMC”, il-pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

AAEC: tispeċjalizza fl-investiment ta’ ishma azzjonarji għal ABN AMRO (pereżempju wara li jsir strutturar mill-ġdid),

Entero: tispeċjalizza f'kapital li jġorr riskju (pereżempju billi tinvesti f’ishma azzjonarji wara strutturar mill-ġdid),

ABN AMRO: istituzzjoni finanzjarja kbira,

ING: istituzzjoni finanzjarja kbira,

BMC: ditta ta’ konsulenza u ta’ ġestjoni amministrattiva li tispeċjalizza f’servizzi ta’ konsulenza fis-settur pubbliku Olandiż.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6600 – AAEC/Entero/BMC Investments, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

19.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 212/6


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 212/05

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“AIL FUMÉ D'ARLEUX”

KE Nru: FR-PGI-0005-0820-02.08.2010

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Ail fumé d'Arleux”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6:

Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):

L-“Ail fumé d'Arleux” huwa tip ta’ tewm li jżomm għal perjodu konsiderevoli ta' żmien permezz tal-metodu tradizzjonali u l-għarfien tal-bniedem fil-mod kif it-tewm jiġi mmaljat u affumikat bl-użu ta’ pit lokali u/jew linjite u/jew tiben qasir u/jew serratura.

L-“Ail fumé d'Arleux” huwa prodott minn tewm roża tar-rebbiegħa (Allium sativum, membru tal-familja tal-ġilju) parti minn grupp tal-varjetà II u tat-tip “Ail du Nord”. Huwa kkaratterizzat minn perjodu twil ta’ rqad, basal ta’ daqs medju u n-nuqqas ta’ zokk ta’ fjura u huwa adattat għall-kuntest klimatiku u storiku tar-reġjun Nord-Pas de Calais. In-nuqqas ta’ zokk ta’ fjura jippermetti li t-tewm jiġi mmaljat f’malji tipiċi peress li l-faxxina hija flessibbli biżżejjed biex dan ikun jista’ jsir. Il-varjetajiet użati huma Ail du Nord, Gayant u Arno. Jistgħu jiġu introdotti varjetajiet ġodda sakemm dawn jirrispettaw il-kriterji ddefiniti preċedentement. Il-lista tal-varjetajiet tiġi ċċirkolata mal-produtturi wara kull modifika, kif ukoll tintbagħat lill-korp ta' kontroll u lill-awtoritajiet kompetenti ta' kontroll. Meta jsir il-ħsad tat-tewm, il-basla tkun ta’ daqs medju (li jvarja minn 40 sa 80 mm skont kif jiġi ppreżentat), ta’ kulur abjad, filwaqt li t-tunika esterna tas-snien tkun ta’ kulur roża skur.

L-“Ail fumé d'Arleux” huwa tradizzjonalment ippreżentat fil-forma ta’ malji b’għadd ta’ rjus li jvarja minn 10 sa 90 u anke saħansitra 120 ras. Jista’ jiġi ppreżentat ukoll bħala malji ta’ tlitt irjus. Huwa t-tnixxif tal-irjus tat-tewm bil-faxxina, fl-għelieqi jew b’ventilazzjoni dinamika ġo maħżen, li jippermetti l-immaljar. L-immaljar isir bl-idejn bħal malja tax-xagħar.

L-affumikazzjoni ssir wara l-immaljar f’kamra li sservi dan il-għan u ddum tal-anqas sebat ijiem. Wara l-affumikazzjoni, jistgħu jinkisbu kuluri differenti tat-tewm skont il-materjali li jkunu ntużaw. Il-kuluri jvarjaw minn kannella ħamrani ċar sa kannella skur. Il-malji miksuba b’dan il-mod jistgħu eventwalment jiġu imballati f’xibka qabel ma jiġu kkumerċjalizzati.

L-“Ail fumé d'Arleux” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

Aroma pjaċevoli ta’ duħħan.

Kulur uniformi tul is-superfiċje tal-malja kollha, li l-intensità tiegħu tiġi vvalidata skont kulur ta’ referenza definit.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Mhux applikabbli.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Mhux applikabbli.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

L-istadji kollha tal-kultivazzjoni, l-immaljar, l-affumikazzjoni u l-imballaġġ iridu jseħħu fiż-żona ġeografika identifikata.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.:

Wara l-affumikazzjoni t-tewm jista’ jiġi imballat f’xibka. Dan l-imballaġġ irid isir fiż-żona ġeografika identifikata sabiex kemm jista’ jkun jiġi evitat li dan il-prodott jiġi mmanipulat. Fil-fatt, l-“Ail fumé d'Arleux” huwa prodott fraġli (bl-affumikazzjoni t-tuniki esterni u z-zkuk isiru aktar fraġli u jinkisru faċilment), u għalhekk il-manipulazzjoni u t-trasport għandhom jiġu limitati. L-imballaġġ fiż-żona ġeografika identifikata jippermetti l-preżervazzjoni tal-integrità fiżika tal-prodott u tal-malji.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Minbarra r-rekwiżiti regolatorji, it-tikketta trid tinkludi:

l-isem tal-IĠP;

in-numru tal-lott, li permezz tiegħu tiġi żgurata t-traċċabbiltà;

il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea u/jew il-kliem “Indication Géographique Protégée”.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tikkorrispondi għaż-żona attwali li tintuża għall-kultivazzjoni tat-tewm fir-reġjun tradizzjonali ta’ Arleux minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima lokali u tal-ħamrija u l-preżenza ta’ torbieri li jagħmluha partikolarment adattata għal dan il-għan.

Iż-żona ġeografika tikkorrispondi għal 62 komun: 35 fid-dipartiment ta’ Nord u 27 fid-dipartiment ta’ Pas de Calais.

Département du Nord

Arleux, Aubencheul au Bac, Aubigny au Bac, Bruille lez Marchiennes, Brunemont, Bugnicourt, Cantin, Courchelettes, Cuincy, Dechy, Ecaillon, Erchin, Esquerchin, Estrées, Fechain, Ferin, Flers en Escrebieux, Fressain, Fressies, Goeulzin, Guesnain, Hamel, Haynecourt, Hem Lenglet, Lambres lez Douai, Lauwin Planque, Lecluse, Lewarde, Loffre, Marcq en Ostrevant, Marquette en Ostrevant, Masny, Monchecourt, Roucourt, Villers au tertre.

Département du Pas de Calais

Baralle, Bellonne, Brebières, Buissy, Cagnicourt, Corbehem, Dury, Ecourt Saint Quentin, Epinoy, Gouy sous Bellonne, Hendecourt les Cagnicourt, Marquion, Noyelles sous Bellonne, Oisy le Verger, Palluel, Quiery La Motte, Recourt, Riencourt les Cagnicourt, Rumaucourt, Sailly en Ostrevent, Sains les Marquion, Sauchy Cauchy, Sauchy Lestrée, Saudemont, Tortequesne, Villers les Cagnicourt, Vitry en Artois.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-ħamrija

L-aktar ħamrija tipika tar-reġjun ta’ Cambrésis toriġina minn materja prima differenti: sedimenti ta’ depożiti tat-trab (loess silts), tafal terzjarju u, fi kwantità iżgħar, materjali l-biċċa l-kbira ramlin li jiffurmaw minn formazzjonijiet terzjarji, ġibs u depożiti ta’ materjali mix-xmajjar.

L-“Ail fumé d'Arleux” jiġi kkultivat fiż-żona ġeografika fuq ħbula tal-art ikkaratterizzati minn ħamrija li tvarja minn raba’ grass (loam) għal raba’ grass tafli b’kontenut massimu ta’ tafal ta’ 30 %.

Il-klima

Iż-żona tgawdi klima moderata b’temperaturi relattivament uniformi minn sena għall-oħra. It-temperaturi minimi huma moderati (l-għadd ta’ ġranet b’temperaturi taħt iż-żero huwa baxx ħafna) u t-temperaturi massimi rari jaqbżu t-30 °C. U t-temperaturi ftit li xejn ivarjaw mil-lejl għan-nhar.

Ix-xita li tinżel tiġi ddistribwita b’mod uniformi s-sena kollha u l-ammont totali annwali ta’ xita huwa ta’ madwar 650 mm (il-medja tul dawn l-aħħar 30 sena).

Il-preżenza tal-pit

Arleux jinsab f’wied imdawwar b’imriegħi, xmajjar u pantani.

Il-wied ta’ Sensée jifforma “mogħdija twila ħadra” bejn iż-żewġ meded għerja ta’ Douaisis u Cambrésis.

Sensée jirċievi l-ilmijiet tat-tributarji sekondarji, inklużi dawk ta’ Agache u Hirondelle, u b’hekk jaqsam il-pantani u l-għadajjar qabel ma l-ilmijiet jintefgħu fil-Canal du Nord.

Il-pantani tal-wied Sensée jkopru madwar 800 ettaru, fejn ġew iddepożitati materjali mix-xmajjar u pit.

L-għadd kbir ta’ mtieħen u digi li kien hemm fil-wied għenu biex jinżamm il-livell tal-ilma fil-pantani, filwaqt li l-estrazzjoni tal-pit, użat bħala fjuwil qabel ma ġie introdott il-faħam fuq skala kbira nisslet l-għadajjar.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

L-ispeċifiċità tal-prodott hija bbażata fuq għarfien espert speċifiku: l-affumikazzjoni, kif ukoll fuq kwalità li tiddistingwi ruħha permezz tal-affumikazzjoni u bil-mod li bih jiġi ppreżentat it-tewm jiġifieri mmaljat, u fl-aħħar nett fuq reputazzjoni antika li għadha ħajja sal-lum.

Għarfien espert tradizzjonali: l-affumikazzjoni

L-affumikazzjoni tradizzjonali titwettaq permezz tat-tqabbid ta’ taħlita ta’ pit, serratura u tiben qasir. Illum il-ġurnata ddaħħal il-linjite f’din it-taħlita peress li l-pit m’għadux jista’ jintuża b’mod sostenibbli u wkoll peress li l-linjite għandu l-istess proprjetajiet ta’ kombustjoni. Il-kultivazzjoni tat-tewm żviluppat fil-qalba tar-reġjun ta’ Arleux bis-saħħa tal-preżenza tal-pit u tat-teknika tal-affumikazzjoni. Permezz ta’ dan, ir-reġjun ta’ Arleux huwa meqjus bħala wieħed fejn it-tewm jiġi affumikat b’mod tradizzjonali.

Kwalità distintiva

Bl-affumikazzjoni l-“Ail fumé d'Arleux” jikseb kulur uniformi tul is-superfiċje tal-malja kollha li jvarja minn kannella ħamrani ċar għal kannella skur u aroma pjaċevoli ta’ duħħan. Jikseb ukoll il-karatteristika li jżomm għal perjodu ta’ żmien itwal. Permezz tal-użu tal-varjetajiet tat-tip “Ail du Nord” it-tewm ikun jista’ jiġi ppreżentat f’forma ta’ malji peress li din il-varjetà ma għandhiex zokk tal-fjura. Din il-preżentazzjoni kienet tintuża fil-bidu nett biex it-tewm ikun jista’ jiddendel fil-kamra tal-affumikazzjoni u jinbiegħ aktar faċilment. Illum il-ġurnata din il-preżentazzjoni hija apprezzata minħabba li hija prattika u attraenti.

Reputazzjoni dejjiema

L-ewwel darba li l-produzzjoni tissemma fl-istatistika dipartimentali hija fl-1804. Tul is-seklu 19, il-prodott rebaħ l-ewwel premju f’għadd kbir ta’ okkażjonijiet f’kompetizzjonijiet u fieri agrikoli. Fis-seklu 20, il-kultivazzjoni żviluppat u l-bdiewa żiedu l-popolarità tal-prodott billi kkummerċjalizzawh permezz tal-bejgħ bieb bieb. Għalhekk ir-reputazzjoni tal-“Ail fumé d'Arleux” infirxet barra miż-żona tal-produzzjoni tiegħu.

Illum il-ġurnata l-fiera tat-tewn f’Arleux hija l-avveniment ewlieni li fih tiġi rinforzata r-reputazzjoni tal-prodott. Din il-fiera ġiet organizzata għall-ewwel darba fl-1962 u l-aħħar edizzjonijiet tagħha raw parteċipazzjoni dejjem akbar u kkontribwew għall-popolarità tal-prodott mal-midja u mal-pubbliku li jipparteċipa.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għall-IĠP):

F’reġjun li jibbenifika minn kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija adattati għall-kultivazzjoni tat-tewm (ħamrija ħafifa, ftit umda li tinxef u tisħon faċilment, u li fiha ftit żrar, u klima moderata b’differenzi żgħar fit-temperatura u xita li tinżel fi kwantitajiet uniformi s-sena kollha), il-preżenza tal-pit kienet dik li tat bidu għall-affumikazzjoni tat-tewm.

Il-pit kien iservi għat-tisħin iżda dan malajr beda jintuża wkoll għall-affumikazzjoni tat-tewm. Fil-fatt, il-klima taż-żona ma tippermettix tnixxif sodisfaċenti tat-tewm. L-affumikazzjoni għalhekk tippermetti t-tnixxif tat-tewm u permezz ta’ dan il-konservazzjoni tiegħu peress li jiġi evitat li tiżviluppa l-moffa. L-affumikazzjoni tagħtih ukoll kulur ħamrani u aroma pjuttost karrateristika. Il-produtturi tat-tewm jużaw ukoll materjali oħrajn għall-affumikazzjoni, li dawn ukoll huma tipiċi tar-reġjun.

Min-naħa l-oħra l-immaljar tat-tewm jgħin biex dan jiddendel faċilment fil-kmamar tal-affumikazzjoni. Dawn iż-żewġ aspetti huma marbutin ħafna ma’ xulxin u jikkostitwixxu l-għarfien espert assoċjat mal-“Ail fumé d'Arleux”. Mal-wasla taż-żwiemel tal-ġarr (ħart) u aktar u aktar il-mekkanizzazzjoni, il-kultivazzjoni tat-tewm ma setgħetx tibqa’ ssir f’dawn il-pantani. Konsegwentement, il-kultivazzjoni bdiet issir fuq art li kienet tinsab dejjem aktar ’il bogħod mit-torbieri.

It-tiben qasir jinġabar meta l-qamħ jindires f’azjendi agrikoli fejn għadhom jaħdmu bid-derriesa antiki. Iżda dawn dejjem qegħdin jonqsu u jidirsu żoni żgħar. Illum il-ġurnata ftit azjendi agrikoli għadhom jistgħu jfornu lill-produtturi tat-tewm peress li l-makkinarju modern jarmih fl-għelieqi waqt il-ħsad. Fil-Béthunois għadek tista’ ssib diversi azjendi agrikoli tradizzjonali. Dawn jipproduċu t-tiben għall-Haras Nationaux jew għall-istalel taż-żwiemel tal-korsa tar-reġjun Pariġin (Vincennes, Chantilly) li jesiġu tiben ta' kwalità speċifika għaż-żwiemel tagħhom. Fir-rigward tas-serratura, il-produtturi jippreferu forniment reġjonali. Fil-fatt, il-foresta f’Nord-Pas de Calais hija essenzjalment magħmula minn speċijiet mhux koniferi (93 %) b’mod partikolari l-ballut, il-fagu u l-fraxxnu. L-injam minn dawn l-ispeċijiet huwa partikolarment tajjeb għall-affumikazzjoni tat-tewm.

Il-produtturi tal-“Ail fumé d'Arleux” b’hekk kienu kapaċi kemm bis-saħħa tal-immaljar tat-tewm kif ukoll bis-saħħa ta’ metodu ta’ affumikazzjoni speċifiku (oriġinarjament bil-pit u dan l-aħħar permezz taż-żieda ta’ tip wieħed jew diversi tipi ta’ fjuwil) jagħtu lill-prodott tagħhom reputazzjoni solida kif għadu jidher sal-lum mis-suċċess tal-fiera tat-tewm.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCIGPAilfumedArleux06122011.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.