ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.155.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 155

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
1 ta' Ġunju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2012/C 155/01

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 458/2012 rigward miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 155/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

2012/C 155/03

Notifika tal-Kummissjoi dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2012(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

3

2012/C 155/04

Komunikazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 dwar il-ħatra ta’ membru sostitut tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni maħtur fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR

4

2012/C 155/05

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 891/2009

4

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2012/C 155/06

Ir-Rapport Speċjali Nru 8/2012 Identifikazzjoni ta’ għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 155/07

Komunikazzjoni mill-Gvern tad-Danimarka dwar l-istedina għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-esplorazzjoni ta’ u l-produzzjoni tal-idrokarburi f’żona tal-Baħar tal-Tramuntana ( 1 )

6

2012/C 155/08

Miżuri ta’ riorganizzazzjoni – Deċiżjoni li tapprova t-trasferiment tal-portafoll tal-assigurazzjoni minn Omniasig Vienna Insurance Group SA, bħala l-impriża li tittrasferixxi, għal BCR Asigurări Vienna Insurance Group SA, bħala l-impriża li tirċievi t-trasferiment, u l-amalgamzzjoni permezz ta’ akkwist konkluża bejn BCR Asigurări Vienna Insurance Group SA, bħala l-impriża li qed takkwista, u Omniasig Vienna Insurance Group SA, bħala l-impriża fil-mira (Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

8

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 155/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6546 – Ericsson/Technicolor Broadcasting Services) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

9

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 155/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 458/2012 rigward miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

2012/C 155/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni segwenti qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 458/2012 (2).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni li huma soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/285/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 377/2012.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 377/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill fl-indirizz segwenti, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid:

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

DG C Unità tal-Koordinazzjoni

Segretarjat Ġenerali

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36.

(2)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 11.


Il-Kummissjoni Ewropea

1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-31 ta’ Mejju 2012

2012/C 155/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2403

JPY

Yen Ġappuniż

97,66

DKK

Krona Daniża

7,4319

GBP

Lira Sterlina

0,79990

SEK

Krona Żvediża

8,9752

CHF

Frank Żvizzeru

1,2010

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5235

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,693

HUF

Forint Ungeriż

301,65

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6977

PLN

Zloty Pollakk

4,3915

RON

Leu Rumen

4,4729

TRY

Lira Turka

2,2960

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2736

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2761

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6307

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6439

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5956

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 463,01

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,5726

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8989

HRK

Kuna Kroata

7,5675

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 816,10

MYR

Ringgit Malażjan

3,9380

PHP

Peso Filippin

53,922

RUB

Rouble Russu

41,2975

THB

Baht Tajlandiż

39,516

BRL

Real Brażiljan

2,4935

MXN

Peso Messikan

17,5664

INR

Rupi Indjan

69,5930


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/3


Notifika tal-Kummissjoi dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għas-27 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2012

(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))

2012/C 155/03

Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta' riferenza u ta' tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta' referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f'din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta' tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta' 100 punt bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta' Jannar 2008 li jemenda r-regolament ta' implimentazzjoni (KE) Nru 764/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f'deċiżjoni speċifika, ir-rata ta' rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punt bażi fuq ir-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

Abbozz tat-test ippubblikat fil-ĠU C 125, tal-28.4.2012, p. 2.

Minn

sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.6.2012

1,67

1,67

2,94

1,67

1,72

1,67

1,57

1,67

1,67

1,67

1,67

1,67

7,48

1,67

1,67

2,57

1,67

2,34

1,67

1,67

4,91

1,67

5,58

2,76

1,67

1,67

1,74

1.5.2012

31.5.2012

1,67

1,67

3,66

1,67

1,72

1,67

1,85

1,67

1,67

1,67

1,67

1,67

7,48

1,67

1,67

2,57

1,67

2,78

1,67

1,67

4,91

1,67

6,85

2,76

1,67

1,67

1,74

1.3.2012

30.4.2012

2,07

2,07

3,66

2,07

1,72

2,07

1,85

2,07

2,07

2,07

2,07

2,07

7,48

2,07

2,07

2,57

2,07

2,78

2,07

2,07

4,91

2,07

6,85

2,76

2,07

2,07

1,74

1.1.2012

29.2.2012

2,07

2,07

3,66

2,07

1,72

2,07

1,85

2,07

2,07

2,07

2,07

2,07

6,39

2,07

2,07

2,57

2,07

2,38

2,07

2,07

4,91

2,07

6,85

2,76

2,07

2,07

1,74

1.8.2011

31.12.2011

2,05

2,05

3,97

2,05

1,79

2,05

2,07

2,05

2,05

2,05

2,05

2,05

5,61

2,05

2,05

2,56

2,05

2,20

2,05

2,05

4,26

2,05

7,18

2,65

2,05

2,05

1,48

1.7.2011

31.7.2011

2,05

2,05

3,97

2,05

1,79

2,05

1,76

2,05

2,05

2,05

2,05

2,05

5,61

2,05

2,05

2,56

2,05

2,20

2,05

2,05

4,26

2,05

7,18

2,65

2,05

2,05

1,48

1.5.2011

30.6.2011

1,73

1,73

3,97

1,73

1,79

1,73

1,76

1,73

1,73

1,73

1,73

1,73

5,61

1,73

1,73

2,56

1,73

2,20

1,73

1,73

4,26

1,73

7,18

2,65

1,73

1,73

1,48

1.3.2011

30.4.2011

1,49

1,49

3,97

1,49

1,79

1,49

1,76

1,49

1,49

1,49

1,49

1,49

5,61

1,49

1,49

2,56

1,49

2,20

1,49

1,49

4,26

1,49

7,18

2,23

1,49

1,49

1,48

1.1.2011

28.2.2011

1,49

1,49

3,97

1,49

1,79

1,49

1,76

1,49

1,49

1,49

1,49

1,49

5,61

1,49

1,49

2,56

1,49

2,64

1,49

1,49

4,26

1,49

7,18

1,76

1,49

1,49

1,48


1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/4


Komunikazzjoni skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006 dwar il-ħatra ta’ membru sostitut tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni maħtur fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR

2012/C 155/04

Il-Kummissjoni ħatret lis-Sur Herman HOOYBERGHS bħala membru sostitut tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni.


1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/4


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-awtorità li għandha s-setgħa toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 891/2009

2012/C 155/05

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009, li ġie ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 254 tas-26 ta' Settembru 2009, infetħet kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor li joriġina minn Kuba.

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 jistipula li r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti importati taħt din il-kwota għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-oriġini.

L-awtorità li ġejja hija awtorizzata toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.

Camara de Comercio de la Republica de Cuba

Calle 21 no 661, Vedado, la Habana (4)

PO Box 370

Ciudad Habana

CUBA

Tel. +537 8302643

Fax +537 8333042

Posta elettronika: jur_asesoria@camara.com.cu


Il-Qorti tal-Awdituri

1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/5


Ir-Rapport Speċjali Nru 8/2012 “Identifikazzjoni ta’ għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli”

2012/C 155/06

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 8/2012 “Identifikazzjoni ta’ għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità “Verifika: Il-Produzzjoni ta’ Rapporti”

12, rue Alcide de Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

Posta elettronika: eca-info@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fl-EU-Bookshop.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/6


Komunikazzjoni mill-Gvern tad-Danimarka dwar l-istedina għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-esplorazzjoni ta’ u l-produzzjoni tal-idrokarburi f’żona tal-Baħar tal-Tramuntana

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 155/07

B’referenza għall-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi, hawnhekk qed ninfurmawk li skont it-Taqsima 12(1)(b) tal-Att dwar l-użu tar-riżorsi ta’ taħt l-art tad-Danimarka (ara l-Att Konsolidat Nru 960 tat-13 ta’ Settembru 2011), jistgħu jiġu sottomessi applikazzjonijiet għal liċenzji għall-esplorazzjoni ta’ u l-produzzjoni tal-idrokarburi għal żona fil-Baħar tat-Tramuntana fi ħdan il-konfini tal-koordinati li ġejjin (koordinati ġeografiċi bbażati fuq ED50):

 

Punt 1: 56° 32′ 00″ latitudni N (Tramuntana), 05° 07′ 00″ lonġitudni E (Lvant)

 

Punt 2: 56° 33′ 50″ latitudni N, 05° 12′ 00″ lonġitudni E

 

Punt 3: 56° 37′ 00″ latitudni N, 05° 15′ 30″ lonġitudni E

 

Punt 4: 56° 36′ 30″ latitudni N, 05° 16′ 00″ lonġitudni E

 

Punt 5: 56° 37′ 15″ latitudni N, 05° 20′ 00″ lonġitudni E

 

Punt 6: 56° 39′ 30″ latitudni N, 05° 22′ 30″ lonġitudni E

 

Punt 7: 56° 41′ 30″ latitudni N, 05° 27′ 30″ lonġitudni E

 

Punt 8: 56° 42′ 30″ latitudni N, 05° 26′ 30″ lonġitudni E

 

Punt 9: 56° 42′ 30″ latitudni N, 05° 24′ 6,902537″ lonġitudni E

 

Punt 10: 56° 45′ 54,33804″ latitudni N, 05° 35′ 00″ lonġitudni E

 

Punt 11: 56° 45′ 50″ latitudni N, 05° 35′ 00″ lonġitudni E

 

Punt 12: 56° 40′ 50″ latitudni N, 05° 39′ 45″ lonġitudni E

 

Punt 13: 56° 33′ 50″ latitudni N, 05° 18′ 15″ lonġitudni E

 

Punt 14: 56° 31′ 30″ latitudni N, 05° 18′ 00″ lonġitudni E

 

Punt 15: 56° 29′ 00″ latitudni N, 05° 10′ 15″ lonġitudni E

 

Punt 1: 56° 32′ 00″ latitudni N, 05° 07′ 00″ lonġitudni E

Il-Punt 9 huwa l-intersezzjoni bejn 56° 42′ 30″ latitudni N u l-fruntiera bejn id-Danimarka u n-Norveġja. Il-Punt 10 huwa l-intersezzjoni bejn 05° 35′ 00″ lonġitudni E u l-fruntiera bejn id-Danimarka u n-Norveġja. Il-fruntiera bejn il-Punt 9 u l-Punt 10 hija l-fruntiera bejn in-Norveġja u d-Danimarka. Fejn huwa possibbli, iż-żona ġiet immarkata mod ieħor billi jingħaqdu l-koordinati fl-ordni mogħtija hawn fuq bil-gradi (°) tal-latitudni jew lonġitudni. F’każijiet oħra jintużaw il-linji rhumb.

Id-dispożizzjonijiet u l-kriterji skont it-tifsira tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 94/22/KE (ara l-Att Konsolidat Nru 960 tat-13 ta’ Settembru 2011 dwar l-użu tar-riżorsi ta’ taħt l-art tad-Danimarka) ġew ippubblikati fl-4 ta’ April 2012 fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 67 taħt “tħabbir divers u sejħiet għall-offerti”.

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard minn 13-il ġimgħa tal-pubblikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lill-indirizz li ġej, li fih hija disponibbli aktar informazzjoni abbażi tad-Direttiva 94/22/KE:

Ministry of Climate, Energy and Building

Danish Energy Agency

Amaliegade 44

1256 København K

DANMARK

Tel. +45 33926700

Fax +45 3311474

Posta elettronika: ens@ens.dk

Internet: http://www.ens.dk

L-applikazzjonijiet li jaslu wara dan il-perjodu mhux se jiġu kkunsidrati. Il-liċenzji huma mistennija li jingħataw fi żmien sitt xhur wara li jiskadi l-perjodu tal-applikazzjoni.


1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/8


Miżuri ta’ riorganizzazzjoni

Deċiżjoni li tapprova t-trasferiment tal-portafoll tal-assigurazzjoni minn Omniasig Vienna Insurance Group SA, bħala l-impriża li tittrasferixxi, għal BCR Asigurări Vienna Insurance Group SA, bħala l-impriża li tirċievi t-trasferiment, u l-amalgamzzjoni permezz ta’ akkwist konkluża bejn BCR Asigurări Vienna Insurance Group SA, bħala l-impriża li qed takkwista, u Omniasig Vienna Insurance Group SA, bħala l-impriża fil-mira

(Pubblikazzjoni magħmula skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni)

2012/C 155/08

Impriża tal-assigurazzjoni

S.C. BCR Asigurări Vienna Insurance Group SA, bl-uffiċċju reġistrat tagħha f’Grigore Mora nr. 23, Sector 1, Bucharest, Romania, reġistrat fl-uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ bin-numru J40/10454/19.12.2001, Numru ta’ Reġistrazzjoni Uniku 14360018, rappreżentata legalment minn Mihail Tecău, bħala l-President tal-Bord.

SC Omniasig Vienna Insurance Group SA, bl-uffiċċju reġistrat tagħha B-dul Aviatorilor nr. 28, Sector 1, Bucharest, Romania, reġistrat fl-uffiċċju tar-Reġistru tal-Kummerċ bin-Numru J40/8364/29.4.1994, Numru ta’ Reġistrazzjoni Unika R5589684, rappreżentata legalment minn Artur Borowinski, bħala President tal-Bord.

Data, dħul fis-seħħ u n-natura tad-Deċiżjoni

Id-Deċiżjoni Nru 211 tal-11 ta’ April 2012 li tapprova t-trasferiment tal-portafoll tal-assigurazzjoni minn Omniasig Vienna Insurance Group SA, bħala l-impriża li tittrasferixxi, għal BCR Asigurări Vienna Insurance Group SA, bħala l-impriża li tirċievi t-trasferiment, u l-amalgamzzjoni permezz ta’ akkwist konkluż bejn BCR Asigurări Vienna Insurance Group SA, bħala l-impriża li qed takkwista, u Omniasig Vienna Insurance Group SA, bħala l-impriża fil-mira

Awtoritajiet kompetenti

Kummissjoni Superviżorja tal-Assigurazzjoni, bl-uffiċċju prinċipali tagħha f’Str. Amiral Constantin Bălescu nr. 18, Sector 1, Bucharest, Romania, Numru tar-Reġistrazzjoni tat-Taxxa 14045240/1.7.2001

Awtorità Superviżorja

Kummissjoni Superviżorja tal-Assigurazzjoni, bl-uffiċċju prinċipali tagħha f’Str. Amiral Constantin Bălescu nr. 18, Sector 1, Bucharest, Romania, Numru tar-Reġistrazzjoni tat-Taxxa 4045240/1.7.2001

Liġi applikabbli

L-Att Nru 32/2000 dwar l-assigurazzjoni u s-sorveljanza tal-assigurazzjoni, kif emendat

Ir-regoli dwar it-trasferiment tal-portafoll bejn l-assiguraturi, stabbiliti b’Ordni Nru 113.108/2006 tal-President tal-Kummissjoni Superviżorja tal-Assigurazzjoni

Ir-regoli għall-approvazzjoni tal-amalgamazzjoni jew il-qsim tal-assiguraturi b’Ordni Nru 113.111/2006 tal-President tal-Kummissjoni Superviżorja tal-Assigurazzjoni


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6546 – Ericsson/Technicolor Broadcasting Services)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 155/09

1.

Fil-25 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Telefonaktiebolaget LM Ericsson (“Ericsson”, l-Isvezja) takkwista l-kontroll tan-negozju tas-servizzi tax-xandir ta’ Technicolor SA (“Technicolor”, Franza) fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. B’mod partikolari, permezz ta’ sussidjarji li huma kompletament proprjetà ta’ Ericsson Group, Ericsson se takkwista l-kapital kollu ta’ ishma maħruġin u d-drittijiet ta’ votazzjoni ta’ (i) Technicolor Network Services France SAS, (ii) Nederlands Omroepproducktie Bedrijf NV, (iii) Technicolor Broadcast Services UK Ltd, (iv) Technicolor Network Services UK Ltd u (v) Technicolor Distribution Services UK Ltd (flimkien “Technicolor Broadcasting Services business”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Ericsson tipprovdi, fuq livell internazzjonali, tagħmir, teknoloġija u servizzi lill-operaturi tat-telefown b'netwerks mobbli jew fissi, inklużi t-teknoloġiji mobbli 2G, 3G u 4G. Ericson hija attiva wkoll fil-provvista ta’ servizzi ta’ xandir ġestiti fl-Isvezja,

L-impriża Technicolor Broadcasting Services tal-kumpanija Franċiża internazzjonali Technicolor (li qabel kienet Thomson SA u Thomson Multimedia) tipprovdi servizzi ta’ xandir ġestit, b’mod partikolari l-provvista ta’ soluzzjonijiet għall-ħolqien, għall-ġestjoni, għal wara l-produzzjoni, għat-twassil u l-aċċess ta’ vidjo, għall-industriji tal-Komunikazzjoni u l-Midja u tad-Divertiment. L-attivitajiet kummerċjali ta’ Technicolor fix-xandir ġestit huma ffukati fi Franza, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6546 – Ericsson/Technicolor Broadcasting Services, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

1.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/11


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 155/10

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ΞΗΡΑ ΣΥΚΑ ΤΑΞΙΑΡΧΗ” (XIRA SYKA TAXIARCHI)

KE Nru: EL-PDO-0005-0790-23.09.2009

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Ξηρά Σύκα Ταξιάρχη” (Xira Syka Taxiarchi)

2.   Stat Membru jew pajjiż terz:

Il-Greċja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta’ prodott:

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1):

Ix-“Xira Syka Taxiarchi” huwa tin niexef (Ficus carica) tal-varjetà Smyrna. Għandu lewn safrani, riħa pjaċevoli u togħma ħelwa.

Il-karatteristiċi speċifiċi tax-“Xira Syka Taxiarchi” kif jidhru f’testijiet regolari tal-laboratorju li jsiru f’laboratorji akkreditati huma mogħtija fil-qosor hawn taħt:

 

Il-frotta: għandha qoxra rqiqa u polpa b’konsistenza tal-għasel

 

Lewn: Lewn: safrani, uniformi

 

Aroma: pjaċevoli, ħelwa

 

Togħma: ħelwarikka

 

Daqs: 45-55 biċċa kull kilo

 

Nutrijenti kull 100 g:

 

Proteini: min. 3,0 g

 

Zokkor min. 55 g

 

Sukrosju: min. 0,60 g

 

Fibra tad-dieta: 3,0-5,0 g

 

Kontenut ta’ umdità: mass. 19 %

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

L-istadji kollha tal-produzzjoni, it-trattament u l-ipproċessar tax-“Xira Syka Taxiarchi” għandu jsir fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

Ix-“Xira Syka Taxiarchi” għandu jkun ippakkjat fiż-żona ġeografika ddefinita għaliex għandu qoxra rqiqa u għal din ir-raġuni jeħtieġ li jiġi ttrattat darbtejn kontra l-insetti, l-ewwel darba wara t-tnixxif u qabel l-ippakkjar u t-tieni darba wara l-ippakkjar finali, għall-prevenzjoni kontra infestazzjoni, li timpedixxi l-frott b'mod sinifikanti. Jekk l-ippakkjar ikun permess barra ż-żona ġeografika ddefinita, hemm ċans li t-tieni trattament kontra l-insetti ma jsirx kif suppost, jew ma jsirx, u b'hekk ipoġġi fil-periklu l-kwalità u r-reputazzjoni tal-prodott.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

It-tin Taxiarchis jitkabbar esklussivament fiż-żona ġeografika ddelimitata mill-komunitajiet ta’ Taxiarchis, Neos Pyrgos, Agios Georgios, Orei, Istiaia, Kamaria u Kastaniotissa fit-tramuntanta ta’ Evia. Iż-żona hija ċċirkundata bil-muntanji tat-Tramuntana ta’ Evia minn tliet naħat u bil-baħar fuq in-naħa li jifdal, li joħloq mikroklima distinta.

5.   Rabta maż-żona Ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-ħamrija

Fit-Tramuntana ta’ Evia u b’mod partikulari fiż-żona ġeografika ddefinita, il-ħamrija hija ramlija-taflija-maħlula, b’alkalina medja, b’kontenut totali tal-kalċju għoli u kontenut baxx għal kemxejn baxx ta' materja organika.

Il-klima

Il-klima ħafifa, sħuna u niexfa, tipika tan-Nofsinhar tal-Mediterran, tibbenefika b'mod speċjali mill-preżenza tal-muntanji ġirien, il-formazzjoni tal-art u ż-żiffa mill-baħar Eġew. Iż-żona tgawdi minn sigħat twal ta' xemx, speċjalment fir-rebbiegħa u s-sajf, meta t-tin ikun qed jimmatura fuq is-siġar.

Il-fattur uman

Barra minn hekk, minbarra l-impatt tal-fatturi inerenti u naturali, il-kontribuzzjoni tal-produtturi hija ugwalment importanti fl-iffurmar tal-prodott finali. Dan ġej mill-esperjenza twila tagħhom fit-tkabbir tat-tin, l-użu ta’ tekniki speċifiċi ta’ kultivazzjoni għall-produzzjoni ta’ frott ta’ kwalità tajba, u l-interess tagħhom fil-produzzjoni u l-ħarsien ta’ prodott speċjali. It-tekniki speċifiċi tal-kultivazzjoni huma mogħtija fil-qosor hawn taħt:

rmondar, li jsir minn Diċembru sa Jannar sabiex tinżamm il-forma tas-siġar, jinkoraġġixxi tkabbir ġdid u jiżgura li l-parti ta' ġewwa tal-kuruna hija esposta għal biżżejjed dawl u arja. Jinkludi t-tneħħija ta' friegħi niexfa u maqbudin flimkien b’qatgħat oblikwi u l-qtugħ ta’ friegħi żgħar, sabiex is-siġar jibqgħu fl-aħjar kundizzjoni possibbli.

Il-maturazzjoni tat-tin fuq is-siġar. Il-produtturi jħallu t-tin jimmatura kompletament fuq is-siġar, u jaqa’ waħdu fuq ix-xbiek tal-ħsad mifruxa taħtu.

Il-metodu tad-dakkir. Fuq kull siġra tat-tin, dawk li jkabbru dawn is-siġar, ipoġġu xibka żgħira tal-plastik li jkun fiha minn 5-7 tiniet maskili. Ġot-tin maskili hemm żnażan femminili adult tat-tin li jħallu t-tin maskili u jidħlu fit-tin femminili permezz tal-ostjoli. Iż-żnażan tat-tin għalhekk jittrasferixxu t-trab dakkari mis-siġar tat-tin maskili għall-fjuri femminili. Dawk li jkabbruhom jiġbru it-tin maskili (caprifigs) tard filgħaxija u jpoġġuhom fl-imsaġar tat-tin filgħaxija jew kmieni filgħodu qabel titla’ ix-xemx, għaliex iż-żnażan tat-tin huma attivi l-aktar filgħodu u dak huwa l-aħjar ħin għad-dakkir.

tnixxif naturali fix-xemx.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

L-ispeċifiċità tax-“Xira Syka Taxiarchi” hija li jitħalla jinxef b’mod naturali fix-xemx, li l-polpa għandha togħma ħelwa speċjali, u d-daqs tagħhom. Ix-“Xira Syka Taxiarchi” għandu lewn safrani uniformi, b’qoxra rqiqa u polpa bil-konsistenza tal-għasel. Għandu riħa pjaċevoli u togħma ħelwa. Jikber bejn 45-55 biċċa kull kilo.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Il-varjetà nattiva distinta tat-tin Smyrna li jitkabbar b’mod esklussiv fit-Tramuntana ta’ Evia hija waħda mill-aktar varjetajiet ta' tin magħrufa fid-dinja. Speċifikament, hija t-taħlita ta’ kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija fit-Tramuntana ta’ Evia li kkontribwixxiet għall-predominanza ta’ din il-varjetà lokali speċifika ta’ tin u r-rendiment stabbli tagħha.

Il-kompożizzjoni kimika tal-ħamrija hija importanti sabiex wieħed jiddetermina l-kwalità tat-tin prodott u għalhekk il-karatteristiċi organoleptiċi tax-“Xira Syka Taxiarchi”. Il-kontenut għoli ta’ kalċju fil-ħamrija fiż-żona ġeografika ddefinita ġie ppruvat li jnaqqas b’mod sinifikanti il-ħsara ta’ ħruq mix-xemx lill-frotta u l-qsim tal-ostjoli. Konsegwentament, ix-“Xira Syka Taxiarchi”, li jitkabbar biss f’din il-ħamrija, huwa ta’ kwalità eċċezzjonali.

Il-klima fit-Tramuntana ta' Evia, li tiggarantixxi sigħat twal ta' xemx u l-ebda varjazzjoni kbira fit-temperatura matul is-sena kollha, speċjalment matul il-perjodu ta’ maturazzjoni, meta l-karatteristiċi organoleptiċi tat-tin jiżviluppaw. Is-sigħat twal ta’ xemx fiż-żona, flimkien mal-fatt li l-imsaġar tat-tin jinżergħu fuq il-ġnub tal-għoljiet esposti għal dawl qawwi, jipproduċu tin b’kontenut ta’ zokkor għoli. It-tin fih l-għola persentaġġ possibbli ta’ zokkriet għaliex jitħalla jimmatura kompletament fuq is-siġar u jaqa’ waħdu fix-xbiek tal-ħsad mifruxa taħtu. Din it-taħlita unika ta’ fatturi tagħti x-“Xira Syka Taxiarchi” it-togħma ħelwa speċjali li għaliha huwa magħruf.

L-imsaġar tat-tin jinżergħu fuq il-ġnub ta' muntanji baxxi li huma esposti għal irjieħ frekwenti u qawwija. Minħabba f’hekk, u l-għamla ta' kikkra prodotta mill-irmondar metikoluż ta' dawk li jkabbruhom, is-siġar jirċievu ħafna arja, li tipprevjeni l-iżvilupp ta’ fungi u infestazzjoni minn insetti li jagħmlu l-ħsara. L-irmondar li jsir minn dawk li jkabbru s-siġar tat-tin jgħin fil-produzzjoni ta’ frott kbir għaliex isaħħaħ is-siġar.

L-irrigazzjoni sistematika tal-imsaġar tat-tin, tħares is-siġar tat-tin minn perikolu kkawżat min-nuqqas ta’ ilma matul l-istadji kritiċi taċ-ċiklu ta’ produzzjoni tagħhom u tikkontribwixxi għall-produttività u l-produzzjoni ta’ frott kbir.

It-tnixxif naturali tat-tin fix-xemx ifisser li l-umdità tintilef gradwalment u tipprevjeni t-telfien ta’ komposti volatili sensittivi għas-sħana li jagħtu lit-tin l-aroma karatteristika tiegħu. Dan jagħti t-“Xira Syka Taxiarchi” il-fwieħa speċjali tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.minagric.gr/greek/data/Προδιαγραφές%20Προϊόντος%20ΞΗΡΑ%20ΣΥΚΑ%20ΤΑΞΙΑΡΧΗ.doc


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.