ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.168.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 168

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
14 ta' Ġunju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 168/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 168/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2012/C 168/03

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru(Pubblikazzjoni ta' titoli u referenzi ta' speċifikazzjonijiet tal-Komunità skont ir-Regolament)  ( 2 )

3

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2012/C 168/04

Avviż ta’ informazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f'konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Sejħa għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku fin-Norveġja

4

2012/C 168/05

Avviż ta’ informazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f'konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità – Modifika ta' obbligi tas-servizz pubbliku, fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda fin-Norveġja

5

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2012/C 168/06

Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali

6

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 168/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6572 – KEMET/NEC/NEC TOKIN) ( 2 )

7

2012/C 168/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6625 – Nordic Capital/Tokmanni) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 2 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 168/09

Speċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku għal Ron de Guatemala

9

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2012/C 168/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

8.5.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33418 (11/N)

Stat Membru

L-Ungerija

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Mezőgazdasági Időjárási Kockázatkezelési Program

Il-bażi legali

A mezőgazdasági termelést érintő időjárási és más természeti kockázatok kezeléséről szóló 2011. évi CLXVIII törvény,

A vidékfejlesztési miniszter …/2012. (… …) VM rendelete a kárenyhítési hozzájárulás megfizetésével, valamint a kárenyhítő juttatás igénybevételével kapcsolatos egyes kérdésekről

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali, Kundizzjonijeit ħżiena tat-temp

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: HUF 56 000 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: HUF 8 000 (f'miljuni)

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2018

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministry of Rural Development

Budapest

Kossuth Lajos tér 11.

1055

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Ġunju 2012

2012/C 168/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2534

JPY

Yen Ġappuniż

99,80

DKK

Krona Daniża

7,4318

GBP

Lira Sterlina

0,80630

SEK

Krona Żvediża

8,8320

CHF

Frank Żvizzeru

1,2009

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5115

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,578

HUF

Forint Ungeriż

296,43

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6968

PLN

Zloty Pollakk

4,3240

RON

Leu Rumen

4,4616

TRY

Lira Turka

2,2870

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2565

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2860

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7241

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6094

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6041

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 462,90

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,5297

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,9600

HRK

Kuna Kroata

7,5514

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 825,17

MYR

Ringgit Malażjan

3,9814

PHP

Peso Filippin

53,308

RUB

Rouble Russu

40,9050

THB

Baht Tajlandiż

39,570

BRL

Real Brażiljan

2,5783

MXN

Peso Messikan

17,5102

INR

Rupi Indjan

69,6890


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


14.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/3


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (1)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Pubblikazzjoni ta' titoli u referenzi ta' speċifikazzjonijiet tal-Komunità skont ir-Regolament)

2012/C 168/03

Organizzazzjoni

Referenza u titolu tal-ispeċifikazzjoni tal-Komunità

Referenza għal speċifikazzjoni mħassra tal-Komunità

Data ta’ ċessjoni ta’ preżunzjoni ta’ konformità tal-ispeċifikazzjoni mħassra tal-Komunità

ETSI (2)

EN 303 214 V1.2.1

Sistema ta' Servizzi ta’ Kollegament tad-Dejta (DLS); Speċifikazzjoni tal-Komunità għall-applikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 dwar l-Interoperabilità tal-Ajru Uniku Ewropew; Rekwiżiti għall-kostitwenti tal-art u l-ittestjar tas-sistemi

EN 303 214 V1.1.1

L-1 ta’ Jannar 2014


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  L-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni: 650 route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis Cedex, France, tel. +33 492944200, feks +33 493654716, http://www.etsi.org


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

14.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/4


Avviż ta’ informazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f'konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti fir-rigward tal-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda f’konformità mal-obbligi tas-servizz pubbliku fin-Norveġja

2012/C 168/04

Stat Membru

In-Norveġja

Rotot ikkonċernati

Røros–Oslo v.v.

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-1 ta' Novembru 2012 sal-31 ta' Marzu 2016

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

L-14 ta' Awwissu 2012

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test tal-istedina għall-offerti u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u l-obbligu tas-servizz pubbliku mmodifikat

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni

PO Box 8010 Dep

0030 Oslo

NORWAY

Tel. +47 22248353

Fax +47 22245609

http://www.regjeringen.no/en/dep/sd/Documents/Other-documents/Tenders.html


14.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/5


Avviż ta’ informazzjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA f'konformità mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifika ta' obbligi tas-servizz pubbliku, fir-rigward ta' servizzi tal-ajru bi skeda fin-Norveġja

2012/C 168/05

Stat Membru

In-Norveġja

Rotta kkonċernata

Røros–Oslo v.v.

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta' April 2012

Data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki

L-1 ta' Diċembru 2012

Indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kwalunkwe tagħrif u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligu tas-servizz pubbliku mmodifikat

Il-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni

PO Box 8010 Dep

0030 Oslo

NORWAY

Tel. +47 22248353

Fax +47 22245609

http://www.regjeringen.no/en/dep/sd/Documents/Other-documents/Tenders.html


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

14.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/6


AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI

2012/C 168/06

L-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Personal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjoni ġenerali

EPSO/AST/121/12 – Tekniċi tal-konferenzi (AST 3)

L-avviż tal-kompetizzjonijiet hu ppubblikat fi 23 lingwa f’Il-Ġurnal Uffiċjali C 168 A tal-14 ta' Ġunju 2012.

Għal aktar informazzjoni kkonsulta l-websajt tal-EPSO http://www.eu-careers.info


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/7


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6572 – KEMET/NEC/NEC TOKIN)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 168/07

1.

Fis-7 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi KEMET Electronics Corporation (“KEMET”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u NEC Corporation (“NEC”, il-Ġappub), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt sħiħa ta' NEC TOKIN Corporation (“NEC TOKIN”, il-Ġappun) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

KEMT prinċipalment timmanifattura u tbigħ kapasiters tat-tantalju, taċ-ċeramika, tal-aluminju, tal-film, tal-karti u elettrolitiċi,

NEC TOKIN timmanifattur au tbigħ kapasiters u ċerti komponenti elettroniċi oħra; kif ukoll,

NEC Hija kumpanija multinazzjonali Ġappuniża tal-IT. Hija tipprovdi firxa wiesgħa ta' prodotti tal-IT u servizzi għall-intrapriżi tan-negozju, fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni u l-gvern.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6572 – KEMET/NEC/NEC TOKIN, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


14.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6625 – Nordic Capital/Tokmanni)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 168/08

1.

Fl-4 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), notifika ta’ konċentrazzjoni proposta li permezz tagħha l-impriża Nordic Capital VII Limited (“Nordic Capital”, Jersey), li hija ta' Nordic Capital Group (Jersey), takkwista, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Tokmanni Oy (“Tokmanni”, il-Finlandja) u s-sussidjarji tagħha permezz tax-xiri ta’ ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Nordic Capital: ditta privata tal-investimenti tal-ekwità,

għal Tokmanni: bejjiegħ bl-imnut bi prezzijiet skontati ta' oġġetti ta' kuljum għall-konsumatur, kemm tal-ikel u kif ukoll li mhumiex permezz ta' kanali moderni ta' distribuzzjoni fil-Finlanda.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6625 – Nordic Capital/Tokmanni, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

14.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 168/9


SPEĊIFIKAZZJONIJIET EWLENIN TAL-FAJL TEKNIKU GĦAL RON DE GUATEMALA

2012/C 168/09

INTRODUZZJONI

Fil-15 ta' Marzu 2010, l-Asociación Nacional de Fabricantes de Alcoholes y Licores, korp Gwatemalan stabbilit skont il-liġi tal-Gwatemala, applika għar-reġistrazzjoni tar-‘Ron de Guatemala’ bħala indikazzjoni ġeografika taħt ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89.

Skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, fi żmien 12-il xahar mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk l-applikazzjoni hijiex konformi ma' dan ir-Regolament.

Din il-verifika twettqet u waqt il-107 laqgħa tal-Kumitat tax-xorb alkoħoliku tat-8 ta' Frar 2012, skont l-Artikolu 17(6), il-Kummissjoni ddikjarat li l-applikazzjoni hija konformi mar-Regolament.

Għalhekk, l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, is-Serje C.

Skont l-Artikolu 17(7), kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu, tista’ fi żmien sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet prinċipali tal-fajl tekniku, toġġezzjona għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika fl-Anness III fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament ma jkunux issodisfati. L-oġġezzjoni, li għandha tkun debitament sostanzjata, għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew ikollha magħha traduzzjoni f'waħda minn dawk il-lingwi.

SKEDA TAS-SOMMARJU I.Ġ. “RON DE GUATEMALA”

1.   Isem: Ron de Guatemala

2.   Kategorija ta’ xarba alkoħolika: Rum (kategorija 1 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008).

3.   Deskrizzjoni: Xarba alkoħolika magħmula esklussivament minn materja prima miksuba mill-kannamiela.

Ir-Ron de Guatemala tiġi fil-varjetajiet differenti li ġejjin:

Solera: rum minn għasel verġni tal-kannamiela, immaturat f’altitudni fi btieti tal-ballut abjad.

Solera Añejo: taħlita ta’ rum minn għasel verġni tal-kannamiela, immaturat f'altitudni fi btieti tal-ballut abjad, miksuba bit-taħlit tas-soleras qabel jiġi bbottiljat.

Solera Reserva: taħlita ta’ rum minn għasel verġni tal-kannamiela, immaturat f’altitudni fi btieti tal-ballut abjad, imħawwar minn użu preċedenti għal prodotti oħrajn.

Solera Gran Reserva: taħlita ta’ rum minn għasel verġni tal-kannamiela, immaturat f’altitudni f’minn tal-inqas żewġ tipi ta' btieti, imħawwar minn użu preċedenti għal prodotti differenti.

Solera Gran Reserva Especial: taħlita ta’ rum minn għasel verġni tal-kannamiela, immaturat f’altitudni f’minn tal-inqas tliet tipi ta' btieti tal-ballut abjad, imħawwar minn użu preċedenti għal prodotti differenti.

4.   Proprjetajiet fiżiċi, kimiċi u organolettiċi: Il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi tar-Ron de Guatemala għandhom jilħqu r-rekwiżiti kimiċi u organiċi li ġejjin:

Rekwiżiti kimiċi:

 

Qawwa alkolika: Bejn 37,5 % u 50 % Vol.

 

Ammont totali ta’ elementi tal-istess tip (inkluż l-aċetaldejide, aċidu acetiku, aċitat etiliku, alkoħol ogħla) espressi f’milligrammi kull 100 ml ta’ alkoħol ta’ etil anidru: iżjed minn jew ugwali għal 50.

 

Aċidità totali, espressa f'milligrammi ta' aċidu aċetiku għal kull 100 ml ta' alkoħol ta’ etil anidru: mhux aktar minn 120.

 

Metanol, f'milligrammi għal kull 100 ml ta' alkoħol ta’ etil anidru: mhux aktar minn 280.

Rekwiżiti organolettiċi:

 

Dehra: Dehra trasparenti u nadifa, konsistenza likwida, korp dens.

 

Kulur: Determinati skont il-maturazzjoni. Lwien li jvarjaw minn amber u deheb sa ħamrani.

 

Aroma: L-aroma primarja ġejja mill-materja prima użata, jiġifieri l-għasel verġni estratt mill-kannamiela. L-aroma sekondarja, li tiżviluppa matul il-fermentazzjoni alkoħolika, għandha riħa qawwija ta’ nbid minħabba l-azzjoni tal-ħmira. L-aroma terzjarja sseħħ matul il-proċess ta’ maturazzjoni.

 

Togħma: Togħma ġeneruża u ħafifa li tvarja minn togħma ħelwa sa waħda xotta.

5.   Żona ġeografika: Iż-żona tat-tħawwil tal-kannamiela għall-produzzjoni tar-Ron de Guatemala tinsab fid-dipartimenti tan-Nofsinhar ta’ Retalhuleu u Suchitepéquez, li t-tnejn imissu mal-Oċean Paċifiku. Iż-żona tal-maturazzjoni tinsab fil-belt ta' Quetzaltenango, f'iktar minn 2 300 metru ‘il fuq mil-livell tal-baħar.

6.   Metodu tal-produzzjoni: Il-produzzjoni tar-Ron de Guatemala hija proċess f'diversi stadji.

Tħawwil tal-kannamiela: il-kannamiela tilħaq il-maturità fiżjoloġika meta jkollha 12-il xahar.

Ħsad: il-kannamiela tinħasad permezz tal-qtugħ manwali u l-ġbir mekkaniku, minn tmiem il-perjodu tax-xita f’Novembru sa Mejju.

Tagħsir fl-impjanti: ladarba tinqata’ l-kannamiela, din tintgħasar fl-imtieħen f’perjodu massimu ta’ 36 siegħa. Il-produzzjoni tal-għasel verġni tal-kannamiela f'impjanti tal-ipproċessar tinvolvi diversi stadji.

It-tqattigħ: iz-zokkor jiġi estratt mill-kannamiela bl-użu ta' tekniki differenti ta’ tqattigħ li jkissru ċ-ċelloli.

It-tagħsir fl-imtieħen: il-meraq jinkiseb billi ripetutament tintgħasar il-kannamiela fl-imtieħen.

Il-produzzjoni tal-għasel verġni tal-kannamiela: l-għasel verġni tal-kannamiela jinkiseb permezz ta' proċess ta’ evaporazzjoni biex jitneħħa l-ilma u b'hekk jiġi kkonċentrat il-kontenut taz-zokkor.

Il-purifikazzjoni: l-għasel verġni tal-kannamiela jiġi ppurifikat bi proċess ta' trattament bil-ġir, li jaħdem permezz tal-flokkulazzjoni u d-dikantazzjoni.

Fermentazzjoni: il-proċess tal-fermentazzjoni iseħħ billi tiżdied il-ħmira tal-għasir tas-Saccharomyces cerevisiae mal-meraq. Dan it-tnissil tal-ħmira jinkiseb mill-ananas.

Distillazzjoni: il-proċess ta’ distillazzjoni jseħħ f’rum nej kontinwu mingħajr estrazzjoni. Il-most iffermentat irid jiġi msaħħan bil-fwar sa punt li fih l-alkoħol jinbidel fi fwar tal-alkoħol. Wara li jgħaddi mill-kondensaturi, dan jerġa’ jinbidel f’likwidu, b'hekk jiġi prodott rum nej.

Maturazzjoni: il-qawwa alkoħolika titniżżel għal-limitu legali ta’ 60° billi jiżdied l-ilma minn għejjun fil-qrib. Ir-rum imbagħad jinħażen fi btieti tal-ballut abjad Amerikan u Ewropew li qabel jkunu ħażnu prodotti bħal wiski, cognac jew sherry Amerikan. Il-btieti jinżammu fl-imħażen li ma jkunux magħluqin ermetikament.

L-aħħar stadju jinvolvi t-taħlit tal-prodotti. Ir-rum differenti jitħallat flimkien, jiżdied l-ilma biex titnaqqas il-qawwa alkoħolika, u t-taħlita li tirriżulta tinħażen f'kontenituri tal-injam, li jippermettu li r-rum jikseb bilanċ.

7.   Rabta ġeografika: L-ispeċifiċità tar-Ron de Guatemala tinsab fil-kombinazzjoni ta’ ħafna fatturi li joħorġu minn kundizzjonijiet agroekoloġiċi kemm taż-żona tat-tħawwil tal-kannamiela u ż-żona tal-maturazzjoni, kif ukoll mill-karattru awtentiku tal-proċess tal-produzzjoni, li jqarreb lejn xulxin in-natura, it-tradizzjoni, l-arti u x-xjenza.

Iż-żona ta’ kultivazzjoni tal-kannamiela għandha l-karatteristiċi tipiċi tal-klima tropikali, b'temperatura medja annwali ta' 26°C, b’umdità relattiva medja ta’ 78 % u xita medja annwali ta’ bejn 2 600 u 3 600 mm. Din tipproduċi uċuħ tal-kannamiela b’livelli ta’ zokkor għoljin, li huma essenzjali għall-kisba ta’ meraq ikkonċentrat u effervexxenti ħafna tal-aħjar kwalità possibbli għall-produzzjoni tar-rum.

Il-ħamrija taflija tiffavorixxi ż-żamma tal-umdità u l-konċentrazzjoni taz-zokkor fil-kannamiela.

Iż-żona tal-maturazzjoni tinsab f'altitudnijiet ta' aktar minn 2 400 metru. Iż-żona għandha klima kiesħa u niexfa u temperatura medja annwali ta’ 14,79°C.

Il-livelli kesħin u b’anqas ossiġnu f’altitudni jnaqqsu r-ritmu tal-proċess tal-maturazzjoni kimika, li jippermetti biex l-aromi u t-togħmiet jiżviluppaw b'aktar intensità.

8.   Rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: Ir-Ron de Guatemala huwa protett bħala denominazzjoni tal-oriġini fir-Reġistru tal-Proprjetà Intellettwali tal-Gwatemala u jissodisfa r-rekwiżiti legalment stabbiliti fl-Istandard Tekniku tal-Gwatemala COGUANOR NGO 33011, il-Liġi dwar Spirti, Xorb Alkoħoliku u Xorb Iffermentat, id-Digriet Nru 536 tal-Kungress tar-Repubblika tal-Gwatemala, u l-Ordni ta’ Implimentazzjoni tal-Liġi dwar Spirti, Xorb Alkoħoliku u Xorb Iffermentat.

9.   Applikant: Asociación Nacional de Fabricantes de Alcoholes y Licores (ANFAL), b’uffiċċju reġistrat fid-dipartiment tal-Gwatemala, indirizz Km. 16,5 Carretera Roosevelt, 4-81 zona 1 de Mixco, Guatemala.

10.   Awtorità superviżorja: Laboratorio Nacional de Salud de Guatemala, inkarigat biex jivverifika l-konformità mal-fajl tekniku dwar l-Indikazzjoni Ġeografika tar-Ron de Guatemala qabel il-bejgħ tal-prodott ikkonċernat.