ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.181.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 181

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
21 ta' Ġunju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

L-479 sessjoni plenarja fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012

2012/C 181/01

Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew kontra d-diskriminazzjoni abbażi tar-razza jew l-oriġini etnika, adottata fl-479 sessjoni plenarja

1

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

L-479 sessjoni plenarja fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012

2012/C 181/02

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Iż-żgħażagħ b’diżabbiltà: xogħol, inklużjoni u parteċipazzjoni fis-soċjetà (opinjoni esploratorja)

2

2012/C 181/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-problemi speċifiċi tal-gżejjer (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

7

2012/C 181/04

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-PDG u lil hinn minnu — l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-għażla ta’ indikaturi komplementari (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

14

2012/C 181/05

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Kosovo

21

2012/C 181/06

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-politiki tal-iżvilupp u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea (opinjoni esploratorja)

28

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

 

L-479 sessjoni plenarja fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012

2012/C 181/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa KreattivaCOM(2011) 785 finali — 2011/0370 (COD)

35

2012/C 181/08

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Taxxa doppja fis-Suq UnikuCOM(2011) 712 finali

40

2012/C 181/09

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta emendata għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni EwropeaCOM(2011) 739 finali – 2011/0183 (CNS) u L-Proposta emendata għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni EwropeaCOM(2011) 740 finali – 2011/0184 APP

45

2012/C 181/10

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-futur tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni EwropeaCOM(2011) 613 finali

52

2012/C 181/11

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KECOM(2011) 594 finali

55

2012/C 181/12

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)COM(2011) 651 finali – 2011/0295 (COD) u dwar Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suqCOM(2011) 654 finali – 2011/0297 (COD)

64

2012/C 181/13

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu [l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu]COM(2011) 747 finali — 2011/0361 (COD)

68

2012/C 181/14

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Liġi Komuni Ewropea dwar il-BejgħCOM(2011) 635 finali – 2011/0284 (COD) u L-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ biex jiġu ffaċilitati t-tranżazzjonijiet transkonfinali fis-suq unikuCOM(2011) 636 finali

75

2012/C 181/15

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżiCOM(2011) 684 finali — 2011/0308 (COD)

84

2012/C 181/16

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020COM(2011) 707 finali – 2011/0340 (COD)

89

2012/C 181/17

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)COM(2011) 793 finali – 2011/0373 (COD)

93

2012/C 181/18

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)COM(2011) 794 finali – 2011/0374 (COD)

99

2012/C 181/19

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Pakkett tal-Allinjament tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (QLĠ) (L-Implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Prodotti)COM(2011) 764 finali – 2011/0358 (COD); COM(2011) 765 finali – 2011/0351 (COD); COM(2011) 766 finali – 2011/0352 (COD); COM(2011) 768 finali – 2011/0350 (COD); COM(2011) 769 finali – 2011/0353 (COD); COM(2011) 770 finali – 2011/0354 (COD); COM(2011) 771 finali – 2011/0349 (COD); COM(2011) 772 finali – 2011/0356 (COD); COM(2011) 773 finali – 2011/0357 (COD)

105

2012/C 181/20

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont 2020 — Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)COM(2011) 809 finali — 2011/0401 (COD),Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont 2020 — ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni fil-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)COM(2011) 810 finali — 2011/0399 (COD),Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li Jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)COM(2011) 811 finali — 2011/0402 (CNS),Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni — Orizzont 2020COM(2011) 812 finali — 2011/0400 (NLE)

111

2012/C 181/21

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-TeknoloġijaCOM(2011) 817 finali – 2011/0384 (COD) u L-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattivaCOM(2011) 822 finali – 2011/0387 (COD)

122

2012/C 181/22

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (2014-2020)COM(2011) 834 finali – 2011/0394 (COD)

125

2012/C 181/23

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Aġenda Ewropea għall-Integrazzjoni ta’ Persuni bin-Nazzjonalità ta’ Pajjiżi TerziCOM(2011) 455 finali

131

2012/C 181/24

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini (2013)COM(2011) 489 finali – 2011/0217 (COD)

137

2012/C 181/25

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Insostnu t-tkabbir u l-impjiegi — aġenda għall-immodernizzar tas-sistemi ta’ edukazzjoni għolja fl-EwropaCOM(2011) 567 finali

143

2012/C 181/26

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Komunikazzjoni dwar il-Politiki tal-UE u l-Volontarjat: Ir-Rikonoxximent u l-Promozzjoni fl-UE tal-Ħidmiet Volontarji TranskonfinaliCOM(2011) 568 finali

150

2012/C 181/27

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ERASMUS GĦAL KULĦADD — Il-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-IsportCOM(2011) 788 finali – 2011/0371 (COD)

154

2012/C 181/28

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar theddid serju transkonfinali għas-saħħaCOM(2011) 866 finali – 2011/0421 (COD)

160

2012/C 181/29

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-RiżorsiCOM(2011) 571 finali

163

2012/C 181/30

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-UnjoniCOM(2011) 789 finali — 2011/0372 (COD)

169

2012/C 181/31

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Pakkett dwar l-Ajruporti li jinkludi l-erba’ dokumenti li ġejjin: il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-politika tal-ajruporti fl-Unjoni Ewropea — nindirizzaw il-kapaċità u l-kwalità biex nippromwovu t-tkabbir, il-konnettività u l-mobbiltà sostenibbliCOM(2011) 823 finali,Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KECOM(2011) 824 finali – 2011/0397 (COD),Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Unjoni Ewropea (Riformulazzjoni)COM(2011) 827 finali – 2011/0391 (COD),Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan l-Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-KunsillCOM(2011) 828 finali – 2011/0398 (COD)

173

2012/C 181/32

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellitaCOM(2011) 814 finali – 2011/392 (COD)

179

2012/C 181/33

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakulturaCOM(2011) 416 finali,Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ir-Riforma tal-Politika Komuni tas-SajdCOM(2011) 417 finali,Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-Dimensjoni Esterna tal-Politika Komuni tas-SajdCOM(2011) 424 finali u L-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-SajdCOM(2011) 425 finali

183

2012/C 181/34

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003 dwar it-tneħħija tax-xewka tal-klieb il-baħar abbord ta’ bastimentiCOM(2011) 798 finali – 2011/0364 (COD)

195

2012/C 181/35

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2001/83/KE, fir-rigward tal-informazzjoni għall-pubbliku inġenerali dwar prodotti mediċinali soġġetti għal preskrizzjoni medikaCOM(2012) 48 finali – 2008/0256 (COD)

199

2012/C 181/36

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 fir-rigward ta’ informazzjoni lill-pubbliku ġenerali dwar prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem soġġetti għal preskrizzjoni medikaCOM(2012) 49 final – 2008/0255 (COD)

200

2012/C 181/37

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/83/KE fir-rigward tal-farmakoviġilanzaCOM(2012) 52 finali – 2012/0025 (COD)

201

2012/C 181/38

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 726/2004 fir-rigward tal-farmakoviġilanzaCOM(2012) 51 finali – 2012/0023 (COD)

202

2012/C 181/39

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonijiet perikolużiCOM(2012) 8 finali – 2012/007 (COD)

203

2012/C 181/40

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijietCOM(2012)21 finali — 2012/0013 (COD)

204

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-479 sessjoni plenarja fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012

21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/1


Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew kontra d-diskriminazzjoni abbażi tar-razza jew l-oriġini etnika, adottata fl-479 sessjoni plenarja

2012/C 181/01

Matul is-Sessjoni Plenarja tiegħu tat-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tad-29 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din ir-Riżoluzzjoni b’148 vot favur u 3 astensjonijiet.

“Fit-8 ta’ Frar 2012, il-Partij voor de Vrijheid PVV (Partit għall-Ħelsien) nieda websajt fejn stieden lin-nies jesprimu l-ilmenti tagħhom fir-rigward ta’ persuni mil-Lvant tal-Ewropa u mill-Ewropa Ċentali u li jaħdmu fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Fir-Riżoluzzjoni tal-15 ta’ Marzu 2012, il-Parlament Ewropew ikkundanna bis-saħħa dan il-websajt. Fir-rwol tiegħu bħala rappreżentant tas-soċjetà ċivili organizzata, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jikkundanna din l-azzjoni u n-natura tagħha ksenofobika u razzista. Il-KESE jappella lill-poplu tal-Pajjiżi l-Baxxi u lill-gvern tiegħu biex jaġixxu b’determinazzjoni kontra din l-inizjattiva li ma tistax tiġi ttollerata iżjed.

Il-KESE u l-membri tiegħu jfakkru b’mod qawwi li:

It-Trattati tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea huma msejsa fuq il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, u li l-messaġġ li jwassal dan il-websajt imur kontra dan il-prinċipju, billi jiddiskrimina kontra ċ-ċittadini Ewropej abbażi tan-nazzjonalità tagħhom.

Il-KESE jikkundanna kull attività li tmur kontra l-valuri fundamentali Ewropej, jiġifieri l-libertà, l-ugwaljanza u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-KESE jappoġġja l-PE fis-sejħa tiegħu biex il-Kummissjoni u l-Kunsill jagħmlu kull ma jistgħu biex iwaqqfu t-tixrid ta’ attitudnijiet ksenofobiċi fl-UE.”

Brussell, 29 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


OPINJONIJIET

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-479 sessjoni plenarja fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012

21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/2


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Iż-żgħażagħ b’diżabbiltà: xogħol, inklużjoni u parteċipazzjoni fis-soċjetà” (opinjoni esploratorja)

2012/C 181/02

Relatur: is-Sur VARDAKASTANIS

F'ittra tad-9 ta’ Diċembru 2011, is-Sinjura Karen Hækkerup, Ministru Daniż għall-Integrazzjoni u l-Affarijiet Soċjali, tablet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex, f'isem il-Presidenza Daniża u b'konformità mal-Artikolu 304 tat-TFUE, iħejji opinjoni esploratorja dwar

Iż-żgħażagħ b'diżabbiltà: xogħol, inklużjoni u parteċipazzjoni fis-soċjetà.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-29 ta’ Frar 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'148 voti favur u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE:

1.1.1

jirrakkomanda li tiġi implimentata l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet (UNCRPD) sabiex il-persuni b'diżabbiltà, fosthom iż-żgħażagħ irġiel u nisa jkunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali tagħhom.

1.1.2

jitlob li l-Istati Membri jħabirku biex iħeġġu lill-persuni b'diżabbiltà sabiex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u l-ekonomija bħala parti mill-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma (PNR) b'konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020 billi jiġu introdotti miżuri effettivi kontra d-diskriminazzjoni.

1.1.3

jitlob għal edukazzjoni aċċessibbli u inklużiva għall-persuni b'diżabbiltà, b'konformità mal-Artikolu 24 tal-UNCRPD. Il-Kumitat huwa tal-fehma li ż-żgħażagħ b'diżabbiltà għandu jkollhom aċċess għall-edukazzjoni primarja, sekondarja u terzjarja daqs l-oħrajn u jenfasizza l-importanza tal-edukazzoni mhux formali u l-bżonn li din tiġi rikonoxxuta.

1.1.4

iħeġġeġ tixrid adegwat ta’ informazzjoni dwar l-universitajiet jew opportunitajiet edukattivi f'forom alternattivi bħall-Braille, materjal għas-smigħ u materjal f'filmati jew verżjonijiet faċli li jinqraw u palantype. Il-libreriji għandu jkollhom kotba stampati fil-forma tal-Braille u bl-awdjo fil-kollezzjoni tagħhom.

1.1.5

iqis li s-suġġetti mhux xjentifiċi (arts), l-isport u d-divertiment jaqdu rwol priċipali fl-iżvilupp tal-ħiliet u l-inklużjoni taż-żgħażagħ b'diżabbiltà u għalhekk għandhom ikunu aċċessibbli b'mod sħiħ.

1.1.6

jitlob lill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej jippromovu l-aħjar prattiki u azzjonijiet pożittivi għall-inklużjoni tal-persuni b'diżabbiltà fl-edukazzjoni u l-impjieg. Dawn għandhom jinkludu investiment fl-intraprenditorija soċjali u l-SMEs u inċentivi finanzjarji għal min iħaddem sabiex jimpjega ż-żgħażagħ b'diżabbiltà.

1.1.7

jirrakkomanda li l-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni taż-żgħażagħ b'diżabbiltà.

1.1.8

jitlob għall-aċċessibbiltà u akkomodazzjoni raġonevoli biex il-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu jaħdmu.

1.1.9

jemmen fir-rwol prinċipali tal-imsieħba soċjali fil-promozzjoni tal-impjieg taż-żgħażagħ b'diżabbiltà billi jinkludu l-aċċessibbiltà u l-akkomodazzjoni raġonevoli fin-negozjati tagħhom.

1.1.10

jirrakkomanda li jintużaw il-Fondi Strutturali sabiex tiġi promossa l-inklużjoni taż-żgħażagħ b'diżabbiltà. Il-Kumitat jitlob li jiġi implimentat tajjeb ir-regolament attwali u li r-regolament li jmiss jikkonforma mal-UNCRPD u jinkludi l-aċċessibbiltà fl-Artikolu 7 bħala prinċipju orizzontali flimkien mal-antidiskriminazzjoni u l-inklużjoni.

1.1.11

jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-implimentazzjoni tad-Direttiva li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) u jħeġġeġ li d-Direttiva tiġi interpretata fid-dawl tal-UNCRPD.

1.1.12

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappoġġjaw l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw liż-żgħażagħ b'diżabbiltà u jikkonsultawhom fil-proċessi politiċi rilevanti.

1.1.13

ifakkar li l-kriżi ekonomika u l-miżuri ta’ awsterità m'għandhomx ifixklu d-drittijiet taż-żgħażagħ b'diżabbiltà u jitlob lill-Istati Membri sabiex jieħdu miżuri pożittivi sabiex jipproteġu lil dawn l-individwi.

1.1.14

jirrakkomanda li għandu jiġi promoss id-dritt taż-żgħażagħ b'diżabbiltà li jgħixu b'mod indipendenti u jitlob lill-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea sabiex jużaw il-fondi strutturali sabiex iħeġġu li ż-żgħażagħ b'diżabbiltà ma jixgħux f'istituti u jippromovu l-għajxien tagħhom fil-komunità.

1.1.15

jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tiżviluppa Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà u jirrakkomanda li din il-leġislazzjoni tkun b'saħħitha u tiżgura aċċess sħiħ għall-prodotti, is-servizzi u l-ambjent mibni fl-UE.

1.1.16

jitlob sistema Ewropea inklużiva tal-istandardizzazzjoni u jilqa' l-adozzjoni tal-Mandat 473 bħala miżura pożittiva li tippromovi l-aċċessibbiltà.

1.1.17

jilqa' d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (2) u jitlob li d-Direttiva tiġi implimentata sew (3).

1.1.18

jitlob li jiġi applikat b'mod effettiv ir-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ fl-Unjoni Ewropea (4) u jitlob lill-Istati Membri jinfurzaw ir-Regolament u jadottaw miżuri addizzjonali biex jiżguraw il-moviment liberu taż-żgħażagħ b'diżabbiltà. (5)

1.1.19

jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Aġenda Diġitali biex tiżgura li s-siti elettroniċi tas-settur pubbliku u s-siti li jipprovdu servizzi bażiċi liċ-ċittadin ikunu aċċessibbli bis-sħiħ sal-2015.

1.1.20

iqis li huwa kruċjali li l-ħtiġijiet taż-żgħażagħ b'diżabbiltà jiġu integrati fil-politiki u l-programmi kollha tal-UE dwar iż-żgħażagħ u jsejjaħ għal azzjonijiet pożittivi li jxerrdu l-għarfien dwar il-bżonnijiet tagħhom.

2.   Daħla

2.1   Il-KESE:

2.1.1

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ż-żgħażagħ b'diżabbiltà huma soġġetti għal diversi tipi ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru, tar-razza, tal-kulur, tal-oriġini etnika jew soċjali, tal-fattizzi ġenetiċi, tal-lingwa, tar-reliġjon jew twemmin, tal-opinjoni politika jew opinjoni oħra, tal-appartenenza għal minoranza nazzjonali, tal-proprjetà, tat-twelid, tal-età, tal-orjentazzjoni sesswali jew ta’ kwalunkwe status ieħor.

2.1.2

jitlob lill-Istati Membri sabiex ikomplu għaddejjin bin-negozjati dwar id-direttiva dwar l-antidiskriminazzjoni (6) sabiex jiżguraw il-protezzjoni legali kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni fl-UE.

2.1.3

jirrikonoxxi li ż-żgħażagħ b'diżabbiltà huma darbtejn sa ħames darbiet iżjed fil-periklu li jesperjenzaw vjolenza meta mqabbla ma’ żgħażagħ mingħajr diżabbiltà.

2.1.4

jiddispjaċih li ż-żgħażagħ b'diżabbiltà jiffaċċjaw preġudizzju u attitudni negattiva fis-soċjetà li jxekklu l-parteċipazzjoni, l-awtodeterminazzjoni u l-inklużjoni tagħhom.

2.1.5

jafferma li ż-żgħażagħ nisa b'diżabbiltà, żgħażagħ li jeħtieġu livell għoli ta’ appoġġ u persuni b'diżabbiltà psikoloġika huma fil-periklu ta’ bosta tipi ta’ diskriminazzjoni.

2.1.6

jitlob li jiġu rikonoxxuti d-drittijiet politiċi taż-żgħażagħ b'diżabbiltà u li huma jkollhom l-opportunità li jgawduhom daqs l-oħrajn u jqis li l-proċeduri, il-faċilitajiet u l-materjal tal-votazzjoni għandhom kollha jkunu aċċessibbli.

2.1.7

jipproponi li l-politiki dwar iż-żgħażagħ b'diżabbiltà jiġu integrati fil-linji baġitarji rilevanti kollha fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali sabiex jiġu garantiti riżorsi adegwati għall-promozzjoni tal-aċċessibbiltà u l-inklużjoni.

2.1.8

jipproponi li tinġabar evidenza dwar l-impatt tal-istrumenti ta’ politika rilevanti fuq iż-żgħażagħ b'diżabbiltà u jissuġġerixxi li jiġu finanzjati proġetti tal-UE, studji u riċerka fil-qasam.

2.1.9

ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-opinjonijiet preċedenti tal-KESE dwar, fost temi oħra, l-impjieg u l-aċċessibbiltà, l-istrateġija dwar id-diżabbiltà u l-konsegwenzi tat-tibdil demografiku.

3.   Impjieg u edukazzjoni

L-edukazzjoni

3.1   Il-KESE:

3.1.1

jagħraf l-importanza ta’ sistema tal-edukazzjoni tradizzjonali inklużiva u jitlob li l-lingwa tas-sinjali tiġi mgħallma fl-iskejjel primarji, jiġu introdotti teknoloġiji fil-qasam tal-palantype (sistema li tittrasferixxi d-diskors f'kitba) u fil-qasam taċ-cirkwiti ta’ induzzjoni (induction loops), għandhom jiġu reklutati għalliema kkwalifikati fl-użu tas-sistema Braille u metodi adatti oħra li jipprovdu appoġġ lit-tfal tal-iskola b'diżabbiltà, bħall-AAC (augmentative and alternative communication).

3.1.2

jilqa' l-programmi Żgħażagħ Attivi u Żgħażagħ fl-Azzjoni adottati mill-Kummissjoni bħala parti mill-Istrateġija Ewropa 2020, u jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li l-persuni b'diżabbiltà jibbenefikaw bis-sħiħ minn dawn il-programmi.

3.1.3

jilqa' l-użu tal-Erasmus għall-programmi kollha tal-UE fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u jirrakkomanda li l-Erasmus jintuża sabiex jagħti spinta lill-iżvilupp personali u l-prospetti ta’ impjieg taż-żgħażagħ b'diżabbiltà.

3.1.4

jitlob għal miżuri effettivi li jiġġieldu t-tluq kmieni mill-skola, fid-dawl tal-fatt li huwa darbtejn inqas possibbli li l-persuni b'diżabbiltà jkomplu l-edukazzjoni terzjarja meta mqabbla ma’ persuni mingħajr diżabbiltà. Il-Kumitat jixtieq jara li l-unversitajiet isiru iktar inklużivi u li dawn jimplimentaw azzjonijiet pożittivi bħal boroż ta’ studju għal studenti b'diżabbiltà u sistemi ta’ kwota.

3.1.5

jixtieq jara miżuri effettivi li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għall-impjieg għaż-żgħażagħ b'diżabbiltà.

3.1.6

jilqa' r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-mobilità tal-persuni b'diżabbiltà (7) u l-enfasi tagħha fuq l-edukazzjoni inklużiva.

3.1.7

jirrikonoxxi l-importanza tal-edukazzjoni mhux formali (8) għaż-żgħażagħ b'diżabbiltà u jitlob li Qafas Ewropew tal-Kwalità għall-apprendistat jiġi żviluppat u jinkludi kriterji ta’ aċċessibbiltà.

3.1.8

jagħraf li l-persuni b'diżabbiltà għandhom id-dritt jibbenefikaw mill-programmi ta’ skambju tal-UE u minn opportunitajiet biex jistudjaw u jitgħallmu barra minn pajjiżhom u jibbenefikaw mill-għodod tal-UE tal-validazzjoni tal-ħiliet u r-rikonoxximent tal-kwalifiki.

3.1.9

jitlob għall-aċċessibbiltà tal-kontenut tal-programmi edukattivi, tal-ICTs u tal-istabbilimenti edukattivi bħala kundizzjoni meħtieġa għad-dritt għall-edukazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-iskejjel, l-universitajiet u s-servizzi li jipprovdu konsulenza liż-żgħażagħ jinkorporaw l-aċċessibbiltà fil-miżuri li jieħdu.

3.1.10

iħeġġeġ tixrid adegwat ta’ informazzjoni dwar l-universitajiet jew opportunitajiet edukattivi f'forom alternattivi bħall-Braille, materjal għas-smigħ u materjal f'filmati jew verżjonijiet faċli li jinqraw u palantype. Il-libreriji għandu jkollhom kotba stampati fil-forma tal-Braille u bl-awdjo fil-kollezzjoni tagħhom.

3.1.11

jirrakkomanda l-użu ta’ fondi Ewropej, inkluż il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u t-Tagħlim tul il-Ħajja biex jappoġjaw l-użu ta’ konsulenti għal tfal tal-iskola b'diżabbiltà u l-għalliema.

L-impjiegi

3.2   Il-KESE:

3.2.1

jirrikonoxxi li l-persuni b'diżabbiltà huma darbtejn sa tliet darbiet iżjed fil-periklu li jesperjenzaw il-qgħad meta mqabbla ma’ persuni mingħajr diżabbiltà.

3.2.2

jappoġġja l-użu tal-Fondi Strutturali biex jipprovdu appoġġ finanzjarju adegwat lill-Istrateġija Ewropea tad-Diżabbiltà. B'mod partikolari, għandu jsir użu iżjed effettiv tal-FSE sabiex jagħti spinta lill-impjieg taż-żgħażagħ b'diżabbiltà u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali biex ikun hemm livell għoli ta’ aċċessibbiltà fl-Ewropa.

3.2.3

jitlob lill-Istati Membri sabiex jippromovu l-impjieg taż-żgħażagħ b'diżabbiltà billi jagħtu appoġġ finanzjarju lil min jimpjega u billi jinvestu fl-SMEs, l-intraprenditorija soċjali u l-impjieg indipendenti.

3.2.4

jissuġġerixxi li jkun hemm aċċess għal akkomodazzjoni raġonevoli, sigħat tax-xogħol flessibbli, telexogħol u l-ICT sabiex jiġi appoġġjat l-impjieg taż-żgħażagħ b'diżabbiltà u jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ċ-ċaħda ta’ akkomodazzjoni raġonevoli hija att ta’ diskriminazzjoni (9).

3.2.5

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi aċċessibbiltà għall-ħaddiema u l-apprendisti żgħażagħ b'diżabbiltà, filwaqt li tippromovi u tiżviluppa opportunitajiet professjonali u vokazzjonali transkonfinali għaż-żgħażagħ, kif ukoll tnaqqas l-ostakli għall-moviment liberu tax-xogħol fi ħdan l-UE.

3.2.6

huwa tal-fehma li l-imsieħba soċjali għandhom jaqdu rwol prinċipali fil-promozzjoni u l-ħarsien tal-impjieg taż-żgħażagħ b'diżabbiltà billi jinkludu din il-kwistjoni fin-negozjar kollettiv tagħhom.

3.2.7

jitlob lill-Istati Membri jinvestu fil-ħaddiema żgħażagħ b'diżabbiltà biex jgħinuhom jiffaċċjaw l-effetti tal-kriżi ekonomika, peress li qed isibu diffikultajiet ikbar biex jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol.

4.   Parteċipazzjoni u inklużjoni

4.1   Il-KESE:

4.1.1

jafferma mill-ġdid li ż-żgħażagħ b'diżabbiltà, fosthom dik intellettwali, għandhom id-dritt li jiġu rikonoxxuti kullimkien bħala persuni quddiem il-liġi.

4.1.2

jitlob li tiġi rikonoxxuta s-sitwazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà billi tinġabar data konsistenti b'konformità mal-Artikolu 31 tal-UNCRPD u jenfasizza d-dmir tal-mezzi tax-xandir li jiġġieldu l-istereotipi.

4.1.3

jirrakkomanda li l-Istati Membri jirrikonoxxu l-fatt li l-kapaċità legali taż-żgħażagħ irġiel u nisa b'diżabbiltà hija daqs dik ta’ kull persuna oħra, fl-aspetti kollha tal-ħajja.

4.1.4

jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat li ż-żgħażagħ b'diżabbiltà jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mid-dritt tagħhom għall-moviment liberu u jittama li jitressqu proposti speċifiċi biex jitneħħew l-ostakli għat-trasferibbiltà tal-benefiċċji tad-diżabbiltà.

4.1.5

jitlob li l-Istati Membri jħabirku biex iħeġġu lill-persuni b'diżabbiltà sabiex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u l-ekonomija bħala parti mill-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma (PNR) b'konformità mal-Istrateġija Ewropa 20202 billi jiġu introdotti miżuri effettivi kontra d-diskriminazzjoni.

4.1.6

jitlob li Kumitat Ewropew għad-Diżabilità (10) jikkontribwixxi fil-politiki u l-leġislazzjoni tal-UE billi jindirizza l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà tal-persuni b'diżabbiltà.

4.1.7

jenfasizza r-rwol prinċipali tal-isport fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b'diżabbiltà u jitlob appoġġ finanzjarju u politiku għal inizjattivi pożittivi bħall-Paralympics.

4.1.8

jissuġġerixxi li jsiru reviżjonijiet minn pari mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-Kumitat tal-Impjieg u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika, bil-għan li jsir skambju tal-aħjar prattiki fl-ugwaljanza għaż-żgħażagħ b'diżabbiltà fi ħdan il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni, l-Istrateġija dwar l-Impjiegi u l-politiki ekonomiċi mħaddna fil-PNR.

4.1.9

jitlob għall-appoġġ finanzjarju u politiku tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw liż-żgħażagħ b'diżabbiltà għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni u l-ġlieda kontra l-preġudizzji permezz tas-sensibilizzazzjoni.

4.1.10

jitlob li l-uffiċjali, l-għalliema, min iħaddem u l-fornituri tas-servizzi jitħarrġu sabiex jikkonformaw mal-leġislazzjoni fil-qasam tal-aċċessibbiltà u l-ugwaljanza kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali.

4.1.11

jirrakkomanda li jiġi promoss id-dritt taż-żgħażagħ b'diżabbiltà li jgħixu b'mod indipendenti u li l-fondi strutturali jintużaw sabiex iħeġġu li ż-żgħażagħ b'diżabbiltà ma jixgħux f'istituti u jippromovu l-għajxien tagħhom fil-komunità.

5.   Aċċessibbiltà

5.1   Il-KESE:

5.1.1

jitlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex jinkludu l-aċċessibbiltà bħala prinċipju orizzontali fl-Artikolu 7 tal-abbozz tar-regolament ġenerali tal-Fondi Strutturali 2014-2020.

5.1.2

jilqa' l-passi li ħadet tal-Kummissjoni sabiex tiżviluppa Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà u jerġa' jisħaq il-bżonn ta’ leġislazzjoni vinkolanti u b'saħħitha li tiżgura aċċess sħiħ għall-prodotti, is-servizzi u l-ambjent mibni fl-UE min-naħa tal-persuni b'diżabbiltà. Il-Kumitat jitlob li jiġu identifikati mekkaniżmi ta’ infurzar u monitoraġġ b'saħħithom kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali.

5.1.3

iħeġġeġ applikazzjoni effettiva tar-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ fl-Unjoni Ewropea (11) u jitlob lill-Istati Membru jinfurzaw ir-Regolament u jadottaw miżuri b'saħħithom biex jiżguraw il-moviment liberu taż-żgħażagħ b'diżabbiltà.

5.1.4

jirrakkomanda pjan speċifiku biex l-istituzzjonijiet kollha tal-UE jkunu aċċessibbli f'termini ta’ infrastrutturi, il-proċeduri ta’ reklutaġġ, il-laqgħat, is-siti elettroniċi u l-informazzjoni.

5.1.5

jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Aġenda Diġitali biex tiżgura li s-siti elettroniċi tas-settur pubbliku u s-siti li jipprovdu servizzi bażiċi liċ-ċittadin ikunu aċċessibbli bis-sħiħ sal-2015.

5.1.6

jieħu nota b'sodisfazzjon tal-Qafas Regolatorju Komuni tal-Unjoni Ewropea għas-Servizzi u n-Netwerks tal-Komunikazzjoni Elettronika u huwa tal-fehma li l-prodotti u s-servizzi fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika huma kruċjali biex il-ġenerazzjonijiet mobbli l-ġodda jibqgħu infurmati u jikkomunikaw.

5.1.7

jagħraf l-importanza ta’ aċċess għall-ICTs, li jinkludi aċċess għall-kontenut bħala dritt fundamentali tal-persuni b'diżabbiltà.

5.1.8

jirrikonoxxi l-valur miżjud tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (12) u jitlob li d-Direttiva tiġi infurzata u applikata b'mod adegwat, b'mod partikolari l-miżuri li jolqtu l-persuni b'diżabbiltà.

5.1.9

jilqa' l-Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea (13) kif ukoll il-Komunikazzjoni dwar Viżjoni strateġika għal standards Ewropej (14).

5.1.10

jappella li jkun hemm sistema Ewropea inklużiva tal-istandardizzazzjoni u jinnota b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Mandat 473 bħala miżura pożittiva li tippromovi l-aċċessibbiltà.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16-22.

(2)  ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1–24. ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16–22.

(3)  L-aċċessibbiltà tal-mezzi awdjoviżivi onlajn għandhom jiġu provduti fid-dawl tad-Direttiva.

(4)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1–12.

(5)  Pereżempju l-aċċessibbiltà tal-karozzi tal-linja fiż-żoni rurali għandha tkun obbligatorja.

(6)  COM/2008/0426 final.

(7)  2010/2272(INI).

(8)  L-edukazzjoni mhux formali mhix provduta minn istituzzjoni ta’ edukazzjoni jew taħriġ u normalment ma twassalx għal ċertifikat.

(9)  ĠU C 376, 22.12.2011, p. 81–86.

(10)  ĠU C 376, 22.12.2011, p. 81–86.

(11)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1–12.

(12)  ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1–24.

(13)  COM(2011) 315 final.

(14)  COM(2011) 311 final.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/7


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-problemi speċifiċi tal-gżejjer” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2012/C 181/03

Relatur: is-Sur ESPUNY MOYANO

Nhar l-20 ta’ Jannar 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

il-problemi speċifiċi tal-gżejjer.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-7 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’129 vot favur, 4 voti kontra u 8 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Ir-reġjuni insulari għandhom karatteristiċi u partikolaritajiet komuni u permanenti li jiddistingwixxuhom b’mod ċar mit-territorji kontinentali. L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jirrikonoxxi li t-territorji insulari jiffaċċjaw żvantaġġi prattiċi li jeħtieġu attenzjoni speċjali. Madankollu, il-KESE jemmen li hemm bżonn li tissokta l-ħidma sabiex tiġi adottata strateġija adegwata li tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ dawn ir-reġjuni insulari.

1.2   Il-KESE jqis li d-definizzjoni tal-kunċett ta’ “gżira” li tuża l-UE mhix adegwata, u għalhekk għandha tiġi riveduta u aġġornata fid-dawl tar-realtajiet il-ġodda ta’ UE estiża li tinkludi Stati Membri gżejjer. F’opinjonijiet preċedenti (1), il-KESE rrakkomanda li din id-definizzjoni tinbidel; u hawnhekk, għal darb’oħra, itenni din l-istess rakkomandazzjoni.

1.3   Il-fenomi tal-migrazzjoni, il-problemi relatati mat-tixjiħ tal-popolazzjoni u t-tnaqqis tal-popolazzjoni għandhom impatt partikolari fuq il-gżejjer. Dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jwasslu biex jintilef il-wirt kulturali u biex jiddgħajfu l-ekosistemi minbarra li jista’ jkollhom implikazzjonijiet ekonomiċi serji (impjieg, żgħażagħ, eċċ.).

1.4   Xi gżejjer iridu jiffaċċjaw il-kwistjoni tal-emigrazzjoni tal-popolazzjoni tagħhom lejn reġjuni oħra aktar għonja, gżejjer oħra jirċievu immigranti li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku lokali, filwaqt li gżejjer oħrajn, minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom, jirċievu aktar immigranti milli jifilħu jakkomandaw.

1.5   Il-KESE jemmen li, bla dubju ta’ xejn, għandhom jittejbu l-aċċessibbiltà għall-gżejjer u l-konnettività bejniethom. Peress li l-aċċessibbiltà hi fattur vitali sabiex ir-reġjuni insulari jsiru aktar attraenti, l-ispejjeż tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri għandhom jitnaqqsu billi jiġi applikat il-prinċipju tal-kontinwità territorjali u billi jittejjeb ir-Regolament Ewropew Nru 3577/92.

1.6   Il-biedja, it-trobbija tal-annimali u s-sajd, li jagħmlu parti importanti mill-ekonomija lokali u huma s-sors tal-provvista tal-maġġorparti tal-industrija agroalimentari, huma fraġli minħabba d-distanza, iċ-ċokon tal-intrapriżi, in-nuqqas ta’ diversifikazzjoni fil-produzzjoni u l-kundizzjonijiet klimatiċi.

1.7   Dan joħloq industrija agroalimentari insulari dgħajfa li ftit li xejn tista’ tikkompeti mal-prodotti li jkunu ġejjin mill-kontinent jew minn pajjiżi terzi, u dan ikompli jdgħajjef is-settur primarju.

1.8   Il-KESE jirrakkomanda li l-Politika Agrikola Komuni (PAK) tikkunsidra l-gżejjer bħala żoni żvantaġġati, kif isir fil-każ taż-żoni muntanjużi, u li tqis b’mod speċifiku l-insularità meta jingħataw il-finanzjamenti.

1.9   Ħafna gżejjer Ewropej raw li t-turiżmu hu fattur essenzjali għas-sopravivenza tal-popolazzjoni lokali, l-identità tagħhom, it-tradizzjonijiet u l-valuri kulturali tagħhom u l-pajsaġġ tagħhom. Din l-attività ġġenerat it-tkabbir ekonomiku, żiedet l-impjiegi u ddiversifikat bil-kbir il-bażi ekonomika permezz tas-servizzi marbutin mat-turiżmu. Madankollu, l-ekonomija tal-gżejjer saret tiddependi wisq mit-turiżmu, u għalhekk hemm bżonn diversifikazzjoni lejn attivitajiet komplementari għal dan is-settur u li jippromovu l-iżvilupp ekonomiku insulari f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi bħal dik attwali li jaffettwaw bil-kbir it-turiżmu.

1.10   Il-KESE jingħaqad mal-Parlament Ewropew fit-talba tiegħu li jiġu żviluppati strateġiji speċifiċi simili għall-gżejjer, ir-reġjuni muntanjużi u żoni vulnerabbli oħra fi ħdan l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta’ strateġija għal turiżmu mal-kosta u marittimu sostenibbli, liema talba tinsab fir-Riżoluzzjoni tas-27 ta’ Settembru 2011 (2).

1.11   Il-KESE jikkunsidra li l-gżejjer jiffaċċjaw ċerti diffikultajiet meta jiġu biex jipparteċipaw fil-programmi ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni tal-UE minħabba ċ-ċokon tas-suq intern u l-kapaċità limitata tal-istrutturi disponibbli għar-riċerka u għall-iżvilupp. Il-KESE jemmen ukoll li hu importanti immens li l-UE tkompli tgħin lill-gżejjer jiżviluppaw it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, tappoġġja l-ħolqien ta’ strutturi għar-riċerka u l-iżvilupp u tippromovi l-parteċipazzjoni tal-SMEs insulari fil-programmi ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni, jekk ikun hemm bżonn anke permezz ta’ kontributi mill-Fondi Strutturali.

1.12   Fir-rigward tar-reġjuni insulari, il-politika Ewropea dwar l-enerġija għandha tagħti prijorità lis-sigurtà tal-provvista fil-gżejjer, il-finanzjament tal-iżvilupp u t-twettiq ta’ proġetti għall-produzzjoni tal-enerġija permezz ta’ teknoloġiji ġodda u sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Għandha tagħti prijorità wkoll lill-promozzjoni tal-użu effiċjenti tal-enerġija, u fl-istess ħin tipproteġi l-ambjent u n-natura.

1.13   L-UE għandha tinkludi l-iskarsezza tal-ilma, id-desalinizzazzjoni tal-ilma baħar kif ukoll possibbiltajiet tekniċi oħra għall-ġbir u l-provvista tal-ilma fil-qafas tal-politika reġjonali, filwaqt li tqis in-natura speċifika tar-reġjuni insulari.

1.14   Il-KESE jemmen li huwa importanti immens li jiġu żviluppati programmi ta’ taħriġ permanenti speċifiċi għall-ħaddiema fir-reġjuni insulari li jaħdmu f’setturi differenti, b’mod speċjali fis-settur tat-turiżmu, li jirrappreżenta waħda mill-attivitajiet ekonomiċi prinċipali fir-reġjuni insulari. Dawn il-programmi għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew u mill-Fond ta’ Koeżjoni, bl-impenn tal-Istati Membri, tal-isituzzjonijiet u tal-atturi soċjoekonomiċi.

1.15   L-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali u t-tagħlim tul il-ħajja jaqdu rwol essenzjali fl-istrateġija ekonomika u soċjali tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Proċess ta’ Lisbona u l-Istrateġija Ewropa 2020. Il-KESE jitlob li jitqiesu l-partikolaritajiet tar-reġjuni insulari sabiex jiġi żgurat li l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja, fir-reġjuni kollha u għall-abitanti kollha, jiġu kkunsidrati fil-qafas tal-istrateġiji nazzjonali.

1.16   Il-KESE jħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-miżuri ppreżentati fil-Communiqué ta’ Bruges dwar il-koordinazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa u adottat mill-Ministri tal-Edukazzjoni tal-Istati Membri kollha u l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew.

1.17   Il-KESE jitlob li l-Kummissjoni Ewropea toħloq “grupp interservizzi” speċifiku għall-gżejjer, jew jekk jagħti l-każ, li l-gżejjer jiġu inklużi fi gruppi interservizzi oħra li jeżistu diġà.

1.18   Il-Kummissjoni hija mitluba tiżgura li r-reġjuni insulari jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet speċifiċi fil-qafas finanzjarju multiannwali l-ġdid 2014-2020 u li dawn ir-reġjuni jiġu kkunsidrati fi programmi speċifiċi ta’ żvilupp reġjonali li jkunu aktar adatti għall-karatteristiċi partikolari tagħhom. Għandha titqies il-possibbiltà li jiżdiedu l-livelli ta’ kofinanzjament min-naħa tal-UE fl-oqsma ta’ interess prijoritarju għall-iżvilupp tal-gżejjer.

1.19   Billi l-Istrateġija Ewropa 2020 ser taffettwa l-azzjonijiet futuri tal-UE, il-KESE jemmen li hemm bżonn li jiġi eżaminat x’impatt se jkollha din l-istrateġija fuq ir-reġjuni insulari u kif din tgħin biex jittaffew l-iżvantaġġi inerenti tal-insularità.

Billi l-attività turistika fil-gżejjer hija waħda staġjonali, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew biex jagħtu spinta lill-proġett CALYPSO dwar it-turiżmu soċjali, kif diġà stqarr fl-opinjoni tiegħu dwar L-innovazzjoni fit-turiżmu: niddefinixxu strateġija għal żvilupp sostenibbli fil-gżejjer (3), bl-appoġġ tal-imsieħba soċjali għaliex dan il-programm jista’ jkollu impatt fuq is-settur turistiku u effett multiplikatur f’setturi oħrajn.

2.   Introduzzjoni

2.1   Ir-reġjuni insulari

2.1.1   Skont id-definizzjoni tal-Eurostat, gżira hija territorju li jissodisfa l-ħames kriterji li ġejjin:

għandu superfiċje minima ta’ kilometru kwadru;

jinsab aktar minn kilometru ’l bogħod mill-kontinent;

għandu popolazzjoni residenti permanenti ta’ mill-inqas 50 persuna;

m’għandux konnessjoni fiżika permanenti mal-kontinent;

ma fihx il-belt kapitali ta’ Stat Membru tal-UE.

2.1.2   Meta jkun ser jiġi definit il-kunċett ta’ “gżira” għandha ssir referenza għad-Dikjarazzjoni 33 tat-TFUE li tistabbilixxi li l-“Konferenza [intergovernattiva] tikkunsidra li l-frażi ‘reġjuni insulari’ prevista fl-Artikolu 174 tista’ tinkludi Stati gżejjer fit-totalità tagħhom, bil-kondizzjoni li jiġu sodisfatti l-kriterji meħtieġa”.

2.1.3   Kif il-KESE diġà saħaq f’opinjoni preċedenti (4), din id-definizzjoni ma tikkunsidrax ir-realtajiet il-ġodda ta’ Unjoni Ewropea estiża li tinkludi Stati Membri gżejjer.

2.1.4   Skont din id-definizzjoni, 14 (5) mis-27 Stat Membru tal-UE għandhom gżira/gżejjer fit-territorju tagħhom. L-importanza tagħhom għandha titqies fid-dawl tan-numru kbir ta’ abitanti li joqogħdu fil-gżejjer differenti tal-UE, li jammotaw għal 21 miljun persuna. Dan jirrappreżenta, bejn wieħed u ieħor, 4 % tal-popolazzjoni kollha tal-UE-27.

2.1.5   Ir-reġjuni insulari għandhom karatteristiċi u partikolaritajiet komuni u permanenti li jiddistingwixxuhom b’mod ċar mit-territorji kontinentali.

2.1.6   Il-gżejjer kollha tal-UE għandhom ċerti elementi li jiddistingwixxuhom mill-bqija. Però, il-fatturi komuni li jeżistu fit-territorji insulari tal-UE huma akbar mid-differenzi partikolari ta’ kull wieħed minnhom u, fuq kollox, dawn il-fatturi huma importanti ħafna f’oqsma bħat-trasport, l-ambjent, it-turiżmu u l-aċċess għas-servizzi pubbliċi essenzjali.

2.1.7   L-Artikolu 174 tat-TFUE jinkludi paragrafu ġdid li jgħid li: “għandha tingħata attenzjoni partikolari […] lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħal pereżempju r-reġjuni tat-Tramuntana mbiegħda b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni insulari, reġjuni transkonfinali u reġjuni muntanjużi.”

2.1.8   Dan l-Artikolu jirrikonoxxi li t-territorji insulari, b’mod ġenerali, jiffaċċjaw żvantaġġi prattiċi li jeħtieġu attenzjoni speċjali.

3.   Is-sitwazzjoni demografika fir-reġjuni insulari

3.1   Il-fenomi tal-migrazzjoni, il-problemi relatati mat-tixjiħ tal-popolazzjoni u t-tnaqqis tal-popolazzjoni għandhom impatt partikolari fuq il-gżejjer.

3.2   Bħalissa xi gżejjer jew żoni ta’ territorji insulari qed jiffaċċjaw theddid serju li tonqsilhom il-popolazzjoni għax il-popolazzjoni attiva – speċjalment iż-żgħażagħ – qed titlaq, il-popolazzjoni residenti qed tixjiħ u l-kundizzjonijiet klimatiċi huma diffiċli. Din is-sitwazzjoni tista’ twassal biex jintilef il-wirt kulturali u biex jiddgħajfu l-ekosistemi.

3.3   Gżejjer oħra, minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom fil-fruntieri esterni tal-Unjoni, qed jiffaċċjaw flussi tal-popolazzjoni fid-direzzjoni opposta, u huma esposti għall-immigrazzjoni irregolari minn pajjiżi terzi li ħafna drabi tkun sproporzjonata fid-dawl tal-kapaċità ta’ akkoljenza tagħhom.

3.3.1   F’xi gżejjer qed jinħolqu sitwazzjonijiet ta’ emerġenza umanitarja estrema li għandhom jiġu indirizzati fil-qafas tas-solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, li tinkludi l-ħtieġa li jkomplu jinqasmu l-piżijiet operattivi ġġenerati billi jiġu kkombinati r-riżorsi nazzjonali u Ewropej.

3.3.2   F’opinjonijiet oħra l-KESE ppropona li fil-qafas ta’ politika komuni dwar l-asil għandu jinbidel ir-Regolament ta’ Dublin sabiex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà fi ħdan l-UE ta’ dawk li japplikaw għall-asil.

3.4   Mill-banda l-oħra, xi gżejjer għandhom preżenza qawwija ta’ residenti barranin b’kapaċità tal-akkwist kbira li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali lokali, iżda li jistgħu jgħollu l-prezzijiet tad-djar meta s-suq tad-djar ikun saturat, u b’hekk l-aċċess għalihom isir aktar diffiċli għall-popolazzjoni lokali b’inqas riżorsi ekonomiċi.

4.   L-aċċessibbiltà u l-insularità

4.1   Uħud mil-limitazzjonijiet tat-territorji insulari ġejjin mill-fatt li dawn it-territorji huma fiżikament maqtugħin mill-kontinent u jinsabu ’l bogħod. Dawn l-iżvantaġġi huma riflessi fi spejjeż ogħla tat-trasport, tad-distribuzzjoni u tal-produzzjoni, f’aktar inċertezza rigward il-provvista, u fil-ħtieġa li jżommu stokk akbar u li jkollhom aktar kapaċità għall-ħżin.

4.2   Il-prova ta’ dan hi d-dipendenza totali tagħhom mit-trasport bil-baħar u bl-ajru. Għalhekk, ir-reġjuni insulari jinsabu f’qagħda inqas favorevoli mill-bqija tat-territorji biex jibbenefikaw mill-vantaġġi tas-suq uniku Ewropew bħala żona omoġenja ta’ relazzjonijiet ekonomiċi kompetittivi, fir-rigward tat-tkabbir tal-intrapriżi bil-għan li tissaħħaħ l-innovazzjoni u jinkisbu l-ekonomiji tal-kobor (economies of scale) u l-ekonomiji esterni.

4.3   Għaldaqstant, huwa importanti niftakru li, fil-kuntest tal-inizjattiva Komunitarja tal-Ajru Uniku Ewropew, jistgħu jiġu analizzati mekkaniżmi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bil-ħsieb speċifiku li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tar-reġjuni insulari f’kull ħin.

4.4   Ma nistgħux ninsew is-sitwazzjoni li kkawża ċ-ċaqliq tas-sħaba ta’ rmied tal-vulkan Islandiż Eyjafjallajökull, li affettwat żoni kbar mill-ispazju tal-ajru Ewropew matul ix-xhur ta’ April u Mejju 2010, u li minħabba fiha kellhom jingħalqu diversi ajruporti fiċ-ċentru u t-Tramuntana tal-Ewropa u saħansitra fin-Nofsinhar tal-Ewropa.

4.5   L-aktar problema preokkupanti ma kinitx daqstant li t-turisti ma setgħux jaslu fil-gżejjer, iżda li dawk li kienu diġà fil-gżejjer ma setgħux imorru lura lejn pajjiżhom u l-inċertezza dwar kemm kienet se ddum il-problema.

4.6   Dan il-każ partikolari jirrifletti l-vulnerabbiltà kbira tar-reġjuni insulari f’dawn iċ-ċirkustanzi, għaliex minkejja li affettwa kważi l-Ewropa kollha, l-ikbar impatt (negattiv) tal-għeluq tal-ispazju uniku Ewropew kien fuq ir-reġjuni insulari kkonċernati.

4.6.1   Kwistjoni oħra li trid titqies hi l-intenzjoni tal-Kummissjoni li mill-2012 tibda timponi taxxa tas-CO2 fuq it-trasport bl-ajru. Jekk fl-aħħar mill-aħħar din it-taxxa tidħol fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha ssib formula speċifika għar-reġjuni insulari billi dawn jiddependu ħafna aktar mit-trasport bl-ajru. Dan ikompli jiggrava l-iżvantaġġi inerenti tagħhom.

4.7   L-aċċessibbiltà hi fattur vitali sabiex ir-reġjuni insulari jsiru aktar attraenti. In-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T) għandhom iħaddnu politika multimodali ġenwina li tkun applikata wkoll għall-gżejjer. Il-ħolqien ta’ kurituri bil-baħar u bl-ajru bejn il-kontinent Ewropew u l-gżejjer bis-saħħa tal-finanzjament ta’ infrastrutturi fissi u mobbli jista’ jgħin sabiex jinkiseb dan.

5.   Il-biedja u s-sajd

5.1   Il-biedja, it-trobbija tal-annimali u s-sajd fil-gżejjer huma parti importanti mill-ekonomija lokali, b’mod partikolari f’termini ta’ impjieg, u jagħtu wkoll appoġġ importanti lill-industriji agroalimentari lokali, li jirrappreżentaw l-akbar parti tal-produzzjoni industrijali fil-gżejjer.

5.2   Madankollu, il-produzzjoni tal-biedja u s-sajd fil-gżejjer hija fraġli ħafna, l-aktar minħabba d-diffikultajiet ikkawżati mill-bogħod, iċ-ċokon tal-intrapriżi, in-nuqqas ta’ diversifikazzjoni fil-produzzjoni, id-dipendenza mis-swieq lokali, il-frammentazzjoni tagħhom u l-kundizzjonijiet klimatiċi. Dan kollu għandu impatt fuq l-industrija agroalimentari insulari, li tiddependi mill-prodotti tagħha stess. Id-dgħufija tal-produzzjonijiet agrikoli u tat-trobbija tal-annimali twassal biex l-industrija agroalimentari insulari tkun dgħajfa wkoll.

5.2.1   Dawn il-fatturi kollha jnaqqsu b’mod konsiderevoli l-kompetittività tal-produzzjoni tal-gżejjer meta mqabbla ma’ dik kontinentali u ma’ dik ta’ pajjiżi terzi.

5.3   Barra minn dan, il-biedja lokali tiddependi ħafna mid-dinja esterna, kemm għall-provvista tal-materja prima u tal-prodotti maħsuba għall-użu fil-biedja (agricultural inputs) kif ukoll għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti, filwaqt li ġeografikament tinsab ’il bogħod mis-sorsi tal-provvista u mis-swieq.

5.4   Għalhekk, il-produtturi agrikoli fil-gżejjer jikkompetu f’kundizzjonijiet inugwali mal-produtturi f’territorji oħra. Il-produtturi lokali għandhom jirċievu l-appoġġ meħtieġ sabiex il-biedja fir-reġjuni insulari jkollha l-istess kundizzjonijiet bis-saħħa, pereżempju, ta’ strumenti speċifiċi tal-PAK maħsubin għall-gżejjer, sabiex jiġu promossi u rikonoxxuti aktar il-produzzjonijiet lokali.

5.5   Fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri maħsuba speċifikament biex jikkumpensaw l-iżvantaġġi tal-insularità f’dan il-qasam, m’hemm xejn aħjar minn programm leġislattiv speċifiku. Dan jgħodd għas-settur primarju, li hu partikolarment importanti għall-gżejjer. Il-Fond Ewropew għas-Sajd ma jipprevedi l-ebda miżura speċjali, ħlief għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer iż-żgħar fl-Eġew.

5.6   L-istess jista’ jingħad għall-iskemi ta’ għajnuna diretta fil-qafas tal-PAK. L-aktar riformi reċenti tal-iskemi tal-għajnuna diretta tal-PAK, tal-iżvilupp rurali u tal-FAEŻR ma kkunsidrawx l-insularità.

6.   Is-suq intern u t-turiżmu

6.1   Id-daqs limitat tat-territorji insulari, meta mqabbel ma’ dak tat-territorji kontinentali, għandu impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni u l-istruttura tas-swieq. Il-parti l-kbira tan-nisġa tal-produzzjoni lokali f’dawn it-territorji hija magħmula minn intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi li huma aktar vulnerabbli mill-kumpaniji l-kbar.

6.2   It-turiżmu kien u għadu riżorsa bażika fl-ekonomija ta’ ħafna territorji insulari. Minkejja l-ħafna differenzi li jeżistu bejniethom, ħafna gżejjer Ewropej raw li din l-attività hija fattur essenzjali għas-sopravivenza tal-popolazzjoni lokali, l-identità tagħhom, it-tradizzjonijiet u l-valuri kulturali tagħhom u l-pajsaġġ tagħhom.

6.3   L-istabbiliment tat-turiżmu fir-reġjuni insulari Ewropej iġġenera t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi f’dawn it-territorji u ddiversifika bil-kbir il-bażi ekonomika tagħhom permezz tas-servizzi marbutin mat-turiżmu. Bis-saħħa tiegħu reġgħu ħadu l-ħajja u qed jitħarsu t-tradizzjonijiet u l-kultura lokali kif ukoll iż-żoni naturali u l-monumenti storiċi.

6.4   Għalkemm huwa ċar li b’mod ġenerali t-turiżmu kien fattur pożittiv, għandhom jiġu rikonoxxuti wkoll l-impatti negattivi li kellu fuq xi reġjuni insulari, bħan-natura prekarja tal-impjiegi, in-natura staġjonali tal-attività turistika, il-livell baxx tal-kwalifiki tal-impjegati, l-ispekulazzjoni qawwija tal-proprjetà u ż-żieda fl-għoli tal-ħajja tal-popolazzjoni lokali. Ħoloq ukoll problemi serji fil-provvista tal-ilma u diffikultajiet fl-għoti tas-servizzi pubbliċi bażiċi (ġestjoni tal-iskart, saħħa, eċċ.), u b’hekk ikkawża impatt qawwi fuq l-ambjent. Bħalissa l-ekonomija tal-gżejjer tiddependi ħafna mit-turiżmu, u għalhekk hemm bżonn diversifikazzjoni lejn attivitajiet oħrajn u mhux biss lejn dawk komplementari għal dan is-settur u li jippromovu l-iżvilupp ekonomiku insulari f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi bħal dik attwali li jaffettwaw bil-kbir it-turiżmu.

6.5   Wara l-adozzjoni tat-TFUE, ġiet rikonoxxuta b’mod espliċitu l-importanza tat-turiżmu fl-UE. F’Ġunju 2010, il-Kummissjoni ppreżentat komunikazzjoni li tippromovi qafas ġdid biex tittieħed azzjoni koordinata fl-Unjoni Ewropea bil-għan li t-turiżmu Ewropew isir aktar kompetittiv u tiżdied il-kapaċità tiegħu li jikber b’mod sostenibbli (6). Dan ir-rikonoxximent joffri l-opportunità li tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur turistiku Ewropew, u b’hekk jingħata kontribut għall-istrateġija l-ġdida, jiġifieri l-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

6.6   Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2011 (7), il-Parlament Ewropew “jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija għal turiżmu mal-kosta u marittimu sostenibbli, u jitlob li jiġu żviluppati strateġiji speċifiċi simili għall-gżejjer, ir-reġjuni tal-muntanji u żoni vulnerabbli oħra”.

7.   Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni

7.1   L-innovazzjoni hija għan essenzjali tal-politika ekonomika, kemm fil-livell tal-UE – bl-Istrateġija ta’ Lisbona u l-Istrateġija Ewropa 2020 – kif ukoll fil-livell reġjonali, billi jiżdiedu l-investimenti pubbliċi fir-riċerka, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-appoġġ għall-“aktar setturi innovattivi” (fosthom it-trasport, l-enerġija, l-industrija ekoloġika, eċċ.). L-istess japplika għas-servizzi, speċjalment dawk li jirrikjedu livell ta’ għarfien u ta’ kwalifiki li jitqies normali fil-parti l-kbira tal-attivitajiet turistiċi (fosthom l-akkomodazzjoni, il-catering, is-servizzi immobiljari, eċċ.).

7.2   Għandhom jiġu promossi u msaħħa s-soċjetà tal-informazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda, li għall-gżejjer huma mod kif tiġi diversifikata l-attività u kif jiżdied l-għarfien. L-użu tal-ICT inaqqas l-iżolament filwaqt li jtejjeb il-proċeduri u s-sistemi tal-ġestjoni intraprenditorjali u r-relazzjonijiet esterni. Dan huwa ta’ benefiċċju għall-kompetittività u għall-produttività.

7.3   Id-diffikultà prinċipali li jkollhom ir-reġjuni insulari biex jiżviluppaw il-kapaċità tagħhom li jinnovaw tinsab fid-dgħufija tan-nisġa intraprenditorjali, il-livelli ta’ taħriġ, l-aċċess għas-suq Ewropew, in-nuqqas ta’ investiment fl-infrastrutturi tar-riċerka, eċċ. L-innovazzjoni fir-reġjuni insulari għandha tiġi eżaminata minn lenti usa’ li tkopri l-ipproċessar, il-metodi tal-marketing u t-tekniki innovattivi fil-ġestjoni jew l-organizzazzjoni tal-intrapriżi. L-għan tal-intrapriżi fir-reġjuni insulari għandu jkun li jtejbu l-kapaċità tal-produzzjoni u l-kwalità tal-prodotti tagħhom, u li jtejbu l-aċċess tagħhom għas-suq Ewropew f’kundizzjonijiet kompetittivi simili għal dawk tar-reġjuni kontinentali tal-Unjoni Ewropea.

7.4   Barra minn hekk, għandhom jiġu enfasizzati d-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-gżejjer meta jiġu biex jipparteċipaw fil-programmi ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni tal-UE. Minħabba ċ-ċokon tas-suq intern u l-kapaċità limitata tal-istrutturi disponibbli għar-riċerka u għall-iżvilupp, ir-reġjuni insulari jsibuha ħafna aktar diffiċli biex ikunu jistgħu jipparteċipaw f’dawn il-programmi.

8.   L-enerġija u l-ilma

8.1   Billi l-gżejjer jiddependu ħafna mill-importazzjoni tal-karburanti, il-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tal-enerġija għandhom impatt akbar fuq ir-reġjuni insulari.

8.2   Fir-rigward tar-reġjuni insulari, il-politika Ewropea dwar l-enerġija għandha tagħti prijorità lis-sigurtà tal-provvista fil-gżejjer, il-finanzjament tal-iżvilupp u t-twettiq ta’ proġetti għall-produzzjoni tal-enerġija permezz ta’ teknoloġiji ġodda u sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Għandha tagħti prijorità wkoll lill-promozzjoni tal-użu effiċjenti tal-enerġija, u fl-istess ħin tipproteġi l-ambjent u n-natura.

8.3   Il-produzzjoni, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-elettriku mhumiex importanti biss għall-ħtiġijiet primarji iżda wkoll għad-desalinizzazzjoni tal-ilma baħar, li tista’ ssolvi l-kwistjoni tal-provvista tal-ilma għax-xorb f’ħafna gżejjer.

8.4   Minħabba s-superfiċje limitata fil-gżejjer u b’mod partikolari l-għamla blatija tagħhom, il-parti l-kbira tal-gżejjer ibatu minn nuqqas ta’ ilma. Dan ixekkel l-iżvilupp ekonomiku (speċjalment it-turiżmu) minbarra li għandu riperkussjonijiet fuq is-saħħa, il-biedja u t-trobbija tal-annimali.

9.   It-taħriġ u l-impjieg

9.1   Skont studju reċenti tal-Euroislands (8), il-kapital uman huwa problema kbira fil-gżejjer Ewropej, speċjalment fil-Baħar Mediterran. Il-livell tal-edukazzjoni huwa partikolarment baxx, anke fil-gżejjer fejn hemm università u fejn il-prodott domestiku gross (PDG) għal kull ras huwa għoli. Fil-gżejjer tat-Tramuntana, il-kapital uman huwa ppreparat aħjar biex jiffaċċja sfidi ġodda, iżda anke hawnhekk il-bidla tal-impjiegi tradizzjonali hija diffikultuża.

9.2   L-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja u l-għarfien tal-lingwi barranin jaqdu rwol essenzjali fl-istrateġija ekonomika u soċjali tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Proċess ta’ Lisbona u l-Istrateġija Ewropa 2020. Il-pedament tal-istrateġiji nazzjonali għandu jkun li jiġu żgurati l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja fir-reġjuni kollha u għall-abitanti kollha. L-iskarsezza tal-persunal u l-ħtieġa li jiġu offruti sensiela wiesgħa ta’ servizzi jirrikjedu li l-abitanti tal-gżejjer ikunu professjonalment polivalenti, u dan jista’ jinkiseb permezz ta’ programmi ta’ taħriġ vokazzjonali adegwati li jiġu ffinanzjati mill-UE.

10.   Il-politika reġjonali

10.1   Il-politika reġjonali tirrappreżenta l-mezz Ewropew prinċipali li jgħin lit-territorji insulari jegħlbu l-limitazzjonijiet strutturali tagħhom u jisfruttaw il-potenzjal ta’ żvilupp u tkabbir tagħhom. Madankollu, hemm bżonn li din il-politika titjieb sabiex il-gżejjer, li huma parti integrali mis-suq uniku Ewropew, jibbenefikaw bl-akbar mod possibbli minn dan kemm f’termini ekonomiċi kif ukoll f’termini soċjali.

10.2   B’mod ġenerali, it-territorji insulari huma żvantaġġati meta mqabbla mat-territorji kontinentali. L-insularità mhix waħda mit-temi prijoritarji fl-aġenda Ewropea tal-politika reġjonali u tal-politika ta’ koeżjoni. Barra minn hekk, it-tkabbir biddel b’mod radikali l-prijorità tal-aġenda Ewropea ta’ dawn il-politiki, u dan xejn ma ffavorixxa l-politiki Ewropej dwar l-insularità.

10.3   Għandu jinħoloq qafas integrat li jindirizza b’mod effikaċi l-limitazzjonijiet li jiffaċċjaw il-gżejjer Ewropej. Għalhekk, jeħtieġ li qabel ma jiġu adottati miżuri u politiki li jistgħu jinfluwenzaw lill-gżejjer, isiru l-valutazzjonijiet tal-impatt tagħhom bħalma jsir fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi. B’dan il-mod jiġu evitati r-riperkussjonijiet negattivi u l-kontradizzjonijiet, u tissaħħaħ il-koeżjoni territorjali. Dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt huma partikolarment meħtieġa fil-każ tal-politiki tat-trasport, tal-ambjent u tal-enerġija.

10.4   Fil-perjodu ta’ programmar 2007-2013, il-PDG għal kull ras huwa l-uniku indikatur li ntuża biex tiġi determinata l-eliġibbiltà tar-reġjuni fil-qafas tal-għanijiet stabbiliti fil-politika reġjonali. Dan l-indikatur jinjora l-fatt li l-koeżjoni timplika dimensjoni ħafna usa’ li tinkludi komponenti soċjali, ambjentali u territorjali u komponenti oħrajn relatati mal-innovazzjoni u l-edukazzjoni. L-indikaturi ġodda, li jużaw data statistika aktar rilevanti, għandhom jipprovdu stampa definita sew tal-livell ta’ żvilupp fil-gżejjer u jippermettu li wieħed jifhem b’mod sodisfaċenti r-realtà tar-reġjuni bi żvantaġġi ġeografiċi permanenti.

10.4.1   Għal dan il-għan, l-indikaturi ta’ riferiment tal-Istrateġija Ewropa 2020 għandhom jiġu inklużi bħala referenza, b’konformità mal-qafas politiku ġenerali tal-Unjoni.

10.5   Għalkemm fl-ipprogrammar għall-2007-2013 ġie rikonoxxut li l-gżejjer Ewropej huma eliġibbli għall-kooperazzjoni transkonfinali, l-istabbiliment ta’ kriterju ta’ distanza massima ta’ 150 km bejn il-fruntieri reġjonali wassal biex bħalissa jiġu esklużi tliet arċipelagi (is-Cyclades, il-Hebrides u l-Gżejjer Baleariċi).

10.6   Il-KESE jappella biex jitneħħa l-kriterju relatat mad-distanza (150 km) użat għall-klassifikazzjoni tal-gżejjer bħala reġjuni tal-fruntieri eliġibbli għall-finanzjament skont il-programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali fil-qafas tal-kooperazzjoni territorjali tal-politika ta’ koeżjoni jew fil-qafas tal-Politika Ewropea tal-Viċinat.

10.7   Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-gżejjer affettwati mhux biss minn żvantaġġ wieħed, iżda minn diversi żvantaġġi msemmijin fl-Artikolu 174, bħall-gżejjer muntanjużi jew dawk b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna. L-istess jista’ jingħad għall-arċipelagi li jintlaqu minn insularità doppja jew multipla. Dawn it-territorji jiffaċċjaw żvantaġġi addizzjonali minħabba l-frammentazzjoni tagħhom u minħabba d-dimensjoni ġeografika limitata tagħhom. Ta’ min jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-qagħda ta’ għadd ġmielu ta’ gżejjer kostali li jiffaċċjaw żvantaġġi gravi marbutin mal-mikroinsularità. Dan kollu jfisser li r-restrizzjonijiet imposti mill-insularità jikbru u li l-popolazzjoni sikwit tbati minħabba n-nuqqas ta’ servizzi.

10.8   Għaldaqstant, fil-każ tal-gżejjer hemm bżonn li jiġi applikat approċċ integrat tal-politiki differenti kemm orizzontalment (permezz ta’ approċċ intersettorjali fil-politiki prinċipali b’impatt territorjali – PAK, Politika Komuni tas-Sajd, għajnuna mill-Istat, eċċ.) kif ukoll vertikalment (bl-inklużjoni tad-dimensjoni reġjonali, nazzjonali u Ewropea). Dan l-approċċ għandu jirrifletti wkoll l-orjentazzjonijiet politiċi l-ġodda tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u l-importanza mogħtija lil oqma partikolari, bħall-enerġija u l-klima, il-projezzjoni esterna tal-UE u l-ġustizzja u l-affarijiet interni (9).

11.   L-aspetti b’saħħithom u attraenti tar-reġjuni insulari

11.1   Rigward l-aspetti b’saħħithom tal-gżejjer, il-konklużjonijiet tal-istudju tal-Euroislands fil-qafas tal-ESPON (10) jenfasizzaw li l-vantaġġi komparattivi prinċipali huma l-kwalità tal-ħajja u l-wirt naturali u kulturali tagħhom. Il-gżejjer għandhom wirt naturali u kulturali għani ħafna u identità kulturali qawwija. Madankollu, teżisti restrizzjoni importanti għaliex il-wirt naturali u kulturali huwa riżorsa li la hija rinnovabbli u lanqas tista’ tiġi sostitwita.

11.2   Skont ir-rakkomandazzjonijiet ta’ dan l-istudju, it-teknoloġiji l-ġodda fl-oqsma tal-komunikazzjoni u tal-informazzjoni jnaqqsu l-impatt negattiv tal-insularità (iċ-ċokon u l-iżolament) fuq il-gżejjer. It-teknoloġiji l-ġodda jistgħu jkunu ta’ benefiċċju wkoll għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju u għas-servizzi, bħall-edukazzjoni u r-riċerka, is-servizzi tas-saħħa, l-informazzjoni, il-kultura u attivitajiet kreattivi oħrajn. Il-bidliet teknoloġiċi l-oħra (l-iżvilupp ta’ forom ġodda ta’ enerġija rinnovabbli, it-teknoloġiji ta’ sostituzzjoni parzjali tar-riżorsi naturali, il-progress fis-settur tat-trasport, eċċ.) jistgħu jtaffu l-limitazzjonijiet ikkawżati mill-insularità.

11.3   Fir-reġjuni insulari jeżisti għadd kbir ta’ eżempji ta’ prattiki tajbin:

l-inizjattivi fis-settur intraprenditorjali: minkejja l-prezzijiet relattivament għoljin tagħhom, diversi prodotti agrikoli u manifatturati tal-gżejjer (prodotti tal-ikel u tax-xorb) “irreżistew” il-kompetizzjoni fl-Unjoni Ewropea u fis-suq dinji bis-saħħa tal-kwalità tagħhom (bl-użu ta’ prodotti lokali u metodi tradizzjonali tal-produzzjoni) u/jew tal-partikolarità tagħhom u l-ħolqien ta’ marka kummerċjali (brand).

l-inizjattivi li jittieħdu biex jiġu indirizzati l-problemi ġenerali tal-ambjent, bħat-tibdil fil-klima, jew il-problemi speċifiċi relatati mal-insularità: ta’ min isemmi l-isforzi li qed isiru biex tiġi prodotta l-enerġija rinnovabbli fil-gżira ta’ Kitnos (Cyclades), Samsø, Eigg (l-Iskozja), Gotland, Bornholm, il-Gżejjer Kanarji, eċċ.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  “Integrazzjoni aħjar fis-suq intern – fattur ewlieni tal-koeżjoni u t-tkabbir għall-gżejjer”, ĠU C 27, 30.2.2009, p. 123, u “L-innovazzjoni fit-turiżmu: niddefinixxu strateġija għal żvilupp sostenibbli fil-gżejjer”, ĠU C 44, 11.2.2011, p. 75.

(2)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – Qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew, ĠU C 376, 22.12.2011, p. 44 u r-Riżoluzzjoni dwar l-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew (2010/2206 (INI)).

(3)  ĠU C 44, 15.2.2011, p. 75.

(4)  “Integrazzjoni aħjar fis-suq intern – fattur ewlieni tal-koeżjoni u t-tkabbir għall-gżejjer”, ĠU C 27, 30.2.2009, p. 123, punt 2.2.

(5)  Spanja, l-Irlanda, Franza, id-Danimarka, l-Italja, il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit, il-Greċja, il-Pajjiżi l-Baxxi, Malta, Ċipru, l-Estonja u l-Portugall.

(6)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew, COM(2010) 352 final.

(7)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew (2010/2206 (INI)).

(8)  Studju tal-Euroislands, “The Development of the Islands – European Islands and Cohesion Policy” (L-iżvilupp tal-gżejjer – Il-gżejjer Ewropej u l-politika ta’ koeżjoni), (Programm Ewropew ESPON 2013).

(9)  Oqsma identifikati fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Parlamenti Nazzjonali dwar Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE, COM(2010) 700 final.

(10)  Studju tal-Euroislands, “The Development of the Islands – European Islands and Cohesion Policy” (L-iżvilupp tal-gżejjer – Il-gżejjer Ewropej u l-politika ta’ koeżjoni), (Programm Ewropew ESPON 2013).


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/14


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-PDG u lil hinn minnu — l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-għażla ta’ indikaturi komplementari” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

2012/C 181/04

Relatur: is-Sur PALMIERI

Nhar l-20 ta’ Jannar 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

il-PDG u lil hinn minnu – l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-għażla ta’ indikaturi komplementari

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-7 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tad-29 ta’ Marzu 2012), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'172 vot favur, 5 voti kontra u 12-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) itenni dak li qal f'punt 8 tal-messaġġ finali tal-Konferenza tal-KESE bl-isem “Go sustainable. Be responsible! European civil society on the road to Rio+20”, li saret fis-7 u t-8 ta’ Frar 2012, fejn jintqal li r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili organizzata japprezzaw li l-abbozz preliminari jirrikonoxxi l-limiti tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) bħala mezz li jkejjel il-benesseri, u jappellaw biex is-soċjetà ċivili tkun involuta fl-iżvilupp urġenti ta’ indikaturi komplementari.

1.2   Il-KESE jirrikonoxxi l-progress li sar fl-aħħar snin fit-tfassil ta’ indikaturi komplementari għall-PDG fuq livell dinji u Ewropew, u b'mod partikolari fl-istudju ta’ indikaturi li jirriflettu l-kwalità tal-ħajja u l-kundizzjonijiet soċjali tan-nies b'rabta mas-sostenibbiltà tas-sistemi ekonomiċi.

1.2.1   Il-KESE jtenni li t-tfassil ta’ tali indikaturi huwa fundamentali, u jemmen li dan għandu jsir b'approċċ globali li jpoġġi lill-Unjoni Ewropea (UE) fuq quddiem nett fil-kuntest tal-avvenimenti internazzjonali li ser isiru fil-futur qrib (Rio+20) u, fuq kollox, fid-dawl tal-progress possibbli fl-istrateġiji Ewropej il-ġodda għall-istabbiltà u t-tkabbir ekonomiku, għall-iżvilupp u l-koeżjoni soċjali, u għas-sostenibbiltà ambjentali. L-ewwel aġenda li fuqha ser jitkejjel it-tfassil tal-indikaturi komplementari għall-PDG hija l-Istrateġija Ewropa 2020.

1.3   Il-KESE jemmen li t-triq kumplessa li qed twassal għar-ridefinizzjoni tal-benesseri u l-progress tas-soċjetà – li jmorru lil hinn mit-tkabbir ekonomiku biss – ma tistax titfarrak mill-politiki Ewropej li eventwalment jitfasslu biex jilqgħu għall-effetti l-ġodda tal-kriżi ekonomika u finanzjarja.

1.3.1   Sabiex l-ekonomija tirkupra u tingħeleb il-kriżi, jeħtieġ li tinbidel il-paradigma ta’ referenza biex l-iżvilupp ikun ibbażat fuq il-benesseri u l-progress tas-soċjetà. B'hekk biss tista' tingħata aktar attenzjoni lill-fatturi li kkawżaw il-kriżi u l-effetti ta’ riċessjoni li nħassu dan l-aħħar fl-Ewropa, bil-għan li jitkejlu u jitfasslu politiki aktar adegwati kemm f'qasir żmien kif ukoll f'perjodu minn medju sa twil ta’ żmien. F'dan ir-rigward, il-politiki tal-UE jirrappreżentaw sfida partikolarment interessanti.

1.4   Għalhekk, il-KESE jtenni li għandhom jingħelbu kemm ir-reżistenzi għall-introduzzjoni u l-monitoraġġ istituzzjonali tal-indikaturi tas-sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali – flimkien mal-indikaturi tradizzjonali ta’ natura strettament ekonomika u finanzjarja – kif ukoll it-tentazzjonijiet li dawn l-indikaturi jitnaqqsu, għaliex fil-fatt il-kriżi attwali tista' titrażżan u tkun ikkontrollata aħjar.

1.5   Id-distakk bejn il-politiki ekonomiċi, kemm fuq livell nazzjonali u kemm fuq dak Ewropew, u l-politiki għall-benesseri u l-progress tas-soċjetà kiber sew. Madankollu, billi issa l-adozzjoni tal-indikaturi komplementari għall-PDG hi mifruxa sew fost l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Istatistika, il-possibbiltà li dan id-distakk jonqos hi marbuta mal-kapaċità li l-ħafna informazzjoni disponibbli tissarraf f'għarfien u sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini Ewropej.

1.5.1   F'dan il-kuntest, jeħtieġ li jiġi promoss dibattitu dwar l-istess tifsira tal-progress li, minbarra li jiddefinixxi mill-ġdid il-kunċett ta’ żvilupp, jintroduċi wkoll l-aspetti tar-responsabbiltà politika. Dan l-approċċ ġdid jitlob li jiġu identifikati d-dimensjonijiet differenti li jsawru l-progress permezz:

i)

tal-estensjoni tal-kontijiet nazzjonali għall-fenomeni soċjali u ambjentali,

ii)

tal-użu ta’ indikaturi komposti, u

iii)

tal-ħolqien ta’ indikaturi ewlenin.

1.6   Il-KESE jemmen, għalhekk, li l-istatistika taqdi rwol deċiżiv biex tneħħi d-distakk fejn jidħol l-għarfien li qed jippersisti:

bejn il-proċessi ekonomiċi u soċjali li nibtu mid-deċiżjonijiet politiċi u l-avvanzi f'termini ta’ benesseri u ta’ progress soċjali,

bejn l-istess istituzzjonijiet politiċi u l-korpi taċ-ċittadini, speċjalment illum il-ġurnata fil-kuntest tal-iżvilupp tat-tekonoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

1.7   Il-KESE huwa konvint li t-trasparenza tal-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet demokratiċi tirrikjedi governanza statistika indipendenti li taqdi r-rwol fundamentali tagħha li tiggwida l-kejl u l-metodoloġija użata lejn il-fenomeni imposti mill-esiġenzi ġodda ta’ natura ekonomika, soċjali u ambjentali. F'dan il-kuntest, il-Eurostat għandu jibda jaqdi rwol ċentrali fl-integrazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-istatistika nazzjonali u reġjonali.

1.8   Il-KESE jemmen ukoll li s-soċjetà ċivili, flimkien mal-atturi soċjali u istituzzjonali l-oħra, għandha tidentifika l-oqsma ta’ intervent li fihom jiġi determinat il-progress ta’ soċjetà, filwaqt li tindika l-aktar oqsma u fenomeni importanti (fil-kamp ekonomiku, soċjali u ambjentali). Dan jista' jsir permezz ta’ strumenti speċifiċi ta’ informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni.

1.8.1   Il-KESE jemmen li l-leġittimità tad-deċiżjonijiet pubbliċi ma tistax tinkiseb u tiġi żgurata b'mod esklużiv permezz tal-garanziji u s-sistemi uffiċjali – istituzzjonali, legali jew kostituzzjonali – tal-Istat, iżda għandha neċessarjament tissejjes fuq il-kontribut tas-soċjetà ċivili.

1.8.2   Il-kontribut speċifiku tas-soċjetà ċivili għad-definizzjoni tal-prospetti tal-iżvilupp u tal-benesseri huwa kontribut politiku bżonjuż mhux biss biex id-dimensjoni parteċipattiva tingħaqad ma’ dik tal-għarfien, iżda wkoll biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti.

1.9   Madankollu, għad iridu jiġu żviluppati l-istrumenti ta’ infurzar u ta’ responsabbiltà meħtieġa biex l-għażliet politiċi, b'mod partikolari dawk tal-politika ekonomika u baġitarja, jintrabtu mal-prestazzjoni tal-istess indikaturi.

1.10   Fid-dawl tal-esperjenza relatata mal-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni f'diversi pajjiżi, il-KESE jemmen li l-“paradigma deliberattiva” (proċess ta’ skambju ta’ informazzjoni u opinjonijiet dwar deċiżjoni komuni f'qafas ta’ diskussjoni li fiha jiġu fformati u espressi l-preferenzi kollettivi), li għandha tkun il-bażi għat-tfassil tal-indikaturi tal-benesseri u l-progress, għandha tissejjes fuq:

diskussjonijiet ekwi bejn l-atturi istituzzjonali u dawk li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili,

l-inklużjoni fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-interessi kollha involuti fil-kejl u l-insegwiment tal-benesseri u l-progress soċjali,

approċċ iffokat fuq il-ġid komuni, b'mod partikolari fis-sinteżi li tirriżulta mid-dibattitu.

1.11   Il-KESE jieħu l-impenn li jkompli l-monitoraġġ tal-attivitajiet li, fuq livell nazzjonali u Ewropew, jimplikaw l-involviment tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija tal-indikaturi komplementari għall-PDG.

1.12   Il-KESE jtenni li hu lest ikun il-post fejn jiltaqgħu s-soċjetà ċivili u l-korpi istituzzjonali Ewropej bħala parti minn proċess parteċipattiv u deliberattiv li matulu jiġu identifikati u mfassla l-indikaturi tal-progress għall-Unjoni Ewropea.

2.   Introduzzjoni

2.1   B'din l-opinjoni l-KESE jixtieq jagħti l-kontribut tiegħu għar-riflessjoni dwar kif għandha tiġi involuta s-soċjetà ċivili fil-proċessi tat-tfassil tal-indikaturi tal-benesseri u l-progress ta’ soċjetà, fid-dawl kemm tal-Konferenza tal-Nazzjonijiet Uniti dwar l-iżvilupp sostenibbli (Earth Summit – Rio+20), li ser issir bejn l-20 u t-22 ta’ Ġunju 2012 f'Rio de Janeiro (1), kif ukoll tar-Raba' Forum Dinji tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) bl-isem “Statistics, Knowledge and Policies Measuring Well-Being and Fostering the Progress of Societies”, li ser isir bejn is-16 u d-19 ta’ Ottubru 2012 f'New Delhi, l-Indja.

2.2   Il-KESE beħsiebu jkompli miexi fit-triq li qabad fiż-żewġ opinjonijiet preċedenti, u jissokta bil-proċess ta’ monitoraġġ tal-progress li jsir fuq livell Ewropew f'dak li hu tfassil ta’ indikaturi komplementari għall-PDG, liema indikaturi għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali b'konformità sħiħa mas-sostenibbiltà ambjentali (2).

2.3   Fl-opinjoni tiegħu “Lil hinn mill-PGD – Indikaturi għal żvilupp sostenibbli” (3), il-KESE kien diġà rrifletta fuq il-limiti tal-PDG, fuq il-korrezzjonijiet u ż-żidiet possibbli, u b'hekk fuq il-ħtieġa li jitfasslu kriterji ġodda għall-identifikazzjoni ta’ indikaturi komplementari tal-benesseri u s-sostenibbiltà (ekonomika, soċjali u ambjentali) “għal politika aktar ibbilanċjata”.

2.4   Sentejn wara, b'risposta għad-diskussjoni u l-preparamenti li saru fuq livell Ewropew, fl-opinjoni tiegħu dwar “Il-PDG u lil hinn – Inkejlu l-progress f'dinja li dejjem tinbidel” (4) il-KESE laqa' b'sodisfazzjon il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (5), u enfasizza kemm hu importanti li tiġi adottata perspettiva fit-tul meta jingħażlu l-parametri ta’ referenza u l-istrumenti statistiċi l-aktar adatti għall-estensjoni tal-kontijiet nazzjonali lejn oqsma ta’ natura verament aktar soċjali u ambjentali, u dan isir ukoll skont l-għażliet strateġiċi tal-atturi politiċi istituzzjonali.

2.4.1   Fl-opinjoni msemmija hawn fuq il-KESE enfasizza l-ħtieġa li jiġu studjati aktar fil-fond l-indikaturi li jirriflettu l-kwalità tal-ħajja u l-kundizzjonijiet soċjali tan-nies bl-użu ta’ approċċ globali li jpoġġi lill-Unjoni Ewropea fuq quddiem nett f'din l-inizjattiva.

3.   Mit-tkabbir ekonomiku għall-progress tas-soċjetà: triq kumplessa

3.1   Il-ħidma ilha għaddejja 'l fuq minn 50 sena biex jitfasslu indikaturi ġodda sintetiċi, alternattivi jew, aħjar, komplementari fir-rigward tal-indikatur tradizzjonali tat-tkabbir ekonomiku, il-PDG. Il-PDG hu strument ta’ kejl li “jispeċjalizza” f'segment partikolari ta’ attività – essenzjalment is-suq – ta’ soċjetà. Dan hu indikatur li b'mod “għażżien” biss jista' jiġi interpretat minn “indikatur tal-produzzjoni” għal “indikatur tal-benesseri ta’ soċjetà” (6).

3.1.1   Bejn is-snin 60 u 90 tħejjew indikaturi soċjali, komplementari u alternattivi għall-PDG li setgħu jindikaw oqsma ta’ investigazzjoni li jmorru lil hinn mill-qasam tradizzjonali ta’ natura ekonomika. Din tista' tiġi definita bħala l-“fażi soċjali” tal-indikaturi tal-progress ta’ soċjetà.

3.1.2   Lejn tmiem is-snin 80, ir-Rapport Brundtland (1987) qajjem il-kwistjoni tal-iżvilupp sostenibbli fuq livell dinji (7). Wara dan, il-Konferenza dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti fl-1992 (Rio Earth Summit) poġġiet il-kwistjoni ambjentali fl-aġenda politika internazzjonali, u b'hekk għaddejna għal “fażi globali” fir-riċerka u t-tħejjija ta’ indikaturi li huma kapaċi jkejlu l-progress tas-soċjetà (8).

3.2   Kien però matul l-aħħar għaxar snin li ġiet enfasizzata b'aktar qawwa l-ħtieġa li jitkejjel il-livell ta’ benesseri li jintlaħaq f'soċjetà waqt li fl-istess ħin tkun garantita s-sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali tagħha.

3.3   F'dawn l-aħħar is-snin, l-OECD beda jaqdi rwol fundamentali bil-Proġett Globali tiegħu, imniedi fl-2003, dwar il-kejl tal-progress tas-soċjetajiet (9). Il-Proġett Globali kien u għadu jirrappreżenta mument verament ta’ dibattitu “parteċipattiv” fuq livell dinji, li għamel lin-nies konxji li hemm bżonn tinbidel il-paradigma tal-progress tas-soċjetà u, sussegwentement, il-mudell ta’ żvilupp globali.

3.3.1   Permezz tal-Proġett Globali nħoloq netwerk ta’ operaturi privati u pubbliċi interessati li jiftħu diskussjoni intensiva dwar: i) l-istudji u l-analiżi tal-istatistika marbuta mal-benesseri soċjali, is-sostenibbiltà ambjentali u t-tkabbir ekonomiku, u ii) l-għodod tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni li jistgħu jaqilbu l-informazzjoni f'għarfien (10).

3.4   Fl-20 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-komunikazzjoni bl-isem “Il-PDG u lil hinn – Inkejlu l-progress f'dinja li dejjem tinbidel” (11), li rrikonoxxiet il-bżonn li flimkien mal-PDG ikun hemm indikaturi ambjentali u soċjali u stabbilixxiet programm ta’ ħidma sa tmiem l-2012.

3.5   Ftit inqas minn xahar wara (12) ġie ppubblikat ir-“Rapport tal-Kummissjoni dwar il-Kejl tal-Prestazzjoni Ekonomika u l-Progress Soċjali” (magħruf bħala r-Rapport tal-Kummissjoni Stiglitz, Sen u Fitoussi) (13), b'dawn l-għanijiet espliċiti:

a)

li jiġu identifikati l-limiti tal-użu tal-PDG bħala indikatur tal-prestazzjoni ekonomika u tal-progress soċjali;

b)

li tiġi evalwata l-possibbiltà li jintużaw strumenti alternattivi biex jitkejjel il-progress soċjali;

c)

li tiġi promossa d-diskussjoni dwar il-preżentazzjoni adatta tal-informazzjoni statistika.

3.5.1   Għal dan il-għan, ir-Rapport ressaq 12-il rakkomandazzjoni dwar kif jitħejjew strumenti ta’ kejl li jenfasizzaw il-benesseri soċjali, materjali u mhux materjali fid-diversi dimensjonijiet tiegħu (14).

3.6   Fil-25 ta’ Settembru 2009, id-dibattitu dwar il-PDG u l-ħtieġa ta’ indikaturi komplementari tal-benesseri soċjali u ambjentali kiseb importanza akbar matul is-summit tal-G20 f'Pittsburgh. Fid-dikjarazzjoni finali ġie enfasizzat li waqt li nintrabtu li ndaħħlu mudell ġdid u sostenibbli tat-tkabbir, għandna nħeġġu l-ħidma fuq it-tħejjija ta’ metodi ġodda tal-kejl sabiex jitqiesu aktar bis-sħiħ id-dimensjonijiet soċjali u ambjentali tal-iżvilupp ekonomiku.

3.7   F'Diċembru 2010, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-“Ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” (15) li fil-Kapitolu 1 “Is-sitwazzjoni u x-xejriet ekonomiċi, soċjali u territorjali”, fih sezzjoni “It-titjib tal-benesseri u t-tnaqqis tal-esklużjoni” (p. 73-117) li tinkludi sensiela ta’ indikaturi tal-benesseri.

3.8   Minkejja li qed terġa' titpoġġa enfasi fuq il-progress tas-soċjetà, jidher li fl-istituzzjonijiet Ewropej għad hemm xi reżistenzi pjuttost qawwija għall-implimentazzjoni tal-indikaturi soċjali u ambjentali.

3.8.1   Bejn ir-rebbiegħa u l-ħarifa tal-2010, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pjan dwar it-tisħiħ tal-governanza ekonomika Ewropea bil-għan li jerġgħu jiġu bbilanċjati l-iżbilanċi fiskali u makroekonomiċi tal-Istati Membri tal-UE (16). Din is-sistema ser tkun ibbażata fuq sistema ta’ indikaturi (tabella ta’ valutazzjoni) b'mekkaniżmu ta’ twissija għal meta jkun hemm dan it-tip ta’ żbilanċi, biex b'hekk ikunu jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi adegwati fl-Istati Membri kkonċernati (17). B'xorti ħażina, id-diskussjoni dwar is-sistema ta’ indikaturi li għandhom jiġu adottati xejn ma kienet trasparenti. L-għażla tal-Kummissjoni baqgħet teskludi għalkollox l-indikaturi ekonomiċi li huma rilevanti wkoll biex jinfiehmu l-iżbilanċi finanzjarji, dawk ta’ natura soċjali u ambjentali.

3.8.2   Jidher li din l-istess għażla saret ukoll fil-Patt Euro Plus jew fil-Patt Fiskali reċenti, b'risposta għall-ispekulazzjoni finanzjarja u biex titħares il-kompetittività taż-żona tal-euro.

3.8.3   Kif diġà stqarr kemm fl-opinjoni dwar it-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politiki Ewropej (18) kif ukoll fl-opinjoni dwar l-iżbilanċi ekonomiċi (19), il-KESE jemmen li, jekk bi żbilanċi makroekonomiċi wieħed jifhem id-differenzi persistenti bejn id-domanda u l-provvista aggregata (li joħolqu surplus jew defiċit fil-konsum u t-tfaddil globali ta’ ekonomija), allura huwa rrakkomandat li għall-inqas jiddaħħlu indikaturi soċjali, bħal pereżempju, l-indikatur tal-inugwaljanza fid-dħul u l-ġid, l-impatt ta’ dħul aktar baxx, il-komponent tal-hekk imsejħa “ħaddiema foqra” (“working poor”), il-proporzjon tad-dħul u l-profitti fil-PDG, eċċ. (20). Dawn huma indikaturi li jenfasizzaw l-iżbilanċi makroekonomiċi li jirriżultaw mit-tfaddil eċċessiv fejn hemm dħul aktar għoli, u mit-tidjin fejn hemm dħul medju jew baxx. Mingħajr dubju ta’ xejn, dawn huma fost il-fatturi li kkawżaw il-kriżi ekonomika u finanzjarja fid-dinja li bdiet fl-2008 (21).

3.8.4   Fi kliem ieħor, ftit inqas minn sentejn wara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (22) msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni Ewropea stess, waqt li qed issegwi toroq ġodda għall-iżvilupp u l-progress soċjali u li reġgħet intalbet taqdi rwol ta’ ġestjoni, ta’ koordinazzjoni u fuq kollox ta’ kontroll tal-Istati Membri, qed tkompli tuża strumenti u approċċi tradizzjonali li jagħtu preferenza biss lil xi dimensjonijiet tal-aspett ekonomiku u jeskludu l-biċċa l-kbira tad-dimensjonijiet soċjali u ambjentali.

3.8.5   Fid-dawl ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn, il-KESE, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni, jaħseb li d-diskussjoni dwar l-idea tal-progress soċjali ma tistax tkun limitata għal oqsma ristretti, iżda għandha tinkludi lis-soċjetà kollha.

3.9   F'kull ħidma nazzjonali u internazzjonali rigward l-indikaturi komplementari għall-PDG joħroġ fid-dieher li, kieku ngħatat aktar attenzjoni wkoll lill-indikaturi tas-sostenibbiltà ekonomika, soċjali, ambjentali, interġenerazzjonali u finanzjarja, sew pubblika u sew privata, il-kriżi attwali kienet tiġi identifikata fil-ħin u żgur li b'hekk kienet tiġi ġestita aħjar.

3.9.1   Il-kejl tal-benesseri u l-progress mhux biss problema teknika. Il-kunċett stess tal-benesseri jikkonċerna l-preferenzi u l-valuri li huma l-bażi tas-soċjetà u n-nies li jsawruha.

3.9.2   Fost l-aktar aspetti sinifikanti tal-istudji u d-diskussjonijiet dwar il-kawżi tal-kriżi u dwar il-possibbiltà ta’ “kejl” permezz ta’ indikaturi aktar komprensivi nsibu l-attenzjoni kbira li tingħata lid-domanda aggregata (u mhux il-provvista biss). Rigward il-benesseri materjali, id-dibattitu internazzjonali jindika l-ħtieġa li tingħata aktar attenzjoni lid-dħul u l-konsum milli lill-produzzjoni, u juri l-bżonn li jitqiesu wkoll l-indikaturi tal-konċentrazzjoni tal-ġid. Fl-istess dibattitu titfakkar l-influwenza li l-kwalità tal-oġġetti għandha fuq il-benesseri, u titpoġġa enfasi partikolari fuq l-inugwaljanzi, fuq il-kejl tagħhom u fuq l-obbligu li ma jiġux ikkunsidrati biss il-valuri “medji”.

3.9.3   Mingħajr dubju ta’ xejn, il-fatt li l-kriżi ekonomika u finanzjarja tal-2008-2009 baqgħet tkaxkar sat-tieni għadsa fil-kriżi li għaddejjin minnha bħalissa juri li din id-diskussjoni hija f'lokha aktar minn qatt qabel, speċjalment biex jiġu diskussi l-oriġini tal-istess kriżi u r-ridefinizzjoni tat-tkabbir, l-iżvilupp u l-progress li d-diversi sistemi tal-pajjiżi u, b'mod aktar ġenerali, is-soċjetajiet jixtiequ joħolqu jew joħolqu mill-ġdid.

4.   Paradigma ta’ referenza ġdida: il-progress ta’ soċjetà

4.1   Id-dibattitu dwar il-ħtieġa li jintużaw indikaturi ġodda li jestendu l-qasam ekonomiku u li jiġu kkunsidrati l-problemi soċjali u ambjentali issa qiegħed jitqanqal aktar peress li nbidlet il-paradigma ta’ referenza tas-soċjetà. Illum it-tkabbir ekonomiku – għad li hu fattur estremament importanti għall-pajjiż – mhux biżżejjed biex jiggarantixxi progress reali għall-komunità, sakemm ma jkunx inklużiv u sostenibbli.

4.1.1   Flimkien mal-kunċett tat-tkabbir ekonomiku jingħaqad dak tal-progress. Dan hu kunċett ħafna usa' u ħafna aktar kumpless li n-natura multidimensjonali tiegħu tinvolvi firxa ta': i) għanijiet li jridu jintlaħqu, ii) politiki u azzjonijiet li jridu jitħejjew, iii) u għalhekk, indikaturi biex jissorveljaw l-avvanz lejn dawn l-għanijiet. L-istess kunċett tal-progress jista' jimplika interpretazzjonijiet u tifsiriet differenti għal popolazzjonijiet, kulturi u reliġjonijiet differenti f'postijiet differenti.

4.2   It-tibdil tal-paradigma ta’ referenza mit-tkabbir ekonomiku għall-progress xejn ma jissemplifika l-affarijiet, iżda hemm it-tendenza li jikkumplikahom. Għaldaqstant, issa jeħtieġ aktar minn qatt qabel li jitħeġġeġ dibattitu dwar it-tifsira tal-progress li, minbarra li jerġa' jiddefinixxi l-kunċett tal-iżvilupp billi jidentifika l-għanijiet mixtieqa u l-istrumenti biex dawn jintlaħqu, jintroduċi wkoll l-aspetti tar-responsabbiltà politika. Fi kliem ieħor, dan id-dibattitu għandu jippermetti li s-soċjetà, fil-komponenti kollha tagħha, tiffoka fuq l-elementi li temmen li huma essenzjali għall-eżistenza tagħha stess.

4.3   Dan l-approċċ, li hu ġdid għalkollox, jirrikjedi li jiġu identifikati d-dimensjonijiet differenti li jsawru l-progress sabiex imbagħad ikunu jistgħu jitfasslu l-indikaturi adegwati. It-tliet approċċi predominanti għall-kejl tal-progress jikkonċernaw:

1)

l-estensjoni tal-kontijiet nazzjonali għall-fenomeni soċjali u ambjentali,

2)

l-użu ta’ indikaturi komposti, u

3)

il-ħolqien ta’ indikaturi ewlenin.

4.4   L-aktar ħidma reċenti u komprensiva rigward il-progress ta’ soċjetà turi li dan hu magħmul essenzjalment minn żewġ sistemi: is-sistema umana u l-ekosistema (23). Dawn huma żewġ sistemi marbutin mill-qrib ma’ xulxin permezz ta’ żewġ elementi, jiġifieri l-“ġestjoni tar-riżorsi ambjentali” u s-“servizzi tal-ekosistema” (24).

4.4.1   F'dan il-kuntest, il-“benesseri tal-bniedem” (fuq livell individwali u soċjali) għandu funzjoni dominanti u jirrappreżenta l-objettiv fundamentali tal-progress tas-soċjetà. Il-benesseri tal-bniedem, għalhekk, hu appoġġjat minn tliet oqsma ta’ attività: l-“ekonomija”, il-“kultura” u l-“governanza” (li, min-naħa tagħhom, jistgħu jitqiesu bħala “għanijiet intermedji”). L-ekosistema wkoll hi magħmula minn qasam ta’ attività rappreżentat mill-“kundizzjoni tal-ekosistema” (Illustrazzjoni 1).

4.4.2   F'dan il-kuntest, il-“benesseri ta’ soċjetà” jista' jiġi definit bħala l-benesseri tal-bniedem flimkien mal-kundizzjonijiet tal-ekosistema, filwaqt li l-“progress tas-soċjetà” jista' jiġi definit bħala t-titjib fil-benesseri tal-bniedem u tal-kundizzjonijiet tal-ekosistema. Din hi evalwazzjoni li, madankollu, trid tiġi kkoreġuta billi tintrabat mar-rwol li għandhom l-inugwaljanzi fil-benesseri tal-bniedem u fil-kundizzjonijiet tal-ekosistema. Iridu jitqiesu l-inugwaljanzi bejn is-soċjetajiet u ż-żoni ġeografiċi u fi ħdanhom, kif ukoll bejn il-ġenerazzjonijiet differenti. B'dan il-mod ikun jista' jiġi definit il-progress ekwu u sostenibbli ta’ soċjetà.

4.5   Din ir-riflessjoni tinkludi d-dibattitu dwar l-indikaturi komplementari għall-PDG. Illum dan id-dibattitu qed jerġa' jitfaċċa u qed tinbet l-esiġenza li jitkejlu fenomeni oħra (li mhumiex sempliċement it-tkabbir ekonomiku) għaliex is-sensibilizzazzjoni mill-ġdid dwar l-importanza ta’ dawn il-fenomeni twassal biex fl-aħħar jitpoġġew fuq l-aġenda politika. Li jitkejlu jfisser li huma magħrufin, u għalhekk jistgħu jiġu ġestiti.

4.5.1   Dawn il-fenomeni jirrappreżentaw l-għażliet politiċi, u għalhekk għandhom jiġu ssorveljati b'mod li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jiġu informati b'mod adegwat. Huwa għal din ir-raġuni li l-istatistika uffiċjali indipendenti u ta’ kwalità taqdi rwol fundamentali.

5.   Informazzjoni, konsultazzjoni u parteċipazzjoni fil-proċessi tat-tħejjija tal-indikaturi tal-progress

5.1   Id-dibattitu dwar it-tħejjija tal-indikaturi komplementari għall-PDG reġa' nfetaħ għaliex matul l-aħħar għaxar snin ħareġ fid-dieher distakk tabilħaqq bejn:

il-miżuri meħuda mill-korpi uffiċjali tal-istatistika (jiġifieri l-istituti nazzjonali u sopranazzjonali tal-istatistika) biex jidentifikaw għadd ta’ fenomeni;

u t-tendenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali li jirrigwardaw il-komunità u li ċ-ċittadini Ewropej iridu jħabbtu wiċċhom magħhom ta’ kuljum.

Dan id-distakk kompla jikber minħabba l-effetti ekonomika u soċjali devastanti li rriżultaw mill-kriżi dinjija.

5.1.1   Fi kliem ieħor, id-distakk bejn ir-realtà identifikata u rappreżentata mill-istatistika uffiċjali (permezz ta’ indikaturi tradizzjonali, u l-PDG huwa l-aktar wieħed rappreżentattiv fosthom) u r-realtà li jaraw iċ-ċittadini bilfors iwassal għal sensiela ta’ diskussjonijiet dwar ir-rwol li l-istatistika uffiċjali għandu jkollha matul is-seklu 21.

5.2   Dan kollu jiġri proprju meta, b'riżultat tal-iżviluppi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), qed issir rivoluzzjoni ta’ veru fil-komunikazzjoni, li biha l-flussi ta’ informazzjoni jistgħu jsiru aktar disponibbli. Il-mistoqsija ewlenija hija kemm dan kollu jissarraf f'għarfien reali għall-komunità, u hu hawnhekk li l-istatistika uffiċjali għandha taqdi rwol ewlieni. L-għan għandu jkun li l-informazzjoni tkun tista' tissarraf f'għarfien.

5.2.1   Iż-żieda fl-informazzjoni disponibbli tiffavorixxi t-trasparenza fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet (pereżempju, l-indikaturi statistiċi jgħinu biex wieħed jifhem id-dinamiċi ta’ fenomeni partikolari, bħall-impjieg, il-qgħad, l-inflazzjoni, eċċ.). Però l-fluss enormi ta’ informazzjoni jista' jħawwad moħħ l-utenti, sew iċ-ċittadini u sew dawk li jħejju l-politiki (għaliex iż-żieda fil-fluss ta’ informazzjoni mhux bilfors twassal għal aktar għarfien).

5.3   Minħabba din id-dilemma joħroġ ċar li hemm bżonn ta’ governanza statistika indipendenti u ta’ kwalità. Din l-istatistika għandha taqdi r-rwol fundamentali tagħha li tiggwida l-kejl u l-metodoloġija użata lejn il-fenomeni imposti mill-esiġenzi ġodda ta’ natura ekonomika, soċjali u ambjentali (25).

5.3.1   Huwa f'dan il-kuntest li l-KESE jemmen li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea intitolata “Lejn immaniġġjar sod tal-kwalità għall-Istatistika Ewropea” (26) hi tassew rilevanti, billi tisħaq li l-istatistika tal-lum, minbarra li tipprovdi l-għarfien dwar il-fenomeni, għandha tippermetti wkoll il-ġestjoni attwali u futura tagħhom. Iċ-ċittadini għandhom ikunu jistgħu jagħmlu l-għażliet tagħhom b'mod infurmat, razzjonali u demokratiku.

5.3.2   Għalhekk, il-Eurostat għandu jibda jaqdi rwol ċentrali fl-integrazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-istatistika nazzjonali u reġjonali mis-27 Stat Membru tal-UE, speċjalment rigward l-aspetti marbutin mal-kwalità tal-ħajja, is-sostenibbiltà u t-tqassim tad-dħul u tal-kapital, sabiex jitkejjel it-tibdil fil-benesseri li jirriżulta mill-azzjonijiet pubbliċi.

5.3.3   Il-Eurostat għandu jagħti appoġġ metodoloġiku bil-għan li jipprovdi lill-atturi istituzzjonali u soċjali kif ukoll liċ-ċittadini Ewropej l-istrumenti biex ikunu informati u konsultati b'mod adegwat u b'hekk ikunu jistgħu jieħdu sehem b'mod effikaċi fid-dibattitu pubbliku (27).

5.4   F'dan il-kuntest ġdid, is-soċjetà ċivili flimkien mal-atturi soċjali u istituzzjonali l-oħra għandha tidentifika – permezz ta’ round tables u forums speċifiċi dwar is-suġġett – l-oqsma ta’ intervent li fihom jiġi determinat il-progress ta’ soċjetà, filwaqt li tindika l-aktar oqsma u fenomeni importanti (diversi oqsma fil-kamp ekonomiku, soċjali u ambjentali). Fl-istess ħin, l-istatistika għandha rwol ta’ appoġġ “tekniku” billi tipprovdi l-metodoloġija adatta u tidentifika l-indikaturi effikaċi għall-monitoraġġ ta’ dawn il-fenomeni.

5.5   Bl-involviment taċ-ċittadini jinħolqu “forom ta’ intelliġenza kollettiva” li, waqt li jippermettu l-prattiki ta’ ċittadinanza attiva, jikkontribwixxu għar-ridefinizzjoni tad-demokrazija:

l-ewwel nett, id-“demokrazija parteċipattiva” b'interazzjoni akbar u b'aktar opportunitajiet għat-tfassil tal-prijoritajiet billi wieħed jifhem bil-mod il-mod u jikkunsidra l-fehmiet differenti rigward l-interess ġenerali (28);

u mbagħad, id-“demokrazija preparatorja” sabiex jiġu speċifikati l-kriterji li jistabbilixxu l-kunċett tal-benesseri bħala għan kondiviż tal-progress soċjali, filwaqt li jiġu identifikati l-varjabbli adatti għat-tħejjija ta’ indikaturi li jkejlu l-benesseri u jiġu stabbiliti toroq tal-progress tas-soċjetà li l-partijiet interessati jkunu jistgħu jifhmuhom, u b'hekk ikunu jistgħu jiffaċilitaw l-involviment tagħhom biex jinkiseb il-benesseri b'mod mifrux (29).

5.5.1   Prattiki bħal dawn jiżviluppaw il-kunċett ta’ “kapital soċjali” (30) fuq il-bażi tal-għanijiet Ewropej ta’ ekonomija tal-għarfien u ta’ koeżjoni soċjali, jiġifieri l-kapaċità li jiġi rfinat il-kunċett ta’ benesseri għal kulħadd permezz ta’ fiduċja, fehim u kooperazzjoni akbar bejn is-soċjetà ċivili u l-amministrazzjoni pubblika. Dan jista' jseħħ biss bis-saħħa ta’ parteċipazzjoni ċivili, politika u soċjali qawwija, li l-istess amministrazzjonijiet pubbliċi jridu jappoġġjaw permezz tal-prattiki ta’ konsultazzjoni (31).

5.5.2   Dan l-aħħar, għadd konsiderevoli ta’ pajjiżi bdew proċessi deliberattivi strutturati li jinvolvu s-soċjetà ċivili (l-Awstralja, il-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Messiku, il-Pajjiżi Baxxi, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, l-Isvizzera).

5.5.3   L-esperjenzi kollha juru li hemm differenzi sostanzjali fl-istruttura u l-ambitu tal-proċessi għall-involviment tal-atturi tas-soċjetà ċivili. Dawn id-differenzi joħorġu fid-dieher fl-istadju tad-diskussjoni jew dibattitu interattiv (dibattitu pubbliku u identifikazzjoni tal-valuri u tal-prijoritajiet) aktar milli fl-ewwel fażi tal-konsultazzjoni.

5.5.4   Il-fażi tal-konsultazzjoni ta’ spiss issir permezz ta’ użu qawwi ta’ siti elettroniċi speċifiċi għal dan il-għan, it-twaqqif ta’ gruppi ta’ ħidma li jittrattaw oqsma tematiċi speċifiċi, u permezz ta’ programmi ta’ konsultazzjoni li jużaw ħafna n-netwerks soċjali, il-bloggijiet u s-sondaġġi (l-aktar onlajn). Madankollu, s'issa l-ebda pajjiż ma kiseb rabta formali u sostanzjali bejn il-ħolqien deliberattiv tal-indikaturi u l-proċessi ta’ programmazzjoni ekonomika u finanzjarja.

5.5.5   Il-KESE jemmen li s-soċjetà ċivili tista' tiġi involuta fl-identifikazzjoni tal-indikaturi tal-benesseri u tal-progress permezz tal-parteċipazzjoni attiva tagħha kemm fl-għażla tal-prijoritajiet politiċi kif ukoll fl-għażla tal-informazzjoni li għandha tiġi ssorveljata.

Brussell, 29 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  http://www.earthsummit2012.org/.

(2)  Ara l-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE dwar “Lil hinn mill-PGD – Indikaturi għal żvilupp sostenibbli”ĠU C 100, 30.4.2009, p. 53; u l-opinjoni dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew – Il-PDG u lil hinn – Inkejlu l-progress f'dinja li dejjem tinbidel”, ĠU C 18, 19.1.2011, p. 64.

(3)  ĠU C 100, 30.4.2009, p. 53.

(4)  ĠU C 18, 19.1.2011, p. 64.

(5)  COM(2009) 433 final.

(6)  L-istess Simon Kuznets, li firex l-użu tal-PDG fl-Istati Uniti, kien wissa kontra l-abbużi u l-misinterpretazzjonijiet li jista' joħloq l-użu ħażin ta’ dan l-istrument, u ħa ħsieb jiddetermina l-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Costanza, R., Hart, M., Posner, S., Talberth, J., 2009, Beyond GDP: The Need for New Measures of Progress. Boston University.

(7)  Nazzjonijiet Uniti, 1987, Report of the World Commission on Environment and Development.

(8)  Ir-riċerka tikkonċentra l-aktar fuq erba' approċċi metodoloġiċi differenti: i) indikaturi ta’ korrezzjoni tal-PDG, ii) indikaturi alternattivi, iii) indikaturi sintetiċi (jew komposti), iv) sistema ta’ indikaturi.

(9)  Il-proġett tnieda f'Palermo fl-2004 fl-okkażjoni tal-ewwel forum dinji tal-OECD dwar “Statistics, knowledge and policy”; tliet snin wara sar it-tieni forum (2007) f'Istanbul dwar “Measuring and fostering the progress of society”, fejn ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, l-OECD, in-Nazzjonijiet Uniti, l-UNDP, il-Bank Dinji u l-Organizzazzjoni tal-Konferenza Islamika ffirmaw id-Dikjarazzjoni ta’ Istanbul. Fl-2009 sar it-tielet forum tal-OECD dwar “Charting progress, building vision, improving life” f'Busan, il-Korea t'Isfel.

(10)  Matul il-forum annwali tal-24 u l-25 ta’ Mejju 2011, l-OECD ippreżenta l-Indiċi ta’ Ħajja Aħjar (Better Life Index), li hu indikatur li jkejjel il-ġid, il-benesseri u l-kwalità tal-ħajja bis-saħħa ta’ 11-il parametru (djar, dħul, xogħol, ħajja komunitarja, edukazzjoni, ambjent, governanza, saħħa, sodisfazzjon personali, sikurezza, bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol): OECD, 2011, How's Life? Measuring well-Being, OECD Better Life Initiative, http://www.oecdbetterlifeindex.org/.

(11)  COM(2009) 433 final.

(12)  14 ta’ Settembru 2009.

(13)  http://www.stiglitz-sen-fitoussi.fr/en/index.htm.

(14)  Nhar it-12 ta’ Ottubru 2011, l-OECD, l-Istitut Nazzjonali Franċiż tal-Istatistika u l-Istudji Ekonomiċi (Insee) u l-Ministeru Franċiż tal-Ekonomija, il-Finanzi u l-Industrija organizzaw konferenza f'Pariġi bl-isem “Two Years after the release of the Stiglitz-Sen-Fitoussi Report”.

Insee, 2011, Two years after the Stiglitz-Sen-Fitoussi report: What well-being and sustainability measures? INSEE contributions. Pariġi.

(15)  http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docoffic/official/reports/cohesion5/index_mt.cfm.

(16)  It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi – Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ, COM(2010) 367 final.

It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika, COM(2010) 250 final.

(17)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro, COM(2010) 525 final – 2010/0279 (COD).

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi, COM(2010) 527 final – 2010/0281 (COD).

(18)  Opinjoni dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi – Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ”, ĠU C 107, 6.4.2011, p. 7.

(19)  Opinjoni dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro” COM(2010) 525 final – 2010/0279 (COD) u l-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi” COM(2010) 527 final – 2010/0281 (COD), ĠU C 218, 23.7.2011, p. 53.

(20)  Kif inhu propost ukoll fir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi”, relatur: is-Sinjura Elisa Ferreira (2010/0281(COD)) tas-16 ta’ Diċembru 2010.

(21)  ILO-FMI, The Challenges of Growth, Employment and Social Cohesion, dokument ta’ diskussjoni għall-konferenza konġunta ILO-FMI, Oslo, 13 ta’ Settembru 2010, p. 67-73.

(22)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew – Il-PDG u lil hinn – Inkejlu l-progress f'dinja li dejjem tinbidel, COM(2009) 433 final.

(23)  Hall J., Giovannini E., Morrone A., Ranuzzi G., 2010, A Framework to Measure the Progress of Societies. Direttorat tal-Istatistika. Dokument ta’ Ħidma Nru 34. OECD, STD/DOC (2010)5, Pariġi.

(24)  Filwaqt li l-ġestjoni tar-riżorsi tirrappreżenta l-effetti tal-azzjonijiet li għandha s-sistema umana fuq l-ekosistema (sfruttament tar-riżorsi naturali u tniġġis), is-servizzi tal-ekosistema jorbtu ż-żewġ sistemi (is-sistema umana u l-ekosistema) flimkien fiż-żewġ direzzjonijiet (forniment tal-ikel, ilma, arja, effetti tad-diżastri naturali, eċċ.). Ara: Hall J., Giovannini E., Morrone A., Ranuzzi G., 2010.

(25)  Giovannini, E., 2007, Statistics and Politics in a Knowledge Society, OECD, STD/DOC(2007)2, 29 ta’ Mejju 2007, mislut nhar it-28 ta’ Jannar 2010 minn: http://www.2007oecd.org/dataoecd/39/53/41330877.pdf.

Giovannini, E. 2009, Measuring Society's Progress: A key issue for policy making and democratic governance, mislut nhar it-28 ta’ Jannar 2010 minn: http://www.oecd.org/dataoecd/6/34/41684236.pdf.

(26)  COM(2011) 211 final.

(27)  Huwa għalhekk li fis-Sistema Statistika Ewropea nħoloq l-Isponsorship Group dwar il-Kejl tal-Progress, il-Benesseri u l-Iżvilupp Sostenibbli, li għandu l-mandat li jikkoordina l-attività marbuta ma’ din il-kwistjoni u li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-kummissjoni Stiglitz, Sen u Fitoussi, filwaqt li jikkunsidra b'mod adegwat l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020.

(28)  Għal aktar tagħrif dwar din il-kwistjoni, ara l-Konferenza tal-KESE dwar id-demokrazija parteċipattiva “Id-demokrazija parteċipattiva għall-ġlieda kontra l-kriżi tal-fiduċja Ewropea. Ara wkoll: The Citizen's Handbook (http://www.vcn.bc.ca/citizens-handbook) u l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (http://www.citizens-initiative.eu/) – kampanja li tippromovi d-drittijiet parteċipattivi taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

(29)  Ħafna drabi fl-analiżi tad-dinamiki tad-demokrazija parteċipattiva ssir distinzjoni bejn il-proċessi minn fuq għal isfel (top-down) u dawk minn isfel għal fuq (bottom-up). Fiż-żewġ każi, ir-referenza għall-interazzjoni bejn żewġ livelli ta’ organizzazzjoni u teħid ta’ deċiżjonijiet (li ma jinsabux fil-forom tad-demokrazija diretta) twassal biex id-demokrazija parteċipattiva tissejjes fuq id-djalogu u l-proċessi u tiġi applikata bl-aħjar mod fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti. L-għan hawnhekk li ż-żewġ proċessi jiltaqgħu flimkien.

(30)  The well-being of nations: the role of human and social capital, OECD, Pariġi, 2001.

(31)  Citizens as partners, Information, consultation and public participation in policy-making, PUMA (Public Management Service), OECD, Pariġi, 2001.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/21


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Kosovo”

2012/C 181/05

Relatur: is-Sur SIBIAN

F'ittra tat-22 ta’ Settembru 2011, il-Kummissarju Maroš Šefčovič u l-Kummissarju Štefan Füle talbu lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iħejji opinjoni esploratorja dwar

Ir-rwol tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Kosovo

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'145 vot favur, 5 voti kontra u 13-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

L-opinjoni esploratorja tal-KESE dwar ir-rwol tas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Kosovo tqis ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Din l-opinjoni tinkludi sett ta’ rakkomandazzjonijiet li huma indirizzati kemm lill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll lill-awtoritajiet tal-Kosovo. Il-KESE jinsab lest jappoġġja l-azzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li għandhom l-għan li jsaħħu r-rwol tas-soċjetà ċivili fil-Kosovo kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn l-UE u s-soċjetà ċivili tal-Kosovo.

1.1   Il-KESE jappella lill-gvern tal-Kosovo jieħu miżuri adatti għall-moviment sigur u liberu tal-minoritajiet etniċi fit-territorju kollu bħala prekondizzjoni għar-rikonċiljazzjoni u l-fiduċja reċiproka.

1.2   Il-Kummissjoni Ewropea għandha taħdem flimkien mal-gvern tal-Kosovo u l-organizzazzjonijiet tal-mezzi tax-xandir fil-pajjiż sabiex tappoġġja l-libertà tal-mezzi tax-xandir u l-professjonalizzazzjoni tal-ġurnaliżmu.

1.3   Il-KESE jħeġġeġ lill-gvern tal-Kosovo jikkonsulta lis-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali fit-tfassil ta’ strateġija nazzjonali għall-iżvilupp ekonomiku. Il-gvern tal-Kosovo u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jagħtu l-ogħla prijorità lill-inklużjoni taż-żgħażagħ u n-nisa fis-suq tax-xogħol. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-appoġġ għall-iżvilupp rurali, l-agrikoltura sostenibbli u l-għaqdiet tal-bdiewa.

1.4   Il-KESE għandu jgħin fit-tisħiħ tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Kosovo billi jinvolvi lilu nnifsu mal-atturi soċjali ewlenin u billi jaqsam l-għarfien u l-kompetenza tiegħu. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi wkoll appoġġ qawwi lill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Kosovo. Il-gvern tal-Kosovo għandu jiżgura linja baġitarja speċifika għall-funzjonament tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Kosovo.

1.5   Il-KESE jirrakkomanda lill-Ministeru tax-Xogħol tal-Kosovo jwaqqaf mekkaniżmu trasparenti u ġust għall-finanzjament tal-inizjattivi tal-imsieħba soċjali.

1.6   Għad li l-istatus tal-Kosovo jżommu milli jkun firmatarju tal-Konvenzjonijiet tal-ILO, il-gvern tal-Kosovo għandu jallinja l-leġislazzjoni u l-prattiki tiegħu magħhom.

1.7   Fil-fehma tal-KESE, huwa obbligatorju li r-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali jieħdu sehem fit-twaqqif ta’ Kunsill Nazzjonali inklużiv għall-Integrazzjoni Ewropea.

1.8   Il-gvern tal-Kosovo għandu jsaħħaħ l-infurzar tal-liġi dwar l-aċċess liberu u sigur għall-informazzjoni pubblika.

1.9   Fil-kuntest tat-tnedija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kosovo Kontra l-Korruzzjoni fi Frar 2012, il-KESE jesprimi t-tama tiegħu li s-soċjetà ċivili tiġi provduta b'mezzi ġenwini biex tkun tista' tagħti kontribut effettiv għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

1.10   Il-gvern tal-Kosovo għandu jikkunsidra l-Qafas Strateġiku mħejji mis-soċjetà ċivili u joħloq il-qafas legali u istituzzjonali għal djalogu strutturat u l-involviment tagħha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-Assemblea tal-Kosovo għandha tiżviluppa pjattaforma istituzzjonali li tkun tista' tippermetti djalogu regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

1.11   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħti iktar appoġġ għall-ħolqien ta’ netwerks tas-soċjetà ċivili fil-Kosovo bil-għan li jitħaffef id-djalogu mal-awtoritajiet u jkun hemm konnessjoni mal-pjattaformi eżistenti tas-soċjetà ċivili Ewropea.

1.12   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tappoġġja lill-gvern tal-Kosovo fl-iżvilupp ta’ qafas legali u fiskali li jwassal għal sostenibbiltà fit-tul għas-soċjetà ċivili fil-Kosovo. Il-gvern tal-Kosovo għandu joħloq mekkaniżmi trasparenti ta’ finanzjament pubbliku għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda li l-gvern tal-Kosovo jistabbilixxi Fond tal-Istat għas-Soċjetà Ċivili.

1.13   Il-KESE jirrakkomanda li l-finanzjament disponibbli tal-KE għas-soċjetà ċivili skont l-IPA jkun ibbilanċjat bejn dawk li jippromovu d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u dawk li jippromovu l-iżvilupp soċjoekonomiku. Is-sejħat għal proposta taħt l-IPA għandhom jiġu ppjanati b'tali mod li jkunu jistgħu jiġu evitati l-lakuni fil-finanzjament.

1.14   Il-Kummissjoni Ewropea għandha tqis il-possibbiltà li tidentifika modi biex tiffaċilita l-aċċess tal-organizzazzjonijiet iżgħar tas-soċjetà ċivili għall-programmi tagħha u li tappoġġja l-inizjattivi iktar fit-tul.

1.15   Il-Kummissjoni Ewropea għandha ssib soluzzjonijiet sabiex tiffaċilita l-aċċess tal-imsieħba soċjali għall-fondi allokati għas-soċjetà ċivili taħt l-IPA. Jistgħu jinħolqu programmi speċifiċi għall-imsieħba soċjali taħt il-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili (Civil Society Facility – CSF). It-trade unions jistgħu jeħtieġu li jkollhom programmi mmirati taħt l-IPA li jippermettulhom isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom.

1.16   Il-KESE jappoġġja bil-qawwa l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali fid-definizzjoni tal-prijoritajiet nazzjonali għall-assistenza tal-IPA.

1.17   Il-KESE jikkonferma l-interess u r-rieda tiegħu li flimkien mal-Kummissjoni Ewropea jippresedi s-sessjonijiet plenarji tas-soċjetà ċivili li jsiru darba fis-sena fi ħdan id-Djalogu tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

2.   Kuntest tal-opinjoni

2.1   Atturi esterni fil-Kosovo

2.1.1   Fis-17 ta’ Frar 2008, l-Assemblea tal-Kosovo ddikjarat l-indipendenza. L-awtoritajiet tal-Kosovo wegħdu li jimplimentaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-Proposta ta’ Status Komprensiv (PSK) ta’ Ahtisaari u adottaw Kostituzzjoni ġdida li tirrifletti dan l-impenn. L-Assemblea stiednet lill-Unjoni Ewropea tapplika l-missjoni għall-istat tad-dritt tagħha (EULEX). Hija stiednet ukoll grupp ta’ Stati (1) biex iwaqqfu l-Uffiċċju Ċivili Internazzjonali għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ Ahtisaari. Ir-Rappreżentant Ċivili Internazzjonali għandu s-setgħa li jwarrab il-leġislazzjoni u d-deċiżjonijiet ikkunsidrati kuntrarji għall-PSK ta’ Ahtisaari.

2.1.2   Bi preżenza li tnaqqset b'mod gradwali, il-KFOR, il-preżenza militari mmexxija min-NATO, qed tkompli tipprovdi s-sigurtà madwar il-Kosovo, filwaqt li l-Pulizija tal-Kosovo ħadet ir-responsabbiltà għall-ħarsien tal-maġġoranza tas-siti kulturali u reliġjużi u l-biċċa l-kbira tal-fruntieri.

2.1.3   F'Lulju 2020, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja adottat l-opinjoni konsultattiva tagħha dwar l-indipendenza tal-Kosovo u sabet li d-dikjarazzjoni tal-indipendenza ta’ dan l-Istat ma kinitx tikser il-liġi internazzjonali.

2.2   L-approċċ tal-UE fil-Kosovo

2.2.1   22 mis-27 Stat Membru tal-UE rrikonoxxew l-indipendenza tal-Kosovo, iżda n-nuqqas ta’ kunsens Ewropew dwar l-istatus tal-Kosovo ma jimpedix lill-UE milli tieħu impenn fil-Kosovo. Il-livell ta’ impenn mal-awtoritajiet tal-Kosovo tal-ħames Stati li ma jirrikonoxxux l-indipendenza tiegħu – Ċipru, il-Greċja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u Spanja – ivarja.

2.2.2   Il-Kosovo jagħmel parti mill-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u ta’ Assoċjazjoni (PSA), iżda għadu l-uniku pajjiż fir-reġjun li ma għandu l-ebda relazzjoni kuntrattwali mal-UE, status li jipprekludih milli jiffirma Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA). Fl-2010-2011, fi ħdan id-Djalogu dwar il-PSA, saru tmien laqgħat (seba' laqgħat settorjali segwiti minn waħda plenarja), inklużi konsultazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dwar il-kapitoli ewlenin tal-acquis tal-UE.

2.2.3   B'konformità mar-Riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kosovo li għaddiet f'Settembru 2010, f'Marzu 2011 ingħata bidu għal djalogu ffaċilitat mill-UE bejn Belgrad u Pristina. Dan id-djalogu għandu l-għan li jsib soluzzjonijiet prattiċi dwar il-kooperazzjoni, il-kummerċ reġjonali, il-libertà ta’ moviment u l-istat tad-dritt (ara 3.3).

2.2.4   F'Lulju 2010, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni dwar il-Kosovo sabiex iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jsaħħu l-approċċ komuni tagħhom lejn il-Kosovo. Il-Parlament Ewropew saħaq li l-prospett tal-adeżjoni mal-UE huwa inċentiv qawwi għar-riformi meħtieġa fil-Kosovo u appella għal passi prattiċi sabiex din il-possibbiltà ssir iżjed tanġibbli kemm għall-gvern kif ukoll għaċ-ċittadini. F'Jannar 2012, il-Kummissjoni Ewropea tat bidu għad-djalogu tal-liberalizzazzjoni tad-djalogu mal-Kosovo.

2.2.5   Il-Kosovo jibbenefika mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA), l-Istrument għall-Istabbiltà (IfS), u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), u sorsi oħra ta’ finanzjament. Barra dan, il-Kosovo qed jipparteċipa fil-programmi multibenefiċjarji tal-IPA. Id-dokument ta’ ppjanar indikattiv multiannwali għall-2011-2013 ġie adottat fis-27 ta’ Ġunju 2011. Fl-2011, ammont totali ta’ EUR 68,7 miljun mogħti fil-programm annwali tal-IPA għall-2011 ġie allokat b'koordinazzjoni mill-qrib mal-Ministeru għall-Integrazzjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tal-gvern. L-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni mal-UE qiegħda tiffoka fuq appoġġ għall-istat tad-dritt, l-ekonomija, il-kummerċ u l-industrija, u għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika.

2.3   Attivitajiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rigward is-soċjetà ċivili fil-Kosovo

2.3.1   It-tkabbir tal-UE u l-progress li sar mill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent sabiex jersqu eqreb lejn is-sħubija mal-Unjoni Ewropea huma waħda mill-prijoritajiet ta’ relazzjonijiet esterni tal-KESE. Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni żviluppat għodod effiċjenti sabiex tilħaq l-għanijiet ewlenin tagħha biex tappoġġja s-soċjetà ċivili fil-Balkani tal-Punent u ttejjeb il-kapaċità tagħha li tkun imsieħba tal-gvernijiet fi triqthom lejn l-adeżjoni mal-UE.

2.3.2   Il-Grupp ta’ Kuntatt tal-Balkani tal-Punent – korp intern permanenti mwaqqaf mill-KESE fl-2004 – huwa l-istrument ewlieni għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-KESE f'dan ir-rigward. Ir-rwol tal-Grupp ta’ Kuntatt huwa wkoll li jissorvelja l-bidliet fis-sitwazzjoni politika, ekonomika u soċjali fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent. Barra minn hekk, il-Grupp ta’ Kuntatt jippromovi l-kooperazzjoni bejn il-KESE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Balkani tal-Punent.

3.   Żviluppi politiċi fil-Kosovo

3.1   Fatti u ċifri ewlenin dwar il-Kosovo

3.1.1   Sa tmiem l-2011, il-Kosovo ġie rikonoxxut minn 86 Stat Membru tan-NU, inklużi 22 Stat Membru tal-UE.

3.1.2   Il-Kosovo, b'popolazzjoni ta’ madwar 2 miljuni, huwa wieħed mill-ifqar pajjiżi fl-Ewropa. Il-Bank Dinji jistima li l-Prodott Domestiku Gross (PDG) per capita huwa ta’ EUR 1 760. Skont l-aħħar data disponibbli tal-2006 huwa stmat li 45 % tal-popolazzjoni qed jgħixu taħt il-livell nazzjonali tal-faqar, filwaqt li 17 % huma estremament foqra. Għandu dijaspora kbira u waħda mill-aktar popolazzjonijiet żagħżugħa fl-Ewropa.

3.1.3   L-Albaniżi jikkostitwixxu 90 % tal-popolazzjoni, is-Serbi 6 % u l-Bożnijaċi, it-Torok, ir-Roma, l-Ashkali u l-Eġizzjani flimkien jikkostitwixxu l-4 % li jifdal mill-popolazzjoni. Il-maġġoranza Albaniża u l-minorità mhux Serba jaċċettaw lill-Istat tal-Kosovo bħala wieħed leġittimu. Il-parti l-kbira tal-komunità Serba topponi l-istatus ta’ Stat tal-Kosovo. Id-distakk soċjali bejn l-Albaniżi tal-Kosovo u s-Serbi tal-Kosovo għadu sinifikanti. Is-Serbi tal-Kosovo għadhom iżommu awtonomija de facto b'saħħitha fil-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż. Fil-partijiet l-oħra tal-Kosovo, jinsabu kkonċentrati fit-territorji rurali. Minbarra l-motivazzjoni politika, il-lingwa għadha kawża serja tal-iżolament tal-komunità Serba. Is-Serbi tal-Kosovo li jgħixu fit-territorji rurali jsofru minn diskriminazzjonijiet, li jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum tagħhom, u m'għandhomx opportunitajiet ta’ xogħol. L-aċċess tagħhom fuq livell indaqs mal-Albaniżi tal-Kosovo għall-amministrazzjoni u s-servizzi soċjali diversi tal-Kosovo, bħal sptar, huwa prekarju. Il-libertà tal-moviment tagħhom fit-territorju tal-Kosovo huwa limitat fil-prattika. Il-popolazzjoni Serba qed tkompli titlaq mill-Kosovo.

3.1.4   Fit-Tramuntana tal-Kosovo u fil-parti l-kbira taż-żoni b'popolazzjoni Serba, l-istituzzjonijiet paralleli fil-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, il-ġustizzja u s-servizzi soċjali ilhom jiffunzjonaw sa mill-1999. Huma jirċievu għajnuna mis-Serbja u fil-parti l-kbira tagħhom huma taħt il-kontroll tagħha. Parti kbira mis-Serbi tal-Kosovo għadhom jibbojkottjaw l-elezzjonijiet nazzjonali u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Kosovo, b'mod partikolari fit-Tramuntana. Fil-bqija tal-pajjiż, is-Serbi tal-Kosovo pparteċipaw iżjed fl-elezzjonijiet u huma rrappreżentati fl-istituzzjonijiet lokali u nazzjonali (inklużi l-gvern u l-Assemblea). Proċess ta’ deċentralizzazzjoni li jipprevedi l-ħolqien ta’ muniċipalitajiet ġodda li fihom il-minoritajiet etniċi jkunu jistgħu jikkostitwixxu maġġoranza b'iktar setgħat muniċipali ġie bbojkottjat fil-muniċipalitajiet b'maġġoranza Serba.

3.2   Ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien

3.2.1   Mill-pajjiżi ġirien kollha, il-Kosovo għandu l-aħjar relazzjonijiet mal-Albanija. L-Albanija kienet u għadha attiva ħafna fil-ksib tar-rikonoxximenti għall-Kosovo u tipprova tinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-gvern (lobbying) sabiex il-Kosovo jiġi inkluż fl-inizjattivi reġjonali.

3.2.2   Il-Kosovo għandu relazzjonijiet tajba wkoll ma’ Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Id-demarkazzjoni tal-fruntiera tlestiet u ġew stabbiliti relazzjonijiet diplomatiċi tajba.

3.2.3   Il-Kosovo u l-Montenegro qablu li jkomplu l-proċess ta’ demarkazzjoni tal-fruntieri mal-Montenegro. Il-Montenegro kien talab li l-minorità Montenegrina tiġi rikonoxxuta b'mod kostituzzjonali fil-Kosovo qabel ma ż-żewġ pajjiżi jiskambjaw l-ambaxxaturi u titkompla d-demarkazzjoni. Il-komunità Montenegrina hija rikonoxxuta mil-Liġi dwar il-Komunitajiet u ż-żewġ pajjiżi huma mistennija li jistabbilixxu relazzjonijiet diplomatiċi fil-futur qarib.

3.2.4   Is-Serbja u l-Bosnja-Ħerzegovina huma l-uniċi pajjiżi ġirien li miegħu il-Kosovo ma għandu l-ebda relazzjonijiet politiċi formali. Ir-relazzjonijiet ekonomiċi għadhom asimetriċi għax filwaqt li s-Serbja hija l-ikbar esportatur lejn il-Kosovo, sa dan l-aħħar, il-Kosovo ma setax jesporta lejn dan il-pajjiż. L-UE qiegħda taġixxi bħala medjatur għan-negozjati tekniċi bejn Pristina u Belgrad. L-aġenda tan-negozjati mas-Serbja tinkludi l-iżblukkar tal-kummerċ mal-Kosovo, l-użu tal-ispazju tal-ajru fuq is-Serbja, it-tranżitu tal-passiġġieri b'passaporti tal-Kosovo jew vetturi b'reġistrazzjoni tal-Kosovo u l-parteċipazzjoni tal-Kosovo f'fora reġjonali. Fl-aħħar ta’ Frar 2012, il-Kosovo u s-Serbja waslu għal ftehim dwar il-kooperazzjoni reġjonali u l-ġestjoni tal-qsim tal-fruntiera.

3.3   Kwistjonijiet attwali

3.3.1   Għad hemm tensjonijiet fir-relazzjonijiet interetniċi minħabba l-instabbiltà tal-Kosovo tat-Tramuntana u minħabba li l-minorità Serba tal-Kosovo u s-Serbja jirrifjutaw li jaċċettaw l-indipendenza tal-Kosovo u l-istituzzjonijiet ġodda tagħha. Hemm ukoll gruppi ta’ Albaniżi tal-Kosovo li ma jaċċettawx is-sorveljanza internazzjonali tal-indipendenza tal-Kosovo.

3.3.2   Fl-aħħar ta’ Lulju 2011, is-sitwazzjoni marret għall-agħar fil-Kosovo tat-Tramuntana meta l-Kosovo ddeċieda li jimponi embargo fuq il-prodotti Serbi bħala ritaljazzjoni għall-ibblukkar min-naħa tas-Serbja tal-prodotti mill-2008 għal raġunijiet tan-nuqqas ta’ rikonoxximent tat-timbru tad-“Dwana tal-Kosovo”. L-iskjerament unilaterali tal-pulizija tal-Kosovo f'żewġ punti ta’ kontroll fuq il-konfini tat-Tramuntana mas-Serbja wasslu għall-vjolenza, li rriżultat fil-mewt ta’ uffiċjal tal-pulizija tal-Kosovo. Il-kalma reġgħet lura bl-għajnuna tal-KFOR, il-preżenza militari mmexxija min-NATO.

3.3.3   F'Settembru 2011, il-kwistjoni tat-timbri tad-dwana ssolviet fil-kuntest tad-djalogu bejn Belgrad u Pristina bil-medjazzjoni tal-UE. L-implimentazzjoni tal-ftehim wasslet għal imblokki mifruxa sew fit-Tramuntana u seħħew ukoll xi inċidenti vjolenti. Fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Kosovo, fl-aħħar ta’ Settembru s-Serbja waqqfet il-parteċipazzjoni tagħha fid-djalogu bil-medjazzjoni tal-UE msemmi hawn fuq, u reġgħet ingħaqdet mal-mejda tan-negozjati biss f'Novembru 2011.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika fil-Kosovo

4.1   Il-qagħda attwali wara l-konflitt

4.1.1   B'rata uffiċjali ta’ iżjed minn 40 %, il-Kosovo għandu l-ogħla rata ta’ qgħad fir-reġjun li hija ferm ogħla mill-medja tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, din id-data għandha tiġi kkunsidrata b'kawtela bħala iktar baxxa mir-realtà, fil-kuntest tas-settur informali kbir tal-ekonomija tal-Kosovo. Ir-rata ta’ qgħad hija ogħla fost in-nisa u qiegħda taffettwa b'mod partikolari l-popolazzjoni żagħżugħa. Madwar 30 000 żgħażugħ u żgħażugħa jidħlu fis-suq tax-xogħol kull sena, rata li mhix possibbli li tiġi sostnuta bit-tkabbir ekonomiku attwali. Il-faqar huwa wkoll kwistjoni kritika, b'madwar 20 % tal-popolazzjoni li qed jgħixu b'inqas minn euro kuljum.

4.1.2   L-ekonomija fil-parti l-kbira għadha tiddependi fuq ir-rimessi u l-għajnuna fil-forma ta’ donazzjonijiet. L-ekonomija tal-Kosovo hija affettwata mill-inċertezzi ta’ wara l-gwerra, konnessjonijiet kummerċjali li ġew interrotti u investiment insuffiċjenti fl-infrastruttura. Appoġġjat minn sforz enormi ta’ emerġenza u rikostruzzjoni mmexxi minn għajnuna fil-forma ta’ donazzjonijiet internazzjonali, it-tkabbir ekonomiku laħaq iż-żewġ ċifri fl-ewwel snin tas-seklu 21. Iżda dan it-tkabbir wera li mhuwiex sostenibbli minħabba defiċit kummerċjali kbir ħafna u nuqqas ta’ investiment barrani dirett (IBD). L-ammont ta’ investiment barrani nett fil-Kosovo sa mill-2007 naqas kontinwament minn 19 % għal 7,1 % tal-PDG. Is-settur informali huwa kbir, u l-ġbir tat-taxxi huwa fqir.

4.1.3   Minkejja li l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali kellha impatt relattivament żgħir fuq l-ekonomija, minħabba l-integrazzjoni internazzjonali limitata tal-Kosovo, l-effetti negattivi tagħha ġew trażmessi l-iżjed permezz ta’ tnaqqis fir-rimessi, l-esportazzjoni u l-IBD.

4.1.4   Fil-parti l-kbira tagħha l-ekonomija tal-Kosovo hija bbażata fuq is-settur tas-servizzi (68 %), filwaqt li oqsma oħra għandhom sehem relattivament baxx: l-industrija (20 %, u l-agrikoltura (12 %). Il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tal-Kosovo jgħixu f'żoni rurali. L-attivitajiet agrikoli huma frammentati fi plottijiet żgħar li b'hekk iwasslu għal biedja ta’ sussistenza fil-biċċa l-kbira ineffiċjenti. Din is-sitwazzjoni qed iżżomm lura wkoll l-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili f'saħħitha u rappreżentattiva li taħdem fuq kwistjonijiet ta’ agrikoltura u żvilupp rurali.

4.1.5   Il-korruzzjoni għadha mifruxa ħafna u qed ikollha influwenza qawwija fuq il-prospetti ta’ tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Fl-Indiċi Trasparenti tal-Perċezzjonijiet dwar il-Korruzzjoni Internazzjonali, il-Kosovo huwa kklassifikat fil-post numru 110, u huwa evalwat bħala wieħed mill-iżjed pajjiżi korrotti fl-Ewropa.

4.1.6   Il-gvern m'għandux strateġija nazzjonali għall-iżvilupp ekonomiku, li għandha titfassal b'konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u atturi oħra tas-soċjetà ċivili.

5.   L-istat u r-rwol attwali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

5.1   Id-djalogu soċjali

5.1.1   Huwa stmat li n-numru totali ta’ membri tat-trade unions huwa madwar 60 000. Is-sħubija fil-unions tas-settur pubbliku hija għolja ħafna, fejn huwa stmat li 90 % tal-uffiċjali pubbliċi jagħmlu parti minn trade union (2). Issa li l-liġi tippermetti t-twaqqif ta’ trade unions fis-settur privat, it-twaqqif tagħhom f'livell ta’ intrapriża hija l-isfida ewlenija għat-trade unions fil-perjodu li ġej. L-istħarriġ jindika li 5,09 % tal-popolazzjoni jiddikjaraw l-affiljazzjoni tagħhom ma’ trade union (3).

5.1.2   Fil-Kosovo, il-Liġi tax-Xogħol, li daħlet fis-seħħ f'Diċembru 2010, ġiet ikkunsidrata bħala waħda mil-liġijiet l-iżjed importanti li qatt għaddew (4). Saru ħafna konsultazzjonijiet dwar l-abbozz ta’ din il-liġi, prinċipalment bejn l-għaqdiet ta’ dawk li jħaddmu u t-trade unions, iżda wkoll bl-involviment tal-kumitat tal-assemblea speċjalizzat u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-liġi ġiet approvata b'mod unanimu fl-aħħar sessjoni plenarja tat-tielet perjodu leġislattiv, fl-istess jum tax-xoljiment tal-assemblea minkejja oppożizzjoni ripetuta mill-gvern ikkonċernat bil-piż baġitarju għoli tagħha. It-trade unions heddew li jibbojkottjaw il-proċess ta’ elezzjoni jekk il-liġi ma tiġix approvata.

5.1.3   Il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-Kosovo (KES) twaqqaf fl-2009. Sa mit-twaqqif tiegħu l-attività tiegħu ġiet imfixkla mill-oppożizzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Kosovo u l-Union tat-Trade Unions Indipendenti tal-Kosovo (BSPK) għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet oħra ta’ min iħaddem (Alleanza tan-Negozju tal-Kosovo) u t-trade unions (Konfederazzjoni tad-Trade Unions Ħielsa tal-Kosovo – KSLK). Minkejja n-nuqqas ta’ ftehim intern, il-KES xorta waħda kellu l-laqgħat regolari tiegħu.

5.1.4   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-Kosovo m'għandux il-kapaċità u r-riżorsi biex jopera b'mod effettiv.

5.1.5   L-Imsieħba Soċjali m'għandhomx rwol importanti fil-Proċess ta’ Integrazzjoni Ewropea u l-Proċess ta’ Żvilupp Ekonomiku. Il-gvern tal-Kosovo għandu joħloq bażi legali adegwata sabiex iżid ir-rwol u r-rappreżentanza tal-imsieħba soċjali fil-proċessi msemmija hawn fuq.

5.1.6   Il-Ministeru tax-Xogħol bħalissa qed jiffinanzja l-proġetti tal-imsieħba soċjali iżda ma nħoloq l-ebda kriterju u regola ta’ proċedura.

5.2   Id-djalogu ċivili

5.2.1   L-oriġini tas-soċjetà ċivili fil-Kosovo jmorru lura għall-aħħar tas-snin tmenin u l-bidu tas-snin disgħin, wara l-waqgħa tal-Komuniżmu fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Minħabba s-sitwazzjoni speċifika ħafna fil-Kosovo f'dak iż-żmien, is-soċjetà ċivili żviluppat lilha nnifisha bħala parti importanti minn sistema parallela sħiħa u reżistenza ċivili għar-reġim Serb. L-għajnuna umanitarja u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-movimenti ċiviċi b'appoġġ wiesa' mis-soċjetà kienu l-oqsma ewlenin tal-attivitajiet tas-soċjetà ċivili. Wara l-bojkott tal-istituzzjonijiet Serbi min-naħa tal-popolazzjoni Albaniża kollha fil-Kosovo u n-nuqqas ta’ servizzi soċjali u tas-saħħa, is-soċjetà ċivili stabbiliet lilha nnifisha bħala l-fornitur ewlieni tas-servizzi (5).

5.2.2   Wara l-gwerra, is-soċjetà ċivili malajr adattat lilha nnifisha sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet il-ġodda, bħall-għajnuna ta’ emerġenza u r-rikostruzzjoni, jew ir-rikonċiljazzjoni bejn il-gruppi etniċi. Fil-kuntest ta’ appoġġ finanzjarju u tekniku fuq skala kbira mid-donaturi internazzjonali, in-numru ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (Civil Society Organisations – CSO) żdied b'mod sostanzjali. Bħalissa, madankollu, minn iżjed minn 6 000 NGO irreġistrata fl-2010, huwa stmat li inqas minn 10 % għadhom attivi jew parzjalment attivi (6).

5.2.3   Bħalissa, s-CSO fil-Kosovo qed jiffaċċjaw sfidi simili għal pajjiżi oħra fir-reġjun (7) billi l-biċċa kbira tas-settur għadha tiddependi fuq il-finanzjament internazzjonali (huwa stmat li iktar minn 70 % tar-riżorsi tas-CSO jiġu minn donaturi barranin). Għadaqstant, is-CSO saru mmexxija iktar mid-donaturi u jirreaġixxu inqas għall-bżonnijiet tal-komunità filwaqt li s-sostenibbiltà tagħhom hija dubjuża f'kuntest ta’ nuqqas ta’ fondi internazzjonali għas-soċjetà ċivili fil-futur. Minflok, is-CSO qed jiffaċċjaw problema ta’ leġittimità billi r-rabta tagħhom mal-kostitwenzi tagħhom iddgħajfet.

5.2.4   Ħafna donaturi bdew jirtiraw mill-Kosovo u l-ammont globali ta’ fondi disponibbli għas-soċjetà ċivili qed jonqos. Id-dominanza ta’ appoġġ ibbażat fuq proġetti fuq perjodu qasir meta mqabbla mal-appoġġ istituzzjonali fuq perjodu twil ifisser li huwa diffiċli ħafna li jintlaħaq il-kompitu ta’ sostenibbiltà tar-riżorsi finanzjarji u umani tas-CSO (8).

5.2.5   F'Diċembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea ħadet impenn li jintlaħaq ftehim dwar il-parteċipazzjoni tal-Kosovo fil-programmi tal-UE, mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-istatus tiegħu. F'dan ir-rigward, kemm il-KE kif ukoll il-Gvern tal-Kosovo għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu involuti fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ proġetti speċifiċi.

5.2.6   Il-problemi minħabba r-rikonoxximent internazzjonali tal-Kosovo għandhom impatt dirett fuq ir-rabtiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili tal-Kosovo. Numru ta’ netwerks internazzjonali u bbażati fl-UE ma jaċcettawx membri mill-Kosovo. Minkejja dawn l-ostakli, is-soċjetà ċivili tal-Kosovo hija rrappreżentata fi pjattaformi u forums reġjonali u Ewropej differenti u tgawdi minn esponiment internazzjonali ogħla minn dik ta’ kwalunkwe settur ieħor tal-pajjiż. Il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-Kosovo fi programmi reġjonali għandha tiġi faċilitata.

5.2.7   Il-Kostituzzjoni tal-2008 tħares il-libertà tal-espressjoni u tal-istampa, b'eċċezzjonijiet għad-diskorsi li jipprovokaw ostilità etnika. Is-soċjetà ċivili ġeneralment tikkunsidra lilha nnifisha bħala ħielsa li tikkritika l-gvern, u ftit CSO jirrappurtaw restrizzjonijiet illeġittimi jew attakki min-naħa tal-gvern lokali jew ċentrali. Minkejja dan, jeżistu rapporti ta’ mezzi tax-xandir qrib il-gvern li jintużaw kontra l-inizjattivi tas-soċjetà ċivili u individwi li jikkritikaw il-gvern. Minkejja li fil-Kosovo hemm varjetà wiesgħa ta’ mezzi tal-istampa u elettroniċi, il-ġurnaliżmu investigattiv huwa rari minħabba l-biża' ta’ kastig bi tpattija. Id-dipendenza finanzjarja tal-mezzi tax-xandir fuq ir-reklami tal-gvern tqajjem dubji dwar l-indipendenza editorjali tagħhom.

5.2.8   Il-liġi fundamentali dwar l-NGOs tippermetti proċedura ta’ reġistrazzjoni malajr u faċli u tiżgura l-prinċipji ewlenin għat-twaqqif, l-operat u x-xoljiment tal-NGOs. Il-qafas legali komplementari għas-soċjetà ċivili huwa kkunsidrat bħala wieħed li mhuwiex sodisfaċenti: l-organizzazzjonijiet ta’ benefiċċju pubbliku għandhom benefiċċji limitati ħafna, jeżistu ftit eżenzjonijiet minn taxxi għad-donaturi potenzjali u l-proċessi ta’ djalogu ċivili għadhom ma ġewx ifformalizzati. Hemm bżonn liġijiet dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), id-dwana, it-taxxa fuq id-dħul korporattiv u t-taxxa fuq id-dħul personali sabiex jiġu speċifikati l-benefiċċji fiskali għall-NGOs bi Status ta’ Benefiċċju Pubbliku. Il-filantropija lokali għadha fil-fażi tal-bidu tagħha. Hemm bżonn tibdil fil-kultura korporattiva sabiex l-għotjiet filantropiċi jkollhom impatt ġenwin. Hemm ħtieġa kbira għal ambjent li joħloq possibbiltajiet għas-sostenibbiltà finanzjarja tal-NGOs – li jippermetti lill-NGOs jaċċedu għal fondi pubbliċi permezz ta’ leġislazzjoni dwar l-isponsorship, it-taxxa fuq id-dħul korporattiv, u t-taxxa fuq id-dħul personali.

5.2.9   Il-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili għandha t-tendenza li tkun limitata għal parir dwar l-inizjattivi leġislattivi, filwaqt li t-tentattivi tas-CSO sabiex isolvu l-problemi relatati mat-trasparenza u l-korruzzjoni jirnexxu inqas. L-aċċess għal informazzjoni għadu jikkostitwixxi ostaklu għall-kooperazzjoni bejn l-NGOs u l-gvern, prinċipalment minħabba infurzar dgħajjef tal-Liġi dwar l-Aċċess għad-Dokumenti Pubbliċi.

5.2.10   Mhuwiex qed iseħħ djalogu formali bejn is-soċjetà ċivili u l-gvern. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tappoġġja lill-gvern tal-Kosovo sabiex toħloq strutturi formali għall-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi u korpi regolari għal konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili u għandhom jinħatru u jitħarrġu uffiċjali pubbliċi sabiex iservu bħala kuntatti ta’ kollegament mas-CSO.

5.2.11   Wara sforzi min-naħa tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-gvern beda jfassal l-Istrateġija għal kooperazzjoni bejn il-gvern u s-soċjetà ċivili. Dan il-proċess jinsab fl-istadju bikri tiegħu u huwa kkoordinat mill-Pjattaforma CiviKos, netwerk tas-soċjetà ċivili.

5.2.12   Ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu speċifiku sabiex il-gvern jagħmel kuntratti mas-soċjetà ċivili u l-ebda qafas legali li jirregola l-għażla għall-ftit għotjiet tal-gvern li jingħataw lill-NGOs, li qed jingħataw fuq preferenzi pjuttost personali. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi assistenza teknika lill-gvern tal-Kosovo għall-ħolqien ta’ mekkaniżmi bħal dawn.

5.2.13   Mingħajr dispożizzjonijiet regolatorji ċari li jipprovdu inċentivi għall-voluntiera, huwa estremament diffiċli għall-NGOs li jattiraw individwi jew gruppi għall-volontarjat. Il-mudelli Ewropej ta’ leġislazzjoni fil-qasam tal-volontarjat jistgħu jiġu rrakkomandati lill-gvern tal-Kosovo.

5.2.14   Fil-qasam tal-ħarsien ambjentali, il-kooperazzjoni bejn il-gvern u s-soċjetà ċivili għandha tissaħħaħ u s-CSO għandhom jiġu kkonsultati u involuti b'mod strutturat fit-tfassil tal-politika u d-dibattiti pubbliċi.

6.   L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-Kosovo u l-IPA

6.1   Aċċess għall-fondi tal-IPA

6.1.1   Bejn l-1998 u l-2009, l-għajnuna tal-KE lill-Kosovo laħqet total ta’ iżjed minn EUR 2,3 biljun, inkluż il-finanzjament tal-missjoni EULEX, l-RSUE u l-Uffiċċju Ċivili Internazzjonali. L-imsieħba ewlenin tal-kooperazzjoni bilaterali tal-Kummissjoni Ewropea kienu l-Ġermanja, l-Isvizzera, in-Norveġja, l-Isvezja (Sida), il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit (DFID) u l-USAID.

6.1.2   Skont id-Dokument Multiannwali tal-Ippjanar Indikattiv għall-2009-2011, li ġie adottat mill-Kummissjoni Ewropea fl-2009, ġew identifikati erba' kwistjonijiet trasversali ewlenin li għandhom jiġu indirizzati fil-Kosovo: is-soċjetà ċivili, l-ambjent, l-opportunitajiet indaqs u l-governanza tajba. Il-finanzjament tal-IPA qed isegwi 3 linji prinċipjali: l-appoġġ għall-kisba ta’ kriterji politiċi, kriterji ekonomiċi u standards Ewropej.

6.1.3   Bħala l-aktar donatur li għandu influwenza f'termini tal-ammont ta’ għajnuna u l-kategoriji ta’ finanzjament tagħha, l-UE għandha l-potenzjal li tiddetermina l-enfasi tal-aġendi u l-assistenza li jippromovu d-demokrazija. Dan ifisser ukoll li l-effettività tal-intervent tal-Kummissjoni hija xprun kruċjali ta’ kif l-għajnuna internazzjonali fil-Kosovo hija meqjusa u leġittimizzata.

6.1.4   Skont il-kriterji politiċi, il-finanzjament tal-IPA jappoġġja t-titjib tal-kapaċità amministrattiva u l-bini ta’ istituzzjonijiet fil-Kosovo, l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-ħarsien tal-minoritajiet Serbi u minoritajiet oħra, u jikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-mezzi tax-xandir pubbliċi permezz tas-semplifikazzjoni tal-kwistjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-programmi kollha. Għall-perjodu 2009-2011, 2 sa 5 % tal-għajnuna totali lill-Kosovo ġiet allokata għall-appoġġ tas-soċjetà ċivili.

6.1.5   Minkejja li l-finanzjament tal-Unjoni Ewropea lis-soċjetà ċivili baqa' dejjem jiżdied, proċeduri ta’ applikazzjoni burokratiċi u kumplessi u ammonti minimi ta’ għotjiet relattivament għoljin jeskludu l-parti l-kbira tal-organizzazzjonijiet milli jibbenefikaw minn dawn il-fondi. L-istess kundizzjonijiet wessgħu d-differenza bejn is-CSO l-kbar u dawk żgħar. Il-lingwa u t-teknikalità tal-applikazzjonijiet għadhom ostakoli għall-aċċess tas-CSO komunitarji u dawk ta’ livell lokali għall-finanzjament tal-UE.

6.1.6   Il-finanzjament tal-KE disponibbli għas-soċjetà ċivili huwa mmirat iktar lejn l-attivitajiet li jippromovu d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u inqas lejn dawk li jippromovu l-iżvilupp soċjoekonomiku.

6.1.7   Taħt l-assistenza tal-IPA, m'hemm l-ebda inizjattivi min-naħa tal-imsieħba soċjali appoġġjati u lanqas programmi mmirati li jippermettulhom isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom.

6.1.8   Għad hemm tħassib dwar il-kapaċità limitata tal-awtoritajiet tal-Kosovo li jassorbu l-fondi tal-IPA. Il-gvern għandu jinvolvi lis-CSO fid-definizzjoni tal-prijoritajiet għall-assistenza tal-IPA.

6.1.9   Meta jitqies li djalogu strutturat bejn is-CSOu l-gvern huwa nieqes fil-Kosovo, il-KESE jilqa' l-pjani tal-Kummissjoni Ewropea għall-finanzjament ta’ proġetti fl-2012 li ser iwaqqfu netwerks ta’ CSO bil-għan li jiffaċilitaw id-djalogu mal-awtoritajiet.

6.1.10   Il-KESE jirrakkomanda li s-sejħiet għal proposti taħt l-IPA jiġu ppjanati b'mod li jkunu jistgħu jiġu evitati l-lakuni fil-finanzjament.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, in-Norveġja, il-Polonja, is-Slovenja, l-Isvizzera, l-Isvezja, it-Turkija, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti tal-Amerika.

(2)  Kushtrim, Shaipi (2011), Annual Review 2010 on Labour Relations and Social Dialogue in South East Europe: Kosovo, Regional Project for Labour Relations and Social Dialogue in South East Europe, Friedrich Ebert Stiftung, Jannar 2011.

(3)  Better Governance for a Better Impact. A Call for Citizens, The CIVICUS Civil Society Index Analytical Country Report for Kosovo, Kosovar Civil Society Foundation (KCSF), Marzu 2011.

(4)  Il-Liġi tax-Xogħol: l-implimentazzjoni tagħha fl-ewwel sitt xhur, is-Sommarju ta’ Politika tal-GAP, l-Istitut għall-Istudji Avvanzati GAP, Settembru 2011.

(5)  Governanza Aħjar għal Impatt Aħjar. A Call for Citizens, The CIVICUS Civil Society Index Analytical Country Report for Kosovo, Kosovar Civil Society Foundation (KCSF), Marzu 2011.

(6)  Governanza Aħjar għal Impatt Aħjar. A Call for Citizens, The CIVICUS Civil Society Index Analytical Country Report for Kosovo, Kosovar Civil Society Foundation (KCSF), Marzu 2011.

(7)  The 2010 NGO Sustainability Index for Central and Eastern Europe and Eurasia, United States Agency for International Development (USAID).

(8)  Better Governance for a Better Impact. A Call for Citizens, The CIVICUS Civil Society Index Analytical Country Report for Kosovo, Kosovar Civil Society Foundation (KCSF), Marzu 2011.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/28


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-politiki tal-iżvilupp u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea” (opinjoni esploratorja)

2012/C 181/06

Relatur: is-Sur ZUFIAUR NARVAIZA

F’ittra tal-20 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jħejji opinjoni esploratorja dwar

Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-politiki tal-iżvilupp u tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’167 vot favur, 15-il vot kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   F’sitwazzjoni fejn il-kriżi ekonomika, ekoloġika u soċjali qed jikkundizzjonaw il-ġejjieni tal-umanità, il-KESE jqis li huwa prijoritarju li jintlaħaq kunsens bejn l-atturi differenti tal-kooperazzjoni dwar kunċetti komuni tat-tip ta’ żvilupp li jrid jiġi promoss (1).

1.2   Sabiex il-kooperazzjoni tkun effikaċi, huwa essenzjali li jkun hemm koerenza bejn il-politiki tal-UE kollha u dik tal-iżvilupp. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) għandhom jiġu mħeġġa wkoll iżidu u jtejbu l-koordinazzjoni u l-koerenza ma’ dawn il-politiki.

1.3   L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bi dritthom, huma atturi prinċipali tal-iżvilupp, u għaldaqstant, għandhom jagħmlu parti prinċipali wkoll mill-politiki ta’ kooperazzjoni. Għandhom jiġu involuti fid-definizzjoni, l-applikazzjoni u s-segwitu tal-politiki u l-programmi ta’ kooperazzjoni u jkunu fost il-korpi strateġiċi li permezz tagħhom isir il-finanzjament.

1.4   Il-KESE jippromovi kollaborazzjoni ta’ natura iktar strateġika bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, permezz ta’ djalogu politiku, ftehimiet qafas u mekkaniżmi ta’ kanalizzazzjoni ta’ fondi aktar effettivi.

1.5   Il-Kummissjoni Ewropea u l-gvernijiet kollha għandhom jappoġġjaw il-Prinċipji ta’ Istanbul għall-effikaċja tal-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

1.6   L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandu jkollhom aktar rikonoxximent f’arranġamenti ġodda ta’ kooperazzjoni bħall-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni trijangolari.

1.7   Il-politiki tal-kooperazzjoni u l-iżvilupp, speċjalment dawk Ewropej, għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi u d-diversità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll l-esperjenza tagħhom mal-pajjiżi msieħba.

1.8   F’dinja globalizzata, hemm bżonn li tiġi rikonoxxuta n-natura dinjija ta’ wħud mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u li jittieħed vantaġġ mill-potenzjal tagħhom bħala atturi globali.

1.9   Hemm bżonn li jiġi introdott tibdil fis-sistema tal-għoti ta’ fondi Ewropej għall-iżvilupp permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Hemm bżonn jiġu introdotti b’mod urġenti, fost affarijiet oħra, modalitajiet bħall-“ftehimiet qafas”, is-sussidji operattivi, is-sussidji kaskata (cascading subsidies), il-konvenzjonijiet multiannwali, il-fondi ta’ emerġenza jew l-implimentazzjoni tal-“kaxxa tal-għodda” (tool box) definita fid-Djalogu Strutturat. Fil-fehma tal-KESE, in-netwerks, il-federazzjonijiet jew konfederazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu d-destinatarji prinċipali ta’ dawn il-modalitajiet ta’ finanzjament.

1.10   L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandu jingħatalhom ambjent favorevoli sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom fil-pajjiżi kollha. Dan ifisser ir-rispett ta’ prinċipji bażiċi bħall-libertà tal-assoċjazzjoni, tal-espressjoni, ta’ għaqda u ta’ azzjoni. Dan l-għan għandu jkun inkorporat fil-politiki pubbliċi ta’ kooperazzjoni.

1.11   Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili għandha tkun komponent reali ta’ governanza u, għaldaqstant, tiġi adottata mill-UE bħala kriterju ta’ azzjoni fir-relazzjoni tagħha mal-pajjiżi msieħba.

1.12   Filwaqt li jilqa’bi pjaċir l-involviment tal-awtoritajiet lokali fil-politika ta’ żvilupp tal-UE (2), il-KESE jemmen li, minkejja l-ħtieġa ta’ komplementarjetà u kooperazzjoni, it-tagħqid tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-awtoritajiet lokali fil-kuntest tal-politiki tal-kooperazzjoni u l-iżvilupp joħloq konfużjoni kunċettwali u diffikultajiet funzjonali.

1.13   L-involviment tas-settur privat fil-politiki ta’ żvilupp huwa essenzjali biex dawn isaħħu l-impatt tagħhom. Madankollu, irid jiġi evitat li din tkun skuża biex jitnaqqas il-kontribut pubbliku jew li s-sehem tas-settur privat, jew ta’ kwalunkwe settur ieħor, iwassal għall-istabbiliment ta’ “kundizzjonalitajiet” ġodda għall-proġetti ta’ kooperazzjoni. Għandu wkoll jiġi stabbilit qafas, ibbażat fuq standards internazzjonali definiti diġà, għall-involviment effettiv ta’ kwalunkwe settur u li jkun jaqbel mal-għanijiet tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

1.14   Iridu jiżdiedu l-mekkaniżmi għat-trasparenza u l-obbligi ta’ rendikont tal-kooperazzjoni, inklużi dawk li jaffettwaw l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll dawk għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

1.15   L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jinvolvu wkoll il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja, previst fit-Trattat ta’ Lisbona, fil-politika ta’ żvilupp.

1.16   L-attivitajiet internazzjonali tal-KESE fuq tul ta’ żmien twil ikkontribwixxew, bħal fil-każ tal-mandat mogħti lill-KESE fil-Ftehim ta’ Cotonou, għar-rikonoxximent tad-dimensjoni istituzzjonali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Dan kien waħda mill-kwalitajiet fundamentali tal-Ftehim ta’ Cotonou, li kien l-ewwel trattat internazzjonali ffirmat mill-UE fejn ġie rikonoxxut b’mod espliċitu r-rwol essenzjali tal-atturi mhux statali bħala msieħba fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp (3). Huwa importanti immens ukoll li l-Ftehim jistabbilixxi li l-atturi mhux statali ser jirċievu r-riżorsi finanzjarji għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħhom sabiex ikunu jistgħu jaġixxu verament bħala msieħba f’dawn il-ftehimiet. Dan il-mandat iffaċilita l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ AKP-UE, li kien l-ewwel korp konġunt magħmul minn rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, f’dan il-każ tal-pajjiżi tal-AKP, u minn membri tal-KESE u ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp. Ir-rwol tal-Kumitat ta’ Monitoraġġ hu, kif jindika ismu stess, li jwettaq il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Cotonou u tal-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika. Kien ukoll element deċiżiv fl-istabbiliment tal-klawżola tal-iżvilupp sostenibbli. Dan il-metodu ta’ ħidma sar punt ta’ referenza għall-ħidma tal-KESE f’żoni ġeografiċi oħra li ħalla ħafna frott u li kkontribwixxa, pereżempju, għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet organizzattivi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għall-istabbiliment ta’ pjattaformi u ta’ punti ta’ kuntatt mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fid-delegazzjonijiet tal-UE, u biex jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għal fondi tal-UE u s-sehem f’negozjati dwar ftehimiet kummerċjali.

1.17   Il-KESE jemmen li dawn l-esperjenzi għandhom jissodaw u jitwessgħu permezz tal-appoġġ tal-politiki ta’ kooperazzjoni. U billi jwassal leħen għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kbar, jitlob lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jiżgura li d-delegazzjonijiet tal-UE jimpenjaw lilhom infushom bis-sħiħ li jappoġġjawhom, li jagħmlu kuntatti magħhom, isiru jafu dwar l-attvitajiet tagħhom u jappoġġjawhom, kemm jekk ikunu Ewropej kif ukoll minn pajjiżi terzi. Fid-dawl tat-tisħiħ tad-Delegazzjoni tas-Servizz Estern tal-Unjoni, huwa aktar importanti minn qatt qabel li dan l-impenn jiġi adottat bħala ħidma speċifika u vinkolanti u mhux waħda li ssir biss jekk iridu jew fuq bażi volontarja.

1.18   Fil-kuntest tal-deċentralizzazzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea għall-iżvilupp, il-KESE jemmen li jista’ jikkoopera b’mod effettiv ħafna mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fid-djalogu tad-delegazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali. Dan għaliex, minn naħa, il-KESE huwa l-kontroparti Ewropea tal-korpi konsultattivi differenti li qegħdin jinħolqu fil-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika (Cariforum), ftehmiet kummerċjali (Korea t’Isfel), ftehimiet ta’ assoċjazzjoni (Amerika Ċentrali, Ċilì) u ftehmiet oħrajn. U min-naħa l-oħra, minħabba r-relazzjonijiet eżistenti u stabbli li l-KESE għandu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u l-istituzzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, mill-kontinenti kollha u, speċjalment, fil-pajjiżi tal-AKP, tal-Amerika Latina u tal-Mediterran (4).

1.19   Il-KESE jtenni l-importanza li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jippromovu s-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni taċ-ċittadini tal-UE dwar il-kooperazzjoni f’dan iż-żmien ta’ kriżi li jista’ jnessi l-impenji li jkunu ttieħdu rigward il-politika tal-iżvilupp. Għal dan il-għan għandhom jingħataw mezzi suffiċjenti b’linja baġitarja speċifika bil-kundizzjoni li jkun hemm salvagwardji suffiċjenti rigward it-trasparenza u r-responsabbiltà.

2.   Prinċipji u għanijiet ġenerali

2.1   Fl-aħħar għaxar snin, l-Unjoni Ewropea tat attenzjoni dejjem ikbar lid-djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, ir-Rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, kif ukoll id-“Djalogu Strutturat”, wessgħu l-ambitu u l-firxa tad-djalogu b’mod li fih bħalissa qed jipparteċipaw, fost oħrajn, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-KESE, l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili: fosthom organizzazzjonijiet tat-trejdjunjins, koperattivi u organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, organizzazzjonijiet tal-bdiewa, konsumaturi, organizzazzjonijiet tan-negozju, pjattaformi tal-NGOs u organizzazzjonijiet imsieħba tal-pajjiżi msieħba.

2.2   Madankollu, minkejja dawn l-avvanzi u l-impenji internazzjonali (5), il-perċezzjoni ġenerali hija li għadhom retoriċi ħafna u li l-progress prattiku huwa ħafna inqas. F’ħafna pajjiżi, kemm pajjiżi donaturi kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għadhom qed jiffaċċjaw diffikultajiet kbar u l-ħidma tagħhom iddeterjorat. Dan huwa l-każ, pereżempju, tal-organizzazzjonijiet tat-trejdjunjins li jsibu diffikultajiet biex jaċċessaw l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp fil-pajjiżi donaturi, filwaqt li l-aċċess huwa limitat jew xejn fil-pajjiżi msieħba, kemm f’dak li jirrigwarda r-riżorsi kif ukoll fid-djalogu politiku. B’mod ġenerali, l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għar-rwol tagħhom bħala atturi tal-iżvilupp huma mheddin (il-miżuri li dan l-aħħar ġew adottati mill-gvern taż-Żimbabwe huma eżempju ta’ dan).

2.3   Il-KESE jemmen li rikonoxximent akbar u aħjar tar-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jirrikjedi l-aċċettazzjoni ta’ grupp ta’ kriterji, prinċipji u valuri fil-politiki tal-iżvilupp u tal-kooperazzjoni.

2.4   L-ewwel nett, hija fundamentali l-ħtieġa li jkun hemm konverġenza bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili nnifishom, u bejn dawn u l-istituzzjonijiet Ewropej, dwar x’nifhmu bi żvilupp. Dan l-objettiv huwa estremament neċessarju u urġenti f’kuntest fejn iltaqgħu tliet kriżijiet: dik ekoloġika (tibdil fil-klima, telf tal-bijodiversità, eċċ.), dik soċjali (żieda fl-inugwaljanzi, eċċ.) u dik ekonomika (il-qgħad, il-prekarjetà tax-xogħol, id-dominanza tal-finanzi fuq l-ekonomija reali, eċċ.). Dawn it-tliet kriżijiet wasslu għar-raba’ waħda: il-kriżi alimentarja. Id-data li turi l-profondità ta’ dawn il-kriżijiet – li jaffettwaw lil xulxin – tindika li l-futur ta’ kulħadd jinsab fil-periklu. U li l-uniku mod biex jiġu minimizzati d-danni hija qabża kwalitattiva fid-dimensjonijiet tal-ugwaljanza, il-kooperazzjoni u l-kura. L-iżvilupp, għaldaqstant, ma jistax jinftiehem bħala sinonimu ta’ tkabbir ekonomiku, u l-prosperità u l-progress ma jistgħux jitqiesu bħala ħaġa waħda mal-indikaturi tal-PDG.

2.5   Il-KESE jkompli jqis li, bla ħsara għall-ħtieġa li ssir riforma tal-kriterji ta’ implimentazzjoni tagħhom, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija waħda mill-istrumenti essenzjali sabiex isir avvanz fl-iżvilupp, speċjalment għall-iżvilupp tal-pajjiżi l-aktar fqar.

2.5.1   F’dan is-sens, il-KESE jtenni l-ħtieġa li jiġu mwettqa l-impenji fil-qasam tal-finanzjament tal-iżvilupp li ttieħdu fuq skala internazzjonali, li għandhom jibqgħu jkunu irrevokabbli għall-pajjiżi donaturi u, b’mod partikolari, għall-Unjoni Ewropea. Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija politika pubblika fil-pajjiżi donaturi, ibbażata fuq prattiki tajbin, li għandu jkollha r-riżorsi neċessarji sabiex tiġi mwettqa.

2.5.2   Il-KESE jtenni li, kif stabbilit fit-Trattat ta’ Lisbona, għandha tiġi żgurata l-koerenza bejn il-politika għall-koooperazzjoni u l-iżvilupp u l-politiki l-oħra - tal-kummerċ, tal-investiment u finanzjarja. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jiġu mħeġġa wkoll iżidu u jtejbu l-koordinazzjoni u koerenza ma’ dawn il-poltiki.

2.6   Matul l-aħħar għaxar snin saru bidliet importanti fil-qasam tal-kooperazzjoni. Fost dawn kien hemm il-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-kooperazzjoni trijangolari. Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tan-netwerks tagħhom għandhom jirċievu rikonoxximent akbar f’dawn il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni ġodda.

2.7   Bl-istess mod, uħud mill-mezzi ta’ kanalizzazzjoni tal-fondi biex itejbu s-sjieda, bħall-appoġġ baġitarju, kellhom effett ta’ marġinalizzazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi msieħba. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li tingħata prominenza adwegwata lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indiġeni fis-sjieda demokratika u fil-programmi tematiċi, inkluż l-aspett finanzjarju.

2.8   Il-preżenza tal-KESE f’diversi assoċjazzjonijiet strateġiċi tal-UE (pereżempju mal-Brażil u maċ-Ċina), ir-rikonoxximent tar-rwol tiegħu fil-ftehimiet internazzjonali bħal dak ma’ Cotonou u s-sehem tiegħu fil-programmi dinjin, bħar-Rio+20, iwasslu għall-konklużjoni li l-KESE għandu jkun involut fil-programmi tematiċi tal-politika tal-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-UE.

2.9   Il-kunsens milħuq fil-livell internazzjonali u espress fid-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi, l-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Accra (AAA) u l-Forum ta’ Livell Għoli ta’ Busan huma passi rilevanti fit-tfassil tal-effikaċja tal-għajnuna. Madankollu, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jemmnu li għandhom jiġu estiżi wħud mill-kriterji u l-kunċetti ta’ dawn id-dokumenti: pereżempju, dak li hu mfisser bi sjieda, armonizzazzjoni, allinjament, ġestjoni tar-riżultati, responsabbiltà reċiproka, effikaċja tal-għajnuna. Djalogu bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet Ewropej għandu jwassal għal definizzjoni li taqbel aktar ma’ dawn il-kriterji.

2.10   L-għan huwa li tiġi indirizzata l-effikaċja tal-għajnuna permezz ta’ approċċ ibbażat fuq il-komponenti differenti tal-kunċett tad-drittijiet tal-bniedem u li tiġi valutata abbażi tal-kontribut tagħha għat-tnaqqis tal-faqar u l-inugwaljanza u, anke, fil-perspettiva li tintemm id-dipendenza mill-għajnuna nnifisha.

2.11   L-approċċi tal-organizzazzjonijiet differenti u d-dikjarazzjonijiet internazzjonali juru li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma atturi tal-iżvilupp fihom infushom  (6). Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-gvernijiet kollha jappoġġjaw il-Prinċipji ta’ Istanbul għall-effikaċja tal-iżvilupp tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

2.12   Il-politiki tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi u d-diversità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Xi eżempji tal-firxa wiesgħa ta’ forom li jistgħu jieħdu l-kontributi tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-iżvilupp, appoġġjati minn politiki xierqa ta’ kooperazzjoni huma: il-valur miżjud għall-iżvilupp li tista’ tikkontribwixxi NGO ddedikata għall-ħarsien tal-ambjent jew tad-drittijiet tal-bniedem; trejdjunjin li tipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema, id-distribuzzjoni ewlenija tal-ġid permezz ta’ negozjar tal-pagi u protezzjoni soċjali tal-ħaddiema; koperattiva agrikola li taffettwa direttament is-suffiċjenza u s-sovranità alimentari; assoċjazzjoni tal-immigranti bil-kontribut tagħha għall-iżvilupp; jew, organizzazzjoni ta’ min iħaddem jew ta’ dawk li jaħdmu għal rashom, bil-kontribut deċiżiv tagħhom għall-ħolqien ta’ nisġa ta’ produzzjoni u tal-ħolqien ta’ impjiegi. Il-KESE jqis li hu essenzjali li l-politiki tal-iżvilupp u tal-kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet pubbliċi jieħdu vantaġġ mill-potenzjal kollu li din id-diversità tirrappreżenta.

2.13   Il-KESE jitlob li fil-pajjiżi kollha jkun hemm ambjent leġislattiv u istituzzjonali li jagħti s-setgħa u li jiffavorixxi l-eżistenza, l-iżvilupp u s-sehem tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata għandha ssir komponent essenzjali ta’ governanza demokratika (7).

2.14   Il-kollaborazzjoni mas-setturi privati hija essenzjali biex il-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp ikollha impatt sinifikanti. Hemm bżonn li tiġi enfasizzata d-diversità kbira tas-settur privat (inklużi l-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali u l-organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ, flimkien mal-kisbiet il-kbar li jirriżultaw mill-inizjattivi soċjalment responsabbli (responsabbiltà soċjali korporattiva). L-isfida hija kif jiġi massimizzat il-kontribut tagħhom f’termini tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, kif ukoll tas-sigurtà tal-bniedem, f’dinja globalizzata. Madankollu, is-sħubija pubblika-privata jew l-appoġġ unikament privat mill-korporazzjonijiet il-kbar fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp iqajmu ċertu dibattitu dwar kemm dawn is-sħubijiet jistgħu jaffettwaw l-objettivi tal-iżvilupp. Is-sħubija pubblika-privata tista’ tkun strument li jġib flimkien il-programmi ta’ żvilupp tal-imsieħba differenti u l-għodod effikaċi għall-iskambju tal-għarfien u r-riżorsi tal-imsieħba differenti. F’dan is-sens, ikun meħtieġ li jiġi stabbilit qafas għall-kontribut effettiv u responsabbli tas-settur privat, b’konformità mal-istandards internazzjonali diġà miftiehma, bħall-istandards tax-xogħol tal-ILO, il-Linji Gwida għall-Impriżi Multinazzjonali tal-OECD u l-Prinċipji ta’ Gwida dwar l-Impriżi u d-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti. Għandha ssir referenza wkoll għall-inizjattivi internazzjonali ta’ trasparenza bħall-prinċipji tal-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) jew il-Proċess Kimberley dwar il-kummerċ u l-investiment internazzjonali.

2.14.1   Il-parteċipazzjoni tas-settur privat m’għandhiex twassal lanqas għal tnaqqis fil-finanzjament tal-gvernijiet għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, u l-għajnuna, pereżempju, m’għandhiex issir kondizzjonata għall-privatizzazzjoni tas-setturi strateġiċi jew servizzi essenzjali għall-komunità.

2.14.2   Min-naħa l-oħra, b’konfirmità mal-punt 1.13, it-tħeġġiġ tas-sehem tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-sħubijiet pubbliċi-privati huwa ingredjent fundamentali, bl-istess mod bħalma hu r-rwol tal-imsieħba soċjali u tad-djalogu soċjali.

2.15   Iridu jitħeġġu aktar il-mekkaniżmi għat-trasparenza u l-obbligi ta’ rendikont tal-partijiet kollha involuti fil-kooperazzjoni, kif ukoll l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni, għax il-korruzzjoni tagħmel ħafna ħsara lill-appoġġ tal-poplu għall-politiki ta’ kooperazzjoni. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili qegħdin f’pożizzjoni tajba biex jagħmlu dan, fl-aspett doppju tagħhom tal-obbligu li jagħtu rendikont dwar il-kisbiet tagħhom u bħala mekkaniżmi ta’ kontroll soċjali rigward il-kooperazzjoni b’mod ġenerali. L-għanijiet stabbiliti tal-iżvilupp ikunu jistgħu jintlaħqu biss f’każ li tinżamm konnessjoni u interazzjoni materjali maċ-ċittadin.

2.16   F’dinja globalizzata, hemm bżonn li tiġi rikonoxxuta n-natura internazzjonali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u li jittieħed vantaġġ mill-potenzjal tagħhom bħala atturi globali responsabbli. Min-naħa l-oħra, f’dinja multipolari ma tantx għadu jagħmel sens li ssir distinzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar. L-appoġġ għan-netwerks tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għall-pjattaformi ta’ koordinazzjoni tagħhom, għall-mekkaniżmi ta’ federazzjoni tagħhom u għal-livell ta’ affiljazzjoni tagħhom, fost affarijiet oħra, għandu jifforma parti, għaldaqstant, mill-attivitajiet ta’ żvilupp iffinanzjati mid-donaturi u, b’mod speċjali, mill-kooperazzjoni tal-UE.

3.   It-tisħiħ tar-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

3.1   Ir-riżultati tad-Djalogu Strutturat miġbura fid-Dokument Finali tal-Konferenza ta’ Budapest (8) huma kunsiderazzjonijiet u proposti li għandhom relevanza kbira għall-partijiet interessati kollha. Il-KESE jqis li dan id-djalogu għandu jiġi kkonsolidat u li għandu jiġi stabbilit xi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni jew grupp ta’ kuntatt, li jiltaqa’ perjodikament u jirrappreżenta l-komponenti tal-Fondi Ewropej tal-Iżvilupp (EDFs), sabiex tiġi żgurata l-konformità u l-applikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu (9). Dan il-forum għandu jkun ta’ natura politika permanenti(jiddiskuti l-politiki ta’ kooperazzjoni, b’mezzi u strumenti pprovduti mill-Kummissjoni Ewropea) u rappreżentattiv(organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, Kummissjoni, Parlament Ewropew, l-Istati Membri, eċċ.) Il-KESE jqis li minħabba l-mandat istituzzjonali u l-esperjenza tiegħu, għandu jkollu rwol speċifiku f’dan il-forum ta’ djalogu.

3.2   Għandu jiġi żgurat li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jipparteċipaw u jkunu jistgħu jikkontribwixxu fit-tfassil, l-applikazzjoni u s-segwitu tal-politiki ta’ żvilupp. Għal dan il-għan, u biex jissaħħu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi fil-livell globali u tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-organizzazzjonijiet Ewropej, ikun tajjeb li l-UE tanalizza l-possibbiltà li jiġi stabbilit statut legali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropej ibbażat fuq kriterji preċiżi u adottat mill-parteċipanti fid-djalogu strutturat.

3.3   Minn mindu daħal fis-seħħ il-Ftehim ta’ Cotonou, il-KESE qeda rwol ċentrali fit-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tal-atturi mhux statali, l-iżjed minħabba l-mandat li rċieva (10). Fil-prattika, dan ħa l-forma ta’ Kumitat ta’ Monitoraġġ AKP-UE ta’ natura permanenti, seminars reġjonali regolari u l-konferenzi kollha tal-AKP, eċċ, li mal-medda tas-snin ikkontribwixxew b’mod dirett biex jitwettqu l-prinċipji tas-sjieda, it-trasparenza, il-governanza tajba u s-sħubija, li huma integrali għall-Ftehim ta’ Cotonou (11).

3.4   Barra minn hekk, huwa importanti li meta jiġi stabbilit djalogu politiku permanenti fil-livell tal-pajjiż benefiċjarju tiġi meqjusa l-ispeċifiċità ta’ kull attur jew organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili.

3.5   Id-djalogu strrutturat għandu jwassal għal kollaborazzjoni ta’ natura aktar strateġika bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. F’dan is-sens, il-KESE jemmen li hemm il-ħtieġa li jiġu definiti oqfsa ta’ relazzjoni u parteċipazzjoni lil hinn mill-finanzjament tal-proġetti. Bħal, pereżempju, l-implimentazzjoni ta’ “kaxxa tal-għodda” definita fid-Djalogu Strutturat għall-applikazzjoni mhux biss fuq livell lokali – delegazzjoni tal-UE – iżda wkoll dak ċentrali. Dan iwassal għal assoċjazzjoni aktar flessibbli u effettiva bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fuq livell globali.

3.6   Min-naħa tagħhom, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol determinanti biex bl-impetu u t-talbiet tagħhom, tiżdied il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u jiġi promoss l-istabbiliment ta’ patt globali ġdid għal wara l-2015 li fl-aġenda tal-iżvilupp jinkludi wkoll it-tnaqqis tad-diżugwaljanzi, il-protezzjoni soċjali universali, id-distribuzzjoni tal-ġid b’mod ġust u l-protezzjoni tar-riżorsi naturali.

3.7   L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma entitajiet ta’ diversità u eteroġeneità kbira, u dan jista’ jirrikjedi definizzjoni aktar preċiża ta’ x’nifhmu b’organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili. Din id-diversità, l-esperjenza u r-relazzjoni mal-pajjiżi miseħba għandhom jiġu rikonoxxuti fil-qafas tal-kooperazzjoni Ewropea li għandha tieħu vantaġġ minnha, bl-użu tal-potenzjal u l-ispeċifiċitajiet li kull attur jista’ jikkontribwixxi.

4.   Il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-istrumenti u programmi ta’ għajnuna differenti barra mill-UE

4.1   Il-KESE diġà esprima l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-rigward tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (ICD) (12). Barra minn hekk, il-KESE jemmen li s-soċjetà ċivili għandha tintervjeni fir-rigward tal-grupp ta’ strumenti għall-kooperazzjoni skont il-kunsiderazzjonijiet tad-Djalogu Strutturat u kif stabbilit fl-Aġenda għall-Bidla approvata riċentement.

4.2   Skont dak li hu propost fid-Djalogu Strutturat, il-KESE jqis li għandhom jiġu introdotti bidliet fis-sistema tal-għoti ta’ fondi Ewropej tal-iżvilupp permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. L-istrumenti stabbiliti fil-perspettivi finanzjarji 2014–2020 għandhom jipprevedu modalitajiet ġodda lil hinn mill-mekkaniżmi tradizzjonali ta’ sussidju għall-proġetti. Għandhom jiġu introdotti b’mod urġenti, fost affarijiet oħra, arranġamenti bħall-“ftehimiet qafas”, is-sussidji operattivi, is-sussidji kaskata (cascading subsidies) jew il-konvenzjonijiet multiannwali, li huma modalitajiet li, fuq żmien medju jew twil, jiggarantixxu impatt akbar f’termini ta’ żvilupp.

4.3   Bl-istess mod, jaqbel li jiġu stabbiliti fondi speċjali għall-każijiet urġenti, bħal pereżempju, il-proċessi demokratiċi fil-Mediterran, li ma jistgħux jistennew l-approvazzjoni tas-sejħiet għas-sussidji u li jistgħu jitqiegħdu fil-prattika biss b’mod effettiv permezz ta’ netwerking ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili varji, bħat-trejdjunjins, NGOs, organizzazzjonijiet ta’ koperattivi, ta’ negozji żgħar, organizzazzjonijiet tan-nisa, eċċ.

4.3.1   Bl-istess linja ta’ ħsieb, in-netwerks, il-federazzjonijiet jew konfederazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom ikunu d-destinatarji prinċipali ta’ dawn il-modalitajiet ta’ finanzjament. Għalhekk, il-mekkaniżmi bħas-sussidji operattivi jew is-sussidji kaskata jkunu strument tajjeb li jżid il-valur miżjud tan-netwerks tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili involuti fl-iżvilupp.

4.3.2   Fil-qafas tal-Aġenda għall-Bidla, il-kooperazzjoni Ewropea għandha tittratta u terġa’ tiddefinixxi l-mekkaniżmi tagħha ta’ ppjanar u ġestjoni taċ-ċiklu tal-proġetti billi tiffoka fuq aspetti bħall-iżborż aktar fil-ħin tal-fondi u flessibbiltà adattata għaċ-ċirkostanzi. Bl-istess mod, għandha tingħata aktar importanza lill-appoġġ għall-fażijiet ta’ dijanjosi u studju tal-fattibbiltà ta’ azzjonijiet ta’ żvilupp bħala mezz biex jiġi żgurat aħjar is-suċċess ta’ dawn l-azzjonijiet.

4.3.3   Il-mudelli ta’ finanzjament għandhom jinkludu tliet tipi ta’ inċentivi għall-promozzjoni ta’: 1) responsabbiltà dwar ir-riżultati tal-iżvilupp; 2) l-integrazzjoni u l-merġers bejn organizzazzjonijiet u l-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili globali; 3) tipi ġodda ta’ netwerks u alleanzi fost diversi atturi.

4.3.4   It-Trattat ta’ Lisbona jinkorpora dak li jissejjaħ Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja (EVHAC), li bħalissa jinsab fil-fażi pilota f’idejn id-DĠ ECHO, u r-riżultati ta’ din il-fażi pilota għandhom jiġu valutati bir-reqqa qabel ma jitnieda dan il-Korp. Il-KESE huwa konvint mill-potenzjal materjali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jikkanalizzaw l-isforzi tal-volontarjat Ewropew fis-setturi kollha u, speċjalment, fl-iżvilupp. Il-KESE jqis li, abbażi ta’ kriterji definiti b’mod ċar, il-volontarjat għandu jinftiehem bħala kontribut in natura għall-proġetti soġġetti għall-kofinanzjament (13).

5.   It-tisħiħ tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi msieħba

5.1   L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ħafna drabi u f’diversi pajjiżi, iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà politika, istituzzjonali jew ekonomika kbira li jagħmlu l-ħidma tagħhom aktar diffiċli, jew jaġixxu f’kuntesti fejn jiġu mhedda, intimidati jew kriminalizzati. Ta’ sikwit dan huwa r-riżultat ta’ prattiki restrittivi min-naħa tal-gvernijiet. Il-KESE jtenni l-ħtieġa li tiġi inkorporata d-dimensjoni ta’ superviżjoni tal-oqfsa leġislattivi, tal-libertajiet fundamentali u tal-miżuri ta’ appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-politiki ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, kif ukoll regolamenti dwar l-azzjonijiet ta’ żvilupp u kooperazzjoni.

5.2   Il-KESE huwa konxju li l-oqfsa regolatorji dwar l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma differenti ħafna kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi msieħba. Dan m’għandux jimpedixxi l-progress fir-rigward tal-istandards internazzjonali (bħal-libertà tal-assoċjazzjoni, tal-espressjoni, ta’ għaqda, u biex wieħed ikun jista’ jopera f’libertà totali, jikkomunika u jikkoopera, ifittex finanzjament u jirċievi protezzjoni mill-istat) fiċ-ċirkostanzi u l-livelli kollha. Il-preżenza u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mhux biss ma jneħħux il-leġittimità tad-demokrazija rappreżentattiva iżda saħansitra jsaħħuha jekk ikun hemm il-mezzi għat-twettiq tagħha (14). Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili għandha tkun komponent reali ta’ governanza u, għaldaqstant, tiġi adottata mill-UE bħala kriterju fir-relazzjoni tagħha mal-pajjiżi msieħba.

5.3   Id-dimensjoni istituzzjonali, u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet organizzattivi tal-organizzazzjonijiet imsieħba ta’ pajjiżi terzi, jisħoqqilhom rikonoxximent akbar min-naħa tal-kooperazzjoni Ewropea. Lil hinn mill-kapaċità tal-ġestjoni tal-proġetti, il-kontribut għat-tisħiħ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħala tali, jikkontribwixxi għall-iżvilupp integrali tas-soċjetajiet ikkonċernati. Għaldaqstant, għandha tiġi mħeġġa l-kisba u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi msieħba, kemm b’mod ġenerali kif ukoll fil-qasam ta’ proċeduri għall-aċċess għall-finanzjament Komunitarju, inklużi l-proġetti lokali fuq skala iżgħar, jew għall-parteċipazzjoni fin-negozjati ta’ ftehimiet kummerċjali, pereżempju.

5.4   Fl-istess ħin, il-KESE jemmen li l-politika ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE għandha tiddistingwixxi l-organizzazzjonijiet li, minkejja li jsejħu lilhom infushom tas-soċjetà ċivili, ma jkunux demokratiċi jew jiddependu direttament mill-Istati.

5.5   Għandhom jiġi promossi r-raggruppament u r-rikonoxximent legali bħall-korpiijiet ta’ parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi msieħba. Kif ġie propost fil-qafas tal-Ftehim ta’ Cotonou jew fl-Amerika Latina, pereżempju, għandhom jibqgħu jiġu organizzati pjattaformi u netwerks rappreżentattivi fuq diversi livelli sabiex jiġu stabbiliti sinerġiji bejniethom u jitjiebu l-mezzi tagħhom għal relazzjoni mal-entitajiet pubbliċi.

5.6   L-eżistenza ta’ punti fokali jew ta’ persuni ddedikati biss għar-relazzjonijiet mas-soċjetà ċivili fid-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi msieħba rriżultat utli f’ħafna kuntesti differenti. Ir-rwol tagħhom għandu jiġi approfondit filwaqt li tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li janalizzaw is-sitwazzjoni fil-pajjiżi rispettivi u l-promozzjoni tal-kuntatt mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għandha tittejjeb il-koordinazzjoni bejn dawn il-punti fokali u l-KESE sabiex jinsiltu t-tagħlimiet u prattiki tajbin f’dan il-qasam.

5.7   It-tnedija tal-kunċett ta’ sjieda demokratika għandha timxi id f’id mat-twessigħ tal-possibbiltajiet ta’ aċċess għar-riżorsi ta’ kooperazzjoni Komunitarja għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi msieħba, speċjalment għar-raggruppamenti, in-netwerks u l-organizzazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi.

5.8   Fl-istess ħin għandu jsir progress f’forom ġodda ta’ kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex b’hekk jinfetħu mezzi ta’ kooperazzjoni trijangolari, min-Nofsinhar lejn in-Nofsinhar, jew permezz ta’ skambju ta’ know how, assistenza teknika min-naħa tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropej u t-teknoloġija ta’ ġestjoni, pereżempju. Dawn il-forom ġodda ta’ kooperazzjoni jistgħu jkunu rilevanti ħafna għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi bi dħul medju li se jaraw tnaqqis fil-kooperazzjoni tradizzjonali tal-UE, ta’ dawk fejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma ċentrali għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija u għall-promozzjoni tar-rikonoxximent tad-drittijiet taċ-ċittadinanza, it-tnaqqis tad-diżugwaljanzi, il-parteċipazzjoni ċivika, l-ugwaljanza tas-sessi, id-distribuzzjoni fiskali mill-ġdid, it-trasparenza jew il-protezzjoni tad-dispożizzjonijiet ambjentali.

6.   Sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika u l-edukazzjoni għall-iżvilupp

6.1   L-UE żammet ir-rwol tagħha ta’ donatur għall-iżvilupp anke f’perjodi ta’ kriżi ekonomika. It-tkomplija ta’ dan l-impenn hija sfida għall-Istati u l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni. Dan l-impenn, fil-biċċa l-kbira, ser jiddependi fuq l-appoġġ pubbliku u l-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-iżvilupp u l-problemi globali li jaffettwaw il-pajjiżi kollha.

6.2   L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma mezz adattat għall-edukazzjoni għall-iżvilupp u s-sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika. Il-KESE jtenni l-importanza li tingħata attenzjoni lil dan is-suġġett, partikolarment fi żmien ta’ kriżi. L-edukazzjoni għall-iżvilupp teħtieġ approċċi innovattivi biex jirkupraw in-natura tagħha ta’ trasformazzjoni, sabiex iwasslu l-messaġġi tagħha lil gruppi akbar mit-tfal u ż-żgħażagħ. Għaldaqstant, l-innovazzjoni f’dan il-qasam timplika l-istabbiliment ta’ alleanzi b’diversi atturi. Dan huwa rilevanti, b’mod partikolari, fil-pajjiżi li ssieħbu riċentement fl-UE bi tradizzjoni inqas stabbilita ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp u li fihom l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma inqas żviluppati.

6.3   L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Ewropej u l-KESE, minħabba r-rabta tagħhom mas-soċjetà ċivili Ewropea, huma fil-pożizzjoni li jindirizzaw dan il-kompitu ta’ sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika. Huma jistgħu, barra minn hekk, jipprovdu l-kredibbiltà li jiksbu permezz tal-ħidma tagħhom fl-UE mas-setturi soċjali l-aktar differenti, fosthom dawk l-aktar vulnerabbli. Fid-dawl ta’ dan, huwa fundamentali li fost l-għanijiet ta’ sensibilizzazzjoni, tiddaħħal il-viżibbiltà tal-proġetti mwettqa mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi msieħba, jew, fost oħrajn, mal-imsieħba tal-politika ta’ viċinat tal-UE.

6.4   Iż-żamma ta’ linji ta’ finanzjament speċifiċi għal ħidmiet ta’ sensibilizzazzjoni u edukazzjoni għall-iżvilupp u t-twettiq ta’ kampanji Ewropej għat-tixrid ta’ informazzjoni dwar l-iżvilupp u l-kooperazzjoni huma fundamentali f’din il-perspettiva.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 376, 22.12.2011, p. 102-109. Ara l-punt 1.5, relatur: is-Sur Wilms.

(2)  “Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla”, ĠU C 113, 18.4.2012, p. 52-55.

(3)  L-Artikolu 4 tal-Kapitolu 2 tal-Ftehim ta’ Cotonou jistipula li l-UE u l-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-AKP għandhom jinformaw u jikkonsultaw lill-atturi mhux statali dwar il-politiki u l-istrateġiji ta’ kooperazzjoni, u li dawn l-atturi għandhom jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji.

(4)  http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.external-relations-other-continents.

(5)  Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-effiċjenza tal-għajnuna għall-iżvilupp, ta’ Marzu 2005; Forum ta’ Livell Għoli ta’ Accra tal-2008; Prinċipji ta’ Istanbul għall-Iżvilupp (http://www.aideffectiveness.org/busanhlf4/images/stories/hlf4/PrincipiosdeOSC-Estambul-Final.pdf); Qafas Internazzjonali għall-Effiċjenza tal-Iżvilupp tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (http://www.cso-effectiveness.org/IMG/pdf/spanish_framework_for_cso_dev_eff.pdf); Dikjarazzjoni tal-Forum ta’ Livell Għoli ta’ Busán tal-2011.

(6)  L-Artikolu 20 tal-AAA. Konklużjonijiet ta’ Busan tal-1 ta’ Diċembru ta’ din is-sena. Prinċipji ta’ Istanbul.

(7)  Dikjarazzjoni Finali tal-10 Seminar Reġjonali tal-Organizzazzjonijiet Ekonomiċi u Soċjali AKP-UE. 28, 29 u 30 ta’ Ġunju 2009, http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.acp-eu-tenth-regional-seminar-reports.6271.

(8)  https://webgate.ec.europa.eu/fpfis/mwikis/aidco/images/f/fb/Joint_Final_Statement_May_2011.pdf

(9)  Bħal ma jeżistu f’diversi direttorati tal-Kummissjoni Ewropea rigward suġġetti oħra.

(10)  Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jorganizza l-laqgħat ta’ konsultazzjoni u l-laqgħat tal-operaturi ekonomiċi u l-atturi soċjali tal-AKP-UE (Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Cotonou (mhux disponibbli bil-Malti)). Dan il-mandat kien ikkomplementat mit-talba tal-eks-Kummissarju tal-UE għall-Kummerċ, is-Sur Pascal Lamy, li l-KESE jissorvelja n-negozjati dwar il-ftehimiet ta’ sħubija ekonomika. F’dan il-kuntest, il-KESE appoġġja l-inklużjoni tal-kapitoli soċjali u ambjentali fi ħdan il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM u l-ħolqien ta’ kumitat konsultattiv tas-soċjetà ċivili li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika: dan kollu kien inkorporat fil-ftehim ta’ kummerċ finali mar-reġjun. Għalhekk, nistgħu naraw li, fil-fatt, id-dispożizzjonijiet istituzzjonali stabbiliti kemm fil-Ftehim ta’ Cotonou kif ukoll fil-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika mal-Karibew, flimkien mal-mandati mogħtija lill-KESE, saħħew ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

(11)  Għal valutazzjoni kompleta tar-rwol li jaqdu l-atturi mhux statali fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Cotonou, jekk jogħġbok irreferi għad-Dikjarazzjoni Finali tal-11-il Seminar Reġjonali tal-Gruppi ta’ Interess Ekonomiku u Soċjali tal-AKP-UE, l-Etjopja, 2010, http://www.eesc.europa.eu/resources/docs/f_ces6152-2010_decl_en.doc (mhux disponibbli bil-Malti).

(12)  Opinjoni tal-KESE dwar “Strument ta’ Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) tal-Unjoni Ewropea”, ĠU C 44, 11.2.2011, p. 123-128. Opinjoni tal-KESE dwar “Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla”, COM(2011) 637 (għadha mhix ippubblikata fil-ĠU).

(13)  Opinjoni tal-KESE dwar “Il-Komunikazzjoni dwar il-Politiki tal-UE u l-Volontarjat: Ir-Rikonoxximent u l-Promozzjoni fl-UE tal-Ħidmiet Volontarji Transkonfinali” (Ara paġna 150 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(14)  Dak li huwa stabbilit fl-AAA u fil-Forum ta’ Busan jorbot lill-pajjiżi kollha.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

L-479 sessjoni plenarja fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012

21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/35


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva”

COM(2011) 785 finali — 2011/0370 (COD)

2012/C 181/07

Relatur ġenerali: is-Sur FORNEA

Nhar it-30 ta’ Novembru 2011 u nhar il-15 ta’ Diċembru 2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikoli 173(3) u 166(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva

COM(2011) 785 finali – 2011/0370 (COD).

Nhar is-6 ta’ Diċembru 2011, il-Bureau tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew inkariga lill-Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar dan is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu tat-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu 2012) li jaħtar lis-Sur Fornea bħala rapporteur ġenerali u adotta din l-Opinjoni b'168 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   L-industriji kreattivi għandhom jiġu indirizzati billi jintrabtu maċ-ċiklu ġdid ta’ żvilupp industrijali u għandhom jiġu kkunsidrati mhux separatament, iżda f'relazzjoni stretta u interdixxiplinari ma’ servizzi u proċessi oħra ta’ produzzjoni. F'dan il-kuntest, ta’ min iħares lejhom bħala xprun għall-iżviluppi innovattivi fl-industrija u s-settur tas-servizzi.

1.2   Is-setturi kulturali u kreattivi għandhom ikunu fost il-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, peress li jikkontribwixxu għal tip ġdid ta’ tkabbir fl-UE u ta’ min jenfasizza li l-iżviluppi attwali tal-industriji kreattivi qed jintlaqgħu tajjeb fl-Ewropa kollha u m'għandhomx jiġu limitati għal pajjiżi jew reġjuni partikolari.

1.3   Il-Kumitat jisħaq fuq l-importanza li għandhom l-aspetti ekonomiċi fil-Programm Ewropa Kreattiva u jaqbel mal-idea li dan il-Programm għandu jħeġġeġ lill-atturi kollha tas-setturi kulturali u kreattivi sabiex jimmiraw lejn l-indipendenza ekonomika. Madankollu, jidher li l-Programm huwa ffukat wisq fuq l-objettiv ġenerali tal-kompetittività, filwaqt li ma jagħtix biżżejjed viżibbiltà lill-objettiv tal-promozzjoni tad-diversità lingwistika u kulturali fl-Ewropa.

1.4   Il-Kumitat jappoġġja bil-qawwa l-proposta biex jiżdied il-baġit ikkonċernat u jqis li l-pakkett totali ta’ EUR 1,8 biljun allokat lill-Programm Ewropa Kreattiva għandu jinżamm. Dan il-pakkett jirrappreżenta żieda sinifikanti iżda huwa ammont relattivament baxx meta mqabbel mal-baġit tal-UE jew ir-riżorsi li ċerti Stati Membri jimmobilizzaw biex jappoġġjaw l-attivitajiet kulturali.

1.5   L-amalgamazzjoni tal-programmi Kultura u MEDIA tista' tiġi aċċettata kemm-il darba l-komponenti proposti jkunu deskritti b'mod ċar u l-istatus tagħhom ikun iggarantit. Dan jista' jinkiseb jekk, filwaqt li jiġu skjerati skont il-bażi legali, jiġu speċifikati l-persentaġġi li, fil-baġit, jikkorrispondu għal kull element u l-kwoti minimi allokati lilhom. Għal aktar trasparenza u ċarezza, ta’ min jistabbilixxi linji ta’ azzjoni annwali.

1.6   Il-KESE jikkunsidra li s-suċċess tal-Programm Qafas Ewropa Kreattiva jiddependi bil-kbir mir-rabta li ssir bejn it-taqsima MEDIA u t-taqsima Kultura u, fl-istess ħin, mit-tfassil ta’ approċċ trasversali li jikkontribwixxi sabiex jinħolqu linji ta’ azzjoni komuni bejn il-programmi differenti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea (1).

1.7   Il-Kumitat jinnota n-nuqqas ta’ indikazzjonijiet definiti tajjeb fir-rigward ta’ kif il-Kummissjoni beħsiebha tinvolvi r-rappreżentanti tal-partijiet interessati fil-proċeduri ta’ implimentazzjoni. L-Artikolu 7 mhuwiex ċar biżżejjed (2). Ikun jaqbel li l-aċċess għall-finanzjament isir aktar faċli għall-organizzazzjonijiet kollha tal-liġi privata li, billi jwettqu attivitajiet kulturali u kreattivi, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. L-organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali li joperaw f'dan is-settur u l-organizzazzjonijiet l-oħra kollha kkonċernati tas-soċjetà ċivili għandu jkollhom ukoll aċċess għal dan il-mekkaniżmu ta’ faċilitar.

1.8   Hemm bżonn li jiġu ssemplifikati l-proċeduri amministrattivi, billi jiġu żviluppati applikazzjonijiet u proċeduri onlajn, aktar rapidi, biex jassiguraw il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-programmi (3). Jeħtieġ ukoll li jittejbu l-proċeduri u l-kapaċitajiet tekniċi tal-komunikazzjoni, tal-implimentazzjoni u tal-provvista tar-rapporti intermedji u finali, l-istess bħalma hemm bżonn li jiġi żgurat li l-fajls tal-benefiċjarji tas-sussidji tal-Programm jiġu proċessati b'mod aktar effikaċi.

1.9   Peress li r-Regolament jippreżenta format apert u flessibbli, il-komitoloġija proposta ma tiggarantixxix li l-Istati Membri ser ikollhom biżżejjed kontroll fuq il-proċess ta’ implimentazzjoni tal-Programm. Ta' min jimmodifika l-proċeduri tal-kumitati sabiex l-esperti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jiltaqgħu regolarment biex jiddiskutu l-proġetti li jkunu ntgħażlu. Bl-istess mod, għandha tiġi prevista proċedura ssemplifikata sabiex wara valutazzjoni perjodika l-parametri speċifiċi tal-linji ta’ azzjoni jiġu adattati.

1.10   Barra minn hekk, in-natura aperta u flessibbli ta’ dan il-format twassal sabiex il-gwida tal-Programm ikollha importanza partikolari, billi ser tkun hi li tindika b'mod preċiż liema huma l-azzjonijiet li jridu jitwettqu, liema huma l-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni, il-livelli ta’ kofinanzjament, eċċ. Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni sabiex jitfassal b'mod apert u trasparenti u jesprimi l-interess tiegħu sabiex jieħu sehem f'dan il-proċess.

1.11   Il-Kumitat iqis li hemm bżonn li l-Proposta tal-Kummissjoni maħsuba biex tgħaqqad flimkien il-punti ta’ kuntatt tal-Programm Kultura u l-Programm MEDIA fi ħdan l-uffiċċji tal-Programm Ewropa Kreattiva tiġi indirizzata b'mod aktar flessibbli, filwaqt li tikkunsidra r-realtajiet reġjonali speċifiċi tal-Istati Membri. Jenfasizza li huwa importanti li tiġi ppreżervata l-prossimità ġeografika mal-atturi taż-żewġ setturi, kif ukoll li jinżamm għarfien espert separat għat-taqsima Kultura u t-taqsima MEDIA, billi jeżistu differenzi sinifikanti bejniethom f'dak li huma r-realtajiet u l-modi ta’ żvolġiment tal-attivitajiet li jitwettqu fil-qafas rispettiv tagħhom. Il-ħolqien tal-uffiċċji l-ġodda għall-Programm Ewropa Kreattiva għandu jsir abbażi tal-esperjenza li l-punti ta’ kuntatt Kultura u l-uffiċċji MEDIA kisbu s'issa.

1.12   Jekk il-mekkaniżmu finanzjarju propost huwa pass fit-triq it-tajba, dan għandu jingħata pubbliċità, sabiex ikun jista' jinbidel il-mod kif l-istituzzjonijiet finanzjarji jħarsu lejn l-intraprendituri tas-settur kulturali u kreattiv u jivvalutawh. L-istrument għandu jiżgura kopertura ġeografika bilanċjata u l-funzjonament tiegħu m'għandux ikun ta’ ħsara għall-mekkaniżmi ta’ għajnuna f'forma ta’ sussidji.

1.13   Il-proprjetà intellettwali tirrappreżenta fattur ewlieni biex tingħata spinta lill-kreazzjoni u lill-investimenti fil-produzzjoni tal-kontenut kulturali u kreattiv, kif ukoll biex jiġu rimunerati l-kreaturi u jitwessgħu l-possibbiltajiet ta’ impjieg f'dawn l-attivitajiet. F'dan il-kuntest, il-KESE jisħaq fuq l-importanza li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jiġu implimentati b'mod effettiv, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak internazzjonali.

1.14   L-għażla u l-implimentazzjoni tal-proġetti finanzjarji permezz tal-Programm Ewropa Kreattiva għandhom isiru bir-rispett sħiħ tal-prinċipji u l-valuri tal-UE fil-qasam tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u tal-ħaddiema u r-responsabbiltà soċjali. Għandu wkoll jiġi previst mekkaniżmu biex il-vjolenza u d-diskriminazzjoni ma jitħallewx jiżviluppaw fil-proċess tat-twettiq tal-proġetti ffinanzjati permezz ta’ dan l-istrument.

2.   Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament

2.1   Ir-Regolament li qed jiġi diskuss hawnhekk jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva, maħsub biex jappoġġja s-setturi kulturali u kreattivi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Il-Programm għandu jappoġġja biss dawk l-azzjonijiet u attivitajiet li potenzjalment jippreżentaw valur miżjud Ewropew u jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha.

2.2   L-objettivi ġenerali tiegħu huma li jrawwem is-salvagwardja u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika Ewropea, kif ukoll li jsaħħaħ il-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi bil-għan li jiġi promoss it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

2.3   L-objettivi speċifiċi tiegħu jikkonsistu f'dan li ġej:

li jappoġġja l-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej sabiex joperaw b'mod transnazzjonali;

li jippromovi ċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet u l-operaturi kulturali u kreattivi u jilħaq udjenzi ġodda fl-Ewropa u lil hinn;

li jsaħħaħ il-kapaċità finanzjarja tas-setturi kulturali u kreattivi, u b'mod partikolari l-impriżi żgħar u medji u l-organizzazzjonijiet;

li jappoġġja l-kooperazzjoni politika transnazzjonali sabiex irawwem l-iżvilupp tal-politika, l-innovazzjoni, il-bini tal-udjenza u mudelli ġoddatan-negozju.

2.4   Il-Programm għandu l-istruttura li ġejja:

taqsima transettorjali indirizzata għas-setturi kulturali u kreattivi kollha (15 % tal-baġit totali);

taqsima Kultura indirizzata għas-setturi kulturali u kreattivi (30 % tal-baġit totali);

taqsima MEDIA indirizzata għas-settur awdjoviżiv (50 % tal-baġit totali).

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Fl-2008, is-setturi kulturali u kreattivi impjegaw 3,8 % tal-ħaddiema Ewropej u kkontribwixxew għal 4,5 % tal-PDG tal-Unjoni Ewropea. Il-KESE huwa konvint li l-Programm Qafas Ewropa Kreattiva ser jgħin fit-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020 u bħall-Kummissjoni jqis li l-innovazzjoni, il-kreattività u l-kultura għandhom jaqdu rwol essenzjali fl-iżvilupp modern taċ-ċittadin Ewropew u b'hekk jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-intraprenditorija, it-tkabbir intelliġenti u sostenibbli u l-kisba tal-objettivi relatati mal-integrazzjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea.

3.2   Il-fattur politiku li jwassal biex jiġi vvalutat mill-ġdid ir-rwol tal-kultura fil-politiki nazzjonali u Ewropej għandu jiġi ddeterminat mir-relazzjoni kumplessa bejn il-kultura u l-ekonomija, kif ukoll mill-kontribut tal-industriji kulturali u kreattivi għall-iżvilupp tal-Istati Membri, għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u għall-konsolidazzjoni tas-sens ta’ appartenenza għall-ispazju Ewropew. Għalhekk, jeħtieġ li l-programm il-ġdid ta’ għajnuna finanzjarja jirrifletti l-ħtiġijiet tas-setturi kulturali u kreattivi fl-era diġitali, billi jiġi adottat approċċ aktar prammatiku u eżawrjenti.

3.3   Is-settur kulturali mhuwiex omoġenju u jippreżenta għadd ta’ modi partikolari ta’ tħaddim. B'hekk, l-attivitajiet relatati mal-produzzjoni mużikali u diskografika jsegwu mudell ekonomiku speċifiku u jsiru f'ambjent li huwa radikalment differenti minn dak tal-arti tal-ispettaklu. Għaldaqstant, jeħtieġ li bis-saħħa tal-komponenti tiegħu, il-Programm Ewropa Kreattiva jawtorizza approċċi flessibbli, li permezz tagħhom ikun aktar faċli għall-benefiċjarji eventwali tiegħu, kif immirati fil-Proposta għal Regolament, li jkollhom aċċess għalih u li jagħmlu użu effikaċi minnu.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew diġà esprima fehmietu dwar l-industriji kulturali u kreattivi fl-opinjoni li adotta, bl-istess isem, waqt is-sessjoni plenarja tiegħu ta’ Ottubru 2010 u li kellha lis-Sur Cappellini u lis-Sur Lennardt rispettivament bħala relatur u korelatur. Dan it-test kien tfassal fil-kuntest tal-konsultazzjonijiet dwar il-Green Paper dwar “L-esplojtazzjoni tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi”.

4.2   Din l-opinjoni dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva mhijiex ser tittratta mill-ġdid is-suġġetti li kienu diġà ġew indirizzati fl-opinjoni dwar il-Green Paper; minflok, ser tipprova tappoġġja lill-Kummissjoni billi tressaq kummenti diretti dwar it-test li pproponiet fit-23 ta’ Novembru 2011, fid-dokument COM(2011) 785 final.

4.3   L-operaturi attivi f'dawn is-setturi approvaw li l-baġit tal-Programm għola għal EUR 1,8 biljun għall-perjodu 2014-2020, avolja dan it-tkabbir għandu jitqies f'relazzjoni maż-żieda tan-numru ta’ pajjiżi benefiċjarji u t-twessigħ tal-konfini tal-industriji kreattivi li jkopri. Ir-Regolament ma jiddefinixxix b'mod ċar l-espressjoni “industriji kreattivi” u kien ikun opportun li t-test tiegħu jipprovdi aktar informazzjoni preċiża dwar il-kampi ta’ azzjoni li jkopri eżattament, kif ukoll dwar l-atturi kkonċernati.

4.4   L-atturi tas-settur kulturali u awdjoviżiv iqisu l-amalgamazzjoni tal-programmi attwali Kultura 2007-2013, MEDIA u MEDIA MUNDUS fi programm qafas wieħed, li jġib l-isem “Ewropa Kreattiva”, bħala inizjattiva pożittiva u kostruttiva tal-Kummissjoni Ewropea. Madankollu, ta’ min jikkunsidra aktar bir-reqqa l-mod kif ġie traspost kull wieħed minn dawn iż-żewġ elementi, politiki jew proċessi ta’ natura ġenerali, peress li huwa essenzjali li jitqiesu l-karatteristiċi proprji ta’ dawn is-setturi, li jvarjaw b'mod reċiproku mil-lat tal-atturi ewlenin, tal-loġika finanzjarja, tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni.

4.5   L-ewwel nett, il-partijiet interessati tas-settur kulturali ser joqogħdu attenti għat-tipi ta’ finanzjament pubbliku, għall-kundizzjonijiet ta’ aċċess u għall-kriterji ta’ eliġibbiltà previsti fil-Programm. Min dawn il-parametri ser tiddependi ħafna l-intensità tal-impenn tagħhom u tal-appoġġ li ser jagħtu lill-azzjonijiet proposti fil-Programm Qafas il-ġdid.

4.6   Mil-lat professjonali, jidher li s-settur awdjoviżiv jinsab ġeneralment sodisfatt fir-rigward tal-effikaċja tal-Programm MEDIA attwali, kif ukoll fir-rigward tal-politiki l-ġodda previsti fil-Programm Qafas Ewropa Kreattiva. Il-professjonisti tas-settur japprezzaw il-Programm MEDIA għall-għajnuna li joffri u għar-rilevanza tiegħu fis-suq awdjoviżiv. It-taqsima MEDIA tal-Programm Qafas il-ġdid ftit li xejn hija differenti mill-Programm attwali. Madankollu, it-test tar-Regolament il-ġdid jista' jipprovdi aktar informazzjoni preċiża, f'forma ta’ annessi li jidħlu fid-dettall ta’ kull linja ta’ azzjoni kkonċernata, kif ukoll il-baġit previst għat-twettiq ta’ dawn il-linji ta’ azzjoni.

4.7   Il-KESE jilqa' l-inizjattiva li ħadet il-Kummissjoni biex tissemplifika l-proċeduri ta’ ġestjoni tal-Programm Kultura u l-Programm MEDIA bis-saħħa tal-applikazzjoni fuq skala akbar tar-rati fissi, l-użu tal-konvenzjonijiet qafas ta’ sħubija u tal-proċeduri elettroniċi, kif ukoll ir-riforma tal-istrumenti ta’ ħidma tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura.

4.8   Jeħtieġ li jitfasslu miżuri adatti sew biex jiżguraw “kundizzjonijiet indaqs fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej billi jkunu kkunsidrati l-pajjiżi b'kapaċità tal-produzzjoni baxxa u/jew pajjiżi jew reġjuni b'żona ġeografika u lingwistika ristretta”. (4)

4.9   Il-KESE jqis li hemm bżonn li fost il-prijoritajiet jiġu introdotti mill-ġdid miżuri biex jippromovu l-mobbiltà tal-artisti, id-djalogu interkulturali u l-edukazzjoni artistika, kif ukoll biex jikkoordinaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament li qed jiġi diskuss hawnhekk ma’ testi oħra tal-Unjoni Ewropea li jinteressaw lil dawn is-setturi u li jiżviluppaw mekkaniżmi bbażati fuq strumenti li jħeġġu lill-artisti jieħdu sehem f'attivitajiet kulturali jew tours barra minn pajjiżhom.

4.10   Il-Proposta għal Regolament tagħti attenzjoni partikolari għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju u għall-kreaturi meqjusa individwalment. Madankollu, l-organizzazzjonijiet trejdjunjonistiċi jiddispjaċihom li r-Regolament iqis il-kreaturi kulturali, il-persuni u l-intrapriżi kreattivi tas-settur biss bħala sempliċi provvedituri ta’ servizzi u jqisu li teżisti ħtieġa konsiderevoli li l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja jkun soġġett għar-rispett ta’ standards ta’ protezzjoni soċjali li jkunu kapaċi jeliminaw il-fatturi ta’ prekarjetà li spiss jinsabu fil-kuntratti fuq perjodu qasir li jikkaratterizzaw il-proġetti f'dan il-qasam.

Sfidi u dgħufijiet tal-Proposta ġdida għal Regolament

Fil-livell ġenerali:

4.11

Iż-żieda tal-baġit hija aħbar tajba iżda ta’ min jikkunsidra l-aspetti li ġejjin:

iż-żieda tan-numru ta’ pajjiżi benefiċjarji;

l-estensjoni tal-oqsma ta’ finanzjament;

il-ħtiġijiet il-ġodda għat-tranżizzjoni lejn is-soċjetà diġitali;

id-deprezzament monetarju;

il-ħtieġa li nżommu f'moħħna t-tqabbil bejn il-baġit propost fir-Regolament, jiġifieri EUR 1,8 biljun għall-perjodu 2014-2020, u dak li Franza (EUR 7,5 biljun) jew il-Ġermanja (EUR 1,1 biljun) talloka kull sena, kif ukoll il-ħtieġa li dan il-baġit jitqies f'paragun mal-ammont totali tal-baġit Ewropew.

4.12

Id-diversità kbira tal-politiki li jħaddnu l-Istati Membri twassal sabiex minn pajjiż għall-ieħor jinħolqu distorsjonijiet bejn il-partijiet interessati fil-qasam tal-possibbiltajiet ta’ aċċess għall-programmi b'finanzjament pubbliku mmirati lejn is-settur awdjoviżiv u kulturali.

4.13

Rigward l-industriji kreattivi, is-sinerġiji li jeżistu bejn il-programmi dedikati għall-innovazzjoni u l-kompetittività tal-intrapriżi u l-SMEs u l-Programm Ewropa Kreattiva huma dgħajfa, jew saħansitra ineżistenti. Għandha ssir aktar faċli li dawn is-sinerġiji jingħaqdu flimkien permezz ta’ rabtiet aktar stretti bis-saħħa tal-possibbiltajiet li joffri l-iżvilupp tat-teknoloġiji diġitali.

Fil-livell operattiv:

4.14

Il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Programm mill-atturi kkonċernati huma kumplessi ħafna mil-lat amministrattiv u dan iwassal għal spejjeż għoljin ta’ amministrazzjoni li fil-prattika jnaqqsu l-baġit allokat għall-produzzjoni tal-proġetti u għat-tixrid tagħhom.

4.15

Waħda mill-problemi rikurrenti li jqajmu l-partijiet interessati tas-settur u li taffettwa b'mod partikolari l-intrapriżi ż-żgħar tikkonċerna t-tul ta’ żmien meħtieġ biex jinkisbu s-sussidji.

4.16

Rigward il-mekkaniżmu finanzjarju l-ġdid li tfassal sabiex l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju u operaturi oħrajn ikollhom aċċess għall-krediti aktar faċilment, l-użu ta’ dan it-tip ta’ strument finanzjarju mhuwiex komuni fil-qasam kulturali. Jeżisti r-riskju li l-istituzzjonijiet finanzjarji ma jurux interess biex jieħdu sehem, minħabba l-ammonti baxxi kkonċernati, in-nuqqas ta’ għarfien dwar il-problemi speċifiċi tas-settur kulturali u r-rendiment dgħajjef ta’ ċerti tipi ta’ proġetti relatati, li ma jistgħux jeżistu mingħajr għajnuna mill-fondi pubbliċi.

4.17

Il-monitoraġġ operattiv u l-ġestjoni tal-garanziji mogħtija fil-qafas tal-mekkaniżmu finanzjarju jitwettqu mill-Fond Ewropew ta’ Investiment (FEI), li m'għandux għarfien espert speċifiku fil-qasam kulturali.

4.18

Il-Fond ta’ Garanzija ta’ Produzzjoni tal-MEDIA, li tnieda fl-2010 u li għandu għarfien espert rikonoxxut fil-qasam tiegħu, jagħti xhieda tal-ħtieġa ta’ sinerġija akbar bejn l-istrument finanzjarju l-ġdid u l-mekkaniżmi eżistenti (5).

4.19

Teoretikament, hija idea tajba li l-punti ta’ kuntatt Kultura u l-uffiċċji MEDIA jingħaqdu flimkien f'uffiċċju wieħed Ewropa Kreattiva, peress li l-għan ta’ dan l-aġġustament huwa li b'hekk tiġi garantita ċ-ċentralizzazzjoni tal-informazzjoni dwar il-programmi disponibbli u li jinkisbu ekonomiji ta’ skala bis-saħħa tal-mutwalizzazzjoni tar-riżorsi.

4.20

Fil-livell operattiv, huwa possibbli li jinkisbu sinerġiji, l-aktar fil-qasam tal-ġestjoni komuni u l-komunikazzjoni, iżda huwa importanti li wieħed iqis tajjeb li ċerti pajjiżi, bħal Franza jew il-Ġermanja, żviluppaw netwerk ta’ uffiċċji reġjonali li jirriflettu d-diversità kulturali u li l-missjoni tagħhom hi li jippreżervaw relazzjoni mill-qrib mal-atturi lokali. Barra minn hekk, is-settur kulturali u dak awdjoviżiv għandhom attivitajiet bażiċi pjuttost differenti: in-netwerks ta’ produzzjoni u ta’ tixrid tagħhom huma differenti u l-partijiet interessati l-kbar tagħhom jeħtieġu tipi differenti ta’ għarfien espert.

4.21

Minn dan il-lat, ċentralizzazzjoni bħal din jaf ikollha l-effett negattiv li l-kompetenzi jispiċċaw livellati. L-iffrankar miksub b'dan il-mod jaf ikun negliġibbli u ma jiġġustifikax il-modifiki proposti. Nistgħu nqisu wkoll b'ċertu nuqqas ta’ fiduċja l-idea li l-uffiċċji jirċievu l-missjoni addizzjonali li jipprovdu data statistika u li jgħinu lill-Kummissjoni tiżgura komunikazzjoni adegwata u xxandar ir-riżultati u l-impatt tal-Programm mingħajr ma ġew previsti r-riżorsi finanzjarji meħtieġa għal dan il-kompitu.

4.22

Il-modifiki proposti fil-qasam tal-komitoloġija jafu joffendu ċerti sensibilitajiet, peress li l-Kummissjoni qed tipproponi bidliet ta’ proċedura fil-kumitati għall-programmi kollha. Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri ser jitilfu s-setgħa ta’ kodeċiżjoni u ta’ koġestjoni tagħhom għall-benefiċċju tal-Kummissjoni Ewropea u r-rwol tagħhom ser ikun limitat għall-validazzjoni tal-proġetti magħżula minn qabel.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Huma kkonċernati programmi bħal dawk imsemmijin fid-dettall fl-Artikolu 13(1)(b) tal-Proposta għal Regolament.

(2)  It-test tal-Artikolu 7 tal-Proposta għal Regolament jirreferi għall-mekkaniżmu li jiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament “għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju u organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej”.

(3)  Il-proċedura, kif inhi bħalissa, hija waħda diffiċli ħafna, minħabba li d-dokumenti kollha jridu jintbagħtu bil-posta filwaqt li t-tweġibiet kultant idumu tliet xhur jew erbgħa biex jaslu.

(4)  Artikolu 3(2)(d) tal-Proposta għal Regolament.

(5)  Nistgħu nsemmu l-eżempju tal-IFCIC (Institut pour le financement du cinéma et des industries culturelles – Istitut għall-finanzjament taċ-ċinema u tal-industriji kulturali) fi Franza, jew inkella, fi Spanja, l-Audiovisual SGR, organizzazzjoni mwaqqfa fi tmiem l-2005 fuq inizjattiva tal-Ministeru Spanjol għall-Kultura, bil-parteċipazzjoni tal-ICAA (Instituto de la cinematografía y de las artes audiovisuales – Istitut ċinematografiku u tal-arti awdjoviżjivi) u ta’ entitajiet li jiġġestixxu d-drittijiet tal-produtturi ta’ xogħlijiet awdjoviżivi fil-pajjiż.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/40


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew — Taxxa doppja fis-Suq Uniku”

COM(2011) 712 finali

2012/C 181/08

Relatur: is-Sur FARRUGIA

Nhar il-11 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – Taxxa doppja fis-Suq Uniku

COM(2011) 712 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-7 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'135 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 10 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   It-taxxa doppja hija ostaklu serju għall-attività transkonfinali billi ma tippermettix il-funzjonament effikaċi tas-Suq Uniku b'implikazzjonijiet ekonomiċi negattivi fuq l-investiment u l-impjieg. It-taxxa doppja tiskoraġġixxi l-investiment u tipperikola l-kompetittività li b'hekk tinfluwenza negattivament it-tkabbir ekonomiku u l-kisba tal-miri tal-UE2020.

1.2   Permezz ta’ numru ta’ dokumenti ta’ opinjoni, il-KESE saħaq fuq l-importanza tat-tneħħija tat-taxxa doppja. Huwa appoġġa l-proposti mmirati biex jittieħdu iktar malajr il-miżuri sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja kif ukoll it-tisħiħ tas-simplifikazzjoni amministrattiva fis-sitwazzjonijiet transkonfinali, u sabiex jitħeġġeġ suq intern fejn hi prevalenti l-kompetizzjoni ġusta.

1.3   Meta jqis dan, il-KESE huwa favur l-inizjattivi li jridu jneħħu t-taxxa doppja kif stabbilit fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni (1) billi jiġi promoss “interfacing” effiċjenti tar-reġimi fiskali differenti.

1.4   Il-KESE huwa wkoll tal-opinjoni li t-tneħħija tat-taxxa doppja għandha ssir b'mod li hu proporzjonali mal-objettivi meħtieġa u tirrispetta s-sovranità fiskali tal-Istati Membri individwali.

1.5   Il-KESE barra minn hekk huwa wkoll tal-opinjoni li l-kwistjonijiet relatati mat-taxxa doppja għandhom impatt iktar sproporzjonat fuq l-individwi u kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju li normalment m'għandhomx ir-risorsi biex jindirizzaw tali problemi. B'riżultat ta’ dan, filwaqt li l-KESE huwa favur il-komunikazzjoni, jenfasizza li proposti mmirati biex jittrattaw it-taxxa doppja jeħtieġ li jkunu koerenti ma’ miżuri li jittrattaw it-taxxa doppja għaċ-ċittadini kif ukoll li jinkludu soluzzjonijiet għall-individwi u l-SMEs.

1.6   Il-KESE jaqbel li t-twaqqif ta’ Forum tal-UE dwar it-Taxxa Doppja huwa msejjes fuq l-istess prinċipji tal-Forum Konġunt dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment, u li wera kemm huwa effikaċi. Madankollu jipproponi li l-forum jitqies bħala l-ewwel pass lejn it-twaqqif ta’ osservatorju tal-Kummissjoni tal-UE li l-KESE diġà ressaq bħala mezz biex jitneħħew l-ostakli transkonfinali għaċ-ċittadini (2). Lejn it-tmiem, il-funzjonijiet tal-osservatorju jistgħu jiġu estiżi iktar sabiex jinkludu rwol investigattiv dwar l-effikaċja attwali tal-isforzi biex titneħħa t-taxxa doppja għaċ-ċittadini, l-SMEs kif ukoll il-kumpaniji l-kbar.

1.7   Il-KESE jissuġġerixxi li l-Forum tal-UE dwar it-Taxxa Doppja tinkludi wkoll rappreżentazzjoni mis-soċjetà ċivili organizzata.

1.8   Il-KESE jappoġġja wkoll it-tfassil ta’ kodiċi tal-kondotta li jippermetti ftehim komuni u applikazzjoni ta’ kunċetti dwar it-taxxa bejn l-Istati Membri differenti, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ taxxa doppja u jitnaqqsu ċirkustanzi fejn id-DTCs mhumiex effikaċi. Dan iwassal biex jiġi evitat l-arbitraġġ.

1.9   Filwaqt li l-KESE huwa favur l-istudju tal-fattibbiltà ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim effiċjenti, jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-isforzi għandhom ikunu mmirati sabiex jiżguraw użu limitat tal-arbitraġġ.

1.10   Il-KESE huwa favur l-istudju tal-iskala sħiħa tal-fenomenu tal-ebda taxxa doppja u l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tiegħu, kif ukoll dawk li potenzjalment jistgħu jseħħu permezz ta’ miżuri mmirati għat-tneħħija tiegħu.

1.11   Fl-aħħar nett, il-KESE jenfasizza li l-proposti kollha għandhom jiġu vvalutati permezz ta’ valutazzjonijiet ekonomiċi u soċjali bir-reqqa u li dawn għandhom jippreżentaw l-impatti fuq kull Stat Membru.

2.   Kontenut u sfond tal-proposta

2.1   It-taxxa doppja toħloq inċertezza legali li xxekkel l-attività ekonomika taċ-ċittadini u l-kumpaniji. Twassal għal piż ikbar tat-taxxa globali u telf tas-sigurtà soċjali li ma trendix, piż amministrattiv ikbar għalxejn u li jkollu impatt negattiv fuq l-investiment u t-tħaddim tas-Suq Uniku li min-naħa tagħhom jinfluwenzaw b'mod negattiv il-kompetittività u l-impjiegi. Konsultazzjoni mill-Kummissjoni turi s-sinifikat tal-problema tat-taxxa doppja, hekk kif iktar minn 20 % tal-każi rappurtati jiswew 'l fuq minn EUR 1 miljun għall-kontribwenti fiskali korporattivi u iktar minn 35 % tal-każi jiswew 'l fuq minn EUR 100 000 għall-individwi.

2.2   Il-komunikazzjoni (3) mressqa mill-Kummissjoni tenfasizza l-importanza li tiġi affrontata l-problema tat-taxxa doppja (4) sabiex jiġi żgurat li s-Suq Uniku jkun effettiv u li jintlaħqu l-objettivi mniżżla fl-istrateġija Ewropa 2020.

2.3   Il-komunikazzjoni tappella sabiex ikun hemm iktar koordinazzjoni fejn tidħol it-taxxa bħala mezz sabiex jiġi żgurat qafas għall-politika ekonomika iktar b'saħħtu fiż-żona tal-euro. Dan jiġi spjegat fl-Att dwar is-Suq Uniku (5) li jenfasizza l-importanza tat-tneħħija tal-ostakli transkonfinali għaċ-ċittadini tal-UE kif ukoll il-piż tat-taxxa amministrattiva għall-kumpaniji. Dan tal-aħħar attwalment qiegħed jiġi indirizzat permezz tal-proposta tal-Kummissjoni għal bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva (BKKTK) (6). Il-Komunikazzjoni tirreferi wkoll għall-bżonn ta’ netwerk effikaċi għall-Konvenzjonijiet dwar it-Taxxa Doppja bejn l-Istati Membri u l-importanza li jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mat-taxxa doppja fuq il-wirt.

2.4   Il-komunikazzjoni tiffoka fuq li jiġu indirizzati l-ostakoli relatati mat-taxxa doppja u turi li din il-kwistjoni hija saħansitra iktar importanti waqt perjodu ta’ kriżi ekonomika. Il-komunikazzjoni turi li, minn perspettiva dinamika, it-tneħħija tat-taxxa doppja u l-indirizzar tal-ebda taxxa doppja jistgħu jkunu sors ta’ dħul mit-taxxa għall-gvernijiet.

2.5   Il-komunikazzjoni tirrikonoxxi li filwaqt li numru ta’ Stati Membri (MS) diġà qed jindirizzaw il-kwistjoni ta’ taxxa doppja permezz ta’ ftehimiet unilaterali, bilaterali u multilaterali, it-Trattat UE ma jobbligax lill-Istati Membri biex ineħħu t-taxxa doppja.

2.6   Il-komunikazzjoni telenka numru ta’ żoni li ġew esplorati mill-Kummissjoni bħala mezz sabiex tiġi trattata t-taxxa doppja inklużi d-Direttiva dwar Kumpaniji Prinċipali, id-Direttiva dwar l-Imgħax u r-Royalties, il-Konvenzjoni dwar l-Arbitraġġ (AC), il-Forum Konġunt dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment (JTPF), ir-rakkomandazzjonijiet dwar proċeduri għall-ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn u l-proposta għal Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK).

2.7   Il-komunikazzjoni tirrimarka wkoll li filwaqt li dawn l-isforzi kienu rilevanti, ma joperawx b'mod effikaċi biżżejjed. B'riżultat ta’ dan, il-komunikazzjoni tirreferi għal dawn is-solouzzjonijiet possibbli li ġejjin, iżda mingħajr ma tidħol fid-dettall ta’ kwalunkwe minn dawn il-proposti:

It-tisħiħ tal-istrumenti eżistenti b'mod partikolari fir-rigward tad-direttiva dwar l-imgħax u r-royalties. Il-Kummissjoni pproponiet riformulazzjoni tad-direttiva fl-istess waqt mal-COM(2011) 712, biex b'hekk tiġi trattata t-taxxa minn ras il-għajn sabiex titnaqqas it-taxxa doppja fuq tali ħlas. Il-KESE adotta opinjoni dwar ir-riformulazzjoni tad-direttiva (7).

Estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni u l-ambitu tal-konvenzjonijiet dwar it-taxxa doppja fir-rispett tal-indirizzar ta’ soluzzjonijiet triangolari u ta’ kif għandhom jiġu ttrattati entitajiet u taxxi mhux koperti mill-Konvenzjonijiet dwar it-Taxxa Doppja (DTC) fi ħdan l-UE, bi proposta għal djalogu msaħħaħ bejn l-Istati Membri f'każ ta’ tilwim.

Passi maħsuba sabiex ikun hemm interpretazzjoni u implimentazzjoni iktar konsistenti tad-dispożizzjonijiet tad-DTCs bejn l-Istati Membri. Dan jirreferi għall-adozzjoni potenzjali ta’ Forum tal-UE dwar it-Taxxa Doppja li jiżviluppa kodiċi tal-kondotta dwar it-taxxa sabiex jiġu indirizzati kunflitti minħabba l-interpretazzjoni tal-kunċetti applikabbli bejn l-Istati Membri u li jinstabu fid-DTCs.

Sabiex tiġi indirizzata l-assenza ta’ mekkaniżmu vinkolanti globali għat-tilwim, il-Kummissjoni tipproponi soluzzjoni fl-aħħar verżjoni tal-Artikolu 25 tal-konvenzjonijiet dwar il-Mudell tat-Taxxa tal-OECD (2008) li tirreferi għal proċedura ta’ ftehim reċiproku bi proċedura vinkolanti għas-soluzzjoni tat-tilwim għall-proċeduri pendenti kollha dwar it-taxxa doppja.

2.8   Fl-aħħar nett, il-komunikazzjoni tenfasizza l-passi ulterjuri li għandhom jittieħdu:

ħidma sabiex jiġu żviluppati l-għażliet imressqa fil-komunikazzjoni prinċipalment it-twaqqif ta’ forum, l-iżvilupp ta’ kodiċi tal-kondotta u tiġi ddeterminata l-fattibbiltà ta’ mekkaniżmu effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim;

preżentazzjoni ta’ soluzzjonijiet possibbli, li dal-aħħar ġew mnedija mill-Kummissjoni (8), sabiex jiġu affrontati l-ostakli mit-taxxa għall-wirt transkonfinali fi ħdan l-UE;

jkompli jiġi użat il-JTPF, li riċentement ġie rinnovat, sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet dwar taxxa doppja fuq l-ipprezzar tat-trasferimenti;

matul is-sena jitressqu soluzzjonijiet dwar it-taxxa doppja transkonfinali fuq dividends mħallsa lill-investituri b'portafoll;

it-tnedija ta’ missjoni għall-ġbir tal-fatti sabiex jiġi stabbilit l-effett tat-taxxa doppja.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Il-KESE huwa favur li tiġi indirizzata t-taxxa doppja, li hi meqjusa ta’ detriment għall-investiment u u għaldaqstant il-ħolqien ta’ impjiegi u attività ekonomika. Filfatt, il-KESE, permezz ta’ numru ta’ dokumenti ta’ opinjoni, enfasizza l-importanza tat-tneħħija tat-taxxa doppja. Il-KESE appoġġja l-proposti mmirati biex jittieħdu iktar malajr il-miżuri sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja kif ukoll għat-tisħiħ tas-simplifikazzjoni amministrattiva fis-sitwazzjonijiet transkonfinali (9), u lejn it-twaqqif ta’ prinċipji komuni sabiex jiġi mħeġġeġ suq intern fejn tiddomina l-kompetizzjoni ġusta (10).

3.2   Il-KESE adotta wkoll l-isforzi tal-Kummissjoni mmirati sabiex titneħħa, jew tal-inqas titnaqqas, it-taxxa legali u ekonomika doppja jew żejda fuq l-introjtu mqassam mis-sussidjarji fil-pajjiż li fih twaqqfet il-kumpanija holding  (11). Dan jiġi sostanzjat iktar mill-KESE permezz tal-appoġġ tiegħu għall-proposta għal BKKTK bħala mezz ta’ allinjament tal-prinċipji dwar it-taxxa korporattiva filwaqt li madankollu jinnota li l-abbozz tad-direttiva jeħtieġ kjarifika ulterjuri fid-dettalji tiegħu (12).

3.3   Il-KESE jenfasizza wkoll fuq l-importanza ta’ approċċ newtrali lejn l-introjtu abbażi ta’ pajjiż b'pajjiż fl-applikazzjoni tal-BKKTK u jenfasizza li l-adozzjoni tagħha m'għandhiex twassal li l-Ewropa tkun inqas flessibbli u inqas kompetittiva biex tattira l-investiment dirett barrani (FDI).Dawn il-kwistjonijiet iridu jkunu appoġġati kif xieraq minn valutazzjonijiet tal-impatt.

3.4   Il-KESE jissuġġerixxi li dawn l-objettivi jintlaħqu l-ewwel u qabel kollox permezz ta’ koordinazzjoni msaħħa u interfacing iktar effikaċi bejn ġurisdizzjonijiet differenti tat-taxxa nazzjonali, ukoll permezz ta’ komunikazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet tat-taxxa stess u bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u l-kontribwenti. Il-progress f'dawn l-aspetti jitqies proporzjonali għall-objettivi fil-mira u ma jinfluwenzax is-sovranità ta’ ġurisdizzjonijiet differenti tat-taxxa nazzjonali. Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma konformi mal-Komunikazzjoni tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi fiskali diretti tal-Istati Membri fis-Suq Intern (13).

3.5   B'riżultat ta’ dan, il-KESE huwa favur tentattivi sabiex jissaħħu strumenti eżistenti u sforzi ulterjuri mmirati għat-tneħħija tat-taxxa doppja kif enfasizzat fil-komunikazzjoni sabiex jiġi żgurat interfacing effiċjenti ta’ reġimi fiskali differenti u sabiex jiġi ċċertifikat li l-piż tat-taxxa jinfluwenza darba biss lill-operaturi kummerċjali u b'mod mistenni mill-istess operaturi.

3.6   Il-KESE jenfasizza b'mod ulterjuri li filwaqt li t-tneħħija tat-taxxa doppja hija rekwiżit essenzjali sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tas-Suq Uniku, kwalunkwe proposta għandha tiffoka fuq it-tneħħija effiċjenti tal-ostakli fiskali u biex tiġi żgurata l-effikaċja tad-DTCs fi ħdan il-konfini tal-bażi legali disponibbli fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE. Filfatt, l-isforzi mmirati sabiex titneħħa t-taxxa doppja għandhom isiru b'mod li jirrispetta s-sovranità fiskali tal-Istati Membri individwali.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Il-KESE jenfasizza li kwistjonijiet relatati mat-taxxa doppja għandhom impatt qawwi fuq l-individwi u l-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju. Normalment in-negozji l-kbar għandhom il-mezzi finanzjarji u r-riżorsi umani biex jittrattaw it-taxxa doppja u l-arbitraġġ relatat iżda l-individwi u l-SMEs m'għandhomx tali riżorsi, spiss fir-rigward b'mod partikulari ta’ informazzjoni u għarfien tal-prattiki legali u amministrattivi (14). It-taxxi fuq il-wirt jippreżentaw problemi partikulari liċ-ċittadini relatati mat-taxxa doppja. Il-komunikazzjoni mressqa mill-Kummissjoni tiffoka fuq it-tneħħija ta’ taxxa doppja fuq il-kummerċ, l-iktar il-kumpaniji l-kbar, iżda tista' tintuża wkoll biex tindirizza l-kwistjonijiet speċifiċi li ċ-ċittadini u l-SMEs jiffaċċjaw.

4.2   Il-KESE jirrikonoxxi l-effikaċja tal-Forum Konġunt dwar il-Prezzijiet ta’ Trasferiment (JTPF) sabiex tiġi indirizzata t-taxxa doppja fuq l-ipprezzar tat-trasferimenti u jawgura li l-Forum tal-UE dwar it-Taxxa Doppja jimxi bl-istess mod. Il-JTPF, li jaħdem fi ħdan il-qafas tal-OECD tal-Linji Gwida dwar l-Ipprezzar tat-Trasferimenti u jopera abbażi tal-kunsens li jiġu proposti soluzzjonijiet mhux leġislattivi lill-Kummissjoni għall-problemi prattiċi li jinħolqu minn prattiki tal-ipprezzar tat-trasferimenti fl-UE, diġà laħaq numru ta’ għanijiet fosthom kodiċi tal-kondotta tad-dokumentazzjoni dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti għall-impriżi assoċjati fl-UE, linji gwida għal ftehim ta’ prezzijiet minn qabel fl-UE kif ukoll linji gwida dwar servizzi fi ħdan il-ġrupp aġġunt b'valur baxx. L-effikaċja ta’ dan il-forum hi parzjalment ibbażata fuq ir-rappreżentazzjoni wiesgħa tal-forum minn Stati Membri kif ukoll mill-kummerċ.

4.3   Għaldaqstant il-KESE jawgura li t-twaqqif ta’ Forum tal-UE dwar it-Taxxa Doppja huwa bbażat ukoll fuq l-istess prinċipju sabiex tiġi żgurata r-rappreżentazzjoni effikaċi mill-partijiet interessati rilevanti kollha li jinkludu s-soċjetà ċivili organizzata.

4.4   Il-KESE jappoġġja t-twaqqif ta’ Forum tal-UE dwar it-Taxxa Doppja iżda jinnota li ngħataw ftit dettalji fil-komunikazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-forum. Il-KESE jipproponi li l-Forum tal-UE dwar it-Taxxa Doppja jitqies bħala l-ewwel pass u dak preċedenti għal osservatorju. It-twaqqif tal-forum f'osservatorju huwa marbut mar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-KESE dwar it-tneħħija ta’ ostakli transkonfinali fejn il-KESE għamel riferiment għall-iżvilupp ta’ Osservatorju tal-UE li l-għanijiet tiegħu jkunu li jikseb, fuq bażi kontinwa, ħarsa dettaljata u prattika tal-ostakli fiskali eżistenti li jinkludu t-taxxa doppja u l-evoluzzjoni tagħhom (15).

4.5   Il-funzjonijiet tal-Osservatorju tat-Taxxa, taħt l-awspiċju tal-Kummissjoni tal-UE, jista' jiġi estiż iktar biex jinkludi l-investigazzjoni tal-ostakli tat-taxxa għan-negozji, l-SMEs u n-negozji l-kbar, kif ukoll ir-rwol investigattiv fuq l-effikaċja attwali ta’ sforzi sabiex titneħħa t-taxxa doppja. Lejn it-tmiem, l-osservatorju jista' jkollu rwol importanti x'jaqdi fl-estensjoni tal-applikazzjoni u l-ambitu tad-DTCs kif ukoll jiġu eżaminati modi kif jiġu ttrattati s-soluzzjonijiet triangolari u l-Gvernijiet jiġu mħeġġa jiżviluppaw ħelsien mit-taxxi mingħajr ma tintilef is-sovranità tat-taxxa.

4.6   Il-KESE jappoġġja wkoll it-twaqqif ta’ kodiċi tal-kondotta li jenfasizza prinċipji li l-Gvernijiet jistgħu jaqblu dwarhom b'mod a priori. Il-kodiċi tal-kondotta jippermetti ftehim komuni dwar il-kunċetti enfasizzati fid-DTC applikabbli bejn l-Istati Membri li spiss iwassal għal interpretazzjoni żbaljata u tilwim.

4.7   Madankollu l-KESE hu tal-opinjoni li kodiċi tal-kondotta jista' fil-prattika jitqies effikaċi jekk jopera permezz ta’ pressjoni bejn il-pari, bl-Istati Membri jkunu kawti dwar l-implikazzjonijiet relatati għall-isem u l-fama.

4.8   Il-KESE huwa favur ukoll l-istudju tal-fattibbiltà ta’ mekkaniżmu effiċjenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, bil-għan li jiġu ddeterminati l-iktar modi effikaċi sabiex titneħħa t-taxxa doppja. Jirrikonoxxi li l-proċeduri ta’ għajnuna reċiproka fejn pajjiżi jiltaqgħu biex isolvu l-kwistjonijiet jieħdu perjodu twil ħafna sabiex jiġu ddeterminati u li hemm fejn il-Konvenzjoni ta’ Arbitraġġ titjieb li hi kkaratterizzata wkoll minn proċess twil. Dawn joħloq spejjeż eċċessivi u inċertezza dwar il-kummerċ.

4.9   Madankollu, il-KESE jenfasizza li l-isforzi għandhom ikunu mmirati sabiex jiżguraw li hemm bżonn limitat għall-arbitraġġ u li l-enfasi għandha għaldaqstant titqiegħed fuq l-iżvilupp ta’ kodiċi tal-kondotta, kif enfasizzat fil-komunikazzjoni kif ukoll il-forniment ta’ linji gwida ċari u trasparenti, li għaldaqstant iservu bħala l-ewwel linji ta’ istanza u jkunu effikaċi għas-soluzzjoni tat-tilwim.

4.10   Il-Forum tal-UE dwar it-Taxxa Doppja għandu rwol importanti x'jaqdi f'dan ir-rigward sabiex jinkuraġġixxi konvenzjonijiet dwar it-taxxa li jipprovdu proċedura ta’ ftehim reċiproku bi proċedura li tgħaqqad għas-soluzzjoni tat-tilwim għall-każijiet pendenti kollha dwar it-taxxa doppja.

4.11   Il-KESE huwa favur il-proposta tal-Kummissjoni li tistudja l-firxa sħiħa tal-fenomenu tal-ebda taxxa doppja. Il-KESE jissuġġerixxi b'mod ulterjuri studju tal-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tagħha, kif ukoll dawk li jistgħu jseħħu permezz ta’ miżuri mmirati għat-tneħħija tagħha.

4.12   Il-KESE jtenni l-importanza ta’ valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt ekonomiku u soċjali sabiex jiġi ddeterminat.sa fejn, l-adozzjoni ta’ kwalunkwe proposta enfasizzata fil-komunikazzjoni, tista' twassal fir-rigward ta’ konsegwenzi ekonomiċi u soċjali ħżiena (16). Tali valutazzjoni trid tkun eżawrjeni u tinkludi l-Istati Membri kollha affettwati mill-proposti.

4.13   Bħala konklużjoni, il-KESE jinstab ħerqan li l-Kummissjoni tistudja u tressaq proposti addizzjonali fir-rigward tat-taxxa doppja fosthom:

rakkomandazzjonijiet dwar it-taxxi għall-wirt transkonfinali li dal-aħħar ġew ippubblikati mill-Kummissjoni;

it-tressieq ta’ soluzzjonijiet dwar it-taxxa doppja transkonfinali fuq dividends mħallsa lill-investituri b'portafoll;

il-forniment ta’ informazzjoni ulterjuri dwar il-ħolqien tal-Forum, Kodiċi tal-Kondotta u l-fattibbiltà ta’ mekkaniżmu vinkolanti għar-riżoluzzjoni;

valutazzjoni dwar il-firxa u l-implikazzjonijiet tal-ebda taxxa doppja.

Brussel, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  COM(2011) 712 final.

(2)  Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar It-tneħħija ta’ ostakoli fiskali transkonfinali għaċ-ċittadini tal-UE, ĠU C 318, 29.10.2011, p. 95.

(3)  COM(2011) 712 final.

(4)  It-taxxa doppja tiġi spjegata bħala impożizzjoni ta’ taxxi komparabbli minn żewġ ġurisdizzjonijiet fiskali (jew aktar) fir-rigward tal-istess dħul jew kapital taxxabbli.

(5)  COM(2011) 206 final.

(6)  COM(2011) 121 final.

(7)  Ara Opinjoni tal-KESE (ĠU C 143, 22.5.2012, p. 46) dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta’ imgħax u ta’ royalties bejn kumpaniji assoċjati minn Stati Membri differenti (riformulazzjoni), COM(2011) 714 final.

(8)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar l-eżenzjoni minn taxxa doppja fuq il-wirt (2011/856/EU).

(9)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 2.

(10)  Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar It-taxxa diretta għall-kumpaniji, ĠU C 241, 7.10.2002, p. 75. (mhux disponibbli bil-Malti)

(11)  Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 90/435/EEC dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpaniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, ĠU C 32, 5.2.2004, p. 118. (mhux disponibbli bil-Malti)

(12)  Ara l-Opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni (CCCTB), ĠU C 24, 28.01.2012, p. 63. (mhux disponibbli bil-Malti)

(13)  COM(2006) 823 final.

(14)  Skont ir-Rapport Sommarju mill-Kummissjoni tal-UE dwar il-Konsultazzjoni dwar il-Konvenzjonijiet tat-Taxxa Doppja u s-Suq Intern, 69 % mill-individwi li ltaqgħu ma’ kwistjonijiet ta’ taxxa doppja fittxew rimedji biex titneħħa t-taxxa doppja meta mqabbla ma’ 85 % fil-każ tal-korporazzjonijiet.

(15)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 2.

(16)  Ara nota f'qiegħ il-paġna nru 12.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/45


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta emendata għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”

COM(2011) 739 finali – 2011/0183 (CNS)

u “L-Proposta emendata għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”

COM(2011) 740 finali – 2011/0184 APP

2012/C 181/09

Relatur: is-Sur DANTIN

Nhar id-19 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea

COM(2011) 510 final – 2011/0183 (CNS)

u

il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea

COM(2011) 511 final.

Nhar id-9 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat proposti emendati, u nhar il-15 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta emendata għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea

COM(2011) 739 final – 2011/0183 (CNS)

u

il-Proposta emendata għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea

COM(2011) 740 final – 2011/0184 (APP)

li jissostitwixxu l-proposti msemmija qabel.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-7 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tad-29 ta’ Marzu 2012), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'165 vot favur, 21 vot kontra u 11-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Sistema fejn madwar 75 % tar-riżorsi tal-Unjoni jittieħdu direttament mill-baġits nazzjonali tmur lil hinn mill-ittra u l-ispirtu tat-Trattat ta’ Ruma (1).

1.2   Is-sistema attwali, ibbażata essenzjalment fuq kontribuzzjoni tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING), qajmet diskussjonijiet baġitarji li jiffukaw fuq il-kunċett tar-ritorn ġust u l-mekkaniżmi ta’ kumpens li ma jqisux il-vantaġġi offruti mill-Unjoni b'mod speċjali fil-qasam tal-paċi, il-libertà, il-prosperità, it-tkabbir u s-sigurtà.

1.3   F'dan il-kuntest, il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti leġislattivi tal-Kunsill ippreżentati mill-Kummissjoni. Fil-fatt huwa tal-fehma li dawn jippuntaw lejn id-direzzjoni t-tajba, billi jnaqqsu bin-nofs il-kontribuzzjoni tal-ING u jikkumpensaw għal dan b'żewġ riżorsi proprji ġodda, wieħed ibbażat fuq il-VAT u l-ieħor fuq taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji. Din iż-żieda relattiva tar-riżorsi proprji reali, filwaqt li ser iġġib il-funzjonament tal-UE fil-qasam baġitarju eqreb lejn l-ispirtu u l-ittra tat-Trattat ta’ Ruma, tikkontribwixxi wkoll għaż-żieda tal-awtonomija finanzjarja tal-UE u tappoġġja l-isforzi l-kbar li l-Istati Membri qed jagħmlu fir-rigward tal-baġits tagħhom.

1.4   Huwa jilqa' b'sodisfazzjon ukoll il-fatt li fl-istess ħin li jiġu stabbiliti riżorsi proprji ġodda, id-dokument inkwistjoni jipproponi l-ħolqien ta’ sistema ġdida ta’ ħlasijiet ta’ ammonti f'daqqa maħsuba biex jissostitwixxu l-mekkaniżmi kollha ta’ korrezzjoni eżistenti, minkejja li huwa tal-fehma li din l-azzjoni xorta mhijiex suffiċjenti.

1.5   Sadattant, filwaqt li japprova fil-wisa' l-kontenut tal-proposti inkwistjoni, il-KESE jixtieq jagħmel l-osservazzjonijiet li ġejjin.

1.5.1   F'ħafna mill-opinjonijiet tiegħu, il-Kumitat ġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-VAT intra-Komunitarja hija sors ta’ evażjoni fiskali qawwija. Għaldaqstant huwa tal-fehma li hemm bżonn li din ir-riżorsa proprja ġdida tiġi stabbilita fl-istess żmien li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet maħsuba biex inaqqsu, jekk mhux jeliminaw, il-frodi. B'konsegwenza ta’ dan ser ikun attent għall-proposti leġislattivi li ser ikollhom isiru wara d-diskussjonijiet mibdija mill-“Green Paper dwar il-futur tal-VAT”.

1.5.2   Fil-komunikazzjoni tagħha “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE”, il-Kummissjoni elenkat għadd ta’ mezzi ta’ finanzjament adegwati li skont hi setgħu, u bir-raġun, iġġeneraw riżorsi proprji ġodda. Bl-eċċezzjoni tat-taxxa tal-VAT il-ġdida u tat-taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji, dawn ġew rifjutati mingħajr ma ngħataw ir-raġunijiet politiċi għal din id-deċiżjoni, ħlief il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ kull wieħed minnhom.

Il-Kumitat huwa tal-fehma li jmissha ntalbet opinjoni minnu qabel ma ttieħdu d-deċiżjonijiet mill-Kumissjoni.

1.5.3   Bħalma indika fl-opinjoni tiegħu dwar “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE,” il-KESE jqis li ż-żieda fil-baġit Ewropew tidher mhux biss mixtieqa iżda wkoll meħtieġa sabiex tiffaċċja bis-sħiħ l-isfidi l-ġodda li jeħtieġu rispons komuni. Il-KESE jiddispjaċih li d-dokument inkwistjoni jindirizza biss l-istruttura u l-kontenut kwalitattiv interni tal-baġit mingħajr ma jibbaża fuq riżorsi proprji ġodda sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni essenzjali rigward id-daqs tal-baġit.

Mingħajr ma jissottovaluta l-aspetti indirizzati fid-dokumenti inkwistjoni, il-Kumitat huwa tal-fehma li l-baġit mhuwiex biss kwistjoni ta’ ċifri jew ta’ għażliet rigward l-organizzazzjoni interna tiegħu. L-ewwel u qabel kollox huwa strument maħsub biex jaqdi proġett politiku, jiġifieri l-ambizzjonijiet tal-Unjoni. Għaldaqstant jinħtieġu koerenza u adegwatezza bejn l-għażliet politiċi tal-UE u tal-mezzi li bihom jistgħu jitwettqu. Huwa jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni ma ħaditx din l-opportunità biex tipprovdi appoġġ finanzjarju b'mod speċjali biex jiġu sodisfati l-obbligi li jirriżultaw mit-Trattat ta’ Lisbona, l-Istrateġija 2020, kif ukoll il-ħtieġa li jittieħdu azzjonijiet maħsuba biex jistimulaw it-tkabbir.

2.   Introduzzjoni, il-qagħda attwali

2.1   Il-proposta għal deċiżjoni inkwistjoni hija waħda mis-sitt proposti leġislattivi li jakkumpanjaw il-komunikazzjoni “Baġit għall-Ewropa 2020” (COM(2011) 500 final) (2). Kull waħda minn dawn għandha tiġi eżaminata individwalment (3).

2.2   Il-kwistjoni tar-riżorsi proprji hija strutturalment u politikament importanti. Fil-fatt, l-oriġini tar-riżorsi tiddetermina r-rapport bejn iċ-ċittadini, l-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet Komunitarji, filwaqt li tqajjem il-kwistjoni tal-awtonomija finanzjarja tal-Unjoni. Id-dibattitu dwar ir-riżorsi proprji għall-UE huwa marbut mad-dibattitu ġenerali dwar il-futur tal-integrazzjoni fejn huma preżenti żewġ viżjonijiet: il-federaliżmu u l-intergovernamentaliżmu.

2.2.1   Huwa għalhekk li l-Kumitat ilu mill-2008 tal-fehma li t-tfassil tal-politiki tal-baġit ma jistax isir mingħajr l-għażla fundamentali bejn il-federaliżmu (4) jew is-sistema intergovernattiva. Barra minn hekk, huwa ċar li l-grad ta’ progress fl-integrazzjoni Ewropea jitkejjel ukoll fuq il-bażi ta’ kif jiġi ffinanzjat il-baġit (5).

2.3   Minkejja li fit-Trattat ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu 1957 kien hemm provvediment għal perjodu ta’ transizzjoni għall-kontribuzzjonijiet nazzjonali, fl-Artikolu 201 tiegħu jistipula li “Salv kull dħul ieħor, l-estimi għandhom ikunu ffinanzjati kompletament minn riżorsi proprji”.

2.4   Attwalment, ir-riżorsi tal-Unjoni huma magħmula minn riżorsi proprji msejħa tradizzjonali li ġejjin minn dazji doganali, dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, u minn riżorsi proprji msejħa ġodda li ġejjin minn imposta fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) armonizzat u minn taxxa fuq l-Introjtu Nazzjonali Gross. Dawn ir-riżorsi – VAT u ING – fil-verità huma riżorsi proprji li fil-fatt mhumiex, peress li dawn jiġu ntaxxati mill-Istati Membri fuq id-dħul tagħhom. Dawn jitqiesu bħala riżorsi proprji sempliċiment għax huma destinati għall-baġit Ewropew, li għall-2011 jammonta għal EUR 126,5 biljun, jew 1,13 % tal-PDG tal-UE-27.

2.4.1   Ir-rapport dwar l-Operat tas-Sistema tar-Riżorsi Proprji (6) imniedi mis-servizzi tal-Kummissjoni juri li s-sistema ta’ finanzjament attwali kisbet riżultati medjokri fir-rigward tal-maġġoranza tal-kriterji ta’ valutazzjoni. Is-sistema hija opaka u kumplessa wkoll, u ftit speċjalisti huma dawk li jifhmuha, fatt li jillimita l-aċċess għall-pubbliku u jagħmel il-kontroll demokratiku tagħha diffiċli.

Min-naħa l-oħra, il-mod kif inhu finanzjat il-baġit tal-UE jwassal biex għadd ta’ Stati Membri jqisu l-kontribut tagħhom għall-Unjoni biss bħala nfiq, li inevitabbilment joħloq tensjoni kull meta jkun hemm dibattitu dwar il-baġit.

2.4.2   Din is-sitwazzjoni twassal biex il-Kummissjoni tagħmel proposta lill-Kunsill sabiex dan jemenda s-sistema tar-riżorsi tal-Unjoni Ewropea. Din il-proposta tqis il-qafas legali mġedded propost mit-Trattat ta’ Lisbona u b'hekk torbot mal-kontenut tal-Komunikazzjoni preċedenti tagħha: “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE” (7).

2.5   Għaldaqstant, dan id-dokument ser jitħejja b'konformità sħiħa mal-opinjoni li l-Kumitat adotta waqt is-sessjoni plenarja ta’ Ġunju 2011 dwar din il-Komunikazzjoni (8).

3.   Qafas legali mġedded

3.1   It-Trattat ta’ Lisbona jistabbilixxi qafas legali ġdid. Huwa jagħmel bidliet importanti mhux biss lill-proċedura tal-baġit tal-Unjoni, iżda wkoll lill-mod ta’ kif l-Unjoni tiffinanzja l-baġit tagħha.

Għaldaqstant l-Artikolu 311 jipprevedi li “jista' jistabbilixxi kategoriji ġodda ta’ riżorsi proprji jew jabolixxi kategorija eżistenti”. Jgħid ukoll li: “Il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ regolament skond il-proċedura leġislattiva speċjali, għandu jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji”. B'hekk it-triq hija miftuħa għal tnaqqis fl-għadd attwali ta’ riżorsi proprji u l-ħolqien ta’ riżorsi ġodda li l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom huma stabbiliti permezz ta’ regolament.

4.   Il-kontenut tal-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

4.1   Il-proposta għal deċiżjoni inkwistjoni dwar ir-riżorsi proprji tinkludi tliet elementi prinċipali: is-semplifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda u r-riforma tal-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni. Dawn it-tliet proposti għandhom jitqiesu bħala ħaġa waħda li teħtieġ deċiżjoni waħda.

4.1.1   Semplifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri

Il-Kummissjoni tipproponi t-tneħħija tar-riżorsa proprja ta’ bħalissa bbażata fuq il-VAT peress li din hija kumplessa u ftit għandha valur miżjud meta mqabbla mar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING. Il-proposta hi li din ir-riżorsa titneħħa fil-31 ta’ Diċembru 2013.

4.1.2   L-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda

Fil-komunikazzjoni tagħha “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE”, il-Kummissjoni elenkat sitt riżorsi proprji potenzjali. Il-Kummissjoni żammet tnejn minnhom fid-dokumenti inkwistjoni. Hija tipproproni l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014 u riżorsa ġdida bbażata fuq il-VAT ukoll mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014. Dawn ir-riżorsi proprji ġodda ser jiffinanzjaw 51,4 % tal-infiq tal-UE, meta r-riżorsi proprji tradizzjonali jirrappreżentaw madwar 20 % tat-total u r-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING madwar 30 %, jiġifieri tonqos minn 74,2 % għal 29,7 % (9).

4.1.3   Ir-riforma tal-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni

4.1.3.1   Fil-preżent hemm stabbiliti mekkaniżmi temporanji ta’ korrezzjoni. Dawn itemmu fl-2013. Il-korrezzjoni mogħtija lir-Renju Unit u r-ribassi fuq il-finanzjament ta’ din, mogħtija lil erba' Stati Membri (il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija u l-Isvezja), kif ukoll il-korrezzjoni moħbija, li tikkonsisti fiż-żamma, bħala spejjeż tal-ġbir, ta’ 25 % tal-ammonti miġbura mill-Istati Membri għar-riżorsi proprji tradizzjonali, ser ikomplu japplikaw hekk kif inhuma sad-dħul fis-seħħ ta’ deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji.

4.1.3.2   Il-Kummissjoni, li nnutat li s-sitwazzjoni oġġettiva ta’ għadd ta’ Stati Membri evolviet sew, li mill-1984 (il-Ftehim Fontainebleau) il-kundizzjonijiet li fuqhom jibbażaw il-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni applikati sal-lum ukoll evolvew (is-sehem tal-PAK fil-baġit tal-UE u l-finanzjament ibbażat fuq il-VAT naqsu sew, u r-Renju Unit issa huwa wieħed mill-aktar Stati Membri għonja tal-Unjoni (10)), indikat li jeħtieġ li tiġi riveduta l-korrezzjoni tar-Renju Unit.

4.1.3.3   Għaldaqstant, l-abbozz ta’ deċiżjoni inkwistjoni jipproponi li jiġu stabbiliti korrezzjonijiet temporanji favur il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju Unit u l-Isvezja. Wara dan ser tiġi stabbilita sistema ġdida ta’ ħlasijiet ta’ ammonti f'daqqa, bil-għan li tissostitwixxi l-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni eżistenti kollha mill-1 ta’ Jannar 2014. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipproponi li tnaqqas l-ammont tal-korrezzjoni moħbija minn 25 % għal 10 %.

5.   Kummenti ġenerali

5.1   Sistema fejn madwar 75 % tar-riżorsi tal-Unjoni mhux ġejjin mir-riżorsi proprji reali iżda jittieħdu direttament mill-baġits nazzjonali permezz ta’ riżorsa bbażata fuq l-ING, u li 15 % ġej minn riżorsa bbażata fuq il-VAT li ma tista' bla ebda mod titqies bħala riżorsa proprja tal-UE minħabba l-mod kif tiġi determinata, tmur lil hinn mill-ittra u l-ispirtu tat-Trattat ta’ Ruma.

5.2   Il-Kumitat jenfasizza li huma dawn “il-kontribuzzjonijiet” li qajmu d-dibattitu li ma jqisx la s-sitwazzjoni fit-tul rigward il-kontributuri netti u lanqas il-vantaġġi offruti mill-Unjoni b'mod speċjali fil-qasam tal-paċi, il-libertà, il-prosperità, it-tkabbir u s-sigurtà.

5.2.1   Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li l-kunċett tar-“ritorn ġust”, li ġej mill-kontribuzzjonijiet tal-ING, japplika wisq inqas illum il-ġurnata milli meta nbdiet il-kostruzzjoni Ewropea. Tali kunċett, li ħafna drabi fixkel it-tħaddim tal-Unjoni Ewropea waqt li mmonopolizza d-dibattiti, huwa fil-biċċa l-kbira responsabbli għan-nuqqasijiet, id-dewmien u l-fallimenti tagħha. Dan imur kontra l-ispirtu ta’ Unjoni bejn l-Istati u ċ-ċittadini u kontra kull loġika ekonomika razzjonali. Fil-fatt, f'Unjoni ekonomika, monetarja u politika, il-benefiċċji u l-valur miżjud fihom infushom għandhom ikunu ta’ ġid għal kulħadd. Il-progress li għamlet l-Unjoni Ewropea huwa kollu bbażat fuq l-effett ta’ multiplikatur ta’ tqassim li huwa l-oppost tal-kunċett tar-ritorn ġust (11).

5.3   Is-sistema attwali tar-riżorsi proprji, li tiddependi fuq il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, hija opaka u kumplessa, u dan jillimita l-kontroll demokratiku, u ma tikkontribwixxix għall-viżibbiltà tal-impenn favur l-integrazzjoni Ewropea; barra minn hekk, minħabba li żżid mal-perċezzjoni li l-kontribuzzjoni lill-Unjoni hija bħala spiża addizzjonali ta’ piż fuq il-baġits nazzjonali, din is-sistema ma tipprovdix lill-Unjoni l-krediti biżżejjed għall-ġabra sħiħa tal-politiki tagħha.

5.3.1   Barra minn hekk, is-sistema attwali, li tikkonsisti f'diversi mekkaniżmi ta’ korrezzjoni jew ta’ ribassi – kemm jekk huma ribassi ġenerali favur Stat Membru, bħall-korrezzjoni għar-Renju Unit, kif ukoll jekk huma ribassi speċjali, bħal dawk biex jiffinanzjaw ribassi oħrajn – hija waħda kumplessa immens, nieqsa mit-trasparenza u hija totalment inkomprensibbli għaċ-ċittadini Ewropej. Sistema bħal din ma tikkontribwixxi xejn biex tiġi sodisfata l-esiġenza għal linja diretta bjen l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha.

5.4   Minħabba dawn il-kunsiderazzjonijiet ġenerali ta’ hawn fuq, il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti għal deċiżjoni tal-Kunsill imressqa mill-Kummissjoni. Fil-fatt huwa tal-fehma li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba fis-semplifikazzjoni tal-istruttura tagħha u peress li, b'mod speċjali, inaqqsu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali eżistenti fil-baġit tal-Unjoni Ewropea minn 85,3 % (EUR 111,8 biljun) għal 29,7 %, (EUR 48,3 biljun), li minnhom id-dħul fuq il-bażi tal-ING ser jonqos minn 74,2 % (EUR 97,3 biljun) għal 29,7 % (EUR 48,3 biljun) u b'hekk joqorbu lejn l-ispirtu u l-ittra tat-Trattat ta’ Ruma. Din iż-żieda fil-proporzjon ta’ riżorsi proprji reali ser tgħin biex tiżdied l-awtonomija finanzjarja tal-UE kif ukoll issostni l-isforzi baġitarji kbar li qed ikollhom jagħmlu l-Istati Membri.

6.   Kummenti speċifiċi

6.1   Fil-komunikazzjoni tagħha “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE”, il-Kummissjoni elenkat għadd ta’ modi ta’ finanzjament li, skont hi, setgħu jsiru riżorsi proprji ġodda: it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju, irkanti fil-qafas tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-gass b'effett ta’ serra, miżata tal-UE li tirrigwarda t-trasport bl-ajru, VAT Ewropea, taxxa Ewropea tal-enerġija, imposta Ewropea fuq il-kumpaniji.

6.1.1   Kull waħda minn dawn ir-riżorsi potenzjali kienet soġġetta għal analiżi (12) mill-Kummissjoni li wriet għal kull waħda minnhom il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li dawn jippreżentaw, mingħajr qatt ma tat ir-raġunijiet politiċi għalfejn uħud minn dawn il-possibbiltajiet twarrbu u wasslu biex l-għażla tkun favur taxxa ġdida tal-VAT u taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji.

6.1.2   Il-Kumitat huwa tal-fehma li għandhom jiġu komunikati r-raġunijiet politiċi li wasslu biex uħud mill-possibbiltajiet ġew rifjutati, u li l-Kumitat kellu jiġi kkonsultat permezz ta’ opinjoni qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet.

6.2   Il-kontenut tal-proposti emendati

6.2.1   It-tneħħija tar-riżorsa proprja ta’ bħalissa bbażata fuq il-VAT. Semplifikazzjoni tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri

Din ir-riżorsa proprja li fil-fatt mhijiex, li qed tissejjaħ “ġdida”, miġbura mill-Istati Membri minn fuq id-dħul tagħhom issa tidher li ma għadhiex tapplika. Din tikkorrispondi biss għal bażi matematika użata biex jiġu kkalkolati l-kontribuzzjonijiet nazzjonali. Din hija kumplessa, teħtieġ għadd kbir ta’ formalitajiet amministrattivi biex twassal għal bażi armonizzata, u ma toffrix valur miżjud kbir. Il-Kumitat huwa favur din is-semplifikazzjoni.

6.2.2   Il-ħolqien ta’ riżorsa tal-VAT ġdida

Din ser tkun wieħed mill-aspetti tal-iskema tal-VAT mibdula radikalment applikabbli fl-UE. Din ser tirrappreżenta 18,1 % tar-riżorsi proprji l-ġodda (ara l-Appendiċi I) sal-2020.

Din ser torbot, minn naħa, mal-“Green Paper dwar il-futur tal-VAT” (13). L-inizjattivi li beħsiebha tieħu l-Kummissjoni f'din il-Green Paper ġew approvati mingħajr l-ebda riżerva mill-Kumitat.

Dan is-sehem tal-VAT fuq oġġetti u servizzi, akkwisti intra-Komunitarji ta’ oġġetti u l-importazzjoni tal-oġġetti soġġetti għal rata standard tal-VAT f'kull Stat Membru skont id-Direttiva 2006/112/KE (14) ma għandux jeċċedi żewġ punti ta’ persentaġġ tar-rata standard u r-regolament ta’ eżekuzzjoni jipprevedi punt ta’ persentaġġ effettiv.

Il-Kumitat japprova l-ħolqien ta’ din ir-riżorsa tal-VAT il-ġdida li ser tissostitwixxi dik eżistenti li l-analiżi wriet li ma għadhiex tapplika. Fil-fatt huwa tal-fehma li l-baġit tal-UE – u r-riżorsi li jikkostitwixxuh – għandhom jitqiesu bħala wieħed minn għadd ta’ mezzi li jservu l-objettivi komuni.

Madankollu, kien ikun eħfef biex jingħata ġudizzju dwar is-sustanza u l-forma ta’ din il-proposta kieku d-dokumenti inkwistjoni pprovdew data preċiża dwar it-tibdiliet li saru lill-istruttura tal-VAT u stabbilixxew, permezz ta’ studju, id-differenzi fil-volumi finanzjarji li ser jaffettwaw kull Stat Membru minħabba dawn it-tibdiliet.

Barra minn hekk, kif wera f'bosta mill-opinjonijiet tiegħu, il-Kumitat qed jerġa' jiġbed l-attenzjoni fuq il-fatt li l-VAT intra-Komunitarja hija sors ta’ evażjoni fiskali qawwija. Għaldaqstant huwa tal-fehma li hemm bżonn li din ir-riżorsa proprja ġdida tiġi stabbilita fl-istess żmien li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet maħsuba biex inaqqsu, jekk mhux jeliminaw, il-frodi. F'dan il-kuntest il-KESE ser joqgħod attent ħafna għad-dispożizzjonijiet leġislattivi li ser jiġu proposti wara d-diskussjonijiet mibdija mill-“Green Paper dwar il-futur tal-VAT”.

6.2.3   Introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji

F'bosta opinjonijiet tiegħu (15), il-Kumitat diġà stqarr li taħt ċerti kundizzjonijiet huwa favur l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji (FTT). Huwa indika b'mod speċjali li:

tingħata preferenza lill-introduzzjoni tal-FTT fil-livell dinji, minħabba t-tħassib li ġie espress dwar ir-riskji tal-effett ta’ rilokazzjoni; madankollu, jekk dan mhux possibbli, ser ikun favur l-adozzjoni ta’ din it-taxxa fil-livell tal-UE filwaqt li jitqiesu l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt imwettqa mill-Kummissjoni Ewropea;

apparti l-fatt li l-FTT tista' żżid l-istabbiltà u l-effikaċja tas-swieq finanzjarji billi tnaqqas il-volattiltà tagħhom, din hija meħtieġa, kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-UE, bħala mezz biex jinġabar dħul sabiex jonqsu d-defiċits tal-baġit.

Fil-fatt, kif tindika l-Kummissjoni fil-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill, din it-taxxa tista' tipprovdi sors ġdid ta’ dħul miġbur fil-livell tal-UE. Din tippermetti li jonqsu l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri, li l-gvernijiet nazzjonali jiġu offruti marġini ta’ manuvra supplementari u tikkontribwixxi b'hekk għall-isforz ġenerali ta’ konsolidazzjoni fiskali. Min-naħa l-oħra, din l-inizjattiva tal-UE għandha tikkostitwixxi l-ewwel pass 'il quddiem fit-triq tal-applikazzjoni ta’ FTT fuq skala dinjija, kunċett li attwalment qed isir dibattitu dwaru fil-livell tal-G20.

Skont dak li ntqal hawn fuq u l-opinjonijiet preċedenti tiegħu, il-Kumitat huwa favur l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji bħala riżorsa proprja għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

Sal-2020 din ser tkun tirrappreżenta 33,3 % tar-riżorsi proprji tal-Unjoni (ara l-Appendiċi I) b'allokazzjoni għall-baġit ta’ EUR 54,2 biljun, filwaqt li, skont l-ewwel estimi, din ser tippermetti li kull sena jiġi ġġenerat, skont ir-reazzjonijiet tas-swieq, dħul li jammonta għal EUR 57 biljun (16).

Ir-rati tat-tassazzjoni bħala perċentwal tal-ammont taxxabbli mhux ser ikunu inqas minn 0,1 % għal transazzjonijiet finanzjarji oħra ħlief dawk li jirrigwardaw il-kuntratti tad-derivattivi u minn 0,01 % għat-transazzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw il-kuntratti tad-derivattivi (17).

6.2.4   Ir-riforma tal-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni

Il-Kumitat jilqa' l-fatt li l-abbozz ta’ deċiżjoni inkwistjoni jipproponi li tiġi valutata mill-ġdid il-korrezzjoni tar-Renju Unit u li tiġi introdotta sistema ġdida ta’ ħlasijiet ta’ ammonti f'daqqa bil-għan li tissostitwixxi l-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni eżistenti kollha mill-1 ta’ Jannar 2014. L-istess japplika għat-tnaqqis fl-ammont tal-korrezzjoni moħbija minn 25 % għal 10 % (ara l-punt 4.1.3).

Dawn il-proposti huma pass fid-direzzjoni t-tajba iżda mhumiex biżżejjed peress li dawn ma jindirizzawx il-konsegwenzi kollha ta’ baġit li jibbaża l-aktar fuq ir-riżorsi proprji.

Fil-fatt, il-Kumitat huwa tal-fehma li meta 66 % tal-baġit ġej minn riżorsi proprji, il-kunċett tar-“ritorn ġust” għandu jitwarrab għax imur kontra l-valuri tas-solidarjetà u l-benefiċċji reċiproċi tal-integrazzjoni Ewropea (ara l-punt 5.2.1). Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea rigward il-primazija ta’ sistema bbażata fuq ir-riżorsi proprji għaliex huwa jistenna, b'mod speċjali, li riforma bħal din għandha l-potenzjal li, eventwalment, tneħħi l-korrezzjonijiet nazzjonali li mhux ser ikunu ġustifikati iżjed f'baġit Ewropew rivedut, u b'hekk jiġi żgurat valur miżjud imsaħħaħ għall-Istati Membri kollha (18).

Madankollu, fir-rigward ta’ ġudizzju dwar il-valur intrinsiku tal-proposti mressqa fid-dokumenti inkwistjoni, il-KESE juri li huwa diffiċli tingħata valutazzjoni preċiża minħabba li dawn ma jiġġustifikawx il-volum tal-korrezzjonijiet proposti u lanqas joffru paraguni mas-sitwazzjoni eżistenti.

6.3   Kif diġà kienet indikat fil-komunikazzjoni tagħha dwar “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE” (19), id-dokument inkwistjoni jfakkar li, skont il-Kummissjoni, “l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda mhix argument dwar id-daqs tal-baġit (…)”. Il-Kumitat mhuwiex tal-istess fehma. Fil-fatt, waqt ir-reviżjoni u r-riorganizzazzjoni tal-baġit tal-UE – billi jiġi emendat, jiġu introdotti riżorsi proprji u jiġu riformati l-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni – jeħtieġ li wieħed jistaqsi dwar x'ser ikun l-impatt ta’ dawn il-bidliet fuq il-volum tal-baġit u li dawn jiġu direzzjonati skont l-għażliet politiċi li saru jew li jridu jsiru.

6.3.1   Minn din il-perspettiva, il-Kumitat iqis li l-baġit tal-UE mhuwiex biss kwistjoni ta’ ċifri jew ta’ għażliet, jew tal-organizzazzjoni interna tal-elementi differenti li jikkostitwixxuh. Huwa l-ewwel nett strument li jaqdi proġett politiku, jiġifieri l-ambizzjonijiet tal-Unjoni. F'dan il-kuntest jeħtieġ li jkun hemm koerenza u adegwatezza bejn l-ambizzjonijiet politiċi tal-UE u l-mezzi kif din tagħżel biex twettaqhom. Illum il-ġurnata l-Unjoni Ewropea ma għandhiex biżżejjed mezzi baġitarji, la biex timplimenta l-istrateġija politika tagħha, l-Istrateġija 2020, u lanqas biex tonora l-obbligi li jirriżultaw mit-Trattat ta’ Lisbona l-ġdid.

Il-Kumitat iqis li ż-żieda fil-baġit Ewropew, fiha nnifisha, ma tidhirx biss mixtieqa iżda meħtieġa fil-konfront tad-daqs tal-isfidi l-ġodda li jeħtieġu rispons komuni (20).

Brussell, 29 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Artikolu 201.

(2)  “Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020”, COM(2011)398 final; “Abbozz ta’ Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni f'materji marbuta mal-baġit fir-rigward ta’ ġestjoni finanzjarja soda”, COM(2011)403 final; “Proposta emendata għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, COM(2011)739 final; “Proposta emendata għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, COM(2011)740 final; “Proposta emendata għal Regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (Tfassil mill-ġdid)”, COM(2011)742 final; “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE”, COM(2011)594 final.

(3)  Ara b'mod speċjali l-opinjoni tal-KESE rigward “Is-sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji” (Ara paġna 55 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali) u l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-Baġit 2014-2020” (għadha ma ġietx pubblikata fuq il-Ġ.U.).

(4)  Il-federaliżmu jista' jiġi karatterizzat hawnhekk b'dal-mod:

il-prinċipju ta’ superpożizzjoni (il-kompetenzi tal-Istat huma diviżi bejn gvern federali u gvernijiet tal-Istati Federali), il-prinċipju tal-awtonomija (kull livell ta’ gvern huwa awtonomu jew “sovran” fil-qasam ta’ ġurisdizzjoni tiegħu) u l-prinċipju ta’ parteċipazzjoni (l-entitajiet federali huma rappreżentati u jipparteċipaw fid-deċiżjonijiet federali meħuda fil-livell tal-Istat Federali).

Il-modalitajiet tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-prinċipji jistgħu jvarjaw, iżda fil-prattika sistema formalment federali mhux bilfors tippresupponi livell xi ftit jew wisq ogħla ta’ ċentraliżmu jew demokrazija.

Sors: http://fr.wikipedia.org/wiki/F%C3%A9d%C3%A9ralisme.

(5)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Ir-riforma fil-baġit tal-UE u l-finanzjament tiegħu fil-futur”; ĠU C 2008 204, 9.8.2008, p. 113.

(6)  Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni: “Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Operat tas-Sistema tar-Riżorsi Proprji”, SEC(2011) 876 final, 29.6.2011.

(7)  COM(2010) 700 final.

(8)  Ara l-opinjoni tal-KESE: “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE”, ĠU C 248, 25.8.2011, p. 75.

(9)  Ara l-Appendiċi I.

(10)  Ara l-Appendiċi II.

(11)  Ara n-nota 5 f'qiegħ il-paġna.

(12)  SEC (2011)876 final – Dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni “Il-Finanzjament tal-Baġit tal-UE: Rapport dwar it-tħaddim tas-sistema tar-riżorsi proprja” (mhux disponibbli bil-Malti) – li jakkumpanja d-dokument dwar il-Proposta ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea.

(13)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Il-Green Paper dwar il-futur tal-VAT”, ĠU C 318, 29.10.2011, p. 87.

(14)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

(15)  Ara l-opinjoni tal-KESE dwar “Ir-Rapport Larosière”, ĠU C 318, 23.12.2009, p. 57; l-opinjoni tal-KESE dwar “Taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji”, ĠU C 44, 11.2.2011, p. 81, Sinteżi u konklużjonijiet paragrafu 1.10; l-opinjoni tal-KESE dwar “Politika baġitarja: tkabbir u aġġustament baġitarju”, ĠU C 248, 25.8.2011, p. 8, punti 4.4.2, 1.5.3 u 1.5.4; u; l-opinjoni tal-KESE dwar “It-tassazzjoni tas-settur finanzjarju”ĠU C 248, 25.8.2011, p. 64.

(16)  Ara COM(2011) 594 final – Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ tassazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE.

(17)  Ara nota 10 f'qiegħ il-paġna.

(18)  Ara l-opinjoni tal-KESE: “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE”, ĠU C 248, 25.8.2011, p. 75, punt 4.4.

(19)  COM(2010) 700 final.

(20)  Ara l-opinjoni tal-KESE: “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE”, ĠU C 248, 25.8.2011, p. 75, punt 1.1 u 4.1.


APPENDIĊI I

Estimi tal-evoluzzjoni tal-istruttura tal-finanzjament tal-UE (2012-2020)

 

Abbozz ta’ baġit 2012

2020

EUR biljun

% tar-riżorsi proprji

EUR biljun

% tar-riżorsi proprji

Riżorsi proprji tradizzjonali

19,3

14,7

30,7

18,9

Kontribuzzjonijiet nazzjonali eżistenti

li minnhom

111,8

85,3

48,3

29,7

Riżorsa proprja tal-VAT

14,5

11,1

Riżorsa proprja tal-ING

97,3

74,2

48,3

29,7

Riżorsi proprji ġodda

li minnhom

83,6

51,4

Riżorsa tal-VAT ġdida

29,4

18,1

Taxxa tal-UE fuq it-transazzjonijiet finanzjarji

54,2

33,3

Total tar-riżorsi proprji

131,1

100,0

162,7

100,0

Sors: Kalkolu tal-Kummissjoni bbażat fuq COM(2011) 510 aġġornat fuq il-bażi ta’ COM(2011) 738


APPENDIĊI II

Evoluzzjoni tal-parametri ewlenin (1984-2011)

 

1984

2005

2011

Sehem tal-PAK fil-baġit (% tat-total)

69 %

50 %

44 %

Kontribuzzjoni bbażata fuq il-VAT (% tat-total)

57 %

16 %

11 %

Prosperità tar-Renju Unit

(ING per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist)

93 % tal-UE-10

117 % tal-UE-25

111 % tal-UE-27

Sors: il-Kummissjoni Ewropea, DĠ Baġit


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/52


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-futur tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea”

COM(2011) 613 finali

2012/C 181/10

Relatur: is-Sur VAN IERSEL

Nhar is-6 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-futur tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

COM(2011) 613 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-7 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’139 vot favur, 2 voti kontra u 9 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet

1.1   Il-KESE jaqbel li l-kriżi attwali qed iġġieġħel lill-Istati Membri u lill-UE jkunu attenti ħafna għall-infiq żejjed. F’dan il-kuntest, jifhem perfettament li l-Kunsill ma jixtieqx joħloq iżjed opportunitajiet fil-qafas tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE).

1.2   Madankollu, il-KESE jixtieq ifakkar fid-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-TFUE, b’mod speċjali fl-Artikoli 4, 174 u 222, li jenfasizzaw ir-responsabbiltà konġunta tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jindirizzaw id-diżastri naturali u l-attakki terroristiċi fit-territorju kollu tal-Unjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet juru li f’ċirkustanzi speċjali ħafna, l-UE ma titqiesx biss bħala komunità ta’ interessi soċjoekonomiċi iżda wkoll bħala komunità b’destin komuni. Din kienet ukoll il-motivazzjoni li wasslet għall-ħolqien tal-FSUE fl-2002, sena li rat diversi każijiet ta’ għargħar enormi tax-xmajjar f’bosta Stati Membri.

1.3   Il-KESE jemmen bis-sħiħ li meta nħarsu lejn iż-żoni ta’ koeżjoni b’mod integrali, naraw li jeżisti destin komuni għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, li jassumu r-responsabbiltà tagħhom għalih. Fid-dawl tar-riżultat tad-diskussjonijiet twal fil-Kunsill, il-KESE huwa diżappuntat li dan l-ispirtu bħalissa qiegħed ibatti. L-enfasi qawwija li l-Kunsill għamel fuq is-“sussidjarjetà” matul dawn id-diskussjonijiet tirrifletti dan in-nuqqas.

1.4   Il-KESE jaqbel mal-aġġustamenti prattiċi kollha li l-Kummissjoni tipproponi għar-Regolament tal-FSUE bil-għan li l-Fond jitħaddem b’mod aktar professjonali u biex ikun inqas burokratiku u jieħu inqas ħin għal dawk li jibbenefikaw minnu.

1.5   Il-KESE jinsisti b’mod partikolari fuq ix-xewqa li tittejjeb il-viżibbiltà tal-impenn konġunt tal-Unjoni meta din tagħti l-appoġġ finanzjarju f’każ ta’ diżastru. Bħalissa l-proċeduri huma purament amministrattivi. Il-pagamenti tal-UE ħafna drabi jsiru xhur wara li jseħħ id-diżastru, u dan jindika n-natura teknika u saħansitra anonima tal-proċedura. Bħalissa r-riżultat huwa pjuttost l-oppost tal-espressjoni ta’ empatija komuni, li l-KESE jixtieq li tkun enfasizzata aktar.

1.6   Il-KESE jipproponi li tiġi kkunsidrata l-inklużjoni tal-finanzjament tal-FSUE direttament fil-baġit tal-Unjoni Ewropea bħala mod prattiku biex jitħaffu l-pagamenti u biex jiġi żgurat livell ħafna ogħla ta’ viżibbiltà għall-attivitajiet tiegħu.

2.   Introduzzjoni

2.1   Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ġie stabbilit fl-2002, u b’hekk inħoloq strument tal-UE biex jirrispondi għad-diżastri naturali kbar. Dak iż-żmien il-KESE qabel bis-sħiħ mal-ħolqien tal-Fond (1).

2.2   Ir-Regolament oriġinali tal-2002 jistabbilixxi li sa tmiem l-2006 kellha ssir reviżjoni tal-Fond. Għal dan il-għan, fl-2005 l-Kummissjoni wettqet l-ewwel reviżjoni tal-FSUE. Fl-istess sena l-KESE kkummenta dwar il-proposta tal-Kummissjoni li rriżultat minn dan (2). Il-KESE ressaq diversi proposti, b’mod partikolari biex il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond jiġi estiż għan-nuqqas ta’ xita, biex jitbaxxew il-livelli limitu tal-interventi, u biex il-Kummissjoni tingħata setgħa diskrezzjonali akbar.

2.3   Fl-aħħar mill-aħħar, il-Kunsill ma laqax il-bidliet proposti mill-Kummissjoni li kienu ntlaqgħu tajjeb ħafna fil-Parlament Ewropew (PE). Dawn kienu msejsa fuq l-esperjenza prattika bir-Regolament u jikkonċernaw l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond lil hinn mid-diżastri naturali, il-ħidma biex il-kriterji tal-applikazzjoni jkunu aktar iffokati u trasparenti, u l-aġġustament tal-proċeduri burokratiċi li jieħdu l-ħin u li huma ta’ ħsara għar-reazzjoni f’waqtha u l-viżibbiltà.

2.4   Fl-2011 il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta Komunikazzjoni dwar il-futur tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea bil-għan li terġa’ tiftaħ id-diskussjoni ġenerali dwar il-Fond. L-opinjoni preżenti tal-KESE qed tikkumenta fuq din il-Komunikazzjoni.

2.5   Fir-rigward tal-ħin twil li jittieħed minħabba l-burokrazija b’rabta mal-proċeduri tal-FSUE, ta’ min isemmi li l-Kummissjoni ma taġixxix minn rajha iżda biss abbażi tal-applikazzjonijiet formali min-naħa tal-Istati Membri, u dan jieħu ż-żmien. Wara kull applikazzjoni jsiru proċeduri estensivi bejn il-Kummissjoni, il-PE u l-Kunsill biex jiġi approvat baġit, u l-Istat Membru applikant iressaq ukoll il-kontribut finali tiegħu biex jiġġustifika t-talba għall-appoġġ finanzjarju.

2.6   Il-Kummissjoni tikkonkludi li dan “iwassal għal effett kumulattiv li f’ħafna drabi biex ikunu jistgħu jitħallsu l-għotjiet jilħqu jgħaddu bejn 9 u 12-il xahar minn meta jseħħ id-diżastru u xi drabi anki aktar” (3).

2.7   Il-biża’ mill-implikazzjonijiet baġitarji wasslu għal xettiċiżmu u oppożizzjoni kontinwi. Is-“sussidjarjetà” tibqa’ wieħed mill-prinċipji ewlenin f’każ ta’ “diżastru”. Fl-2010 reġgħet ġiet ikkonfermata l-oppożizzjoni min-naħa ta’ maġġoranza kbira ta’ Stati Membri għal kull bidla maġġuri fil-bażi legali u l-operat tal-Fond ta’ Solidarjetà.

2.8   Wieħed għandu jfaħħar lill-Kummissjoni għall-isforzi tagħha biex testendi l-operat tal-FSUE għaliex l-evalwazzjoni tat prova li dan huwa ta’ suċċess kbir fil-każijiet fejn intuża. Mill-banda l-oħra, l-applikazzjonijiet miċħuda wasslu għall-frustrazzjoni u għalhekk huma ta’ ħsara għall-immaġni tal-UE.

2.9   X’aktarx l-istat attwali tad-dibattitu politiku mhux ser jagħti wisq spazju lil dawk li jippruvaw jestendu l-appoġġ tal-FSUE għal kategoriji ġodda ta’ “diżastri”, u lanqas lil dawk li jixtiequ jimmodifikaw il-livelli limitu jew itaffu l-kriterji għad-diżastri reġjonali.

3.   Kummenti tal-KESE dwar il-proposti tal-Kummissjoni

3.1   Il-KESE huwa tal-fehma li, fiċ-ċirkustanzi attwali, kull bidla fil-FSUE għandha tkun limitata għal kjarifiki u għal titjib fl-operat tar-Regolament tal-2002. Il-kjarifiki dwar l-operat tal-Fond għandhom bla dubju ta’ xejn jippruvaw itejbu l-viżibbiltà tiegħu.

3.2   Kif targument l-Kummissjoni, il-fatt li jkun hemm definizzjoni aktar preċiża li l-assistenza mill-Fond tista’ tingħata biss f’każ ta’ diżastru naturali tista’ tgħin biex jiġu esklużi d-diffikultajiet legali mhux mixtieqa. Dan ikun iwieġeb ukoll għall-kritika ta’ bosta Stati Membri, u jnaqqas id-diżappunt tal-Istati Membri milquta.

3.3   Il-KESE jemmen li l-limitazzjoni tal-Fond għad-diżastri naturali mhux ser teskludi l-“effetti ulterjuri” ta’ dawn id-diżastri, pereżempju fuq l-impjanti industrijali jew il-faċilitajiet tas-saħħa u l-isptarijiet. Għalkemm, b’mod ġenerali, f’dawn il-każijiet ma jintlaqtux biss is-servizzi pubbliċi iżda wkoll l-attivitajiet privati, jeżisti argument qawwi biex dawn jiġu inklużi meta jkunu jagħmlu parti minn qafas soċjetali reġjonali, pereżempju f’termini ta’ impjieg.

3.4   L-esperjenza turi li jeżistu problemi sostanzjali bl-interpretazzjoni ta’ ċerti riperkussjonijiet li jirriżultaw minn “diżastru reġjonali straordinarju”. Il-KESE jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li l-kriterji għad-diżastri reġjonali jitpoġġew fuq bażi sempliċi u oġġettiva, li tkun komparabbli ma’ dik użata għad-definizzjoni ta’ “diżastri maġġuri”. Bħalma turi s-simulazzjoni li għamlet il-Kummissjoni, ir-riżultat finali jkun bejn wieħed u ieħor bħall-effett tad-definizzjoni attwali. Madankollu, għadd ta’ applikazzjonijiet ma kinux jiġu ppreżentati għaliex huwa ċar li ma kinux eliġibbli għall-appoġġ mill-FSUE.

3.5   Il-Kummissjoni bir-raġun tikkritika d-dewmien biex tipprovdi l-għotjiet. Il-KESE jaqbel perfettament ma’ dan (ara wkoll il-punt 2.6 aktar ’il fuq). Il-Kumitat huwa tal-fehma li għandu jsir kull sforz sabiex jingħaġġlu l-proċeduri u b’hekk jittejbu r-reazzjoni u l-viżibbiltà tal-FSUE.

3.6   F’dan ir-rigward, il-KESE jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni li fir-Regolament tiġi introdotta l-possibbiltà li jsiru pagamenti bil-quddiem, liema pagamenti jkollhom jitħallsu lura f’każ li applikazzjoni ma tiġix aċċettata abbażi tar-regoli.

3.7   Il-KESE jaqbel bis-sħiħ mal-Kummissjoni li l-proċeduri jistgħu u għandhom jitqassru u jiġu ssemplifikati kull fejn hu possibbli. Jeżistu diversi possibbiltajiet biex jiġu amalgamati d-deċiżjonijiet fi ħdan il-Kummissjoni (fis-sistema attwali hemm erbgħa) kif ukoll fi ħdan l-Istati Membri (bħalissa jeżistu tnejn). Kif ġustament targument l-Kummissjoni, jista’ jiġi ffrankat ħafna żmien jekk isiru xi aġġustamenti proċedurali pjuttost sempliċi.

3.8   Hija pjuttost rivelattriċi u mixtieqa ħafna l-proposta tal-Kummissjoni li fir-Regolament tiġi msaħħa u speċifikata d-dispożizzjoni li l-Istat Membru benefiċjarju jintalab jiċċara fid-detall kif ser jipprevjeni diżastri oħra fil-futur billi jimplimenta l-leġislazzjoni tal-UE dwar il-valutazzjoni, il-ġestjoni u l-prevenzjoni tad-diżastri abbażi tal-lezzjonijiet misluta u l-impenn li jieħu miżuri b’rabta mat-tibdil fil-klima.

3.9   Il-Kummissjoni ssemmi b’mod espliċitu l-Artikolu 222 tat-TFUE, jiġifieri d-dispożizzjoni li l-UE u l-Istati Membri għandhom jaġixxu flimkien fi spirtu ta’ solidarjetà f’każ ta’ attakk terroristiku jew ta’ diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem. Jista’ jingħad ukoll li t-TFUE jintroduċi għall-ewwel darba fl-Artikolu 4 u fl-Artikolu 174 il-“koeżjoni territorjali” bħala “responsabbiltà konġunta” bejn l-UE u l-Istati Membri; l-Unjoni għandha tippromovi aktar il-“koeżjoni territorjali” fir-reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali permanenti.

3.10   Dawn id-dispożizzjonijiet ma jirriflettux biss ir-responsabbiltajiet konġunti fost l-atturi kollha fl-Unjoni, iżda joħorġu fid-dieher ukoll is-sens ta’ destin komuni. Fid-dawl tar-reazzjonijiet tal-Kunsill għall-proposti suċċessivi tal-Kummissjoni u l-kummenti mill-partijiet l-oħra kkonsultati, huwa ċar li l-Istati Membri huma inqas lesti li jaġixxu bi spirtu ta’ destin komuni. Dan jispjega għaliex huma qed jagħmlu enfasi dejjem akbar fuq is-“sussidjarjetà”.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea”, ĠU C 61/30, 14.3.2003, p. 187 (mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  Opinjoni tal-KESE dwar “il-Proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea”, ĠU C 28/14, 3.2.2006, p. 69 (mhux disponibbli bil-Malti).

(3)  COM(2011) 613 final – Punt 2.3: l-aħħar paragrafu.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/55


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE”

COM(2011) 594 finali

2012/C 181/11

Relatur: is-Sur PALMIERI

Nhar id-19 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE

COM(2011) 594 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-7 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tad-29 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'164 vot favur, 73 vot kontra u 12-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (KESE), b'konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew (1) jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tiġi introdotta taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT – Financial Transaction Tax) għalkollox konformi mal-pożizzjonijiet li diġà ġew espressi qabel fl-Opinjonijiet tiegħu (2).

1.2   Fl-Opinjoni preċedenti tiegħu (3), il-KESE diġà kien għamel enfasi fuq l-importanza li terġa' tiġi garantita l-awtonomija finanzjarja tal-Unjoni Ewropea (UE) hekk kif kien indikat fil-bidu nett mill-Artikolu 201 tat-Trattat ta’ Ruma. U huwa f'dan il-kuntest li l-FTT tista' tirrappreżenta – għall-KESE – wieħed mill-elementi prinċipali tas-sistema l-ġdida ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni. Dan huwa strument li kapaċi jiżgura l-awtosuffiċjenza finanzjarja meħtieġa tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020.

1.3   Il-KESE jinsisti fuq il-bżonn li jkun hemm qbil dwar l-applikazzjoni globali tal-FTT, iżda madankollu, bħalma diġà indika fl-Opinjoni tal-15 ta’ Lulju 2010 (ara nota nru 2 f'qiegħ il-paġna), iqis li l-aħjar mod kif jinkiseb dan ir-riżultat huwa billi t-taxxa tiġi introdotta fl-Unjoni Ewropea (UE). Il-KESE, b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kummissarju Algirdas Semeta u tal-Parlament Ewropew, iqis li bħalma ġara għal ħafna politiki globali (bħal pereżempju dik dwar it-tibdil fil-klima), l-UE tista' u għandha taqdi r-rwol ta’ mexxejja u tkun l-awtorità f'dan il-qasam (4). Madankollu, il-KESE jqis li għandhom isiru l-aktar sforzi possibbli sabiex l-introduzzjoni tat-taxxa ssir fil-livell globali.

1.3.1   Il-KESE jqis li l-ittra indirizzata mill-Ministri tal-Finanzi ta’ disa' Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija, il-Belġju, il-Finlandja, il-Greċja, il-Portugal u Spanja) lill-Presidenza Daniża tal-UE għandha titqies f'dan id-dawl – ittra li fiha d-deċiżjoni tal-Presidenza li tgħaġġel il-proċess ta’ analiżi u negozjar għall-applikazzjoni tal-FTT tintlaqa' b'sodisfazzjon.

1.4   Għall-KESE, l-introduzzjoni tal-FTT tagħmel parti minn proċess usa' – imniedi mill-Kummissjoni – permezz tar-reviżjoni tad-direttivi prinċipali tas-swieq tal-istrumenti finanzjarji (COM(2011) 656; COM(2011) 652), bil-għan li jiġu garantiti trasparenza, effiċjenza u effikaċja aħjar ta’ dawn is-swieq. Barra minn hekk, kif diġà ġie enfasizzat f'Opinjoni preċedenti, il-KESE huwa tal-fehma li, permezz ta’ regolazzjoni u superviżjoni adatti, għandhom jiġu assigurati l-istabbiltà u l-effikaċja tas-settur finanzjarju, jiġi limitat it-teħid ta’ riskju eċċessiv, kif ukoll jinħolqu l-inċentivi adatti għall-istituzzjonijiet tas-settur finanzjarju.

1.5   Il-KESE jqis li sabiex ir-riskju tad-delokalizzazzjoni tal-attivitajiet finanzjarji jiġi newtralizzat jew għall-inqas jitnaqqas għall-minimu, hemm bżonn li l-prinċipju tar-residenza (jew tat-territorjalità), propost mill-Kummissjoni, jingħaqad mal-prinċipju tal-ħruġ, imressaq mill-Parlament Ewropew, li abbażi tiegħu t-taxxa tapplika (bħal taxxa tal-bolla) għal dawk it-tranżazzjonijiet li jinvolvu l-istrumenti finanzjarji kollha maħruġin minn persuni legali rreġistrati fl-UE, minħabba li ma jkunux jistgħu jiġu applikati l-kuntratti ta’ xiri jew ta’ bejgħ (5).

1.6   Il-KESE jqis li jekk tiġi applikata l-FTT, dan jippermetti li tiġi żgurata li jkun hemm kontribuzzjoni aktar ġusta tas-settur finanzjarju, kemm għall-baġit pubbliku tal-Unjoni Ewropea kif ukoll għall-baġits tal-Istati Membri.

1.7   Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li permezz tal-introduzzjoni tal-FTT huwa possibbli li tinbidel is-sistema ta’ benefiċċji tal-operaturi finanzjarji billi jitnaqqas il-kummerċ ta’ frekwenza għolja u b'dewmien baxx (high frequency and low latency trading). Dawn huma operazzjonijiet li huma spekulattivi ħafna, huma sors ta’ nuqqas ta’ stabbiltà tas-swieq finanzjarji u għalkollox separati mill-funzjonament normali tal-ekonomija reali. Għalhekk, permezz tal-FTT ser ikun possibbli li jiġu stabbilizzati s-swieq finanzjarji, billi jiżdiedu l-benefiċċji f'allokazzjonijiet finanzjarji fuq perjodu medju u fit-tul li jistgħu jiġu diretti lejn il-qasam tal-intrapriżi.

1.7.1   Il-KESE jsostni li l-pass inqas mgħaġġel tat-tranżazzjonijiet spekulattivi ħafna, dovut għall-introduzzjoni tal-FTT, ser iwassal biex jiġu stabilizzati b'mod sostanzjali l-fluttwazzjonijiet tal-valuri fis-swieq finanzjarji, u jista' jippermetti lill-intrapriżi, li joperaw f'ekonomija reali, li jkollhom xenarji finanzjarji aktar stabbli għall-investimenti proprji (6).

1.8   Għall-KESE, wieħed mill-aktar effetti importanti tal-introduzzjoni tal-FTT jista' jkun dak marbut mat-titjib tas-sitwazzjoni tad-dejn sovran. Il-kriżijiet tal-bonds tal-Gvern jaggravaw fil-perjodi ta’ instabbiltà finanzjarja qawwija. Iż-żieda fid-dħul li tirriżulta mill-introduzzjoni tal-FTT ser tikkontribwixxi biex ittejjeb l-istabbilizzazzjoni fiskali, u timpedixxi l-ħtieġa li jsir aktar dejn. Effett bħal dan ser ikun dirett għar-riżorsi li jmorru għand l-Istati Membri u indirett għar-riżorsi li ser imorru fil-baġit tal-UE, li ser jissostitwixxu l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri.

1.9   Il-KESE jirrikonoxxi li l-introduzzjoni tal-FTT, peress li tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni fiskali, ser tiggarantixxi funzjonament tajjeb tas-suq intern, u għalhekk tippermetti li jiġu evitati d-distorsjonijiet f'ambitu fejn sal-lum diġà mill-inqas għaxar Stati Membri tal-UE introduċew forom differenti ta’ FTT.

1.10   Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li l-konsegwenzi makroekonomiċi u mikroekonomiċi negattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni leġislattiva tal-FTT jiġu rregolati b'attenzjoni, u b'hekk ir-riskji u l-ispejjeż relatati jiġu nnewtralizzati jew għallinqas jonqsu. Għal din ir-raġuni l-KESE jqis li, sabiex jiġu kkompensati l-effetti negattivi prinċipali li l-FTT jista' jkollha fuq l-ekonomija reali, jeħtieġ li tiġi evalwata l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi adegwati ta’ kumpens.

1.10.1   Il-KESE jqis li l-monitoraġġ u l-valutazzjoni sussegwenti tal-konsegwenzi marbuta mal-applikazzjoni tal-FTT – permezz ta’ rapport li għandu jintbagħat lill-Parlament u lill-Kunsill – għandhom ikunu previsti kull sena u mhux fi tmiem it-tielet sena mill-introduzzjoni tal-FTT (7).

1.11   Il-KESE jqis li l-impatt tal-introduzzjoni tal-FTT għandu jiġi vvalutat billi jitqiesu l-effetti tat-tnaqqis tal-PDG fit-tul (kif jidher fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni) kif ukoll l-effetti globali b'rabta mal-kontribut: i) għal funzjonament aħjar tas-swieq finanzjarji wara l-istabbilizzazzjoni tagħhom; ii) għar-rilokazzjoni tal-investimenti lejn ekonomija reali; iii) għal politiki ta’ regolamentazzjoni li kapaċi jtejbu l-effiċjenza, l-effikaċja u t-trasparenza tas-swieq finanzjarji Ewropej; iv) għall-konsolidazzjoni tas-sistema fiskali tal-Istati Membri minħabba aktar disponibbiltà tar-riżorsi, u v) għall-iffrankar u l-investimenti mill-familji. Skont l-istimi reċenti, dawn l-effetti kollha jistgħu saħansitra jwasslu għal żieda pożittiva tal-PDG fit-tul ta’ 0,25 % (8).

1.12   Il-KESE jesprimi xi riżervi fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatt relatata mal-applikazzjoni tal-FTT li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni. Fil-fatt iqis li din ma tikkunsidrax numru ta’ effetti – li wħud minnhom jinsabu mniżżla f'din l-Opinjoni – bir-riskju li dan jista' jdgħajjef il-valutazzjoni globali tal-istess proposta. Għal din ir-raġuni, il-KESE jitlob li malajr kemm jista' jkun il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni addizzjonali aktar fil-fond.

1.13   Il-KESE jaqbel mal-għażla tal-Kummissjoni li tiġi proposta FTT minflok taxxa fuq l-attivitajiet finanzjarji (FAT – financial activities tax), peress li anke jekk din it-taxxa tista' tirregola b'mod aħjar l-aspetti distributtivi (minħabba korrelazzjoni aħjar mad-dħul iġġenerat mill-attivitajiet finanzjarji), madankollu tippreżenta riskji kbar li tiġi trasferita fuq il-konsumaturi u l-intrapriżi b'effetti minimi ta’ stabbilizzazzjoni tas-swieq finanzjarji.

1.14   Il-KESE huwa tal-fehma li għandu jiġi mfakkar li mill-ħarifa tal-2010 'l hawn, il-livell limitu taċ-ċittadini Ewropej – intervistati mill-Ewrobarometru – li huma favur l-introduzzjoni ta’ FTT ma niżilx taħt il-livell limitu ta’ 60 % (fil-ħarifa tal-2010: 61 %; fir-rebbiegħa tal-2011: 65 %, fil-ħarifa tal-2011: 64 % (9)). Għal din ir-raġuni, l-introduzzjoni tal-FTT tista' tkun l-ewwel pass importanti sabiex is-settur finanzjarju jerġa' jibda jikseb il-fiduċja bżonjuża miċ-ċittadini Ewropej.

1.15   Waqt il-qadi ta’ dmirijietu bħala korp konsultattiv tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-KESE jimpenja ruħu biex iwettaq monitoraġġ kostanti tal-proċess li permezz tiegħu l-proposta tal-Kummissjoni għall-introduzzjoni tal-FTT twassal għal leġislazzjoni.

2.   Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi sistema komuni ta’ tassazzjoni fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji

2.1   Sa mill-2009 fil-laqgħat tal-G20 (Pittsburgh, Toronto u Cannes), il-Kummissjoni Ewropea ħasset il-ħtieġa li tiġi introdotta taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji mad-dinja kollha. F'dan l-isfond, fis-7 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni dwar it-Tassazzjoni tas-Settur Finanzjarju (COM(2010) 549 final).

2.2   Illum il-Kummissjoni, fi ħdan qafas aktar sistematiku, qed terġa' tipproponi t-tassazzjoni fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (FTT). Fil-fatt, il-proposta tidħol fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid 2014-2020 ippreżentat mill-Kummissjoni, bil-għan li tiġi żgurata – permezz ta’ sistema aktar appoġġjata u li għandha riżorsi proprji – awtonomija finanzjarja akbar għall-baġit pluriennali tal-Unjoni Ewropea (10).

2.3   L-applikazzjoni tat-taxxa tikkonċerna t-tranżazzjonijiet finanzjarji li jsiru mill-entitajiet finanzjarji, b'eċċezzjoni ta’ dawk li jolqtu liċ-ċittadini u lill-intrapriżi (il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni, self ipotekarju, kreditu għall-konsum jew servizzi ta’ ħlas), it-tranżazzjonijiet fis-suq primarju (ħlief il-ħruġ u r-rimborż ta’ ishma u kwoti ta’ impriżi għall-investiment kollettiv fit-titoli trasferibbli u l-fondi ta’ investiment alternattivi) u t-tranżazzjonijiet immedjati fil-muniti (mhux id-derivati f'muniti).

2.4   L-atturi involuti fil-ħlas tal-FTT huma l-istituzzjonijiet finanzjarji li jipparteċipaw fi tranżazzjoni finanzjarja “jew akkont tagħhom stess jew akkont ta’ persuni oħra, jew li jaġixxu għan-nom ta’ parti għat-tranżazzjoni”. Jibqgħu esklużi t-tranżazzjonijiet finanzjarji mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali. Il-Kontropartijiet Ċentrali, id-Depożitarji Ċentrali tat-Titoli u d-Depożitarji Ċentrali Internazzjonali tat-Titoli, kif ukoll il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja, mhumiex ikkunsidrati bħala istituzzjonijiet finanzjarji sakemm dawn ikunu qegħdin jeżerċitaw funzjonijiet li mhumiex ikkunsidrati bħala attività kummerċjali fiha nfisha.

2.5   Il-prinċipju ta’ residenza (jew ta’ territorjalità) jintuża biex jittaffa r-riskju ta’ delokalizzazzjoni, li bla dubju ser jinħoloq. Skont dan il-prinċipju, mhuwiex importanti l-post fejn issir it-tranżazzjoni, iżda l-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti l-atturi finanzjarji involuti. It-tranżazzjoni hija soġġetta għall-applikazzjoni tat-taxxa jekk mill-inqas waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fit-tranżazzjoni tkun stabbilita fl-UE.

2.5.1   Skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva, istituzzjoni finanzjarja titqies li hija stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

tkun ġiet awtorizzata mill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru biex taġixxi bħala tali, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet koperti minn dik l-awtorizzazzjoni;

għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha f'dak l-Istat Membru;

l-indirizz permanenti jew ir-residenza tas-soltu tagħha jkun jinstab f'dak l-Istat Membru;

għandha fergħa f'dak l-Istat Membru;

hija parti, li qiegħda taġixxi akkont tagħha stess jew akkont ta’ persuna oħra, jew qiegħda taġixxi f'isem parti għat-tranżazzjoni, għal tranżazzjoni finanzjarja ma’ istituzzjoni finanzjarja oħra stabbilita f'dak l-Istat Membru, jew ma’ parti stabbilita fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u li mhijiex istituzzjoni finanzjarja (11).

2.6   L-FTT ssir dovuta minn meta ssir it-tranżazzjoni finanzjarja. Minħabba n-natura differenti tat-tranżazzjonijiet, huma previsti żewġ ammonti taxxabbli. L-ewwel wieħed jikkonċerna t-tranżazzjonijiet mhux relatati mal-ftehim dwar derivati, li għalihom l-ammont taxxabbli jikkorrespondi mal-ammont dovut li jħallas jew għandu jħallas attur lil parti terza. Jekk il-prezz tal-ammont dovut ikun inqas minn dak tas-suq jew ma jkunx previst, l-ammont taxxabbli jiġi kkalkulat skont il-prezz tas-suq. It-tieni jikkonċerna l-każ tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, relatati ma’ ftehim dwar derivati fejn l-ammont taxxabbli jkun l-ammont nozzjonali tal-ftehim dwar derivati fil-ħin meta ssir it-tranżazzjoni.

2.6.1   Ir-rati minimi li għandhom japplikaw l-Istati Membri fuq l-ammont taxxabbli għandhom jiġu identifikati kif ġej:

i)

0,1 % għat-tranżazzjonijiet finanzjarji mhux relatati ma’ ftehim dwar derivati;

ii)

0,01 % għat-tranżazzjonijiet finanzjarji relatati ma’ ftehim dwar derivati.

Għal kull kategorija ta’ tranżazzjoni, l-Istati Membri jistgħu japplikaw rata waħda. L-Istati Membri madankollu huma ħielsa li japplikaw rati ogħla mir-rati minimi stabbiliti.

2.7   L-entità responsabbli għall-ħlas tat-taxxa hija kull korp finanzjarju li jkun involut fit-tranżazzjoni bħala parti, f'isem oħrajn, f'isem il-parti għat-tranżazzjoni jew meta t-tranżazzjoni tkun saret f'ismu; madankollu, il-partijiet l-oħrajn involuti fit-tranżazzjonijiet huma meqjusa responsabbli flimkien in solidum taħt kundizzjonijiet stabbiliti. Madankollu, l-Istati Membri huma ħielsa li jidentifikaw partijiet oħrajn responsabbli għall-ħlas tat-taxxa u l-obbligi tar-reġistrazzjoni, tal-kontabbiltà, tar-rappurtar u ta’ obbligi oħra li jiżguraw il-ħlas effettiv tat-taxxa.

2.8   Fil-każ ta’ tranżazzjonijiet li jsiru b'mezzi elettroniċi, it-taxxa għandha titħallas minn meta ssir dovuta, u fil-każijiet l-oħrajn huwa previst limitu massimu ta’ tliet ġranet ta’ xogħol.

2.9   L-Istati Membri huma responsabbli għall-adozzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni tal-evitar, l-evażjoni u l-abbuż. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tista' tipproponi atti ddelegati permezz ta’ konsultazzjoni minn qabel tal-Kunsill.

2.10   L-introduzzjoni tal-FTT timplika l-abolizzjoni u n-nonintroduzzjoni ta’ kwalunkwe taxxa oħra fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji fil-livell tal-Istati Membri individwali.

2.11   Fil-qafas tal-proposta tal-Kummissjoni, l-adozzjoni ta’ taxxa minima komuni – li d-dħul fis-seħħ tagħha huwa previst fl-1 ta’ Jannar 2014 – tippermetti li jiġu armonizzati l-inizjattivi li ttieħdu diġà mill-Istati Membri fir-rigward tal-FTT u b'hekk jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq uniku.

2.12   L-għażla li tiġi adottata taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji saret wara valutazzjoni tal-impatt li kkunsidrat ukoll l-introduzzjoni tal-FAT bħala soluzzjoni alternattiva potenzjali, iżda li qieset l-FTT bħala preferibbli. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni tal-impatt, ġie stmat li l-qligħ annwali li tiġġenera l-FTT huwa ta’ EUR 57 biljun fis-sena (EUR 37 biljun iridu jmorru fil-baġit tal-UE, filwaqt li l-EUR 20 biljun li jkun fadal imorru fil-baġit tal-Istati Membri individwali) (12).

2.13   Huwa previst li l-Kummissjoni tibgħat rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva regolarment flimkien ma’ proposti għal emendi, fejn meħtieġ. L-ewwel rapport huwa previst għall-31 ta’ Diċembru 2016, u dawk sussegwenti ser isiru kull ħames snin.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Permezz ta’ din l-Opinjoni, il-KESE beħsiebu jipprovdi valutazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni li għandha l-għan li tippromovi Direttiva tal-Kunsill għall-istabbiliment ta’ sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (COM(2011) 594 final (13)).

3.2   Din l-Opinjoni tkompli fi ħdan il-qafas li diġà ġie mfassal qabel mill-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-15 ta’ Lulju 2010 dwar l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, u mill-Opinjoni tal-15 ta’ Ġunju 2011 (ara n-nota 2 fil-qiegħ tal-paġna) dwar il-Komunikazzjoni dwar it-tassazzjoni tas-settur finanzjarju (COM(2010) 549 final).

3.3   Il-proposta għal FTT tissejjes fuq l-għarfien li s-swieq finanzjarji, wara l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, urew – matul dawn l-aħħar għoxrin sena – żieda qawwija fil-volumi ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u fil-volatilità tal-prezzijiet tagħhom. Dan wassal għad-destabilizzazzjoni tal-ekonomija dinjija (14).

3.3.1   Is-swieq finanzjarji, minn “strumenti” li jirkupraw ir-riżorsi finanzjarji għall-ekonomija reali, bil-mod il-mod qed jaqdu rwol ċentrali “huma stess”, u fil-fatt qed “idgħajfu” l-ekonomija reali. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, il-KESE jqis xieraq li dawn is-swieq ikunu soġġetti għal mekkaniżmi li kapaċi jiżguraw l-effiċjenza, permezz tar-regolamentazzjoni tagħhom u l-effikaċja, permezz tat-trasparenza, filwaqt li jkun iggarantit li jikkontribwixxu b'mod ugwali – flimkien ma’ fatturi oħrajn tal-produzzjoni – għat-tħejjija tal-baġit tal-Unjoni u l-baġits tal-Istati Membri (15).

3.3.2   Il-KESE, filwaqt li jtenni li l-kriżi attwali hija minħabba kriżi finanzjarja li bdiet fl-2007 u li nfirxet għall-ekonomija reali sa mill-2008 (16), iqis li s-settur li huwa prinċipalment responsabbli għal din il-kriżi – dak finanzjarju – għandu jikkontribwixxi b'mod ġust biex din tingħeleb. Sal-lum, l-Istati Membri tal-UE impenjaw ruħhom li jappoġġjaw lis-settur finanzjarju (f'termini ta’ finanzjamenti u garanziji) b'EUR 4600 biljun, jiġifieri 39 % tal-PDG tal-UE-27 fl-2009. Kontribut li tassew kellu effett negattiv fuq il-finanzi pubbliċi ta’ xi Stati Membri tal-UE, u ta bidu għal kriżi perikoluża taż-żona tal-euro (17).

3.4   F'dan il-kuntest, il-proposta għal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji hija parti integrali minn proċess li nbeda mill-Kummissjoni, permezz tar-reviżjoni tad-direttivi ewlenin tas-settur tas-swieq tat-titoli, bil-għan li jiggarantixxi governanza u trasparenza aħjar tas-swieq finanzjarji (18), ħafna drabi mixtieqa mill-KESE fix-xogħlijiet tiegħu.

3.5   Il-KESE f'żewġ okkażjonijiet separati diġà esprima opinjoni favorevoli dwar l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, kemm fl-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-15 ta’ Lulju 2010 (ara nota 2 fil-qiegħ tal-paġna) kif ukoll fl-Opinjoni tal-15 ta’ Ġunju 2011 (ara nota 2 fil-qiegħ tal-paġna).

3.5.1   Għall-KESE, il-proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 594 final tintroduċi sistema Ewropea ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji li hija konformi mal-linji ġenerali tal-proposti eżaminati fiż-żewġ Opinjonijiet preċedenti.

3.6   Il-KESE jirrikonoxxi bħala validi r-raġunijiet prinċipali li wasslu lill-Kummissjoni li tipproponi l-applikazzjoni ta’ FTT f'livell Ewropew:

iż-żieda fit-taxxa fuq l-attivitajiet finanzjarji bil-għan li dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu b'mod iżjed ġust għall-baġit pubbliku tal-Unjoni u għall-baġits tal-Istati Membri;

il-bidla fl-imġiba tal-operaturi finanzjarji billi jitnaqqas il-volum tat-tranżazzjonijiet finanzjarji ta’ frekwenza għolja u latenza baxxa (high frequency and low latency trading);

L-armonizzazzjoni tal-FTT tal-Istati Membri differenti billi jiġu stabbiliti żewġ rati minimi (0,1 % għall-bonds u l-ishma; 0,01 % għad-derivati).

3.6.1   Fir-rigward tal-kontribuzzjoni għall-baġit tal-Unjoni u tal-Istati Membri, il-kriżi ekonomika u l-kriżi reċenti tad-djun sovrani jeħtieġu politika li kapaċi terġa' tniedi l-iżvilupp ekonomiku f'kuntest ta’ restrizzjonijiet dejjem aktar stretti fuq il-baġits pubbliċi. L-introduzzjoni tal-FTT, li tikkontribwixxi għas-sistema l-ġdida ta’ riżorsi proprji tal-baġit tal-UE, ser tippermetti li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri jitnaqqsu b'mod sinifikanti, u b'hekk tippermetti li jissaħħu mill-ġdid il-baġits nazzjonali. Il-Kummissjoni stmat li, fl-2020, ir-riżorsi proprji l-ġodda jistgħu jikkorrespondu għal madwar nofs il-baġit tal-UE u l-parti tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri fuq l-introjtu nazzjonali gross ser tonqos għal terz meta mqabbla mal-porzjon attwali li jaqbeż it-tliet kwarti.

3.6.1.1   Kif ġie indikat qabel, l-applikazzjoni ta’ FTT ser issir ukoll għal sens ta’ ġustizzja. F'dawn l-aħħar snin, is-sistema finanzjarja bbenefikat minn taxxa mnaqqsa, minħabba l-vantaġġ fiskali ta’ madwar EUR 18-il biljun fis-sena minħabba l-eżenzjoni tas-servizzi finanzjarji mill-ħlas tal-VAT.

3.6.1.2   F'dan il-kuntest, il-KESE diġà ddikjara li huwa favur il-proposta tal-Kummissjoni li temenda s-sistema tat-taxxa fir-rigward ta’ żieda fil-kontribuzzjoni tas-settur finanzjarju. Għal din ir-raġuni, il-KESE jqis li l-proposta tal-Kummissjoni miexja fid-direzzjoni mixtieqa.

3.6.2   Fir-rigward tal-possibbiltà li, permezz ta’ FTT, ikun possibbli li jitnaqqas il-volum ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji b'riskju għoli u volatili ħafna, jaqbel li ssir enfasi fuq il-kategorija ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji li għandha tkun l-aktar milquta mill-proposta. It-tranżazzjonijiet finanzjarji ta’ frekwenza għolja u latenza baxxa, permezz tal-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni avvanzati ħafna, bl-użu ta’ algoritmi matematiċi kumplessi li kapaċi janalizzaw – fi frazzjonijiet ta’ sekonda – id-data tas-suq billi jimplimentaw l-istrateġiji relatati ta’ intervent fis-swieq finanzjarji (kwantità, prezz, ħin, il-postijiet fejn jinsabu l-kummerċanti, ordnijiet ta’ xiri/bejgħ) billi b'hekk jitnaqqas il-ħin ta’ latenza (li jitkejjel f'mikrosekondi – “partijiet minn miljun ta’ sekonda”). Permezz ta’ dawn it-tranżazzjonijiet, l-operatur ikun jista' jipprovdi risposta “bikrija” fis-swieq billi jiġġenera tranżazzjonijiet ta’ xiri u bejgħ li jingħalqu f'wieħed minn għaxra ta’ sekonda. Għal din il-kategorija ta’ tranżazzjonijiet, kien hemm ukoll diskussjonijiet dwar “insider trading abbażi tal-informatika” (19).

3.6.2.1   Dawn it-tranżazzjonijiet jirrappreżentaw bejn it-13 % u l-40 % tal-volum totali ta’ kummerċ fis-swieq finanzjarji tal-UE. Fl-Istati Uniti, f'erba' snin biss (mill-2004 sal-2009), ġie kkalkolat li l-volum ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji ta’ frekwenza għolja żdied minn 30 % għal 70 % (20).

3.6.2.2   Dawn l-operazzjonijiet jirrappreżentaw tranżazzjonijiet għalkollox separati mill-funzjonament normali tal-ekonomija reali u jistgħu, fost l-oħrajn, ineħħu l-likwidità fi ħdan is-sistema ekonomika u jdgħajfu r-resistenza sistematika, mifhuma bħala l-kapaċità ta’ sistema li tirreżisti għal pressjonijiet li jirriżultaw minn fażijiet kritiċi (21).

3.6.2.3   L-applikazzjoni ta’ FTT – wara ż-żieda tal-ispejjeż tat-tranżazzjoni – ser ikollha effett negattiv fuq l-attivitajiet ta’ kummerċ bi frekwenza għolja minħabba l-effett kumulattiv tal-applikazzjoni tat-taxxa. Il-volum imnaqqas tat-tranżazzjonijiet ta’ frekwenza għolja ser jippromovi l-attività tal-istituzzjonijiet finanzjarji, diretta lejn l-attivitajiet finanzjarji tradizzjonali ta’ intermedjazzjoni tal-kreditu, b'vantaġġi ċerti għall-operaturi kkonċernati – bħall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju – li llum qed iġarrbu kriżi serja ta’ likwidità.

3.6.2.4   Is-sistemi tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji li diġà huma fis-seħħ urew il-kapaċità li jnaqqsu l-volumi tal-kummerċ u l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet tat-titoli, u għalhekk jippermettu tnaqqis fil-primjums tar-riskju; b'hekk huwa raġonevoli li l-introduzzjoni ta’ FTT f'livell Ewropew toħloq tnaqqis importanti anke għal dik il-kategorija ta’ tranżazzjonijiet “mhux produttivi”.

3.6.3   Fir-rigward tal-objettiv tal-armonizzazzjoni fiskali, s'issa għaxar Stati Membri tal-UE diġà ilhom żmien li introduċew forom differenti ta’ taxxi fuq attivitajiet u tranżazzjonijiet finanzjarji (il-Belġju, Ċipru, Franza, il-Finlandja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, ir-Rumanija, il-Polonja u r-Renju Unit). Għal dawn il-pajjiżi qed jintalab li l-liġi nazzjonali proprja tiġi adattata għal dik tal-UE (pereżempju, fost affarijiet oħra jistgħu jintalbu: japplikaw ir-rata minima u jarmonizzaw l-ammont taxxabbli fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-UE). Għal finijiet ta’ funzjonament tajjeb tas-suq intern, l-introduzzjoni ta’ FTT ser tippermetti li jingħata vantaġġ lis-swieq finanzjarji li huma l-aktar effiċjenti filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet ikkawżati minn regoli fiskali stabbiliti b'mod unilaterali mill-Istati Membri.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Il-Kummissjoni fasslet valutazzjoni tal-impatt tal-introduzzjoni tal-FTT b'rabta mal-effetti fit-tul fuq il-prodott domestiku gross (PDG), bejn – 0,17 % (għar-rata ta’ 0,01 %) u – 1,76 % (għar-rata ta’ 0,1 %) fl-ambitu ta’ xenarju partikolarment sever li fih ma ġie kkunsidrat l-ebda effett “mitiganti”, pereżempju l-esklużjoni tas-suq primarju, l-esklużjoni tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu mill-inqas operatur mhux finanzjarju u l-effetti fuq il-fatturi varjabbli makroekonomiċi l-oħra. Għall-Kummissjoni, jekk jiġu kkunsidrati wkoll l-effetti “mitiganti”, l-effett massimu fuq il-PDG jinbidel minn – 1,76 % għal – 0,53 %. Fir-rigward tal-effetti fuq l-impjieg, ġie stmat li dawn ser ikunu bejn – 0,03 % (b'rata ta’ 0,01 %) u – 0,20 % (għar-rata ta’ 0,1 %).

4.2   Fir-realtà, jekk mal-effetti fit-tul tal-PDG wara l-introduzzjoni tal-FTT jiżdiedu l-effetti marbuta mal-funzjonament aħjar tas-swieq finanzjarji wara l-istabbilizzazzjoni tagħhom, mar-rilokazzjoni tal-investimenti lejn ekonomija reali; ma’ politiki ta’ regolamentazzjoni li kapaċi jtejbu l-effiċjenza, l-effikaċja u t-trasparenza tas-swieq, mal-konsolidazzjoni tas-sistema fiskali tal-Istati Membri minħabba aktar disponibbiltà tar-riżorsi, l-effett kumplessiv f'termini tal-varjazzjoni tal-PDG jista' jkun pożittiv u skont l-istimi għandu jkun ta’ 0,25 % (22).

4.3   Il-KESE jqis li l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni mhix biżżejjed u għal din ir-raġuni jqis adegwat li l-Kummissjoni tippreżenta analiżi addizzjonali ta’ din il-valutazzjoni b'tali mod li l-impatt tal-istess propost joħroġ aktar fid-dieher.

4.3.1   Il-KESE jqis li għandhom jitqiesu l-elementi li ġejjin: xi wħud mill-effetti li ssemmew f'din l-Opinjoni li ma tqisux mill-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni; xi spjegazzjonijiet relatati mal-ipoteżijiet adottati fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni (bħal pereżempju l-elastiċità tad-domanda għall-prodotti finanzjarji milqutin mill-FTT); l-effetti ta’ trasferiment possibbli fuq il-konsumaturi u l-intrapriżi; u l-effetti fuq l-impjieg tas-setturi finanzjarji tal-Istati Membri tal-UE hekk kif tiġi introdotta l-FTT.

4.4   Il-KESE jqis li l-introduzzjoni ta’ FTT għandha ssir b'arranġamenti adegwati li jinnewtralizzaw jew li għall-inqas inaqqsu r-riskji u l-ispejjeż relatati. Fost ir-riskji li l-KESE jqis li għandhom jiġu kkunsidrati hemm: it-trasferiment eventwali tat-taxxa fuq l-ispiża tal-kreditu għall-intrapriżi u l-konsumaturi; it-tnaqqis fil-qligħ fuq il-fondi tal-pensjoni, id-delokalizzazzjoni tal-investimenti finanzjarji; iż-żieda fl-ispejjeż tal-intrapriżi minħabba l-hedging (assigurazzjoni kontra l-varjazzjonijiet tal-prodotti bażiċi u r-rati tal-kambju); l-effett tat-taxxa fuq il-profitti tas-settur finanzjarju u fuq dawk l-Istati Membri fejn dan is-settur huwa wieħed importanti; l-effetti tal-impatt fuq l-ekonomija peress li l-introduzzjoni tat-taxxa tista' ssir f'fażi ekonomika kkaratterizzata minn reċessjoni.

4.5   Il-KESE jqis li dawn ir-riskji huma bbilanċjati b'opportunitajiet u benefiċċji ħafna akbar. L-FTT, li titfa' piż fuq l-investimenti fuq perjodu qasir, tiddetermina żieda fid-domanda tal-investimenti fuq perjodu medju u dak fit-tul li tradizzjonalment jintużaw għall-finanzjament tal-intrapriżi u tal-Istati. Dan kollu ser jirriżulta f'aktar likwidità disponibbli fis-swieq u b'hekk ser jikkontribwixxi biex titjieb is-sitwazzjoni tal-intrapriżi, il-familji u d-djun sovrani. L-istabbilizzazzjoni fis-swieq ta’ prodotti derivati ser tkun ta’ importanza partikolari. Il-karatteristiċi ta’ dawn il-prodotti, fil-fatt, jinfluwenzaw b'mod sostanzjali l-għadd ta’ tranżazzjonijiet li jsiru u, għalaqstant, idgħajfu l-proliferazzjoni ta’ prodotti li huma responsabbli b'mod sinifikanti għall-kriżi tas-swieq finanzjarji u tal-ekonomija dinjija ta’ dawn l-aħħar snin.

4.6   It-taxxa addizzjonali possibbli fuq il-fondi tal-pensjoni li tirriżulta mill-introduzzjoni tal-FTT għandha tkun modesta meta jitqiesu l-mod u t-tip ta’ investiment; barra minn hekk, il-possibbiltà li jiġu valutati mill-ġdid l-assi tipiċi tal-fondi tal-pensjonijiet (investimenti inqas varjabbli) tista' tikkumpensa biex jingħeleb it-tnaqqis potenzjali fil-qligħ li jirriżulta mill-applikazzjoni tat-taxxa. Madankollu, il-KESE huwa tal-fehma li, sabiex jiġu newtralizzati jew jitnaqqsu l-effetti fuq il-fondi tal-pensjoni, tista' titqies il-possibbiltà li jitnaqqsu r-rati jew ikun hemm xi tip ta’ eżenzjoni għal dan is-settur.

4.7   Il-kamp ta’ applikazzjoni u r-rati tal-FTT huma stabbiliti billi jitqies l-objettiv tat-trażżin tal-effetti negattivi potenzjali tal-ispostament – barra mill-EU – tal-investimenti u tal-fondi finanzjarji. Il-KESE diġà enfasizza din il-ħtieġa, ġaladarba ma baqgħatx kwistjoni li tiġi introdotta t-taxxa fil-livell globali.

4.7.1   Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-FTT, l-adozzjoni tal-prinċipju tar-residenza (jew tat-territorjalità) jitlob li anke l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-pajjiżi terzi stabbiliti fl-UE jkunu soġġetti għat-taxxa u dan jimplika spettru wiesa' ta’ applikabbiltà. L-istess definizzjoni tat-territorjalità tal-istituzzjonijiet finanzjarji, bil-għan li jiġi deċiż l-Istat Membru li jiġbor it-taxxa, tippermetti li jitnaqqsu kemm jista' jkun possibbli l-każijiet ta’ evażjoni u evitar tat-taxxa.

4.7.2   Sabiex l-effetti tad-delokalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji jiġu newtralizzati aktar, il-KESE jappoġġja l-proposta, imressqa mill-Parlament Ewropew, li jiġi introdott il-prinċipju tal-ħruġ abbażi ta’ liema t-taxxa tapplika (bħal taxxa tal-bolla) għal dawk it-tranżazzjonijiet kollha li jinvolvu strumenti finanzjarji maħruġin minn persuni legali rreġistrati fl-UE (23).

4.7.3   Fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rati, il-KESE, waqt li jfakkar li fl-Opinjoni adottata fl-2010 (ara n-nota 2 fil-qiegħ tal-paġna) kien indika l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ 0,05 %, jirrikonoxxi li l-applikazzjoni taż-żewġ rati – kif propost mill-Kummissjoni – għandha t-tendenza li tnaqqas ir-riskju tad-delokalizzazzjoni u tiggarantixxi li l-baġits tal-Unjoni u tal-Istati Membri jibbenefikaw minn riżorsi adegwati.

4.7.4   Il-KESE jfakkar ukoll li pajjiżi bħall-Korea t'Isfel, il-Ħong Kong, l-Indja, il-Brażil, it-Tajwan, u l-Afrika t'Isfel li introduċew l-FTT, waqt li taw attenzjoni partikolari għall-ġestjoni tagħha, għall-bażi taxxabbli u għall-applikazzjoni tar-rati, kisbu riżultati pożittivi mil-lat tad-dħul mingħajr ma xxekkel it-tkabbir ekonomiku (24).

4.8   L-esklużjoni tas-suq primarju mill-ambiti tat-taxxa tnaqqas kemm jista' jkun l-effetti tal-FTT fuq l-ispejjeż tal-finanzjament tal-attivitajiet reali, u tnaqqashom għall-effetti indiretti li jirriżultaw minħabba inqas likwidità li twassal għaliha din it-taxxa fuq it-titoli tal-istituzzjonijiet finanzjarji.

4.9   Il-fatt li t-taxxa tapplika wkoll għall-kuntratti derivati bbażat fuq il-munita, iżda mhux għal tranżazzjonijiet immedjati fil-muniti, jippermetti li jsir intervent fuq il-biċċa l-kbira tat-tranżazzjonijiet għal finijiet spekulattivi li jaffettwaw is-swieq tal-muniti (25). L-inklużjoni eventwali tat-tranżazzjonijiet immedjati fil-muniti fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FTT mhux ser tkun tikkostitwixxi la l-limitazzjoni reali għall-moviment liberu tal-kapital (meta jiġu kkunsidrati wkoll ir-rati previsti), u lanqas ksur tal-partijiet relatati tat-Trattat ta’ Lisbona (Grupp Mexxej dwar il-finanzjament innovattiv għall-iżvilupp, Pariġi, Ġunju 2010).

4.10   Kif diġà ooserva l-KESE (Opinjoni adottata fl-2011, ara n-nota 2 fil-qiegħ tal-paġna), l-FTT u l-FAT mhumiex sistemi ta’ taxxa alternattivi. L-FTT tirrigwarda essenzjalment it-tranżazzjonijiet fuq perjodu qasir, filwaqt li l-FAT tikkonċerna l-attivitajiet finanzjarji kollha (għalhekk anke n-negozjar fis-suq primarju). L-introduzzjoni tal-FTT ma tipprekludix l-applikabbiltà ta’ sistema Ewropea ta’ FAT, b'mod partikolari jekk l-għan ewlieni huwa li s-settur finanzjarju “jagħti kontribut ġust u sostanzjali” lill-finanzi pubbliċi (Opinjoni tal-2010, ara n-nota 2 fil-qiegħ tal-paġna) u li jiġi armonizzat id-dazju fuq l-attivitajiet finanzjarji biex jissaħħaħ is-suq uniku. Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ taxxa Ewropea fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji hija stess issaħħaħ il-ħtieġa għal aktar uniformità fis-sistemi ta’ taxxa tal-Istati Membri individwali fil-qasam tal-attivitajiet finanzjarji b'mod ġenerali.

4.10.1   L-FTT għandha effetti gradwali ta’ distribuzzjoni, kemm peress li l-persuni b'livell għoli ta’ dħul jagħmlu użu ikbar mis-servizzi tas-settur finanzjarju, kif ukoll peress li ma hemmx spejjeż diretti fuq il-familji u l-intrapriżi mhux finanzjarji minħabba li ma tapplikax għall-attivitajiet ta’ konċessjoni u għoti ta’ self li jikkonċernawhom. Fuq dawn it-tranżazzjonijiet ser ikunu imposti biss l-ispejjeż indiretti li jirriżultaw minn likwidità aktar baxxa tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji.

4.11   Is-sistema tal-ġbir tat-taxxa hija sempliċi u tinvolvi spejjeż baxxi ħafna għat-tranżazzjonijiet li jsiru fis-swieq u, b'mod ġenerali, għat-tranżazzjonijiet irreġistrati. Dan jappoġġja l-ħtieġa li jiġu estiżi l-obbligi ta’ reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, billi jiġu inklużi t-tranżazzjonijiet li jsiru fis-swieq (over-the-counter) irrappreżentati minn prodotti mhux standardizzati kkummerċjalizzati fuq l-hekk imsejħa swieq ta’ derivati barra l-Borża, innegozjati b'mod bilaterali bejn żewġ partijiet.

Brussell, 29 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Il-Parlament Ewropew “huwa favur l-introduzzjoni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji, li ttejjeb il-funzjonament tas-suq billi tnaqqas l-ispekulazzjoni u tgħin biex jiġu ffinanzjati l-beni pubbliċi globali u jitnaqqsu d-defiċits pubbliċi”.

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar finanzjament innovattiv fil-livell globali u Ewropew. 2010/2105(INI) test adottat fit-8 ta’ Marzu 2011.

(2)  Opinjoni tal-KESE dwar “Taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji”, adottata fil-15 ta’ Lulju 2010 (ĠU C 44/14, 11.02.2011, p. 81}.

Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni dwar it-tassazzjoni tas-Settur Finanzjarju (COM(2010) 549 final),, (ĠU C 248/11 of 25.8.2011, p. 64).

(3)  Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni: ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE (ĠU C 248/11, 25.8.2011, p. 75).

(4)  Algirdas Semet, 17/2/2012, Il-koordinazzjoni tat-taxxi tal-UE u s-settur finanzjarju. Kummissarju tal-UE għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, il-Verifika u l-Ġlieda kontra l-Frodi. Speech/12/109. Londra.

Il-Parlament Ewropew, Riżoluzzjoni dwar finanzjament innovattiv fil-livell globali u ewropew (P7_TA-PROV(2011)0080).

(5)  Il-Parlament Ewropew, Abbozz ta’ Rapport dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE. Relatur: Anni Podimata (10/2/2012).

(6)  Schulmeister, S., 2011, “Implementation of a General Financial Transaction Tax” Austrian Institute of Economic Research (l-Istitut Awstrijakk tar-Riċerka Ekonomika) Ikkummissjonat mill-Kamra Federali tax-Xogħol.

Griffith-Jones, S., Persaud, A., 2012, Financial Transaction Taxes (Taxxi fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji) http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/201202/20120208ATT37596/20120208ATT37596EN.pdf. (mhux disponibbli bil-Malti).

(7)  Hekk kif indikat fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, SEC(2011) 1103 final.

(8)  Griffith-Jones, S., Persaud, A., 2012, Op.cit.

(9)  Il-Kummissjoni Ewropea, 2011, Ewrobarometru 76 – Public opinion in the European Union – First Results (Opinjoni pubblika fl-Unjoni Ewropea – L-ewwel riżultati, mhux disponibbli bil-Malti). Ġbir ta’ tagħrif: Novembru 2011. Pubblikazzjoni: Diċembru 2011.

(10)  Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 (COM(2011) 398 final) u li jirrappreżenta t-traspożizzjoni regolatorja tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Il-Baġit għall-Ewropa 2020 tad-29 ta’ Ġunju 2011 (COM(2011) 500 final)

(11)  Fil-każ li jiġu sodisfati aktar kondizzjonijiet, l-Istat Membru ta’ appartenenza jiġi determinat skont l-ewwel kondizzjoni li tiġi sodisfata skont l-ordni fil-lista.

(12)  Il-Kummissjoni Ewropea, Brussell, it-28 ta’ Settembru 2011, SEC(2011) 1103 final, Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni – Sommarju eżekuttiv tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja d-dokument “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE”.

(13)  Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE (COM(2011) 594 final).

(14)  It-tranżazzjonijiet ibbażati fuq il-munita huma mill-inqas 70 darba ogħla meta mqabbla mal-kummerċ ta’ prodotti u servizzi fil-livell dinji. Fl-2006, il-kummerċ fis-swieq tad-derivati, fl-Ewropa, kien 84 darba ogħla meta mqabbel mal-PDG, filwaqt li l-kummerċ f'suq immedjat (spot market trading) (xiri u bejgħ ta’ muniti jew valuri finanzjarji bi ftehimiet immedjati stabbiliti “on the spot”) kien biss 12-il darba ogħla mill-PDG nominali tal-UE.

Schulmeister, S., Schratzenstaller, M., Picek, O., 2008, A General Financial Transaction Tax – Motives, Revenues, Feasibility and Effects, l-Istitut Awstrijakk tar-Riċerka Ekonomika, studju ta’ riċerka kkummissjonat mill-Ecosocial Forum Austria, kofinanzjat mill-Ministeru Federali tal-Finanzi u l-Ministeru Federali tal-Ekonomija u x-Xogħol, Marzu 2008.

(15)  Haug, J., Lamassoure, A., Verhofstadt, G.,Gros, D., De Grauwe, P., Ricard-Nihoul, G., Rubio, E., 2011, Europe for Growth – For a Radical Change in Financing the EU.

Rapport tal-Grupp de Larosière (ĠU C 318, 23.12.2009).

Il-Parlament Ewropew, 15 ta’ Ġunju 2010, Rapport dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (2010/2242 (INI)); relatur: Pervenche Berès.

Il-Parlament Ewropew, 8 ta’ Marzu 2010, Riżoluzzjoni dwar it-taxxi fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji. (2009/2750 (RSP)).

Il-Parlament Ewropew, 8 ta’ Marzu 2011, Riżoluzzjoni dwar finanzjament innovattiv fil-livell globali u Ewropew. (2010/2105(INI)); relatur: Anni Podimata.

(16)  Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi – Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ, ĠU C 107/7, 06.4.2011.

(17)  Il-Kummissjoni Ewropea, Brussell, it-28 ta’ Settembru 2011, SEC(2011) 1103 final, Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni – Sommarju eżekuttiv tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja d-dokument “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE”.

(18)  Brussell, 20 ta’ Ottubru 2011, COM(2011) 656 final, Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li tirrevoka d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Brussell, 20 ta’ Ottubru 2011, COM(2011) 652 final, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament [EMIR] dwar id-derivati OTC, il-kontropartijiet ċentrali u r-repożitorji tan-negozju.

(19)  Schulmeister, S., (2011), op.cit.

The New York Times, 23.7.2011, Stock Traders Find Speed Pays, in Milliseconds. Duhigg, C.

(20)  Il-Kummissjoni Ewropea, 8 ta’ Diċembru 2010, konsultazzjoni pubblika dwar Review of the Markets in Financial Instrument Directive (MiFID) (Reviżjoni tad-Direttiva dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji – MiFID), Direttorat Ġenerali tas-Suq Intern u s-Servizzi.

Il-Kummissjoni Ewropea, 20 ta’ Ottubru 2010, SEC(2011) 1226 final, Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni. Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja d-dokument il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (Tfassil mill-ġdid) u l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (mhux disponibbli bil-Malti).

L-Istitut Awstrijakk tar-Riċerka Ekonomika, 2011, op. cit.

(21)  Persuad, A., 14 ta’ Ottubru 2011, “La Tobin Tax? Si può fare” (It-taxxa Tobin? Tista' ssir) (www.lavoce.info).

(22)  Griffith-Jones, S., Persaud, A., 2012, Op.cit.

(23)  Fil-każ li ma titħallasx it-taxxa tal-bolla mill-partijiet kontraenti, il-kuntratt ta’ xiri jew ta’ bejgħ ma jkunx applikabbli. Il-Parlament Ewropew, Abbozz ta’ Rapport dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE. Relatur: Anni Podimata (10/2/2012).

(24)  Griffith-Jones, S., Persaud, A., 2012. op.cit.

(25)  It-tranżazzjonijiet fil-muniti huma eżattament l-istess tip ta’ tranżazzjonijiet li għalihom J. Tobin ħaseb din it-tip ta’ taxxa. Tobin, J., 1978, A Proposal for International Monetary Reform (Proposta għal Riforma Monetarja Internazzjonali). Diskors presidenzjali mill-Professur Tobin matul il-Konferenza tal-1978 tal-Assoċjazzjoni Ekonomika tal-Lvant, Wash. D.C., Cowles Foundation Paper – Stampat mill-ġdid għall-Eastern Economic Journal, 4(3-4) Lulju-Ottubru 1978.


APPENDIĊI

għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti:

Punt 1.1

Żid punt ġdid 1.2 kif ġej wara l-punt 1.1

“”

Raġuni

Ser tingħata bil-fomm.

L-emenda ġiet ivvotata u rrifjutata bi 93 vot favur, 143 vot kontra u 11-il astensjoni.

Punt 1.10

Ibdel it-test kif ġej:

“Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li l-konsegwenzi makroekonomiċi u mikroekonomiċi negattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni leġislattiva tal-FTT jiġu rregolati b’attenzjoni, u b’hekk ir-riskji u l-ispejjeż relatati jiġu nnewtralizzati jew għallinqas jonqsu. Għal din ir-raġuni l-KESE jqis li, sabiex jiġu kkompensati l-effetti negattivi prinċipali li l-FTT jista’ jkollha fuq l-ekonomija reali, jeħtieġ li tiġi evalwata l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi adegwati ta’ kumpens.”

Raġuni

Huwa fatt li f’kull Stat Membru, is-settur finanzjarju għandu piż relattiv differenti meta mqabbel mal-ekonomija sħiħa. Għalhekk il-KESE għandu jirrikonoxxi dan il-fatt.

L-emenda ġiet ivvotata u rrifjutata b’86 vot favur, 137 vot kontra u 15-il astensjoni.

Punt 3.3.2

Ibdel it-test kif ġej:

“Il-KESE, filwaqt li jtenni li l-kriżi attwali hija minħabba kriżi finanzjarja li bdiet fl-2007 u li nfirxet għall-ekonomija reali sa mill-2008 (1), iqis li s-settur li huwa prinċipalment responsabbli għal din il-kriżi ) – dak finanzjarju – għandu jikkontribwixxi b’mod ġust biex din tingħeleb. Sal-lum, l-Istati Membri tal-UE impenjaw ruħhom li jappoġġjaw lis-settur finanzjarju (f’termini ta’ finanzjamenti u garanziji) b’EUR 4 600 biljun, jiġifieri 39 % tal-PDG tal-UE-27 fl-2009. Kontribut li tassew kellu effett negattiv fuq il-finanzi pubbliċi ta’ xi Stati Membri tal-UE, u ta bidu għal kriżi perikoluża taż-żona tal-euro (2).”

Raġuni

Meta nitkellmu dwar ir-responsabbiltà tal-kriżi, ma nistgħux ma nsemmux il-politiċi. Fil-fatt f’diversi pajjiżi kienet l-irresponsabbiltà tagħhom għal diversi snin li kkontribwiet b’mod sinifikanti għall-kriżi.

L-emenda ġiet ivvotata u rrifjutata bi 72 vot favur, 154 vot kontra u 15-il astensjoni.

Punt 4.6

Ibdel it-test kif ġej:

“t-taxxa addizzjonali fuq il-fondi tal-pensjoni li tirriżulta mill-introduzzjoni tal-FTT modesta meta jitqiesu l-mod u t-tip ta’ investiment; , l-possibbiltà li jiġu valutati mill-ġdid l-assi tipiċi tal-fondi tal-pensjonijiet (investimenti inqas varjabbli) tikkumpensa biex jingħeleb it-tnaqqis potenzjali fil-qligħ li jirriżulta mill-applikazzjoni tat-taxxa. il-KESE huwa tal-fehma li, sabiex jiġu newtralizzati jew jitnaqqsu l-effetti fuq il-fondi tal-pensjoni, il-possibbiltà li r-rati jew ikun hemm eżenzjoni għal dan is-settur, .”

Raġuni

Kif ħareġ mill-informazzjoni ppreżentata fil-laqgħat tal-grupp ta’ studju, din it-taxxa tista’ tnaqqas il-kapital tal-pensjoni futura tan-nies b’5 %. Huwa moralment żbaljat li nisfurzaw miljuni ta’ pensjonanti Ewropej li jnaqqsu l-valur tal-pensjoni tagħhom b’dan il-mod, meta ħafna drabi din diġà tkun baxxa.

L-emenda ġiet ivvotata u rrifjutata bi 82 vot favur, 142 vot kontra u 19-il astensjoni.

Punt 4.7.3

Żid it-test kif ġej:

“Fir-rigward tal-applikazzjoni tar-rati, il-KESE, waqt li jfakkar li fl-Opinjoni adottata fl-2010 (ara n-nota 2 fil-qiegħ tal-paġna) kien indika l-applikazzjoni ta’ rata uniformi ta’ 0,05 %, jirrikonoxxi li l-applikazzjoni taż-żewġ rati – kif propost mill-Kummissjoni – għandha t-tendenza li tnaqqas ir-riskju tad-delokalizzazzjoni u tiggarantixxi li l-baġits tal-Unjoni u tal-Istati Membri jibbenefikaw minn riżorsi adegwati. ”

Raġuni

M’hemm l-ebda raġuni li għaliha l-KESE għandu jibdel il-pożizzjoni li ħa qabel fir-rigward tar-rata massima ta’ 0,05 % speċjalment minħabba l-ħafna effetti possibbli tas-soluzzjoni proposta, li huma diffiċli li wieħed jipprevedi.

L-emenda ġiet ivvotata u rrifjutata b’85 vot favur, 144 vot kontra u 12-il astensjoni.


(1)  Opinjoni dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għall-istabilità, it-tkabbir u l-impjiegi – Għodda għal governanza ekonomika tal-UE isħaħ, ĠU C 107/7, 06.4.2011.

(2)  Il-Kummissjoni Ewropea, Brussell, it-28 ta’ Settembru 2011, SEC(2011) 1103 final, Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni – Sommarju eżekuttiv tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja d-dokument “Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2008/7/KE”.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/64


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)”

COM(2011) 651 finali – 2011/0295 (COD)

u dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq”

COM(2011) 654 finali – 2011/0297 (COD)

2012/C 181/12

Relatur: is-Sur METZLER

Nhar il-25 ta’ Novembru 2011 u fil-15 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill u l-Parlament rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 u l-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)

COM(2011) 651 final – 2011/0295 (COD).

Nhar it-2 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq

COM(2011) 654 final – 2011/0297 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-7 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’138 vot favur, 2 voti kontra u 8 astensjonijiet.

1.   Kontenut u konklużjonijiet

1.1   Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni, permezz tal-proposta tagħha, taġġorna l-qafas li nħoloq permezz tad-Direttiva tal-Abbuż tas-Suq u b’hekk tħares il-fiduċja fl-integrità tas-swieq kapitali.

1.2   Fil-prinċipju, il-KESE jappoġġja l-proposta mressqa mill-Kummissjoni. Madanakollu, il-Kumitat għandu tħassib parzjalment fundamentali dwar it-tfassil konkret tal-proposta tal-Kummissjoni fil-forma ta’ regolament u direttiva.

1.3   B’mod partikolari l-formulazzjoni xejn ċara ta’ ħafna mid-data fl-abbozz ta’ regolament dwar l-abbuż tas-suq u d-delega tar-responsabbiltà tal-ispeċifikazzjoni ulterjuri lill-AETS jew lill-Kummissjoni fit-tieni livell, jistgħu jwasslu għal nuqqas konsiderevoli ta’ ċertezza legali. Fid-dawl tal-fatt li l-prinċipju taċ-ċertezza legali fil-liġi kriminali huwa l-bażi tal-istat tad-dritt, dan jagħti lok għal kritika. Il-prinċipju taċ-ċertezza legali fil-liġi kriminali huwa stabbilit mhux biss fil-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri iżda anki fil-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. La huwa fl-interess tal-Kummissjoni u lanqas dak tal-Istati Membri jew ta’ dawk li qed japplikaw il-liġi għal att leġislattiv Ewropew li jqajmu tħassib fundamentali bħal dan fir-rigward tal-liġi kostituzzjonali u kriminali. Il-KESE għalhekk jitlob lill-Kummissjoni tiċċara l-fatti legali fir-rigward tar-reati fl-ewwel livell.

1.4   Hemm ukoll lok għal kritika tal-Artikolu 11 tal-Proposta għal Regolament li jitlob li kull min ikun qed jirranġa jew imexxi b’mod professjonali tranżazzjonijiet permezz ta’ strumenti finanzjajri, għandu joħloq mezzi ta’ kif jidentifika abbuż tas-suq. Piż burokratiku ikbar mhux bilfors ifisser regolazzjoni mtejba. Il-KESE jirrakkomanda regolazzjoni effiċjenti u bilanċjata. Dan ir-reġim mhux biss iwassal għall-periklu li jitressqu ħafna rapporti mhux kwalifikati li xejn ma jgħinu lill-awtoritajiet iżda jpoġġi fi żvantaġġ ukoll lill-istituzzjonijiet finanzjarji ż-żgħar u għalhekk kapaċi jxekkel l-attività ekonomika lokali u b’hekk jolqot ħażin ukoll l-interessi tal-popolazzjoni u tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju fiż-żoni rurali. Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra dan it-tħassib u tirrikorri għal approċċ iktar divrenzjat lejn ir-regolament hekk kif tagħmel pereżempju fir-rigward tal-emittenti ż-żgħar u ta’ daqs medju b’bosta proposti leġislattivi ppjanati attwalment.

2.   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

2.1   Id-Direttiva 2003/6/KE dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq kienet l-ewwel sforz sabiex jiġu armonizzati l-liġijiet dwar l-abbuż tas-suq fil-livell Ewropew. Fl-20 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat proposta dwar ir-reviżjoni ta’ din id-Direttiva fil-forma ta’ Direttiva (MAD) u regolament (MAR) dwar l-abbuż tas-suq.

2.2   L-għan tal-Kummissjoni huwa li taġġorna l-qafas attwali stabbilit permezz tad-Direttiva tal-Abbuż tas-Suq u tiżgura l-armonizzazzjoni gradwali tar-regoli Ewropej dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq. B’hekk, il-Kummissjoni tkun qed tirreaġixxi għall-kundizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu.

2.3   Filwaqt li d-Direttiva tal-Abbuż tas-Suq tkopri biss l-istrumenti finanzjarji li jintużaw fis-swieq regolati, il-proposta testendi l-iskop tar-regoli Ewropej għall-istrumenti finanzjarji negozjati fuq pjattaformi ġodda u barra l-borża (over the counter – OTC). Fl-istess waqt il-proposta tagħti s-setgħa lir-regolaturi li jinvestigaw u jippenalizzaw l-abbużi filwaqt li tnaqqas il-burokrazija għall-emittenti ż-żgħar u ta’ daqs medju.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni, permezz tal-proposta tagħha, qed tirrispondi għall-kundizzjonijiet li qed jinbidlu tas-suq u tfittex li taġġorna l-qafas stabbilit mid-Direttiva tal-Abbuż tas-Suq. L-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-abbuż tas-suq inaqqsu l-fiduċja fl-integrità tas-swieq li hija kundizzjoni essenzjali għat-tħaddim tas-suq kapitali.

3.2   Jagħmel sens li jiġi estiż l-ambitu tar-regoli attwali dwar l-abbuż tas-suq sabiex jiġu koperti wkoll l-istrumenti finanzjarji negozjati barra mis-swieq regolati u l-użu ta’ teknoloġija sofistikata ħafna għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji tan-negozju bħan-negozjar ta’ frekwenza għolja. Madanakollu, dan kapaċi jiggarantixxi l-integrità tas-suq jekk l-impatt prattiku mixtieq huwa li jiġu inklużi l-istrumenti OTC u n-negozjar ta’ frekwenza għolja.

3.3   Hija mixtieqa armonizzazzjoni ikbar tar-regoli dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq. Il-proposta tal-Kummissjoni fil-forma attwali tagħha li tipprevedi regolament u direttiva dwar l-abbuż tas-suq, tista’ twasal għal bosta problemi legali b’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji ġenerali tal-liġi kriminali u kostituzzjonali milquta mill-proposta, u għalhekk tagħti lok għal kritika.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Il-KESE jilqa’ l-estensjoni tal-ambitu tal-istrumenti finanzjarji nnegozjati barra l-borża. Madanakollu, mhuwiex ċar kif dawn ser jiġu koperti mill-proposta. Ħafna drabi ma jeżisti l-ebda suq għall-istrumenti negozjati barra l-borża peress li huma negozjati biss b’mod bilaterali. Għalhekk, ikun ta’ għajnuna għal min japplika l-liġi jekk it-test ikun iktar speċifiku billi l-Kummissjoni jew l-AETS jipprovdu eżempji ta’ każijiet speċifiċi.

4.2   Il-KESE jilqa’ fil-prinċipju l-inklużjoni ta’ teknoloġija sofistikata ħafna għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji tan-negozju fl-ambitu tar-regoli dwar l-abbuż tas-suq. Madanakollu, jeħtieġ li niftakru li n-negozju bbażat fuq l-algoritmi fih innifsu mhux negattiv u jintuża saħansitra mill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jipproċessaw l-ordnijiet ta’ kuljum ta’ klijenti privati. Għalhekk, min japplika l-liġi jirrikjedi kjarifika dwar x’ikun legalment permess. F’dan il-każ sett ta’ eżempji mħejjija mill-Kummissjoni jew mill-AETS ikun ta’ għajnuna.

4.3   Hija u tfassal il-leġislazzjoni fil-qasam tal-liġi kriminali l-Unjoni Ewropea trid tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Skont il-leġislazzjoni attwali, ir-regoli huma stabbiliti fil-forma ta’ direttiva, approċċ li aħna napprovawh. Mhuwiex ċar għalfejn il-Kummissjoni ma żammitx ma’ dan l-approċċ. Il-proposta tistabbilixxi regoli dwar is-sanzjonijiet fil-forma ta’ direttiva (MAD). Il-każijiet fejn għandhom jiġu applikati dawn is-sanzjonijiet madanakollu huma miġbura fir-regolament (MAR) li għandu jiġi applikat direttament fl-Istati Membri.

4.4   L-approċċ li r-regoli jiġu stabbiliti fil-forma ta’ regolament tal-UE huwa dubjuż peress li l-applikazzjoni tar-regoli proposti tista’ twassal għal bosta problemi legali. Għall-kuntrarju ta’ direttiva, l-Istati Membri ma jistawx jostakolaw l-applikazzjoni tagħhom. Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni jeħtieġ li dawn il-problemi fl-applikazzjoni tal-liġi jiġu evitati.

4.5   Problemi fl-applikazzjoni tal-liġi jistgħu jinqalgħu minn nuqqas ta’ preċiżjoni fil-formulazzjoni jew l-użu ta’ termini legali mhux speċfiċi. In-nuqqas ta’ ċertezza legali li ġejja minn dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet tolqot il-prinċipji kostituzzjonali ġenerali u l-liġi kriminali. Dawn jinkludu l-prinċipju taċ-ċertezza fil-liġi kriminali (nulla poena sine lege certa) - pereżempju l-Artikolu 103 (2) tal-Liġi Bażika Ġermaniża, l-Artikolu 25(2) tal- Kostituzzjoni Taljana). Skont dan, standard jeħtieġ li jidentifika ċar il-każijiet fejn għandhom japplikaw is-sanzjonijiet. Dan il-prinċipju ġenerali tal-istat tad-dritt huwa stabbilit ukoll fl-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Fid-dawl tal-maġġoranza tar-regolamenti tar-regolament propost, il-KESE jiddubita kemm kien hemm konformità ma’ dan il-prinċipju. Ir-reġimi regolatorji li jeżistu dwar il-liġi dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata huma, tal-anqas l-istampa ġuridika Ġermaniza, meqjusa bħala reġimi li jqajmu ħafna inċertezza legali u għalhekk ikkunsidrati b’mod kritiku.

4.6   In-nuqqas ta’ ċertezza legali ġej ukoll mid-dispożizzjonijiet li jagħtu setgħa lill-Kummissjoni jew lill-AETS li jispeċifikaw kriterji tat-tieni livell għall-każijiet fejn japplikaw il-pieni bħal fil-każ tal-Artikolu 8(5) tal-MAR. L-Artikolu 8 fih innifsu m’għandux implikazzjonijiet legali għax jiddefinixxi biss il-kunċett tal-manipulazzjoni tas-suq. Madanakollu, ikun trivjali li ssir referenza għan-nuqqas ta’ effett tal-piena ta’ Artikolu 8 peress li din il-miżura tipprovdi definizzjoni awtoritattiva tal-offiża tal-abbuż tas-suq u għalhekk hija parti integrali tad-dispożizzjoni dwar il-penali. Barra minn hekk, l-Anness I tal-MAR jinkludi katalogu tal-indikaturi relatati mal-partijiet individwali tal-Artikolu 8 u għalhekk ta’ min jistaqsi hemmx għalfejn li dan jerġa’ jiġi stabbilit f’pass addizzjonali fit-tieni livell. Il-KESE jifhem sew it-tħassib tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan l-approċċ li jippermetti adattament kontinwu għall-iżviluppi fis-suq u jħalli f’idejn il-Kummissjoni u l-AETS biex jikkonkretizzaw l-elementi jew l-aspetti individwali. Żviluppi ġodda fis-suq jistgħu jibdlu wkoll il-piż fuq is-superviżjoni. Madanakollu, fir-rigward tal-fatt li hija involuta l-liġi kriminali, dan l-approċċ iqajjem tħassib dwar l-istat tad-dritt. Barra minn hekk, il-kombinazzjoni tal-Artikolu 8, l-anness u miżuri possibbli oħra ta’ implimentazzjoni tfisser li mhuwiex ċar liema mġiba qed tiġi penalizzata.

4.7   L-AETS tintalab tispeċifika l-indikaturi tat-tieni livell mhux biss taħt ir-regoli proposti dwar l-abbuż tas-suq iżda anki b’mod parallel taħt il-proposti dwar ir-riformulazzjoni tad-Direttiva 2204/39/KE (MiFID) - dan jista’ jpoġġi piż żejjed fuq l-AETS. B’riżultat ta’ dan jeżisti l-periklu ta’ dewmien u nuqqas persistenti ta’ ċertezza.

4.8   Fir-rigward ta’ min huwa indirizzat mill-proposti, ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 11(2), li kwalunkwe persuna li qed tirranġa jew tmexxi b’mod professjonali tranżazzjonijiet permezz ta’ strumenti finanzjarji għandha toħloq mezzi ta’ prevenzjoni u identifikazzjoni ta’ abbuż mis-suq, huwa dubjuż.

4.9   Il-persuni involuti b’mod professjonali fin-negozjar tal-istrumenti finanzjajri diġà huma mitluba jirrappurtaw tranżazzjonijiet suspettużi (ara l-Artikolu 6(9) tad-Direttiva dwar l-abbuż tas-suq). Skont ir-regolatur Ġermaniz BaFin (ara r-rapport fil-ġurnal BaFin, Lulju 2011, mill-paġna 6) dan ir-rappurtar dwar tranżazzjonijiet suspettużi jipprovdi informazzjoni utli. In-numru ta’ rapporti li jsiru dejjem qed jiżdied.

4.10   L-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi sistematiċi ta’ identifikazzjoni tista’ twassal għal żieda kbira fir-rappurtar tat-tranżazzjonijiet allegatament suspettużi. Għadd kbir ta’ rapporti mhux kwalifikati żġur mhuwiex fl-interess tal-regolaturi. Fil-prattika, il-problema tal-ksur potenzjali tar-regoli ta’ prevenzjoni tal-abbuż tas-suq mhijiex tant in-nuqqas ta’ identifikazzjoni tas-suq, iżda l-fatt li numru kbir ta’ każijiet jew ma jiġux segwiti mill-prosekuturi tal-Istat jew jitwaqqgħu kontra ħlas. Jista’ jkun il-każ li l-uffiċċji tal-prosekuturi tal-Istat ma jkollhomx dipartimenti speċjalizzati fil-qasam.

4.11   Huwa dubjuż ukoll jekk dawk li jirranġaw jew imexxu t-tranżazzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji humiex fil-fatt il-partijiet li għandhom jiġu indirizzati mit-tali sistemi għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ abbuż tas-suq.

4.12   Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet superviżjorji tal-borża għandu jkollhom idea komprensiva tan-negozju nazzjonali. Billi l-abbuż tas-suq jista’ jkun transkonfinali, il-KESE jilqa’ l-possibbiltà li dawn l-awtorijiet jingħataw is-setgħa li jiżviluppaw il-kooperazzjoni internazzjonali tagħhom.

4.13   B’mod partikolari, huwa dubjuż ukoll kemm l-istituzzjonijiet ta’ kreditu żgħar u ta’ daqs medju għandhomx ikunu obbligati jistabbilixxu mekkaniżmi sistematiċi ta’ prevenzjoni u identifikazzjoni tal-abbuż tas-suq. Jekk ikollhom joħolqu mekkaniżmi separati bħal dawn, dawn l-istituzzjonijiet wisq probabbli jispiċċaw taħt piż kbir wisq. Ħafna drabi dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu żgħar u ta’ daqs medju jinsabu f’żoni rurali u jaqdu rwol ċentrali fil-forniment ta’ servizzi lir-residenti lokali u l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju. B’hekk, huma jaqdu rwol ukoll biex tinħoloq l-istabbiltà fl-ekonomiji lokali u fil-promozzjoni tal-impjieg lokali. Eżempji tajbin ta’ istituzzjonijiet bħal dawn huma l-unjonijiet ta’ kreditu bħall-Cajas Rurales ta’ Spanja u l-Volksbank jew r-Raiffeisenbank tal-Ġermanja. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma jistgħux ikunu mistennija jieħdu kompiti regolatorji. L-identifikazzjoni u fuq kollox l-evalwazzjoni ta’ każijiet ta’ abbuż tas-suq huma kompiti tar-regolaturi.

4.14   Barra minn hekk, piż żejjed fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu żgħar u ta’ daqs medju jmur kontra l-intenzjoni ta’ dawn il-proposti li jnaqqsu l-burokrazija għall-emittenti ż-żgħar u ta’ daqs medju. Il-Kummissjoni stabbilixxiet dan l-għan, fost għanijiet oħra, mhux biss fil-proposta leġislattiva dwar l-abbuż tas-suq iżda anki fir-reviżjoni tagħha tad-direttiva dwar it-trasparenza 2004/109/KE. Każijiet spettakolari ta’ manipulazzjoni tas-suq li saru magħrufa b’rabta ma’ banek individwali kienu kkawżati oriġinarjament minn negozjaturi individwali fil-qasam tal-banek tal-investiment bħall-każ tal-Franċiż Jérôme Kerviel fl-2008. Każijiet prominenti ta’ abbuż minn informazzjoni privileġġata juru li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ftit li xejn għandhom rwol marbut ma’ din l-offiża. L-istituzzjonijiet ta’ kreditu żgħar u ta’ daqs medju għalhekk mhumiex il-partijiet adatti għal sistemi ta’ prevenzjoni u identifikazzjoni ta’ abbuż mis-suq. Għalhekk, billi ma jagħmel l-ebda distinzjoni, l-approċċ tal-Artikolu 11 tal-abbozz MAR ma jqisx biżżejjed differenzi bħal dawn.

4.15   Fid-dawl ta’ dan jeħtieġ li b’relazzjoni mal-abbuż tas-suq, jitqies it-twaqqif ta’ struttura ta’ superviżjoni skont l-awtoregolamentazzjoni taħt is-superviżjoni statutorja mill-Istat li teżisti fil-professjonijiet ħielsa għal dawk li b’mod professjonali jirranġaw jew imexxu tranżazzjonijiet permezz ta’ strumenti finanzjarji. Struttura ta’ superviżjoni bħal din tiġbor flimkien l-esperjenza u l-għarfien tas-settur li hemm bżonn għal superviżjoni professjonali effiċjenti li tiżgura l-kwalità u l-fiduċja. Jekk l-atturi tas-swieq finanzjarji jingħataw il-kompitu tal-awtoregolamentazzjoni taħt is-superviżjoni statutorja tal-Istat, dan jibbenefika lill-konsumatur u mhux l-interessi tal-operaturi tas-suq li l-ħin kollu attenti għal xulxin. L-awtonomija tkisser il-privileġġi miksuba u toħloq it-trasparenza.

4.16   Il-klawżola ta’ eżenzjoni mill-abbozz MAD għar-Renju Unit, l-Irlanda, id-Danimarka (premessi 20-22) ma tikkonformax mal-għan tal-armonizzazzjoni tar-regoli. Żieda jew emenda tal-partijiet rilevanti tal-abbozz tkun konformi mal-għanijiet stabbiliti. Ir-Renju Unit diġà ddikkjara li ser jagħmel użu mid-dritt tal-vot tiegħu u li tal-inqas għal issa mhux ser jipparteċipa fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva. Bażikament l-argument prinċipali huwa li l-abbozz tal-MAD jiddependi mill-proposti li qed jiġu diskussi attwalment dwar ir-regolament MAR u d-direttiva dwar is-suq tal-istrumenti finanzjarji u li l-konsegwenzi ta’ dan għadhom mhumiex ċari. Fil-fehma tal-Kumitat, din il-pożizzjoni minn naħa tikkonferma t-tħassib li diġà esprimejna fir-rigward tan-nuqqas ta’ ċertezza legali li jista’ jirriżulta mill-użu ta’ termini legali mhux preċiżi u s-setgħa li tittieħed azzjoni dettaljata ulterjuri. Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-armonizzazzjoni mixtieqa tal-liġi, dan l-approċċ huwa preokkupanti iktar u iktar billi Londra, l-ikbar suq finanzjarju fl-UE tinsab fir-Renju Unit.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/68


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu [l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu]”

COM(2011) 747 finali — 2011/0361 (COD)

2012/C 181/13

Relatur: is-Sur PÁLENÍK

Nhar it-13 ta’ Diċembru 2011 u nhar it-30 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu [l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu]

COM(2011) 747 final – 2011/269 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-7 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tad-29 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'118-il vot favur, 32 vot kontra u 15-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Din l-opinjoni ġiet abbozzata b'relazzjoni mal-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni li hija mmirata lejn l-eliminazzjoni ta’ nuqqasijiet kbar fit-trasparenza, l-indipendenza, il-kunflitt ta’ interessi u l-kwalità tal-metodi użati fit-tfassil u l-proċeduri tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Il-KESE jilqa' l-fatt li r-Regolament propost qed jipprova jelimina dawn il-problemi, iżda jaħseb li l-Kummissjoni qed tirreaġixxi tard wisq u b'mod li mhuwiex b'saħħtu biżżejjed għal din is-sitwazzjoni.

1.2   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jaqdu rwol importanti fis-swieq finanzjarji globali għax ħafna parteċipanti fis-suq jużaw il-klassifikazzjonijiet tagħhom. Għalhekk, jinfluwenzaw b'mod sostanzjali t-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati fil-qasam tal-investiment u l-finanzi. Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li l-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jitwettqu b'konformità mal-prinċipji ta’ integrità, trasparenza, responsabbiltà u governanza tajba, prinċipji li r-Regolament attwali dwar l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu diġà jikkontribwixxi għalihom b'mod sinifikanti.

1.3   Fil-fehma tal-KESE, is-swieq mhumiex kapaċi jirregolaw lilhom innifishom; għalhekk, huwa essenzjali li jiġu introdotti l-aktar regoli severi/stretti possibbli u li dawn ikunu akkumpanjati minn livell adatt ta’ implimentazzjoni u kontroll. Madankollu, il-proposta ma tagħti l-ebda indikazzjoni ċara dwar kif dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat Barra minn hekk, il-KESE jesprimi dubji kbar li huwa biss permezz ta’ żieda fir-regolamentazzjoni li jistgħu jintlaħqu r-riżultati mixtieqa. Anzi, dan jista' jwassal biex titnaqqar dejjem iżjed ir-responsabbiltà tad-diversi entitajiet ta’ sorveljanza, li, għall-kuntrarju, irdu jkunu iżjed involuti fil-valutazzjoni tal-ġudizzji li jagħmlu l-aġenziji.

1.4   Il-KESE huwa tal-fehma li d-dimensjoni Ewropea kif stabbilita fil-Proposta għal Regolament għandha tiġi appoġġjata kemm jista' jkun minn negozjati fil-livell tal-pajjiżi tal-G20, bil-għan li dawn il-pajjiżi jimplimentaw regoli simili sabiex jiżguraw konsistenza fil-livell dinji.

1.5   Sabiex tiġi żgurata firxa usa' ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu, il-proposta tistabbilixxi rotazzjoni obbligatorja tal-aġenziji li jipprovduhom. Madankollu, il-KESE jistaqsi jekk l-introduzzjoni ta’ din ir-regola hijiex ser tiġġenera verament ir-riżultat mixtieq.

1.6   Fil-fehma tal-Kumitat, waħda mill-problemi fundamentali hija l-kredibbiltà tal-klassifikazzjonijiet ipprovduti mill-aġenziji, li fil-biċċa l-kbira huma bbażati fl-Istati Uniti tal-Amerika u suġġetti għal bosta kunflitti ta’ interess. Huwa għalhekk li l-KESE jitlob lill-Kummissjoni qed isiru ħafna appelli diversi biex titwaqqaf aġenzija ta’ klassifikazzjoni Ewropea indipendenti, li tkun tista' tikklassifika d-dejn sovran filwaqt li tqis l-interess komuni. Fl-imgħoddi, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ma rnexxilhomx jipprevedu ċerti żviluppi u dan, ukoll, dgħajjef sew il-kredibbiltà tagħhom. Minkejja sinjali ċari mis-suq u mit-tendenzi ekonomiċi, ma kellhomx il-kapaċità jew ir-rieda li jidentifikaw ċerti riskji ta’ investiment fil-ħin u, f'bosta okkażjonijiet, naqsu milli jaqdu l-funzjoni essenzjali tagħhom.

1.7   Proprju minħabba li mhumiex kapaċi jbassru l-iżviluppi futuri b'mod adatt u, fuq kollox, minħabba li fil-każ tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu t-tbassir jaf jikkondizzjona dak li jiġri verament, għandha ssir analiżi aktar mill-qrib tat-trasparenza mhux adegwata tal-metodi li jużaw l-aġenziji huma u jwettqu l-klassifikazzjonijiet tagħhom.

1.8   Il-KESE għandu dubji serji dwar l-indipendenza tal-klassifikazzjonijiet ipprovduti, speċjalment minħabba l-użu tal-mekkaniżmu fejn l-emittent iħallas. Fil-fatt, huwa konvint li huma biss parzjalment indipendenti. Huwa ċar li l-emittent għandu kull interess li jfittex l-ogħla klassifikazzjoni possibbli, u dan jixħet dubju dwar l-indipendenza tal-klassifikazzjoni pprovduta, li spiss warajha tinħeba operazzjoni spekulattva minħabba l-effett ta’ aħbar.

1.9   Huwa assolutament kruċjali li l-punti kollha indirizzati fil-proposta jiġu segwiti verament u li tittieħed azzjoni fuqhom. Għandu jiġi żgurat li qed jiġu tassew irrispettati kemmm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali. Fil-fehma tal-Kumitat, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) għandha tingħata l-mezzi meħtieġa biex tiżgura din il-konformità.

1.10   F'dan ir-rigward, il-KESE jfaħħar l-emendi relatati mar-responsabbiltà ċivili tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni u jappella lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-protezzjoni effettiva tal-konsumaturi tal-prodotti finanzjarji billi toħloq mezzi effikaċi ta’ rikors li jippermettulhom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jagħtuhom aċċess għal kumpens, mingħajr ħsara għas-sanzjonijiet li l-korp ta’ superviżjoni jimponi fuq l-aġenzija.

1.11   Il-kunflitt ta’ interessi għadu problema fundamentali u l-proposta tinkludi għadd ta’ miżuri li jindirizzaw din il-problema. Madankollu, il-KESE mill-ġdid jenfasizza li dawn mhumiex biżżejjed biex jiżguraw l-għan ippjanat. Ir-raġuni għal dan huwa l-mudell fejn l-emittent iħallas, speċjalment fil-każ tal-ħruġ ta’ klassifikazzjonijiet mitlubin u klassifikazzjonijiet tal-pajjiżi. Il-klassifikazzjonijiet u l-prospetti negattivi tad-dejn sovran huma ta’ benefiċċju għal dawk li jixtru l-bonds maħruġa, permezz ta’ rati tal-imgħax ogħla u primjums tar-risjku ogħla. F'xi każijiet, dawk li jixtru jistgħu jkunu l-istess entitajiet bħall-emittenti li jħallsu lill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għall-klassifikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji tagħhom, u dan jista' joħloq kunflitt ta’ interessi.

1.12   Il-KESE jilqa' mhux biss l-isforz li sar biex jiġu indirizzati għadd ta’ problemi (it-trasparenza, il-kunflitt ta’ interessi, l-indipendenza u l-kompetizzjoni) u biex isir kontroll aktar sever tal-mod kif joperaw l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni (li huma atturi ewlenin fis-swieq finanzjarji), iżda jilqa' wkoll il-fatt li r-Regolament tal-2011 jindirizza wkoll xi kwistjonijiet importanti oħra, speċjalment il-ħolqien ta’ qafas Ewropew għall-monitoraġġ tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni (1).

1.13   Il-KESE jaħseb li l-kwistjoni marbuta mal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni mhijiex biss kwistjoni leġislattiva, iżda iktar u iktar waħda politika. Għalhekk, l-aħjar mod kif jiġi protett id-dejn sovran mill-konsegwenzi, ta’ sikwit dannużi, tal-ġudizzji tal-aġenziji, barra minn regoli aħjar u limitati, huwa li:

ma jkollhomx il-permess joħorġu ġudizzji dwar id-dejn sovran;

jitwessa' l-mandat tal-BĊE, biex ikollu statut ugwali għal dak tal-banek ċentrali kollha l-oħra fid-dinja, u b'hekk ma jibqax bl-iżvantaġġ attwali;

tittejjeb il-ġestjoni attwali tad-dejn sovran fiż-żona tal-euro (Opinjoni ECO/307 – CESE 474/2012).

2.   Raġunijiet

2.1   Il-kriżi attwali tal-kreditu, li kulma jmur qed issir aktar profonda, hija marbuta mal-kriżi bankarja li ġiet qabilha, liema kriżi ġiet ikkawżata minn nuqqasijiet serji fir-regolazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji u li għaliha l-Komunità Ewropea rreaġixxiet malajr u b'mod adatt billi adottat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Din il-kriżi l-ġdida tenfasizza l-ħtieġa li tkompli tittejjeb l-effikaċja ta’ għadd ta’ attivitajiet fil-qasam tar-regolazzjoni u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji. Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jistabbilixxi regoli stretti dwar l-imġiba ta’ dawn l-aġenziji, bil-għan ewlieni li jitnaqqsu l-kunflitti possibbli ta’ interessi u li jiġu żgurati kwalità għolja u trasparenza fil-klassifikazzjonijiet u l-proċeduri ta’ klassifikazzjoni.

2.2   Ta' min ifakkar li l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu mhumiex kapaċi jbassru l-iżviluppi futuri reali, u dan ifisser li għandhom impatt dannuż għall-aħħar fuq l-ekonomiji tal-pajjiżi. Il-katalogu tal-aġenzji dubjużi huwa twil; b'hekk hawn ser jissemmew biss xi wħud minnhom:

fl-1975, il-belt ta’ New York irċeviet klassifikazzjoni favorevoli ħafna lejliet it-tħabbira tal-falliment tagħha (waqfien tal-pagamenti);

ftit aktar tard, Standard and Poor's żgurat lill-investituri li l-ekonomija tal-kontea ta’ Orange (fil-Kalifornja) kienet b'saħħitha u ġestita tajjeb, avolja kienu ntilfu USD 2 biljun minħabba l-ispekulazzjoni fuq id-derivattivi. Sussegwentement, l-aġenzija kellha tiffaċċja għadd ta’ kawżi l-qorti (2);

kien hemm każijiet simili li kienu jinvolvu l-hedge fund “Long Term Capital Management”, il-Bank of Credit and Commerce International (BCCI), il-falliment tal-banek tat-tfaddil tal-Istati Uniti u l-fallimenti qarrieqa ta’ Enron, Worldcom, Tyco, eċċ. u Lehman Brothers (3);

qabel il-kriżi finanzjarja, l-aġenziji kienu qed jagħtu l-klassifikazzjoni AAA saħansitra lill-aktar derivattivi ipotekarji suspettużi (is-subprimes), u dan ikkonvinċa lill-investituri – inklużi l-fondi tal-pensjonijiet – biex jixtruhom bi kwantità (4);

qabel ma faqqgħet il-kriżi finanzjarja fl-2008, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni taw unanimament l-aħjar klassifikazzjoni lill-banek u l-fondi li kellhom l-aktar titoli perikolużi maħluqa mill-ispekulaturi, bħalma ġara fil-każ tal-kumpanija Amerikana tal-assigurazzjoni AIG (5);

f'Diċembru 2009, pereżempju, Standard and Poor's tat il-klassifikazzjoni A lid-dejn Grieg – l-istess bħalma għamlet lill-Estonja, li dak iż-żmien kienet qed tipprepara biex tidħol fiż-żona tal-euro (6).

Issa li l-Ewropa kollha hija mifnija bi kriżi tad-dejn u xi pajjiżi jinsabu qrib tal-falliment, ser ikun tassew importanti li l-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tistimola l-irkupru tal-ekonomija. Il-proposta li qed tiġi diskussa hawnhekk hija strument adatt biex dan l-isforz jiġi appoġġjat, imma hemm bżonn li tkun aktar ambizzjuża.

Il-proposta għadha dgħajfa fl-approċċ tagħha lejn il-klassifikazzjonijiet tad-dejn sovran – biex ma nsemmux li l-għan innifsu ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet huwa wieħed dubjuż, peress li l-pajjiżi xorta waħda jispiċċaw iħallsu rati ta’ imgħax differenti. Dan iwassal ukoll għall-kwistjoni tal-valur politiku ta’ dawn l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni, li s'issa għadha ma ġietx indirizzata.

2.3   Fid-dokument ta’ konsultazzjoni tagħha (7), li kien ir-riżultat ta’ eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika li sar matul l-2010, il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet għażliet differenti sabiex tinsab soluzzjoni għal problemi relatati ma’ dipendenza kbira żżejjed mill-klassifikazzjonijiet min-naħa tal-parteċipanti fis-suq u ġibdet l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-kumpaniji ta’ investiment jibdew iwettqu valutazzjoni indipendenti tar-riskji ta’ kreditu, l-appoġġ għal kompetizzjoni akbar fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, l-introduzzjoni ta’ responsabbiltà ċivili għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u l-għażliet sabiex tinstab soluzzjoni għall-kunflitti potenzjali ta’ interessi kkaġunati mill-użu tal-mudell fejn l-emittent iħallas.

2.4   Għadd ta’ parteċipanti fil-konsultazzjoni pubblika organizzata mill-Kummissjoni Ewropea bejn il-5 ta’ Novembru 2010 u s-7 ta’ Jannar 2011 esprimew it-tħassib tagħhom dwar dipendenza kbira żżejjed jew saħansitra mekkanika mill-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u appoġġjaw ukoll it-tnaqqis gradwali tar-referenzi li jsiru għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu fil-leġislazzjoni. Fl-istess ħin, saħqu fuq il-fatt li element importanti tat-tfittxija ta’ soluzzjoni adegwata hija s-sejba ta’ strumenti adatti li jistgħu jieħdu post il-klassifikazzjonijiet.

2.5   Il-Parlament Ewropew, li ħareġ riżoluzzjoni mhux leġislattiva dwar l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu fit-8 ta’ Ġunju 2011 (8), approva wkoll il-bżonn li jittejjeb il-qafas regolatorju għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u li jiġu adottati miżuri adatti sabiex titnaqqas id-dipendenza kbira żżejjed mill-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

2.6   Il-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2011 (9) ikkonkluda li t-tisħiħ tar-regolazzjoni finanzjarja għadha prijorità ewlenija għall-UE u laqa' l-fatt li mill-2008 'l hawn sar ħafna progress permezz tar-riforma tal-qafas regolatorju u superviżorju, iżda appella sabiex jibqgħu jsiru aktar sforzi biex jiġu identifikati u indirizzati d-dgħufijiet tas-sistema finanzjarja u b'hekk jiġu evitati kriżijiet oħra fil-futur.

2.7   Fil-livell internazzjonali, f'Ottubru 2010 l-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) ħareġ prinċipji għat-tnaqqis tad-dipendenza tal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji mill-klassifikazzjonijiet tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu (10). Approvati mis-Summit tal-G20 f'Seoul f'Novembru 2010, dawn il-prinċipji jappellaw sabiex ir-referenzi għal dawn il-klassifikazzjonijiet fil-leġislazzjoni jitneħħew jew jiġu sostitwiti, meta jeżistu standards alternattivi adatti għall-affidabbiltà kreditizja, u sabiex l-investituri jintalbu jagħmlu huma stess il-valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja tagħhom.

2.8   Għal dawn ir-raġunijiet, ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu kellu bżonn jiġi emendat, b'mod partikolari sabiex jitnaqqsu r-riskji potenzjali assoċjati mad-dipendenza kbira żżejjed tal-parteċipanti fis-suq mill-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, il-livell għoli ta’ konċentrazzjoni tas-suq tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, il-ħolqien ta’ responsabbiltà ċivili tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni vis-à-vis l-investituri, il-kunflitti ta’ interessi relatati mal-mudell fejn l-emittent iħallas u l-istruttura tad-detenturi ta’ ishma tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu.

3.   Sommarju tal-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

3.1   Estensjoni fl-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolament biex ikopri l-prospetti tal-klassifikazzjonijiet

3.1.1   Il-proposta tal-Kummissjoni twessa' l-ambitu tar-regoli dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu biex, jekk ikun adatt, ikopru l-“prospetti tal-klassifikazzjonijiet”. L-importanza tal-prospetti tal-klassifikazzjonijiet għall-investituri u l-emittenti, u l-impatt tagħhom fuq is-suq, jistgħu jitqabblu mal-importanza u l-effetti tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u għalhekk l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu huma partikolarment mitluba jikxfu l-medda taż-żmien li matulha hija mistennija bidla fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

3.2   Emendi relatati mal-użu tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

Il-Proposta għal Regolament dwar l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu żżid ukoll dispożizzjoni li tobbliga lil ċerti istituzzjonijiet finanzjarji jwettqu huma stess il-valutazzjoni tar-riskju ta’ kreditu, bil-għan li titnaqqas id-dipendenza kbira żżejjed jew saħansitra mekkanika mill-klassifikazzjonijiet esterni tal-kreditu għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-assi.

3.3   Emendi relatati mal-indipendenza tas-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu

3.3.1   L-indipendenza tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu skont il-mudell fejn l-emittent iħallas għandha tissaħħaħ b'mod li jiżdied il-livell ta’ kredibbiltà tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu.

3.3.2   Mod kif tissaħħaħ l-indipendenza, filwaqt li jiġu eliminati l-kunflitti ta’ interessi, huwa r-regola li kwalunkwe detentur ta’ ishma jew membru ta’ aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li jkun detentur ta’ mill-anqas 5 % tal-ishma ta’ dik l-aġenzija ma jistax ikun detentur ta’ 5 % jew aktar tal-ishma fi kwalunkwe aġenzija oħra ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, sakemm l-aġenziji kkonċernati ma jkunux membri tal-istess grupp.

3.3.3   Qed tigi introdotta regola ta’ rotazzjoni għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu mqabbda mill-emittent biex jew jikklassifikaw l-emittent innifsu jew l-istrumenti tad-dejn tiegħu. L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li ttemm il-mandat tagħha hija mitluba wkoll tipprovdi l-informazzjoni rilevanti lill-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li tiġi warajha.

3.3.4   Fl-istess ħin, ir-regola dwar ir-rotazzjoni interna tal-persunal hija aġġustata sabiex jiġi evitat li l-analisti jmorru għand aġenzija oħra ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu b'fajl ta’ klijent.

3.3.5   Aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu m'għandhiex toħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu meta jkun hemm kunflitti ta’ interessi kkawżati minħabba l-parteċipazzjoni ta’ individwi li jkunu detenturi ta’ aktar minn 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot fl-aġenzija jew li jkollhom xi pożizzjoni importanti oħra.

3.3.6   L-individwi li jkunu detenturi ta’ aktar minn 5 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot fl-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu u l-individwi li jkollhom pożizzjonijiet importanti oħrajn m'għandhomx jitħallew jipprovdu konsultazzjoni jew servizzi ta’ konsulenzalill-entità kklassifikata.

3.4   Emendi relatati mal-kxif ta’ informazzjoni fuq il-metodoloġiji tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-prospetti tal-klassifikazzjonijiet

3.4.1   Qed jiġu proposti proċeduri għall-preparazzjoni ta’ metodoloġiji ġodda ta’ klassifikazzjoni jew il-modifika ta’ oħrajn li diġà jeżistu, u l-konsultazzjoni tal-partijiet interessati għandha wkoll tiġi integrata f'dan il-proċess. Bħala l-awtorità kompetenti, l-AETS ser tivvaluta l-konformità tal-metodoloġiji ġodda proposti mar-rekwiżiti eżistenti, u dawn il-metodoloġiji jkunu jistgħu jintużaw biss ladarba jkunu ġew approvati mill-AETS.

3.4.2   Jekk jinsabu żbalji fil-metodoloġiji, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkollhom l-obbligu li jikkoreġuhom u li jgħarrfu lill-AETS, lill-entitajiet ikklassifikati u lill-pubbliku ġenerali dwar dawn l-iżbalji.

3.4.3   L-emittent għandu jiġi infurmat bir-raġunijiet prinċipali dwar il-valutazzjoni tal-anqas ġurnata waħda ta’ ħidma qabel il-pubblikazzjoni tal-klassifikazzjoni jew tal-prospett tal-klassifikazzjoni, sabiex jingħata l-opportunità li jaqbad żbalji possibbli fil-valutazzjoni tal-klassifikazzjoni.

3.4.4   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jikxfu l-informazzjoni dwar l-entitajiet jew l-istrumenti tad-dejn kollha mressqa lilhom għall-ewwel reviżjoni tagħhom jew għall-klassifikazzjoni preliminarja.

3.5   Emendi relatati ma’ klassifikazzjonijiet sovrani

3.5.1   Bi sforz biex tittejjeb il-kwalità tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu sovrani, ir-regoli dwar dawn il-klassifikazzjonijiet ser jissaħħu u l-frekwenza tal-valutazzjoni tagħhom ser tiżdied għal tal-anqas darba kull sitt xhur.

3.5.2   Sabiex tiżdied it-trasparenza u jogħla l-livell ta’ fehim fost l-utenti, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandu jkollhom l-obbligu li jippubblikaw rapport sħiħ ta’ riċerka huma u joħorġu u jemendaw il-klassifikazzjonijiet sovrani.

3.5.3   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu ser jipprovdu wkoll data disaggregata fuq id-dħul tagħhom, inkluża data dwar it-tariffi ġġenerati skont il-kategoriji differenti tal-assi. Din l-informazzjoni għandha tagħmilha possibbli li jiġi vvalutat sa liema punt l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu jużaw ir-riżorsi tagħhom biex joħorgu klassifikazzjonijiet sovrani.

3.6   Emendi relatati mal-komparabbiltà tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u t-tariffi għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

3.6.1   L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu kollha ser ikollhom l-obbligu li jikkomunikaw il-klassifikazzjonijiet tagħhom lill-AETS, li ser tippubblika l-klassifikazzjonijiet disponibbli għall-istrumenti tad-dejn fl-għamla ta’ Indiċi ta’ Klassifikazzjonijiet Ewropej (EURIX).

3.6.2   L-AETS ser tkun tista' tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi għall-Kummissjoni fuq skala ta’ klassisfikazzjoni armonizzata. Il-klassifikazzjonijiet kollha jkollhom bżonn jimxu fuq l-istess skala ta’ standards, u jiżguraw li l-klassifikazzjonijiet ikunu jistgħu jitqabblu iktar faċilment.

3.6.3   It-tariffi għall-provvista ta’ klassifikazzjonijiet m'għandhomx ikunu diskriminatorji u m'għandhomx ikunu bbażati fuq kwalunkwe forma ta’ kontinġenza, jiġifieri għandhom jikkunsidraw l-ispejjeż reali u jirriżultaw minn ipprezzar trasparenti, u ma jiddependux mir-riżultat tal-klassifikazzjoni. L-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jipprovdu lista annwali ta’ tariffi imposti fuq il-klijenti għal servizzi individwali.

3.6.4   L-AETS għandha wkoll twettaq attivitajiet ta’ monitoraġġ rigward il-konċentrazzjoni tas-suq, ir-riskji kkawżati mill-konċentrazzjoni u l-impatt fuq l-istabbiltà globali tas-settur finanzjarju.

3.7   Emendi relatati mar-responsabbiltà ċivili tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu vis-à-vis l-investituri

3.7.1   Fid-dispożizzjonijiet il-ġodda, il-Kummissjoni tipproponi li tiġi introdotta kawża għad-danni kkawżati mill-ksur, li jkun sar b'mod intenzjonali jew minħabba negliġenza serja, tal-obbligi stabbiliti fir-Regolament dwar l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, meta l-ksur ikkonċernat ikun affettwa klassifikazzjoni tal-kreditu li l-investitur ikun iddependa minnu.

3.8   Emendi oħrajn

3.8.1   Rigward ċerti punti relatati mal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, ir-Regolament ġie estiż b'mod adatt biex ikopri aġenziji ta’ klassifikazzjoni “ċċertifikati” li jkunu stabbiliti f'pajjiżi terzi.

4.   Kummenti ġenerali

4.1   Il-proposta tal-Kummissjoni tressaq emendi adegwati għar-Regolament attwali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1060/2009, b'mod partikolari rigward id-dipendenza kbira żżejjed tal-parteċipanti fis-suq mill-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, il-livell għoli ta’ konċentrazzjoni fis-suq tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, ir-responsabbiltà ċivili tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni vis-à-vis l-investituri, il-kunflitti ta’ interessi relatati mal-mudell fejn l-emittent iħallas u l-istruttura tad-detenturi ta’ ishma tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu. Madankollu, il-Kumitat jinnota li r-Regolament kultant mhuwiex dettaljat biżżejjed u li xi partijiet huma vagi. Jittama li, fejn huwa possibbli u mixtieq, il-verżjoni finali tar-Regolament tkun aktar speċifika, aktar ċara u anqas ambigwa.

4.2   Il-KESE għandu d-dubji tiegħu dwar l-affidabbiltà reali fil-futur tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li wieħed jagħmel huwa stess u dwar kemm imbagħad wieħed jista' jiddependi minnhom. Dan għaliex, fiċ-ċirkostanzi attwali, l-aktar klassifikazzjonijiet fdati huma dawk stabbiliti minn aġenziji bbażati lil hinn mill-fruntieri tal-UE. Jekk l-istituzzjonijiet finanzjarji jkomplu jiddependu mill-klassifikazzjonijiet tagħhom, ir-Regolament propost ma jistax ikun wieħed ta’ suċċess. Fl-istess ħin, il-kwistjoni ta’ kif il-Kummissjoni beħsiebha timponi dawn il-klassifikazzjonijiet ma ġietx indirizzata.

4.3   L-istess jgħodd għar-regola proposta ta’ rotazzjoni: anke kieku din ir-regola kellha twassal għal aġenzija ġdida biex ikun hemm firxa usa' ta’ fehmiet, wieħed jista' jistenna li din l-aġenzija l-ġdida stess tkun influwenzata mill-fehmiet tal-aġenziji stabbiliti u b'hekk id-diversità mistennija ta’ fehmiet ma tkunx possibbli fil-verità.

4.4   Il-KESE għandu dubji serji dwar l-indipendenza tal-klassifikazzjonijiet ipprovduti, speċjalment minħabba l-mekkaniżmu fejn l-emittent iħallas, inkluż fil-każ tal-klassifikazzjonijiet tal-pajjiżi, li jinfluwenzaw ir-rati tal-imgħax li l-pajjiżi sovrani jħallsu lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lil xerrejja oħra tad-dejn tagħhom. Għalhekk, il-KESE jipproponi li l-Kummissjoni tibda tanalizza l-ħidma tas-swieq finanzjarji kollha kemm huma u r-regolazzjoni msaħħa tagħhom.

4.5   Il-KESE jappoġġja l-kontroll ta’ kif analisti individwali qed jiġu rimunerati u s-separazzjoni ta’ din ir-rimunerazzjoni u r-riżultati tal-klassifikazzjoni. Madankollu, hawnhekk mhuwiex ċar liema passi tanġibbli l-AETS tixtieq tieħu biex twettaq il-monitoraġġ tal-konformità ma’ din il-proposta. Għaldaqstant, il-Kumitat jipproponi li din il-kwistjoni tiġi esplorata aktar fid-dettall.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1   Il-KESE jtenni l-osservazzjoni li għandha tiġi żgurata l-konformità mal-qafas legali stabbilit, b'mod partikolari billi jinħolqu sanzjonijiet għad-diretturi u l-maniġers tal-awtoritajiet Ewropej u internazzjonali għas-superviżjoni tas-swieq, meta dawn ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom, minħabba l-ħsara li n-nuqqasijiet tagħhom jikkaġunaw lill-banek u lill-funzjonament tajjeb tas-sistema finanzjarja, kif ukoll lill-ekonomija, lill-intrapriżi u lill-individwi.

5.2   Il-KESE jilqa' ż-żieda fl-isforzi sabiex iċ-ċittadin jiġi protett mill-prodotti finanzjarji permezz tal-introduzzjoni tar-responsabbiltà ċivili tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu; f'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikkunsidraw opinjoni preċedenti tal-KESE (11). Madankollu, huwa tal-fehma li din il-parti għandha tkun aktar dettaljata u ferm aktar ċara. Għandha wkoll tkun marbuta mas-sanzjonijiet li tista' timponi l-AETS.

5.3   Il-KESE għandu xi dubji dwar l-isforz tar-Regolament li jiġġenera aktar kompetizzjoni fuq is-suq tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu billi jintroduċi skala armonizzata ta’ klassifikazzjoni. Madankollu, jappoġġja dan il-pass peress li jagħmilha aktar faċli biex il-klassifikazzjonijiet ikunu jistgħu jitqabblu bejniethom.

5.4   Il-KESE jaħseb li, fl-isforz tagħha biex ittejjeb il-kwalità, it-trasparenza, l-indipendenza, il-pluralità tal-fehmiet u l-kompetizzjoni fil-provvista tal-klassifikazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha bżonn twaqqaf aġenzija ta’ klassifikazzjoni Ewropea indipendenti li toħroġ klassifikazzjonijiet indipendenti interessidwar id-dejn sovran, biex b'hekk tipproteġi l-interess komuni.

5.5   Il-KESE jaqbel li hemm bżonn li s-sjieda tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tiġi ristretta sabiex jiġi żgurat li jkunu meqjusa bħala indipendenti, imma jippreferi li jkun hemm xi garanzija tal-indipendenza assoluta tagħhom. Fl-istess ħin, għandu jiġi żgurat li l-ebda investitur ma huwa s-sid – imqar b'mod indirett – ta’ aktar minn ċertu persentaġġ tal-kapital tal-aġenzija.

5.6   Il-KESE jibża' li d-dispożizzjoni li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jikkompilaw il-klassifikazzjonijiet tagħhom u li jkun hemm anqas dipendenza mill-klassifikazzjonijiet esterni mhix ser tiggarantixxi l-oġġettività tad-deċiżjonijiet meħuda mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jew firxa usa' ta’ fehmiet. Fl-istess ħin, il-Kumitat jiddubita kemm istituzzjonijiet finanzjarji iżgħar għandhom il-possibbiltà li joħolqu dipartimenti ta’ analiżi biex iwettqu dawn il-klassifikazzjonijiet.

5.7   Il-KESE għandu kemxejn biża' dwar l-applikazzjoni tar-responsabbiltà ċivili għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni, peress li dawn l-aġenziji f'ħafna okkażjonijiet ħarġu klassifikazzjonijiet żbaljati mingħajr ma kellhom jassumu r-responsabbiltà għall-iżbalji tagħhom s'issa, bl-eċċezzjoni ta’ għadd żgħir ħafna ta’ każijiet. Għalhekk, il-KESE mhuwiex konvint li r-Regolament propost ser ikun kapaċi jibdel dan. Fl-istess ħin, il-KESE jaħseb li jkun adatt li tissaħħaħ, bl-aktar mod koerenti u effettiv possibbli, ir-responsabbiltà ċivili tal-istituzzjonijiet li jużaw il-klassifikazzjonijiet huma u jipprovdu ċerti servizzi, bħar-responsabbiltà tal-banek huma u jipprovdu pariri dwar l-investiment.

5.8   Fil-fehma tal-Kumitat, għandha ssir enfasi fuq ir-reviżjoni tal-monitoraġġ tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni, li bħalissa mhuwiex mifrux biżżejjed u li għandu jsir aktar sistematiku, koerenti u mifrux kemm jista' jkun.

5.9   Il-KESE jemmen li r-regoli proposti dwar il-kunflitti ta’ interessi huma essenzjali imma jqis li l-proposta hija vaga wisq rigward il-punti rilevanti. Dawn għandhom jitlaħħmu b'aktar dettall, speċjalment rigward id-definizzjoni tal-obbligi tal-istituzzjonijiet varji li jimmonitorjaw il-konformità.

5.10   Il-KESE jasal għall-istess konklużjoni dwar l-aspetti tekniċi u l-mod kif l-Indiċi ta’ Klassifikazzjonijiet Ewropej (EURIX) qed jiġi definit bħalissa u jistaqsi wkoll hawnekk jekk indiċi ta’ dan it-tip jistax jipprovdi informazzjoni addizzjonali.

5.11   Il-proposta tirreferi għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-pajjiżi imma ma tagħti l-ebda definizzjoni preċiża ta’ xi tfisser il-kelma “pajjiż”. Dan huwa importanti għax is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ pajjiż hija influwenzata wkoll mill-fondi soċjali u l-fondi ta’ assigurazzjoni tas-saħħa tiegħu, li direttament jew indirettament huma marbutin mal-baġit nazzjonali. Il-pubbliku għandu dritt ikun jaf jekk il-kopertura tal-bżonnijiet tas-saħħa u l-bżonnijiet soċjali tiegħu hijiex qed tiġi pperikolata.

5.12   Il-klassifikazzjonijiet tal-pajjiżi għandhom jiġu definiti b'reqqa kbira, billi jinfluwenzaw ħafna aspetti ta’ kif pajjiż jopera fis-swieq finanzjarji. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha bżonn tagħti aktar attenzjoni lill-klassifikazzjoni tad-dejn sovran u tippreżenta tweġiba aktar dettaljata.

5.13   Waħda mill-kwistjonijiet ewlenin li għadhom ma ġewx solvuti hija n-nuqqas tal-indipendenza tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, ikkawżat b'mod partikolari mill-użu tal-mudell fejn l-emittent iħallas, li jagħmel il-klassifikazzjonijiet jidhru li jibbenefikaw lill-emittent minflok li jaqdu l-ħtiġijiet tal-investitur. Il-KESE jaħseb li l-introduzzjoni ta’ regola ta’ rotazzjoni mhix ser tkun miżura regolatorja biżżejjed biex jinkiseb progress fil-prinċipju fejn “l-emittent iħallas”. Għalhekk, jipproponi li jiġu kkunsidrati mezzi oħrajn biex jiġu ristretti l-opportunitajiet għall-emittenti li jagħżlu aġenzija ta’ klassifikazzjoni għall-finijiet tagħhom.

5.14   Fil-fehma tal-KESE, ir-regola ta’ rotazzjoni kif proposta mhijiex biżżejjed biex jiġu sodisfati l-istennijiet promossi bl-introduzzjoni tagħha, speċjalment fir-rigward tal-ħolqien ta’ biżżejjed opportunitajiet ġodda tas-suq. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat jaħseb li r-Regolament għandu jistipula perjodi iqsar li matulhom l-emittent jista' juża s-servizzi tal-istess aġenzija tal-klassifikazzjoni jew perjodi itwal li matulhom l-emittent ma jistax jagħmel dan. Soluzzjoni possibbli oħra hija li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni jingħażlu b'lotterija. Il-KESE jipproponi wkoll li titneħħa l-kelma “konsekuttiv” mis-sentenza “għaxar strumenti ta’ dejn konsekuttivi tal-emittent” fl-Artikolu rilevanti.

Brussell, 29 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar “Aġenziji li jiggradaw il-kreditu”, ĠU C 54. 19.2.2011, p. 37.

(2)  Ibrahim Warde, “Ces puissantes officines qui notent les Etats”, Le Monde diplomatique, Frar 1997.

(3)  Marc Roche, “Le capitalisme hors la loi”, Éditions Albin Michel 2011, p. 70.

(4)  Joseph E. Stiglitz, “Le triomphe de la cupidité”, Les liens qui libèrent 2010, p. 166.

(5)  Hervé Kempf, “L'oligarchie ça suffit, vive la démocratie”, Éditions du Seuil, Pariġi 2011, p. 72.

(6)  Idem.

(7)  http://ec.europa.eu/internal_market/securities/docs/agencies/summary-responses-cra-consultation-20110704_en.pdf

(8)  http://www.europarl.europa.eu/oeil/FindByProcnum.do?lang=en&procnum=INI/2010/2302.

(9)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ec/111877.pdf.

(10)  http://www.financialstabilityboard.org/publications/r_101027.pdf.

(11)  Opinjoni tal-KESE dwar “Aġenziji li jiggradaw il-kreditu”, ĠU C 54, 19.1.2011, p. 37.


APPENDIĊI

għall-OPINJONI tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-emenda li ġejja nċaħdet waqt id-diskussjoni iżda rċeviet aktar minn kwart tal-voti:

Punt 5.4

5.4

Il-KESE jaħseb li, fl-isforz tagħha biex ittejjeb il-kwalità, it-trasparenza, l-indipendenza, il-pluralità tal-fehmiet u l-kompetizzjoni fil-provvista tal-klassifikazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha bżonn twaqqaf aġenzija ta’ klassifikazzjoni Ewropea indipendenti li toħroġ klassifikazzjonijiet indipendenti (li l-emittent ikollu jħallas għalihom), iżda li ma toħroġx klassifikazzjonijiet sovrani, u b’hekk tevita kull akkuża ta’ kunflitt ta’ interessi.

It-test ta’ din l-Opinjoni tas-sezzjoni speċjalizzata nċaħad b’78 vot kontra, 55 vot favur u 13-il astensjoni.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/75


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ”

COM(2011) 635 finali – 2011/0284 (COD)

u “L-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ biex jiġu ffaċilitati t-tranżazzjonijiet transkonfinali fis-suq uniku”

COM(2011) 636 finali

2012/C 181/14

Relatur: is-Sinjura BONTEA

Nhar il-11 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ biex jiġu ffaċilitati t-tranżazzjonijiet transkonfinali fis-suq uniku

COM(2011) 636 final.

Nhar is-16 ta’ Novembru 2011 u nhar il-25 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ

COM(2011) 635 final – 2011/0284 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tad-29 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'87 vot favur, 54 vot kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni sabiex tiffaċilita l-espanzjoni tal-kummerċ transkonfinali għan-negozji (speċjalment l-SMEs), tħeġġeġ ix-xiri transkonfinali mill-konsumaturi u tikkonsolida l-vantaġġi tas-suq intern.

1.2   Fir-rigward tal-forma tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ (Regolament) u l-għażla magħżula (“it-tieni sistema” fakultattiva), il-Kumitat jinsab sodisfatt li tqiesu l-proposti preċedenti tiegħu. Madankollu, kif stqarr fl-opinjoni preċedenti tiegħu, iqis li “dawn l-għanijiet iridu jintlaħqu ftit ftit, l-ewwelnett bil-kuntratti ta’ bejgħ transnazzjonali kummerċjali tal-merkanzija (B2B) bħala proġetti pilota, li jservu biex jittestjaw il-koeżistenza bejn ir-reġimi u l-applikazzjoni konkreta tagħhom” (1).

1.3   Il-Kumitat jenfasizza li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tikkonforma bi sħiħ mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporsjonalità.

1.4   Fir-rigward tal-kontenut, il-Kumitat iqis li l-proposta għal Regolament għandha bżonn xi titjib sabiex:

tiffaċilita t-tranżazzjonijiet fl-UE kollha, b'tali mod li tagħti kontribut b'saħħtu sabiex tappoġġja l-attivitajiet ekonomiċi fis-suq uniku u sabiex jiġi sfruttat aktar il-potenzjal tiegħu;

tagħti valur miżjud Ewropew ġenwin, b'rabta mal-ispejjeż u l-vantaġġi għall-operaturi ekonomiċi u l-konsumaturi;

toffri vantaġġi sostanzjali fir-rigward ta’ leġislazzjoni mfassla aħjar u ambjent regolatorju simplifikat, li jinftiehem u li hu faċli biex jintuża;

jonqsu l-ispejjeż involuti fit-tranżazzjonijiet transkonfinali;

jiġu assigurati s-sigurtà legali u aktar konsistenza bejn ir-regoli orizzontali u dawk vertikali;

jiġi garantit li l-SMEs u l-konsumaturi jibbenefikaw b'mod konkret u ċert mir-regoli l-ġodda.

1.5   Id-diviżjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u s-separazzjoni tar-regoli dwar il-kuntratti bejn in-negozji (B2B) u tar-regoli dwar il-kuntratti mal-konsumaturi f'żewġ dokumenti separati (bi skeda ċara għall-implimentazzjoni ta’ kull kuntratt) ser jagħmluha faċli għan-negozji u l-konsumaturi li jsiru jafu bir-regoli l-ġodda u japplikawhom.

1.6   Il-Kumitat iqis partikolarment importanti li r-regoli ġodda jkunu ta’ natura fakultattiva u jiggarantixxu r-rispett sħiħ tal-libertà ta’ negozjar fir-rigward tal-aċċettazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

1.7   Il-Kumitat jenfasizza l-aspetti essenzjali li ġejjin:

hemm diffikultajiet prinċipali fl-implimentazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ;

hemm bżonn li jitqiesu aktar il-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs;

hemm bżonn li jitfasslu, b'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, inklużi dawk tal-SMEs u l-konsumaturi, mudelli Ewropej ta’ klawżoli kuntrattwali speċifiċi għal ċerti setturi kummerċjali jew ta’ attività, li jinkludu klawżoli u kondizzjonijiet standard u jkunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Dawn jistgħu jsiru għodod utli ħafna ta’ applikazzjoni fir-relazzjonijiet tat-tip B2B u B2C u għandhom ikunu disponibbli simultanjament mal-pubblikazzjoni tar-regolament;

hemm bżonn li tiġi garantita ċertezza legali aktar b'saħħitha u jitjieb il-kontenut tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ;

b'konformità mal-Artikoli 12 u 169 tat-Trattat, waqt it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-UE kif ukoll tal-miżuri adottati jridu jitqiesu r-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-SMEs.

1.8   Il-KESE jenfasizza li l-adozzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ mhiex biżżejjed sabiex tiggarantixxi l-iżvilupp tal-kummerċ traskonfinali għan-negozji u tax-xiri transkonfinali għall-konsumaturi. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom sabiex jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tas-suq uniku għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi.

1.9   Il-KESE jenfasizza l-importanza li jitħejjew miżuri komplementari sabiex ikun garantit li l-partijiet li jistgħu japplikaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, jekk fl-aħħar tiġi adottata, ikunu jafu kif japplikaw il-liġi b'mod effikaċi u jinterpretawha b'mod uniformi.

1.10   L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jenfasizzaw li l-proposta attwali m'għandhiex tintuża għat-tranżazzjonijiet tal-konsumaturi.

L-organizzazzjonijiet tal-SMEs u ta’ min iħaddem jenfasizzaw li jekk isiru għadd ta’ emendi u miżuri ta’ akkumpanjament, il-proposta tkun tista' tintuża fi tranżazzjonijiet tal-konsumaturi.

Il-proposti mressqa mill-SMEs u l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi għadhom mhux qed jaqblu fuq diversi punti. Is-sejba tal-aħjar soluzzjoni li tkun universalment aċċettabbli huwa proċess kumpless u diffiċli.

1.11   Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew iqisu dawn l-aspetti meta jfasslu l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, jew kwalunkwe inizjattiva oħra intiża biex tirregola d-drittijiet tal-konsumatur fl-UE, u sabiex ikomplu d-djalogu mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs u l-konsumaturi, sabiex il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tkun ispirata aktar mill-bżonnijiet tal-benefiċjarji bil-għan li tikkontribwixxi vigorożament għall-iffaċilitar tat-tranżazzjonijiet fi ħdan l-UE.

2.   Sfond

2.1   Il-qafas legali attwali

2.1.1   Il-qafas legali attwalment fis-seħħ fl-UE huwa kkaratterizzat minn differenzi fis-sistemi legali nazzjonali u fil-liġijiet kuntrattwali tas-27 Stat Membru.

2.1.2   Il-leġislazzjoni tal-UE fiha numru ta’ regoli komuni, speċjalment fil-qasam tal-kuntratti tat-tip B2C, li jarmonizzaw il-liġi kuntrattwali sostantiva dwar il-konsumatur. Id-Direttiva 2011/83/UE dwar id-drittijiet tal-konsumatur (2), li ġiet adottata reċentement, armonizzat għal kollox elementi ewlenin tal-kuntratti li jsiru mill-bogħod bħall-informazzjoni prekuntrattwali, ir-rekwiżiti formali, id-dritt ta’ rtirar, it-tqassim tar-riskju u t-twettiq, filwaqt li tħalli livell minimu ta’ armonizzazzjoni għall-garanziji legali u termini kuntrattwali mhux ġusti biss.

2.1.3   L-Artikoli 12, 38, 164, 168 u 169(4) tat-Trattat jiggarantixxu l-prevalenza tar-regoli nazzjonali, fejn dawn ikunu aktar vantaġġużi għall-konsumaturi.

2.2   Diffikultajiet għall-kummerċjanti u l-konsumaturi

2.2.1   Attwalment, huwa biss wieħed minn kull għaxar kummerċjanti fl-UE li jesporta fi ħdan is-suq uniku u l-maġġoranza tagħhom jesportaw biss f'numru żgħir ta’ Stati Membri. Huma biss 8 % tal-konsuamturi li xtraw oġġetti u servizzi mill-internet minn Stat Membru ieħor. Il-potenzjal tas-suq intern u l-kummerċ transkonfinali elettroniku għadu ma ġiex sfruttat biżżejjed.

2.2.2   L-ostakli attwali jinħolqu, fost affarijiet oħra, minħabba d-differenzi fir-regolamenti fiskali, ir-rekwiżiti amministrattivi, id-diffikultajiet fil-provvista, id-differenzi fis-sistemi lingwistiċi u kulturali, livelli baxxi ta’ firxa tal-broadband, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data, id-diżinji, il-limitazzjonijiet territorjali tal-proprjetà intelletwali, il-faċilitajiet għall-pagament u d-differenzi fil-qafas legali. L-informazzjoni li l-Kummissjoni ġabret minn riċerka ta’ oħrajn turi li, fit-tranżazzjonijiet bejn in-negozju u l-konsumatur, wieħed mill-ostakli prinċipali li jżommu lill-konsumaturi milli jixtru barra l-pajjiż huwa n-nuqqas ta’ mezzi effettivi ta’ rimedju. 62 % tal-konsumaturi ma xtrawx onlajn minn pajjiż ieħor għax beżgħu mill-frodi, 59 % ma kinux jafu x'għandhom jagħmlu jekk jinqalgħu l-problemi, 49 % kienu mħassba dwar il-kunsinna u 44 % ma kienux ċerti dwar id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi (3).

Il-kummerċjanti, partikolarment l-SMEs, qegħdin jiffaċċjaw problemi bħal:

l-għarfien tad-dispożizzjonijiet tal-liġi kuntrattwali barranija applikabbli;

aktar kumplessità legali fil-kummerċ transkonfinali, meta mqabbel mal-kummerċ intern;

l-ispejjeż ta’ tranżazzjoni addizzjonali għoljin.

2.2.3   L-ostakli għall-kummerċ transkonfinali għandhom effetti negattivi konsiderevoli fuq in-negozji u l-konsumaturi.

3.   Proposta tal-Kummissjoni

3.1   Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (4) tinkludi d-deċiżjoni li tressaq Proposta għal Regolament (5) li tistabbilixxi Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, bil-għan iddikjarat li jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi tiffaċilita l-iżvilupp tal-kummerċ transkonfinali.

3.2   Il-proposta tal-Kummissjoni tirrappreżenta:

a)

fir-rigward tal-istrument magħżul:

ġabra ta’ regoli alternattivi għal-liġi kuntrattwali, identika fl-Istati Membri kollha u applikabbli fl-UE kollha, li ser teżisti b'mod konġunt mal-leġislazzjonijiet nazzjonali eżistenti fil-qasam tal-liġi kuntrattwali;

hija qafas fakultattiv, magħżul mill-partijiet kontraenti. Il-konsumatur irid jimla dikjarazzjoni espliċita fejn fiha jaqbel li japplika l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ; din id-dikjarazzjoni hija distinta minn dik li fiha il-konsumatur jesprimi l-qbil tiegħu li jikkonkludi l-kuntratt.

b)

fir-rigward tal-forma: bħala Regolament, il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ser tkun applikabbli b'mod ġenerali u dirett;

c)

fir-rigward tal-kontenut:

din hija ġabra ta’ regoli dwar il-liġi kuntrattwali li hija komprensiva (183 artikolu) iżda mhux eżawrjenti, li tkopri:

il-prinċipji ġenerali tal-liġi kuntrattwali;

id-dritt tal-partijiet li jirċievu informazzjoni essenzjali prekuntrattwali, regoli dwar kif jiġu konklużi l-ftehimiet, id-dritt li l-konsumaturi jirtiraw mill-kuntratt u kif jannullaw kuntratt;

kif għandhom jiġu interpretati l-kundizzjonijiet kuntrattwali, ir-regoli dwar il-kontenut u l-effetti tal-kuntratti kif ukoll kundizzjonijiet kuntrattwali li jistgħu jkunu inġusti;

l-obbligi u r-rimedji tal-partijiet;

regoli supplementari komuni dwar kumpens għal danni u dwar l-imgħax li għandu jitħallas għal ħlas tard;

dispożizzjonijiet relatati mar-riżoluzzjoni u l-preskrizzjoni.

Ċerti aspetti jibqgħu regolati mil-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli, abbażi tar-Regolament 593/2008 (6) (Ruma I).

3.3   Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tiffoka fuq kuntratti li huma l-aktar sinifikanti għall-kummerċ transkonfinali (il-kuntratti ta’ bejgħ bejn in-negozji u l-konsumaturi jew bejn in-negozji meta tal-inqas waħda mill-partijiet tkun SME, inklużi kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali jew servizzi relatati).

3.4   Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ hija limitata għall-kuntratti transkonfinali (bil-possibbiltà li l-Istati Membri jestenduha).

4.   Kummenti ġenerali

4.1   Il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiffaċilita l-iżvilupp tal-kummerċ transkonfinali għan-negozji, speċjalment għall-SMEs, tħeġġeġ ix-xiri transkonfinali mill-konsumaturi u tikkonsolida l-vantaġġi tas-suq intern.

4.2   Il-Kumitat jenfasizza li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tikkonforma għal kollox mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporsjonalità.

4.3   Fir-rigward tal-forma (Regolament) u l-għażla magħżula (“it-tieni sistema” f'kull Stat Membru, li hija fakultattiva u tista' tiġi applikata abbażi ta’ ftehim espliċitu mill-partijiet), kif diġà ntqal fl-opinjoni msemmija qabel tal-Kumitat, “dawn l-għanijiet iridu jintlaħqu ftit ftit, l-ewwelnett bil-kuntratti ta’ bejgħ transnazzjonali kummerċjali tal-merkanzija (B2B) bħala proġetti pilota”.

4.4   Fir-rigward tal-kontenut, il-Kumitat iqis li l-proposta għal Regolament għandha bżonn għadd ta’ titjib sabiex:

tiffaċilita t-tranżazzjonijiet fl-UE kollha, b'tali mod li tagħti kontribut b'saħħtu sabiex tappoġġja l-attivitajiet ekonomiċi fis-suq uniku u sabiex jiġi sfruttat aktar il-potenzjal tiegħu;

tagħti valur miżjud Ewropew ġenwin, b'rabta mal-ispejjeż u l-vantaġġi għall-operaturi ekonomiċi u l-konsumaturi;

toffri vantaġġi sostanzjali fir-rigward ta’ leġislazzjoni aħjar u ambjent regolatorju semplifikat, li jinftiehem u li hu faċli biex jintuża;

jonqsu l-ispejjeż involuti fit-tranżazzjonijiet transkonfinali;

jiġu assigurati ċertezza legali u konsistenza miżjuda bejn ir-regoli orizzontali u dawk vertikali, b'enfasi partikolari fuq it-trasparenza, iċ-ċarezza u s-sempliċità. Dan ikun ta’ benefiċċju mhux biss għall-ispeċjalisti legali, iżda wkoll u speċjalment għall-intrapriżi ż-żgħar u l-konsumaturi;

jiġi garantit li l-SMEs u l-konsumaturi jibbenefikaw b'mod konkret u ċert mir-regoli l-ġodda.

4.5   Preċedentement, il-Kumitat enfasizza li “dawn l-għanijiet iridu jintlaħqu ftit ftit, l-ewwelnett bil-kuntratti ta’ bejgħ transnazzjonali kummerċjali tal-merkanzija (B2B) bħala proġetti pilota, li jservu biex jittestjaw il-koeżistenza bejn ir-reġimi u l-applikazzjoni konkreta tagħhom” (7).

Id-diviżjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u s-separazzjoni tar-regoli dwar il-kuntratti tat-tip B2B u tar-regoli dwar il-kuntratti tat-tip B2C f'żewġ dokumenti separati (bi skeda ċara għall-implimentazzjoni ta’ kull kategorija) ser jagħmluha faċli għal-leġislaturi jiddeċiedu liema teknika leġislattiva għandha tapplika għal kull sett ta’ regoli waqt li jitqies il-poter ta’ negozjar tal-partijiet.

4.6   Il-kontenut attwali tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ wassal għal nuqqas ta’ sodisfazzjon u kritika konsiderevoli min-naħa tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u tal-SMEs li xeħtu dubju dwar il-bżonn fattwali għal strument fakultattiv sabiex jitħeġġeġ il-kummerċ elettroniku u t-teknika leġislattiva (reġim fakultattiv) użat fil-qasam tal-kuntratti tat-tip B2C.

4.7   Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament sabiex iqisu dawn l-aspetti meta jfasslu l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u sabiex ikomplu d-djalogu mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs u l-konsumaturi, sabiex il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tkun ispirata aktar mill-bżonnijiet tal-benefiċjarji.

4.8   Il-KESE jqis partikolarment importanti li r-regoli l-ġodda jkunu ta’ natura fakultattiva u jiggarantixxu r-rispett sħiħ tal-libertà ta’ negozjar fir-rigward tal-aċċettazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

4.9   Fir-rigward tal-intrapriżi l-kbar jew intrapriżi b'pożizzjoni dominanti fis-suq, il-Kumitat jirrakkomanda li jiġu identifikati l-aktar miżuri komplementari adegwati li jagħmluha aktar faċli għall-SMEs li jeżerċitaw id-dritt li jagħżlu b'mod ħieles bejn iż-żewġ reġimi, skont in-natura fakultattiva tal-Liġi Komunit Ewropea dwar il-Bejgħ.

4.10   B'konformità mal-Artikoli 12 u 169 tat-Trattat, waqt it-tfassil u l-applikazzjoni tal-politiki kollha tal-UE kif ukoll tal-miżuri adottati jridu jitqiesu r-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-SMEs.

4.11   Il-Kumitat jenfasizza d-diffikultajiet ewlenin għall-applikazzjoni tal–Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, hemm bżonn li:

jiġu ċċarati r-relazzjonijiet reċiproċi bejn l-istrument fakultattiv u l-Liġi Internazzjonali Privata Ewropea, fosthom id-dispożizzjonijiet nazzjonali obbligatorji komuni u r-regoli marbuta mal-ordni pubblika – Artikoli 9 u 21 rispettivament tar-Regolament 593/2008;

jiġi ċċarat b'mod espliċitu r-rwol tar-Regolament Ruma I fil-każ tal-kuntratti tat-tip B2C filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sentenzi reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li huma ta’ gwida f'dan ir-rigward;

tiġi ggarantita aktar iċ-ċertezza legali u jitħejjew numru komplet ta’ regoli tal-liġi kuntrattwali, li ma jirreferux għal-liġijiet nazzjonali differenti ta’ kull Stat Memrbu u li ma jitfgħux dubji fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni.

4.12   Il-KESE jenfasizza l-fatt li l-adozzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ mhiex biżżejjed la biex tiggarantixxi l-iżvilupp tal-kummerċ traskonfinali u lanqas biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq uniku għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi.

4.13   Fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, jeħtieġ li jsir kull sforz sabiex jiġi stabbilit kuntest li jippromovi l-esportazzjonijiet u jelimina l-ispejjeż amministrattivi. Fil-każ tal-konsumaturi, huwa importanti li tissaħħaħ il-fiduċja tagħhom fis-suq uniku u li jitħeġġu jwettqu xiri transkonfinali billi jiġu pprovduti mezzi effettvi ta’ rimedju individwali.

4.14   Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jkomplu bl-isforzi tagħhom sabiex jeliminaw l-ostakli li fadal għall-kummerċ transkonfinali, jippromovu u jappoġġjaw l-attivitajiet ta’ esportazzjoni tal-SMEs u jaqdu rwol attiv fl-identifikazzjoni u l-applikazzjoni tal-aktar miżuri adegwati sabiex in-negozji u l-konsumaturi jkunu jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet offruti mis-suq uniku. Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni u d-djalogu ta’ kwalità bejn l-awtoritajiet u l-imsieħba soċjali, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-SMEs u l- konsumaturi.

4.15   Il-KESE jenfasizza l-importanza li jittieħdu ta’ akkumpanjament neċessarji sabiex ikun garantit li l-partijiet soġġetti għall-applikazzjoni eventwali tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, jekk fl-aħħar tiġi adottata, isiru jafu kif għandhom japplikaw il-liġi b'mod effikaċi u jinterpretawha b'mod uniformi. Permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u kanali oħra ta’ informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-partijiet interessati kollha bil-kontenut wiesa' tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, kif ukol bid-differenzi bejn il-leġislazzjoni nazzjonali u dik tal-UE, inklużi l-aspetti tal-ġurisprudenza u l-aħjar prattika.

5.   Kummenti partikolari

5.1   Il-bżonn li jitqiesu aktar il-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs

5.1.1   Il-KESE jqis li l-proposta għal Regolament tista' titjieb, sabiex il-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs jitqiesu aktar:

99,8 % tan-negozji huma SMEs, 92 % minnhom huma mikrointrapriżi li jimpjegaw madwar żewġ impjegati (8);

il-mikrointrapriżi jesportaw lejn numru mnaqqas ta’ pajjiżi, wara li jkunu analizzaw is-suq fil-fond;

il-mudell imprenditorjali standard tal-mikrointrapriżi m'għandux l-għan li jikkonkludi kuntratti transkonfinali f'27 Stat Membru;

jeżistu ostakli konsiderevoli għat-transazzjonijiet transkonfinali mill-SMEs, elenkati fil-punt 2.2.2.

5.1.2   Il-proposta mhix faċli biżżejjed għall-SMEs. L-istrument propost fil-qasam tal-liġi kuntrattwali, kumpless, astratt u li jirreferi għal diversi aspetti tal-liġi nazzjonali differenti ta’ kull Stat Membru, ma jippermettix lill-SMEs li japplikawh mingħajr servizzi ta’ appoġġ jew pariri legali. L-għodod huma estremament neċessarji u jistgħu jinkoraġġixxu lill-SMEs japplikaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

5.1.3   L-organizzazzjonijiet tal-SMEs (9) jappoġġjaw il-bżonn għal bilanċ aktar stabbli bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet kontraenti fil-kuntratti tat-tip B2C. Jenfasizzaw li hemm bżonn li jiġu ċċarati u ssemplifikati l-punti li ġejjin:

l-Artikolu 23 (l-ewwel paragrafu dwar id-dmir li tiġi żvelata l-informazzjoni dwar il-merkanzija u s-servizzi relatati huwa vag wisq);

l-Artikolu 29 (is-sanzjonijiet huma wisq twal u impreċiżi);

l-Artikolu 39 (il-klawżoli tal-offerent għandhom jiġu aċċettati);

l-Artikolu 42(1)(a) (il-perjodu ta’ rtirar) (għandhom jiddaħħlu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur);

l-Artikolu 51 (“ħtiġijiet urġenti” jew il-fatt li tkun “imprudenti, nieqsa mill-għarfien jew bla esperjenza” m'għandhomx jintużaw bħala ġustifikazzjoni – il-prinċipju ta’ “il-bona fidi u n-negozjar ġust” ikopri s-sitwazzjonijiet ikkunsidrati f'dan l-Artikolu);

l-Artikolu 72 (fil-proċessi twal ta’ negozjar, il-partijiet għandu jkollhom il-possibbilta li jinkludu l-ftehimiet kollha f'kuntratt wieħed, sabiex ma jinħolqux piżijiet amministrattivi żejda għall-SMEs mil-lat ta’ spejjeż u ħin);

l-Artikolu 78 (fil-paragrafu 1 hemm bżonn li jiġi ċċarat il-fatt li għandu jintalab il-kunsens tal-parti l-oħra wkoll, jekk ser jiġu kkonferiti xi drittijiet fuq il-parti terza);

fir-rigward tal-Artikolu 78(4) dwar ir-rifjut ta’ dritt ikkonferit lil u minn parti terza, l-espressjoni “impliċitament aċċettat” għandha titħassar peress li s-sitwazzjoni ssir insigura;

l-Artikolu 97 (għandhom jiġu bbilanċjati l-obbligi tal-partijiet);

l-Artikolu 130(3) u (5) (il-kunċett ta’ kustodja responsabbli mix-xerrej huwa nieqes);

l-Artikolu 142(4) (għandha tiżdied il-kelma “l-ewwel” trasportatur);

l-Artikolu 159(1) (hemm bżonn ta’ aktar kjarifiki).

5.1.4   Il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ għandha tassigura li l-prinċipju “l-ewwel aħseb fiż-żgħir” u dak tal-proporzjonalità jiġu applikati bi sħiħ fi kwalunkwe stadju, waqt li jitnaqqsu l-burokrazija u l-ispejjeż żejda għall-SMEs. Il-KESE jenfasizza li huwa essenzjali li l-ispejjeż regolatorju jinżammu għal minimu għall-SMEs, u jappella lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament sabiex iqisu dan l-aspett meta jkunu qegħdin jiffinalizzaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

5.2   Il-protezzjoni tal-konsumatur

5.2.1   Il-Kumitat, għal darb'oħra, jenfasizza l-importanza li tiġi assigurata ċ-ċertezza legali “bbażata fuq l-aktar forom ta’ protezzjoni avvanzati għaċ-ċittadini u l-intrapriżi”, mingħajr ma “żżomm lill-ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri ta’ protezzjoni aktar stretti għall-konsumaturi” (10) u jappella għal “suq uniku li jkun strument għall-benefiċċju taċ-ċittadin-konsumatur” (11).

5.2.2   Il-kontenut tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ wassal għal nuqqas ta’ sodisfazzjon u kritika min-naħa ta’ ħafna assoċjazzjonijiet tal-konsumatur (fir-rigward tal-livell baxx ta’ protezzjoni tal-konsumatur meta mqabbel mal-Artikolu 169(4) tat-Trattat, il-fatt li l-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ ser tiġi applikata mingħajr ma verament ikunu nstemgħu l-fehmiet tal-konsumaturi, eċċ.), li jippreferu kieku l-kuntratti bejn in-negozji u l-konsumaturi jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ.

5.2.3   Jeżistu ħafna eżempji li juru li l-proposta ma tipprovdix għall-ogħla livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi:

Artikolu 5 (objettività ta’ raġonevolezza);

Artikolu 13(1) (it-tifsira eżatta ta’ “b'mod ċar u li jinftiehem”);

Artikolu 13(3)(c) (in-nuqqas ta’ definizzjoni ta’ “mezz (ieħor) li jservi fit-tul”);

Artikolu 19(5) (in-nuqqas ta’ definizzjoni ta’ “żmien raġonevoli”);

Artikolu 20(2) (it-tifsira eżatta ta’ “tranżazzjoni minn jum għal jum”);

Artikolu 28(1) (it-tifsira eżatta ta’ “toqgħod raġonevolment attenta”);

Artikolu 30(1)(c) (in-nuqqas ta’ definizzjoni ta’ “kontenut u ċertezza suffiċjenti”);

Artikolu 42(2) (f'każ ta’ nuqqa ta’ informazzjoni, il-kuntratt għandu jitqies invalidu);

Artikolu 45 (il-konsumatur m'għandu qatt iħallas l-ispejjeż sabiex jirritorna l-merkanzija);

Artikolu 52(2) (il-perjodi għandhom minn tal-inqas ikunu sena fil-każ ta’ (a) u sentejn fil-każ ta’ (b);

Artikolu 53 (il-konferma m'għandha qatt tkun impliċita);

Artikolu 71 (il-kliem użat għandu jkun aktar ċar);

Artikolu 74 (it-tifsira ta’ “ferm irraġonevoli”);

Artikolu 79(1) (m'hemm l-ebda definizzjoni tat-tip ta’ abbuż li jwassal għall-effett li “ma j(t)orbotx”);

Artikolu 79(2) (id-Direttiva ma tqisx id-differenza bejn l-elementi essenzjali u mhux essenzjali ta’ kuntratt);

Artikolu 82 (id-Direttiva tħalli barra r-regoli dwar il-komunikazzjoni tal-klawżoli, l-obbligi dwar l-informazzjoni kif ukoll ir-regoli li għandhom jiġu awtomatikament esklużi mill-kuntratti, irrispettivament mill-kontenut inġust tagħhom, għax imorru kontra l-bona fide;

Artikolu 84 (il-lista tal-klawżoli meqjusa bħala li dejjem huma inġusti hija qasira wisq u mhux skont l-aktar liġijiet nazzjonali progressivi);

Artikolu 85 (l-istess japplika għall-klawżoli li huwa preżunt li huma inġusti);

Artikolu 99(3) (id-dispożizzjoni hija totalment inaċċettabbli);

Artikolu 105(2) (il-perjodu għandu jkun minn tal-inqas sentejn);

Artikolu 142 (it-tifsira ġuridika u n-natura tal-espressjoni “il-pussess fiżiku tal-merkanzija” mhumiex ekwivalenti fit-traduzzjonijiet differenti fil-lingwi differenti, skont is-sistemi nazzjonali ġuridiċi differenti);

Artikolu 142(2) (it-tifsira ta’ “il-kontroll tal-kontenut diġitali”);

Artikolu 167(2) (għandha tiġi eskluża l-possibbiltà li n-notifika tingħata qabel);

Artikoli 179 u 180 (il-kliem użat għandu jkun aktar ċar).

5.2.4   Hemm bżonn ta’ miżuri speċjali sabiex tiġi garantità r-responsabilità u l-indaġni transkonfinali fil-każ ta’ frodi u ingann bil-għan li tissaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur. Fil-fatt, 59 % tal-konsumaturi jindikaw dan bħala deterrent għal transazzjonijiet transkonfinali.

5.3   Il-bżonn li jitħejjew mudelli Ewropej ta’ klawżoli kuntrattwali

5.3.1   Il-Kumitat jenfasizza l-bżonn li jitħejjew kuntratti Ewropej ta’ mudell li:

ikunu disponibbli flimkien mal-pubblikazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ u mid-dħul fis-seħħ tagħha;

ikunu speċjalizzati f'setturi kummerċjali jew ta’ attività speċifiċi;

jinkludu klawżoli u kondizzjonijiet standard komprensivi, li jżidu mal-acquis, jiggarantixxu livell għoli ħafna ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fil-kuntratti tat-tip B2C u l-libertà kuntrattwali fil-kuntratti tat-tip B2B u japplikaw bi sħiħ l-iSmall Business Act;

ikunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE;

jiġu mmonitorjati u riveduti b'mod perjodiku, sabiex jitjieb il-kontenut abbażi tal-aħjar prattika, id-duttrina u l-ġurisprudenza prattika.

L-għodod huma utli ħafna għall-SMEs li jixtiequ jikkonkludu kuntratti transkonfinali mal-konsumaturi.

5.3.2   Huwa essenzjali li jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-intrapriżi, l-SMEs u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur kif ukoll il-kooperazzjoni magħhom fit-tfassil tal-mudelli Ewropej ta’ klawżoli kuntrattwali.

5.4   Il-bżonn li tiġi garantita ċertezza legali aktar b'saħħitha

5.4.1   Il-proposta għal Regolament tqajjem problemi rigward l-istabbiliment tal-bażi legali adegwata, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni.

5.4.2   F'ħafna aspetti, issir referenza għal-liġi interna (pereżempju, il-personalità ġuridika, l-invalidità ta’ kuntratt minħabba nuqqas ta’ kapaċità, l-illegalità jew l-immoralità, id-determinazzjoni tal-lingwa tal-kuntratt, il-kwistjonijiet tan-nondiskriminazzjoni, ir-rappreżentanza, il-pluralità tad-debituri u l-kredituri, it-tibdil fil-partijiet inkluża assenjazzjoni, tpaċija u għaqda, il-liġi tal-proprjetà inkluż it-trasferiment tal-proprjetà, il-liġi tal-proprjetà intelletwali u l-liġi tad-delitti) li teħtieġ lill-kummerċjanti jistudjaw il-qafas leġislattiv u jħallsu għall-pariri legali, kif ukoll tiżdied l-inċertezza legali.

5.4.3   M'hemm l-ebda mekkaniżmu li jassigura li r-Regolament huwa applikat b'mod uniformi fl-UE kollha. Bażi ta’ data tad-deċiżjonijiet tal-Qorti mhux ser tikkostitwixxi preċedent legali validu għall-qrati nazzjonali li huma kompetenti fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament; minħabba li hemm lok għal interpretazzjonijiet differenti, ser tiżdied l-inċertezza legali.

5.4.4   Huwa rakkomandat li d-deċiżjonijiet tal-Qorti jiġu mmonitorjati, l-aħjar prattika tiġi promossa u jitfasslu rapporti annwali, għall-inqas għall-ewwel ħames snin wara l-introduzzjoni tar-Regolament, sabiex ikun hemm valutazzjoni kontinwa tar-riżultati miksuba, tal-promozzjoni tal-aħjar prattika u tal-adozzjoni ta’ miżuri sabiex tiġi ffaċilitata l-interpretazzjoni uniformi tar-Regolament fl-UE kollha.

5.5   Kummenti addizzjonali

Fi żmien ta’ kriżi, huwa improbabbli li fil-livell nazzjonali ser jiġou allokati somom kbar għall-miżuri li jipprovdu informazzjoni u promozzjoni ta-regoli l-ġodda. Il-Punt 4 (Implikazzjoni baġitarja) tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għandu jinkludi miżuri ta’ appoġġ li jinkludu sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati mill-Kummissjoni għar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tad-dinja imprenditorjali, tal-SMEs u tal-konsumaturi li jgħaddu l-informazzjoni dwar il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ lill-membri tagħhom. Għandu jinkludi wkoll miżuri ta’ appoġġ li jgħinu lill-organizzazzjonijiet jipprovdu pariri b'xejn dwar l-applikazzjoni tar-Regolament.

Brussell, 29 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 84, 17.3.2011, p. 1

(2)  ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

(3)  It-Tabella ta’ Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur, il-Ħames Edizzjoni, Marzu 2011.

(4)  COM(2011) 636 final.

(5)  COM(2011) 635 final.

(6)  ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6.

(7)  ĠU C 84, 17.3.2011, p. 1.

(8)  EUROSTAT.

(9)  Dokumenti ta’ pożizzjoni tal-UEAPME (Union européenne de l'artisanat et des petites et moyennes entreprises – Unjoni Ewropea tal-Artiġjanat u tal-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju):

 

http://www.ueapme.com/IMG/pdf/120119_pp_General_Remarks_CESL.pdf

 

http://www.ueapme.com/IMG/pdf/120119_pp_Specific_Remarks_CESL.pdf

(10)  ĠU C 84, 17.3.2011, p. 1.

(11)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 3.


APPENDIĊI

għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

I   Dawn il-punti tal-opinjoni tas-Sezzjoni Speċjalizzata ġew immodifikati biex jirriflettu l-emendi adottati mill-Assemblea, iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti (Artikolu 54(4) tar-Regoli ta’ Proċedura):

a)   Punt 1.2

1.2

Fir-rigward tal-forma tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ (Regolament) u l-għażla magħżula (“it-tieni sistema” fakultattiva), il-Kumitat jinsab sodisfatt li tqiesu l-proposti preċedenti tiegħu. Madankollu, kif stqarr fl-opinjoni preċedenti tiegħu  (1), iqis li l-inizjattiva tal-Kummissjoni għandha tibda billi tistabbilixxi “ġabra ta’ għodod” li sservi ta’ qafas ta’ referenza komuni disponibbli għall-partijiet li jfasslu kuntratti transkonfinali u t-tieni, tista' tippreżenta strument fakultattiv għall-kuntratti kummerċjali transkonfinali ta’ bejgħ ta’ prodotti (B2B), li jopera fuq bażi pilota, bħala mezz utli biex tiġi ttestjata l-koeżistenza tar-reġimi u jiġi mmonitorjat kif jiġu applikati fil-prattika.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur

:

93

Kontra

:

41

Astensjonijiet

:

6

b)   Punt 1.7

1.7

Il-Kumitat jenfasizza l-aspetti essenzjali li ġejjin:

hemm diffikultajiet prinċipali fl-implimentazzjoni tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ;

hemm bżonn li jitqiesu aktar il-karatteristiċi speċifiċi tal-SMEs;

hemm bżonn li jitfasslu, b'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, inklużi dawk tal-SMEs u l-konsumaturi, mudelli Ewropej ta’ klawżoli kuntrattwali speċifiċi għal ċerti setturi kummerċjali jew ta’ attività, li jinkludu klawżoli u kondizzjonijiet standard u jkunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. Dawn jistgħu jsiru għodod utli ħafna ta’ applikazzjoni fir-relazzjonijiet tat-tip B2B u B2C u jistgħu jiġu promossi irrispettivament mill-fatt jekk il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ tkunx disponibbli jew le;

hemm bżonn li tiġi garantita ċertezza legali aktar b'saħħitha u jitjieb il-kontenut tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ;

b'konformità mal-Artikoli 12 u 153 tat-Trattat, waqt it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki kollha tal-UE kif ukoll tal-miżuri adottati jridu jitqiesu r-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-SMEs.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur

:

75

Kontra

:

68

Astensjonijiet

:

7

c)   Punt 1.9

1.9

Il-KESE jenfasizza l-importanza li jitħejjew miżuri komplementari sabiex ikun garantit li l-partijiet li jistgħu japplikaw il-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ, jekk fl-aħħar tiġi adottata, ikunu jafu kif japplikaw il-liġi b'mod effikaċi u jinterpretawha b'mod uniformi. Madankollu, il-Kumitat jenfasizza li l-proposta attwali m'għandhiex tintuża għat-tranżazzjonijiet tal-konsumaturi.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur

:

85

Kontra

:

53

Astensjonijiet

:

5

d)   Punt 4.3

4.3

Fir-rigward tal-forma (Regolament) u l-għażla magħżula (“it-tieni sistema” f'kull Stat Membru, li hija fakultattiva u tista' tiġi applikata abbażi ta’ ftehim espliċitu mill-partijiet), kif diġà ntqal fl-opinjoni msemmija qabel tal-Kumitat, l-istrument jista' jkun limitat għall-kuntratti kummerċjali biss, u b'hekk għalissa jitħallew fil-ġenb il-kuntratti tal-konsumaturi.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur

:

93

Kontra

:

41

Astensjonijiet

:

6

e)   Punt 4.13

4.13

Fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, jeħtieġ li jsir kull sforz sabiex jiġi stabbilit kuntest li jippromovi l-esportazzjonijiet u jelimina l-ispejjeż amministrattivi. Fil-każ tal-konsumaturi, huwa importanti li tissaħħaħ il-fiduċja tagħhom fis-suq uniku u li jitħeġġu jwettqu xiri transkonfinali billi jiġu pprovduti mezzi effettvi ta’ rimedju individwali u kollettiv.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur

:

71

Kontra

:

66

Astensjonijiet

:

8

f)   Punt 5.3.1

5.3.1

Il-Kumitat jenfasizza l-bżonn li jitħejjew kuntratti Ewropej ta’ mudell li:

ikunu disponibbli irrispettivament mid-dħul fis-seħħ tal-Liġi Komuni Ewropea dwar il-Bejgħ;

ikunu speċjalizzati f'setturi kummerċjali jew ta’ attività speċifiċi;

jinkludu klawżoli u kondizzjonijiet standard komprensivi, li jżidu mal-acquis, jiggarantixxu livell għoli ħafna ta’ protezzjoni tal-konsumaturi fil-kuntratti tat-tip B2C u l-libertà kuntrattwali fil-kuntratti tat-tip B2B u japplikaw bi sħiħ l-iSmall Business Act;

ikunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE;

jiġu mmonitorjati u riveduti b'mod perjodiku, sabiex jitjieb il-kontenut abbażi tal-aħjar prattika, id-duttrina u l-ġurisprudenza prattika.

L-għodod huma utli ħafna għall-SMEs li jixtiequ jikkonkludu kuntratti transkonfinali mal-konsumaturi.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur

:

75

Kontra

:

68

Astensjonijiet

:

7

II.   Dan il-punt tal-opinjoni tas-Sezzjoni Speċjalizzata tħassar biex jirrifletti l-emenda adottata mill-Assemblea, iżda rċieva aktar minn kwart tal-voti (Artikolu 59(4) tar-Regoli ta’ Proċedura):

a)   Punt 5.4.1

5.4.1

Il-Kumitat jenfasizza li wieħed mill-oqsma ewlenin ta’ tħassib mill-perspettiva tal-konsumaturi fir-rigward tat-tranżazzjonijiet transkonfinali huwa n-nuqqas ta’ mezzi effettivi ta’ rimedju. Il-proposti reċenti tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar soluzzjoni alternattiva tat-tilwim u għal Regolament dwar is-soluzzjoni onlajn għat-tilwim jirrappreżentaw pass importanti 'l quddiem; madankollu għad hemm nuqqas ta’ mekkaniżmu Ewropew ta’ rimedju ġudizzjarju kollettiv.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur

:

71

Kontra

:

71

Astensjonijiet

:

7

L-Artikolu 56(6) tar-Regoli ta’ Proċedura jiddikjara li jekk in-numru ta’ voti favur ikun daqs in-numru ta’ voti kontra, il-vot tal-president tas-seduta jkun deċiżiv. B'konformità ma’ din ir-regola, il-president iddeċieda li jappoġġja l-emenda.


(1)  ĠU C 84, 17.3.2011, p.1 (punti 1.2 u 1.3).


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/84


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi”

COM(2011) 684 finali — 2011/0308 (COD)

2012/C 181/15

Relatur: is-Sur BARROS VALE

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, nhar il-15 u d-29 ta’ Novembru 2011, rispettivament, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 50(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi

COM(2011) 684 final – 2011/0308 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tad-29 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’125 vot favur, 2 voti kontra u 8 astensjonijiet.

1.   Sommarju u konklużjonijiet

1.1   L-impriżi ta’ daqs mikro, żgħir u medju huma proporzjon konsiderevoli mill-istruttura kummerċjali tal-UE, u għaldaqstant il-KESE jilqa’ kwalunkwe inizjattiva li tista’ ttejjeb il-ħidmiet tas-Suq Uniku u li tiffaċilita u tippromovi l-investiment u l-kummerċ transkonfinali. Huma l-Intrapriżi ż-Żgħar u ta’ Daqs Medju (SMEs) li jikkontribwixxu l-iktar għat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-innovazzjoni. Huma wkoll l-iktar suxxettibbli għall-bidliet u l-iżviluppi.

1.2   Is-semplifikazzjonijiet imressqa fir-reviżjoni attwali għaldaqstant jirriflettu l-objettiv stabbilit fl-Istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir sostenibbli u inklużiv, il-prinċipju tas-semplifikazzjoni promoss fil-Komunikazzjoni dwar l-Att dwar is-Suq Uniku u r-rikonoxximent tar-rwol kruċjali tal-SMEs fl-iżvilupp ekonomiku espress fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ntitolata Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir – Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa.

1.3   L-armonizzazzjoni sħiħa tal-kriterji dwar id-daqs fl-Unjoni Ewropea (UE) kollha hija inizjattiva ta’ benefiċċju u, fl-opinjoni tal-KESE, għandha tiġi estiża sabiex tkopri l-hekk magħrufa “mikroimpriżi”. Għaldaqstant kull ma trid tiġi promossa hija l-leġislazzjoni li tipprovdi qafas li jkopri d-dinja kummerċjali kollha. Bil-promozzjoni tal-ġustizzja fl-UE kollha, din l-istandardizzazzjoni transkonfinali għandha titqies bħala wieħed mill-modi sabiex tissaħħaħ il-kompetizzjoni.

1.4   Ta’ min jenfasizza wkoll il-fatt li l-Istati Membri ma jistgħux jitoblu lin-negozji ż-żgħar biex jippreżentaw informazzjoni li hi inqas jew iktar minn kif mitlub fid-direttiva l-ġdida. Dan hu l-unika mezz sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ semplifikazzjoni propost f’din ir-reviżjoni u li jiġi implimentat b’mod li huwa ta’ benefiċċju għal kulħadd, li jħares l-interessi tal-utenti tal-informazzjoni finanzjarja, kemm għall-investituri, il-kredituri, l-Istat jew il-membri tal-pubbliku.

1.5   Il-KESE jqis li, minħabba li l-interessi msemmija hawn fuq huma żgurati, il-proposti għas-semplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni għandhom japplikaw ukoll għall-iskopijiet tat-taxxa; l-Istati Membri ma jkollhomx għalfejn jitolbu informazzjoni addizzjonali għall-iskopijiet tal-ġbir tat-taxxa. Barra minn hekk, il-banek għandhom isiru konxji bil-bidliet u l-possibbiltà li jadottaw il-metodi ta’ analiżi tagħhom fir-regoli l-ġodda għar-rapporti finanzjarji u b’hekk jevitaw li jkollhom jipprovdu informazzjoni addizzjonali.

1.6   Is-semplifikazzjoni tar-rapporti finanzjarji waħidha ma tistax titqies li ħa twassal għall-ħolqien ta’ negozji ġodda u għal titjib fl-ambjent kummerċjali. Dan l-objettiv jista’ jintlaħaq biss jekk fl-istess waqt jiġu adottati miżuri oħra sabiex jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku. Madankollu, din l-inizjattiva jew kwalunkwe oħra li tgħin sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u dawk għall-opportunitajiet jew miżuri oħra sabiex titnaqqas il-burokrazija (bħall-obbligu ta’ divulgazzjoni, il-ksib tal-liċenzji u l-konċessjonijiet, eċċ.) għandhom jintlaqgħu.

1.7   Fir-rigward tat-tnaqqis tal-ispejjeż, kemm finanzjarji u kemm tal-persunal, is-semplifikazzjonijiet li qed jiġu proposti se jilliberaw riżorsi li l-kumpaniji jistgħu jużaw f’oqsma oħra tan-negozju tagħhom.

1.8   L-importanza li l-impriżi ż-żgħar ikunu eżentati mill-awditjar statutorju obbligatorju, irrispettivament humiex kumpaniji b’responsabilità limitata jew le, ġiet nnutata u milqugħa, iżda l-KESE jqis li din il-proċedura għandha tibqa’ obbligatorja għan-negozji b’iktar 25 impjegat. Il-ħarsien ta’ din il-proċedura, li xi impriżi żgħar huma obbligati jsegwu, huwa ta’ piż kbir u għandu jiġi żgurat li kumpaniji żgħar mhux kwotati jkunu eżentati minnha, irrispettivament mill-forma legali tagħhom. Din il-proċedura għandha tkun fakultattiva u soġġetta għal deċiżjoni mill-imsieħba jew mill-partijiet interessati.

1.9   Min-naħa l-oħra, jekk il-proċeduri ta’ kontabilità jitwettqu b’mod elettroniku u r-rapporti finanzjarji jitfasslu permezz ta’ software tal-kontabilità ġa lest, għall-bidu s-semplifikazzjoni tista’ toħloq spejjeż għoljin li ma jistgħux ma jitqisux minħabba li n-negozji jkollhom jaġġornaw dan is-software.

1.10   Għandu jitqies ukoll l-impatt relatat mal-ispiża li l-bidla fil-metodu tal-ġbir tal-informazzjoni disponibbli se jkollha kemm fuq l-awtoritajiet fiskali kif ukoll dawk tal-istatistika.

1.11   Bosta impriżi żgħar għadhom iqisu r-rapporti finanzjarji bħala xejn iktar milli obbligu legali għall-benefiċċju tal-awtoritajiet fiskali. Filwaqt li d-daqs żgħir ta’ kumpanija jista’ jkollu parti essenzjali fil-formazzjoni ta’ din il-fehma, minħabba li mhux fattibbli li jinkrew accountants interni, il-fattur ewlieni jibqa’ n-nuqqas ta’ maniġers u diretturi fl-SMEs. Għaldaqstant, nissuġġerixxu u nappoġġaw il-kontinwazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta’ skemi tat-taħriġ u tas-sensibilizzazzjoni li jgħinu lill-intraprenituri jinterpretaw l-informazzjoni disponibbli u b’hekk potenzjalment jiġu evitati xi żbalji li jistgħu jseħħu minħabba l-approċċ ta’ ġestjoni bi “tmexxija fuq l-għajn”. Fl-istess waqt, ta’ min iqis l-importanza li jiġi aġġornat it-taħriġ tal-persunal tekniku fl-uffiċċji tal-kontabilità fejn il-maġġoranza tal-preparazzjoni tar-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji ż-żgħar hija kkonċentrata. Għandu jitħeġġeġ u jiġi appoġġat it-taħriġ għall-persunal tekniku dwar aġġornamenti leġislattivi.

1.12   Fir-rigward tar-rekwiżit li l-kumpaniji involuti fl-industrija estrattiva u l-qtugħ tal-foresti primarji jiddivulgaw il-pagmenti lill-gvernijiet, il-KESE jilqa’ din il-miżura iżda jitlob li tiġi estiża biex tkopri oqsma relatati oħra. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, dawn id-divulgazzjonijiet għandhom jinkludu kwalunkwe konċessjoni ta’ interessi pubbliċi li jaqgħu f’idejn il-privat, bħat-tranżazzjonijiet fl-oqsma tan-netwerk tat-trasport, l-ilma, l-enerġija u l-komunikazzjonijiet, kif ukoll il-logħob tal-azzard li fih huma involuti somom konsiderevoli u li, apparti l-logħob tal-azzard, jirrappreżentaw is-servizzi pubbliċi l-iktar fundamentali.

1.13   Uħud mid-dispożizzjonijiet fid-direttiva li qiegħda tiġi analizzata huma kuntrarji għall-prattiki stabbiliti fl-Istandards Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS), b’mod partikolari l-inklużjoni ta’ ishma tal-kapital sottoskritti mhux imħallsa fil-karta tal-bilanċ u tal-perjodi tal-amortizzament massimi għall-avvjament. Il-KESE bi pjaċir jinnota li l-proposta għal direttiva ma tipprevedix l-adozzjoni obbligatorja tal-IFRS għall-SMEs, sakemm jilħqu jinsiltu t-tagħlimiet kollha mill-applikazzjoni tagħhom reċenti fil-livell internazzjonali.

1.14   Attwalment għaddejjin diskussjonijiet dwar l-applikazzjoni tar-regoli għall-mikroentitajiet li jaffrontaw lil dawn il-kumpaniji b’mod indipendenti. Huwa importanti li l-qafas regolatorju għall-mikroentitajiet huwa kompatibbli ma’ dak li attwalment qiegħed jiġi analizzat sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-informazzjoni f’bosta dokumenti.

2.   Sfond tal-Proposta

2.1   Din il-proposta għal direttiva tipproponi r-revoka tar-Raba’ Direttiva 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji u s-Seba’ Direttiva 83/349/KEE dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi.

2.2   Din ir-reviżjoni tagħmel parti minn sett estensiv ta’ inizjattivi tal-Kummissjoni sabiex jiġu ssemplifikati l-proċeduri għall-SMEs, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq dawn it-tipi ta’ kumpaniji u tiġi kkomplementata l-proposta tal-2009 għal direttiva dwar ir-rapporti finanzjarji tal-mikroentitajiet. It-tħejjija tar-rapporti finanzjarji hi meqjusa bħala waħda mill-iktar obbligi regolatorji tal-aktar piż għall-kumpaniji, speċjalment dawk żgħar.

2.3   Saret referenza għar-reviżjoni tad-Direttivi dwar il-Kontabilità fil-Komunikazzjoni dwar l-Att dwar is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzart tal-fiduċja – “Flimkien għal tkabbir ġdid” bħala wieħed mill-ixpruni sabiex jiġi stimulat it-tkabbir, b’enfasi fuq l-importanza li jitbaxxew ir-rekwiżiti regolatorji għall-SMEs kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak nazzjonali.

2.4   L-objettivi tar-reviżjoni huma li jitnaqqas u jiġi ssemplifikat il-piż amministrattiv involut fit-tfassil tar-rapporti finanzjarji, speċjalment għall-impriżi ż-żgħar, tiżdied iċ-ċarezza u l-komparabbiltà tar-rapporti finanzjarji, li għandhom importanza partikolari għall-impriżi involuti f’attività transkonfinali, li jipproteġu l-utenti tal-informazzjoni finanzjarja u li jżidu t-trasparenza fir-rigward tal-pagamenti lill-gvernijiet mill-kumpaniji involuti fl-industrija estrattiva u fil-qtugħ tal-foresti primarji.

2.5   Il-konsultazzjonijiet saru mal-partijiet interessati, inklużi dawk responsabbli għat-tfassil tar-rapporti finanzjarji, l-utenti, il-korpi tal-istandardizzazzjoni u l-awtoritajiet pubbliċi. Saret ukoll valutazzjoni tal-impatt u ntlaħqu l-konklużjonijiet li ġejjin:

2.5.1

Fir-rigward tat-tfassil tar-rapporti finanzjarji u peress li l-kumpaniji jqisu dan bħala l-iktar impenn li għandu piż, speċjalment b’impatt notevoli fuq l-iżgħar impriżi, ġew emendati r-rekwiżiti tad-direttiva u b’hekk inħoloq “mini-reġim” li hu partikolari għall-kumpaniji ż-żgħar. Dan baxxa r-rekwiżiti għall-informazzjoni li għandha tiġi mehmuża mal-kontijiet, għamel l-awditjar statutorju iktar flessibbli u eżenta lill-gruppi ż-żgħar mill-obbligu li jfasslu rapporti finanzjarji konsolidati.

2.5.2

Il-livelli limiti tad-daqs tal-impriżi huma armonizzati sabiex jiżguraw it-trattament ugwali għall-kumpaniji tal-istess daqs fl-Ewropa kollha.

2.5.3

In-numru ta’ għażliet disponibbli għall-Istati Membri għat-tressiq ta’ informazzjoni addizzjonali huma limitati sabiex jiġu armonizzati l-prattiki fl-UE u tiżdied il-komparabbiltà tar-rapporti finanzjarji.

2.5.4

Wara l-ikkomplementar tal-appoġġ tal-Kummissjoni għall-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI), u l-impenn meħud fid-dikjarazzjoni finanzjarja tas-Summit tal-G8 f’Deauville, issa hemm rekwiżit għad-divulgazzjoni tal-pagamenti mill-kumpaniji lill-gvernijiet, kemm fil-livell individwali kif ukoll dak konsolidat.

2.6   Sabiex jiġu protetti l-partijiet interessati minn kwalunkwe tnaqqis fl-informazzjoni disponibbli, issa huwa obbligatorju li tiġi divulgata informazzjoni dwar il-garanziji u l-impenji u dwar tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati. F’xi pajjiżi din hi diġà rekwiżit.

2.7   Hemm it-tama li s-semplifikazzjoni tar-regoli tal-kontabilità għall-SMEs tgħin fit-titjib tal-ambjent kummerċjali u tinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ kumpaniji, bil-benefiċċji konkomittenti għall-ħolqien tal-impjiegi. Fl-istess waqt u ladarba l-iffrankar marbut ma’ din is-semplifikazzjoni jiġi mit-tnaqqis fil-miżati mħallsa lill-acountants esterni u lill-kumpaniji tal-kontabilità, hu mistenni impatt żgħir negattiv fuq l-impjieg iżda skont il-Kummissjoni l-miżura mhu se jkollha l-ebda impatt fuq il-livelli globali tal-impjieg.

2.8   Is-semplifikazzjoni tad-dokumenti tal-kontabilità għall-iżgħar kumpaniji mhix mistennija li jkollha effett ħażin fuq it-tkabbir. L-ispejjeż ogħla li t-tibdil jista’ jfisser għall-kumpanija mhumiex ikkunsidrati bħala fattur kruċjali fid-deċiżjoni tal-kumpanija li tespandi.

3.   Miżuri kruċjali

3.1   Bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv rigward it-tfassil tar-rapporti finanzjarji, ġiet introdotta skema speċifika għall-kumpaniji ż-żgħar li jillimitaw l-obbligu ta’ divulgazzjoni ta’ ċerta informazzjoni permezz ta’ noti għall-kontijiet. Ir-referenzi obbligatorji issa se jkunu dawn li ġejjin biss: il-politiki dwar il-kontabilità; il-garanziji, l-impenji, il-kontiġenzi u l-arranġamenti li mhumiex rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ; avvenimenti wara l-karta tal-bilanċ mhux rikonoxxuti fil-karta tal-bilanċ; dejn fit-tul u żgurati u tranżazzjonijiet mal-partijiet relatati. Għalkemm dan huwa obbligatorju f’xi Stati Membri, il-maġġoranza pprovdew eżenzjonijiet mid-divulgazzjonijiet għal avvenimenti wara l-karta tal-bilanċ u tranżazzjonijiet mal-partijiet relatati. Dawn jistgħu jwasslu għal obbligi ġodda għall-kumpaniji ż-żgħar. Madankollu, l-inklużjoni ta’ dan ir-rekwiżit hi meqjusa neċessarja sabiex jiġi kumpensat it-tnaqqis fl-informazzjoni disponibbli u jiġu protetti l-utenti ta’ tali informazzjoni.

3.2   Il-livelli limiti tad-daqs tal-kumpanija huma armonizzati f’żgħar, daqs medju u kbar (ikkalkulati abbażi tat-total tal-karta tal-bilanċ, il-qliegħ nett u n-numru ta’ impjegati) sabiex jiżguraw li l-klassifikazzjoni hija standardizzata fl-UE kollha. Għaldaqstant, il-kumpaniji tal-istess daqt f’Stati Membri differenti jiġu trattati b’mod ugwali. It-tnaqqis fil-piż amministrattiv, li hu l-iskop tal-proposta, għaldaqstant jipprovdi l-istess kundizzjonijiet għall-kumpaniji tal-istess daqs fl-Istati Membri kollha.

3.3   L-awditjar statutorju mhux se jkun iktar obbligatorju għall-kumpaniji ż-żgħar. Madankollu, meta jitqies id-daqs tal-kumpaniji rilevanti, ma jidher li hemm l-ebda riskju involut fir-rigward tat-trasparenza meħtieġa fit-tfassil tal-kontijiet ġeneralment. Iċ-ċertifikazzjoni indipendenti tal-kontabilità, saħansitra semplifikata, it-trasparenza fil-preżentazzjoni tagħha u fl-informazzjoni mogħtija lill-partijiet interessati, anke fir-rigward tad-djalogu soċjali, ilkoll jibqgħu importanti għan-negozji ż-żgħar.

3.4   Il-gruppi ż-żgħar huma eżentati milli jippreparaw rapporti finanzjarji konsolidati (meta l-kumpanija holding u s-sussidjarji, fuq bażi konsolidata, ma jaqbżux tnejn mill-kriterji stabbiliti).

3.5   Il-prinċipji ġenerali ta’ “materjalità” u l-prevalenza ta’ “sustanza aktar milli forma” japplikaw. B’rabta ma’ inqas għażliet disponibbli lill-Istati Membri fir-rigward tal-forniment ta’ informazzjoni addizzjonali, dan jgħin għall-armonizzazzjoni tal-prattiki fl-UE kollha u b’hekk ikun eħfef li r-rapporti finanzjarji jitqabblu.

3.6   Ġiet stabbilita proċedura ġdida li tapplika għall-kumpaniji l-kbar u l-entitajiet pubbliċi involuti fl-industrija estrattiva u fil-qtugħ tal-foresti primarji għad-divulgazzjoni tal-pagamenti lill-gvernijiet.

4.   Kummenti

4.1   L-impatt tal-piż attwali fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji huwa konsiderevoli u għaldaqstant il-KESE jappoġġa l-objettiv ta’ semplifikazzjoni tal-Kummissjoni abbażi tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”. L-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju huma l-iktar li ntlaqtu mill-piż amministrattiv u mill-ispejjeż għall-opportunitajiet involuti fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji: għaldaqstant l-impatt ta’ dawn is-semplifikazzjonijiet se jinħass mill-maġġoranza vasta tal-impriżi Ewropej.

4.2   Kważi 20 sena wara l-ħolqien tas-suq uniku, il-Kummissjoni issa qed turi rieda li tissemplifika l-proċeduri li kienu qed ikunu ta’ piż għan-negozji. L-importanza tal-isforzi għas-semplifikazzjoni m’għandhiex titpoġġa fid-dubju u l-objettivi li huma s-sisien tagħhom għandhom jintlaqgħu u jiġu appoġġati. Madankollu, għandha tingħata attenzjoni sabiex l-ispinta għas-semplifikazzjoni ma tkunx eċċessiva, li l-kunfidenza tal-partijiet interessati u tal-utenti tal-informazzjoni finanzjarja ma tkunx imdgħajfa u li l-forniment tal-informazzjoni lil dawn il-partijiet ma jiġix kompromess kif jidher li hu l-każ f’din il-proposta. Is-semplifikazzjoni m’għandhiex twassal li jkun hemm bżonn li tinħareġ l-informazzjoni fir-rapporti finanzjarji b’elementi addizzjonali sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ rappurtar fiskali jew ir-rekwiżiti tal-banek. Jekk dan iseħħ ikollu effett pervers, kontra għal kollox għall-objettivi tal-proposta u jqiegħed piżijiet ulterjuri f’forma ta’ spejjeż fuq in-negozji, li jkunu obligati jżommu tliet tipi differenti ta’ informazzjoni għal finijiet legali, fiskali u ta’ finanzjar.

4.3   L-istess bħal kwalunkwe approċċ ġdid, il-proposti attwali jkunu jeħtieġu bidliet li, għall-bidu jistgħu ma jkollhomx l-appoġġ universali jew ikollhom impatt ekonomiku kbir, inevitabbilment iwasslu għal spejjeż iktar baxxi u l-istandardizzazzjoni tal-kriterji u t-tip ta’ informazzjoni meħtieġa fl-UE kollha. Il-prinċipju jista’ jkollu wkoll impatt negattiv f’termini ta’ spejjeż għall-elementi essenzjali prinċipalment bħall-aġġornament tas-software, it-taħriġ u bidla fil-ġbir tat-taxxa u d-data tal-istatistika. Dan ovvjament malajr jiġi kkumpensat mill-benefiċċji li jirriżultaw mill-bidliet. Sforzi sabiex tinkiseb is-semplifikazzjoni għandhom għaldaqstant jiġu appoġġati u dawn jiġu mgħejjuna b’mod konsiderevoli jekk dawn il-miżuri jiġu akkumpanjati b’oħrajn bħall-promozzjoni tat-taħriġ u s-sensibilizzazzjoni għall-intraprendituri, l-accountants u l-utenti tal-informazzjoni mogħtija mir-rapporti finanzjarji.

4.4   Ta’ rilevanza partikolari għal din l-emenda proposta hi l-introduzzjoni ta’ eżenzjoni mill-awditjar statutorju għan-negozji żgħar, irrispettivament jekk humiex kumpaniji b’responsabilità limitata jew le. Il-KESE mhuwiex favur din id-deroga għal negozji b’iktar minn 25 impjegat għax iċ-ċertifikazzjoni minn korp indipendenti awtorizzat iġġib magħha għajnuna prezzjuża u garanzija għall-SMEs. L-awditjar statutorju jaqdi funzjoni soċjali, li hija dik li jistabbilixxi l-ġenwinità tal-kontabilità, li hija kundizzjoni sine qua non f’soċjetà li tiddependi ħafna fuq il-prestazzjonijiet tan-negozji f’ekonomija tas-suq. Din il-miżura se jkollha impatt finanzjarju konsiderevoli ħafna fuq il-kumpaniji ż-żgħar mhux kwotati, li ġew obbligati jħarsu din il-proċedura minħabba l-forma legali tagħhom biss iktar milli minħabba d-daqs. Ma jagħmilx sens li kumpanija żgħira li mhix kwotata, u għaldaqstant mhix obbligata tħares ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni u trasparenza li jirriżultaw mill-ikkwotar fil-borża, u li l-konformità magħha hi essenzjali, tiġi soġġetta għal proċedura li tiswa’ ħafna minħabba li għażlet li tkun entità b’personalità legali li hi obbligata tkun konformi mal-proċedura minħabba li l-liġi titlob dan. Iċ-ċertifikazzjoni legali tal-kontijiet għandha tkun għall-benefiċċju ta’ min jirċievi r-rapporti finanzjarji u mhux sempliċement proċedura legali li għandha tiġi segwita fl-għama minħabba li negozju għandu forma legali partikolari. Huwa f’idejn l-imsieħba u l-partijiet interessati, il-maniġers u l-amministraturi tan-negozji ż-żgħar li jiddeċiedu jekk il-kontijiet għandhomx jiġu verifikati jew le; l-Istati Membri għandhom jiġu mċaħħda milli jimponu dan ir-rekwiżit u sabiex iseħħ dan mhemmx bżonn li tiġi emendata l-leġislazzjoni nazzjonali dwar il-qafas legali tat-tipi ta’ kumpaniji.

Jista’ jkun meħtieġ li ssir iċ-ċertifikazzjoni legali tal-kontabilità fin-negozji b’iktar minn 25 impjegat.

4.5   Kif stabbilit fl-opinjoni dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Direttiva 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpaniji, fejn il-mikrointrapriżi huma kkonċernati, il-KESE jilqa’ l-proposta għas-semplifikazzjoni bħala spinta għall-intraprenditorija u l-kompetittività, li jgħinu fit-tkomplija tas-suq uniku. Huwa jinstab ukoll kuntent bl-isforzi sabiex tinkiseb l-istandardizzazzjoni billi tiġi imposta s-semplifikazzjoni fl-Istati Membri kollha, kif kien rakkomandat f’dak id-dokument.

4.6   Innovazzjoni oħra ta’ min jenfasizzaha, u li żgur ħa jkollha rilevanza kbira għall-promozzjoni tas-suq uniku, hi d-definizzjoni tal-kriteriji tad-daqs u l-applikazzjoni tagħhom fl-Istati Membri kollha. Dan hu l-unika mezz sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs fl-UE kollha għall-kumpaniji tal-istess daqs. Madankollu, il-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva ma jinkludix il-mikrointrapriżi, li mhix konsistenti mad-definizzjonijiet użati f’tali kwistjonijiet bħall-għajnuna mill-Istat, il-parteċipazzjoni tal-fondi strutturali u l-programmi Komunitarji. Huwa minnu li minħabba li dawn l-entitajiet huma meqjusa bħala sors ta’ dinamiżmu intraprenditorjali u ta’ ħolqien ta’ impjiegi, ġew inklużi fir-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE. Għaldaqstant id-direttiva attwali trid tinkludi definizzjoni ta’ mikrointrapriżi li tista’ tiġi applikata fl-istess dokument għall-kategoriji kollha tal-impriżi użati b’mod komuni fl-UE.

4.7   L-abbozz ta’ direttiva tal-2009 relatat mal-mikrointrapriżi għadu qed jiġi nnegozjat. Is-sitwazzjoni ta’ żewġ dokumenti għall-istess suġġett ma tagħmel l-ebda sens. Tali tixrid ta’ informazzjoni huwa sors ta’ konfużjoni u spejjeż għall-utenti li għandhom jiġu evitati u f’dan il-każ dan jistgħu jagħmluh. Għaldaqstant, huwa importanti li l-qafas regolatorju għall-mikroentitajiet jiġi armonizzat mal-proposta preżenti għal direttiva, sakemm tiġi inkorporata fih sabiex jiġi evitat dan it-tixrid u l-ħtieġa ta’ negozji u persunal tekniku sabiex jiġu kkonsultati bosta dokumenti differenti.

4.8   Fir-rigward tal-kwistjoni tad-divulgazzjoni tal-pagamenti lill-gvernijiet, jista’ jkun hemm xi reżistenza għall-applikazzjoni ta’ din il-miżura għal setturi oħra ta’ interess pubbliku jew li jinvolvu konċessjonijiet pubbliċi kif ukoll l-industrija estrattiva u dik tal-forestrija. Madankollu l-KESE jargumenta li din l-ambizzjoni għandha tiġi segwita b’informazzjoni disponibbli dwar ir-rabtiet bejn il-kumpaniji u s-setturi pubbliċi fit-tranżazzjonijiet li jikkonċernaw in-netwerk tat-trasport, l-ilma, l-enerġija u l-komunikazzjoni kif ukoll il-logħob tal-azzard. L-introduzzjoni ta’ din il-miżura hija innovattiva iżda tista’ - u għandha - titkompla.

4.9   Xi dispożizzjonijiet jidhru li huma kontradittorji għall-prattiki tal-IFRS fi żmien meta bosta pajjiżi tal-UE ġa adottaw l-istandards internazzjonali għalkemm m’hemm l-ebda obbligu fl-Ewropa li jiġu adottati dawn ir-regoli għall-SMEs. L-IFRS diġà huma obbligatorji għat-tħejjija tar-rapporti finanzjarji ta’ negozji kkwotati fil-borża, u hemm tendenza lejn l-istandardizzazzjoni tal-prattiki ta’ kontabilità permezz ta’ dawn l-istandards u għalhekk id-direttiva attwali trid tirrispetta din it-tendenza. F’dan ir-rigward, għandu jiġi indikat li hemm inkosistenzi dwar żewġ kwistjonijiet: l-inklużjoni ta’ ishma tal-kapital sottoskritti mhux imħallsa taħt l-intestatura ta’ ishma tal-kapital fil-karta tal-bilanċ u t-tħassir tal-avvjament f’perjodu massimu ta’ ħames snin. Meta l-informazzjoni kollha dwar l-applikazzjoni fil-livell internazzjonali tar-reġoli reċenti tal-IFRS relatati mal-SMEs tkun inġabret, u meta l-korrezzjoni ta’ dawn iż-żewġ inkonsistenzi ma tibqax inkompatibbli mas-semplifikazzjoni tal-proċeduri, ikun importanti li r-regoli applikati fl-UE bi standards aċċettati internazzjonalment jiġu allinjati.

Brussell, 29 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/89


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020”

COM(2011) 707 finali – 2011/0340 (COD)

2012/C 181/16

Relatur: is-Sinjura MADER

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, nhar it-30 ta’ Novembru u t-13 ta’ Diċembru 2011 rispettivament, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar programm tal-konsumaturi 2014-2020

COM(2011) 707 finali – 2011/0340 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’109 voti favur, 11-il vot kontra u 8 astensjonijiet.

1.   Sinteżi

1.1   Il-Kummissjoni ressqet il-Proposta għal Regolament tagħha dwar programm tal-konsumaturi għall-perjodu 2014-2020 li jorbot mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” bil-ħsieb li tpoġġi “l-konsumatur mogħti s-setgħa fiċ-ċentru tas-Suq Uniku”.

1.2   Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-programmi dwar il-konsumaturi u s-saħħa huma indirizzati f’żewġ proposti separati: dan għandu jagħmilha possibbli li t-tnejn li huma jiġu ttrattati b’mod adegwat.

1.3   Josserva r-rieda tal-Kummissjoni li tpoġġi l-konsum fil-qalba tal-politiki tal-UE, illi, fil-kuntest attwali, huwa importanti ħafna. Jieħu nota wkoll tal-livell baxx ta’ riżorsi relatati ma’ din l-ambizzjoni u għandu d-dubji dwar kemm tista’ tiġi implimentatata b’mod effettiv.

1.4   Il-KESE jieħu nota tal-impenn biex tiġi żviluppata statistika bil-għan li tirrikonoxxi r-realtà tas-suq u ssegwi l-evoluzzjoni tiegħu f’kuntest ta’ tensjoni, kemm mil-lat ta’ kwistjonijiet ekonomiċi kif ukoll dawk soċjali u ambjentali.

1.5   Il-Kumitat josserva r-rieda li jiġu żviluppati indikaturi ta’ segwitu, li huma iżjed bżonjużi meta wieħed iqis li l-programm ikopri perjodu twil fil-konfront tas-sitwazzjoni attwali.

1.6   Il-KESE jisħaq fuq il-bżonn li jissaħħu l-istandards tas-sigurtà tal-prodotti kummerċjalizzati fit-territorju tal-UE, li jfisser li jridu jiżdiedu l-kontrolli u li tiġi żgurata kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

1.7   Il-Kumitat jappoġġja l-miżuri bil-għan li jittejbu l-programmi ta’ informazzjoni u edukazzjoni tal-konsumaturi u jiġu promossi l-prattiki tajbin sabiex tiġi provduta l-informazzjoni rilevanti minn sorsi indipendenti. Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jkun hemm informazzjoni li tista’ tiġi vverifikata, li tkun ta’ kwalità tajba u aċċessibbli għal kulħadd biex tippermetti konsum sostenibbli.

1.8   Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi indipendenti huwa kruċjali f’dan il-kuntest u għalhekk il-KESE jirrakkomanda li l-mezzi finanzjarji tagħhom jiżdiedu b’mod sostanzjali, b’mod partikolari biex ikunu jistgħu jiksbu l-mezzi ta’ għarfien speċjalizzat meħtieġa fid-dawl tal-ambitu wiesa’ tal-attivitajiet tagħhom. Fil-fatt, iż-żamma tal-bilanċ ekonomiku jitlob li jkunu f’pożizzjoni li jaqdu bis-sħiħ ir-rwol tagħhom ta’ kontrapiż.

1.9   Il-KESE jitlob lill-Istati Membri jirrikonoxxu, jappoġġjaw u jiffinanzjaw l-għaqdiet tal-konsumaturi nazzjonali li jieħdu sehem b’mod sħiħ fit-twettiq tas-Suq Intern.

1.10   Il-KESE jappoġġja l-inizjattivi differenti proposti biex jiġu estiżi l-mekkaniżmi ekstraġudizzjarji biex jittrattaw l-ilmenti. Iżda, jinnota li ma hemm l-ebda referenza għar-rimedju kollettiv, li huwa mezz indispensabbli biex tiġi żgurata konformità mal-leġislazzjoni, kif diġà enfasizza f’opinjonijiet differenti.

2.   Il-Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni fil-qosor

2.1   Il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi programm tal-konsumaturi għall-perjodu 2014-2020, bħala suċċessur għall-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-perjodu 2007-2013 fil-qasam tal-politika tal-konsumatur. Huwa jintroduċi qafas ta’ finanzjament għall-azzjonijiet tal-UE.

2.2   Ir-regolament jagħmel parti mis-segwitu tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”, li jitlob li ċ-ċittadini jiksbu l-mezzi neċessarji biex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq uniku.

2.3   Dan ir-regolament ġie stabbilit wara li sar studju tal-impatt fost il-partijiet interessati differenti f’nofs it-term tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja għall-perjodu 2007-2013 fil-qasam tal-politika tal-konsumatur.

2.4   Din il-valutazzjoni enfasizzat il-valur miżjud tal-programm, minkejja l-inadegwatezza tal-fondi mogħtija u l-fatt li l-isfidi soċjali u ambjentali ġodda ġew ikkunsidrati biss parzjalment.

2.5   Il-programm għall-perjodu 2014-2020 iqis l-osservazzjonijiet differenti li saru. Sabiex jiġu ffinanzjati, l-azzjonijiet proposti għandhom jittrattaw kwistjonijiet marbuta mal-ambjent ekonomiku, soċjali u tekniku, b’mod partikolari l-problemi relatati mal-globalizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, il-bżonn li nimxu lejn modi ta’ konsum iżjed sostenibbli, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-problemi tal-konsumaturi vulnerabbli.

2.6   Il-programm il-ġdid għandu l-għan li jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan tal-politika futura tal-konsumatur, billi “jpoġġi lill-konsumatur mogħti s-setgħa fil-qalba tas-suq uniku”.

2.7   Skont il-Kummissjoni, dan l-għan jinvolvi l-protezzjoni aħjar tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tal-konsumatur, il-promozzjoni tad-dritt tagħhom għall-edukazzjoni u aċċess faċli għal mezzi ta’ rimedju effikaċi.

2.8   Il-Kummissjoni tipproponi li tilħaq dan l-għan ġenerali permezz ta’ erba’ għanijiet speċifiċi:

il-konsolidazzjoni u t-tisħiħ tas-sigurtà tal-prodotti permezz ta’ sorveljanza effettiva tas-swieq fl-Unjoni Ewropea kollha;

it-titjib tal-edukazzjoni u l-informazzjoni tal-konsumaturi u li jsiru jafu iktar id-drittijiet tagħhom, l-iżvilupp tal-bażi ta’ informazzjoni li fuqha hija bbażata l-politika tal-konsumaturi u l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi;

il-konsolidazzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur, b’mod partikolari permezz tar-regolamentazzjoni u t-titjib tal-aċċess għar-rikorsi;

l-appoġġ lil miżuri li għandhom l-għan li jiżguraw li jiġu rispettati d-drittijiet tal-konsumatur, billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-korpi nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-leġislazzjoni u billi jittejjeb is-servizz ta’ konsulenza lill-konsumatur.

3.   Valutazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni

3.1   Il-KESE jaqbel mal-għan tal-programm li “jpoġġi lill-konsumatur mogħti s-setgħa fil-qalba tas-suq uniku”. Huwa tal-fehma li, kif tagħmel tajjeb tenfasizza l-Kummissjoni, għandha tingħata prijorità għolja lill-kunċett li l-interessi tal-konsumaturi jitqiesu fil-politiki kollha tal-UE, peress li l-infiq tagħhom jgħodd għall-56 % tal-PDG u huwa essenzjali biex tingħata spinta lit-tkabbir.

3.2   L-istituzzjonijiet tal-UE u l-gvernijiet nazzjonali għandhom jadottaw politika tal-konsumatur għas-seklu 21 u jaċċettaw il-fatt li l-konsumaturi huma l-ixpruni u l-partijiet interessati li jippermettu lis-suq jaħdem b’mod tajjeb. Fil-fatt, suq ġenwinament kompetittiv jeħtieġ konsumaturi infurmati tajjeb u fiduċjużi. It-tisħiħ tal-pożizzjoni jew l-emanċipazzjoni tal-konsumatur huwa fattur li jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tal-prodotti u s-servizzi u jiżgura li l-ekonomija tas-suq taħdem b’mod iżjed effikaċi.

3.3   Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika tal-konsumatur għandu jiġi estiż u l-UE għandha taspira li tfittex livell ogħla ta’ kompetittività u innovazzjoni għaċ-ċittadini tagħha. Il-politika tal-konsumatur għandha tiġi kkunsidrata bħala prijorità fl-aġenda politika u tiġi integrata fil-politiki u l-programmi ta’ ħidma rilevanti kollha.

3.4   F’dan ir-rigward, il-Kumitat jiddispjaċih li l-pakkett baġitarju allokat lill-Istrateġija Ewropa 2020 huwa ’l bogħod b’mod ċar mill-intenzjoni ddikjarata. B’rabta mal-500 miljun konsumatur fl-UE-27, l-ammont allokat fis-sena għal kull konsumatur huwa ta’ 5 ċentezmi euro; dan l-ammont huwa ferm inqas miċ-ċifra għall-programm 2007-2013, li l-Kumitat fl-opinjoni tiegħu (1) stima bħala 7 ċenteżmi euro.

3.5   Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-punti prinċipali tal-programm permezz ta’ erba’ għanijiet speċifiċi. Dan il-programm huwa tkomplija diretta tal-programmi preċedenti u ma fih xejn innovattiv għalkemm it-teknoloġiji l-ġodda jinfluwenzaw il-kundizzjonijiet tas-suq. Huwa tal-fehma li l-modi deskritti għall-ksib tal-għanijiet stabbiliti għandhom ikunu iżjed speċifiċi u komplementati.

3.6   Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi lista tal-programmi kollha tal-Unjoni li jittrattaw u jikkontribwixxu għall-promozzjoni u l-ħarsien tal-interessi tal-konsumatur, sabiex il-politika tal-konsumatur tiġi integrata fil-programmi kollha tal-UE.

3.7   Madankollu, il-KESE huwa tal-fehma li hemm bżonn li fil-proposta tal-Kummissjoni jiddaħħal il-ħames għan dwar ir-rappreżentazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-konsumaturi. Naturalment, il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet rappreżentattivi huwa inkluż fil-programm tal-Kummissjoni, u jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll ir-rikonoxximent tal-appoġġ lejn l-organizzazzjonijiet li jirrrappreżentaw il-konsumaturi u l-għarfien tagħhom. Fil-fatt, li tkun possibbli rappreżentazzjoni aħjar tal-konsumaturi u li jissaħħu l-kapaċitajiet tagħhom għandhom ikunu għan separat. Sabiex jiġi żgurat li sseħħ il-wegħda tal-Kummissjoni li l-konsumatur jitpoġġa fil-qalba tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-UE, il-Programm għandu jiġi emendat biex jinkludi l-ħames għan.

3.8   Parti mill-baġit tal-Programm tal-Konsumaturi (spejjeż tal-ivvjaġġar, ħidma ta’ tħejjija u parteċipazzjoni fil-gruppi tal-esperti) għandha tiġi allokata għal dan il-għan sabiex il-konsumaturi jkunu rappreżentati aħjar min-naħa ta’ għaqdiet indipendenti tal-konsumatur, fi ħdan il-gruppi differenti tal-esperti, f’każijiet fejn il-kontribut tal-konsumaturi huwa meħtieġ. Bl-istess mod, jekk meħtieġ, programmi oħra tal-UE għandhom jallokaw baġit speċifiku li jiffavorixxi l-kontribut tal-għaqdiet li jirrappreżentaw il-konsumatur.

3.9   Il-KESE jfakkar lill-Kummissjoni fil-ħtieġa li tressaq Aġenda tal-konsumatur Ewropew ambizzjuża (imħabbra fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni 2012 għat-tieni trimestru tal-2012) u li tibbaża ruħha fuq il-prinċipju tal-awtonomija tal-konsumaturi (“empowerment”), b’konformità mal-prinċipji li fuqhom tissejjes l-ekonomija soċjali tas-suq u kif ħareġ fid-dieher mir-rapporti adottati mill-Parlament Ewropew.

3.10   Il-proposta għal “Aġenda tal-Konsumatur Ewropew” għandha ġenwinament tfittex li “tawtonomizza” lill-konsumatur fuq il-bażi tas-sigurtà, l-informazzjoni rilevanti u l-edukazzjoni, id-drittijiet u l-mezzi ta’ rikors u aċċess għall-ġustizzja, kif ukoll il-miżuri ta’ implimentazzjoni.

3.11   Madankollu, ir-“responsabilizzazzjoni” tal-konsumatur Ewropew m’għandhiex twassal għal trasferiment tar-responsabbiltà lejn il-konsumatur. Il-Programm tal-Konsumatur għandu l-ewwel u qabel kollox joħloq il-kundizzjonijiet għal suq ġust u ekwu li fih il-konsumaturi jħossuhom fiduċjużi jikkunsmaw b’mod liberu, ikunu f’liema post ikunu. Din il-fiduċja tinvolvi l-bżonn li jkunu infurmati u jingħataw pariri b’mod suffiċjenti u imparzjali dwar id-drittijiet tagħhom sabiex jagħmlu għażliet ġusti fil-konfront tal-konsum.

3.12   Il-KESE jenfasizza l-bżonn li l-Aġenda tal-Konsumatur Ewropew u l-Proposta għal Regolament dwar Programm tal-Konsumaturi joħorġu fl-istess żmien biex jiġu żgurati l-koerenza u l-kwalità bejn il-Programm u l-għanijiet strateġiċi.

3.13   Il-Kumitat jixtieq jenfasizza wkoll, fir-rigward tat-tfassil ta’ inizjattivi leġislattivi u regolatorji min-naħa tal-Kummissjoni, il-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur (Artikolu 169 tat-Trattat). F’dan ir-rigward, ifakkar li l-livell magħżul ta’ armonizzazzjoni għandu jkun adatt u li, fl-ebda każ, ma għandu jwassal għal jew jippermetti tnaqqis fid-drittijiet tal-konsumatur Ewropew, huwa liema hu l-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew tagħha. F’dan ir-rigward, il-KESE jopponi kwalunkwe inizjattiva, bħas-sistema ta’ għażla, li tippermetti li tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-protezzjoni eżistenti, bil-għan li jiġu protetti l-konsumaturi li huma l-partijiet l-iżjed dgħajfa fil-kuntratt u li mhux dejjem ikollhom il-mezzi jfittxu għajnuna.

3.14   Barra minn hekk, il-KESE huwa tal-fehma li l-konsumaturi u r-rappreżentanti tagħhom għandhom jirċievu garanziji li jiġu kkonsultati meta jkunu qed jitfasslu dokumenti u miżuri li jolqtuhom, u huwa tal-fehma wkoll li għandu jkollhom iżjed riżorsi għad-dispożizzjoni tagħhom.

3.15   Il-KESE jagħti attenzjoni partikolari lill-miżuri għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-prodotti fis-suq kollu. Jappoġġja l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ kooperazzjoni speċifiċi b’konformità mad-Direttiva 2001/95/KE (2) u r-riċerka li saret bil-għan li jiġu stabbiliti standards ġodda jew kriterji ġodda ta’ sigurtà. Rigward il-problemi li għandhom jiġu indirizzati, il-Kumitat jistaqsi x’livell ta’ riżorsi se jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-korpi differenti responsabbli għall-monitoraġġ. Fil-fehma tiegħu, jinħtieġ li jiġu organizzati kampanji ta’ sensibilizzazzjoni koordinati mill-Kummissjoni.

3.16   Il-KESE japprova l-miżuri proposti bil-għan li jiġi infurmat u mgħallem il-konsumatur. It-titjib ta’ dawn iż-żewġ aspetti tal-protezzjoni tal-konsumaturi għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-għarfien tagħhom dwar drittijiethom u b’hekk tiżdied il-fiduċja tagħhom. F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza li d-dokumenti leġislattivi tal-Unjoni għandhom ikunu iktar trasparenti u jinftiehmu aħjar miċ-ċittadini.

3.17   Il-Kumitat jappoġġja l-ħolqien ta’ bażijiet tad-data permezz tat-twettiq ta’ studji, analiżijiet u statistika li għandhom iwasslu biex ikun hemm għarfien aħjar tas-suq għall-finijiet tat-tfassil ta’ politiki f’oqsma li jolqtu lill-konsumatur.

3.18   Rigward il-proġett DOLCETA, li jagħmel parti mill-Programm tal-Konsumaturi iżda li mhux ser ikompli bl-istesss għamla u fuq l-istess skala, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni ssib mod kif iżżomm l-informazzjoni u l-għarfien miksuba permezz ta’ dan il-proġett bil-għan li tiżgura li ma jinħeliex l-investiment sostanzjali involut.

3.19   Huwa tal-fehma li l-inizjattivi kollha li jwasslu għat-titjib tat-trasparenza tas-swieq huma primordjali, hu x’inhu l-qasam involut (pereżempju, l-oqsma tal-prodotti finanzjarji, tal-protezzjoni tad-data personali, l-enerġija, it-teknoloġiji diġitali u tat-telekomunikazzjoni u t-trasport).

3.20   Mill-perspettiva tal-politika tal-konsumatur, filwaqt li l-edukazzjoni hija fundamentali biex tiżgura li l-konsumaturi jsiru konxji tar-rwol, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom fi ħdan is-suq u s-soċjetà biex jadattaw l-imġiba tagħhom fid-dawl ta’ dan, madankollu għandu jiġi enfasizzat li n-nuqqas ta’ edukazzjoni tal-konsumatur hija minn daqqiet skuża użata mill-politiċi u l-intrapriżi b’intenzjonijiet ħżiena biex ifarfru mir-responsabbiltà u biex jillimitaw l-isforzi tagħhom biex joħolqu ambjent li jaġevola lill-konsumatur.

3.21   Il-Kumitat huwa tal-fehma li tingħata prijorità lill-infurzar u t-titjib tad-drittijiet tal-konsumatur.

Barra minn hekk, jappoġġja l-pożizzjoni tal-Kummissjoni meta tisħaq fuq l-importanza li jintlaħaq l-għan tal-edukazzjoni u l-informazzjoni adattata għall-konsumaturi kollha.

3.22   Taħt kull ċirkustanza, l-għanijiet tat-titjib tat-taħriġ u l-informazzjoni ma jistgħux jintlaħqu mingħajr ma jiġu involuti l-atturi soċjoekonomiċi differenti. Il-Kumitat jappoġġja l-proposta li titkompla l-ħidma fuq dak li diġà sar, sabiex jiġu identifikati l-aħjar prattiki, jittejbu jekk meħtieġ u jiġu użati sabiex il-miżuri u l-għodod disponibbli jista’ jkollhom impatt ġenwin fuq il-konsumaturi: dan jitlob li jingħatawlhom riżorsi sostanzjali.

3.23   Għandna niffukaw ukoll fuq it-taħriġ tal-intrapriżi li, b’xorti ħażina, mhumiex infurmati biżżejjed dwar id-drittijiet tal-konsumatur. Programmi oħra tal-UE għandhom jipprovdu taħriġ ta’ dan it-tip lill-intrapriżi dwar id-dritt tal-protezzjoni tal-konsumatur.

3.24   L-għaqdiet tal-konsumatur għandhom l-għan li jidentifikaw u jagħtu tweġiba koerenti għall-problemi li jiffaċċjaw il-konsumaturi, u li jirrappreżentaw l-interessi tagħhom. Bis-saħħa tal-miżuri li jieħdu biex jiġu infurzati d-drittijiet tal-konsumatur, jikkontribwixxu biex jiżviluppaw ir-regoli legali.

3.25   Minħabba li dan ir-rwol ċentrali jaqa’ fuq l-għaqdiet tal-konsumatur fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew, li jeħtieġu għarfien iżjed u iżjed wiesa’, il-KESE huwa tal-fehma li għandhom jissaħħu l-kapaċitajiet tagħhom b’mod konsiderevoli billi jiżdiedu l-fondi ddedikati għalihom. Huwa jagħti importanza kbira lill-għajnuna li tingħata lill-għaqdiet f’dawn il-livelli differenti, u b’mod partikolari fil-pajjiżi fejn il-moviment tal-konsumatur mhuwiex żviluppat biżżejjed.

3.26   Il-KESE josserva li kwart tal-baġit tal-Programm ser jiġi allokat liċ-ċentri Ewropej tal-konsumatur. Dan l-investiment huwa partikolarment bżonjuż u ġeneralment huwa appoġġat mill-KESE li fl-istess ħin jitlob lill-Kummissjoni tkompli tressaq rapporti annwali iktar dettaljati dwar il-funzjonament ta’ dawn iċ-ċentri. Il-KESE jenfasizza l-importanza li dawn ir-rapporti jkunu bbażati fuq kriterji preċiżi u rilevanti sabiex jiġi enfasizzat il-fatt li dan in-netwerk jikseb riżultati konkreti għall-konsumatur Ewropew anke jekk għadu mhux magħruf kemm jista’ jkun fost in-nies.

3.27   Element importanti ħafna huwa l-introduzzjoni fil-programm li jmiss dwar il-politika tal-konsumatur ta’ mekkaniżmu proattiv u prominenti ta’ finanzjament bil-għan li jitkompla l-iżvilupp tal-moviment tal-konsumatur.

3.28   Fir-rigward tal-aċċess għar-rimedju, il-KESE josserva li l-Kummissjoni turi r-rieda tagħha li tagħti prijorità lis-soluzzjonijiet ibbażati fuq il-koregolazzjoni jew l-awtoregolazzjoni. Huwa jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattivi meħudin mill-professjonisti għat-titjib tal-prattiki. Madankollu, jafferma li l-prattiki tal-hekk imsejħa “soft law” ma jistgħux jissostitwixxu ambjent leġislattiv jew regolatorju.

3.29   Il-KESE jappoġġja l-inizjattivi meħudin mill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-aċċess tal-konsumaturi għall-metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR – alternative dispute resolution) u jappoġġja l-proposta li jsir monitoraġġ tal-funzjonament u l-effikaċja tagħhom. Huwa tal-fehma li dawn il-mekkaniżmi jkunu effikaċi biss jekk jiġi żgurat li s-sistemi proposti lill-konsumaturi jkunu indipendenti.

3.30   Iżda, il-Kumitat huwa tal-fehma li l-proposta għandha tkun ikkompletata, peress li l-konsolidazzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur tassumi wkoll li l-konsumaturi għandu jkollhom il-mezzi legali adatti biex jiddefendu drittijiethom. Kif qal fl-opinjoni tiegħu dwar il-programm 2007-2013 u fl-opinjonijiet tiegħu dwar is-sistema tal-azzjonijiet kollettivi fil-qasam tal-liġi Komunitarja dwar il-konsum (3) u dwar il-White Paper dwar azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust (4), jipproponi li ssir referenza għall-bżonn li jiġi previst aċċess ikbar għall-ġustizzja u, b’mod partikolari, għar-rimedju kollettiv.

3.31   Il-KESE jappoġġja l-miżuri proposti bil-għan li jiżguraw konformità mal-leġislazzjoni, b’mod partikolari l-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-infurzar tal-leġislazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-koordinazzjoni tas-superviżjoni, li jirrendu l-miżuri iżjed effettivi.

3.32   Il-KESE huwa tal-fehma li s-soluzzjoni għat-tilwim, inkluż dak onlajn, għandha tkun sorveljata b’mod kontinwu. Josserva li ġew stabbiliti għanijiet ġodda, b’mod partikolari għaċ-ċentri Ewropej tal-konsumatur, li l-għan tagħhom huwa li jgħinu biex il-konsumaturi jkunu infurmati u biex isolvu tilwim transkonfinali. Huwa tal-fehma li huwa importanti li ssir valutazzjoni waqt li jkun għadu għaddej il-programm sabiex jiġu aġġustati l-fondi li huma previsti li jiġu allokati.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU C 88, 11.4.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(3)  ĠU C 162, 25.6.2008, p. 1.

(4)  ĠU C 228, 22.9.2009, p. 40.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/93


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi)”

COM(2011) 793 finali – 2011/0373 (COD)

2012/C 181/17

Relatur: is-Sur PEGADO LIZ

Nhar it-13 u l-14 ta’ Diċembru 2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, iddeċidew rispettivament, b'konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumaturi

COM(2011) 793 finali – 2011/0373 (COD)

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-9 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu tat-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'121 vot favur, 11-il vot kontra u 8 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE bi pjaċir jinnota li, wara appelli bla għadd mill-għaqdiet Ewropej tal-konsumaturi u mill-KESE f'bosta mill-opinjonijiet tiegħu, il-Kummissjoni fl-aħħar fasslet ir-Rakkomandazzjonijiet 98/257 u 2001/310 fi strument legali koerenti.

1.2   Madankollu, il-KESE jemmen li l-iktar bażi legali adatta tkun l-Artikolu 169(2)(b) u (4) tat-Trattat u mhux biss l-Artikolu 114, kif ukoll l-Artikoli 38 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

1.3   Il-KESE jirrakkomanda li tinħoloq “marka ta’ konformità Ewropea”, ibbażata fuq prinċipji strutturali komuni, li tiġi attribwita lill-mekkaniżmi tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-proposta, iżda li fl-istess ħin tidentifika wkoll lin-negozjanti li jirrispettaw dawn il-mekkaniżmi, b'mod armonizzat u mingħajr spiża għan-negozjant.

1.4   Il-KESE jinnota l-għażla li tippermetti lill-proċeduri tal-ADR ikopru t-tilwim kollettiv bħala l-ewwel pass biex jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ rimedju legali, iżda jirrakkomanda li din il-possibbiltà tiġi dikjarata b'mod ċar fid-direttiva u li l-iskema tiġi definita b'mod korrett.

1.5   Iżda, il-KESE jixtieq itenni l-fehma tiegħu li hemm bżonn urġenti li l-UE jkollha strument ġudizzjarju armonizzat għall-azzjoni ta’ grupp fil-livell Komunitarju, li bl-ebda mod ma jiġi sostitwit billi dawn l-iskemi tal-ADR jiġu estiżi għat-tilwim kollettiv.

1.6   Il-KESE jaqbel mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 7, 8 u 9 tal-proposta, iżda jirrakkomanda li, għall-finijiet ta’ ċertezza u ċarezza, id-definizzjonijiet li jidhru fir-rakkomandazzjonijiet tal-prinċipji tas-sistema avversarjali (adversarial system) u tar-rappreżentanza jinżammu, u jiżguraw espliċitament il-possibbiltà li l-partijiet konċernati jiġu rappreżentati minn avukat jew minn parti terza, speċifikament mill-għaqdiet tal-konsumatur.

1.7   Il-KESE jirrakkomanda wkoll li l-prinċipju tal-indipendenza ma jiġix sostitwit bil-kunċett vag tal-“prinċipju tal-imparzjalità”, li għandu kontenut inqas speċifiku u huwa ta’ natura differenti.

1.8   Il-KESE jsibha bi tqilha biex jaqbel li dawn il-mekkaniżmi għandhom ikopru wkoll l-ilmenti min-negozjanti kontra l-konsumaturi. Madankollu, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tas-“Small Business Act” għall-Ewropa, l-SMEs għandu jkollhom il-possibbiltà li jsolvu t-tilwimiet mal-konsumaturi bl-applikazzjoni tal-iskemi tal-ADR f'każijiet speċifiċi u skont kundizzjonijiet li għad iridu jiġu definiti.

1.9   Il-KESE jenfasizza li din il-proposta fl-ebda każ m'għandha tfixkel lis-sistemi li l-Istati Membri diġà jkollhom stabbiliti jew li joħolqu b'mod vinkolanti, b'konformità mat-tradizzjonijiet legali tagħhom stess.

Il-KESE jaċċetta biss l-idea li d-deċiżjonijiet tal-ADR jistgħu ma jkunux vinkolanti għall-partijiet jekk ikun hemm garanzija ċara li l-partijiet mhux ser jinżammu milli jagħmlu appell fil-qrati kompetenti ordinarji.

1.10   Il-KESE jirrakkomanda li din il-proposta tinkludi test identiku għal dak fil-proposta għal regolament dwar is-soluzzjoni onlajn għat-tilwim (Online Dispute Resolution – ODR) dwar il-prijorità ċara tad-dritt tal-aċċess għall-ġustizzja, li skont dan id-dritt l-ADR mhuwiex sostitut jew alternattiva “reali” għar-rwol tal-qrati, iżda iktar mezz prezzjuż komplementari biex tiġi riżolta tilwima.

1.11   Il-KESE jirrakkomanda li l-kwistjoni tal-finanzjament ta’ dawn is-sistemi tiġi indirizzata b'mod speċifiku u dirett, billi l-għaqdiet tal-konsumaturi u xi Stati Membri ma jaffordjawx spejjeż ogħla għat-twaqqif tagħhom, u din il-kwistjoni hija kruċjali biex jiġu żgurati l-imparzjalità u l-indipendenza tas-sistema.

1.12   Il-KESE jemmen li l-kliem ta’ ċerti rekwiżiti għandu jiġi rivedut u jista' jittejjeb b'tali mod li jsir iktar ċar u inqas ambigwu u d-dispożizzjonijiet isiru iktar effettivi, u jirrakkomanda li l-Kummissjoni tqis il-kummenti speċifiċi tiegħu.

2.   Il-kontenut essenzjali tal-proposta

2.1   Filwaqt li proporzjoni sostanzjali tal-konsumaturi Ewropej jiltaqgħu ma’ problemi huma u jixtru l-oġġetti u s-servizzi fis-suq intern, ħafna drabi dawn il-problemi jitħallew mingħajr soluzzjoni;

Billi l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet 98/257/KE (1) u 2001/310/KE (2) ma kinitx effettiva: għad hemm lakuni fil-kopertura, nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni min-naħa tal-konsumaturi u n-negozji u kwalità żbilanċjata fil-proċeduri;

Wara li kkunsidrat il-kontenut u l-konklużjonijiet ta’ għadd ta’ studji kummissjonati tul is-snin dwar din il-kwistjoni;

Wara li kkunsidrat ir-riżultati tal-aħħar konsultazzjoni pubblika, li tnediet f'Jannar 2011, u l-valutazzjoni tal-impatt SEC(2011) 1408 finali tad-29 ta’ Novembru 2011;

Il-Kummissjoni, bil-proposta attwali tagħha għal direttiva, beħsiebha:

a)

tiżgura li kull tilwim bejn konsumatur u negozjant li jinħoloq mill-bejgħ ta’ oġġetti jew mill-provvista ta’ servizzi fi kwalunkwe settur ekonomiku jista' jitressaq quddiem entità ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR), kemm jekk ir-rikorrent ikun il-konsumatur jew in-negozjant;

b)

tiżgura li l-konsumaturi jistgħu jiksbu assistenza meta jkunu involuti f'tilwim transkonfinali tal-konsumatur;

c)

tiżgura li l-entitajiet tal-ADR jirrispettaw “il-prinċipji ta’ kwalità tal-imparzjalità, it-trasparenza, l-effikaċja u sens ta’ ġustizzja”, kif ukoll it-tendenza tagħhom li joperaw “bla ħlas”;

d)

tafda awtorità waħda f'kull Stat Membru bir-responsabbiltà għall-monitoraġġ tal-funzjonament tal-entitajiet kollha tal-ADR;

e)

tiżgura li l-Istati Membri jistabbilixxu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur tad-dispożizzjonijiet relatati mal-informazzjoni tal-konsumaturi u mal-informazzjoni li għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti;

f)

tiżgura li l-Istati Membri ma jinżammux milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ il-proċeduri għat-tilwim bejn in-negozjanti;

g)

tiżgura li l-Istati Membri ma jinżammux milli jżommu jew jintroduċu proċeduri tal-ADR li jittrattaw b'mod konġunt it-tilwim bejn negozjant u bosta konsumaturi (interessi kollettivi);

h)

tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw entitajiet tal-ADR li jkopru wkoll negozjanti fi Stati Membri oħra.

2.2   Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tipproponi li jiġu konvertiti r-rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq, u b'hekk id-dispożizzjonijiet tagħhom isiru vinkolanti u jintuża l-Artikolu 114 tat-TFUE (it-twettiq tas-suq intern) bħala l-unika bażi legali.

2.3   Madankollu, id-direttiva ma tistabbilixxix li l-parteċipazzjoni tan-negozjanti fil-proċeduri tal-ADR huma obbligatorji jew li r-riżultat ta’ tali proċeduri huma vinkolanti għan-negozjanti.

2.4   Id-direttiva proposta ser ikollha preċedenza fuq kull liġi tal-UE li jkollha dispożizzjonijiet intiżi biex iħeġġu l-ħolqien ta’ entitajiet tal-ADR, sakemm it-tali leġislazzjoni tiżgura mill-inqas livell ekwivalenti ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

2.5   Din id-direttiva għandha tkopri kull entità li hija stabbilita fuq bażi sostenibbli u toffri r-riżoluzzjoni ta’ tilwim permezz ta’ proċedura tal-ADR, inklużi l-proċeduri ta’ arbitraġġ uffiċjali li ma nħolqux fuq bażi ad hoc.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   F'għadd ta’ opinjonijiet tul perjodu ta’ snin, il-KESE tenna l-appell tiegħu biex ir-Rakkomandazzjonijiet 98/257/KE u 2001/310/KE jiġu konvertiti f'leġislazzjoni koerenti u għalhekk jista' biss jilqa' din l-inizjattiva tal-Kummissjoni, li fid-dawl tal-kummenti hawn taħt, inħossu li waslet tard. Barra minn hekk, tista' titqajjem il-mistoqsija jekk - sabiex tinkiseb iktar ċertezza u sigurtà – l-istrument magħżul jistax/għandux ikun regolament minflok direttiva.

3.2   Mill-ġdid fir-rigward tal-bażi legali, il-KESE jqis li lil hinn mis-sempliċi twettiq tas-suq intern, il-kwistjoni hawn hija wkoll strument għall-protezzjoni tal-konsumaturi, u l-iktar bażi legali adatta, jekk ma jiġix adottat l-Artikolu 81, għalhekk ikun l-Artikolu 169(2)(b) u (4) tat-Trattat u mhux biss l-Artikolu 114, kif ukoll l-Artikoli 38 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.3   Il-Kumitat jilqa' l-esklużjoni ta’ proċeduri li b'mod qarrieq jiġu preżentati bħala proċeduri ta’ riżoluzzjoni amikevoli tat-tilwim tal-konsumatur meta fil-fatt m'huma xejn iktar minn manuvra tal-marketing, billi l-entitajiet responsabbli jkunu impjegati u mħallsa min-negozjant u b'hekk l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom ma jistgħux jiġu garantiti. Il-KESE jirrakkomanda li, sabiex jitneħħa kull dubju tinħoloq “marka ta’ konformità Ewropea” li mhux biss tiġi attribwita lill-mekkaniżmi tal-ADR li jilħqu l-istandards meħtieġa mill-proposta (simili għall-“marka ta’ fiduċja” li teżisti fi Spanja), iżda li tidentifika wkoll lin-negozjanti li jirrispettaw dawn il-mekkaniżmi, b'mod armonizzat u mingħajr spiża għan-negozjant, u b'hekk tiġi żgurata l-fiduċja fihom min-naħa tal-konsumatur.

3.4   Huwa jilqa' l-estensjoni tal-kunċett tal-konsumatur, b'konformità mad-Direttiva l-ġdida dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (3), biex jiġu koperti l-kuntratti bi skop doppju, fejn l-għan tan-negozju ma jkunx predominanti fil-kuntest globali tal-kuntratt, iżda jixtieq jara li dan il-kunċett jidher b'mod ċar fit-test tad-direttiva.

3.5   Il-KESE bi pjaċir jinnota t-tħassib dwar l-estensjoni tat-tħaddim tal-iskema għat-tilwim transkonfinali u jittama li l-Kummissjoni ser tagħmel ħilitha biex tiżgura li jinħolqu l-kundizzjonijiet biex il-proċeduri tal-ADR jittrattaw il-każijiet b'mod effettiv, speċifikament permezz ta’ soluzzjoni onlajn għat-tilwim (ODR) u billi ssaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri (4). Il-Kumitat jissuġġerixxi wkoll li l-Kummissjoni, bħalma hemm stabbilit taħt l-Artikolu 6(4) tal-proposta għal regolament tal-ADR, torganizza laqgħa, talinqas darba fis-sena, tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 15 tal-proposta għal direttiva, sabiex isir skambju tal-aħjar prattiki u jsir dibattitu dwar kwalunkwe problema li tinħoloq mit-tħaddim tal-iskemi tal-ADR.

3.6   Huwa japprova l-għażla li tippermetti lill-proċeduri tal-ADR ikopru t-tilwim kollettiv bħala l-ewwel pass biex jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ rimedju legali tal-UE, iżda xtaq jara li din il-possibbiltà tiġi dikjarata b'mod ċar fid-direttiva u li l-iskema tiġi definita, minflok ma titħalla għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri. F'dan ir-rigward, il-KESE jixtieq itenni l-appell li ilu jagħmel għal bosta snin f'opinjonijiet differenti, rigward il-bżonn urġenti li l-UE jkollha strument ġudizzjarju armonizzat għall-azzjoni ta’ grupp fil-livell Komunitarju, li bl-ebda mod ma jiġi sostitwit billi dawn l-iskemi tal-ADR jiġu estiżi għat-tilwim kollettiv.

3.7   Il-KESE jagħraf il-bżonn li jiġi żgurat li l-persuni responsabbli għall-ġestjoni u t-tħaddim tal-ADR, inkluż il-persunal kif ukoll il-medjaturi u l-arbitri, ikollhom l-għarfien, il-ħiliet, l-esperjenza u l-kwalitajiet personali u professjonali meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom b'mod kompetenti u imparzjali u li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jaħdmu b'mod indipendenti u imparzjali. Għalhekk, il-KESE xtaq jara li dawn il-kundizzjonijiet jiġu stipulati fid-dettall fit-test tal-proposta sabiex jiġu żgurati standards armonizzati fl-UE kollha.

3.8   Huwa jaqbel mal-prinċipji operattivi għall-ADR stabbiliti fl-Artikoli 7, 8 u 9 tal-proposta, li jtennu xi wħud mill-prinċipji li diġà ddaħħlu fir-rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq. Madankollu, hemm mistoqsijiet dwar ir-raġuni biex jitħallew barra l-prinċipji fundamentali li jidhru f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet, bħal-legalità u l-libertà.

Huwa jirrakkomanda, għall-finijiet ta’ ċertezza u ċarezza, id-definizzjoni indipendenti tal-prinċipji tas-sistema avversarjali u tar-rappreżentanza tinżamm, u ssir referenza ċara għall-possibbiltà li l-partijiet konċernati jiġu rappreżentati minn avukati jew partijiet terzi, speċifikament minn assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi (minflok ma tiġi indirizzata b'mod iktar mistur fl-Artikoli 8(a) u 9(1)(a).

Fl-aħħar nett, il-KESE ma jaqbilx li l-prinċipju tal-indipendenza jiġi sostitwit bil-kunċett vag tal-“prinċipju tal-imparzjalità”, li għandu kontenut ieħor, inqas speċifiku u huwa ta’ natura differenti.

3.9   Il-KESE jsibha bi tqila li jaqbel li dawn il-mekkaniżmi jkopru wkoll l-ilmenti min-negozjanti kontra l-konsumaturi, mhux biss għax dan imur kontra t-tradizzjoni tas-sistemi li jeżistu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u l-approċċ sħiħ fil-pożizzjonijiet adottati mil-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew dwar din il-kwistjoni tul is-snin. Ir-raġuni ewlenija għalfejn il-KESE ma jaqbilx hija li dan ifisser li l-mekkaniżmi tal-ADR jinbidlu f'korpi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim relatati ma’ ħlasijiet li ma sarux, u tiġi evitata s-sistema mwaqqfa mill-UE għat-talbiet żgħar u dan iwassal biex is-sistema tal-ADR tegħreq f'biżibilju ta’ każijiet, fejn is-sistemi li ma jkollhomx il-kapaċità adegwata għar-rispons jiġu paralizzati.

Madankollu, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tas-Small Business Act, l-SMEs, taħt kundizzjonijiet li għad iridu jiġu definiti u speċifikati, għandu jkollhom il-possibbiltà li jużaw l-iskemi tal-ADR fir-rigward tat-tilwim tagħhom ma’ konsumaturi meta dawn ma jiġbrux l-ordnijiet, ma jiġbrux il-prodott wara li tkun saret it-tiswija jew ma jmorrux wara li jkunu għamlu riżervazzjoni.

3.10   Il-Kumitat jemmen li din il-proposta fl-ebda każ m'għandha tfixkel lis-sistemi li l-Istati Membri diġà jkollhom stabbiliti jew li joħolqu b'mod vinkolanti, b'konformità mat-tradizzjonijiet legali tagħhom stess.

3.11   Il-KESE jaċċetta biss l-idea li d-deċiżjonijiet tal-ADR m'għandhomx ikunu vinkolanti għall-partijiet jekk il-prinċipju fundamentali jkun garantit b'mod ċar li l-konsumaturi jew in-negozjanti għandhom ikunu jistgħu jagħmlu appell mal-qrati kompetenti ordinarji. Jekk dan mhuwiex il-każ, minbarra li l-ADR tiżżarma mill-valur miżjud kollu tagħha f'termini tal-kredibbiltà u l-effikaċja tagħha, diffiċli li wieħed jifhem il-proposta li s-sistema li twaqqfet ser tkopri wkoll deċiżjonijiet mogħtija f'arbitraġġ uffiċjali jew mekkaniżmi simili, li fil-fatt ikunu deċiżjonijiet ġudizzjarji ġenwini.

3.12   Il-KESE jiddispjaċih li f'din il-proposta l-Kummissjoni ma adottatx test identiku għal dak fil-proposta għal regolament dwar l-ODR dwar il-prijorità ċara tad-dritt tal-aċċess għall-ġustizzja, li skont dan id-dritt l-ADR mhuwijiex sostitut jew “alternattiva” reali għar-rwol tal-qrati, iżda iktar mezz ta’ valur, komplementari biex tiġi riżolta tilwima (5).

3.13   Il-Kumitat jinsab sorpriż li l-kwistjoni tal-finanzjament ta’ dawn is-sistemi ma ġietx indirizzata b'mod espliċitu u dirett, fil-memorandum ta’ spjegazzjoni jew fil-Programm għall-2014-2020, billi fil-konsultazzjonijiet li saru, l-għaqdiet li jirrappreżentaw lill-konsumaturi żgur dehrilhom li dan kien kruċjali. Xi Stati Membri ma jaffordjawx iż-żieda fl-ispejjeż għat-twaqqif ta’ korpi ġodda, it-taħriġ tal-medjaturi u persunal ieħor ta’ appoġġ, il-provvista tal-informazzjoni u l-assistenza għall-konsumaturi, it-tfassil ta’ rapporti esperti u postijiet amministrattivi ġodda. Din il-kwistjoni ġiet ikkunsidrata minn kulħadd bħala waħda kruċjali biex jiġu żgurati l-imparzjalità u l-indipendenza tas-sistema (6).

3.14   Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex, jekk għadha m'għamlithiex, twettaq valutazzjoni tal-approċċi regolatorji ewlenin tal-Istati Membri biex jimplimentaw id-Direttiva 2008/52/KE (7) dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (Artikolu 12), kif issuġġerixxa l-Parlament Ewropew (8).

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Artikolu 2.2, punt (a)

Il-frażi “impjegati esklussivament min-negozjant” hija vaga u t-tifsira tagħha hija ambigwa. Din għandha tiġi sostitwita kif ġej: “ikollhom, jew tul l-aħħar tliet snin kellhom relazzjoni professjonali, ekonomikament dipendenti jew xorta oħra ta’ relazzjoni li tista' taffettwa l-indipendenza tagħhom”.

4.2   Artikolu 4, punt (e)

Id-definizzjoni hija vaga wisq u mhijiex speċifika biżżejjed. Hija għandha tkun akkumpanjata minn referenza ċara għar-rispett għall-prinċipji li għandhom jiggwidaw it-tħaddim tagħha, u b'ċertifikazzjoni li turi li tagħmel parti min-netwerk ta’ entitajiet rikonoxxuti.

4.3   Artikolu 5 (3)

Il-KESE ma jistax jifhem l-ambitu eżatt ta’ din ir-regola, iżda jibża' li jista' ma jkunx effettiv daqskemm mixtieq. Minflok ma tippromovi l-armonizzazzjoni meħtieġa billi tintegra l-operazzjonijiet tal-mekkaniżmi kollha tal-ADR fil-livell Ewropew u nazzjonali, u tadotta l-istess approċċ ta’ sistemi komuni u identiċi, din fil-fatt tippermetti lill-Istati Membri jżommu l-istrutturi attwali tagħhom, u bħala formalità, jistabbilixxu biss mekkaniżmu awtomatiku. Fil-prattika, din ma ssolvix il-problemi ġeografiċi u settorjali tal-lum.

4.4   Artikolu 6

Il-KESE jixtieq li meta jitfasslu u jiġu kontrollati r-rekwiżiti għall-ħiliet u l-imparzjalità, jara garanziji għall-parteċipazzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet tan-negozji u l-konsumaturi, speċjalment fil-proċeduri għall-għażla u l-ħatra tal-individwi responsabbli għar-riżoluzzjoni tat-tilwim. Dan il-kompitu m'għandux jitħalla f'idejn il-burokrati u l-impjegati taċ-ċivil mill-korpi uffiċjali tal-Istati Membri.

4.5   Artikolu 7

Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fir-rigward il-mezzi, il-proposta għandha tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti rigward ir-riżultati, sabiex jiġi żgurat li l-azzjoni ta’ dawn il-mekkaniżmi tipproduċi riżultati kwantifikabbli kemm fis-setturi fejn isiru l-iktar ilmenti kif ukoll fir-rigward tal-kwalità tas-servizzi provduti lin-negozjanti, billi jiġi adottat approċċ attiv biex tiġi promossa l-fiduċja fl-użu tagħhom.

Huwa kruċjali wkoll li l-Istati Membri jiżguraw li l-entitajiet tal-ADR jagħtu l-informazzjoni dwar is-servizzi li jipprovdu (li b'mod speċifiku jinkludu informazzjoni, medjazzjoni, konċiljazzjoni u arbitraġġ), prestazzjoni finanzjarja (li b'hekk tiġi żgurata t-trasparenza meħtieġa ta’ dawn il-mekkaniżmi u ssaħħaħ il-fiduċja tal-konsumatur) u l-livell ta’ sodisfazzjon tal-konsumatur b'dawn il-korpi.

Il-KESE jqis ukoll li safejn huwa kkonċernat il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, minbarra r-rapporti annwali tal-attività, dawn il-korpi għandhom jippubblikaw ukoll, bil-mezzi ta’ komunikazzjoni normali, il-baġit annwali tagħhom u sommarju tad-deċiżjonijiet li jkunu ħarġu dwar l-arbitraġġ. Dan ma jkunx ta’ detriment għar-regoli dwar l-ipproċessar tad-data personali inkluż fil-leġislazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva 95/46/KE.

4.6   Artikolu 9

Filwaqt li l-KESE jagħraf ir-rilevanza tal-prinċipju tas-sens ta’ ġustizzja, għandu d-dubji għalfejn tħalla barra l-prinċipju tal-legalità, kif ġie stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 1998 (9). In-nuqqas ta’ din id-dispożizzjoni mid-dispożizzjonijiet tad-direttiva jista' jkun ta’ ħsara għall-konsumatur fir-relazzjonijiet kummerċjali transkonfinali, speċjalment meta l-liġi fil-pajjiż tal-konsumaturi toffri protezzjoni ikbar mil-liġi tal-Istat Membru fejn il-mekkaniżmu tal-ADR ikun stabbilit. Il-KESE jtenni l-bżonn li jiddaħħal il-prinċipju tal-legalità fl-ambitu ta’ din id-direttiva, ħaġa li tiżgura li d-deċiżjonijiet mogħtija mill-korpi tal-ADR ma jċaħħdux lill-konsumaturi mil-livell ta’ protezzjoni garantit mil-leġislazzjoni rilevanti.

4.7   Artikolu 10

Il-Kumitat jinsab imħasseb li l-ambigwità f'dan l-artikolu tista' tipperswadi lill-konsumaturi li tilwima tista' tiġi riżolta permezz ta’ entità tal-ADR, meta fil-fatt in-negozjanti huma biss obbligati jipprovdu informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ dawn il-mekkaniżmi, u jista' jkun li fil-fatt ma jkunux firmatarji magħhom.

Għalhekk, il-KESE jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-proposta tiżgura li l-Istati Membri ser jeħtieġu lin-negozjanti jagħtu din l-informazzjoni eżatt qabel ma jiffirmaw kuntratt, u b'hekk il-konsumatur ikun jista' jieħu deċiżjoni konxja u infurmata, billi jkun jaf minn qabel jekk in-negozjant ikunx firmatarju ma’ korp tal-ADR jew le.

Il-KESE huwa tal-fehma wkoll li n-nuqqas ta’ konformità jew ta’ konformità sħiħa mal-obbligu msemmi fil-paragrafu 2 għandu jitqies bħala prattika ta’ kummerċ inġust u inkluż fil-lista mehmuża mad-Direttiva 2005/29/KE, irrispettivament mis-sanzjonijiet previsti fl-Artikolu 18 tal-proposta.

4.8   Artikoli 15 sa 17

Il-KESE jibża' li dawn ir-regoli jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw li l-korpi konċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti għalkollox, billi dawn għadhom ibbażati fuq il-kriterji li jirriżultaw mill-awtovalutazzjoni. Għalhekk, huwa kruċjali li l-Kummissjoni tħeġġeġ il-parteċipazzjoni diretta tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ ta’ dawn il-mekkaniżmi, permezz tal-għaqdiet rappreżentanti rispettivi tas-setturi konċernati (10).

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(2)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 56. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(3)  Direttiva 2011/83/UE (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64); opinjoni tal-KESE: ĠU C 317, 23.12.2009, p. 54.

(4)  Speċifikament fir-rigward tar-Regolament 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, ara l-opinjoni tal-KESE, ĠU C 218, 23.07.2011, p. 69.

(5)  Il-proposta għal regolament dwar l-ODR (mhux disponibbli bil-Malti) tistabbilixxi li d-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal imparzjali, huma drittijiet garantiti mill-Karta Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (Artikolu 47). Il-proċeduri għar-riżoluzzjoni tat-tilwim onlajn ma jistgħux jitfasslu b'tali mod li jissostitwixxu l-proċeduri tal-qorti u m'għandhomx iċaħħdu lill-konsumaturi jew lin-negozjanti mid-drittijiet tagħhom biex ifittxu rimedju quddiem il-qorti. Għalhekk, m'hemm xejn f'dan ir-Regolament li għandu jżomm lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-aċċess għas-sistema ġudizzjarja.

(6)  Ara l-opinjoni tal-KESE li qed titfassal bħalissa (INT/608).

(7)  ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3; Opinjoni tal-KESE: ĠU C 286, 17.11.2005, p. 1. (Mhux disponibbli bil-Malti).

(8)  Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-medjazzjoni fl-Istati Membri, A7-0275/2011, relatur: A. McCarthy

(9)  Li b'mod ċar tistqarr li, fir-rigward tat-tilwim transkonfinali, id-deċiżjoni li tittieħed mill-korp ma tistax twassal biex il-konsumatur jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija mid-dispożizzjonijiet obbligatorji li japplikaw taħt il-liġi tal-Istat Membru fejn ikun residenti normalment fil-każijiet previsti taħt l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma.

(10)  Fuq l-istess prinċipju bħas-settur tal-enerġija fl-Italja: għalkemm il-pajjiż għandu korp pubbliku tal-ADR, dan jitmexxa minn rappreżentanti tal-konsumaturi u l-kumpaniji tal-enerġija, fejn tal-ewwel jaqdi rwol attiv fit-taħriġ tal-ispeċjalisti impjegati ma’ dan il-korp.


APPENDIĊI

għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-punti li ġejjin tal-opinjoni tas-sezzjoni speċjalizzata ġew modifikati biex jirriflettu l-emendi adottati mill-Assemblea għalkemm iktar minn kwart tal-voti mixħuta kienu favur li jinżammu fil-format oriġinali (Artikolu 54(4) tar-Regoli ta’ Proċedura):

a)   Punt 1.8:

Il-KESE ma jaqbilx li dawn il-mekkaniżmi għandhom ikopru wkoll l-ilmenti min-negozjanti kontra l-konsumaturi.

b)   Point 3.9:

Il-KESE ma jaqbilx li dawn il-mekkaniżmi jkopru wkoll l-ilmenti min-negozjanti kontra l-konsumaturi, mhux biss għax dan imur kontra t-tradizzjoni tas-sistemi li jeżistu fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u l-approċċ sħiħ fil-pożizzjonijiet adottati mil-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew dwar din il-kwistjoni tul is-snin. Ir-raġuni ewlenija għalfejn il-KESE ma jaqbilx hija li dan ifisser li l-mekkaniżmi tal-ADR jinbidlu f’korpi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim relatati ma’ ħlasijiet li ma sarux, u tiġi evitata s-sistema mwaqqfa mill-UE għat-talbiet żgħar u dan iwassal biex is-sistema tal-ADR tegħreq f’biżibilju ta’ każijiet, fejn is-sistemi li ma jkollhomx il-kapaċità adegwata għar-rispons jiġu paralizzati.

B’konformità mal-Artikolu 51(4) tar-Regoli ta’ Proċedura, l-emendi ġew eżaminati flimkien.

Riżultat tal-votazzjoni dwar l-emendi:

Voti favur

:

80

Voti kontra

:

52

Astensjonijiet

:

19


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/99


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)”

COM(2011) 794 finali – 2011/0374 (COD)

2012/C 181/18

Rapporteur: is-Sur PEGADO LIZ

Nhar it-13 u l-14 ta’ Diċembru 2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni onlajn għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi))

COM(2011) 794 final – 2011/0374 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-9 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu tat-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’117-il vot favur, l-ebda (0) vot kontra u 6 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE, li ilu jitlob għal inizjattiva ta’ din ix-xorta għal żmien twil, jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni u jappoġġja l-għażla tagħha ta’ regolament bħala l-istrument legali.

1.2   Madankollu, il-KESE jemmen li l-iżjed bażi legali adatta tkun l-Artikolu 169(2)(b) u (4) tat-TFUE u mhux sempliċement l-Artikolu 114, kif ukoll l-Artikoli 38 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

1.3   Il-KESE jilqa’ d-dikjarazzjoni ċara tal-Kummissjoni li l-ħolqien ta’ tali sistema m’għandux iċaħħad lill-konsumaturi jew lin-negozjanti mid-drittijiet tagħhom li jfittxu rimedju quddiem il-qrati, jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan, jew jieħu post l-operazzjoni normali tal-proċessi ġudizzjarji.

1.4   Madankollu, il-KESE jqis li l-proposta mhiex ambizzjuża, għandha titolu qarrieq u għadha lura ħafna minn dak li hu ttamat u dak li hu mixtieq u fattibbli, b’mod speċjali fir-rigward tal-użu ta’ serje sħiħa ta’ mezzi teknoloġiċi eżistenti u sistemi elettroniċi ta’ informazzjoni li wrew li huma ta’ suċċess, taħt dak li hu magħruf bħala l-ODR tat-tieni ġenerazzjoni.

1.5   Il-KESE għalhekk jirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha tara din il-proposta bħala l-ewwel pass lejn soluzzjoni effettiva onlajn għat-tilwim u għandha tiżviluppa l-potenzjal tas-sistema mill-iktar fis possibbli sabiex tinkorpora l-innovazzjoni teknoloġika kompatibbli kollha, b’sigurtà u ċertezza legali, u li għandha tinħoloq sistema speċifika u separata ex novo għall-ODR tal-UE fit-tranżazzjonijiet transkonfinali.

1.6   Il-KESE jemmen li m’hemmx ġustifikazzjoni għall-esklużjoni mis-sistema ta’ kunflitti li mhumiex biss transkonfinali fin-natura tagħhom u ta’ kunflitti li ma jirriżultawx esklużivament minn tranżazzjonijiet konklużi permezz ta’ mezzi elettroniċi (kunflitti offlajn).

1.7   Il-KESE ma jaqbilx li mekkaniżmi bħal dawn jistgħu jkopru wkoll ilmenti minn negozjanti kontra l-konsumaturi.

1.8   Il-KESE jirrakkomanda li tiġi pprovduta b’mod espliċitu l-possibbiltà li, fit-tilwim onlajn tagħhom, il-partijiet ikkonċernati jkunu rappreżentati minn avukati jew partijiet terzi, speċifikament għaqdiet tal-konsumatur.

1.9   Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiċċara kif il-kwistjonijiet iżjed kumplessi li jistgħu jirriżultaw f’ċerti tilwim onlajn, bħad-diskussjoni ta’ termini inġusti f’kuntratt u l-liġi applikabbli għall-kuntratti, jistgħu jiġu solvuti permezz tal-pjattaforma.

1.10   Il-KESE għandu riżervi serji dwar jekk id-dati ta’ skadenza stabbiliti humiex realistiċi u jibża’ li jekk dawn isiru obbligatorji, flimkien mad-diffikultajiet prattiċi prevedibbli biex jintlaħqu, jistgħu jiskreditaw sistema li għandha bħala waħda mill-objettivi tagħha l-ħeffa u l-effikaċja.

1.11   Il-KESE jipproponi li din il-pjattaforma onlajn tiġi konnessa ma’ “ktieb tal-ilmenti onlajn”, li l-websajts tan-negozjanti onlajn għandu jkollhom b’obbligu.

1.12   Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tadotta skema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għas-sistema li għandha tiġi stabbilita, jipproponi li jiġu stabbiliti marki ta’ fiduċja minn entitajiet akkreditati u awtorizzati, għal operaturi ekonomiċi li jirreklamaw (fuq il-websajts tagħhom) u jippromovu s-soluzzjoni għat-tilwim permezz ta’ din il-pjattaforma, u jirrakkomanda li tiġi inkluża referenza għas-soluzzjoni għat-tilwim permezz ta’ din il-pjattaforma onlajn fil-kodiċijiet ta’ kondotta.

1.13   Il-KESE jirrakkomanda li l-kwistjoni tal-finanzjament ta’ din is-sistema għandha tiġi indirizzata b’mod espliċitu u dirett, peress li l-għaqdiet tal-konsumatur u xi Stati Membri ma jistgħux ilaħħqu maż-żieda fl-ispejjeż marbuta mat-twaqqif tagħha, u li din il-kwistjoni hi kruċjali biex tiżgura l-imparzjalità u l-indipendenza tas-sistema.

1.14   Il-KESE jemmen li għadd kbir wisq ta’ aspetti kruċjali tal-istrument leġislattiv u tal-funzjonament tas-sistema jitħallew għal implimentazzjoni fil-futur jew atti delegati, li jmorru sew lil hinn mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 290 tat-Trattat, b’konsegwenzi f’termini tas-sigurtà u ċ-ċertezza legali tal-istrument.

1.15   Il-KESE jemmen li l-kliem ta’ wħud mir-rekwiżiti għandu jiġi rivedut u jista’ jittejjeb biex isir iżjed ċar u inqas ambigwu u d-dispożizzjonijiet tagħhom iżjed effettivi, u jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkunsidra l-kummenti speċifiċi ta’ dan il-Kumitat.

2.   Elementi essenzjali tal-proposta

2.1   Billi verament ftit mill-entitajiet għar-regolazzjoni dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tal-konsumaturi (ADR – alternative dispute resolution) barra mill-qorti joffru lill-konsumaturi Ewropej il-possibbiltà li jwettqu l-proċedura sħiħa onlajn;

Billi n-nuqqas ta’ rimedju effettiv għal ilmenti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet onlajn transkonfinali għandu konsegwenzi negattivi kemm għall-konsumaturi u kif ukoll għan-negozji;

Billi l-kontenut u l-konklużjonijiet ta’ diversi studji kkummissjonati dwar il-kwistjoni jissuġġerixxu li hemm appoġġ wiesa’ għall-iżvilupp ta’ għodod tas-soluzzjoni għat-tilwim tal-konsumaturi onlajn (ODR – online dispute resolution) permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-UE;

Billi r-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt SEC(2011) 1408 final tad-29 ta’ Novembru 2011 jiddikjaraw li hija biss taħlita taż-żewġ strumenti dwar l-ADR u l-ODR li tista’ tiżgura aċċess għal mezzi imparzjali, trasparenti u effettivi li jsolvu t-tilwim tal-konsumaturi konness ma’ tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku transkonfinali barra mill-qorti;

B’din il-Proposta għal Regolament, il-Kummissjoni għandha l-għan li tistabbilixxi sistema tal-ODR fl-UE kollha li ser tiffaċilita s-soluzzjoni onlajn ta’ tilwim marbuta mal-bejgħ transkonfinali onlajn ta’ oġġetti jew provvista ta’ servizzi bejn in-negozjanti u l-konsumaturi.

2.2   Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Kummissjoni tuża bħala l-bażi legali unika tagħha l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċerna l-ikkompletar tas-suq intern, sabiex:

a)

tiġi stabbilita pjattaforma ta’ soluzzjoni ta’ tilwim onlajn f’livell Ewropew, fil-forma ta’ websajt interattiva li tista’ tiġi aċċessata elettronikament u mingħajr ħlas bil-lingwi uffiċjali tal-UE kollha. Il-pjattaforma tal-ODR ser toffri punt ta’ dħul wieħed għall-konsumaturi u n-negozjanti li jfittxu li jsolvu barra mill-qorti kwalunkwe tilwim li jirriżulta minn tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku transkonfinali fejn il-partijiet kollha huma stabbiliti jew residenti fi Stati Membri tal-UE differenti; u

b)

jiġi stabbilit netwerk ta’ faċilitaturi għas-soluzzjoni tat-tilwim onlajn, li jikkonsistu f’punt ta’ kuntatt wieħed tal-ODR għal kull Stat Membru – l-awtorità kompetenti maħtura skont it-termini tad-direttiva tal-ADR bħala dik responsabbli li tipprovdi appoġġ għas-soluzzjoni ta’ tilwim marbuta ma’ lmenti mressqa permezz tal-pjattaforma.

2.3   Ir-regolament propost japplika biss għal tilwim bejn konsumaturi u negozjanti li jirriżulta mill-bejgħ onlajn ta’ oġġetti jew il-provvista ta’ servizzi f’livell transkonfinali.

2.4   Is-sistema li għandha tiddaħħal għandha tibni fuq entitajiet eżistenti tal-ADR u tirrispetta t-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri fir-rigward tar-regoli proċedurali nazzjonali tagħhom, speċifikament dawk li jikkonċernaw l-ispejjeż, filwaqt li jirrispettaw sett ta’ standards operattivi komuni, sabiex jissalvagwardjaw l-effikaċja u l-veloċità tagħhom. Dan ma jfixkilx l-operazzjoni ta’ kwalunkwe entità tal-ADR eżistenti onlajn li topera fi ħdan l-Unjoni, u lanqas m’għandha timpedixxi lill-entitajiet tal-ADR milli jittrattaw tilwim transkonfinali mressaq quddiemhom bi kwalunkwe mezz ieħor li mhuwiex il-pjattaforma tal-ODR.

2.5   Il-proċeduri tal-ODR mhumiex maħsuba biex jieħdu post proċeduri quddiem qrati jew li jċaħħdu l-konsumaturi jew in-negozjanti mid-drittijiet tagħhom li jfittxu rimedji quddiem il-qrati. Ir-regolament propost ser ikopri kwalunkwe entità li hi stabbilita fuq bażi permanenti u li toffri soluzzjoni għat-tilwim permezz tal-proċeduri tal-ADR, inklużi proċeduri tal-arbitraġġ uffiċjali mhux maħluqa fuq bażi ad hoc.

3.   Kummenti ġenerali

3.1   F’uħud mill-opinjonijiet l-iżjed reċenti tiegħu, b’mod partikolari wara l-adozzjoni tal-Aġenda Diġitali (1), il-50 miżura proposta (2) u t-12-il xprun għas-suq intern (3), il-KESE sejjaħ għat-twaqqif ta’ sistema ta’ soluzzjoni onlajn għat-tilwim u għaldaqstant ma jistax ħlief jilqa’ din l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Il-Kumitat jappoġġja wkoll l-istrument legali li għażlet il-Kummissjoni: regolament.

3.2   Fir-rigward tal-bażi legali, il-KESE jikkunsidra li lil hinn mis-sempliċi kkompletar tas-suq intern, hawnhekk hawn involut ukoll strument għall-protezzjoni tal-konsumatur, u l-iżjed bażi legali adatta, jekk l-Artikolu 81 tat-TFUE ma jiġix adottat, għaldaqstant ikunu l-Artikoli 169(2)(b) u (4) tat-Trattat u mhux biss l-Artikolu 114, kif ukoll l-Artikoli 38 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.3   Il-KESE jilqa’ d-dikjarazzjoni ċara tal-Kummissjoni li l-ħolqien ta’ tali sistema m’għandux iċaħħad lill-konsumaturi jew lin-negozjanti mid-drittijiet tagħhom li jfittxu rimedju quddiem il-qrati, jekk ikunu jixtiequ li jagħmlu dan, u li s-sistema ma tiħux post l-operazzjoni normali tal-proċessi ġudizzjarji.

3.4   Bi pjaċir jinnota li l-kunċett ta’ konsumatur twessa’, b’konformità mal-Proposta għal Direttiva dwar l-ADR u li ssegwi mid-Direttiva l-ġdida dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (4), sabiex tkopri kuntratti b’għan doppju, fejn l-għan tal-kummerċ mhuwiex predominanti fil-kuntest globali tal-kuntratt. Madankollu, jixtieq li jara li dan il-kunċett jidher b’mod espliċitu fit-test tad-Direttiva.

3.5   Il-KESE jinnota t-tħassib tal-Kummissjoni fil-konfront tar-rispett tat-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri u li mhux qed tipprova tissostitwixxi jew tnaqqas ir-rwol tal-proċeduri eżistenti tal-ADR skont din is-sistema, iżda jiddubita kemm dan jirrappreżenta pass sinifikanti ’l quddiem fid-dematerjalizzazzjoni tat-tilwim, b’mod li tippermettilhom li jiġu proċessati onlajn.

3.6   Il-KESE jirrikonoxxi li, fil-prattika, din il-proposta tillimita ruħha li tistabbilixxi tip ta’ “timbru tal-posta elettroniku” jew “kaxxa tal-ittri onlajn” li fihom jintbagħtu l-ilmenti u, wara proċess ta’ għażla purament formali, jintbagħtu lill-entitajiet differenti tal-ADR, biex b’hekk jikkostitwixxu sistema ta’ kunsinna burokratika u amministrattiva oneruża.

3.7   Il-KESE jqis li l-proposta m’għandhiex ambizzjoni u għadha ferm lura minn dak li hu ttamat u dak li hu mixtieq u fattibbli, b’mod speċjali fir-rigward ta’:

a)

Il-Pjan ta’ Azzjoni pluriennali 2009-2013 dwar l-e-Justice Ewropea (5);

b)

Id-dokument innovattiv tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi Kummerċjali Internazzjonali (6) (UNCITRAL), A/CN.9/706, bl-isem “Possible future work on online dispute resolution in cross-border electronic commerce transactions” (Ħidma possibbli fil-futur dwar soluzzjoni onlajn għat-tilwim fi tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku transkonfinali);

c)

L-esklużjoni ta’ tilwim li mhuwiex biss ta’ natura transkonfinali, li tobbliga lill-Istati Membri li jixtiequ hekk li jintroduċu sistemi purament nazzjonali għal tilwim transkonfinali, anke jekk il-partijiet ikkonċernati huma ta’ nazzjonalitajiet differenti, iżda inzertaw li jgħixu, b’mod permanenti jew temporanju, fl-istess Stat Membru;

d)

L-esklużjoni ta’ tilwim li ma jirriżultax esklużivament minn tranżazzjonijiet konklużi permezz ta’ mezzi elettroniċi (fi kliem ieħor, offlajn), li ma jkunux adottaw id-definizzjoni usa’ ta’ kummerċ elettroniku stabbilita fid-Direttiva 2000/31/KE, inklużi kunflitti li jirriżultaw minn komunikazzjonijiet kummerċjali onlajn li ma jirriżultawx fi tranżazzjoni. Hemm ukoll il-possibbiltà, issa rikonoxxuta minn uħud mill-ADR, li tilwim li jirriżulta minn tranżazzjonijiet konklużi mill-bogħod permezz ta’ mezzi mhux elettroniċi (bħal bejgħ minn katalgu jew bejgħ magħmul fid-dar) jiġi ttrattat b’mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, setgħu ġew ikkunsidrati wkoll it-tranżazzjonijiet okkażjonali li jseħħu fi żjarat lejn Stati Membri oħra, f’każijiet fejn it-tilwim iqum xi żmien wara li t-tranżazzjonijiet ikunu ġew konklużi;

e)

In-nuqqas li jiġi adottat dak li llum hu b’mod komuni magħruf bħala sistema tal-ODR (7) tat-tieni ġenerazzjoni li fih it-teknoloġija (inerenti għal din il-pjattaforma) taqdi rwol attiv u tiffunzjona bħala r-raba’ parti ġenwina (8) (flimkien maż-żewġ partijiet u l-medjatur/arbitru) fil-proċess tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim tal-konsumaturi; dan jagħmilha possibbli li l-partijiet jikkomunikaw mill-bogħod, f’ħin reali jew b’dewmien fiż-żmien, permezz tat-teknoloġiji l-ġodda tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, minflok ma l-partijiet kollha jkollhom ikunu fiżikament preżenti.

f)

In-nuqqas ta’ kwalunkwe referenza għal sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità għat-twaqqif tas-sistema, bħal dik ipprovduta fl-istandard ISO 10003 – “Linji gwida dwar soluzzjoni għat-tilwim estern għall-organizzazzjonijiet”, li tista’ tintuża wkoll biex jiġi standardizzat prospectus li jipprovdi informazzjoni dwar it-tħaddim tal-mekkaniżmu, jew tal-eżistenza ta’ “lista ta’ sorveljanza”, li fuqha jistgħu jiġu rreġistrati l-ilmenti kontra professjonisti.

3.8   Minkejja li r-Regolament jgħid li l-pjattaforma tal-ODR ser ikollha l-funzjoni li “tippermetti lill-partijiet u lill-entità tal-ADR imexxu l-proċedura ta’ soluzzjoni għat-tilwim onlajn” (Artikolu 5(3)(d)), il-KESE kien ittama li jiġu stabbiliti s-sisien għal sistema tal-ODR li tkun tikkontribwixxi għal-leġittimità ta’ ġustizzja onlajn jew elettronika; kien jittama li s-sistema tkun iffurmata b’mod li tuża mill-ġdid u tikkopja riżorsi ta’ infrastruttura u teknoloġiċi eżistenti, sinkronużi jew asinkronużi, bħal chat, forums elettroniċi, listi tal-indirizzi, posta elettronika, telekonferenzi, konferenzi bl-awdjo u bil-vidjo, kmamar tal-laqgħat virtwali eċċ.; li ttejjeb l-applikazzjonijiet tal-ġustizzja u tħeġġeġ għodod tal-ODR tal-ewwel u tat-tieni ġenerazzjoni għall-proċess (negozjati, medjazzjoni u arbitraġġ onlajn), li jippromovu l-medjazzjoni elettronika bejn il-partijiet, proċess ta’ produzzjoni iżjed robust u proċeduri li huma faċilment iżjed osservabbli u prevedibbli.

3.9   Anke mingħajr ma navvanzaw lejn il-mudelli tat-tieni ġenerazzjoni msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni kellha minkejja dan, sabiex tilħaq l-aspettattivi għal din l-inizjattiva u tiżgura l-benefiċċji mħabbra, almenu tikkunsidra l-possibbiltà li tinkludi sistemi ta’ għajnuna għat-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-funzjonijiet tal-pjattaforma għall-partijiet f’sistema tal-ODR. F’dawn il-mudelli tat-tieni ġenerazzjoni, l-użu ta’ għodod telematiċi u l-għajnuna minn intelliġenza artifiċjali abbażi ta’ mudelli matematiċi jiffaċilitaw id-deċiżjonijiet dwar tilwim permezz tal-valutazzjoni sistematika tal-proposti tal-partijiet, li min-naħa tagħhom huma appoġġjati minn speċjalisti tal-IT b’kapaċità ugwali (“interfaces intelliġenti”) fi proċess interattiv ibbażat fuq tendenzi standard tan-negozjati bħal BATNA (Best Alternative to a Negotiated Agreement – L-Aħjar Soluzzjoni Alternattiva għal Ftehim Negozjat), WATNA (Worst Alternative to a Negotiated Agreement – L-Agħar Soluzzjoni Alternattiva għal Ftehim Negozjat) u finalment ZOPA (Zone of Possible Agreement – Qasam ta’ Ftehim Possibbli). Eżempji ta’ sistemi ta’ għajnuna għat-teħid ta’ deċiżjonijiet jinkludu sistemi ta’ esperti, sistemi ta’ informazzjoni abbażi ta’ każijiet preċedenti, sistemi ta’ aċċess għal bażijiet tad-data informatiċi (raġunament abbażi tal-każ jew “CBR”(case-based reasoning) fil-lingwaġġ informatiku internazzjonali) u soluzzjoni onlajn għat-tilwim skont l-approċċi differenti tal-partijiet għas-soluzzjoni għat-tilwim.

3.10   Il-KESE jistaqsi wkoll kif il-Kummissjoni pprevediet soluzzjoni onlajn għal każijiet li jikkonċernaw mhux biss nuqqas ta’ qbil tradizzjonali fis-suq, li hu marbut ma’ problemi bħal prodotti li huma “difettużi”, “ma jaħdmux sew” jew ma’ “dewmien fil-kunsinna jew nuqqas ta’ kunsinna”, iżda wkoll id-dibattitu dwar termini inġusti f’kuntratt u l-liġi applikabbli għall-kuntratti.

3.11   Il-KESE jixtieq li jara referenza speċifika għall-possibbiltà li l-partijiet ikkonċernati jkunu rappreżentati minn avukati jew minn partijiet terzi, speċifikament assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi fl-ilmenti onlajn tagħhom.

3.12   Il-Kumitat hu sorpriż li l-kwistjoni tal-finanzjament għall-implimentazzjoni ta’ dan l-istrument ġdid mhuwiex indirizzat b’mod espliċitu u dirett, meta wieħed iqis li fil-konsultazzjonijiet li saru, l-għaqdiet rappreżentattivi tal-konsumatur qiesu b’mod definittiv li dan hu essenzjali. Xi Stati Membri ma jifilħux għaż-żieda fl-ispejjeż marbuta mat-twaqqif ta’ korpi ġodda, it-taħriġ ta’ “faċilitaturi” u persunal ieħor li jipprovdi appoġġ, il-provvista ta’ informazzjoni u għajnuna lil konsumaturi u t-twettiq ta’ kompiti amministrattivi ġodda. Din il-kwistjoni ġiet meqjusa minn kulħadd bħala kruċjali biex tiżgura l-imparzjalità u l-indipendenza tas-sistema.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1   Artikolu 1 – Suġġett

Is-suġġett ta’ dan ir-Regolament għandu jinkludi wkoll il-prinċipju tal-aċċess għal-liġi u għall-ġustizzja għall-partijiet ikkonċernati. Flimkien mas-soluzzjoni għat-tilwim, il-pjattaforma tista’ tintuża biex timpedixxi kwalunkwe tilwim li jista’ jqum, billi tipprovdi informazzjoni rilevanti mmirata għar-rimedjar tal-problemi.

4.2   Artikolu 2 – Kamp ta’ Applikazzjoni

Għal raġunijiet ekonomiċi wkoll, il-KESE jixtieq jara r-Regolament jiġi applikat ukoll għal tilwim li jqum offlajn, kif diġà hi prattika komuni fost il-fornituri tal-ADR li jaħdmu b’teknoloġiji tal-informatika biex jagħmlu medjazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati.

Bħala kwistjoni purament formali, hu suġġerit li esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni jkunu koperti mill-Artikolu 2 u mhux l-Artikolu 4, li jkopri d-definizzjonijiet.

4.3   Artikolu 3 – Rabta ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni

Il-KESE jipproponi li jiġu inklużi d-Direttivi dwar il-Kummerċ Elettroniku, il-Bejgħ ta’ Prodotti għall-Konsumatur u Kuntratti mill-Bogħod (9).

4.4   Kapitolu II – Pjattaforma Ewropea ta’ soluzzjoni onlajn għat-tilwim

Għall-finijiet ta’ ċarezza ikbar, il-KESE jippreferixxi li l-materjal dwar it-twaqqif tal-pjattaforma u l-proċeduri jkunu koperti minn kapitoli differenti.

4.5   Artikolu 5(3)(b)

Il-KESE għandu dubji dwar il-prattiċità li l-partijiet jagħżlu entità għall-ADR, fid-dawl tan-nuqqas ta’ kriterji biex jagħmlu dan. Jagħmel sens ukoll għall-partijiet innifishom li jkunu jistgħu jaħtru entità li magħha jkunu ħadmu diġà.

4.6   Artikolu 5(3)(i)

Il-KESE jibża’ li din l-informazzjoni tista’ ma tkunx biżżejjed. Il-Kumitat jipproponi li, flimkien mal-istatistika dwar ir-riżultati tat-tilwim, il-pjattaforma għandha tindika liema huma l-iżjed metodoloġiji użati u tipprovdi statistika maqsuma skont is-suġġetti differenti trattati. Il-pjattaforma għandha tinkludi wkoll sistema għall-ġestjoni tal-proċessi, b’indikaturi ta’ ġestjoni, inklużi każijiet li nfetħu jew tlestew jew li għadhom pendenti, u d-dewmien u l-ispejjeż tal-każ. Il-KESE jemmen, barra minn hekk, li l-fatt li sempliċement tiġi indikata jew suġġerita entità waħda tal-ADR jew iżjed minn waħda għall-partijiet ma jiggarantixxix l-għan li ċ-ċertifikat suppost jiżgura: aċċess għall-ġustizzja għall-partijiet. Il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li jekk biss waħda mill-partijiet ma taqbilx mal-entità tal-ADR suġġerita, il-proċedura tista’ tispiċċa titwaqqa’ (ara l-Artikoli 7(3), 8(2)(b) u (4)), li fil-fatt tispiċċa twassal biex is-sistema tfalli.

4.7   Artikolu 6 – Netwerk ta’ faċilitaturi tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim

Il-KESE jikkunsidra li t-terminu “faċilitaturi tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim” huwa qarrieqi; għandu jiġi evitat għax fil-fatt, il-proċess ta’ soluzzjoni għat-tilwim ma jistax jitwettaq onlajn, iżda biss permezz ta’ metodi tradizzjonali tal-ADR. Hu biss l-ilment li jitressaq elettronikament.

Il-KESE għandu tħassib serju li din is-sistema tista’ taffettwa jew tipperikola l-veloċità u l-effikaċja enfasizzati fl-għanijiet tar-Regolament propost, li jista’ jwassal għal burokrazija eċċessiva, minħabba s-sistema ta’ riorjentazzjoni fi tliet fażijiet li qed tiġi rakkomandata, u li b’mod ċar tqajjem il-kwistjoni tal-possibbiltà tal-konformità effettiva mal-limitu ta’ 30 jum stabbilit fl-Artikolu 9(b). Għandu jiġi osservat li, sakemm il-partijiet jimpenjaw ruħhom li jsibu soluzzjoni adatta għat-tilwim flimkien mal-fornitur tal-ADR, l-ilment għandu jitressaq quddiem il-pjattaforma elettronikament, imbagħad jiġi eżaminat u propost lill-entitajiet kompetenti tal-ADR u mbagħad jitressaq mill-ġdid mill-faċilitaturi tal-ODR lill-entità tal-ADR magħżula, liema proċess iwassal għal dewmien żejjed evitabbli għall-partijiet, u għalhekk ikun hemm spejjeż minħabba dewmien kif ukoll spejjeż ta’ ċansijiet mitlufa.

4.8   Artikolu 7 – Tressiq ta’ ilment

Il-KESE jirrakkomanda li għandha tingħata l-attenzjoni dovuta għall-ħtieġa li l-ilment u d-dokumenti mehmuża jiġu tradotti b’mod affidabbli u raġonevoli għall-partijiet. Din il-kwistjoni hi kruċjali għas-suċċess tas-sistema iżda mhix indirizzata fil-proposta, li lanqas biss tirreferi għat-teknoloġija ta’ traduzzjoni awtomatizzata li teżisti diġà u li għandha tintuża f’din l-iskema.

4.9   Artikolu 7(2) u (6)

Il-KESE jenafisizza li d-dokument fl-Anness, intitolat “Informazzjoni li għandha tiġi provduta meta timtela l-formola tal-ilmenti elettronika”, tant mhuwiex adattat f’termini tal-kontenut tiegħu u l-mod ta’ kif suppost jimtela li jirrikjedi xi kummenti.

Fil-fehma tal-KESE, din il-websajt, minbarra li tipprovdi formola, għandha toffri wkoll manwal ta’ struzzjoni onlajn li jkopri kif timtela l-formola. Dan il-manwal għandu jinkludi linji gwida speċifiċi għal dan il-għan (struzzjonijiet bil-quddiem li jippermettu lill-utenti li jiffamiljarizzaw ruħhom mas-softwer, flimkien ma’ websajt ta’ appoġġ bi struzzjonijiet, għajnuna u tweġibiet għal domandi magħmula spiss). Barra minn hekk, għandha tkun disponibbli taqsima interattiva għall-partijiet, li permezz tagħha jkunu jistgħu jressqu l-problemi tagħhom u jirċievu risposti onlajn immedjati. Il-websajt għandha tagħmilha possibbli li l-fatti jiġu ddikjarati bil-fomm bil-lingwi differenti bi traduzzjoni immedjata, billi tagħmel użu mit-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni ġodda li diġà jeżistu. Għandha tipprovdi wkoll sistema li tirrikonoxxi b’mod awtomatiku formoli li ma jkunux tajbin jew kompluti, tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex dawn jiġu korretti u b’hekk tiġi eliminata l-ħtieġa li jitressaq ilment ġdid.

Il-KESE jikkunsidra li ċerti kunċetti legali vagi bħal i) “biżżejjed” (paragrafu 2) u ii) “dejta li hija … rilevanti u mhux eċċessiva meta titqabbel mal-iskopijiet li għalihom tinġabar” (paragrafu 6) għandhom jiġu ċċarati sabiex jiżguraw informazzjoni konkreta.

Il-Kumitat jissuġġerixxi li jiġi pprovdut mhux biss obbligu dwar il-mezzi użati (li tkun disponibbli formola onlajn) iżda wkoll li jiġi żgurat li l-mili tal-formola jkun proċess intuwittiv, faċli għall-konsumatur, sempliċi u mingħajr intoppi (10).

Il-KESE barra minn hekk jipproponi li din il-pjattaforma onlajn tiġi konnessa ma’ “ktieb tal-ilmenti onlajn”, li l-websajts tan-negozjanti onlajn għandu jkollhom. Ladarba din il-formola timtela, tista’ tintbagħat direttament, awtomatikament u elettronikament permezz ta’ interface lill-pjattaforma ċentrali tal-ODR, sabiex jiġi żgurat li s-soluzzjoni għat-tilwim fil-fatt isseħħ.

4.10   Artikolu 8(1)

Il-KESE jindika li l-konsumatur medju hu ġeneralment xi ftit jew wisq illitterat, (u jsofri wkoll minn esklużjoni diġitali) u jibża’ li l-effett tas-sanzjoni prevista fil-paragrafu 1 tmur kontra l-għanijiet tal-inizjattiva u twassal għal tattika formali maħsuba apposta biex ma jissolviex it-tilwim.

4.11   Artikolu 12 – Kunfidenzjalità u sigurtà tad-dejta

Il-KESE jixtieq jindika li r-regoli li jikkonċernaw is-segretezza professjonali u l-kunfidenzjalità huma suġġetti għal leġiżlazzjoni nazzjonali u li l-ebda dispożizzjoni ma hi meħtieġa għall-piż tal-provi jew għas-soluzzjonijiet jekk dawn ir-rekwiżiti ma jiġux issodisfati.

4.12   Artikolu 13 – Informazzjoni għall-konsumatur

Il-KESE jipproponi li entitajiet akkreditati u awtorizzati jistabbilixxu marki ta’ fiduċja (trustmarks) għal operaturi ekonomiċi li jirreklamaw (fuq il-websajts tagħhom) u jippromovu s-soluzzjoni għat-tilwim permezz ta’ din il-pjattaforma, bħal “TRUSTe”, l-Euro-Label jew il-Global Trustmark Alliance.

Il-KESE jirrakkomanda li tiġi inkluża referenza għas-soluzzjoni għat-tilwim permezz ta’ din il-pjattaforma onlajn f’kodiċijiet ta’ kondotta li jitfasslu minn operaturi ekonomiċi, għaqdiet tal-konsumatur u tal-fornituri, kif ukoll korpi governattivi.

4.13   Artikoli 15 u 16 – Atti ta’ implimentazzjoni u atti delegati

F’uħud mid-dispożizzjonijiet tal-proposta (l-Artikolu 6(5) u l-Artikolu 7(4) u (5)), aspetti kruċjali tal-istrument leġislattiv u tal-funzjonament tas-sistema jitħallew għal atti ta’ implimentazzjoni jew atti delegati futuri, li l-KESE jemmen li jmorru ferm lil hinn mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 290 tat-Trattat u stipulati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament dwar it-Trattat tal-Unjoni Ewropea” (COM(2009) 673 final tad-9.12.2009), b’konsegwenzi f’termini tas-sigurtà u ċ-ċertezza legali tal-istrument.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  COM(2010) 245 final.

(2)  COM(2010) 608 final.

(3)  COM(2011) 206 final.

(4)  Direttiva 2011/83/UE f’ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64.

(5)  ĠU C 75, 31.3.2009, p. 1.

(6)  Jista’ jiġi kkonsultat: http://www.uncitral.org/uncitral/publications/online_resources_ODR.html

(mhux disponibbli bil-Malti).

(7)  Ara G. Peruginelli u G. Chiti “Artificial Intelligence Dispute Resolution” fil-Proċedimenti tal-Workshop dwar il-Liġi ta’ aġenti elettroniċi– LEA 2002.

(8)  Ara, fost oħrajn, il-proċeduri CYBERSETTLE (http://www.cybersettle.com) SMARTSETTLE (http://www.smartsettle.com) u SQUARETRADE (http://www.squaretrade.com). Permezz tal-aħħar proċedura msemmija, issolvew iżjed minn 200 000 tilwima f’120 pajjiż mill-1999 ’l hawn, ECODIR (disponibbli hawn: http://www.ecodir.org/).

(9)  Id-Direttiva Nru 2000/31/KE, ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1, id-Direttiva Nru 1999/44/KE, ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12 u d-Direttiva Nru 97/7/KE, ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

(10)  Komunikazzjonijiet importanti jistgħu indubbjament jiġu rvinati minħabba żbalji ortografiċi jew grammatiċi jew żbalji ta’ ttajpjar. L-iżbalji ortografiċi jistgħu jwasslu għal konklużjonijiet mgħaġġla dwar il-parti l-oħra jew iqanqlu dubji li jikkonċernaw il-kwalità tal-proċess tas-soluzzjoni għat-tilwim. Għal dan il-għan, l-għodod għall-verifika tal-ortografija ikunu utli, kif użati pereżempju hawn: http://www.juripax.com/.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/105


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Pakkett tal-Allinjament tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (QLĠ) (L-Implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Prodotti)”

COM(2011) 764 finali – 2011/0358 (COD)

COM(2011) 765 finali – 2011/0351 (COD)

COM(2011) 766 finali – 2011/0352 (COD)

COM(2011) 768 finali – 2011/0350 (COD)

COM(2011) 769 finali – 2011/0353 (COD)

COM(2011) 770 finali – 2011/0354 (COD)

COM(2011) 771 finali – 2011/0349 (COD)

COM(2011) 772 finali – 2011/0356 (COD)

COM(2011) 773 finali – 2011/0357 (COD)

2012/C 181/19

Relatur uniku: is-Sur HERNÁNDEZ BATALLER

Nhar l-20 ta’ Diċembru 2011 u nhar it-30 ta’ Novembru 2011, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Pakkett tal-Allinjament tal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (QLĠ) (L-Implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Prodotti)

COM(2011) 764 final – 2011/0358 (COD)

COM(2011) 765 final – 2011/0351 (COD)

COM(2011) 766 final – 2011/0352 (COD)

COM(2011) 768 final – 2011/0350 (COD)

COM(2011) 769 final – 2011/0353 (COD)

COM(2011) 770 final – 2011/0354 (COD)

COM(2011) 771 final – 2011/0349 (COD)

COM(2011) 772 final – 2011/0356 (COD)

COM(2011) 773 final – 2011/0357 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar id-9 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’115-il vot favur, 4 voti kontra u 10 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea adottat proposti biex jiġu mmodifikati għaxar direttivi dwar l-armonizzazzjoni teknika relatati mal-“Pakkett leġislattiv dwar il-prodotti”, permezz ta’ sempliċi allinjament ta’ dawn id-direttivi mad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KEE (1) (qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti).

1.2   Fil-ġejjieni, ikun utli li tiġi ppreċiżata n-natura u l-limitu minimu tas-sanzjonijiet li għandhom jiġu previsti fil-leġislazzjoni tal-Istati Membri, ġaladarba l-uniku obbligu li għandhom l-awtoritajiet nazzjonali minn dawn id-dispożizzjonijiet huwa li jistabbilixxu regoli fil-qasam tas-sanzjonijiet għal din ix-xorta ta’ mġiba, u mhux li jikklassifikawhom f’kategorija, jew li jindirizzaw aspetti punittivi oħra, li huma definiti fil-livell sopranazzjonali.

1.3   Il-Kummissjoni għandha tqis l-osservazzjonijiet imfassla mill-KESE fl-Opinjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2007 dwar qafas legali komuni (2) rigward il-bżonn li jiżdiedu l-koordinazzjoni u t-tisħiħ tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq.

1.4   Rigward il-protezzjoni legali tas-suq tal-UE, għandha tiġi żviluppata sistema ġdida li tiddetermina l-oriġini u t-traċċabbiltà tal-prodotti, sabiex il-konsumaturi jkunu infurmati aħjar.

2.   Introduzzjoni

2.1   Il-moviment liberu tal-merkanzija huwa waħda mill-erba’ libertajiet fundamentali li fuqhom jissejjes is-suq intern, u jiġi rikonoxxut b’mod espliċitu fit-Trattati (Artikolu 28 u l-artikoli sussegwenti tat-TFUE); dan jagħti lok għal għadd kbir ta’ ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ġie inkorporat fl-acquis tal-UE.

2.1.1   L-adozzjoni fl-1985 tat-teknika leġislattiva msejħa “approċċ ġdid”, li tillimita l-esiġenżi leġislattivi għall-aspetti essenzjali u tindirizza fid-dettall l-aspetti tekniċi fl-istandards Ewropej armonizzati, ikkontribwixxiet biex jitħaffef il-proċess ta’ armonizzazzjoni, u għamlitha possibbli wkoll li setturi industrijali sħaħ jibbenefikaw mill-moviment liberu.

2.1.2   Fil-leġislazzjoni sekondarja, id-Deċiżjoni 90/683/KEE (3) tal-Kunsill tintroduċi l-imsemmi “approċċ globali” li mbagħad kienet sostitwita mid-Deċiżjoni 93/465/KEE (4) li tistabbilixxi linji gwida u proċeduri dettaljati fil-qasam tal-valutazzjoni tal-konformità, li għandhom jintużaw fid-direttivi relatati mal-“approċċ ġdid”.

2.2   F’Lulju 2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw qafas leġislattiv ġdid bil-għan li jittejjeb il-funzjonament tal-kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija fi ħdan is-suq intern, permezz tal-approvazzjoni tar-Regolament (KE) 765/2008 (5) dwar l-akkreditazzjoni u s-sorveljanza u d-Deċiżjoni 768/2008/KE li tistabbilixxi qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti.

2.2.1   L-għan tal-pakkett leġislattiv tal-2008 kien li tingħata spinta lill-moviment liberu ta’ merkanzija sigura, permezz tat-tisħiħ tal-effikaċja tal-leġislazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà tal-prodotti u l-protezzjoni tal-konsumatur, minn naħa, u l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ġusti ta’ kompetizzjoni għall-atturi ekonomiċi, min-naħa l-oħra. Rigward il-moviment liberu tal-merkanzija, dan il-qafas legali komuni ġdid tal-2008 għandu jitlesta permezz tal-leġislazzjoni dwar l-istandardizzazzjoni tal-prodotti.

2.2.2   Dawn l-istrumenti legali jmorru ferm iżjed lil hinn minn sempliċi reviżjoni tal-“approċċ ġdid” u fil-fatt jistabbilixxu ambjent leġislattiv ġdid għall-ispazju armonizzat, fid-dawl tal-fatt li huma dokumenti komplementari, strettament marbutin flimkien u mal-leġislazzjoni settorjali, li jappoġġjaw u jikkompletaw.

2.3   Ir-Regolament (KE) 765/2008 jistabbilixxi l-konsolidazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-akkreditazzjoni u s-sorveljanza tas-suq b’mod li l-prodotti li mhumiex konformi jkunu jistgħu jiġu identifikati faċilment u jitneħħew mis-suq. L-għan prinċipali huwa li jiġi garantit il-moviment liberu tal-merkanzija f’settur armonizzat permezz ta’:

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea sabiex l-akkreditazzjoni tkun tista’ taqdi r-rwol tagħha b’mod iżjed effikaċi bħala l-aħħar livell ta’ kontroll f’dak li jirrigwarda l-funzjonament tajjeb tal-leġislazzjoni Komunitarja.

il-ħolqien ta’ qafas għar-rikonoxximent ta’ organizzazzjoni li teżisti diġà, l-EA (Kooperazzjoni Ewropea għall-Akkreditazzjoni), bil-għan li tiġi żgurata valutazzjoni rigoruża inter pares mill-korpi nazzjonali tal-akkreditazzjoni.

qafas Komunitarju għas-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, li jiggarantixxi kooperazzjoni iżjed stretta bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-awtoritajiet doganali, skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali fil-każ ta’ prodotti preżenti fis-suq ta’ Stati Membri oħra.

l-applikazzjoni ta’ regoli uniformi u ċari fis-setturi kollha, l-istabbiltà legali u l-koerenza tal-miżuri, iż-żieda fil-flessibbiltà tal-esiġenzi li jridu jiġu ssodisfati qabel il-kummerċjalizzazzjoni u t-tnaqqis tal-ispejjeż relatati mal-valutazzjoni tal-konformità.

2.4   Id-Deċiżjoni 768/2008/KE hija att sui generis u tirrifletti l-kompromess li l-leġislatur Ewropew adotta b’mod li l-kontenut tagħha jkun jista’ jiġi applikat bl-iżjed mod sistematiku possibbli fit-testi leġislattivi kollha relatati mal-prodotti (preċedenti, attwali u futuri), kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħha mill-partijiet ikkonċernati kollha.

2.4.1   Id-Deċiżjoni tistabbilixxi qafas orizzontali ġenerali ta’ koerenza tal-leġislazzjoni dwar il-moviment liberu tal-prodotti li tipprevedi:

definizzjonijiet armonizzati, obbligi komuni għall-atturi ekonomiċi, kriterji għall-għażla tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, kriterji għall-awtoritajiet ta’ notifika fil-livell nazzjonali u regoli għall-proċedura ta’ notifika.

regoli għall-għażla tal-metodi ta’ valutazzjoni tal-konformità u sensiela ta’ proċeduri armonizzati bil-għan li jiġu evitati duplikazzjonijiet li jiswew il-flus.

definizzjoni unika tal-marka CE (bir-responsabbiltajiet u s-salvagwardji korrispondenti)

proċedura ta’ informazzjoni u ta’ sorveljanza tas-suq biex tittawwal is-sistema maħluqa għad-direttiva dwar is-sigurtà tal-prodotti.

dispożizzjonijiet armonizzati għall-mekkaniżmi futuri ta’ salvagwardja bħala żieda mad-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq.

2.5   Fl-opinjoni tiegħu dwar dawn iż-żewġ proposti, il-KESE enfasizza:

l-importanza li tiġi garantita l-operabbiltà sħiħa tal-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija bil-għan li l-prodotti kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru kwalunkwe jistgħu jagħmlu dan ukoll fit-territorju kollu tal-UE mingħajr l-ebda diffikultà.

li l-moviment liberu tal-merkanzija huwa xprun importanti tal-kompetittività u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tas-suq uniku Ewropew, minn naħa, u li t-tisħiħ u l-immodernizzar tal-esiġenżi fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti siguri u ta’ kwalità tajba huma elementi fundamentali għall-konsumaturi, l-intrapriżi u ċ-ċittadini Ewropej, min-naħa l-oħra.

Fil-qosor, il-KESE jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni, iżda għandu sensiela ta’ osservazzjonijiet u suġġerimenti dwar dawn iż-żewġ strumenti.

2.6   Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) 765/2008, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010, japplikaw b’mod dirett minn din id-data u attwalment qed jiġu applikati mill-awtoritajiet nazzjonali bil-koordinazzjoni tal-Kummissjoni.

2.7   Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KEE, maħsuba għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni, hija att legali li ma jorbotx legalment lill-intarpriżi, il-persuni fiżiċi u l-Istati Membri. Hija għandha l-għan li tiffunzjona bħala qafas orizzontali li jlaqqa’ flimkien id-dispożizzjonijiet li huma elementi komuni tal-leġislazzjoni dwar l-armonizzazzjoni teknika. Dawn id-dispożizzjonijiet standardizzati għandhom jiġu integrati f’kull leġislazzjoni ġdida jew riveduta.

3.   L-ostakli għall-moviment liberu tal-merkanzija

3.1   L-għan taż-żewġ strumenti huwa li jindirizzaw problemi differenti li ġew osservati f’setturi industrijali diversi regolati mil-leġislazzjoni Ewropea dwar l-armonizzazzjoni teknika, jiġifieri l-leġislazzjoni li tistabbilixxi l-esiġenzi komuni fil-qasam tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti.

3.2   Il-preokkupazzjoni prinċipali hija li tiġi assigurata s-sigurtà taċ-ċittadini u li jitnaqqas in-numru ta’ prodotti preżenti fis-suq li ma jissodisfawx l-esiġenzi tal-leġislazzjoni tal-UE. L-għan l-ieħor huwa t-titjib tal-kwalità tax-xogħol li jagħmlu l-korpi li joħorġu l-prova tal-konformità u mbagħad jiċċertifikaw il-prodotti. Barra minn hekk, dan il-qafas orizzontali l-ġdid għandu jagħti iżjed koerenza lill-qafas regolatorju kollu dwar il-prodotti u jissemplifika l-applikazzjoni tiegħu.

3.3   Problemi meta ma jiġux rispettati l-esiġenzi fis-seħħ

3.3.1   Għadd sostanzjali ta’ prodotti fis-suq ma jikkonformawx mal-esiġenzi deskritti fid-direttivi. Ċerti intrapriżi sempliċement iżidu l-marka ta’ konformità CE mal-prodotti tagħhom minkejja li ma jkunux jikkonformawx mal-kriterji stabbiliti għal din il-marka.

3.3.2   L-importaturi u d-distributuri ma jagħmlux il-verifiki meħtieġa kollha biex jaċċertaw ruħhom li jikkummerċjalizzaw biss prodotti konformi mal-leġislazzjoni. Ġeneralment, huwa diffiċli għall-awtoritajiet ta’ sorveljanza jkunu jafu fejn jinsabu l-operaturi ekonomiċi li jfornu dawn il-prodotti, b’mod partikolari meta jkunu lokalizzati f’pajjiżi terzi.

3.4   L-Istati Membri jimponu obbligi differenti fil-konfront tal-importaturi u d-distributuri biex jiżguraw li l-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli. Barra minn hekk, l-azzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-prodotti mhux konformi xi kultant ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor.

3.5   Problemi relatati mal-azzjoni ta’ ċerti korpi akkreditati

3.5.1   Ċerti direttivi jesiġu ċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti min-naħa ta’ “korpi akkreditati” (entitajiet li jittestjaw, jispezzjonaw u jiċċertifikaw il-prodotti). Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-korpi akkreditati jagħmlu xogħolhom b’mod kuxjenzjuż u responsabbli, kien hemm ċerti każijiet li xerrdu d-dubju rigward il-kwalifikazzjoni u l-kredibbiltà taċ-ċertifikazzjonijiet li joħorġu.

3.5.2   Jeżistu wkoll differenzi fil-metodu u l-livell ta’ rigorożità li jużaw l-Istati Membri biex jivvalutaw u jikkontrollaw il-kwalifikazzjoni tal-korpi akkreditati. Punt li huwa partikolarment ta’ tħassib huwa l-kwalifikazzjoni tal-fergħat jew is-sottokuntratturi li jinsabu barra l-UE.

3.6   Inkoerenzi konkreti tal-leġislazzjoni fis-seħħ

3.6.1   Id-direttivi dwar il-moviment liberu tal-prodotti ta’ spiss jadottaw approċċ imsejjes fuq ir-riskju u xi minn daqqiet, jistgħu jiġu applikati direttivi varji għall-istess prodott. Għall-produtturi, dan ifisser li jridu japplikaw il-kriterji kollha għall-prodott.

3.6.2   Il-fatt li direttivi varji jistgħu japplikaw għall-istess prodott jista’ joħloq diffikultajiet fil-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità, b’mod partikolari meta d-direttivi jużaw l-istess “modulu” imma t-test ta’ dan il-modulu jvarja minn direttiva għal oħra.

4.   Il-proposta tal-Kummissjoni

4.1   Meta oriġinarjament ġie adottat il-qafas ġdid f’Lulju 2008, is-servizzi tal-Kummissjoni fittxew, fil-leġislazzjoni dwar il-prodotti, strumenti li kellhom jiġu riveduti fis-snin ta’ wara, għal raġunijiet settorjali; fil-biċċa l-kbira tagħhom, dawn ir-reviżjonijiet kienu marbutin ma’ każijiet individwali msemmijin fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni.

4.2   Permezz ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan timplimenta l-leġislazzjoni tal-“approċċ ġdid” applikata f’ċerti setturi kkonċernati, abbażi tal-istandards ġodda stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sabiex dan iseħħ, huwa previst li l-għaxar direttivi li ġejjin ikunu allinjati ma’ din id-Deċiżjoni:

Direttiva 2006/95/KE, dwar l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ.

Direttiva 2009/105/KE dwar reċipjenti sempliċi taħt pressjoni;

Direttiva 2009/23/KE dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi;

Direttiva 93/15/KEE dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-suq u s-superviżjoni ta’ splużivi għall-użu ċivili;

Direttiva 94/9/KE l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw it-tagħmir u sistemi ta’ protezzjoni maħsuba għall-użu f’atmosferi potenzjalment esplussivi;

Direttiva 95/16/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-lifts;

Direttiva 97/23/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni;

Direttiva 2004/22/KE dwar l-istrumenti tal-kejl;

Direttiva 2004/108/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE;

Direttiva 2007/23/KE dwar it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi.

4.2.1   L-iżjed aspett komuni bejn dawn id-direttivi kollha huwa l-istruttura simili tagħhom: definizzjonijiet, esiġenzi importanti ħafna fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà, referenzi għal regoli Ewropej armonizzati, esiġenzi li jridu jiġu ssodisfati mill-produtturi, kriterji ta’ traċċabbiltà u ta’ valutazzjoni tal-konformità, kif ukoll mekkaniżmi ta’ salvagwardja.

4.2.2   Is-setturi regolati minn dawn id-direttivi huma setturi industrijali importanti ħafna li jiffaċċjaw kompetizzjoni internazzjonali ħarxa u li, għalhekk, jistgħu jgawdu mis-semplifikazzjoni u l-garanzija ta’ kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-UE.

4.2.3   Madankollu, f’din il-proposta l-Kummissjoni tipproponi li jiġi allinjat mad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE pakkett ta’ direttivi tekniċi li ma kenux previsti li jiġu riveduti bħalissa, iżda li jkun utli li għalihom jiġu adottati dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq u kwistjonijiet transsettorjali oħra, mingħajr madankollu ma jiġu ttrattati konsiderazzjonijiet purament settorjali.

4.2.4   L-għan ta’ dan il-pakkett leġislattiv huwa li jiġu mmodifikati dawn id-direttivi sempliċement biex jiġu integrati d-dispożizzjonijiet orizzontali tad-deċiżjoni, f’darba waħda, fil-kuntest ta’ proċess issemplifikat u mingħar ma jiġu eżaminati mill-ġdid l-aspetti settorjali, bil-għan li l-ikbar numru possibbli ta’ setturi jgawdu immedjatament mill-qafas leġislattiv ġdid. Il-kontenut tagħhom huwa limitat strettament għal allinjament mad-deċiżjoni dwar id-definizzjonijiet, l-esiġenzi ta’ traċċabbiltà, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, il-kriterji u l-proċeduri għall-għażla tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità u l-esiġenzi fil-qasam tal-valutazzjoni tal-konformità.

4.2.5   Bil-għan li tikseb l-aqwa kwalità legali possibbli, il-Kummissjoni għażlet it-teknika leġislattiva tar-riformulazzjoni li tikkonsisti “fl-adozzjoni ta’ att legali ġdid li jinkorpora f’test wieħed kemm l-emendi sostantivi li dan jagħmel għall-att ta’ qabel kif ukoll id-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta’ dak l-att. L-att legali l-ġdid jissostitwixxi u jħassar l-att ta’ qabel”. Barra minn hekk, għandhom jiġu adattati wkoll għat-terminoloġija u d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona.

4.3   Skont il-Kummissjoni, l-adattament tal-għaxar direttivi jista’ jinġabar fil-qosor kif ġej:

4.3.1

Miżuri biex tiġi indirizzata l-problema tan-nonkonformità:

obbligi għall-importaturi u d-distributuri;

obbligi għall-produtturi;

esiġenzi fil-qasam tat-traċċabbiltà;

riorganizzazzjoni tal-proċedura tal-klawżola ta’ salvagwardja (sorveljanza fis-suq).

4.3.2

Il-miżuri bil-għan li tiġi garantita l-kwalità tal-ħidma mwettqa mill-korpi notifikati:

tisħiħ tal-esiġenzi ta’ notifika għall-korpi notifikati;

reviżjoni tal-proċedura ta’ notifika;

esiġenzi li jridu jissodisfaw l-awtoritajiet ta’ notifika;

obbligi fil-qasam tal-informazzjoni;

4.3.3

Miżuri biex tiġi garantita koerenza ikbar bejn id-direttivi:

adattament tad-definizzjonijiet u t-terminoloġija użati komunement;

adattament tad-dokumenti u l-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità;

4.3.4

Madankollu, il-proposta ma tittrattax l-aspetti dwar l-applikazzjoni tal-politika ta’ standardizzazzjoni tal-UE, li jista’ jkollha riperkussjonijiet fuq l-applikazzjoni tad-direttivi li tkopri, u li ser jiġu indirizzati fil-kuntest ta’ inizjattiva leġislattiva oħra.

5.   Kummenti ġenerali

5.1   Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea adottat proposti biex jiġu mmodifikati għaxar direttivi dwar l-armonizzazzjoni teknika relatati mal-applikazzjoni tal-hekk imsejjaħ “Pakkett leġislattiv dwar il-prodotti”, permezz ta’ sempliċi allinjament ta’ dawn id-direttivi mad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE (qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija).

5.2   Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE ġiet adottata flimkien mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 (dwar l-akkreditazzjoni u l-kontroll tas-suq). Iż-żewġ strumenti jistabbilixxu kriterji għat-titjib tal-funzjonament tas-suq intern billi jistabbilixxu approċċ iżjed koerenti tal-politika ta’ armonizzazzjoni teknika fil-qasam tas-sigurtà tal-prodotti, kif ukoll sistema ta’ sorveljanza iżjed effikaċi għall-merkanzija kollha introdotta fis-suq mill-UE jew minn pajjiżi terzi, u billi jsaħħu l-protezzjoni tal-konsumatur fi ħdan is-suq uniku.

5.2.1   Fid-dawl tal-fatt li d-deċiżjoni msemmija fiha nnifisha m’għandhiex effetti legali vinkolanti vis-à-vis partijiet terzi (liema fatt ma jfissirx li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ma tistax tissorvelja l-legalità tagħha), u li hija att sui generis li jirrifletti kompromess istituzzjonali, l-allinjament ta’ parti tad-dispożizzjonijiet għad-direttivi msemmija ser tagħmel iżjed effikaċi l-mekkaniżmu ta’ sorveljanza tas-suq mingħajr ma jkun hemm bżonn li tiġi modifikata kull waħda mid-direttivi.

5.2.2   B’hekk, jiġu ċċarati l-effetti legali tar-regoli inkwistjoni b’mod flessibbli u sempliċi, skont it-teknika tar-riformulazzjoni leġislattiva; fl-istess ħin il-pakkett tad-direttivi jiġi adattat għat-terminoloġija u għal ċerti dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Lisbona.

5.3   Il-Kumitat jenfasizza wkoll il-kontribut tal-modifiki leġislattivi msemmija biex jintlaħqu għanijiet politiċi oħra tal-UE, pereżempju l-konsolidazzjoni tal-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej, it-tisħiħ tal-istrateġiji tal-atturi ekonomiċi fis-setturi milqutin u garanziji iżjed sodi biex jintlaħaq livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumatur, fost affarijiet oħra.

6.   Kummenti speċifiċi

6.1   Fid-dawl tat-teknika leġislattiva speċifika użata mill-Kummissjoni, u tal-fatt li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jkopri kompetenzi komuni (il-funzjonament tas-suq intern – Artikoli 4(2)(a) u 114 tat-TFUE), huwa tajjeb li jkun hemm għadd ta’ riflessjonijiet dwar it-terminoloġija użata f’ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE, l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u r-rwol tas-soċjetà ċivili organizzata fl-implimentazzjoni futura tal-pakkett leġislattiv magħmul mill-għaxar direttivi.

6.2   Hemm ċertu nuqqas ta’ preċiżjoni fit-test peress li ma ssirx distinzjoni bejn it-termini “prinċipji ġenerali” (Artikolu 1 tad-Deċiżjoni u Artikolu R11 tal-Anness I tagħha) u “prinċipji komuni” (premessi 5 u 6 tad-Deċiżjoni), peress li la fit-test tad-Deċiżjoni u lanqas fid-direttivi mmodifikati mid-dispożizzjonijiet tagħha ma jiġi ppreċiżat b’mod konkret it-tifsira ta’ dawn iż-żewġ kunċetti, u lanqas id-differenza li hemm bejniethom (jekk fil-fatt hemm). Bl-istess mod, it-terminu “interess pubbliku” jintuża (premessa 8 tad-Deċiżjoni u l-Artikoli 3 u R31 u R33 tal-Anness I tagħha) mingħajr ma jiġi ppreċiżat il-kontenut tiegħu fl-ambitu tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija.

Ċertament ir-rapidità, li hi ta’ min ifaħħarha, li timplika din it-teknika ta’ modifikazzjoni tad-direttivi ma twaqqafx milli jkun hemm definizzjoni preċiża u dettaljata ta’ termini rilevanti għall-implimentazzjoni tagħha.

6.3   Wieħed mill-vantaġġi tad-dħul fis-seħħ tad-direttivi ser ikun it-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta’ sorveljanza u l-fatt li l-atturi tas-suq ikunu jistgħu huma stess jiġbdu l-attenzjoni għall-prattiki irregolari jew illegali. Iżda, ikun utli li tiġi ppreċiżata n-natura u l-limitu minimu tas-sanzjonijiet li għandhom jiġu previsti fil-leġislazzjoni tal-Istati Membri. L-applikazzjoni tagħhom għandha tiġi garantita mil-leġislazzjoni tal-Istati Membri fid-dawl tal-fatt li l-uniku obbligu li jridu jirrispettaw l-awtoritajiet nazzjonali vis-à-vis dawn id-dispożizzjonijiet huwa li jiffissaw regoli fil-qasam tas-sanzjonijiet għal dan it-tip ta’ ksur (premessa 24 tad-dokument COM(2011) 773 final).

6.3.1   F’ambjent legali frammentat fil-livell leġislattiv u amministrattiv, kif inhu l-każ fl-Istati Membri tal-UE f’dan il-qasam, jeżisti riskju serju ta’ ineffiċjenza fit-tilħiq tal-għanijiet rilevanti jekk dawn l-obbligi ma jkunux definiti b’mod iżjed konkret fil-livell sopranazzjonali.

6.3.2   Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni ssolvi din il-problema li attwalment qed taffettwa l-funzjonament tas-suq intern, u tressaq proposti dwar dan is-suġġett, bħalma tagħmel għal politiki Komunitarji oħra.

6.4   Il-modifiki leġislattivi la jsaħħu u lanqas jippromovu r-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur fil-qasam tas-sorveljanza u tal-informazzjoni, u l-Kumitat jikkundanna l-fatt li, paradossalment, fil-biċċa l-kbira tagħhom jitħallew f’idejn l-atturi tas-suq.

6.5   Jista’ jkun diffiċli li jitwettaq il-mandat tat-TUE u tat-TFUE dwar it-tisħiħ tas-sussidjarjetà orizzontali u, għaldaqstant, tal-prinċipju tad-demokrazija parteċipattiva u tar-rwol tas-soċjetà ċivili organizzata fl-UE, fid-dawl ta’ dak li hu previst fl-unika dispożizzjoni tad-Deċiżjoni (premessa 35) li tagħti lill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rwol passiv f’dan ir-rigward (jirċievu informazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-marka CE) u li għandu jkun l-istess bħal dak tal-produtturi.

6.6   Is-sistema attwali tal-marka ma tiżgurax li l-prodott ikun għadda minn proċess għall-garanzija tal-kwalità u tas-sigurtà, u dan jiddiżappunta l-istennijiet tal-konsumaturi. Il-Kummissjoni, il-produtturi u l-konsumaturi għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li fil-ġejjieni tinħoloq sistema ġdida għall-immarkar li tiddetermina l-oriġini tal-prodotti u tiggarantixxi t-traċċabbiltà tagħhom, sabiex il-konsumaturi jkunu infurmati aħjar.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82; Opinjoni tal-KESE: ĠU C 120, 16.5.2008, p. 1.

(2)  ĠU C 120, 16.5.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 380, 31.12.1990, p. 13.

(4)  ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23.

(5)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30; Opinjoni tal-KESE: ĠU C 120, 16.5.2008, p. 1.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/111


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont 2020 — Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)”

COM(2011) 809 finali — 2011/0401 (COD),

“Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont 2020 — ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni fil-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)”

COM(2011) 810 finali — 2011/0399 (COD),

“Il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li Jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)”

COM(2011) 811 finali — 2011/0402 (CNS),

“Il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta ‘Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni — Orizzont 2020’”

COM(2011) 812 finali — 2011/0400 (NLE)

2012/C 181/20

Relatur: is-Sur WOLF

Nhar il-15 ta’ Diċembru u nhar it-13 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikoli 173(3) u 182(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)”

COM(2011) 809 final – 2011/0401 (COD).

Nhar id-19 ta’ Diċembru u nhar it-13 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikoli 173, 183 u 188(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'“Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)”

COM(2011) 810 final – 2011/0399 (COD).

Nhar il-15 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 182(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li Jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)

COM(2011) 811 final – 2011/0402 (CNS).

Nhar il-21 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta “Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020”

COM(2011) 812 final – 2011/0400 (NLE).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'122 vot favur, 3 voti kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Sinteżi u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE jilqa' u jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni u l-approċċ integrat assoċjat magħhom, u jemmen li huma elementi essenzjali tal-Istrateġija Ewropa 2020. Jilqa' x-xewqa tal-Kummissjoni li tagħti lir-riċerka u l-innovazzjoni aktar importanza milli ngħataw s'issa. Jemmen li dan jirrappreżenta progress konsiderevoli, anke b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu. Madankollu, jinnota li f'ċerti punti għad hemm bżonn ta’ xi żidiet, kjarifiki u korrezzjonijiet.

1.2   Il-Kumitat jilqa' b'mod partikolari l-proposti dwar is-semplifikazzjoni u l-flessibbiltà. Dawn għandhom jitfasslu b'tali mod li tiġi żgurata l-akbar kontinwità possibbli u li ma tiżdiedx il-kumplessità.

1.3   L-intenzjonijiet espressi rigward il-governanza għandhom jiġu sostanzjati b'mod dettaljat malajr kemm jista' jkun, u dan jirrikjedi qbil bejn dawk kollha kkonċernati.

1.4   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport interim dwar l-esperjenzi tal-“Orizzont 2020”, l-implimentazzjoni u l-organizzazzjoni tiegħu wara perjodu ta’ sentejn biss.

1.5   L-immaġni professjonali tar-riċerkaturi Ewropej għandha ssir aktar attraenti b'konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill “Kompetittività” tat-2 ta’ Marzu 2010 (1) bil-għan li jitneħħew jew jiġu kumpensati l-iżvantaġġi soċjali attwali.

1.6   Id-dokumenti tal-Kummissjoni (Programm Qafas, regoli għall-parteċipazzjoni, Programm Euratom), fejn issa qed jiġi propost li l-forma legali tkun “regolament”, għandhom iżommu l-forma legali li ntużat s'issa, jiġifieri “deċiżjoni”, sakemm il-Kummissjoni ma tipprovdix raġuni konvinċenti għal din il-bidla.

1.7   Il-Kumitat jilqa' u jappoġġja l-partijiet kollha u r-regoli tal-programm, b'mod partikolari dawk li huma ta’ benefiċċju għall-innovazzjoni soċjali, ir-riċerka fil-fruntiera tal-għarfien, l-SMEs u l-universitajiet.

1.8   L-istrument prinċipali tal-“Orizzont 2020” għandu jibqa' l-proġetti ta’ kollaborazzjoni li jkunu jistgħu jiġu mmaniġġjati, b'għadd prattiku ta’ parteċipanti.

1.9   L-infrastrutturi huma x-xempju tal-valur miżjud Ewropew b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dan għandu jiġi rifless b'mod ċar fl-allokazzjoni indikattiva tal-baġit.

1.10   Fir-rigward tal-“isfidi tas-soċjetà”, għandha tingħata aktar importanza lill-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp li jippromovu sistema tal-enerġija sostenibbli b'livell baxx ta’ CO2.

1.11   Barra minn hekk, il-lista ta’ “sfidi tas-soċjetà” għandha tinkludi wkoll il-kwistjoni importanti tal-“kapaċità innovattiva tas-soċjetà u l-intrapriżi”.

1.12   It-teknoloġiji ewlenin jgħinu kemm il-kompetittività industrijali kif ukoll biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali. Il-Kumitat jappoġġja b'mod espliċitu t-tisħiħ tagħhom.

1.13   Meta jkunu qed jitfasslu l-kriterji ta’ evalwazzjoni b'rabta mal-promozzjoni tar-riċerka, l-eċċellenza għandha tkompli tingħata prijorità għaliex tat prova li hi tajba. Fil-promozzjoni tar-riċerka, l-evalwazzjoni tas-suq ukoll taqdi rwol importanti, għalkemm dejjem tkun kriterju diffiċli ħafna.

1.14   Il-kontradizzjonijiet li jista' jkun hemm bejn l-għanijiet ta’ politika tar-riċerka ffokata fuq ix-xjenza u dawk ta’ politika tal-industrija u l-kompetizzjoni li tippromovi l-innovazzjoni għandhom jiġu identifikati sabiex tinsab soluzzjoni adatta għal kull waħda minnhom.

1.15   Sabiex l-integrazzjoni tal-politika tar-riċerka u tal-innovazzjoni tirnexxi, hemm bżonn li bosta direttorati ġenerali u servizzi tal-Kummissjoni jaħdmu id f'id. Il-Kumitat jappoġġja dawn l-isforzi. Barra minn hekk, jinħtieġu uffiċjali esperti li jkunu ilhom u jibqgħu midħla tal-qasam ta’ riċerka. Il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb u żżomm l-għarfien espert xjentifiku u tekniku tagħha kif ukoll il-kapaċità tagħha li tagħti ġudizzju.

1.16   L-għanijiet ewlenin tal-Programm Euratom għandhom ikunu, kif inhu propost, is-sikurezza nukleari, ir-rimi permanenti tal-iskart radjuattiv ħafna u l-iżvilupp tal-fużjoni nukleari, bil-proġett internazzjonali ITER bħala l-inizjattiva ewlenija. L-istruttura tal-Programm għandha tara li jinżammu l-appoġġ u l-impenn tal-Istati Membri.

1.17   L-istrumenti u t-termini speċjalizzati fl-“Orizzont 2020” għandhom jiġu spjegati b'mod li jifhimhom kulħadd sabiex il-Programm jintuża b'mod aktar faċli. Għandha tingħata attenzjoni partikolari li l-SMEs jingħataw pariri adegwati u kompetenti.

2.   Deskrizzjoni qasira tal-proposti ppreżentati mill-Kummissjoni

Din l-opinjoni tittratta dwar il-pakkett ta’ proposti t'hawn taħt li l-Kummissjoni ppreżentat f'dokumenti separati:

1)

proposta għall-Programm Qafas “Orizzont 2020” għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020;

2)

proposta għal sett uniku ta’ regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni;

3)

proposta għal Programm Speċifiku uniku li jimplimenta l-“Orizzont 2020”; kif ukoll

4)

proposta għall-partijiet tal-“Orizzont 2020” li jikkorispondu għat-Trattat Euratom.

Ilkoll flimkien dawn id-dokumenti fihom mat-380 paġna. Il-punti ewlenin tagħhom ser jiġu ppreżentati fil-qosor fil-paragrafi 2.1 sa 2.4, u dawn għandhom iservu ta’ referenza għall-kummenti u r-rakkomandazzjonijiet li l-Kumitat imbagħad iressaq fil-kapitoli minn 3 sa 7.

2.1   Programm Qafas Orizzont 2020

2.1.1   B'differenza mid-drawwa li segwiet s'issa, il-Kummissjoni ma pproponietx it-Tmien Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku kif kien mistenni. Minflok, fil-Green Paper (2) jingħad li l-Programm Qafas “Orizzont 2020” għandu jiġbor flimkien l-attivitajiet li bħalissa huma appoġġjati fl-ambitu tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku, il-partijiet tal-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) li huma rilevanti għall-innovazzjoni kif ukoll dawk appoġġjati mill-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT). Barra minn hekk, il-Kummissjoni hawnhekk qed tipproponi “regolament” minflok “deċiżjoni” tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif sar s'issa.

2.1.2   Jingħad li l-għanijiet u l-punti ewlenin tal-politika ta’ finanzjament tal-“Orizzont 20202” huma:

a)

xjenza eċċellenti, b'baġit propost ta’ EUR 27 818 miljun;

b)

tmexxija industrijali, b'baġit propost ta’ EUR 20 280 miljun;

c)

sfidi tas-soċjetà, b'baġit propost ta’ EUR 35 888 miljun.

2.1.3   Għan ieħor hu li jiġi ssemplifikat l-aċċess għall-Programm Qafas u l-parteċipazzjoni fih.

2.1.4   Il-baġit totali propost għall-Orizzont 2020 huwa ta’ madwar EUR 88 biljun, u dan għandu jiġi kkomplementat permezz ta’ finanzjament mill-Fondi Strutturali u l-programm tal-edukazzjoni.

2.2   Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni

2.2.1   Dawn jikkonċernaw il-metodi tal-parteċipazzjoni fil-Programm Qafas. Huma għandhom jiggarantixxu qafas legali uniku u flessibbli li jissemplifika l-proċeduri u jkunu japplikaw għall-komponenti kollha tal-Orizzont 2020. Barra minn hekk, titħalla l-possibbiltà li jsiru aġġustamenti u eċċezzjonijiet.

2.2.2   Tiġi stabbilita rata ta’ finanzjament unika mingħajr ma tagħmel differenza fost il-parteċipanti. Barra minn dan, ser jintużaw aktar is-somom f'daqqa (lump sums), ir-rati fissi u l-ispejjeż tal-iskala ta’ unità, filwaqt li jiġu aċċettati b'mod wiesa' l-prattiċi ta’ kontabbiltà normali tal-benefiċjarji tal-għotja.

2.2.3   Għall-għajnuna finanzjarja fil-każ ta’ spejjeż diretti eliġibbli ġew previsti r-rati ta’ finanzjament li ġejjin:

a)

L-għotja tal-Orizzont 2020 tista' tilħaq massimu ta’ 100 % tat-total tal-ispejjeż diretti eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ kofinanzjament.

b)

L-għotja tal-Orizzont 2020 għandha tkun limitata għal massimu ta’ 70 % tat-total tal-ispejjeż diretti eliġibbli għall-azzjonijiet li ġejjin:

azzjonijiet li primarjament jikkonsistu minn attivitajiet bħal ħolqien ta’ prototipi, ittestjar, dimostrazzjoni, żvilupp sperimentali, pilotaġġ, replikazzjoni tas-suq;

azzjonijiet kofinanzjati minn programmi.

2.2.4   L-ispejjeż indiretti eliġibbli jiġu determinati bl-applikazzjoni ta’ rata fissa ta’ 20 % tat-total tal-ispejjeż diretti eliġibbli, jew inkella l-programm ta’ ħidma jista' jippermetti l-finanzjament permezz ta’ somom f'daqqa jew il-finanzjament tal-ispejjeż tal-iskala ta’ unità.

2.2.5   Għall-parteċipazzjoni f'dan japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.2.5.1

Tal-inqas tliet entitajiet legali għandhom jipparteċipaw f'azzjoni.

Kull waħda mit-tlieta għandha tkun stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat.

It-tliet entitajiet legali jridu jkunu stabbiliti fi Stati Membri jew pajjiżi assoċjati differenti;

It-tliet entitajiet legali kollha għandhom ikunu indipendenti minn xulxin fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 7.

2.2.5.2

B'deroga għal dan, fil-każijiet li ġejjin il-kundizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta’ entità legali waħda stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat:

a)

azzjonijiet għal riċerka fil-fruntieri tal-għarfien tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC),

b)

meta jintuża l-istrument ta’ SME,

c)

azzjonijiet kofinanzjati minn programmi,

d)

f'każijiet ġustifikati previsti fil-programm ta’ ħidma jew fil-pjan ta’ ħidma, kif ukoll

e)

fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ u azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ mobbiltà.

2.2.6   Proċeduri ta’ evalwazzjoni

2.2.6.1   Il-proposti sottomessi għandhom jiġu evalwati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

a)

eċċellenza;

b)

impatt;

c)

kwalità u effiċjenza tal-implimentazzjoni.

2.2.6.2   Il-proposti għal riċerka fil-fruntieri tal-għarfien (ERC) jiġu evalwati biss abbażi tal-kriterju tal-eċċellenza.

2.3   Programm Speċifiku

2.3.1   Filwaqt li s-Seba' Programm Kwadru juża diversi “programmi speċifiċi” (pereżempju “Kooperazzjoni” jew “Kapaċitajiet”), issa l-Kummissjoni qed tipproponi “programm speċifiku” wieħed li jinkludi d-diversi għanijiet u strutturi ta’ finanzjament fil-qafas ta’ sottoprogrammi.

2.3.2   L-erba' sottoprogrammi huma:

I.

Xjenza eċċellenti, li jinkludi

i.

riċerka fil-fruntieri tal-għarfien (ERC),

ii.

riċerka dwar teknoloġiji futuri u emerġenti (FET),

iii.

“azzjonijiet Marie Curie”, u

iv.

infrastrutturi ta’ riċerka Ewropej.

II.

Tmexxija industrijali, li jinkludi

i.

teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni,

ii.

nanoteknoloġiji,

iii.

materjali,

iv.

bijoteknoloġija,

v.

manifattura u proċessar, u

vi.

spazju.

Ma' dawn jiżdiedu t-titjib tal-aċċess għal finanzjament ta’ riskju u ż-żieda fl-innovazzjoni fl-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.

III.

Sfidi tas-soċjetà, li jinkludi

i.

saħħa, bidla demografika u benesseri,

ii.

sikurezza tal-ikel, agrikoltura sostenibbli, riċerka tal-baħar u marittima, u l-bijoekonomija,

iii.

enerġija sigura, nadifa u effiċjenti,

iv.

trasport intelliġenti, ekoloġiku u integrat,

v.

azzjoni klimatika, użu effiċjenti tar-riżorsi u materja prima,

vi.

soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u siguri.

IV.

L-għan tal-azzjonijiet mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) hu li tissaħħaħ il-bażi ta’ evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika, jiġu spjegati b'mod ċar il-proċessi naturali sottostanti għall-isfidi tas-soċjetà, u li jiġu eżaminati l-oqsma emerġenti tax-xjenza u teknoloġija.

(L-azzjonijiet nukleari tal-JRC jinsabu fil-parti dwar il-Euratom.)

2.4   Programm Euratom 2014-2018

2.4.1   Il-Programm Euratom ikopri l-attivitajiet ta’ riċerka b'rabta mal-enerġija nukleari (fużjoni nukleari u fissjoni nukleari) u mal-protezzjoni mir-radjazzjoni. B'differenza mid-drawwa li kien hemm s'issa, il-Programm ma ġiex propost bħala deċiżjoni iżda bħala regolament. Hu għandu jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet strateġiċi tal-Orizzont 2020 (punt 2.1.2). Skont it-Trattat Euratom, il-Programm huwa limitat għal perjodu ta’ ħames snin, u għalhekk jintemm fl-2018.

2.4.2   L-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom jikkonċernaw:

a)

l-operat sikur tas-sistemi nukleari,

b)

is-soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-iskart nukleari aħħari,

c)

l-iżvilupp u s-sostenibbiltà tal-kompetenzi nukleari (fissjoni nukleari),

d)

il-promozzjoni tal-protezzjoni mir-radjazzjoni,

e)

l-attivitajiet ta’ żvilupp fil-qasam tal-fużjoni nukleari permezz tal-faċilitajiet sperimentali eżistenti u futuri,

f)

l-iżvilupp ta’ materjali, teknoloġiji u disinni kunċettwali,

g)

il-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-kompetittività industrijali,

h)

l-iżgurar tad-disponibbiltà u l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka.

2.4.3   Fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti l-Kummissjoni hija megħjuna minn kumitati konsultattivi.

2.4.4   L-azzjonijiet diretti jirrigwardaw il-Programm għar-Riċerka u l-Iżvilupp taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka.

2.4.5   Għall-ITER ġiet ippreżentata deċiżjoni separata, billi l-finanzjament ta’ dan il-proġett ser ikun barra mill-qafas finanzjarju multiannwali.

3.   Kummenti ġenerali tal-Kumitat

Minħabba t-tul tal-erba' dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni, il-Kumitat jista' jikkummenta biss fuq għadd żgħir ta’ punti li jikkunsidrahom ta’ importanza fundamentali.

3.1   Approvazzjoni ġenerali

Il-Kumitat jilqa' u jappoġġja l-proposti tal-Kummissjoni bħala element essenzjali tal-Istrateġija Ewropa 2020. Jemmen li dawn jirrappreżentaw approċċ integrat effettiv. Huwa jinnota li ħafna mir-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu (pereżempju dwar is-semplifikazzjoni (3), dwar il-Green Paper (4) u dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni (5)) ġew ikkundsidrati, u għalhekk jagħmel referenza għal dawn l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li jitressqu fihom. Madankollu, jinnota li f'ċerti punti għad hemm bżonn ta’ xi żidiet, kjarifiki u korrezzjonijiet.

3.2   Prijoritajiet, baġit, għan ta’ 3 % u l-effett ta’ lieva

3.2.1   Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni ser jiddeterminaw il-pożizzjoni futura tal-Ewropa fid-dinja. Minħabba din l-importanza deċiżiva tagħhom, huma għandhom jingħataw prijorità konsiderevolemnt ogħla mhux biss fil-Kummissjoni iżda wkoll, u b'mod partikolari, fl-Istati Membri. Il-Kumitat jinnota b'sodisfazzjon li l-baġit propost għall-Orizzont 2020 juri verament l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tpoġġi enfasi akbar minn qatt qabel fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll fuq l-investimenti meħtieġa għalihom. Dan hu konformi mar-rakkomandazzjonijiet ripetuti tal-Kumitat u għalhekk għandu l-appoġġ sħiħ tiegħu. Madankollu, jidher b'mod oġġettiv li l-baġit propost bħalissa għadu insuffiċjenti minħabba l-għan ta’ 3 % diskuss hawn taħt u l-għanijiet tematiċi ambizzjużi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. Però l-Kumitat jirrikonoxxi li dan hu kompromess fattibbli fil-kuntest tar-restrizzjonijiet prattiċi l-oħra.

3.2.2   Fl-2002, il-Kunsill ta’ Barċellona adotta l-għan ta’ 3 % għall-Istrateġija ta’ Lisbona, li ntemmet fl-2010, liema għan kien maħsub fuq kollox għall-politika ta’ finanzjament tal-Istati Membri u l-industriji tagħhom. L-għan kien jgħid li sa l-2010 l-Istati Membri kellhom jużaw 3 % tal-Prodott Domestiku Gross għar-riċerka u l-iżvilupp, b'terz minn dan l-ammont ikun ġej mill-finanzjament pubbliku u żewġ terzi mill-industrija. S'issa dan l-għan ma ntlaħaqx, la bħala medja Ewropea u lanqas f'bosta Stati Membri. Għalhekk reġa' ġie inkluż fl-Istrateġija Ewropa 2020.

3.2.3   Il-politika ta’ finanzjament stabbilta fil-Programm Orizzont 2020 għandha tipprovdi effett ta’ lieva deċiżiv, sabiex għall-inqas din id-darba l-għan ta’ 3 % jintlaħaq. B'xorti ħażina, minkejja li l-baġit żdied, xorta għad hemm id-dubji dwar kemm dan ser jipprovdi l-effett ta’ lieva li hemm bżonn biex jintlaħaq l-għan. Il-baġit Komunitarju totali jikkontribwixxi għal madwar 1 % tal-Prodott Domestiku Gross tal-Istati Membri. Persentaġġ ta’ ftit inqas minn 9 % minnu huwa allokat għall-Orizzont 2020. B'hekk, l-effett ta’ lieva kwantitattiv għadu inqas minn 1:30. Dan ifisser li l-baġit propost jista' jitqies biss bħala l-ewwel pass meħtieġ lejn l-ammont ta’ finanzjament li verament hemm bżonn, u għalhekk fl-ebda każ m'għandu jitnaqqas.

3.3   Semplifikazzjoni u kontinwità

Il-KESE jappoġġja b'mod partikolari l-miżuri maħsuba għas-semplifikazzjoni tal-proċeduri, li ilha tintalab żmien twil (6). Hawnhekk teżisti linja fina diffiċli bejn is-semplifikazzjoni, l-ispeċifiċità tal-każijiet u l-kontinwità li hija mitluba wkoll – din hija linja li għad trid tiġi rfinata. Madankollu, dan fl-ebda każ m'għandu jeħodna lura għall-proċeduri kumplessi żżejjed li jieħdu żmien twil.

3.4   Libertà u flessibbiltà

Għaldaqstant, il-Kumitat jilqa' l-fatt li, flimkien mal-ftit regoli sempliċi, l-istruttura tal-programm u l-allokazzjoni tal-baġit iħallu ammont suffiċjenti ta’ flessibbiltà u libertà (Programm Speċifiku, Titolu I, Artikolu 6 “Baġit”). Għalhekk, huwa partikolarment importanti li jiġu ċċarati l-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet futuri, speċjalment ir-rwol tal-kumitati tal-programm.

3.5   Governanza

Il-Kumitat jappoġġja l-premessi u l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni (ara l-punt 21 tal-COM(2011) 809 final), b'mod partikolari l-enfasi fuq il-proċessi minn isfel għal fuq (bottom-up). Jappoġġja wkoll l-intenzjoni li jkun hemm interazzjoni regolari mal-utenti aħħarija, iċ-ċittadini, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jkunu ser jiġu stabbiliti l-prijoritajiet tal-Programm Speċifiku.

3.5.1   Fl-opinjoni tal-Kumitat, madankollu, dawn l-istqarrijiet ġenerali ħafna tal-Kummissjoni jridu jiġu kkomplementati b'indikazzjonijiet dettaljati u preċiżi dwar kif ser jipproċedi l-Programm kif ukoll dwar id-deċiżjonijiet rilevanti, l-allokazzjonijiet (anke baġitarji) u l-informazzjoni tematika speċifika. Il-governanza meħtieġa għandha tiċċara b'mod suffiċjenti sa liema punt, b'liema strutturi u fuq liema livelli tat-teħid ta’ deċiżjonijiet (pereżempju l-kumitati tal-programm) il-partijiet interessati kkonċernati u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili ser ikunu involuti b'mod bilanċjat f'dawn il-proċessi u l-programmi ta’ ħidma. Il-Kummissjoni wara kollox tixtieq li fil-programmi ta’ ħidma ma jiġux trasferiti t-temi biss, iżda wkoll ir-regoli dettaljati dwar il-baġits, l-istrumenti ta’ finanzjament, l-ammonti tal-finanzjament u, jekk jagħti l-każ, l-outsourcing għall-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija, l-“inizjattivi Artikolu 185”, eċċ.

3.5.2   Billi fil-proposta l-Kummissjoni tindika wkoll li beħsiebha tuża aġenziji eżekuttivi jew strutturi esterni oħra, b'konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Finanzjarju, hemm bżonn ta’ kjarifika usa' rigward ir-rwol, is-setgħat u l-kontroll tagħhom.

3.5.3   Il-Kumitat jirrakkomanda li dawn il-kwistjonijiet jiġu ċċarati f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati, li jiġu ppreżentati f'dokument ta’ akkumpanjament, u li mbagħad tinstema' l-opinjoni tal-Kumitati dwarhom. Fl-istess ħin, iwissi li dan il-proċess ta’ organizzazzjoni m'għandux jerġa' jwassal, kważi bil-moħbi, għar-regolamentazzjoni (żejda) u l-kumplessità li kien hemm s'issa, speċjalment fil-programmi ta’ ħidma (ara wkoll il-punt 3.3). Il-kontinwità mal-proċessi preċedenti għandha tinkiser biss jekk ma jkunx hemm mod ieħor kif jiġu ssemplifikati l-proċeduri.

3.6   Duplikazzjoni tal-isforzi

Xi sottotemi u kwistjonijiet fis-sottoprogrammi tal-“Programm Speċifiku” jaf jkunu ddupplikati. Filwaqt li jżid il-flessibbiltà, dan iwassal biex jiġu ttrasferiti l-prijoritajiet u jagħmel is-superviżjoni u l-organizzazzjoni tagħhom diffiċli. Pereżempju, is-sottoprogrammi “Xjenza Eċċellenti” jew “Tmexxija Industrijali” jistgħu jikkontribwixxu għarfien u impulsi deċiżivi għas-sottoprogramm “Sfidi tas-Soċjetà”.

3.7   Rapport interim

Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda wkoll li, minbarra r-“rapport interim” li għandu jsir wara erba' snin (bħall-evalwazzjoni prevista fil-COM(2011) 52 final), wara sentejn biss li jibda l-Programm il-Kummissjoni tista' tippreżenta “rapport interim” li jitkellem dwar l-attivitajiet u l-esperjenzi miksuba sa dak iż-żmien min-naħa tal-Kummissjoni u tal-partijiet interessati, speċjalment fir-rigward tal-governanza mitluba hawnhekk.

3.8   Allokazzjoni indikattiva tal-baġit

Minkejja l-limiti ppreżentati, il-Kumitat jilqa' wkoll l-allokazzjoni indikattiva proposta tal-baġit u t-tqassim tal-baġit fost is-sottoprogrammi individwali u s-sottotemi tagħhom. Dan japplika wkoll b'mod partikolari għall-appoġġ għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju kif ukoll għall-problemi u l-kwistjonijiet soċjali. It-tliet eċċezzjonijiet għal dan ser jiġu indirizzati aktar 'l isfel (punti 4.3, 4.2.1 u 4.2.2). Barra minn hekk, għandu jiġi spjegat b'mod trasparenti xi rwol ser ikollha l-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali u reġjonali (pereżempju tal-programm il-ġdid ERA Net) meta mqabbel mal-finanzjament dirett għar-riċerka.

3.9   Il-professjoni tar-riċerka

Fil-premessa (22) tal-proposta dwar l-istabbiliment tal-Programm Qafas, il-Kummissjoni tenfasizza li “Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-attrattività tal-professjoni tar-riċerka fl-Unjoni.” F'dan ir-rigward, madankollu, il-Kumitat stenna dettalji speċifiċi dwar il-miżuri li sadanittant ittieħdu bħala risposta għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill “Kompetittività” (7) tat-2 ta’ Marzu 2010 u biex tittejjeb tassew il-qagħda soċjali tax-xjentisti żgħażagħ (ara l-Kapitolu 6 għal aktar dettalji).

3.10   Regolament jew deċiżjoni

Għall-Kumitat mhux ċar, u ma sab l-ebda ġustifikazzjoni tal-Kummissjoni abbażi tal-esperjenza preċedenti, għaliex il-prinċipju tas-sussidjarjetà jirrikjedi jew jippermetti li nitbiegħdu mill-prattika attwali u li flok deċiżjoni jiġi propost regolament fi tnejn oħra mid-dokumenti ppreżentati. Il-Kumitat jirrakkomanda li tinżamm il-prattika attwali, sakemm il-Kummissjoni ma tippreżentax raġuni legali ċara għall-bidla.

3.11   Approċċ koordinat tal-Kummissjoni

Bosta aspetti tal-politika Ewropea tar-riċerka u l-innovazzjoni jirrikjedu approċċ koordinat, kooperattiv u effiċjenti mhux biss bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, iżda wkoll bejn id-diversi Kummissarji, Direttorati Ġenerali u servizzi fi ħdan il-Kummissjoni. Dan jinkludi l-politika tal-edukazzjoni, il-qagħda soċjali tar-riċerkaturi, il-Fondi Strutturali, il-politika ta’ koeżjoni, il-politika industrijali u tal-kompetizzjoni, il-politika tal-enerġija, il-politika tas-saħħa, il-politika ambjentali, eċċ. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-isforzi tagħha f'dan ir-rigward u tiżviluppa l-proċeduri u l-istrumenti neċessarji.

3.12   Persunal espert

Il-Kumitat itenni r-rakkomandazzjoni urġenti tiegħu (8) li l-korpi ta’ finanzjament, b'mod speċjali l-Kummissjoni (jew l-aġenziji eżekuttivi ppjanati), għandhom jinvolvu persunal espert li jkun ta prova ta’ għarfien xjentifiku eċċellenti u li jkun ilu u jibqa' midħla sew tal-qasam ikkonċernat kif ukoll tal-karatteristiċi speċifiċi u l-“komunità” tiegħu. Ir-rotazzjoni regolari tal-impjiegi hija kontraproduttiva ħafna fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp.

3.12.1   Iż-żamma tal-għarfien espert u tal-impenn

Barra minn hekk, il-Kumitat huwa preokkupat li t-tendenza msemmija li l-kompiti u l-attivitajiet tal-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni jiġu ttrasferiti mill-Kummissjoni għall-aġenziji twassal biex il-Kummissjoni mhux biss titlef l-għarfien espert u l-kapaċità tagħha li tagħti ġudizzju, iżda wkoll ma tkunx tista' tidentifika lilha nnifisha biżżejjed mal-kontenut fattwali. Issa, din l-identifikazzjoni hija essenzjali sabiex il-Kummissjoni tirrappreżenta t-tema importanti tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fuq livell politiku b'kompetenza, suċċess u entusjażmu. B'dan l-approċċ jintilef piż importanti fis-sistema fraġli taċ-“checks and balances”.

3.13   Azzjonijiet oħrajn – Strateġija Ewropa 2020

Il-Kumitat jemmen li l-Programm Orizzont 2020 huwa komponent meħtieġ u deċiżiv fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020. Però jrid jiġi kkomplementat permezz ta’ azzjonijiet importanti oħrajn kemm min-naħa tal-Kummissjoni kif ukoll, u fuq kollox, min-naħa tal-Istati Membri. F'dan ir-rigward, il-Kumitat jagħmel referenza għall-inizjattivi tiegħu b'rabta mal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-kwistjoni ewlenija hija li l-Istati Membri joħolqu jew jiżviluppaw sistemi ekonomiċi (9), soċjali u edukattivi li jkunu effiċjenti u jiffavorixxu l-innovazzjoni.

4.   Kummenti speċifiċi tal-Kumitat

4.1   Xjenzi soċjali u umanistiċi, il-politika tal-edukazzjoni u l-innovazzjoni

Il-Kumitat jilqa' l-fatt li r-riċerka u l-innovazzjoni fix-xjenzi soċjali u umanistiċi għandhom jiġu inklużi f'kull għan ġenerali tal-Orizzont 2020. Hu jemmen li t-temi msemmijin huma rilevanti u importanti, u jilqa' l-importanza li jingħataw fil-Programm. Il-Kumitat jirrakkomanda wkoll li jsiru sforzi akbar biex tinħoloq sistema edukattiva aktar effettiva fuq il-livelli kollha tat-tagħlim. Dan hu kompitu ewlieni essenzjali biex fl-UE t-talenti jiġu promossi u sfruttati bl-aħjar mod possibbli u titpoġġa enfasi fuq il-ħiliet. Rigward l-għanijiet tal-Orizzont 2020 b'mod speċifiku, għandhom jitħarrġu għadd suffiċjenti ta’ speċjalisti kkwalifikati fl-universitajiet. Is-sisien ta’ dan, però, iridu jitpoġġew fl-iskejjel.

4.2   Sfidi tas-Soċjetà

Il-Kumitat jappoġġja l-lista ta’ “sfidi tas-soċjetà”. Madankollu jirrakkomanda li jiġu enfasizzati aktar l-oqsma li ġejjin:

4.2.1   Il-problema tal-enerġija u l-klima

Rigward l-istabbiliment tal-prijoritajiet fis-sottoprogramm “Sfidi tas-Soċjetà”, il-Kumitat jirrakkomanda li fid-dawl tal-għan estremament ambizzjuż li sal-2050 il-provvista tal-enerġija attwali tagħna tiġi rivoluzzjonata għalkollox u tkun ġejja kompletament minn tekniki b'livell baxx ta’ CO2  (10), din it-tema għandha tingħata wkoll b'mod ċar aktar importanza fl-allokazzjoni tal-baġit (11). B'mod partikolari, għadha ma nstabitx soluzzjoni adegwata għall-problema tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji suffiċjenti u affordabbli fejn tinħażen u tistenna (buffer technologies) l-enerġija b'livell baxx ta’ CO2 biex jiġu ġestiti l-fluttwazzjonijiet fil-provvista tal-enerġija mir-riħ u mix-xemx. L-istess jista' jingħad għall-provvista fit-tul tal-karburanti għat-trakkijiet il-kbar kif ukoll għat-trasport bl-ajru u bil-baħar. Għandu jiġi eżaminat f'aktar dettall ukoll l-impatt fuq l-ekonomija u s-soċjetà.

4.2.2   Kapaċità innovattiva tas-soċjetà u l-intrapriżi

Il-Kumitat jirrakkomanda li l-lista tal-isfidi tas-soċjetà għandha tinkludi wkoll il-kwistjoni importanti tal-“kapaċità innovattiva tas-soċjetà u l-intrapriżi”. (Għaliex Google u Facebook ma nħolqux fl-Ewropa? Għaliex mhux l-Istati Membri kollha għandhom struttura amministrattiva, ekonomika u soċjali li hi effiċjenti bl-istess mod?) Huwa minnu li l-proposta tal-Kummissjoni (ara punt 2.3.2 – III – vi) tinkludi din it-tema fl-għan “Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u siguri”, però l-Kumitat jemmen li b'dan il-mod l-importanza soċjali u ekonomika ta’ din it-tema mhix żviluppata biżżejjed. Fl-aħħar mill-aħħar, din hija t-tema ewlenija tal-inizjattiva “Unjoni tal-Innovazzjoni” (12) (l-isem tal-punt 2.3.2 – III – vi għandu għalhekk jitqassar għal “soċjetajiet inklużi u siguri”).

4.3   SMEs u mikrointrapriżi bħala atturi tal-innovazzjoni

Il-Kumitat jilqa' t-titjib propost għall-promozzjoni tal-SMEs. Jemmen li dan hu element importanti fl-approċċ integrat tal-Istrateġija Ewropa 2020 u jagħmel referenza għall-opinjoni tiegħu dwar l-Unjoni tal-Innovazzjoni (13). Hawnhekk jenfasizza li “d-definizzjoni […] tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju [għandha terġa' tiġi kkunsidrata] peress li opportunijiet ġodda ta’ netwerking permezz tal-ICTs ifissru li l-mikrointrapriżi u anki l-intrapriżi magħmulin minn persuna waħda qed jiksbu iktar importanza. [Kunsiderazzjoni għandha] tingħata wkoll lil-linja ta’ bejn dawn u l-professjonijiet liberali.” Il-Kumitat jilqa' l-informazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni li diġà bdiet il-ħidma f'dan ir-rigward. B'referenza għall-Kapitolu 7, il-Kumitat jinnota wkoll li għall-SMEs huwa partikolarment importanti li jiġu informati tajjeb u b'mod li jinfiehem dwar id-diversi strumenti ta’ appoġġ tal-Orizzont 2020 u l-aċċess għalihom. Huwa mixtieq ukoll li jkun hemm servizz ta’ konsulenza fejn jistgħu jintalbu pariri bil-fomm.

4.4   Universitajiet

Il-Kumitat jilqa' l-possibbiltà prevista fir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni li jingħata finanzjament ta’ 100 % għat-total tal-ispejjeż eliġibbli diretti. Hawnhekk il-Kumitat jara vantaġġi għar-riċerkaturi u l-gruppi ta’ riċerkaturi fl-universitajiet li jaħdmu fix-xjenzi naturali, fl-inġinerija u fl-istudji umanistiċi. Dan huwa ta’ benefiċċju għall-għan li l-Kumitat talab kemm-il darba, jiġifieri li fl-UE jinħolqu u jinżammu universitajiet ta’ livell dinji. Però, kif jgħid ir-rapport Matias (Parlament Ewropew, A7-0302/2011), dawn l-azzjonijiet għandhom bżonn appoġġ addizzjonali mir-riżorsi tal-politika ta’ koeżjoni sabiex jinbnew il-kapaċitajiet neċessarji f'dawk l-Istati Membri li s'issa ma kinux involuti biżżejjed fil-Programm Qafas. Mingħajr preġudizzju għal dan, dan l-għan għandu bżonn aktar azzjonijiet importanti, iżda dawn imorru lil hinn mill-qafas ta’ din l-opinjoni.

4.5   Infrastrutturi ta’ riċerka

Kif ġie enfasizzat diversi drabi, il-Kumitat jemmen li l-infrastrutturi l-kbar joffru riżorsi u strumenti kruċjali għall-istudji teknoloġiċi u xjentifiċi u għall-eċċellenza li mingħajrhom dawn żgur ma jkunux possibbli. Minn hawn joħorġu l-attrattività u r-reputazzjoni tagħhom kemm għall-kooperazzjoni fi ħdan l-UE kif ukoll għall-aħjar inġiniera u xjentisti madwar id-dinja (14). Barra minn hekk, l-użu potenzjali tal-infrastrutturi l-kbar imur lil hinn mill-possibbiltajiet u l-bżonnijiet ta’ Stat Membru wieħed, u dan iwassal biex ħafna drabi dawn l-infrastrutturi jiġu stabbiliti u operati minn Stati Membri individwali fi sħubija.

4.5.1   Prinċipju tas-sussidjarjetà

Għalhekk, dawn l-infrastrutturi huma eżempju perfett tal-finanzjament tal-UE b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat jiddispjaċih li din l-importanza formali u sostanzjali mhix riflessa fl-allokazzjoni indikattiva proposta tal-baġit. Għaldaqstant, huwa jirrakkomanda li l-istimi tal-baġits indikattivi l-oħra (minbarra dak tal-SMEs) jitnaqqsu b'bejn 2 % u 2,5 % u li l-ammont li jiġi ffrankat b'dan il-mod jiżdied mal-intestatura tal-infrastrutturi. Dan huwa aktar u aktar neċessarju fid-dawl tal-fatt li taħt din l-intestatura nsibu wkoll l-infrastrutturi elettroniċi, li diġà huma u qed isiru dejjem iżjed importanti.

4.5.2   Spejjeż tal-operat

Barra minn hekk, il-Kumitat jirrakkomanda li l-Kummissjoni tikkontribwixxi wkoll għall-ispejjeż tal-operat fil-qafas tal-finanzjament ta’ proġett, u jitlob lill-Kummissjoni tiċċara li fil-fatt beħsiebha tagħmel dan.

4.6   Teknoloġiji ewlenin

Kif diġà enfasizza l-Kumitat kemm-il darba (15), l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tat-teknoloġiji ewlenin u l-profiċjenza fihom huma kompitu multidixxiplinari kruċjali sabiex, minn naħa, tissaħħaħ il-qagħda kompetittiva tal-UE u, min-naħa l-oħra, jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà bħall-provvista sostenibbli tal-enerġija jew is-saħħa. Għalhekk, il-Kumitat jilqa' l-fatt li din it-tema tingħata importanza adegwata, aktar u aktar billi t-teknoloġiji ewlenin huma xprun effettiv għall-kooperazzjoni bejn il-korpi tar-riċerka u l-industriji, u għalhekk għas-sħubijiet pubbliċi u privati. Il-parti FET-Open tal-programm hija partikolarment importanti f'dan il-kuntest.

4.7   Sistema tal-pagamenti I

Il-Kumitat jilqa' l-proposta li s-sistemi tal-pagamenti tal-korpi tar-riċerka u l-kumpaniji użati fl-Istati Membri (pereżempju, ir-rati għal kull siegħa fl-industriji) għandhom jiġu rikonoxxuti. Dan għandu jinkludi wkoll l-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud.

4.8   Sistema tal-pagamenti II

Barra minn hekk, il-Kumitat jilqa' s-semplifikazzjoni konsiderevoli li tirriżulta mill-metodu tal-100 %/20 % jew 70 %/20 % (dawn il-kunċetti huma ċċarati f'punti 2.2.3 u 2.2.4) fir-regoli għall-parteċipazzjoni. Għalkemm dan joħloq vantaġġ amministrattiv kbir, dan jista' jkollu wkoll kemm vantaġġi kif ukoll żvantaġġi finanzjarji għal diversi gruppi ta’ parteċipanti meta mqabbel mal-kwoti attwali. Għalhekk, il-Kumitat jirrakkomanda li l-ewwel jinkisbu l-esperjenzi b'dan il-metodu u mbagħad, jekk ikun hemm bżonn, jiżdiedu r-rati ta’ finanzjament għall-ispejjeż indiretti.

4.9   Akkwist pubbliku – aspett importanti

Meta jkunu qed jinbnew l-infrastrutturi tar-riċerka u t-tagħmir kbir, l-industrija ta’ spiss tintalab tieħu ħsieb l-iżvilupp u l-bini ta’ komponenti individwali ġodda, kumplessi ħafna u esiġenti. Dan jimplika d-dħul f'oqsma ġodda tat-teknoloġija li jista' joħloq xi problemi tipiċi, kif il-Kumitat iddeskriva fl-opinjoni tiegħu dwar it-trasferiment tal-għarfien (16). Għalhekk, f'din l-opinjoni l-Kumitat kien irrakkomanda “reviżjoni bir-reqqa tal-esperjenzi li nkisbu s'issa fir-rigward tal-applikazzjoni tal-liġijiet attwali tal-UE u l-Istati Membri dwar l-għajnuna mill-Istat, il-baġit, l-għoti tal-kuntratti u l-kompetizzjoni, biex wieħed jiddetermina jekk dawn hux qed iwasslu għall-iskop li l-ħiliet u l-għarfien speċjalizzat miksuba mill-industrija permezz ta’ dawn il-kuntratti jinżammu u jintużaw b'mod li jivvantaġġja l-kompetittività Ewropea kif ukoll il-kuntratti ta’ segwitu sussegwenti.”

4.10   Approċċi ġodda tal-politika industrijali u tal-politika tal-kompetizzjoni

Għalhekk, għandhom jiġu kkunsidrati approċċi ġodda għall-politika industrijali u dik tal-kompetizzjoni. Hawnhekk jeżistu d-dubji dwar jekk l-idea ta’ “akkwist prekummerċjali” li ppreżentat il-Kummissjoni hix l-istrument adatt. F'dan ir-rigward, il-Kumitat, min-naħa, jara r-riskju li jiġu rinunzjati għalkollox it-tmexxija u l-prestazzjoni industrijali minħabba l-biża' mill-possibbiltà ta’ monopolji tal-għarfien. Dan ikun żball kbir. Min-naħa l-oħra, il-Kumitat jara wkoll ir-riskju li ma jinkisibx l-aħjar prodott minħabba l-miżuri protezzjonisti żżejjed li huma ta’ detriment għar-riċerka, u li l-aħjar prodott jinħoloq barra mill-Ewropa. Għaldaqstant, il-Kumitat jirrakkomanda li l-għanijiet differenti, li kultant jikkontradixxu lil xulxin, u r-rekwiżiti tal-politika tar-riċerka, il-politika tal-innovazzjoni u l-politika industrijali jiġu identifikati kif ukoll diskussi u ċċarati mad-diversi partijiet interessati. F'ċerti każijiet jista' jkun hemm bżonn saħansitra ta’ miżuri derogatorji (ara punt 4.9).

4.11   Daqs effiċjenti tal-proġetti

It-tendenza lejn proġetti dejjem akbar, bħal pereżempju l-inizjattivi konġunti tat-teknoloġija, il-KICs u issa l-inizjattivi ewlenin tal-FET, għandha tiġi ssorveljata mill-qrib. Dan għaliex dawn il-proġetti jitolbu dejjem aktar riżorsi u xogħol mill-awtoritajiet lokali u jżidu l-proċessi ta’ konsultazzjoni. Dawn il-proġetti m'għandhom fl-ebda każ isiru “Torri ta’ Babel”.

4.11.1   Proġetti ta’ kollaborazzjoni bħala strument prinċipali

Huwa minnu li l-integrazzjoni tar-riżorsi tista' tkun pożittiva, però f'ċertu punt din tista' wkoll timbotta lill-atturi ż-żgħar 'il barra mill-Programm Qafas billi dawn m'għandhomx l-appoġġ amministrattiv u legali għali li huwa meħtieġ. Dan jikkonċerna b'mod partikolari lill-SMEs u l-gruppi ta’ riċerka tal-universitajiet. Għalhekk, l-istrument prinċipali tal-“Orizzont 2020” għandu jibqa' l-proġetti ta’ kollaborazzjoni li jkunu jistgħu jiġu mmaniġġjati, b'għadd prattiku ta’ parteċipanti.

4.12   L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

Billi l-EIT huwa ffinanzjat mill-baġit tal-Orizzont 2020, il-Kumitat jemmen li l-attivitajiet tiegħu huma wkoll parti mill-istrateġija tal-Orizzont 2020, u għalhekk ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu jgħoddu wkoll għal dan il-qasam. Dwar l-EIT qed titħejja opinjoni separata (17).

4.13   Kriterji tal-valutazzjoni

Il-kriterji tal-evalwazzjoni u tal-għażla (18) proposti mill-Kummissjoni – eċċellenza, impatt, kif ukoll kwalità u effiċjenza – jinsabu f'punt 2.2.6. Il-Kumitat japprova dawn il-kriterji bil-kundizzjoni li tinżamm il-preminenza tal-eċċellenza, li bla dubju ta’ xejn tirrappreżenta l-aktar kriterju importanti għall-prestazzjoni. Rigward ir-riċerka fil-fruntiera tal-għarfien, il-Kumitat iwissi li m'għandhiex titpoġġa wisq enfasi fuq l-aktar pubblikazzjonijiet ikkwotati għaliex dan joħloq żbilanċ favur temi ta’ riċerka li diġà huma stabbiliti sew. Huwa jtenni t-twissija ġenerali tiegħu rigward il-proċeduri ta’ evalwazzjoni formalizzati.

4.13.1   Għall-promozzjoni tal-innovazzjoni b'mod partikolari, fl-evalwazzjoni għandha naturalment tingħata importanza partikolari lill-aspetti marbutin mas-suq  (19). Madankollu, l-istimi inizjali ħżiena, pereżempju fl-iżvilupp tal-kompjuters personali (PC), juru li dan il-kompitu xejn mhu faċli f'xenarju ipotetiku, speċjalment fejn ikun hemm approċċi ġodda, u li mhux bilfors iwassal għal evalwazzjonijiet korretti.

4.14   Ċentru Konġunt għar-Riċerka

Il-Kumitat jilqa' l-proposti dwar il-finanzjament dirett taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka. Jinnota wkoll li l-attivitajiet ta’ dan iċ-Ċentru għandhom ikunu soġġetti għall-istess proċessi ta’ evalwazzjoni bħal dawk ta’ korpi oħrajn. Jekk iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka japplika wkoll għall-finanzjament indirett mill-Programm Speċifiku, huwa għandu jagħmel dan bl-istess kundizzjonijiet bħall-applikanti u l-partijiet interessati l-oħrajn li mhumiex parti mill-Kummissjoni.

5.   Euratom

5.1   Il-Kumitat jemmen li l-Programm Euratom propost hu, b'mod essenzjali u adegwat, kontinwazzjoni loġika tal-Programm Euratom 2012-2013 (20) li ppreżentat il-Kummissjoni dan l-aħħar u li ġie analizzat fid-dettall mill-Kumitat. Il-Kumitat itenni u jikkonferma dak li diġà qal f'dan ir-rigward, jiġifieri “li l-livell ta’ għarfien dwar it-teknoloġiji nukleari, l-użu u l-konsegwenzi tagħhom għandu jinżamm u jiġi żviluppat. Fid-dawl tal-fatt li jaqdi rwol ta’ koordinazzjoni fil-qsim tar-riżorsi u l-integrazzjoni tal-isforzi komuni, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp tal-Euratom joffri valur miżjud Ewropew sinifikanti f'dan ir-rigward.” Il-Kumitat jikkonferma wkoll l-istqarrijiet u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati li għamel dak iż-żmien. F'dan il-kuntest, hawnhekk il-Kumitat jikkonċentra fuq ċerti punti speċifiċi biss. Il-kompitu ewlieni huwa li jiġu żviluppati sistemi ta’ reatturi b'sigurtà massima u bl-inqas ammont possibbli ta’ skart radjuattiv ħafna.

5.2   Il-Kumitat jinnota b'sodisfazzjon li r-rakkomandazzjonijiet li kien ressaq huma riflessi fil-Programm propost mill-Kummissjoni:

it-titjib tas-sigurtà tar-reatturi, ir-rimi tal-iskart radjuattiv ħafna, it-transmutazzjoni biex tonqos ir-radjuattività fit-tul, il-monitoraġġ tal-materjal fissili u l-protezzjoni mir-radjazzjoni;

il-konsegwenzi tat-testijiet tal-istress;

il-ħidma biex tiġi żviluppata l-produzzjoni tal-enerġija mill-fużjoni nukleari, bl-ITER bħala proġett internazzjonali kbir;

it-taħriġ tal-ispeċjalisti u t-tagħlim ta’ għarfien bażiku fl-iskejjel.

5.2.1   Il-Kumitat itenni l-ħtieġa (21) li, irrispettivament mid-deċiżjoni tal-Istati Membri individwali favur jew kontra l-użu tal-enerġija nukleari, “li fl-UE jinżamm u jiġi żviluppat bis-sħiħ l-għarfien tagħna dwar il-kwistjonijiet ta’ sigurtà u dwar it-teknoloġiji relatati. […] In-nuqqas ta’ għarfien komplet iwassal għal politika perikoluża.” Il-Kumitat huwa mħasseb li fl-Istati Membri li qed jabbandunaw l-enerġija nukleari bħalissa, jew li beħsiebhom jagħmlu dan fil-futur, l-istudju u l-iżvilupp ta’ dawn il-kompetenzi ser jintilfu. Dan għandu assolutament jiġi evitat.

5.3   Forum Ewropew dwar l-Enerġija Nukleari (ENEF)

Fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mat-teknoloġija tal-fissjoni nukleari, il-Kumitat jappoġġja b'mod partikolari l-proċeduri u r-rakkomandazzjonijiet tal-Forum Ewropew dwar l-Enerġija Nukleari (ENEF), li fil-ħidma tiegħu jipparteċipa wkoll il-Kumitat b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni.

5.4   Ittestjar tal-istress

Id-deċiżjoni li jsiru testijiet tal-istress fuq l-impjanti tal-enerġija nukleari kollha kienet konsegwenza loġika tal-inċident tar-reattur li kkawża t-tsunami f'Fukushima. Hekk kif jinħarġu r-riżultati kollha ta’ dawn it-testijiet tal-istress, huwa neċessarju li mhux biss jinsiltu l-konklużjonijiet għall-impjanti eżistenti, iżda għandhom jiġu stabbiliti wkoll il-prijoritajiet tar-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni fi ħdan il-Programm Euratom.

5.4.1   Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kunsiderazzjoni tad-difetti possibbli li ma jkunux previsti fid-disinn.

5.5   Fużjoni

F'ċerti oqsma nfetaħ dibattitu pubbliku dwar il-programm tal-fużjoni nukleari, minn banda għaliex sal-2050 (limitu ta’ żmien tal-pjan direzzjonali) ma jistgħux isiru kontributi sinifikanti għall-produzzjoni tal-enerġija b'livell baxx ta’ CO2, u mill-banda l-oħra għaliex l-ispejjeż tal-kostruzzjoni għall-proġett internazzjonali ITER (li skont il-proposta tal-Kummissjoni għandhom jitħallsu minn sorsi barra mill-Programm Qafas) żdiedu b'mod konsiderevoli meta mqabbla mal-istimi oriġinali.

5.5.1   Pjan direzzjonali għall-enerġija 2050

Il-Kumitat se jfassal opinjoni speċifika dwar il-Pjan direzzjonali 2050 (22). Hawnhekk il-Kumitat jenfasizza biss li, fid-dawl tal-iżvilupp demografiku globali u l-ġuħ dejjem ikbar għall-enerġija madwar id-dinja, il-problema globali tal-enerġija bl-ebda mod mhi ser tissolva bil-miżuri li l-UE ser timplimenta sal-2050. F'dan is-sens, il-fużjoni tal-enerġija hija l-unika alternattiva, disponibbli jew magħrufa, li għadha ma ġietx applikata fis-sensiela ta’ teknoloġiji possibbli sabiex jiġi indirizzat dan il-kompitu enormi.

5.5.2   ITER I

Għalkemm il-ħidma preparatorja xjentifika u teknika (Ewropea) għall-ITER biss hija parti mill-Programm Euratom (billi l-ispejjeż tal-kostruzzjoni għandhom jitħallsu minn atturi oħrajn) (23), huwa korrett li l-proġett ITER jitqies bħala inizjattiva ewlenija tar-riċerka dwar il-fużjoni madwar id-dinja kif ukoll tal-programm Ewropew dwar il-fużjoni. Indipendentement mill-possibbiltà u l-ħtieġa ta’ titjib kunċettwali u alternattivi oħra, l-ITER huwa żvilupp uniku kruċjali u internazzjonali lejn l-użu futur tal-enerġija mill-fużjoni. L-ITER għandu jipproduċi għall-ewwel darba fid-dinja enerġija termika mill-fużjoni ta’ 500 megawatts, b'bilanċ pożittiv ta’ enerġija (24).

5.5.3   ITER II

Barra minn hekk, l-ITER huwa l-post fejn tiġi ttestjata l-kooperazzjoni internazzjonali bejn il-pajjiżi industrijalizzati fuq skala li qatt ma kien hemm bħalha. L-imsieħba huma ċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, ir-Russja u l-Istati Uniti tal-Amerika. L-interess tagħhom li jipparteċipaw fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji kruċjali ġodda juri l-istennijiet kbar li jqajjem dan is-sors ġdid ta’ enerġija vantaġġuża b'livell baxx ta’ CO2. Madankollu, minħabba li din il-kooperazzjoni hija ġdida u kumplessa kellha tiġi riveduta l-idea oriġinali li l-ispejjeż totali għal kull imsieħeb jonqsu hekk kif in-numru ta’ msieħba jiżdied. Il-valur kbir ta’ din is-sħubija mhux daqstant li jiġu ffrankati l-flus, iżda li jiżdiedu l-għarfien espert, l-ideat u l-ispeċjalisti eċċellenti. Barra minn hekk, din is-sħubija, bħall-istazzjoni spazjali internazzjonali, tagħti kontribut siewi ħafna għall-paċi u l-fehim internazzjonali (oriġinarjament l-ITER ġie propost u mniedi minn Gorbatschow, Mitterand u Reagan). Fl-opinjoni tal-Kumitat, l-approċċ tal-Kummissjoni li l-kontribut tal-UE għall-kostruzzjoni tal-ITER jitħallas minn sorsi barra mill-baġit tal-UE m'għandu bl-ebda mod ixekkel l-iżvilupp ta’ dan il-proġett.

5.5.4   Impenn tal-Istati Membri – kuntratti ta’ assoċjazzjoni

Fl-opinjoni reċenti tiegħu dwar il-Programm Euratom (25), il-Kumitat enfasizza l-importanza kruċjali tal-hekk imsejħa “assoċjazzjonijiet” bħala bażi u think tanks tal-programm tal-fużjoni u bħala lieva għall-impenn tal-Istati Membri. Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-kummenti li kien għamel dak iż-żmien u jerġa' jwissi li dan l-appoġġ importanti m'għandux jiġi pperikolat jew jiddgħajjef. Barra minn hekk, l-assoċjazzjonijiet taw prova li huma l-istrument biex jiggarantixxu l-“programmazzjoni konġunta tar-riċerka” (26) mixtieqa mill-Kummissjoni. Għaldaqstant, anke jekk eventwalment tinbidel l-istruttura organizzattiva tal-programm Ewropew tal-fużjoni, xorta waħda għandhom jinżammu l-istrumenti effettivi għall-programmazzjoni konġunta biex jiġi żgurat li l-programmi tal-laboratorji tal-Istati Membri jiġu kkoordinati u involuti b'mod loġiku fil-livell Komunitarju, bil-għan li jinżammu r-rwol ta’ tmexxija attwali tal-UE f'dan il-qasam ta’ riċerka kif ukoll l-appoġġ meħtieġ mill-Istati Membri.

6.   Żona Ewropea tar-Riċerka – suq uniku għar-riċerkaturi

6.1   Il-Kummissjoni tassumi li sal-2014 ż-Żona Ewropea tar-Riċerka ser tkun lesta. Il-Kumitat jittama li dan iseħħ. Però għandu d-dubji tiegħu kemm dan jista' jinkiseb, għaliex dan jirrikjedi li jiġu sodisfatti l-kriterji tas-suq uniku, bħal pereżempju l-privattiva tal-UE jew is-suq uniku għar-riċerkaturi (27).

6.2   b'referenza għad-deċiżjoni tal-Kunsill (28) tat-2 ta’ Marzu 2010, il-Kumitat jara li hemm bżonn urġenti li tittieħed azzjoni sabiex titjieb is-sitwazzjoni soċjali mhux sodisfaċenti tax-xjentisti żgħażagħ li jaħdmu fl-universitajiet u l-korpi tar-riċerka pubbliċi. Din is-sitwazzjoni tmur totalment kontra l-għan li l-professjoni ta’ xjentist issir partikolarment attraenti, jew għall-inqas ma tkunx agħar mill-professjonijiet komparabbli.

6.3   Il-Kumitat jirrikonoxxi li l-organizzazzjonijiet xjentifiċi ta’ ċerti Stati Membri diġà għamlu xi progress f'dan ir-rigward u qed ikomplu jagħmlu l-isforzi tagħhom. Jagħraf ukoll li l-Kummissjoni qed tipprova ttejjeb is-sitwazzjoni, pereżempju permezz tal-programmi Marie Curie u Erasmus.

6.4   Il-qalba tal-problema hija s-sistema tal-pagi u tas-sigurtà soċjali tas-settur pubbliku fl-Istati Membri li ġeneralment jintużaw biex jiġu rimunerati x-xjentisti li jaħdmu fl-universitajiet u l-korpi tar-riċerka pubbliċi. Normalment dawn is-sistemi jassumu li r-riċerkaturi jkollhom karriera kontinwa u jibqgħu jaħdmu mal-istess entità li mbagħad tħallashom. Iżda huwa fil-fatt għal din ir-raġuni li dawn is-sistemi mhumiex adegwati għall-ħtiġijiet speċjali tar-riċerka u l-iżvilupp.

6.5   Dan għaliex dawn is-sistemi la jikkunsidraw u lanqas jikkumpensaw il-proċess twil u esiġenti ħafna tal-għażla, li jinkludi l-istudju postuniversitarju (dottorat) li x-xjentisti żgħażagħ iridu jkunu diġà kisbu b'suċċess minn qabel. Dawn is-sistemi lanqas ma jqisu l-fatt li, għall-inqas fil-bidu, il-karriera tagħhom ma tkunx kontinwa iżda tkun magħmula minn għadd ta’ kuntratti temporanji, sikwit mingħajr prospetti li jiġu estiżi jew li jingħataw impjieg permanenti aktar tard. It-tħassib kostanti u ġustifikat ħafna tagħhom dwar il-futur professjonali u l-investiment personali relatat miegħu mhux ta’ ħsara biss għall-ħaddiema fil-qasam tax-xjenza u r-riċerka iżda wkoll għar-relazzjonijiet familjari tagħhom u għall-prospetti tagħhom li jibnu familja.

6.6   Dan ir-riskju soċjali, li ċarament hu kbir, la jiġi kkumpensat permezz ta’ dħul ogħla u lanqas permezz ta’ protezzjoni soċjali mtejba. Barra minn hekk, ftit li xejn jitqies il-fatt li hemm bżonn ta’ ammont minimu ta’ mobbiltà sabiex wieħed ikollu karriera ta’ suċċess fix-xjenza. Għall-kuntrarju ta’ dan, hemm tendenza li l-mobbiltà tiġi penalizzata f'dawn is-sistemi.

6.7   Is-sistemi tal-pagi tal-Istati Membri ftit li xejn huma kompatibbli ma’ xulxin, u l-“kapital soċjali” miksub permezz ta’ xogħol barra mill-pajjiż bil-kemm jista' jiġi ttrasferit, u għalhekk il-mobbiltà bejn l-Istati Membri ssir aktar u aktar żvantaġġuża.

6.8   Għaldaqstant, hemm bżonn urġenti li s-sistemi tal-pagi u tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri jiġu adattati għall-kundizzjonijiet speċjali tax-xjentisti. Peress li dan l-għan jista' jintlaħaq biss permezz ta’ proċess twil ħafna, il-Kumitat jenfasizza d-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq u jirrakkomanda, min-naħa tiegħu, li l-Kummissjoni għandha tissokta bl-isforzi tagħha sabiex flimkien mal-Istati Membri tistabbilixxi fond speċjali (li jiġi ffinanzjat mill-Fond Soċjali) li jikkumpensa l-iżvantaġġi msemmijin hawn fuq għax-xjentisti żgħażagħ bis-saħħa ta’ benefiċċji komplementari adegwati. Dawn għandhom jikkunsidraw kemm ir-riskju soċjali ogħla marbut ma’ sensiela ta’ kuntratti temporanji kif ukoll il-“kapital soċjali” mnaqqas jew mitluf minħabba l-mobbiltà (speċjalment bejn l-Istati Membri).

7.   Użu faċli u informazzjoni – Gwida qasira – Servizz ta’ konsulenza

7.1   Il-Kumitat itenni l-appell urġenti tiegħu biex il-Kummissjoni, minħabba l-ħafna strumenti ta’ finanzjament, proċessi, netwerks u termini tekniċi (pereżempju proġetti, KICs, pjattaformi tat-teknoloġija, sħubijiet tal-innovazzjoni, inizjattivi ewlenin, ERA-Nets, programmar konġunt, Erasmus, Marie Curie, COST, Eureka, eċċ.), tħejji ħarsa ġenerali li tinfiehem u deskrizzjoni qasira, disponibbli fuq l-internet, li jippreżentaw b'mod ċar il-karatteristiċi essenzjali, ir-rekwiżiti u l-għanijiet ta’ kull strument. Dan ikun kontribut importanti għas-semplifikazzjoni u t-trasparenza, li jista' jikkomplementa bl-aħjar mod il-portal CORDIS li, mill-bqija, jaqdi funzjoni tajba ħafna.

7.2   Il-Kumitat jirrakkomanda li dawn ikunu limitati għall-essenzjal u l-kummenti promozzjonali u r-raġunijiet għandhom jitħallew barra. Anke fil-każ tad-dokumenti diskussi f'din l-opinjoni, il-Kumitat jemmen li kien ikun ħafna aktar faċli li kieku l-kontenut essenzjali ġie ppreżentat fil-qosor u b'inqas teorija.

7.3   Il-Kumitat jirrakkomanda li tiġi ppubblikata verżjoni speċjali ta’ dan ix-xogħol li tkun maħsuba b'mod partikolari għall-SMEs u l-bżonnijiet speċjali tagħhom. Barra minn hekk, għandhom jitwaqqfu servizzi ta’ konsulenza kompetenti, pereżempju bis-saħħa ta’ seminars ta’ taħriġ adatti għall-organizzazzjonijiet reġjonali (bħall-kmamar tal-kummerċ u l-industrija) sabiex ikunu jistgħu jservu bħala ċentri ta’ informazzjoni.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Konklużjonijiet dwar il-mobbiltà u l-karrieri tar-riċerkaturi, l-2 999 laqgħa tal-Kunsill – Kompetittività, Brussell, 1-2 ta’ Marzu 2010.

(2)  COM(2011) 48 final u ĠU C 318, 29.10.2011, p. 121.

(3)  Ara b'mod partikolari C 48, 15.2.2011, p. 129.

(4)  COM(2011) 48 final u ĠU C 318, 29.10.2011, p. 121.

(5)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 39.

(6)  Ara nota 3 f'qiegħ il-paġna.

(7)  Konklużjonijiet dwar il-mobbiltà u l-karrieri tar-riċerkaturi, l-2 999 laqgħa tal-Kunsill – Kompetittività, Brussell, 1-2 ta’ Marzu 2010.

(8)  ĠU C 44, 16.2.2008, p. 1.

(9)  Ara, pereżempju, http://www.worldbank.org/.

(10)  COM(2011) 885 final.

(11)  ĠU C 21, 21.1.2011, p. 49.

(12)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 39.

(13)  ĠU C 132, 3.5.2011, p. 39.

(14)  ĠU C 182, 4.8.2009, p. 40.

(15)  ĠU C 48, 15.2.2011, p. 112.

(16)  ĠU C 218, 11.9.2009, p. 8, punt 1.8 u kapitolu 5.

(17)  COM(2011) 822 final u l-Opinjoni tal-KESE “EIT – Programm Strateġiku” (Ara paġna 122 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(18)  Ara b'mod partikolari wkoll punt 4.2 fil-ĠU C 132, 3.5.2011, p. 39.

(19)  Ara b'mod partikolari wkoll punt 3.7.2 fil-ĠU C 132, 3.5.2011, p. 39.

(20)  COM(2011) 71 final, COM(2011) 72 final, COM(2011) 73 final, COM(2011) 74 final u ĠU C 318, 29.10.2011, p. 127.

(21)  ĠU C 318, 29.10.2011, p. 127, punt 3.4.

(22)  Ara nota 10 f'qiegħ il-paġna.

(23)  Ara wkoll COM(2011) 931 final. Il-Kumitat ser iħejji opinjoni separata dwar dan.

(24)  Ara http://www.iter.org/.

(25)  ĠU C 318, 29.10.2011, p. 127, punt 4.5.1.

(26)  COM(2008) 468 final u ĠU C 228, 22.9.2009, p. 56

(27)  Ara ĠU C 44, 16.2.2008, p. 1, punt 1.3.

(28)  Ara n-nota 1 f'qiegħ il-paġna.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/122


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija”

COM(2011) 817 finali – 2011/0384 (COD)

u “L-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva”

COM(2011) 822 finali – 2011/0387 (COD)

2012/C 181/21

Relatur: is-Sur LEMERCIER

Nhar it-13 ta’ Diċembru 2011 u nhar is-16 ta’ Jannar 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 294/2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija

COM(2011) 817 final – 2011/0384 (COD)

u

l-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT): il-kontribuzzjoni tal-EIT għal Ewropa iktar innovattiva

COM(2011) 822 final – 2011/0387 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tat-28 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’123 vot favur, 5 voti kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE japprova b’mod ġenerali l-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (akronomu bl-Ingliż: EIT).

1.2   Jaqbel mal-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, li ħarġu mill-konsultazzjoni tal-atturi differenti kkonċernati, il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-informazzjoni provduta mill-esperimenti li saru.

1.3   Peress li l-Unjoni Ewropea damet ma ħadet azzjoni fir-rigward tal-kooperazzjoni, tal-qsim tal-għarfien u tat-tqarrib bejn l-Istituti ta’ Riċerka u Taħriġ ta’ livell għoli, il-KESE jilqa’ b’mod favorevoli l-approċċ li nediet il-Kummissjoni.

1.4   Fil-konfront tal-globalizzazzjoni tar-riċerka u l-importanza tal-innovazzjoni fil-produzzjoni, il-KESE jqis li l-eċċellenza għandha titħeġġeġ.

2.   Sfond

2.1   L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT, European Institute of Innovation and Technology) twaqqaf fl-2008.

2.2   L-EIT tnieda fuq proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill li ġiet adottata fit-22 ta’ Frar 2006 u li ġiet implimentata fil-qafas tal-Istrateġija ta’ Lisbona bil-għan li tingħata spinta lit-tkabbir u jinħolqu impjiegi fl-Unjoni.

2.3   L-għan prijoritarju tiegħu huwa li jnaqqas id-distakk tal-Ewropa fir-rigward tal-politika industrijali bbażata fuq l-innovazzjoni teknoloġika u b’hekk jippromovi s-sinerġiji bejn ir-riċerka fundamentali, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-applikazzjonijiet industrijali innovattivi fl-Ewropa, b’mod partikolari għall-SMEs u l-SMIs.

2.4   Bħala ċentru ta’ eċċellenża, l-EIT jixtieq li jsir l-ixprun tal-innovazzjoni, ir-riċerka u t-tkabbir fl-Unjoni. Huwa għal dan il-għan li jqarreb b’mod funzjonali u ġeografiku l-istrutturi ta’ edukazzjoni għolja, ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni.

2.5   Dan il-kunċett huwa simili ħafna għal dak adottat mill-Massachusetts Institute of Technology (MIT) li jaħdem biex dawn it-tliet setturi jiġu integrati b’mod orizzontali.

2.6   F’Ġunju 2008, intagħżlet il-belt ta’ Budapest biex fiha jitwaqqaf is-sede tal-EIT.

2.7   L-istitut ma jiffinanzjax direttament proġetti individwali. Fil-fatt, jikkontribwixxi għal 25 % tal-finanzjament tal-komunitajiet ta’ għarfien u ta’ innovazzjoni (KIC (1)) deċentralizzati.

2.8   Dawn il-KICs, magħmula minn universitajiet, intrapriżi u istituti ta’ riċerka, jaħdmu flimkien fuq proġetti innovattivi u flimkien mal-intraprendituri u l-innovaturi lokali msieħba, ta’ kull xorta, jikkontribwixxu għall-75 % tal-finanzjament tal-proġetti lokali.

2.9   L-ewwel tliet KICs intagħżlu f’Diċembru 2009 flimkien maċ-Ċentri ta’ Kolokazzjoni fi Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Isvizzera, l-Italja, Spanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja, il-Finlandja, l-Ungerija, il-Belġju u l-Polonja.

3.   Proposti tal-Kummissjoni

3.1   F’dan il-kuntest, l-EIT għandu jsir ċentru ta’ referenza u ta’ attrazzjoni għall-universitajiet, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka, l-intrapriżi involuti fir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u b’mod partikolari fl-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) innovattivi li huma wkoll dawk li prinċipalment joħolqu l-impjiegi kwalifikati u impjiegi ġodda.

3.2   Bil-għan li jsaħħaħ l-impatt tiegħu u jistimola l-innovazzjoni f’oqsma ġodda relatati mal-isfidi tas-soċjetà, l-EIT ser iwessa’ b’mod gradwali l-firxa tiegħu ta’ KICs matul il-programm qafas ta’ finanzjament għar-riċerka 2014-2020.

3.2.1   Fir-rigward tal-baġit allokat, dan ser jiġi kkontrollat u r-riżultati konkreti fl-aħħar mill-aħħar ser jiddeterminaw il-vijabbiltà ta’ KIC jew oħra.

3.2.2   Billi jistabbilixxi KICs ġodda b’mod gradwali, l-EIT ser jiżgura li jiġu kkunsidrati kif xieraq it-tagħlimiet li jinsiltu mill-esperjenza u li jinħolqu KICs ġodda biss f’oqsma li juru potenzjal ċar fil-qasam tal-innovazzjoni kif ukoll l-aħjar eċċellenza li fuqha jista’ jibbaża biex jiġbed lejh il-kompetenzi u l-finanzjament meħtieġ.

3.3   Għalhekk, fil-perjodu 2014-2020, ser jitwaqqfu żewġ ġenerazzjonijiet ġodda ta’ KICs: tliet KICs ser jitwaqqfu fl-2014 u tlieta oħra fl-2018, li, flimkien mat-tliet KICs li diġà jeżistu, jammontaw għal disa’ KICs (li jfisser it-twaqqif ta’ madwar 40-50 ċentru ta’ kolokazzjoni fl-Unjoni).

3.4   Billi jibbażaw fuq bażi xjentifika soda u ta’ riċerka, dawn il-KICs jistgħu jiġbru atturi mid-dinja tat-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Il-KICs kollha jistgħu jimmobilizzaw l-investiment u jħeġġu impenn fit-tul min-naħa tal-intrapriżi, jippromovu żviluppi teknoloġiċi ġodda u jistimolaw l-innovazzjoni soċjali:

KIC għall-industriji tal-manifattura b’valur miżjud;

KIC għall-katina tal-provvista tal-ikel;

KIC għall-innovazzjoni għal għajxien f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u tixjiħ attiv;

KIC favur soċjetajiet siguri fir-rigward ta’ diġitalizzazzjoni aċċellerata tal-ekonomija;

KIC li twassal għat-tnissil ta’ metodi ġodda ta’ prospettar, estrazzjoni, trasformazzjoni, riċiklaġġ u ta’ sostituzzjoni sostenibbli;

KIC għall-mobbiltà urbana.

3.5   Il-ħolqien ta’ KICs deċentralizzati, li jiġbru flimkien fil-livell lokali, u ċertament fil-livell reġjonali, l-imsieħba potenzjali kollha jidher li hija risposta adatta għall-isfidi li qed tiffaċċja l-Unjoni. Fid-dawl tal-impossibbiltà li jiġu armonizzati fi żmien raġonevoli (jiġifieri qasir), is-sistemi ta’ riċerka, ta’ taħriġ u ta’ produzzjoni tal-Istati Membri differenti – kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sussidjarjetà – il-ħolqien ta’ dawn il-KICs jirrappreżenta soluzzjoni konkreta għal din id-diffikultà u joffri mudell ġdid ta’ politika ta’ żvilupp tal-industrija u tas-servizzi.

3.6   L-awtonomija fil-qasam tar-reklutaġġ, l-organizzazzjoni u l-finanzjament mogħtija lill-KICs ser tiffaċilita s-sejba tal-aktar riċerkaturi kompetenti u l-aktar motivati u għandha tippromovi tagħlimiet li jinsiltu mill-esperjenza u l-kooperazzjoni internazzjonali prevista mill-Kummissjoni.

4.   Kummenti ġenerali u speċifiċi

4.1   L-istruttura ġenerali proposta mill-Kummissjoni hija innovattiva u promettenti. Il-Kumitat jixtieq ifakkar fl-opinjoni preċedenti tiegħu (2) dwar il-ħolqien ta’ Istitut Ewropew għat-Teknoloġija peress li jqis li l-kummenti ġenerali tiegħu għadhom kompletament validi llum il-ġurnata.

4.2   Fir-rigward tal-baġit, il-Kumitat iqis li, fid-dawl tan-numru ta’ KICs li għandhom jiġu implimentati u tat-tul tal-programm, il-baġit allokat mill-abbozz tal-Kummissjoni fil-prattika jirrappreżenta waqfien, u saħansitra tnaqqis relattiv tal-mezzi finanzjarji sal-2020; madankollu, l-EIT jirrappreżenta triq sostenibbli għat-tkabbir fil-perjodu medju u dak twil għall-SMEs u l-SMIs Ewropej – tkabbir li ser ikun rikk fl-innovazzjonijiet u l-impjiegi u li għandu jitħeġġeġ fl-aktar oqsma promettenti.

4.3   Huwa ċar li l-istruttura tal-finanzjament tal-KICs hija element importanti peress li l-EIT jiffinanzja 25 % biss filwaqt li l-75 % li jibqa’ jiġu ffinanzjati mill-intrapriżi msieħba, l-SMEs, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-atturi pubbliċi jew privati involuti f’dan il-proġett. Din l-istruttura, peress li hija flessibbli, tippermetti li jitħaffef il-proċess ta’ akkwist u l-evoluzzjoni minn stadju ta’ riċerka fundamentali u applikata, għal innovazzjoni u l-ħruġ ta’ privattivi, il-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi li jqiegħdu l-innovazzjoni fis-suq.

4.4   Barra minn hekk, l-inizjattivi lokali jista’ jkollhom marġni ta’ flessibbiltà konsiderevoli fl-Istati Membri.

4.5   B’hekk, l-istruttura tal-governanza tal-KICs kif ukoll it-tiġdid perjodiku tal-membri tagħhom bla dubju ta’ xejn jikkostitwixxu vantaġġ importanti. Il-Kumitat jaqbel mal-kunċett li jirregola l-iżvilupp tal-EIT u jqis li jeħtieġ li jinżammu l-indipendenza u l-awtonomija tal-KICs, biex ikunu aktar effikaċi, u li l-ħidma tagħhom tiġi valutata abbażi tar-riżultati miksuba.

4.6   Wieħed mill-punti interessanti ta’ dan l-iżvilupp f’żewġ stadji ser ikun l-iffaċilitar tat-tqegħid fis-suq tal-privattivi u ta’ prodotti żviluppati minn dawn il-KICs.

Fil-konfront tal-globalizzazzjoni b’rata dejjem aktar mgħaġġla u li qed iddgħajjef l-industriji tradizzjonali, il-KESE jappoġġja l-idea li l-kunċett ta’ “eċċellenza” fil-qasam tat-taħriġ u l-produzzjoni huwa wieħed mill-valuri tal-ġejjieni u strument effikaċi għall-kompetittività.

4.7   Huwa issa aktar minn qatt qabel fl-Unjoni li l-valur miżjud tal-prodotti jew servizzi innovattivi, f’perspettiva ddikjarata ta’ żvilupp sostenibbli, ser joħloq impjiegi kkwalifikati u jevita ċ-ċaqliq lejn pajjiżi b’forza tax-xogħol b’pagi baxxi.

4.8   Il-KESE jinnota li hemm konċentrazzjoni relattiva ta’ KICs. Il-Kumitat jixtieq li jsiru sforzi speċifiċi biex, fl-akbar numru possibbli ta’ Stati Membri, jiġu stabbiliti rabtiet ma’ laboratorji, intrapriżi u istituzzjonijiet ta’ riċerka bil-għan li jiżdiedu l-potenzjal kreattiv u r-riżorsi umani u teknoloġiċi tal-KICs u biex ma jiżdidux l-iżbilanċi fir-rigward tar-riċerka u t-taħriġ ta’ livell għoli bejn l-Istati Membri. Jinnota wkoll li hemm involuti aktar minn 200 imsieħeb mill-Istati Membri kollha.

4.9   Il-KESE b’mod partikolari japprova l-introduzzjoni ta’ diplomi b’tikketta mill-EIT li jiffaċilitaw il-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-iżvilupp tal-intrapriżi u l-SMEs lil hinn minn pajjiżhom.

4.10   Il-KESE jixtieq li tingħata kemm jista’ jkun informazzjoni lill-istituti, l-intrapriżi u l-imsieħba potenzjali bil-għan li dawn jappoġġjaw u jipparteċipaw fil-ħolqien ta’ KICs fl-oqsma prinċipali msemmija fl-Istrateġija 2020.

Biex jinkiseb dan il-għan, l-EIT għandu, mill-aktar fis, iniedi kampanja ta’ pubbliċità dwar dawn is-suġġetti sabiex l-intrapriżi u l-imsieħba potenzjali jkunu jistgħu jistabbilixxu l-proġetti ta’ sħubija tagħhom.

4.11   Il-KESE, konxju min-nuqqas ta’ ħajra u saħansitra r-restrizzjonijiet li jistgħu jeżistu fi ħdan istituzzjonijiet nazzjonali eżistenti, jistieden lill-Kummissjoni tippromovi djalogu fil-fond bejn l-EIT u dawn l-istituzzjonijiet bil-għan li jinħolqu sinerġiji, li fl-opinjoni tiegħu huma indispensabbli.

B’mod partikolari jinnota t-tħassib ta’ dawk responsabbli għall-Istituti ta’ Riċerka u ta’ Taħriġ dwar il-fatt li l-baġits tagħhom jistgħu jonqsu għall-benefiċċju tal-KICs.

Brussell, 28 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Staffan NILSSON


(1)  Bl-Ingliż: Knowledge and Innovation Communities (KIC).

(2)  ĠU C 161, 13.7.2007, p. 28.


21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 181/125


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (2014-2020)”

COM(2011) 834 finali – 2011/0394 (COD)

2012/C 181/22

Relatur: is-Sur LANNOO

Korelatur: is-Sur BURNS

Nhar it-13 ta’ Diċembru 2011 u l-24 ta’ Jannar 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill u rispettivament iddeċiedew, b'konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (2014-2020)

COM(2011) 834 finali – 2011/0394 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ Marzu 2012.

Matul l-479 sessjoni plenarja tiegħu li saret fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2012 (seduta tad-29 ta’ Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’ 142 voti favur, l-ebda vot kontra u 6 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1   Il-KESE jaqbel mal-għanijiet prinċipali tal-programm COSME iżda jinnota li dan ma laqax it-talbiet li kien għamel il-Kumitat fl-opinjoni tiegħu dwar l-SBA (1), partikolarment it-tisħiħ tal-akkumpanjament u l-konsultazzjoni għall-SMEs, it-trasferiment tal-intrapriżi, il-konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-SMEs u s-sħubija magħhom.

1.2   Huwa jitlob viżibbiltà aktar qawwija għall-azzjonijiet konkreti li jridu jittieħdu. Jispikkaw żewġ problemi:

l-għan: ir-regolament għandu l-għan li l-intrapriżi jkunu kompetittivi. Fil-fatt dawn iridu jsiru kapaċi jikkompetu mal-konkorrenti tagħhom fis-swieq dinjija. Il-KESE jaqbel mal-għan, iżda jqis li huwa importanti wkoll li ssir azzjoni li tippromovi s-sostenibbiltà tal-SMEs fis-swieq Ewropej, is-swieq fil-viċinat u s-swieq lokali;

il-mezzi: il-KESE jitlob lill-Kummissjoni li mal-proposta leġislattiva joħroġ programm ta’ ħidma li fih ikun hemm imniżżla l-miżuri konkreti li ser jiġu implimen