ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.136.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 136

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
11 ta' Mejju 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2012/C 136/01

L-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposti leġiżlattivi dwar Soluzzjoni Alternattiva u Online tat-Tilwim għat-tilwim tal-konsumaturi

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 136/02

Rata tal-kambju tal-euro

5

2012/C 136/03

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2012/C 136/04

L-Avviż tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati tal-imgħax ta' rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta' referenza/rati ta' skont attwali għal tliet Stati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2012(Ippubblikat b'konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta' Lulju 2004 (ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 26/2006, 25.5.2006, p. 1.))

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2012/C 136/05

Sentenza tal-Qorti tat-23 ta’ Jannar 2012 fil-Kawża E-2/11 – STX Norway Offshore AS u Oħrajn vs l-Istat tan-Norveġja, irrappreżentat mill-Bord tat-Tariffa (Il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi – Id-Direttiva 96/71/KE – L-istazzjonar tal-ħaddiema – Ir-rati minimi ta’ ħlas – Il-massimu ta’ sigħat tax-xogħol – Ir-remunerazzjoni għall-assenjazzjonijiet ta’ xogħol li jeħtieġu waqfa matul il-lejl – Il-kumpens għall-ispejjeż)

8

2012/C 136/06

Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Héraðsdómur Reykjavíkur, datata s-16 ta’ Diċembru 2011 fil-kawża ta’ Vín Tríó ehf. vs l-Istat tal-Islanda (Il-Kawża E-19/11)

9

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 136/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6511 – Solvay/Air Liquide/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

10

2012/C 136/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6567 – Bouygues/Amelia) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

11

2012/C 136/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6569 – Lecta/Polyedra) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

12

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 136/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

13

2012/C 136/11

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

16

2012/C 136/12

Avviż ta' informazzjoni – Konsultazzjoni pubblika – Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Isvizzera u mil-Liechtenstein

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/1


L-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposti leġiżlattivi dwar Soluzzjoni Alternattiva u Online tat-Tilwim għat-tilwim tal-konsumaturi

2012/C 136/01

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, (1)

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data, u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, (2)

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

I.   INTRODUZZJONI

I.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD u l-għan tal-Opinjoni

1.

Fid-29 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat żewġ proposti leġiżlattivi dwar soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (minn hawn ’il quddiem: “il-proposti”):

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim għal tilwim tal-konsumaturi (minn hawn ’il quddiem: “il-Proposta tal-ADR”) (3);

Proposta għal Regolament dwar Soluzzjoni Online ta’ Tilwim għat-tilwim tal-konsumaturi (minn hawn ’il quddiem: “il-Proposta tal-ODR”) (4).

2.

Fis-6 ta’ Diċembru 2011, il-KEPD irċieva l-Proposta tal-ADR u l-Proposta tal-ODR għal konsultazzjoni. Il-KEPD kien ukoll ikkonsultat informalment qabel l-adozzjoni tal-proposti u ħareġ kummenti informali. Il-KEPD jilqa’ din il-konsultazzjoni bikrija u l-fatt li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu f’dawn il-kummenti ġew inklużi fil-proposti.

3.

Din l-Opinjoni għandha l-għan li tanalizza l-ipproċessar ta’ dejta personali previst mill-proposti u li tispjega kif dawn jindirizzaw il-kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta. Hija sejra tiffoka fuq il-Proposta tal-ODR, peress li din tinvolvi l-ipproċessar ċentralizzat ta’ dejta personali relatata ma’ tilwim permezz ta' pjattaforma online.

I.2.   L-Għan tal-proposti

4.

Skemi ta’ soluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR – Alternative Dispute Resolution) jipprovdu mezzi alternattivi sabiex isolvi tilwim li normalment ikun irħas u aktar veloċi milli kieku jitressaq każ il-qorti. Il-Proposta tal-ADR għandha l-għan li tiżgura li dawn l-entitajiet ikunu fis-seħħ fl-Istati Membri kollha tal-UE sabiex issolvi kwalunkwe tilwim transkonfinali tal-konsumaturi minħabba l-bejgħ ta’ prodotti jew minħabba l-forniment ta’ servizzi fl-UE.

5.

Il-Proposta tal-ODR tibni fuq din id-disponibilità madwar l-UE kollha tal-ADR għat-tilwim tal-konsumaturi. Hija tistabbilixxi pjattaforma online (minn hawn ’il quddiem: il-“pjattaforma tal-ODR”) li l-konsumaturi u l-operaturi tas-suq se jkunu jistgħu jużaw sabiex jittrażmettu lmenti dwar tranżazzjonijiet transkonfinali online lill-entità tal-ADR kompetenti.

II.   OSSERVAZZJONIJIET ĠENERALI

6.

Il-KEPD jappoġġa l-għan tal-proposti u jilqa’ l-fatt li l-prinċipji ta’ protezzjoni tad-dejta ġew ikkunsidrati mill-aktar stadju bikri tal-proċess ta’ abbozzar.

7.

Il-KEPD jilqa’ wkoll ir-referenzi għall-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta fil-Proposta tal-ODR (5) u għall-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE fil-kuntest tal-Proposta ADR (6), u kif ukoll ir-referenzi għall-konsultazzjoni lill-KEPD (7).

III.   OSSERVAZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

III.1.   L-irwol tal-kontrolluri: ħtieġa għal allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet

8.

Skont il-Proposta tal-ODR, id-dejta se tiġi pproċessata minn tlett tipi ta’ atturi fil-kuntest ta' kull twissija sottomessa permezz tal-pjattaforma tal-ODR:

Entitajiet tal-ADR;

Faċilitaturi tal-ODR, li sejrin jipprovdu appoġġ għas-soluzzjoni tat-tilwim sottomess permezz tal-pjattaforma tal-ODR (8);

il-Kummissjoni.

L-Artikolu 11(4) jistabbilixxi li kull wieħed minn dawn l-atturi għandu jiġi kkunsidrat bħala kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali relatata mar-responsabbiltajiet tagħhom.

9.

Madankollu, ħafna minn dawn il-kontrolluri jistgħu jitqiesu responsabbli għall-ipproċessar tal-istess dejta personali (9). Pereżempju, id-dejta relatata ma’ tilwima partikolari mibgħuta permezz tal-pjattaforma tal-ODR tista’ tiġi eżaminata minn bosta faċilitaturi tal-ODR u mill-iskema tal-ADR kompetenti li se tittratta t-tilwima. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tiproċessa din id-dejta personali għat-tħaddim u l-manutenzjoni tal-pjattaforma tal-ODR.

10.

F'dan ir-rigward, il-KEPD jilqa’ l-fatt li l-Premessa 20 tal-Proposta tal-ODR tistabbillixxi li l-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta tapplika għal dawn l-atturi kollha. Madankollu, il-parti leġiżlattiva tal-proposta tal-ODR tal-inqas għandha tispeċifika lil liema kontrolluri s-suġġetti tad-dejta għandhom jindirizzaw it-talbiet tagħhom għal aċċess, rettifika, imblukkar u tħassir; u liema kontrollur ikun responsabbli fil-każ ta’ ksur speċifiku tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-data (pereżempju, għal ksur tas-sigurtà). Is-suġġetti tad-dejta għandhom jiġu informati wkoll kif xieraq.

III.2.   Limitazzjoni ta’ aċċess u l-perjodu ta’ żamma

11.

Skont l-Artikolu 11 tal-Proposta tal-ODR, aċċess għal dejta personali pproċessata permezz tal-pjattaforma tal-ODR hija limitata għal:

l-entità tal-ADR kompetenti sabiex tinstab soluzzjoni għat-tilwima;

il-faċilitaturi tal-ODR sabiex jappoġġjaw is-soluzzjoni tat-tilwima (eż. sabiex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn il-partijiet u l-entità tal-ADR rilevanti jew sabiex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar mezzi ta’ rimedju oħrajn minbarra l-pjattaforma tal-ODR);

il-Kummissjoni, jekk dan ikun meħtieġ għat-tħaddim u l-manutenzjoni tal-pjattaforma tal-ODR, inkluża s-sorveljanza tal-użu tal-pjattaforma minn entitajiet tal-ADR u l-faċilitaturi tal-ODR (10).

12.

Il-KEPD jilqa’ dawn il-limitazzjonijiet tal-iskop u d-drittijiet ta’ aċċess. Madankollu, mhuwiex ċar jekk il-faċilitaturi kollha tal-ODR (mill-inqas 54) huwiex se jkollhom aċċess għad-dejta personali relatata mat-tilwim kollu. Il-KEPD jirrakkomanda li jiġi ċċarat li kull faċilitatur tal-ODR se jkollu aċċess biss għad-dejta meħtieġa sabiex jissodisfa l-obbligi tiegħu jew tagħha skont l-Artikolu 6(2).

13.

Rigward il-perijodu ta’ żamma, il-KEPD jilqa’ l-Artikolu 11 (3), li jippermetti ż-żamma ta’ dejta personali biss għaż-żmien meħtieġ għas-soluzzjoni tat-tilwima u għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess għas-suġġetti tad-dejta. Huwa jilqa’ wkoll l-obbligu li d-dejta titħassar b’mod awtomatiku 6 xhur wara l-konklużjoni tat-tilwima.

III.3.   L-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta: ħtieġa possibbli għal verifika minn qabel

14.

Billi jittieħed f’kunsiderazzjoni l-għan tal-proposti, huwa possibbli li tiġi pproċessata d-dejta personali relatata ma’ ksur suspettat. Anki d-dejta dwar is-saħħa tista’ tiġi pproċessata fil-kuntest ta’ tilwim li jirriżulta mill-bejgħ ta’ prodotti jew mill-forniment ta’ servizzi relatati mas-saħħa.

15.

Għalhekk, l-ipproċessar ta’ dejta personali fil-qafas tal-pjattaforma tal-ODR jista’ jkun soġġett għal verifika minn qabel mill-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta u mill-KEPD, kif meħtieġ mill-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikolu 20 tad-Direttiva 95/46/KE (11). Il-KEPD jifhem li l-Kummissjoni hija konxja mill-fatt li, qabel ma tibda titħaddem il-pjattaforma tal-ODR, hemm il-ħtieġa li jiġi valutat jekk l-ipproċessar għandux ikun soġġett għal verifika minn qabel.

III.4.   Il-KEPD għandu jiġi kkonsultat dwar l-atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni relatati mal-formola għat-tilwim

16.

L-informazzjoni li għandha tingħata fil-formola elettronika tat-tilwim (minn hawn ’il quddiem: “il-formola”) hija dettaljata fl-Anness tal-Proposta tal-ODR. Din tinkludi dejta personali tal-partijiet (l-isem, l-indirizz u, jekk applikabbli, l-indirizz tal-posta elettronika u tal-websajt) u dejta li għandha l-għan li tiddetermina liema entità tal-ADR hija kompetenti sabiex tittratta t-tilwima rilevanti (il-post ta’ residenza tal-konsumatur fiż-żmien meta ġew ordnati l-prodotti jew is-servizzi, it-tip ta’ prodotti jew servizzi involuti, eċċ).

17.

Il-KEPD jilqa’ l-Artikolu 7(6) li jfakkar li dejta preċiża, rilevanti u mhux eċċessiva biss tista’ tiġi pproċessata permezz tal-formola u l-annessi tagħha. Il-lista tad-dejta li tinsab fl-Anness tirrispetta anki l-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop.

18.

Madankollu, din il-lista tista’ tiġi modifikata permezz ta’ atti ddelegati u l-modalitajiet tal-formola sejrin jiġu rregolati permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni (12). Il-KEPD jirrakkomanda li tiġi inkluża referenza għall-ħtieġa li jiġi kkonsultat il-KEPD sakemm dawn l-atti jkunu jikkonċernaw l-ipproċessar ta’ dejta personali.

III.5.   Miżuri ta’ sigurtà: ħtieġa ta' valutazzjoni tal-impatt fuq il-privatezza

19.

Il-KEPD jilqa’ d-dispożizzjonijiet iddedikati għall-kunfidenzjalità u s-sigurtà. Il-miżuri ta’ sigurtà dettaljati fl-Artikolu 12 tal-Proposta tal-ODR jinkludu kontrolli ta’ aċċess, pjan ta’ sigurtà u ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà.

20.

Il-KEPD jirrakkomanda li tiddaħħal ukoll referenza għall-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tal-impatt ta’ privatezza (inkluża valutazzjoni tar-riskju) u għall-fatt li l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta u s-sigurtà tad-dejta għandha tkun verifikata u rrapportata perjodikament.

21.

Barra minn hekk, il-KEPD jixtieq ifakkar li l-iżvilupp tal-għodod tal-IT għat-twaqqif tal-pjattaforma tal-ODR għandu jintegra l-protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta mill-fażi ferm bikrija tal-proċess ta’ disinjar (Privacy by Design), inkluża l-implimentazzjoni ta’ għodod li jippermettu lill-utenti sabiex jipproteġu aħjar id-dejta personali (bħall-awtentikazzjoni u l-kodifikazzjoni).

III.6.   Informazzjoni għas-suġġetti tad-dejta

22.

Il-KEPD jilqa’ l-Premessa 21 tal-Proposta tal-ODR, li tiddikjara li s-suġġetti tad-dejta għandhom jiġu mgħarrfa dwar l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom u d-drittijiet tagħhom permezz ta’ avviż dwar il-privatezza disponibbli pubblikament. Madankollu, l-obbligu li s-suġġetti tad-dejta jiġu mgħarrfa għandu jiġi inkluż ukoll fil-parti leġiżlattiva tal-Proposta tal-ODR.

23.

Barra minn hekk, is-suġġetti tad-dejta għandhom ukoll jiġu mgħarrfa dwar liema kontrollur huwa responsabbli għall-konformità mad-drittijiet tagħhom. L-avviż dwar il-privatezza għandu jkun viżibbli b’mod ċar għal kull min jimla l-formola.

IV.   KONKLUŻJONI

24.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li l-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta ġew integrati fit-test, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-iskop u l-limitazzjoni ta’ aċċess, il-limitazzjoni tal-perjodu ta’ żamma u l-miżuri tas-sigurtà. Madankollu, huwa jirrakkomanda:

li jigu ċċarati r-responsabbiltajiet tal-kontrolluri u li s-suġġetti tad-dejta jiġu mgħarrfa kif xieraq;

li tigi ċċarata l-limitazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess;

li jiġu kkumplimentati d-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà;

li jissemma’ l-bżonn li l-KEPD jiġi kkonsultat dwar atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni relatati mal-ipproċessar ta’ dejta personali.

25.

Il-KEPD jixtieq ifakkar ukoll li l-ipproċessar ta’ dejta personali fil-qafas tal-pjattaforma tal-ODR jista’ jkun soġġett għal verifika minn qabel mill-KEPD u mill-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Jannar 2012.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  COM(2011) 793 finali.

(4)  COM(2011) 794 finali.

(5)  Premessa 20 u 21 u l-Artikolu 11(4) tal-Proposta tal-ODR.

(6)  Premessa 16 tal-Proposta tal-ADR.

(7)  Preamboli u Memoranda ta’ Spjegazzjoni tal-proposti.

(8)  Kull Stat Membru se jkollu jagħżel punt ta' kuntatt għall-ODR li se jospita mill-inqas żewġ faċilitaturi tal-ODR. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi netwerk ta' punti ta' kuntatt tal-ODR.

(9)  Ara wkoll L-Opinjoni 1/2010 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-kunċetti ta’ “kontrollur” u “proċessur”, adottata fis-16 Frar 2010 (WP 169), p.17-24, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/docs/wpdocs/2010/wp169_mt.pdf

(10)  Ara l-Artikolu 11(2) tal-Proposta tal-ODR.

(11)  L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jeħtieġ li l-ipproċessar tad-“data li tirrelata mas-saħħa u ma’ reati suspettati, reati, kundanni kriminali jew miżuri ta' sigurtà” jkun soġġett għal verifika minn qabel mill-KEPD. Skont l-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 95/46/KE, l-operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx li jippreżentaw riskji speċifiċi għall-protezzjoni tad-dejta, kif determinat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta, huma soġġetti għal verifika minn qabel mill-awtorità nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta.

(12)  Premessi 23-24 u l-Artikolu 7(4-5) tal-Proposta tal-ODR.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-9 ta’ Mejju 2012

2012/C 136/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,295

JPY

Yen Ġappuniż

102,99

DKK

Krona Daniża

7,435

GBP

Lira Sterlina

0,80495

SEK

Krona Żvediża

8,9097

CHF

Frank Żvizzeru

1,201

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,563

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,243

HUF

Forint Ungeriż

290,7

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6983

PLN

Zloty Pollakk

4,2154

RON

Leu Rumen

4,421

TRY

Lira Turka

2,3236

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2886

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3007

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,053

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6509

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6232

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 481,06

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,3988

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1726

HRK

Kuna Kroata

7,505

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 951,56

MYR

Ringgit Malażjan

3,9808

PHP

Peso Filippin

55,18

RUB

Rouble Russu

39,3

THB

Baht Tajlandiż

40,287

BRL

Real Brażiljan

2,5337

MXN

Peso Messikan

17,4978

INR

Rupi Indjan

69,768


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta’ Mejju 2012

2012/C 136/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2961

JPY

Yen Ġappuniż

103,31

DKK

Krona Daniża

7,4335

GBP

Lira Sterlina

0,80180

SEK

Krona Żvediża

8,9448

CHF

Frank Żvizzeru

1,2013

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,5575

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,162

HUF

Forint Ungeriż

288,31

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6982

PLN

Zloty Pollakk

4,2292

RON

Leu Rumen

4,4190

TRY

Lira Turka

2,3135

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2801

CAD

Dollaru Kanadiż

1,2945

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,0615

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6434

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6199

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 480,27

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,3800

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,1840

HRK

Kuna Kroata

7,5055

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 954,38

MYR

Ringgit Malażjan

3,9758

PHP

Peso Filippin

55,039

RUB

Rouble Russu

39,0370

THB

Baht Tajlandiż

40,335

BRL

Real Brażiljan

2,5456

MXN

Peso Messikan

17,4001

INR

Rupi Indjan

69,1310


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/7


L-Avviż tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA dwar ir-rati tal-imgħax ta' rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta' referenza/rati ta' skont attwali għal tliet Stati tal-EFTA li japplikaw mill-1 ta' Jannar 2012

(Ippubblikat b'konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta' Lulju 2004 (ĠU L 139, 25.5.2006, p. 37 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 26/2006, 25.5.2006, p. 1.))

2012/C 136/04

Ir-rati bażi huma kkalkulati b'konformità mal-Kapitolu dwar il-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta' referenza u ta' skont tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna mill-Istat kif emendati mid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 788/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008. Biex tinkiseb ir-rata ta' referenza applikabbli, għandhom jiżdiedu marġni xierqa b'konformità mal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tar-rata ta' skont dan ifisser li l-marġni adattat ta' 100 punt bażi għandu jiżdied mar-rata bażi. Normalment, ir-rata ta' rkupru tiġi kkalkulata wkoll billi jiżdiedu 100 punt bażi mar-rata bażi kif previst fid-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 789/08/COL tas-17 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 195/04/COL tal-14 ta' Lulju 2004 (ippubblikata fil-ĠU L 340, 22.12.2010, p. 1 u fis-Suppliment taż-ŻEE Nru 72/2010, 22.12.2010, p. 1).

 

L-Islanda

Liechtenstein

In-Norveġja

1.1.2012-

4,70

0,31

3,57


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/8


SENTENZA TAL-QORTI

tat-23 ta’ Jannar 2012

fil-Kawża E-2/11

STX Norway Offshore AS u Oħrajn vs l-Istat tan-Norveġja, irrappreżentat mill-Bord tat-Tariffa

(Il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi – Id-Direttiva 96/71/KE – L-istazzjonar tal-ħaddiema – Ir-rati minimi ta’ ħlas – Il-massimu ta’ sigħat tax-xogħol – Ir-remunerazzjoni għall-assenjazzjonijiet ta’ xogħol li jeħtieġu waqfa matul il-lejl – Il-kumpens għall-ispejjeż)

2012/C 136/05

Fit-TALBA lill-Qorti fil-Kawża E-2/11 STX Norway Offshore AS u Oħrajn vs L-Istat tan-Norveġja, irrappreżentat mill-Bord tat-Tariffa – li saret skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, minn Borgarting lagmannsrett (Il-Qorti tal-Appell ta’ Borgarting, in-Norveġja), rigward il-kompatibbiltà mal-liġi taż-ŻEE tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg previsti fi ftehim kollettiv iddikjarat universalment applikabbli fi ħdan l-industrija tal-kostruzzjoni marittima u dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 36 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 3 tal-att imsemmi fil-punt 30 tal-Anness XVIII għall-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, kif ġiet adattata għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Per Christiansen u Páll Hreinsson (Imħallef-Relatur), Imħallfin, tat sentenza fit-23 ta’ Jannar 2012, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

(1)

It-terminu “il-perjodi massimi ta’ xogħol u l-perjodi minimi ta’ mistrieħ” stabbilit fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE, ikopri t-termini u l-kundizzjonijiet rigward “il-massimu ta’ sigħat tax-xogħol normali”, bħal dawk deskritti fit-talba għal Opinjoni Konsultattiva.

(2)

L-Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), tad-Direttiva 96/71/KE, kif interpretat fid-dawl tal-Artikolu 36 taż-ŻEE, fil-prinċipju, jipprekludi lil Stat taż-ŻEE milli jirrikjedi lil impriża stabbilita fi Stat ieħor taż-ŻEE li tkun tipprovdi servizzi fit-territorju tal-ewwel Stat biex tħallas lill-ħaddiema tagħha remunerazzjoni minima ffissata permezz tar-regoli nazzjonali ta’ dak l-Istat għal assenjazzjonijiet ta’ xogħol li jeħtieġu waqfiet matul il-lejl il-bogħod mid-dar, sakemm ir-regoli li jipprovdu għal tali remunerazzjoni addizzjonali jkollhom għan ta’ interess pubbliku u l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx sproporzjonata. Huma l-awtoritajiet nazzjonali jew, skont kif ikun il-każ, il-qrati tal-Istat taż-ŻEE ospitanti, li se jiddeterminaw jekk dawk ir-regoli fil-fatt għandhomx għan ta’ interess pubbliku u jagħmlu dan bil-mezzi xierqa.

(3)

Id-Direttiva 96/71/KE ma tippermettix lil Stat taż-ŻEE jiżgura lill-ħaddiema stazzjonati fit-territorju tiegħu minn Stat taż-ŻEE ieħor kumpens għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-ikel u l-akkomodazzjoni fil-każ ta’ assenjazzjonijiet ta’ xogħol li jeħtieġu ljieli l-bogħod mid-dar, sakemm dan ma jistax jiġi ġġustifikat fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet ta’ politika pubblika.

(4)

Il-proporzjon tal-impjegati koperti mill-ftehim kollettiv rilevanti, qabel ġie ddikjarat universalment applikabbli, ma għandu l-ebda influwenza fuq it-tweġibiet għal-Mistoqsijiet 1(a), 1(b) u 1(c).


11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/9


Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA magħmula minn Héraðsdómur Reykjavíkur, datata s-16 ta’ Diċembru 2011 fil-kawża ta’ Vín Tríó ehf. vs l-Istat tal-Islanda

(Il-Kawża E-19/11)

2012/C 136/06

Permezz ta’ ittra tas-16 ta’ Diċembru 2011, li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fis-26 ta’ Diċembru 2011, saret talba lill-Qorti tal-EFTA minn Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta’ Reykjavik) għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża ta’ Vín Tríó ehf. vs l-Istat tal-Islanda, dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

(1)

Jekk Parti Kontraenti tipprovdi fil-leġiżlazzjoni, jew permezz ta’ atti amministrattivi, li korp li jeżerċita monopolju tal-Istat fuq il-bejgħ għall-konsumatur tal-alkoħol ikun jista’ jirrifjuta li jaċċetta milli jinbigħu xarbiet alkoħoliċi li jkun fihom stimulanti bħall-kaffeina fil-ħwienet għall-konsumatur tiegħu, din tkun qed tikser l-Artikolu 11 jew l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea?

(2)

Jekk il-Qorti tal-EFTA tqis li arranġament bħal dak deskritt fl-ewwel mistoqsija jikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjonijiet, jew miżura li jkollha effetti ekwivalenti, skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, f’dak il-każ qed tintalab tweġiba għall-mistoqsija dwar jekk tali arranġament jista’ madankollu jiġi kkunsidrat bħala wieħed ġustifikat b’referenza għall-Artikolu 13 tal-Ftehim.

(3)

Jekk arranġament bħal dak deskritt fl-ewwel mistoqsija ikun ikkunsidrat bħala ksur tal-Artikolu 11 jew tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 16 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, f’dak il-każ qed tintalab tweġiba għall-mistoqsija dwar jekk il-Qorti tal-EFTA tikkunsidra (sal-punt li din tevalwa dawn il-mistoqsijiet) l-kundizzjonijiet, li r-Rikorrent irid jissodisfa biex jikseb dritt għal kumpens mill-Istat tal-EFTA minħabba ksur tal-Ftehim, bħala sodisfatti.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6511 – Solvay/Air Liquide/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 136/07

1.

Fit-2 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Solvay SA (“Solvay”, il-Belġju) u Air Liquide International (“Air Liquide”, Franza) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi proġett konġunt (“il-JV”, il-Belġju) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Solvay hija l-kumpanija possedenti ta’ grupp ta’ kumpaniji li huma attivi internazzjonalment fir-riċerka, l-iżvilupp, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ kimiċi u plastik,

Air Liquide hija attiva fil-produzzjoni u l-forniment ta’ gassijiet industrijali u l-forniment ta’ servizzi relatati lil industriji varji,

il-JV se tiffinanzja, tibni, topera u tagħmel manutenzjoni lill-faċilitajiet għall-produzzjoni tal-gass Fluworin li jinsabu fi jew maġenb siti ta’ klijenti, biex tissupplixxi l-F2 permezz ta’ pipeline li jieħu għand il-klijenti fl-industrija fotovoltajka u fl-industrija tal-iskrins ċatti, prinċipalment lokalizzati fl-Asja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6511 – Solvay/Air Liquide/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6567 – Bouygues/Amelia)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 136/08

1.

Fit-3 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Bouygues Bâtiment International SA (“BBI”, Franza), parti mill-grupp Bouygues SA (“Bouygues”, Franza) takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklussiv ta’ Amelia Investments Limited (“Amelia”, ir-Renju Unit), permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Bouygues: il-kostruzzjoni, it-telekomunikazzjoni u l-midja,

għal Amelia: il-kostruzzjoni u l-inġinerija ċivili fir-Renju Unit permezz tas-sussidjarji tagħha Thomas Vale Construction Plc u Fitzgerald Contractors Limited.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6567 – Bouygues/Amelia, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6569 – Lecta/Polyedra)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 136/09

1.

Fit-30 ta’ April 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Lecta SA (“Lecta”) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta’ Polyedra SpA u Polyedra AG (flimkien, “Polyedra”), permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Lecta: prinċipalment attiva fil-manifattura tal-karta fina miksija, u, sa ċertu punt fil-manifattura ta’ karta għal użu speċjali, u l-kummerċ tal-karta,

għal Polyedra: attiva fil-kummerċ tal-karti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6569 – Lecta/Polyedra, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/13


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 136/10

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“KITKAN VIISAS”

Nru tal-KE: FI-PDO-0005-0872-01.04.2011

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Kitkan viisas”

2.   L-Istat Membru jew il-pajjiż terz:

Il-Finlandja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel:

3.1.   It-tip tal-prodott:

Klassi 1.7.

Ħut frisk, molluski u krostaċji, u prodotti derivati minnhom.

3.2.   Id-deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f‘(1):

L-isem Kitkan viisas jintuża għall-ħut vendace (Coregonus albula) li jinqabdu fl-għadajjar fir-reġjuni għoljin ta’ Koillismaa. Il-karatteristiċi ewlenin tal-Kitkan viisas huma dawn li ġejjin:

Il-Kitkan viisas huma iżgħar fid-daqs minn ħafna ħut ieħor vendace. Id-daqs medju wara perjodu wieħed ta’ tkabbir huwa ta’ bejn 7 u 9 cm, skont il-varjazzjonijiet annwali fil-kundizzjonijiet ta’ tkabbir. Minħabba d-daqs żgħir tagħhom, is-sinsla tad-dahar tal-vendace ma tibbiesx, iżda minflok tibqa’ ratba. Il-ħut jibqgħu żgħar minħabba l-livelli baxxi ta’ nutrijenti fil-passaġġi tal-ilma u minħabba perjodu ta’ tkabbir qasir.

Il-Kitkan viisas jilħqu l-maturità ta' età ta' madwar 15-il xahar, meta l-ħut ikunu bejn wieħed u ieħor twal 8 ċm u jiżnu 4-5 g. Il-ħut għandhom lewn skur, daharhom kważi iswed, il-ġnub fidda tleqq u l-ġewnaħ tagħhom għandu lewn ċar. Il-Vendace jintgħarfu mill-whitefish, il-bleak u ħut żgħir (fish fry) ieħor tal-istess daqs permezz tax-xedaq t'isfel, li huwa sinifikament itwal mix-xedaq ta’ fuq tagħhom. L-għanqud tal-bajd (fish roe) tal-Vendace huwa żgħir fid-daqs; litru minn dan l-għanqud fih bejn wieħed u ieħor 500 000 bajda tal-ħut. L-istaġun li fih ibid il-ħut huwa l-ħarifa, wara li l-bajd tal-ħut iqatta’ x-xitwa fil-mistrieħ, u jiżviluppa f’ħut żgħir wara ftit ġimgħat matul ir-rebbiegħa.

Fix-xitwa, l-imsaren tal-Kitkan viisas jitbattlu kompletament minħabba s-sawm infurzat matul ix-xitwa twila, u għalhekk ma jkollhomx għalfejn jitnaddfu.

Il-Kistkan viisas jinbiegħu friski u ffriżati.

3.3.   Il-materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

Mhux applikabbli.

3.4.   L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Il-vendace jgħixu fuq il-plankton u d-dud tal-insetti. Il-vendace jieħdu n-nutrimenti kollha li jeħtieġu mill-ilma ħelu naturali taż-żona ġeografika definita.

3.5.   Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-ħut għandhom jinqabdu fiż-żona ġeografika identifikata. Għall-assigurazzjoni tal-kwalità, għandu jseħħ ipproċessar preliminari fl-istess żona ġeografika definita. L-ipproċessar preliminari jinvolvi t-tindif u l-iffriżar tal-ħut, li hawnhekk tfisser dan li ġej:

Meta l-ħut jitnaddfu, għallinqas għandhom jitneħħew l-intern u l-garġi tal-vendace. Jekk ikun mixtieq, ir-ras u d-denb u partijiet oħra tal-ħuta jistgħu jitneħħew ukoll.

Madanakollu, il-forma oriġinali tal-vendace għandha tibqa' tintgħaraf.

3.6.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:

Mhux applikabbli.

3.7.   Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Mhux applikabbli.

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika tikkonsisti mill-baċini tax-xmara taż-żoni ta’ qbid fir-reġjuni għoljin ta’ Koutajoki u Kemjoki, li jinsabu fil-muniċipalitajiet ta’ Kuusamo u Posio, li jaslu sal-Baħar l-Abjad, u dan ma jinkludix l-għadajjar fiż-żona mal-fruntiera tar-Russja.

5.   Ir-rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-vendace Kitkan viisas jgħixu fil-baċin tax-xmara tar-reġjuni għoljin ta' Koillismaa. Iż-żona tinsab qrib iċ-Ċirku tal-Artiku fl-emisferu tat-Tramuntana, fejn l-għadajjar huma koperti bis-silġ minn Ottubru sa Mejju. Bħala medja, ir-reġjuni għoljin ta’ Koillismaa huma 240 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Il-passaġġi tal-ilma taż-żona huma baxxi fin-nutrijenti u ċari, b'livelli ta’ aċidità kważi newtrali.

Il-varjazzjonijiet fl-għoli u fil-kurrenti tal-passaġġi tal-ilma huma żgħar ħafna, u din hi r-raġuni għaliex fl-ebda żmien tas-sena ma jkun hemm kurrenti fil-baċin tal-għadira. Il-kundizzjonijiet tal-ossiġinazzjoni tal-ilma jibqgħu tajbin ukoll matul il-perjodu tax-xitwa. Dawn il-kundizzjonijiet ambjentali jfissru li l-vendace jibqgħu fil-baċini tal-ilma fejn jitwieldu u ma jemigrawx f’ġabriet tal-ilma aktar ’l isfel.

Minħabba li l-Kitkan viisa huma daqshekk żgħar, tintuża teknoloġija speċjali tas-sajd biex jinqabdu. Is-sajd bix-xbieki tat-tartarun huwa l-metodu tradizzjonali u l-aktar komuni użat mis-sajjieda lokali sabiex jinqabad il-vendace. Matul il-perjodu meta l-ħut ibidu, jintużaw ukoll xbieki biex jinqabdu l-vendace, u fis-sajf, nases. Bastimenti tat-tkarkir ma jintużawx għas-sajd tal-Kitkan viisas.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott:

Il-kundizzjonijiet Artiċi u l-livelli baxxi ta’ nutrijenti fil-passaġġi tal-ilma jfisser li l-Kitkan viisas huma pjuttost iżgħar minn bosta speċijiet oħra tal-vendace tal-ilma ħelu. Minħabba d-daqs żgħir tagħhom, is-sinsla tad-dahar tal-vendace ma tibbiesx, iżda minflok tibqa’ ratba. Is-sawm infurzat matul ix-xitwa twila jfisser li l-ġewwieni tal-vendace jitbattal kompletament, u għalhekk fix-xitwa jista’ jittiekel mingħajr ma jitnaddaf.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (IĠP):

Il-Kitkan viisas jintgħarfu permezz tad-dehra distinta tagħhom, li hija riżultat tal-kundizzjonijiet Artiċi tar-reġjuni għoljin tal-Koillismaa u l-livelli baxxi ta’ nutrijenti tal-passaġġi tal-ilma tagħhom. Il-metodi ta' sajd tradizzjonali użati f'din iż-żona u l-użu ta' vendace mhux imnaddaf fix-xitwa huma speċifikament minħabba l-karatteristiċi taż-żona ġeografika. Il-fatt li l-Kitkan viisas ma jemigrawx lejn passaġġi tal-ilma aktar ’l isfel, huwa dovut minħabba l-kundizzjonijiet ambjentali tal-passaġġi tal-ilma fiż-żona ġeografika.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.mmm.fi/attachments/elintarvikkeet/laatujaturvallisuus/eunnimisuojajarjestelma/newfolder/5uhGhUymv/Kitkan_viisas_hakemus_lopullinen28102011.doc


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/16


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2012/C 136/11

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA SKONT L-ARTIKOLU 9

“CIPOLLA ROSSA DI TROPEA CALABRIA”

Nru tal-KE: IT-PGI-0105-0369-28.09.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni għall-emenda:

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta' produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Rekwiżiti nazzjonali

Oħrajn (Referenzi legali aġġornati)

2.   Tip ta' emenda:

Emenda tad-Dokument Uniku jew tas-Sinteżi

Emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DPO jew l-IĠP irreġistrata, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku jew Sinteżi

Emenda tal-ispeċifikazzjoni li ma għandhiex bżonn emendi tad-Dokument Uniku ppubblikat (l-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Emenda temporanja tal-ispeċifikazzjoni li tirriżulta mill-adozzjoni ta' miżuri sanitarji jew fitosanitarji obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Emenda/i:

3.1.   Metodu ta' produzzjoni:

Fl-Artikolu 5(6) u (7), flok:

“Wara li jinħasdu ċ-cipollotti, titneħħa l-qoxra esterna mgħottija bil-ħamrija, tinqata' l-faxxina għal tul ta' 40 ċm u wara jitqiegħdu f'kaxex f'qatat.

Għat-tip li se jiġi kkonsmat frisk, il-basal li minnhom titneħħa l-qoxra [tonka] esterna tinqatgħalhom il-faxxina jekk hija itwal minn 60 ċm u mbagħad miġbura f'qatat ta' 5-8 kg u mqiegħda f'ċestuni jew kaxex.”

aqra:

“Wara li jinħasdu ċ-cipollotti, titneħħa l-qoxra ta’ barra mgħottija bil-ħamrija, tinqata' l-faxxina għal tul ta' bejn 30 ċm u 60 ċm, u wara jitqiegħdu f'kaxex f'qatat.

Għat-tip li se jiġi kkonsmat frisk, il-basal li minnhom titneħħa l-qoxra ta’ barra tinqatgħalhom il-faxxina, għal tul ta’ bejn 35 ċm u 60 ċm, u mbagħad jinġabru f'qatat ta' bejn 1.5 u 6 kg, u jitqiegħdu f'ċestuni jew kaxex.”

Fl-Artikolu 9(2), flok:

“Biex il-basal deżinjati bħala I.Ġ.P. ‘Cipolla Rossa di Tropea Calabria’ jiddaħħlu fil-konsum, dawn għandhom ikunu ppakkjati skond dawn il-modalitajiet:

iċ-‘cipollotti’ jinġabru f'qatat u jitqiegħdu f'kaxex tal-kartun, plastik jew injam, lesti biex jinbiegħu;

il-basal għall-konsum frisk jinġabar f'qatat ta' 5-8 kg u mqiegħda f'ċestuni jew kaxex.”

aqra:

“Biex il-basal bl-IĠP ‘Cipolla Rossa di Tropea Calabria’ ikun jista’ jitqiegħed fis-suq għall-konsum, għandu jkun ippakkjat kif ġej:

iċ-ċipollotti jinġabru f'qatat u jitqiegħdu f'kaxex tal-kartun, tal-plastik jew tal-injam, lesti għall-bejgħ;

il-basal għall-konsum frisk jinġabar f'qatat ta' bejn 1,5 kg u 6 kg, u jitqiegħdu f'ċestuni jew kaxex.”

Id-dispożizzjonijiet fir-rigward tat-tlestija tal-prodott għall-ippakkjar ġew emendati biex jippermettu għażla usa' fejn jidħol id-daqs tal-ippakkjar u biex jirrispettaw rekwiżiti kummerċjali ġodda f'dak li jirrigwarda l-ippakkjar.

Fl-Artikolu 9(4), flok:

“L-għadd ta' basal biex jissawwar malju, indipendentement mid-daqs, jibda minn minimu ta' 6 basal u għall-istess imballaġġ, l-għadd u l-piż għandhom ikunu uniformi.”

aqra:

“L-għadd ta’ basal biex jissawwar malju, irrispettivament mid-daqs, jibda minn minimu ta' 6 basal.”

F'dak li jirrigwarda l-malju tradizzjonali, il-produtturi lokali jingħataw iktar libertà biex jippersonalizzaw il-mod kif isawru l-malju f'termini tal-għadd u tad-daqs tal-basal.

Fl-Artikolu 9(7), flok:

“Iċ-ċipollotti u l-basal għall-konsum frisk miġburin f'qatat, minbarra l-basal għall-ħżin f'malju, hekk kif jitqiegħdu fis-suq għall-konsum, għandhom iġorru stiker li juri l-logo u l-marka b'mod li jintgħarfu perfettament.”

aqra:

“Iċ-ċipollotti u l-basal għall-ħżin f'malju, hekk kif jitqiegħdu fis-suq, għandu jkollhom, fuq stiker jew materjal ieħor, il-logo tal-Unjoni u l-marka tal-prodott. Min-naħa l-oħra, il-basal għall-konsum frisk, imqiegħed f'ċestuni jew kaxex, għandu jkollu tikketta sħiħa għal kull qatta individwali, li tinkludi l-isem irreġistrat tal-impriża, il-logo tal-Unjoni, u l-logo u t-tip tal-prodott, biex tiġi ggarantita t-traċċabbiltà u biex il-prodott ikun jista' jiġi identifikat perfettament.”

Għaċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” tat-tip “basal għall-konsum frisk” imqiegħed f'qatat, kull qatta għandu jkollha tikketta bl-isem irreġistrat tal-impriża, il-logo tal-Unjoni u l-logo tal-prodott, u l-indikazzjoni tat-tip tal-prodott. B'dan il-mod, kull qatta individwali jkollha tikketta bit-tagħrif kollu meħtieġ biex il-konsumatur ikun jista' jidentifika sew il-prodott.

3.2.   Referenzi legali aġġornati:

Ġew aġġornati r-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“CIPOLLA ROSSA DI TROPEA CALABRIA”

Nru tal-KE: IT-PGI-0105-0369-28.09.2011

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Cipolla Rossa di Tropea Calabria”

2.   Stat Membru jew Pajjiż terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6:

Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott bl-isem mogħti fil-punt (1):

L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) “Cipolla Rossa di Tropea Calabria” tfisser il-basal tal-ispeċi Allium Cepa esklussivament tal-ekotipi awtoktoni li ġejjin, li jiddistingwu ruħhom bil-forma u l-ħolqien bikri tal-basla minħabba l-influwenza tal-fotoperjodu:

“Tondo Piatta” jew bikrija;

“Mezza Campana” jew relattivament bikrija;

“Allungata” jew imwaħħra.

Hemm tliet tipi tal-prodott:

 

Cipollotto:

lewn: abjad fir-roża fil-vjola

togħma: ħelwa u ħafifa

daqs: ara l-istandards previsti mir-regoli Komunitarji.

 

“Cipolla da consumo fresco” (għall-konsum frisk):

lewn: abjad fl-aħmar ċar fil-vjola

togħma: ħelwa u ħafifa

daqs: ara l-istandards previsti mir-regoli Komunitarji.

 

Cipolla da serbo (għall-ħżin):

lewn: aħmar fil-vjola

togħma: ħelwa u tqarmeċ

daqs: ara l-istandards previsti mir-regoli Komunitarji.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:

Il-fażijiet kollha tal-produzzjoni, miż-żrigħ sal-ħsad, taċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria”, għandhom isiru fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni.

3.6.   Regoli speċifiċi għall-qtugħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

Wara l-ħsad, il-basal taċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” jiġi pproċessat kif ġej:

titneħħa l-qoxra ta’ barra mgħottija bil-ħamrija, tinqata' l-faxxina għal tul ta' bejn 30 ċm u 60 ċm, u wara jitqiegħdu f'kaxex f'qatat;

għat-tip li se jiġi kkonsmat frisk, il-basal li minnhom tkun tneħħiet il-qoxra ta’ barra tinqatgħalhom il-faxxina, għal tul ta’ bejn 35 ċm u 60 ċm, u mbagħad jinġabru f'qatat ta' bejn 1,5 u 6 kg, u jitqiegħdu f'ċestuni jew kaxex;

għat-tip li jinħażen, il-basal jitqiegħdu f'għemieri mal-art u jitgħattew mill-istess faxxina, u jitħallew għal żmien varjabbli minn 8 sa 15-il jum biex jinxfu, isiru aktar kompatti, reżistenti u jitlewnu b'aħmar jgħajjat. Ladarba jkunu nixfu tista' titneħħa l-faxxina mill-basal jew, jekk tinżamm, tintuża biex jissawru f'malji. L-għadd ta’ basal biex jissawwar malju, irrispettivament mid-daqs, jibda minn minimu ta' 6 basal. L-ippakkjar, b'piż li jvarja sa massimu ta' 25 kg, isir f'boroż jew kaxex.

Il-proċess tal-ippakkjar għandu jsir fiż-żona tal-produzzjoni, bil-metodi tradizzjonali u skont id-drawwiet u l-wirt lokali, bil-għan li jiġu ggarantiti t-traċċabbiltà, il-kontroll u ż-żamma tal-kwalità tal-prodott.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar:

Fuq il-kontenituri, għandu jkun indikat il-kliem “Cipolla Rossa di Tropea Calabria” IĠP flimkien mat-tip speċifiku: “cipollotto”, “cipolla da consumo fresco” jew “cipolla da serbo”, u l-logo tal-prodott.

Iċ-ċipollotti u l-basal għall-ħżin f'malju, hekk kif jitqiegħdu fis-suq, għandu jkollhom, fuq stiker jew materjal ieħor, il-logo tal-Unjoni u l-marka tal-prodott. Min-naħa l-oħra, il-basal li se jiġi kkonsmat frisk, imqiegħed f'ċestuni jew kaxex, għandu jkollu tikketta sħiħa għal kull malju individwali, li tinkludi isem l-impriża, il-logo tal-Unjoni, il-marka u t-tipoloġija tal-prodott, biex tiġi ggarantita t-traċċabbiltà u biex il-prodott ikun jista' jintgħaraf perfettament.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ta' produzzjoni taċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” IĠP tinkludi l-artijiet adatti fit-territorju amministrattiv, kollu jew parti minnu, ta' dawn il-komuni tal-Kalabrja:

(a)   Provinċja ta' Cosenza: parti mill-komuni ta' Fiumefreddo, Longobardi, Serra d'Aiello, Belmonte, Amantea.

(b)   Provinċja ta' Catanzaro: parti mill-komuni ta' Nocera Terinese, Falerna, Gizzeria, Lamezia Terme, Curinga.

(c)   Provinċja ta' Vibo Valentia: parti mill-komuni ta' Pizzo, Vibo Valentia, Briatico, Parghelia, Zambrone, Zaccanopoli, Zungri, Drapia, Tropea, Ricadi, Spilinga, Joppolo, Nicotera.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-produzzjoni taċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” ssir f'art ramlija jew tendenzjalment ramlija, ta' konsistenza medja, b'nisġa lom – taflija jew bil-lom li tinsab mal-kosta jew maġenb xmajjar u nixxigħat li ffurmaw ruħhom mill-għargħar li minkejja li fihom iċ-ċagħaq ma jxekklux l-iżvilupp u t-tkabbir tal-basla. L-art mal-kosta hija adatta għat-tkabbir tal-basal bikri għall-konsum frisk, dik ta' ġewwa, ta' sura taflija u lom – taflija għall-basal imwaħħar għall-ħżin. Illum bħal fl-imgħoddi, il-basal aħmar huwa preżenti fil-btieħi tal-familji kif ukoll fil-meded ta' art wiesgħa, fil-pajsaġġ rurali, fl-ikel anki dak lokali u fir-riċetti tradizzjonali.

Il-karatteristiċi pedoklimatiċi tat-territorju kkonċernat jippermettu li jinkiseb prodott ta' kwalità għolja, uniku fix-xorta tiegħu, b'reputazzjoni magħrufa mad-dinja kollha.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Iċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” hija magħrufa għall-kwalità u għall-karatteristiċi organolettiċi tagħha, bħall-irtubija tal-basal, il-ħlewwa, u l-fatt li tiġi diġerita faċilment. Dawn il-karatteristiċi jippermettu li ċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” tiddewwaq anki nejja, fi kwantitajiet ċertament ogħla milli meta wieħed jiekol basal normali nej.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

It-talba għar-rikonoxximent taċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” IĠP hija ġġustifikata mir-reputazzjoni u l-fama tal-prodott li nkisbu, fost l-oħrajn, minħabba bosta inizjattivi promozzjonali, kif juru s-sorsi storiċi u biblijografiċi. Skont diversi sorsi storiċi u bibljografiċi, il-basla taf l-introduzzjoni tagħha fil-baċir tal-Mediterran u fil-Kalabrja, l-ewwel mal-Feniċi u wara mal-Griegi. Kienet apprezzata ħafna matul il-Medjuevu u r-Rinaxximent u meqjusa bħala l-prodott ewlieni tal-ikel u tal-ekonomija lokali, u kienet titpartat fil-post, tinbiegħ u tiġi esportata bil-baħar sat-Tuneżija, l-Alġerija u l-Greċja. Fil-kitbiet ta' bosta vjaġġaturi li kienu waslu l-Kalabrja bejn l-1700 u l-1800 u żaru l-kosta tat-Tirrenu minn Pizzo sa Tropea, insibu ċitazzjonijiet li jsemmu l-komuni “Cipolle Rosse” (Basal Aħmar). Il-basal minn dejjem kien preżenti fl-ikel tal-bdiewa u fil-produzzjonijiet lokali; diġà lura fl-1905, Dott. Albert, vjaġġatur fil-Kalabrja, waqt żjara fi Tropea kien impressjonat bil-faqar tal-bdiewa li ma kinux jieklu ħlief basal. Fl-ewwel snin tas-seklu 20, il-basla ta' Tropea ma baqgħetx titkabbar fil-btieħi tal-familji u bdiet titkabbar fuq meded imdaqqsa; fl-1929, l-akkwedott ta' Valle Ruffa ppermetta t-tisqija, ġabriet akbar tal-prodott u titjib fil-kwalità. Fil-perjodu taħt il-Borboni, il-prodott infirex b'aktar qawwa lejn is-swieq tal-Ewropa tat-Tramuntana, sakemm fi żmien qasir sar prodott imfittex ħafna u apprezzat tassew, kif hemm imniżżel fl-“Istudi sulla Calabria”, 1901, li jirreferu wkoll għall-forma tal-basla u għall-basal ħomor u oblungi tal-Kalabrja. L-ewwel stħarriġ statistiku organizzat dwar it-tkabbir tal-basal fil-Kalabrja jinsab fl-“Enciclopedia Agraria Reda” (1936-1939). Il-karatteristiċi uniċi tat-tqegħid fis-suq marbuta mat-tip li taw lill-prodott fama fuq livell nazzjonali u speċjalment il-valur storiku u kulturali li sal-lum għadu ħaj u preżenti fil-prassi tat-tkabbir, fil-kċina, fl-espressjonijiet idjomatiċi ta' kuljum u fl-avvenimenti folkloristiċi fiż-żona kkonċernata, wasslu biex il-prodott saħansitra jkun suġġett għall-imitazzjoni u għall-iffalsifikar tad-denominazzjoni.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:

Din l-Amministrazzjoni tat bidu għall-proċedura nazzjonali ta' oġġezzjoni għall-proposta biex iċ-“Cipolla Rossa di Tropea Calabria” jiġi emendat l-IĠP tiegħu, bil-pubblikazzjoni fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 185 tal-10 ta’ Awwissu 2011.

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-internet li ġej:

http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

Jew

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (http://www.politicheagricole.it) u mbagħad jikklikkja fuq il-kliem “Qualità e sicurezza” (fuq il-lemin tal-iskrin), u fl-aħħar jikklikkja fuq il-kliem “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/21


AVVIŻ TA' INFORMAZZJONI – KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjonijiet ġeografiċi mill-Isvizzera u mil-Liechtenstein

2012/C 136/12

Il-Ftehim bejn l-UE u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (1), daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2011 (2). Il-Ftehim bejn l-UE, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jemenda l-Ftehim Addizzjonali bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein li jestendi għall-Prinċipat tal-Liechtenstein il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (3) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2011 (4).

Ir-reviżjoni skont l-Artikolu 16 tal-Anness 12 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli għaddeja bħalissa. F’dan il-kuntest qed tiġi kkunsidrata, il-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-ismijiet bil-lingwi tal-Isvizzera u tal-Liechtenstein imniżżlin hawn taħt, bħala indikazzjonijiet ġeografiċi.

Il-Kummissjoni tistieden lil kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz, jew lil kwalunkwe persuna naturali jew legali li għandha interess leġittimu, li hi residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, biex tressaq l-oġġezzjonijiet tagħha għal din il-protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni sostanzjata kif dovut.

Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz tal-posta elettronika: AGRI-B3-GI@ec.europa.eu

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq u jekk dawn juru li l-protezzjoni tal-isem propost:

(a)

se tkun f’kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza tal-annimali u b’hekk tista' tfixkel lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott;

(b)

se tkun omonima għalkollox jew b’mod parzjali ma’ isem li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (5);

(c)

x’aktarx li se tkun ta’ tfixil għall-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott, fid-dawl tar-reputazzjoni u l-fama tal-marka kummerċjali u t-tul ta’ żmien li ilha tintuża;

(d)

se tipperikola l-eżistenza ta’ isem kompletament jew parzjalment identiku jew ta’ marka kummerċjali jew l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż;

(e)

jew jekk d-dikjarazzjonijiet jagħtu dettalji li minnhom jista’ jiġi konkluż li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa ġeneriku.

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferu biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni eventwali ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea hija suġġetta għall-konklużjoni b'suċċess tar-reviżjoni msemmija hawn fuq skont l-Artikolu 16 u l-att legali sussegwenti.

Lista ta' Indikazzjonijiet Ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (6)

Klassi tal-prodott

Isem

Protezzjoni

Ġobnijiet

Werdenberger Sauerkäse, Liechtensteiner Sauerkäse et Bloderkäse

DPO

Laħmijiet

Glarner Kalberwurst

IĠP


(1)  ĠU L 297, 16.11.2011, p. 3.

(2)  ĠU L 302, 19.11.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 297, 16.11.2011, p. 49.

(4)  ĠU L 302, 19.11.2011, p. 2.

(5)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(6)  Lista mogħtija mill-awtoritajiet Svizzeri fil-qafas tar-reviżjoni li għaddejja, irreġistrata fl-Isvizzera skont l-Ordinanza Svizzera tat-28 ta’Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati (http://www.admin.ch/ch/f/rs/c910_12.html).