ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.093.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 93

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
30 ta' Marzu 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2012/C 093/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Marzu 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque de France (BĊE/2012/5)

1

 

OPINJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2012/C 093/02

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Frar 2012 dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE (CON/2012/10)

2

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 093/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

13

2012/C 093/04

Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.6458 – Universal Music Group/EMI Music) ( 1 )

15

2012/C 093/05

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

16

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 093/06

Rata tal-kambju tal-euro

18

2012/C 093/07

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

19

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 093/08

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

20

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 093/09

Sejħa għal proposti – Indikaturi bi frekwenza għolja f’waqthom għall-kummerċ globali u reġjonali

21

2012/C 093/10

Azzjoni preparatorja Ċirkolazzjoni tal-films fl-era diġitali – Sejħa għall-proposti 2012

30

2012/C 093/11

Sejħa għal applikazzjonijiet dwar in-nominazzjoni ta' membri tal-politika pubblika tal-Bord ta' Sorveljanza tal-EFRAG

32

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 093/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6508 – GIP/Fluxys G/Fluxys Switzerland) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

34

2012/C 093/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6483 – PGGM Vermogensbeheer/Barclays Bank/UPP Group) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

35

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta’ Marzu 2012

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque de France

(BĊE/2012/5)

2012/C 93/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Skont Artikolu L.142-2 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju, il-Kunsill Ġenerali tal-Banque de France jaħtar żewġ awdituri statutorji biex jivverifikaw il-kontijiet tal-Banque de France. Skont Artikolu L.823-1 tal-Kodiċi Kummerċjali, jinħatru deputat awditur wieħed jew aktar biex jieħdu post l-awdituri eżistenti f’każ ta’ rifjut min-naħa tagħhom, impediment, riżenja jew mewt.

(3)

Il-mandat tal-awdituri esterni tal-Banque de France ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012.

(4)

Il-Banque de France għażel lil Deloitte & Associés u KPMG SA bħala l-awdituri esterni tiegħu u B.E.A.S. u KPMG Audit FS I SAS bħala d-deputat awdituri tagħhom għas-snin finanzjarji 2012 sa 2017,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

Huwa rrakkomandat li Deloitte & Associés u KPMG SA għandhom jinħatru flimkien bħala l- awdituri esterni tal-Banque de France għas-snin finanzjarji 2012 sa 2017.

2.

Huwa rrakkomandat li B.E.A.S. għandom jinħatru bħala d-deputat awdituri għal Deloitte & Associés u KPMG Audit FS I SAS bħala d-deputat awdituri għal KPMG SA għas-snin finanzjarji 2012 sa 2017.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-23 ta’ Marzu 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


OPINJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/2


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Frar 2012

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE

(CON/2012/10)

2012/C 93/02

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-30 ta’ Novembru 2011, il-Bank Centrali Ewropew (BCE) ircieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ghal opinjoni dwar proposta ghal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/14/KE (1) (minn hawn ’il quddiem id-“direttiva proposta”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi d-direttiva proposta fiha disposizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja mill-awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet ġenerali

Id-direttiva proposta temenda d-Direttiva 2004/109/KE (2) biex tikseb inter alia l-għanijiet regolatorji li ġejjin.

1.

Jiġi llimitat il-piż tar-rapportar għal emittenti ta’ titoli elenkati billi jiġu eliminati jew armonizzati ċerti obbligi ta’ rapportar. Id-direttiva proposta tabolixxi r-rekwiżit li l-emittenti jippubblikaw dikjarazzjonijiet interim dwar il-ġestjoni bil-għan li jitnaqqas il-piż tar-rapportar li sar eċċessiv partikolarment għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (3). Fil-prinċipju l-BĊE jappoġġja dawn l-emendi, waqt li jikkunsidra illi l-obbligu li jippubblika dikjarazzjonijiet interim dwar il-ġestjoni għandu jkompli japplika għal istituzzjonijiet finanzjarji bil-għan li jikkontribwixxi għall-fiduċja pubblika f’istituzzjonijiet bħal dawk u tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja (4). Fl-istess waqt, il-formoli u l-galvi standard użati fit-tħejjija ta’ rapporti ta’ ġestjoni u rapporti ta’ ġestjoni interim għandhom ikunu armonizzati permezz ta' standards tekniċi li jridu jiġu żviluppati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS). Il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jakkumpanjaw ir-rapporti ta’ ġestjoni u r-rapporti ta’ ġestjoni interim għandhom ukoll ikunu armonizzati permezz tal-użu ta' standards tekniċi (5).

2.

Tiġi żgurata l-effettività tal-obbligu li jiġu rrapportati akkwiżizzjonijet ta’ investimenti ewlenin f’ishma, inkluż dawk l-akkwiżizzjonijiet li saru bl-użu ta’ strumenti finanzjarji derivati. Id-direttiva proposta tintroduċi obbligu li jiġu rrapportati strumenti finanzjarji b’effetti ekonomiċi simili għall-għoti ta’ dritt lid-detentur tagħhom li jikseb l-ishma sottostanti ta’ kumpanija elenkata, ukoll fejn dan l-effett ekonomiku jinkiseb mingħajr ftehim formali bejn id-detentur ta’ strument finanzjarju u l-kontroparti tiegħu (6). Konsegwentement, id-direttiva proposta tissuġġetta tliet kategoriji ta' investiment għall-obbligu ta' rappurtar: (a) investimenti ewlenin f’ishma jew investimenti bi proporzjonijiet ewlenin ta’ drittijiet għall-vot (7), (b) investimenti fi strumenti li għandhom effett ekwivalenti għall-investimenti fl-ewwel kategorija (8), u (c) investimenti aggregati fl-ewwel żewġ kategoriji preċedenti (9). Il-BĊE jaqbel ma’ din l-emenda, waqt li jappoġġa wkoll iż-żamma tal-eżenzjonijiet eżisteni mill-obbligi ta’ rappurtar, inkluż l-eżenzjoni ta’ investimenti relatati ma’ attività ta’ tiswir tas-suq.

3.

Jittejjeb l-aċċess għal informazzjoni finanzjarja żvelata mill-emittenti. Id-direttiva proposta tiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa biex tadotta miżuri, u standards tekniċi li għandhom jiġu żviluppati mill-AETS, li ser: (a) idaħħlu r-regoli tal-interoperabilità li għandhom jiġu segwiti mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura uffiċjalment li jiġbru informazzjoni regolata mingħand l-emittenti ta' titoli elenkati, u (b) jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ punt ta’ aċċess ċentrali għal din l-informazzjoni regolata f’livell ta’ Unjoni (10). Il-BĊE jappoġġja dawn l-emendi imma jagħmel numru ta’ proposti għall-abbozzar intiżi biex iżidu l-effettività tagħhom u l-preċiżjoni leġiżlattiva (11).

Fejn il-BCE jirrakkomanda illi d-direttiva proposta tiġi emendata, qed jiġu stabbiliti fl-Anness għal dan il-għan proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Frar 2012.

Il-Viċi President tal-BĊE

Vítor CONSTÂNCIO


(1)  KUMM(2011) 683 finali.

(2)  Direttiva 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

(3)  Ara Artikolu 1(5) u (6) tad-direttiva proposta

(4)  Ara l-Emendi proposti 1, 2 u 5 fl-Anness.

(5)  Ara l-Emendi proposti 3 u 4 fl-Anness.

(6)  Ara Artikolu 1(8) tad-direttiva proposta.

(7)  Ara l-Artikoli 9-10 tad-Direttiva 2004/109/KE.

(8)  Ara l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/109/KE.

(9)  Ara Artikolu 13a tad-Direttiva 2004/109/KE imdaħħal minn Artikolu 1(9) tad-direttiva proposta.

(10)  Ara Artikolu 1(12) u (13) tad-direttiva proposta.

(11)  Ara l-Emendi proposti 6, 7 u 5 fl-Anness.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 5 tad-direttiva proposta

“(5)

Sabiex ikun assigurat li l-piż amministrattiv fil-fatt jitnaqqas fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri m'għandhomx jitħallew ikomplu jimponu r-rekwiżit ta' pubblikazzjoni tar-rapporti ta' ġestjoni interim fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.”

“(5)

Sabiex ikun assigurat li l-piż amministrattiv jitnaqqas b’mod effettiv fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri m'għandhomx jitħallew ikomplu jimponu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom ir-rekwiżit ġenerali li jiġu ppubblikatir-rapporti ta' ġestjoni interim . Dan ir-rekwiżit għandu jinżamm biss għall-istituzzjonijiet finanzjarji fejn konsiderazzjonijiet ta’ stabbiltà finanzjarja jimponu standards ta’ trasparenza ogħla. Barra minn dan, għandha tinżamm il-possibbiltà għall-kategoriji kollha ta’ emittenti li jippubblikaw dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni interim jew rapporti trimestrali fuq bażi volontarja jew fejn dan huwa meħtieġ mir-regoli ta’ post tan-negozju bħala parti minn standard ta’ elenkar speċifiku.

Spjegazzjoni

L-abolizzjoni tar-rekwiżit li jiġu ppubblikati dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni interim m’għandux japplika għal istituzzjonijiet finanzjarji. F’dan ir-rigward, għandhom jinżammu standards ta’ trasparenza ogħla li jikkontribwixxu għall-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet finanzjarji u għall-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja. Din l-Emenda hija marbuta ma’ Emendi 2 u 5.

Barra minn dan, il-bidliet introdotti m’għandhomx jeffettwaw il-possibbiltà għall-emittenti kollha li jippubblikaw dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni interim jew rapporti trimestrali fuq bażi volontarja jew fejn l-emittent irid ikun konformi ma’ standard ta’ elenkar speċifiku mogħti minn post tan-negozju. Dawn it-tipi ta’ żvelar jindirizzaw it-talba għal livell ogħla ta’ trasparenza tal-emittent minn xi klassijiet ta’ investituri. Din il-possibbiltà li jsir żvelar aktar komprensiv tikkontribwixxi għall-operat effiċjenti tas-swieq kapitali u għandha tinżamm.

Emenda 2

Artikolu 1(1) tad-Direttiva proposta

“(1)   L-Artikolu 2(1) huwa emendat kif gej:

(c)

jiġi miżjud il-punt (q) li ġej:

‘(q)

‘ftehim formali’ tfisser ftehim li huwa vinkolanti skont il-ligi applikabbli.’.”

“(1)   L-Artiklu 2(1) huwa emendat kif gej:

(c)

il-punt (o) huwa mibdul b’dan li gej:

(o)

‘istituzzjoni ta’ kreditu’ tfisser impriża kif definita fl-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [data] dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment (7) ’;

(d)

jigi mdaħħal il-punt (q) li gej:

(q)

‘istituzzjoni finanzjarja’ tfisser entità awtorizzata li twettaq kwalunkwe mill-attivitajiet elenkati fid-Direttiva xx/xx/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [data] dwar l-aċċess għall-attività ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment u li temenda d-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-superviżjoni supplimentari ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju (8), ir-Regolament (UE) Nru xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’[data] dwar swieq fl-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament Nru xx/xx ta’ [data] dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tan-negozju (9), id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (10), id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward ta’ impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (11), id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (12) kif ukoll id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (13).

(e)

jigi mizjud il-punt (r) li gej:

‘(r)

‘ftehim formali’ tfisser ftehim li huwa vinkolanti skont il-ligi applikabbli.’.”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jipproponi li ma jitneħħiex ir-rekwiżit li jiġu ppubblikati dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni interim sa fejn huma kkonċernati l-istituzzjonijiet finanzjarji (ara l-Emendi 1 u 5). Konsegwentement, definizzjoni ta’ “istituzzjoni finanzjarja” tenħtieġ li tiġi introdotta fid-direttiva proposta. Barra minn dan, id-definizzjoni ta’ “istituzzjoni ta’ kreditu” fid-Direttiva 2004/109/KE li tirreferi għad-Direttiva 2000/12/KE tenħtieġ li tiġi aġġornata biex tirreferi għar-regolament propost dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment.

Emenda 3

Artikolu 1(3) tad-direttiva proposta

“(3)   Fl-Artikolu 4, huwa miżjud il-paragrafu 7 li gej:

‘7.   L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn 'il quddiem ‘AETS’), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), għandha toħrog linji gwida, inklużi formoli standard jew mudelli, biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni.

“(3)   Fl-Artikolu 4, huwa mizjud il-paragrafu 7 li gej:

“(3)‘7.   L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn 'il quddiem ‘AETS’), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), ghandha tiżviluppa, f’kooperazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea (minn hawn ’il quddiem ‘ABE’), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (16), abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, inkluzi formoli standard jew mudelli, biex tispecifika l-informazzjoni li ghandha tigi inkluza fi:

(a)

ir-rapport ta’ ġestjoni, li permezz tiegħu l-AETS għandha tiżgura illi dawn il-mudelli jkunu kompatibbli mal-Artikoli 20 u 29 tad-Direttiva xx/xx/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [data] dwar ir-rendikonti finanzjarji annwali, ir-rendikonti finanzjarji konsolidati u rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi  (17);

(b)

ir-rendikonti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 2, li permezz tagħhom l-AETS ser tiżgura illi dawn il-mudelli għar-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment li ser ikunu speċifikati fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-ABE abbażi tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru xx/xx [dwar rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment].

L-AETS għandha tinvolvi kif xieraq lill-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (minn hawn ’il quddiem il-‘Kumitat Konġunt’) imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u għandha tissottometti l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Spjegazzjoni

Bil-ħsieb li jinkisbu l-għanijiet tad-direttiva proposta li jiġi mmodernizzat il-qafas tar-rapportar għall-emittenti u jitnaqqas il-piż tar-rapportar, l-AETS għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jarmonizzaw il-formoli u l-mudelli standard użati biex jissodisfaw l-obbligi tar-rapportar. Din l-armonizzazzjoni għandha tikkonċerna kemm ir-rapporti ta’ ġestjoni kif ukoll ir-rendikonti finanzjarji li jakkompanjawhom, fejn:

(a)

il-forom u l-mudelli standard użati għar-rapporti ta’ ġestjoni għandhom ikunu allinjati mad-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tar-rapporti ta’ ġestjoni u r-rapporti ta’ ġestjoni kkonsolidati fid-direttiva proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapporti finanzjarji annwali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati u rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi  (2);

(b)

il-formoli u mudelli standard għar-rendikonti finanzjarji li jakkumpanjaw ir-rapporti ta’ ġestjoni għandhom ikunu allinjati mal-mudelli għar-rapportar li jridu jiġu żviluppati mill-ABE abbażi tar-regolament propost dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment.

Emenda 4

Artikolu 1(4) tad-direttiva proposta

“(4)   Fl-Artikolu 5, huwa mizjud il-paragrafu 7 li gej:

‘7.   L-AETS għandha toħroġ linji gwida, inklużi formoli standard jew mudelli, biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport ta' ġestjoni interim.’ ”

“(4)   Fl-Artikolu 5, huwa miżjud il-paragrafu 7 li ġej:

“(4)‘7.   L-AETS għandha tiżviluppa, f’kooperazzjoni mal-ABE, abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, inklużi formoli standard jew mudelli, biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fi:

(a)

ir-rapport ta’ ġestjoni interim;

(b)

il-ġabra fil-qosor tas-sett ta’ rendikonti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 2, li permezz tagħha l-AETS għandha tiżgura illi dawn il-mudelli huma kompatibbli mal-mudelli għar-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment li ser ikunu speċifikati fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-ABE abbażi tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru xx/xx [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment].

L-AETS għandha tinvolvi skont kif xieraq lill-Kumitat Konġunt u għandha tissottometti l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards teknici ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.’ ”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni fir-rigward ta’ Emenda 3 li tapplika għal formoli standard u mudelli għal rapporti ta’ ġestjoni interim u l-ġabra fil-qosor tas-sett ta’ rendikonti finanzjarji.

Emenda 5

Artikolu 1(5) u l-Artikolu 1(5a) ġdid tad-direttiva proposta

“(5)   L-Artikolu 6 huwa mibdul b’li gej:

‘Artikolu 6

Rapport dwar pagamenti lill-gvernijiet

…’.”

“(5)   L-Artikolu 6 huwa mibdul b’ li gej:

‘Artikolu 6

Dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni interim

“(5)1.   Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [data] dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġjata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq) (18), emittent li huwa istituzzjoni finanzjarja li l-ishma tagħha huma ammessi għan-negozju f’suq regolat għandu jippubblika d-dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni fil-perjodi tal-ewwel sitt xhur u tat-tieni sitt xhur tas-sena finanzjarja. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru fil-perjodu bejn għaxar ġimgħat wara l-bidu u sitt ġimgħat qabel it-tmien tal-perjodu ta’ sitt xhur relevanti. Huma għandhom ikun fihom informazzjoni li tkopri l-perjodu bejn il-bidu tal-perjodu ta’ sitt xhur relevanti u d-data tal-pubblikazzjoni. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jipprovdu:

spjegazzjoni tal-ġrajjiet u t-tranżazzjonijiet materjali li jkunu seħħu matul il-perjodu relevanti u l-impatt tagħhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-emittent u l-impriżi kontrollati tiegħu, u

deskrizzjoni ġenerali tal-pożizzjoni finanzjarja u l-imġiba tal-emittent u tal-impriżi kkontrollati tiegħu matul il-perjodu relevanti.

2.   L-istituzzjonijiet finanzjarji emittenti li, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew ir-regoli tas-suq regolat relevanti, jew fuq inizjattiva tagħhom stess, jippubblikaw rapporti finanzjarji trimestrali m’għandhomx jintalbu jippubblikaw dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni interim kif imsemmi fil-paragrafu 1.

“(5)3.   Awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li istituzzjoni finanzjarja emittenti tista’ tittardja l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni speċifikata f’dikjarazzjoni dwar il-ġestjoni interim fejn ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni hija ta’ importanza sistemika;

(b)

huwa fl-interess pubbliku li tiġi ttardjata l-pubblikazzjoni tagħha;

(c)

il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni tista’ tiġi żgurata.

L-awtorità kompetenti għandha tadotta d-deċiżjoni fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' istituzzjoni finanzjarja emittenti, il-bank ċentrali relevanti tas-SEBĊ, l-awtorità li qed tissuperviżjona l-istituzzjoni finanzjarja emittenti jew l-awtorità mikroprudenzjali nazzjonali.

Id-deciżjoni għandha tkun bil-miktub.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura illi d-dewmien huwa biss għal perjodu ġġustifikat mill-interess pubbliku.

L-awtorità kompetenti għandha tal-anqas darba fil-ġimgħa tivvaluta t-twettiq tal-kundizzjonijiet f’punti (a), (b) jew (c), f’kooperazzjoni mill-qrib mal-bank ċentrali relevanti tas-SEBĊ, l-awtorità li tissuperviżjona l-istituzzjoni finanzjarja emittenti u, kif xieraq, l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali u għandha tirrevoka d-deċiżjoni tagħha minnufih jekk kwalunkwe mill-kundizzjonijiet ma tkunx aktar sodisfatta.

4.   L-AETS għandha tiżviluppa, f’kooperazzjoni mal-ABE, abozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, inkluż formoli standard jew mudelli, biex tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni interim imsemmijin fil-paragrafu 1, fejn l-AETS għandha tiżgura illi dawn il-mudelli huma kompatibbli mal-mudelli għar-rappurtar ta’ informazzjoni finanzjarja minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment li ser ikunu speċifikati fl-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-ABE abbażi tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru xx/xx [dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment].

L-AETS għandha tinvolvi kif xieraq lill-Kumitat Konġunt u għandha tissottometti l-abbozzi tal-istandards teknici ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Dicembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

(5a)   L-Artiklu 6a li ġej huwa mdaħħal:

Artikolu 6a

Rapport dwar pagamenti lill-gvernijiet

’.”

Spjegazzjoni

L-Artikolu 1(5) attwali tad-direttiva proposta jissostitwixxi lill-Artikolu 6 attwali tad-Direttiva 2004/109/KE dwar dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni interim b’test ġdid dwar ir-rapportar minn emittenti attivi fl-industriji estrattivi jew tal-logging. Il-BĊE jipproponi li l-Artikolu 6 jinżamm bħala disposizzjoni fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni interim. Fl-istess waqt, il-BĊE jipproponi li l-Artikolu 6 jiġi emendat sabiex jikseb l-għanijiet li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżit li jiġu ppubblikati d-dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni interim għandu jkompli japplika biss għal istituzzjonijiet finanzjarji interim (ara l-ispjegazzjonijiet għal Emendi 1 u 2);

(b)

standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-AETS għandhom jintużaw biex jarmonizzaw id-dikjarazzjonijiet dwar il-ġestjoni interim u jallinjawhom mal-mudelli għar-rapportar li jridu jiġu żviluppati mill-ABE abbażi tar-regolament propost dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment;

(c)

l-awtorità kompetenti għas-suq tat-titoli għandha tkun tista’ ddewwem l-iżvelar mill-emittent ta’ informazzjoni ta’ importanza sistemika fejn dan ikun fl-interess pubbliku, fuq inizjattiva tagħha stess jew jekk mitluba mill-istituzzjoni finanzjarja emittenti, il-bank ċentrali relevanti tas-SEBĊ, l-awtorità li tissuperviżjona l-istituzzjoni finanzjarja emittenti jew l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali  (3). Din il-proposta hija konsistenti mal-Artikolu 12 tar-regolament propost tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġjata u l-manipulazzjoni tas-suq (l-abbuż tas-suq)  (4)

(d)

Ir-referenza għad-Direttiva 2003/6/KE fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/109/KE teħtieġ li tinbidel b’referenza għar-regolament propost fuq imsemmi.

Emenda 6

Artikolu 1(11a) ġdid tad-direttiva proposta

[ebda test]

(11a)   Fl-Artikolu 19, huwa miżjud il-paragrafu 5 li ġej:

(11a)5.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jirrigwardaw:

(a)

l-introduzzjoni ta’ tassonomija komuni għal tipi ta’ informazzjoni regolata;

(b)

l-armonizzazzjoni tal-formati li bihom tiġi rrapportata l-informazzjoni regolata, waqt li jiġu kkunsidrati livelli varji ta' armonizzazzjoni li jistgħu jkunu fattibbli għal tipi speċifiċi ta' informazzjoni regolata.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards teknici regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.’.”

Spjegazzjoni

Il-BĊE jappoġġja inizjattivi biex jittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni finanzjarja, inkluż ukoll l-aċċess għal informazzjoni korporattiva rregolata mid-Direttiva 2004/109/KE. L-implimentazzjoni ta’ prattiċi ta’ rapportar li huma definiti tajjeb, ibbażata fuq formati ta’ data standardizzati u infrastruttura ta’ rapportar effiċjenti, ser tippermetti li informazzjoni rregolata tintuża minn investituri u regolaturi biex jiġu mmonitorjati l-iżviluppi fis-suq u, partikolarment, li jiġu analizzati riskji sistemiċi b’mod tempestiv. Għaldaqstant, il-BĊE jappoġġja l-emendi introdotti mid-direttiva proposta li jtejbu l-aċċess għall-informazzjoni rregolata, permezz ta’ funzjonament aħjar tal-mekkaniżmi maħtura uffiċjalment (OAMs) u billi jitwaqqaf fil-livell tal-Unjoni punt ta’ aċċess wieħed għat-tiftix tal-informazzjoni miġbura mill-OAMs nazzjonali. Fl-istess waqt, il-BĊE jinnota illi l-utilità ta’ punt ta’ aċċess wieħed ser tiddependi fuq numru ta’ fatturi, li jinkludu:

(a)

l-introduzzjoni ta’ tassonomija komuni għal tipi ta’ informazzjoni regolata;

(b)

l-armonizzazzjoni ta’ formati li fihom tiġi rrapportata l-informazzjoni, waqt illi jiġu kkunsidrati d-differenzi bejn tipi ta’ informazzjoni regolata li jistgħu jkunu faċilment armonizzati, eż ir-rapportar ta' investimenti ewlenin, u tipi oħra ta' informazzjoni regolata li huma aktar eteroġenji, eż informazzjoni interna, fejn l-armonizzazzjoni tista’ tkun limitata għal ċerti kategoriji ta’ rapportar ġenerali;

(c)

l-armonizzazzjoni ta’ standards tekniċi ta’ arkivjar użati mill-emittenti fl-arkivjar tagħhom fil-OAMs, li għandha tipprovdi għal: (i) ipproċessar dirett tal-informazzjoni rrapportata u (ii) funzjonijiet affidabbli ta’ docketing u versioning elettroniċi;

(d)

l-għażla ta’ soluzzjonijiet tekniċi effiċjenti għall-funzjonalità ċentrali ta’ tfittxija, inkluż il-firxa ta’ informazzjoni, ez. metadata jew indiċijiet, miġburin ċentralment fir-rigward ta’ informazzjoni u dokumenti miżmumin f’livell ta’ OAM;

(e)

il-provvista ta’ interfaċċja ta’ tfittxija multilingwi adegwata għal utenti li jaċċessaw l-OAMs permezz tal-punt ta’ aċċess ċentrali, li għandu jakkumpanja (i) il-funzjonijiet ta’ tfittxija interattiva bħalma huma t-tfittxija dinamika u tat-tip katina, u (ii) it-tfittxija f'pajjiżi multipli mibdija b’rikjesta waħda;

(f)

l-armonizzazzjoni ta’ interfaċċji ta’ tfittxija pprovduti minn OAMs, li b’mod partikolari ser tkun ta’ benefiċċju għal investituri li qed ifittxu li jsaħħu r-riżultati miksuba mit-tfittxija permezz ta’ punt ta’ aċċess ċentrali permezz ta’ tiftix ta’ segwitu fl-OAMs nazzjonali relevanti.

Rekwiżiti dettaljati fl-oqsma fuq imsemmija għandhom ikunu stabbiliti bħala miżuri adottati mill-Kummissjoni u fi standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-AETS biex jiġu adottati mill-Kummissjoni. Il-BĊE jipproponi numru ta’ proposti għall-abbozzar f’dan ir-rigward, billi jibni fuq rakkomandazzjonijiet li jkunu saru qabel mill-Kummissjoni u s-CESR  (5).

Barra minn dan, għal raġunijiet ta’ teknika leġiżlattiva tajba l-BĊE iqis illi: (i) setgħat iddelegati fir-rigward tat-tassonomija tar-rapportar u l-formati komuni għandhom ikunu inklużi fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/109/KE, (ii) setgħat iddelegati fir-rigward ta’ arranġamenti tekniċi użati fl-arkivjar fil-OAMs nazzjonali u tal-armonizzazzjoni tal-interfaċċji ta’ tiftix fl-OAMs għandhom ikunu inklużi fl-Artikolu 21 ta’ din id-Direttiva, u (iii) setgħat iddelegati fir-rigward tal-interoperabbiltà ta’ OAMs nazzjonali, inkluż l-użu tal-identifikatur uniku, kif ukoll it-tħaddim tal-punt ta’ aċċess ċentrali f’livell ta’ Unjoni, ser ikunu jridu jiġu inklużi fl-Artikolu 22 ta’ din id-Direttiva, kif propost f’Emendi 6 sa 8.

Emenda 7

Artikolu 1(12) tad-direttiva proposta

“(12)   L-Artikolu 21(4) huwa sostitwit b’li gej:

“(12)‘4.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u soggett ghall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, mizuri sabiex tispecifika l-istandards minimi u r-regoli li gejjin:

(a)

standards minimi għat-tixrid ta’ informazzjoni regolata, kif imsemmi fil-paragrafu 1;

(b)

standards minimi għall-mekkaniżmu ta' ħzin ċentrali kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(c)

regoli rigward l-interoperabilità tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni uzati mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura b'mod uffiċjali u l-aċċess għal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tista' tispeċifika wkoll lista ta' mezzi għad-disseminazzjoni tal-informazzjoni lill-pubbliku.’.’

“(12)   Fl-Artikolu 21qed jiżdied il-paragrafu 5 li gej:

“(12)‘   

;

;

5.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta’:

(a)

l-armonizzazzjoni ta’ arranġamenti tekniċi użati mill-emittenti fl-arkivjar tagħhom fil-mekkaniżmi maħtura b’mod uffiċjali, b’mod partikolari li jippermettu l-użu ta’ teknoloġija ta’ pproċessar dirett, ir-reġistrazzjoni taż-żmien għall-arkivjar (docketing elettroniku) u r-reġistrazzoni ta’ kwalunkwe emendi sussegwenti għall-informazzjoni rrapportata oriġinarjament (versioning);

(b)

l-armonizzazzjoni tal-interfaċċji ta’ tiftix ipprovduti mill-mekkaniżmi maħtura b’mod uffiċjali.

L-AETS għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards teknici regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Dicembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards teknici regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.'.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni fir-rigward ta’ Emenda 6. Setgħat iddelegati taħt l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/109/KE għandhom jirrigwardaw l-armonizzazzjoni ta' arranġamenti tekniċi għall-arkivjar u tal-interfaċċji ta' tfittxija mħaddmin minn OAMs nazzjonali, waqt li f'dan ir-rigward jibnu fuq rakkomandazzjonijiet li jkunu saru aktar kmieni mill-Kummissjoni u s-CESR.

Emenda 8

Artikolu 1(13) tad-direttiva proposta

‘(13)   L-Artikolu 22 huwa mibdul b’li ġej:

“Artikolu 22

Aċċess għal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni

‘(13)1.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jistipulaw rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti tekniċi rigward l-interoperabbiltà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni użati mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura b'mod uffiċjali;

(b)

ir-rekwiżiti tekniċi għat-tħaddim ta' punt ta' aċċess ċentrali għat-tfittxija ta' informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni;

(c)

ir-rekwiżiti tekniċi rigward l-użu ta' identifikatur uniku għal kull emittent mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura b'mod uffiċjali;

(d)

il-format komuni għall-ħżin ta' informazzjoni regolata mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura b'mod uffiċjali;

(e)

il-klassifikazzjoni komuni ta' informazzjoni regolata mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura b'mod uffiċjali u l-lista komuni ta' tipi ta' informazzjoni regolata.

2.   Fl-iżvilupp tal-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tassigura li r-rekwiżiti tekniċi speċifikati fl-Artikolu 22(1), ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tekniċi għan-netwerk elettroniku tar-reġistri nazzjonali tal-kumpaniji stabbilit mid-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19).

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Dicembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

“(13)   L-Artikolu 22 huwa mibdul b’li ġej:

‘Artikolu 22

Interoperabbiltà u a ċċess ghal informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni

“(13)1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 27(2a), (2b) u (2c), u bla ħsara għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b, miżuri sabiex tispeċifika l-istandards minimi u r-regoli li ġejjin:

(a)

ir-regoli għall-interoperabbiltà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni użati mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura b'mod ufficjali;

(b)

ir-regoli għat-tħaddim tal-punt ta’ aċċess ċentrali għal informazzjoni regolata stabbilit fil-livell tal-Unjoni biex jiffaċilita t-twettiq minn investituri ta’ tiftix effiċjenti, komplet u affidabbli ta’ informazzjoni regolata u, b’mod partikolari, biex jippermetti l-paragun dirett bejn informazzjoni rrapportata minn emittenti minn Stati Membri varji.

“(13)2.   L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jistipulaw rekwiżiti tekniċi fir-rigward ta’ dan li ġej:

(a)

l-interoperabbiltà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni użati mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura b'mod uffiċjali;

(b)

it-tħaddim fil-livell tal-Unjoni ta’ punt ta’ aċċess ċentrali għal mekkaniżmi maħtura b’mod uffiċjali li bħala minimu ser: (i) ikunu bbażati fuq soluzzjoni teknika li tippermetti li tfittxijiet effiċjenti ta‘ informazzjoni regolata f’pajjiżi multipli jinbdew b’talba waħda, u (ii) joffru interfaċċja għat-tfittxija multilingwi b’funzjonijiet avvanzati bħalma huma tfittxijiet dinamiċi u katina;

(c)

l-użu ta' identifikatur uniku għal kull emittent mill-mekkaniżmi nazzjonali maħtura b'mod uffiċjali; u l-użu tal-identifikatur uniku fil-funzjonijiet ta’ tfittxija ta’ mekkaniżmi nazzjonali maħtura b’mod uffiċjali u tal-punt ta’ aċċess ċentrali li jħalli lill-investituri jidentifikaw relazzjonijiet korporattivi bażiċi ta’ grupp bejn l-entitajiet ma’ identifikaturi uniċi differenti.

;

3.   Fl-iżvilupp tal-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji, l-AETS għandha tassigura li r-rekwiżiti tekniċi speċifikati fl-Artikolu 22(2), ikunu kompatibbli mar-rekwiżiti tekniċi għan-netwerk elettroniku tar-reġistri nazzjonali tal-kumpaniji stabbilit mid-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20).

L-AETS għandha tissottometti dan l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta’ Ġunju 2016 dwar il-funzjonament tal-arranġamenti ta' interoperabbiltà u l-aċċess għall-informazzjoni regolata fil-livell tal-Unjoni biex jiġi eżaminat jekk is-soluzzjonijiet introdotti għall-aċċess għal informazzjoni regolata jwettqux l-għan li jħallu lill-investituri jagħmlu paragun effiċjenti bejn emittenti minn Stati Membri differenti. Dan ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-impatt ta’ kwalunwe emendi proposti għal dan l-Artikolu.’.”

Spjegazzjoni

Ara l-ispjegazzjoni fir-rigward ta’ Emenda 6. Setgħat iddelegati taħt l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2004/109/KE għandhom jindirizzaw b’mod komprensiv l-aċċess għall-informazzjoni regolata, l-interoperabbiltà ta’ OAMs nazzjonali u t-tħaddim tal-punt ta’ aċċess ċentrali fil-livell tal-Unjoni. Il-parametri tekniċi u l-karatteristiċi tal-interfaċċja ta’ dan il-punt ta’ aċċess ċentrali fil-livell tal-Unjoni għandu jħalli lill-investituri jqisuh bħala punt ta’ aċċess wieħed konvenjenti għat-tfittxija tal-informazzjoni regolata rrapportata lill-OAMs nazzjonali kollha u biex tinkiseb informazzjoni komparattiva affidabbli dwar emittenti mill-Istati Membri varji. Il-funzjonament tal-arranġamenti dwar l-interoperabilità u l-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jiġi evalwat mill-Kummissjoni wara perjodu speċifikat bil-ħsieb li jiġi propost kwalunkwe aġġustament neċessarju.

L-iżvilupp u l-użu ta’ identifikatur uniku għal kull emittent huwa karatteristika partikolarment utli tal-arranġamenti proposti. Il-proposti tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward jistgħu jużaw l-eżitu tax-xogħol internazzjonali fuq l-introduzzjoni tal-Identifikatur tal-Entità Legali bħala kodiċi ta’ referenza standard għal emittenti u kontropartijiet għat-tranżazzjonjiet finanzjarji  (6). B’mod aktar speċifiku, identifikatur uniku ser iżid l-affidabbiltà u l-paragunabbiltà ta’ informazzjoni regolata miġbura minn OAMs nazzjonali u ser tħalli lil din l-informazzjoni tintrabat ma' data miġbura f'bażijiet ta' data regolatorji oħra li jistgħu jużaw l-istess identifikatur uniku. Il-benefiċċji tal-użu ta’ identifikatur uniku ser ikunu viżibbli b’rabta ma’ tipi varji ta’ obbligi ta’ rapportar, bħall-pubblikazzjoni ta' rapporti annwali li jidentifikaw is-sussidjarji jew li jirrapportaw dwar l-akkwiżizzjonijiet ta’ investimenti ewlenin. L-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni ta’ grupp u r-relazzjonijiet ta’ grupp għandha implikazzjonijiet multipli għal investituri, u wkoll għal superviżuri u regolaturi li, pereżempju, ikunu jistgħu jevalwaw aħjar il-propagazzjoni potenzjali tar-riskji fi ħdan il-grupp korporattiv. Waqt illi jista’ jkun hemm numru ta’ limitazzjonijiet prattiċi għall-iżvelar tar-relazzjonijiet tal-grupp b’mod komprensiv, anke l-aċċess parzjali għal din l-informazzjoni għandu jkun titjib milqugħ.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BCE qed jipproponi li jiddaħħal test gdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BCE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.

(2)  KUMM(2011) 684 finali.

(3)  Ara f’dan ir-rigward ir-Rakkomandazzjoni tal-BERS, BERS/2011/3 dwar il-mandat makroprudenzjali tal-awtoritajiet nazzjonali, disponibbli fuq il-websajt tal-BERS fuq http://www.esrb.europa.eu

(4)  KUMM(2011) 651 finali.

(5)  Ara r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ottubru 2007 dwar in-netwerk elettroniku ta’ mekkaniżmi maħtura uffiċjalment għall-ħażna ċentrali ta’ informazzjoni regolata msemmija fid-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 267, 12.10.2007, p. 16); ara wkoll id-dokument ta’ konsultazzjoni tas-CESR ta’ Lulju 2010, “L-iżvilupp ta’ aċċess Pan-Ewropew għall-informazzjoni finanzjarja żvelata minn kumpaniji kkwotati”, disponibbli fuq il-websajt tal-AETS fuq http://www.esma.europa.eu

(6)  Ara Kumitat dwar is-Sistemi ta’ Pagament u Saldu, Kumitat Tekniku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, “Report on OTC derivatives data reporting and aggregation requirements — Consultative report” (“Rapport dwar ir-rapportar ta’ data dwar id-derivati OTC u r-rekwiżiti ta’ aggregazzjoni – Rapport konsultattiv”), Awwissu 2011, Taqsima 4.5.1, disponibbli fuq il-websajt tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq http://www.bis.org

(7)  ĠU L […].

(8)  ĠU L […].

(9)  ĠU L […].

(10)   ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1

(11)   ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32

(12)   ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10.

(13)   ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.’;

(14)  GU L 331, 15.12.2010, p. 84.’ ”

(15)  GU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(16)   GU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(17)  GU L […].’.”

(18)  ĠU L […].’.

(19)  ĠU L […]’.”

(20)  GU L […].


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/13


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 93/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

11.10.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33499 (11/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Régimen español de I + D para TIC: Ayudas a la innovación en materia de procesos y organización en actividades de servicios

Il-bażi legali

Orden ITC/362/2011, de 21 de febrero, por la que se regulan las bases, el régimen de ayudas y la gestión del Plan Avanza 2, en el marco de la acción estratégica de telecomunicaciones y sociedad de la información, dentro del Plan Nacional de Investigación Científica, Desarrollo e Innovación Tecnológica, 2008-2011

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Innovazzjoni

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Self b'rata ta' imgħax baxxa

L-estimi

Baġit annwali: EUR 311 miljun

L-intensità

35 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Secretaría de Estado de Telecomunicaciones y para la Sociedad de la Información

C/ Capitán Haya, 41

28071 Madrid

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

17.2.2012

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.34229 (12/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

País Vasco

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

La promoción, difusión, y/o normalización del Euskera en el ámbito de las tecnologías de la información y la comunicación (Convokatoria IKT)

Il-bażi legali

Borrador del orden, de 21 de diciembre de 2011, de la Consejera de Cultura, por la que se regula la concesión y se convocan subvenciones para la promoción, difusión y/o normalización del euskera en el ámbito de las tecnologías de la información y la comunicación en el año 2012 (Convocatoria IKT)

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura, Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 1,46 miljun

 

Baġit globali: EUR 1,46 miljun

L-intensità

60 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Dirección de Promoción del Euskera

Viceconsejería de Política Lingüistica

Departamento de Cultura

C/ Donostia, 1

01010 Vitoria-Gasteiz

Álava, País Vasco

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/15


Bidu ta' proċeduri

(Każ COMP/M.6458 – Universal Music Group/EMI Music)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 93/04

Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301 / 22967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.6458 – Universal Music Group/EMI Music, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/16


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2012/C 93/05

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

7.12.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33174 (11/N)

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Misura 221 — Imboschimento di terreni agricoli

Il-bażi legali

Misura 221 «Imboschimento di terreni agricoli» [articolo 36, b, i; articolo 43 del regolamento (CE) n. 1698/2005] dei Programmi di sviluppo rurale regionali 2007-2013:

risoluzione del Consiglio relativa a una Strategia forestale per l'Unione europea 1999/C 56/01,

comunicazione della Commissione al Consiglio e al Parlamento europeo sull'attuazione della Strategia forestale dell'Unione europea COM(2005) 84 def. del 10 marzo 2005,

comunicazione della Commissione al Consiglio e al Parlamento europeo: Piano d’azione dell’UE per le foreste (Forest Action Plan) sull'attuazione della Strategia forestale dell'Unione europea COM(2006) 302 def. del 15 giugno 2006,

decreto legislativo n. 227/2001 e successive modifiche,

decreto ministeriale 16 giugno 2005«Linee guida di programmazione forestale»,

programma quadro nazionale per il settore forestale (PQSF) approvato in CSR il 18 dicembre 2008,

leggi e regolamenti regionali e, in assenza, Prescrizioni di massima e di Polizia forestale, previste dall' R.D.L. 30 dicembre 1923, n. 3267,

norme d'uso di gestione e salvaguardia dei boschi, di competenza regionale, formulate sulla base dei principi internazionali di gestione forestale sostenibile.

Tali norme sono di competenza della Regioni e sono formulate, sulla base delle caratteristiche territoriali, sui principi internazionali di Gestione forestale sostenibile [Conferenze ministeriali per la protezione delle foreste in Europa (MCPFE), adottati dal Governo italiano e dalle Amministrazioni regionali. […]

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Żvilupp settorjali, Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 235,10 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 235,10 (f'miljuni)

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

7.12.2011-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministero delle politiche agricole alimentari e forestali

Via XX Settembre 20

00187 Roma RM

ITALIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/18


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ Marzu 2012

2012/C 93/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3272

JPY

Yen Ġappuniż

109,21

DKK

Krona Daniża

7,4372

GBP

Lira Sterlina

0,83580

SEK

Krona Żvediża

8,8450

CHF

Frank Żvizzeru

1,2051

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,6320

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,778

HUF

Forint Ungeriż

294,36

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7007

PLN

Zloty Pollakk

4,1612

RON

Leu Rumen

4,3807

TRY

Lira Turka

2,3677

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2830

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3271

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,3048

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6292

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6705

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 509,85

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,2562

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3652

HRK

Kuna Kroata

7,5108

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 164,39

MYR

Ringgit Malażjan

4,0738

PHP

Peso Filippin

57,139

RUB

Rouble Russu

38,9600

THB

Baht Tajlandiż

40,971

BRL

Real Brażiljan

2,4315

MXN

Peso Messikan

16,9975

INR

Rupi Indjan

68,1120


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/19


Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

2012/C 93/07

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni” u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE (“it-twaqqif ta' Programm Konġunt tal-UE dwar ir-Risistemazzjoni”)

Il-Kummissjoni, fi spirtu ta' kompromess u sabiex tkun żgurata l-adozzjoni immedjata tal-proposta, tappoġġja t-test finali; madankollu tiġbed l-attenzjoni li dan hu mingħajr ħsara għad-dritt tagħha ta' inizjattiva fir-rigward tal-għażla tal-bażijiet legali, b'mod partikolari r-referenza għall-użu futur tal-Artikolu 80 TFUE.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/20


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2012/C 93/08

Għajnuna Nru: SA.34532 (12/XA)

Stati Membri: Il-Belġju

Reġjun: Vlaams Gewest

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Subsidie Workshops biologische landbouw en voeding 2012-2013

Bażi legali: Ministerieel besluit tot toekenning van een subsidie aan Velt vzw voor het project „Workshops Biologische Voeding 2012-2013”

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,02 miljun

Intensità massima tal-għajnuna: 90 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mill-1 ta’ Mejju 2012 sat-30 ta’ April 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Vlaamse Overheid

Departement Landbouw en Visserij

Koning Albert II-laan 35, bus 40

1030 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz tal-Internet: http://lv.vlaanderen.be/nlapps/docs/default.asp?id=1914

Informazzjoni oħra: —


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/21


Sejħa għal proposti – Indikaturi bi frekwenza għolja f’waqthom għall-kummerċ globali u reġjonali

2012/C 93/09

1.   KUNTEST

Il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tniedi sejħa għal proposti (ref. ECFIN/D/12/004) għall-bini u l-produzzjoni ta’ kull xahar ta’ indikaturi f’waqthom ta’ żviluppi fil-kummerċ globali u reġjonali. L-indikaturi globali jinbnew minn isfel ’il fuq mill-indikaturi reġjonali. Il-livell reġjonali jinkludi lill-Istati Membri kollha kif ukoll lill-Pajjiżi Kandidati.

L-indikaturi tal-kummerċ globali sejrin ikunu elementi essenzjali fil-valutazzjoni f’waqtha taċ-ċiklu globali. Il-proġett sejjer itejjeb anki l-valutazzjoni u t-tbassir tan-negozju u t-tbassir tal-PDG ta’ pajjiżi u reġjuni mhux tal-UE fl-eżerċizzji ta’ tbassir sħaħ u interim.

L-indikaturi reġjonali sejrin jintużaw mill-Kummissjoni sabiex tikkalkula l-miżuri ta’ kull xahar f’waqthom tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni għall-UE, iż-żona tal-euro u kull Stat Membru individwali. Miżuri bħal dawn sejrin ikunu għodod ferm utli fil-proċess ta’ sorveljanza ekonomika tal-UEM, għal Stati Membri preżenti kif ukoll futuri taż-żona tal-euro.

Din il-kooperazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ ftehim qafas ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u istitut wieħed matul perjodu ta’ erba’ snin.

2.   SKOP U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-AZZJONI

2.1.   Għanijiet

L-iskop huwa li jinbena sett li jkun pjuttost omoġenju u eżawrjenti ta’ varjabbli tal-kummerċ reġjonali li flimkien ikopru d-dinja kollha. Is-sett irid ikun disponibbli f’qasir żmien, sabiex javża lil dawk li jfasslu l-politiki tal-Ewropa dwar bidliet fis-saħħa tal-ambjent estern jew dwar problemi possibbli fil-kompetittività ta’ Stati Membri speċifiċi. Is-sett ta’ varjabbli mhuwiex statistika fis-sens strett tal-kelma, hekk kif ħafna dejta nieqsa se jkollha tiġi stmata.

2.2.   Speċifikazzjonijiet tekniċi

2.2.1.   Skeda ta’ żmien u rrapportar ta’ riżultati

Ir-riżultati jridu jintbagħtu (bil-posta elettronika) lill-Kummissjoni kull xahar, sa mhux aktar tard mill-25 jum tax-xahar. Ir-riżultati sejrin ikunu sett aġġornat ta’ serje taż-żmien ta’ kull xahar, liema serje għandha preferibbilment tibda f’Jannar 1991. Id-data ta’ tmiem tas-serje ta’ żmien li għanda tiġi pprovduta fil-25 jum tax-xahar t trid tkun ix-xahar t-2. Pereżempju: ir-riżultati sa Settembru jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Novembru.

2.2.2.   Kontenut tar-riżultati

Għall-pajjiżi u r-reġjuni deskritti hawn taħt, ir-riżultati għandu jkun fihom il-varjabbli li ġejjin:

valuri tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet (euro attwali),

prezzijiet tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet (prezzijiet f’euro),

volumi tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet (euro kostanti),

indiċi tal-produzzjoni industrijali,

(fakultattiv) volum tal-PDG.

Meta jkunu neqsin, il-valuri u l-prezzijiet tal-kummerċ ikollhom jiġu stmati. Il-volumi tal-kummerċ jridu jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-valuri u l-prezzijiet tal-kummerċ. Dwar l-użu ta’ varjabbli tal-prezzijiet: meta disponibbli, għandha tingħata preferenza lil indiċijiet tal-prezzijiet veri minflok lil indiċijiet tal-valur tal-unitajiet, li jbatu minn preġudizzju tal-kompożizzjoni. Is-serje kollha jridu jiġu aġġustati b’mod staġjonali u, kemm jista’ jkun possibbli, aġġustati skont il-jum tax-xogħol.

Il-pajjiżi u r-reġjuni li jridu jiġu inklużi huma:

kull Stat Membru tal-UE u kull Pajjiż Kandidat (trid tintuża definizzjoni flessibbli: wara ammissjoni ġdida bħala Pajjiż Kandidat, dak il-pajjiż irid jiżdied mal-kampjun),

aggregati flessibbli għaż-żona tal-euro u l-UE,

id-dinja,

kull pajjiż jew reġjun terz kif elenkat fit-Tabella 56 tal-Anness Statistiku tad-dokument ta’ tbassir tal-Kummissjoni

http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/european_economy/2011/pdf/ee-2011-6_en.pdf

Mal-lista għandhom jiżdiedu:

—   “Asja oħrajn”= Asja minbarra l-Ġappun, il-pajjiżi tal-Lvant Nofsani, iċ-Ċina, Ħong Kong u l-Korea,

—   “Amerika Latina oħrajn”= L-Amerika Latina ħlief il-Brażil u l-Messiku.

3.   DISPOŻIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI U TUL TA’ ŻMIEN

3.1.   Dispożizzjonijiet amministrattivi

L-istitut irid jintgħażel għal perjodu massimu ta’ 4 snin. Il-Kummissjoni tixtieq tistabbilixxi kooperazzjoni fit-tul mal-applikant li jintgħażel. Għal dan il-għan, sejjer jiġi konkluż ftehim qafas ta’ sħubija bejn il-partijiet. Skont dan il-ftehim qafas ta’ sħubija, li sejjer jispeċifika l-għanijiet komuni u n-natura tal-azzjonijiet ippjanati, jistgħu jiġu konklużi erba’ ftehimiet speċifiċi ta’ għotjiet annwali bejn il-partijiet. L-ewwel wieħed minn dawn il-ftehimiet speċifiċi ta’ għotja sejjer jikkonċerna l-perjodu minn Ġunju 2012 sa Mejju 2013 (li jimplika l-għoti tal-ewwel sett ta’ riżultati fil-25 ta’ Ġunju 2012, u l-għoti tal-aħħar sett ta’ riżultati fil-25 ta’ Mejju 2013).

3.2.   Tul ta’ żmien

Kull ftehim ta’ għotja se jkopri l-produzzjoni ta’ 12-il sett ta’ indikaturi ta’ kull xahar.

4.   QAFAS FINANZJARJU

4.1.   Sorsi ta’ finanzjament tal-Unjoni

L-operazzjonijiet magħżula sejrin jiġu ffinanzjati mill-intestatura tal-baġit 01 02 02 – Il-koordinament u s-sorveljanza tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

4.2.   Baġit totali tal-Unjoni stmat għal din is-sejħa

Il-baġit totali indikattiv disponibbli fuq erba’ perjodi għal din l-azzjoni huwa ta’ EUR 200 000 jew EUR 50 000 fis-sena. Soġġetti għar-riżorsi baġitarji disponibbli, l-ammonti għas-snin segwenti jistgħu jiżiedu b’madwar 2 % fis-sena.

4.3.   Perċentwal tal-kofinanzjament tal-Unjoni

Is-sehem tal-Kummissjoni fil-finanzjament konġunt ma jistax jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarju fuq il-produzzjoni tas-sett ta’ dejta. Il-Kummissjoni tiddetermina l-perċentwal tal-kofinanzjament.

4.4.   Finanzjament tal-azzjoni mill-benefiċjarju u l-ispejjeż eliġibbli mġarrba

Il-benefiċjarju sejjer jintalab jissottometti baġit dettaljat għas-sena 1 li jkun fih stima tal-ispejjeż u l-finanzjament tal-azzjoni, mogħtija f’euro u minbarra l-VAT. Sejjer jiġi pprovdut baġit dettaljat, rispettivament għas-sena 2, is-sena 3 u s-sena 4 skont il-ftehim qafas ta’ sħubija fuq il-bażi ta’ stedina mill-Kummissjoni lill-imsieħeb.

L-ammont tal-għotja bbaġitjat mitlub mill-Kummissjoni għandu jitqarreb għall-eqreb għaxra. Il-baġit sejjer jiġi inkorporat bħala anness għall-ftehim speċifiku ta’ għotja.

L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jiġġarrbu biss wara l-firma ta’ ftehim speċifiku ta’ għotja mill-partijiet kollha, ħlief f’każijiet eċċezzjonali u, taħt l-ebda ċirkostanza, qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għotja. Il-kontribuzzjonijiet in natura mhumiex meqjusin bħala spejjeż eliġibbli.

4.5.   Arranġamenti ta’ ħlas

Fi żmien 45 jum mid-data meta l-aħħar waħda miż-żewġ partijiet tiffirma l-ftehim speċifiku, għandu jsir ħlas ta’ qabel il-finanzjament lill-imsieħeb, li jirrappreżenta 40 % tal-ammont massimu tal-għotja speċifikata fl-Artikolu 3 tal-ftehim speċifiku ta’ għotja.

Talba għal ħlas tal-bilanċ flimkien ma’ dikjarazzjoni finanzjarja finali tal-ispejjeż attwali mġarrba u lista tal-ispejjeż dettaljata għall-perjodu sħiħ tal-azzjoni sejrin jiġu sottomessi fi żmien xahrejn wara d-data ta’ għeluq tal-azzjoni.

It-talba għal ħlas tal-bilanċ għandha tiġi ppreċeduta mis-sottomissjoni f’waqtha tas-sett ta’ dejta meħtieġ.

L-ammont tal-aħħar ħlas għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba tabilħaqq, li jridu jkunu traċċabbli u identifikabbli fis-sistema kontabilistika tal-ispejjeż tal-benefiċjarju.

Il-Kummissjoni tista’ twettaq verifika tal-użu li sar mill-għotjiet li għamlet.

4.6.   Sottokuntrattar

L-ebda sottokuntrattar ma huwa permess.

4.7.   Proposti konġunti

Fil-każijiet kollha ta’ proposti konġunti, il-kompiti u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri kollha li jieħdu sehem fil-proposta jridu jiġu identifikati b’mod ċar. Il-membri kollha jridu jipprovdu d-dokumenti meħtieġa kollha għall-valutazzjoni tal-proposta sħiħa fir-rigward tal-kriterji ta’ esklużjoni, għażla u għoti (ara l-punti 5, 6 u 7 aktar ’l isfel) relatati mal-kompiti tagħhom.

Wieħed mill-membri parteċipanti jassumi l-irwol ta’ koordinatur u għandu:

jassumi r-responsabbiltà ġenerali għas-sħubija fir-rigward tal-Kummissjoni,

jissorvelja l-attivitajiet tal-membru/i parteċipanti l-ieħor/oħrajn,

jiżgura l-koerenza ġenerali u s-sottomissjoni f’waqtha tas-sett ta’ dejta,

jiċċentralizza l-firma tal-ftehim u jipprovdi l-ftehim iffirmat kif suppost mill-parteċipanti kollha lill-Kummissjoni (dan jista’ jsir permezz ta’ prokura),

jiċċentralizza l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni u jagħti l-ħlasijiet lill-parteċipanti,

jiġbor dokumenti ta’ prova tan-nefqa mġarrba minn kull parteċipant u jippreżentahom f’sottomissjoni waħda.

5.   KRITERJI TA’ ELIĠIBBILTÀ

5.1.   Status legali tal-applikanti

Is-sejħa għal proposti hija miftuħa għal korpi u istituti (entitajiet legali) bi status legali f’wieħed mill-Istati Membri tal-UE. L-applikanti jridu juru li jeżistu bħala entità legali u jipprovdu d-dokumentazzjoni meħtieġa permezz tal-formola standard ta’ entità legali.

5.2.   Raġunijiet għal esklużjoni

L-applikazzjonijiet mhumiex sejrin jiġu kkunsidrati għal għotja jekk l-applikanti jkunu fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin (b’konformità mal-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea):

(a)

huma falluti jew għaddejjin minn proċedura ta’ stralċ, għandhom kawżi li qed jiġu amministrati mill-qrati, daħlu fi ftehim ma’ kredituri, issospendew l-attivitajiet ta’ negozju, huma s-suġġett ta’ proċeduri li jikkonċernaw dawk il-kwistjonijiet, jew huma f’xi sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili stipulata fil-leġiżlazzjoni jew fir-regolamenti nazzjonali,

(b)

ġew ikkundannati għal reat li jikkonċerna l-kondotta professjonali tagħhom permezz ta’ sentenza li tkun għaddiet f'ġudikat bħala “res judicata”,

(c)

kienu ħatja ta’ kondotta professjonali ħażina gravi murija bi kwalunkwe mezz li l-awtorità kontraenti tista’ tiġġustifika,

(d)

ma ssodisfawx l-obbligi relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas ta’ taxxi skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih huma stabbiliti jew skont dawk tal-pajjiż tal-awtorità kontraenti jew dawk tal-pajjiż fejn għandu jitwettaq il-ftehim,

(e)

kienu soġġetti għal sentenza li tkun għaddiet f'ġudikat bħala “res judicata” għal frodi, korruzzjoni, involviment f’organizzazzjoni kriminali jew attività illegali oħra dannuża għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni,

(f)

qed isegwu proċedura ta’ akkwist oħra jew proċedura ta’ għoti ta’ għotja ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, ġew iddikjarati li huma fi ksur serju ta’ kuntratt għaliex naqsu milli jikkonformaw mal-obbligi kuntrattwali tagħhom,

(g)

huma mixlija b’kunflitt ta’ interess,

(h)

kienu ħatja ta’ rappreżentazzjoni ħażina fl-għoti tal-informazzjoni meħtieġa jew naqsu milli jipprovdu din l-informazzjoni.

L-applikanti jridu jiċċertifikaw li mhumiex f’waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fil-punt 5.2 permezz ta’ formola standard ta’ dikjarazzjoni fuq l-unur fir-rigward tal-kriterji ta’ eżekuzzjoni.

5.3.   Penali amministrattivi u finanzjarji

5.3.1.   Bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ penali stabbiliti fil-kuntratt, il-kandidati jew l-offerenti u l-kuntratturi li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz, żbalji sostanzjali jew wettqu irregolaritajiet jew frodi, jew li jkun instab li qed jiksru b’mod serju l-obbligi kuntrattwali tagħhom, jistgħu jiġu esklużi mill-kuntratti u l-għotjiet kollha ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni għal massimu ta’ ħames snin mid-data li fiha huwa stabbilit il-ksur, kif ikkonfermat wara proċedura avversarjali mal-kuntrattur.

Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż għal għaxar snin fil-każ ta’ reat repetut fi żmien ħames snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu.

5.3.2.   L-offerenti jew il-kandidati li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz, wettqu żbalji sostanzjali, irregolaritajiet jew frodi, jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal penali finanzjarji li jirrappreżentaw minn 2 % sa 10 % tal-valur totali stmat tal-kuntratt li jkun qed jingħata.

Il-kuntratturi li jkunu nstabu li qed jiksru serjament l-obbligi kuntrattwali tagħhom jistgħu jkunu soġġetti għal penali finanzjarji li jirrappreżentaw minn 2 % sa 10 % tal-valur totali tal-kuntratt inkwistjoni.

Dik ir-rata tista’ tiżdied għal 4 % sa 20 % f’każ ta’ ksur ripetut fi żmien ħames snin mid-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

1.

Fil-każ imsemmi fil-punt 5.2(c), il-kandidati jew l-offerenti għandhom jiġu esklużi mill-kuntratti u l-għotjiet kollha għal massimu ta’ ħames snin mid-data li fiha jitwettaq il-ksur jew, fil-każ ta’ ksur li jkompli jew ripetut, id-data li fiha jieqaf il-ksur.

2.

Fil-każijiet imsemmija fil-punti 5.2(b) u (e), il-kandidati jew l-offerenti għandhom jiġu esklużi mill-kuntratti u l-għotjiet kollha għal massimu ta’ ħames snin mid-data tas-sentenza li tkun għaddiet f'ġudikat bħala “res judicata”.

Dawk il-perjodi ta’ esklużjoni jistgħu jiġu estiżi sa għaxar snin fil-każ ta’ reat ripetut fi żmien ħames snin mid-dati msemmija fil-punti 1 u 2 aktar ’il fuq.

5.3.4.   Il-każijiet imsemmija fil-punt 5.2(e) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

każijiet ta’ frodi kif imsemmija fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea mfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1995,

(b)

każijiet ta’ korruzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imfassla mill-Att tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 1997,

(c)

każijiet ta’ parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif definita fl-Artikolu 2(1) tal-Azzjoni Konġunta 98/733/ĠAI tal-Kunsill (ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1),

(d)

każijiet ta’ ħasil tal-flus kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE (ĠU L 166, 28.6.1991, p. 77).

6.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

L-applikanti jrid ikollhom sorsi stabbli u suffiċjenti ta’ finanzjament sabiex imantnu l-attività tagħhom tul il-perjodu li matulu tkun qed titwettaq l-azzjoni. Irid ikollhom il-kompetenzi u l-kwalifiki professjonali meħtieġa sabiex iwettqu l-azzjoni proposta jew il-programm ta’ ħidma.

6.1.   Kapaċità finanzjarja tal-applikanti

L-applikanti jrid ikollhom il-kapaċità finanzjarja sabiex iwettqu l-azzjoni proposta u jridu jipprovdu l-karti tal-bilanċi u r-rapporti tal-introjtu tagħhom għall-aħħar sentejn finanzjarji li għalihom ikunu ngħalqu l-kontijiet.

Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għall-korpi pubbliċi u l-organizzazzjoni internazzjonali.

6.2.   Kapaċità operazzjonali tal-applikanti

L-applikanti jrid ikollhom il-kapaċità operattiva li jwettqu l-azzjoni proposta u għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni ta’ prova xierqa.

Il-kriterji li ġejjin sejrin jintużaw sabiex tiġi vvalutata l-abilità ta’ applikant:

tal-inqas tliet snin ta’ esperjenza bil-provi fit-tħejjija ta’ sett simili ta’ indikaturi,

esperjenza bil-provi fil-bini ta’ indikaturi tal-kummerċ internazzjonali u fl-indirizzar tal-kwistjonijiet metodoloġiċi (aġġustament staġjonali, aġġustament skont il-jum ta’ xogħol, aggregazzjoni, metodoloġija tal-istima għal valuri neqsin u deflaturi neqsin, ...)

7.   KRITERJI TAL-GĦOTI

Il-kriterji li ġejjin sejrin jintużaw sabiex jiġu evalwati l-proposti u jingħataw marki (ara l-punti aktar ’il quddiem) sabiex il-proposti jiġu kklassifikati u sabiex jingħata l-ftehim ta’ għotja lil kandidat wieħed li jintgħażel, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-infiq effettiv tal-proposti u l-baġit disponibbli għas-sejħa:

L-adegwatezza tar-riżorsi allokati għall-bini ta’ indikaturi tal-kummerċ internazzjonali, inklużi persunal ikkwalifikat, arranġamenti għal monitoraġġ, superviżjonijiet u ġestjoni tar-riskji (massimu 20 punt)

il-kwalità tal-metodoloġija proposta inklużi aspetti ta’ aġġustament staġjonali, aġġustament skont il-jum ta’ xogħol, id-deflazzjoni, l-aggregazzjoni u l-metodoloġija ta’ stima għall-valuri neqsin u d-deflaturi neqsin (massimu 60 punt)

l-effiċjenza tal-organizzazzjoni tax-xogħol tal-kandidat, f’termini ta’ flessibbiltà, infrastruttura, u faċilitajiet għat-twettiq tax-xogħol, rapportar tar-riżultati u l-kollegament mal-Kummissjoni (massimu 20 punt)

8.   PROĊEDURI PRATTIĊI

8.1.   Tfassil u sottomissjoni tal-proposti

Il-proposti jrid ikun fihom il-formola standard ta’ applikazzjoni għal għotja mimlija u ffirmata u d-dokumenti ta’ prova kollha msemmija fil-punt 8.2.

Il-proposti jridu jiġu ppreżentati fi tliet taqsimiet:

proposta amministrattiva,

proposta teknika,

proposta finanzjarja.

Il-forom standard li ġejjin jistgħu jinkisbu mill-Kummissjoni:

formola standard ta’ applikazzjoni għal għotja,

dikjarazzjoni standard tal-baġit,

formola standard ta’ identifikazzjoni finanzjarja,

formola standard ta’ entità legali,

formola standard ta’ dikjarazzjoni ta’ unur fir-rigward tal-kriterji ta’ esklużjoni,

kif ukoll id-dokumentazzjoni rigward l-aspetti finanzjarji tal-għotja:

mudell tal-ftehim qafas ta’ sħubija,

mudell tal-ftehim speċifiku tal-għotja annwali.

(a)

billi jitniżżlu mill-indirizz elettroniku li ġej:

http://ec.europa.eu/economy_finance/procurement_grants/grants/proposals/index_en.htm

(b)

f’każ li l-għażla preċedenti ma tkunx possibbli, billi tikteb lill-Kummissjoni (posta elettronika biss) fuq:

Posta elettronika: ECFIN-CALL-2012-TRADE-INDICATORS@ec.europa.eu

Jekk jogħġbok dejjem semmi “Call for proposals — ECFIN/D/12/004” bħala s-suġġett tal-messaġġ tal-posta elettronika.

Il-proposti jridu jiġu sottomessi f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, madankollu, preferibbilment f’waħda mil-lingwi tal-ħidma tal-Unjoni, l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż.

L-applikant irid jipprovdi proposta oriġinali waħda ffirmata u tliet kopji, mhux mehmużin flimkien. Dan ikun qed jiffaċilita x-xogħol amministrattiv fit-tħejjija tal-kopji/dokumenti meħtieġa kollha għall-kumitat ta’ evalwazzjoni.

Il-proposti jridu jintbagħtu f’envelopp issiġillat ġewwa envelopp ieħor issiġillat.

L-envelopp ta’ barra jrid ikollu miktub fuqu l-indirizz mogħti fil-punt 8.3 aktar ’l isfel.

L-envelopp issiġillat ta’ ġewwa li jkun fih il-proposta jrid ikollu miktub fuqu “Call for Proposals — ECFIN/D/12/004, not to be opened by the internal mail department”.

Il-Kummissjoni sejra tinnotifika lill-kandidati li tkun irċiviet il-proposta tagħhom.

8.2.   Kontenut tal-proposti

8.2.1.   Proposta amministrattiva

Il-proposta amministrattiva trid tinkludi:

formola standard ta’ applikazzjoni għal għotja mimlija u ffirmata kif suppost,

formola standard ta’ entità legali mimlija u ffirmata kif suppost u d-dokumentazzjoni ta’ prova mitluba li tixhed l-istatus legali tal-istitut,

formola standard ta’ identifikazzjoni finanzjarja mimlija u ffirmata kif suppost,

dikjarazzjoni standard fuq l-unur iffirmata kif suppost fir-rigward tal-kriterji ta’ esklużjoni,

it-tabella ta’ organizzazzjoni tal-istitut, li turi l-ismijiet u l-karigi tal-maniġment u tas-servizzi operattivi responsabbli għall-bini u t-twassil tar-riżultati meħtieġa,

prova ta’ sitwazzjoni finanzjarja tajba: karti tal-bilanċi u rapporti tal-introjtu mis-sentejn finanzjarji preċedenti li għalihom ingħalqu l-kontijiet.

8.2.2.   Proposta teknika

Il-proposta teknika trid tinkludi:

deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-istitut, li tippermetti l-valutazzjoni tal-kwalifiki tiegħu u l-kamp ta’ applikazzjoni u t-tul ta’ żmien tal-esperjenza tiegħu fl-oqsma mitluba fil-punt 6.2. Dan għandu jfisser kwalunkwe studju relevanti, kuntratti ta’ servizz, ħidma ta’ konsulenza, stħarriġ, pubblikazzjonijiet jew ħidma oħra mwettqa preċedentement, fejn jiġi indikat isem il-klijent u fejn jiġi ddikjarat liema minnhom, jekk applikabbli, twettqu għall-Kummissjoni Ewropea. L-aktar studji u/jew riżultati relevanti għandhom jiġu mehmuża,

deskrizzjoni dettaljata tal-organizzazzjoni operattiva għall-produzzjoni ta’ sett ta’ dejta. Għandha tiġi mehmuża I-dokumentazzjoni relevanti rigward l-infrastruttura, il-faċilitajiet, ir-riżorsi u l-persunal ikkwalifikat (CVs konċiżi tal-persunal l-aktar involut fil-produzzjoni tas-sett ta’ dejta) għad-dispożizzjoni tal-applikant,

deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija: sorsi tad-dejta, aġġustament staġjonali, aġġustament skont il-jum ta’ xogħol, id-deflazzjoni, l-aggregazzjoni, il-metodoloġija tal-istima għall-valuri neqsin u d-deflaturi neqsin.

8.2.3.   Proposta finanzjarja

Il-proposta finanzjarja trid tinkludi:

dikjarazzjoni standard tal-baġit dettaljata u mimlija kif suppost (f’euro u eskluża mill-VAT), li tkopri perjodu ta’ 12-il xahar, li fiha pjan ta’ finanzjament għall-azzjoni u l-analiżi dettaljata tal-ispejjeż eliġibbli totali u tal-unità għall-produzzjoni tas-sett ta’ dejta. Għal korpi mhux pubbliċi, dan il-baġit jista’ jinkludi b’mod eċċezzjonali l-VAT, jekk ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tat-taxxa xierqa jiċċertifika li l-benefiċjarju ma jistax jirkupra l-VAT. Għall-korpi pubbliċi, il-VAT qatt ma huwa eliġibbli.

dokument li jiċċertifika l-kontribuzzjoni finanzjarja minn organizzazzjonijiet oħrajn (kofinanzjament), jekk dan ikun applikabbli.

8.3.   Indirizz u data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-proposti

L-applikanti interessati f’dawn l-għotjiet huma mistiedna jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet iridu jiġu sottomessi:

(a)

jew bil-posta jew servizz ta’ kunsinna ttimbrati mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2012. Il-prova tad-data ta’ dispaċċ għandha tiġi kkostitwita mit-timbru tal-posta jew mid-data tal-karta ta’ depożitu tas-servizz ta’ kunsinna fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Economic and Financial Affairs

Call for Proposals Ref. ECFIN/D/12/004

Unit ECFIN/R2 — Financial Management

Office BU24 — 4/13

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1-3

1140 Bruxelles/Brussel (Evere)

BELGIQUE/BELGIË

(b)

jew imwassla personalment fis-servizz postali ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea (kunsinna personali jew kunsinna minn kwalunkwe rappreżentant awtorizzat tal-applikant, inklużi s-servizzi ta’ kunsinna) fuq l-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Economic and Financial Affairs

Call for Proposals Ref. ECFIN/D/12/004

Unit ECFIN/R2 — Financial Management

Office BU24 — 4/13

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1-3

1140 Bruxelles/Brussel (Evere)

BELGIQUE/BELGIË

mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2012 sal-16.00 (ħin ta’ Brussell). F’dan il-każ, il-prova ta’ sottomissjoni tingħata permezz ta’ rċevuta datata u ffirmata mill-uffiċjal ta’ lqugħ fid-dipartiment imsemmi fuq. Id-dipartiment huwa miftuħ mit-8.00 sal-17.00 mit-Tnejn sal-Ħamis, u mit-8.00 sal-16.00 il-Ġimgħa. Huwa magħluq is-Sibt, il-Ħadd u fil-vaganzi tal-Kummissjoni.

9.   X’JIĠRI MILL-APPLIKAZZJONIJIET LI JASLU?

L-applikazzjonijiet kollha jiġu vverifikati sabiex jiġi vvalutat jekk jissodisfawx il-kriterji formali ta’ eliġibblità.

Il-proposti meqjusin eliġibbli jiġu evalwati fl-isfond tal-kriterji ta’ għażla u sussegwentement jingħataw marki skont il-kriterji tal-għażla msemmija aktar ’il fuq sabiex jiġi identifikat il-kandidat li jista’ jirċievi finanzjament tal-UE għall-azzjoni, filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-infiq effettiv tal-proposta u l-baġit disponibbli għal din is-sejħa.

Il-proċess ta’ evalwazzjoni tal-proposti se jseħħ matul April/Mejju 2012. Għal dan il-għan, għandu jitwaqqaf kumitat ta’ evalwazzjoni taħt l-awtorità tad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u l-kandidati li ma jintgħażlux sejrin jiġu nnotifikati b’mod individwali. Sejjer jiġi ffirmat ftehim qafas ta’ sħubija mal-kandidat li jintgħażel, segwit mill-iffirmar ta’ ftehim speċifiku ta’ għotja għall-ewwel sena.

10.   IMPORTANTI

Il-Kummissjoni tista’ tgħarraf lill-partijiet interessati bi kwalunkwe żball, impreċiżjoni, ommissjoni jew kwalunkwe żball klerikali ieħor fit-test tas-sejħa għal proposti kif ukoll bi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali billi tqiegħed l-informazzjoni fuq l-indirizz elettroniku tagħha:

http://ec.europa.eu/economy_finance/procurement_grants/grants/proposals/index_en.htm

L-applikanti huma mistiedna jivverifikaw is-sit elettroniku b’mod regolari.

Fuq talba tal-applikanti, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi informazzjoni addizzjonali bl-uniku skop li tiċċara aspett tas-sejħa għal proposti. Kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali tista’ ssir, bil-miktub biss, lil ECFIN-CALL-2012-TRADE-INDICATORS@ec.europa.eu filwaqt li bħala suġġett tal-posta elettronika jkun hemm jidher b’mod ċar ir-referenza li ġejja: “Call for proposals — ECFIN/D/12/004”. Talbiet għal informazzjoni addizzjonali li jidħlu inqas minn ħamest ijiem ta’ xogħol qabel id-data finali għas-sottomissjoni ma jistgħux jiġu pproċessati.

Din is-sejħa għal proposti ma tikkostitwixxix xi forma ta’ obbligu kuntrattwali min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ xi istitut li jissottometti proposta fuq il-bażi tagħha. Kull komunikazzjoni rigward din is-sejħa għal proposti trid issir bil-miktub.

L-applikanti għandhom jieħdu nota tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali li se jkunu obbligatorji fil-każ ta’ għotja.

Għall-finijiet ta’ salvagwardja tal-interess finanzjarju tal-Unjoni, id-dejta personali tiegħek tista’ tiġi ttrasferita lis-servizzi tal-awditjar intern, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Panil dwar l-Irregolaritajiet Finanzjarji u/jew lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Id-dejta tal-atturi ekonomiċi li huma f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 93, 94, 96(1)(b) u 96(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju tista’ tiġi inkluża f’bażi ta’ dejta ċentrali u kkomunikata lill-persuni maħtura tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-korpi oħrajn imsemmija fl-Artikolu 95(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju. Dan jirreferi wkoll għall-persuni bis-setgħat ta’ rappreżentazzjoni, it-teħid ta’ deċiżjonijiet jew il-kontroll fuq l-atturi ekonomiċi msemmija. Kwalunkwe parti li tidħol fil-bażi ta’ dejta għandha d-dritt li tiġi mgħarrfa dwar id-dejta li tikkonċernaha, fuq talba tal-uffiċċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni.


30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/30


Azzjoni preparatorja “Ċirkolazzjoni tal-films fl-era diġitali” – Sejħa għall-proposti 2012

2012/C 93/10

1.   Għanijiet

Fis-26 ta' Ottubru 2011, il-Parlament Ewropew adotta baġit ta' EUR 2 miljun għall-ewwel sena finanzjarja tal-azzjoni preparatorja “Ċirkolazzjoni tal-films fl-era diġitali”. Din l-azzjoni għandha l-għan li tesperimenta strateġiji innovattivi fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-films Ewropej (swali taċ-ċinema, DVD, vidjow fuq talba, festivals, stazzjonijiet tat-televixin, eċċ).

Dan jinvolvi b'mod partikolari d-definizzjoni tal-kundizzjonijiet li aktarx jżidu l-komplimentarjetà bejn il-mezzi ta' distribuzzjoni sabiex titjieb iċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali u l-udjenza globali tal-films Ewropej fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

2.   Azzjonijiet eliġibbli

L-azzjoni preparatorja se ssostni proġetti li jipproponu li jiġi ttestjat il-ħruġ simultanju jew kważi simultanju fil-mezzi kollha ta' distribuzzjoni u f'bosta territorji Ewropej.

Il-proġetti, li huma limitati għax-xogħlijiet ċinematografiċi Ewropej u għad-distribuzzjoni tagħhom fi ħdan il-pajjiżi tal-Unjoni Ewoprea, għandhom ikopru għadd sostanzjali ta' films u ta' territorji.

Dan il-parametru dimensjonali huwa essenzjali sabiex wieħed ikun jista' jitgħallem mill-azzjoni preparatorja u jimponiha bħala strument ta' għajnuna għad-teħid ta' deċiżjoni għall-awtoritajiet pubbliċi u l-professjonisti tal-industrija ċinematografika Ewropea.

F'din il-perspettiva, il-proġetti għandhom ukoll jipprevedu l-organizzazzjoni ta' laqgħa pubblika fit-tmiem tal-azzjoni li tippreżenta lill-professjonisti u lill-awtoritajiet pubbliċi r-riżultati ewlenin tal-esperimentazzjoni u t-tagħlim li jirriżultaw minnha.

3.   Kandidati Eliġibbli

Biex ikunu eliġibbli, il-proposti għandhom jiġu ppreżentati minn grupp filwaqt li jiġu vverifikati t-tliet kriterji li ġejjin:

il-grupp għandu jinkludi intrapriżi jew organizzazzjonijiet marbuta mas-swieq awdjoviżivi (produtturi, aġenti tal-bejgħ, distributuri, detenturi tad-drittijiet, kumpaniji kummerċjali, swali taċ-ċinema, pjattaformi tal-Vidjow fuq Talba …),

il-membri kollha (koordinaturi u msieħba) tal-grupp kandidat għandu jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

il-grupp kandidat għandu jinkludi mill-inqas żewġ aġenti tal-bejgħ.

Il-kontribuzzjoni mitluba mill-grupp kandidat ma jistax jaqbeż is-70 % tal-ispejjeż eliġibbli kollha tal-proġett.

4.   Kriterji tal-għażla

L-applikazzjonijiet eliġibbli se jingħataw punti minn total ta' 100 fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

Kriterju tal-għotja nru 1: Kwalità tal-kontenut tal-attività, (50 punt)   Kriterju tal-għotja nru 1: Kwalità tal-kontenut tal-attività, (50 punt)

Għadd, diversità u komplimentarjetà tal-films u t-territorji koperti mill-azzjoni (15-il punt);

rilevanza tal-istrateġija tal-kummerċjalizzazzjoni (15-il punt);

rilevanza tal-istrateġiji implimentati biex tiġi studjata aktar fid-dettall il-kwistjoni tal-komplimentarjetà bejn it-territorji u s-segmenti ta' distribuzzjoni (15-il punt);

grad ta' innovazzjoni tal-azzjoni (5).

Kriterju tal-għotja nru 2: Ġestjoni tal-proġett, (50 punt)   Kriterju tal-għotja nru 2: Ġestjoni tal-proġett, (50 punt)

Kwalità tal-grupp kandidat (10);

kwalità tal-pjan ta' ġestjoni tal-proġett tal-grupp (15);

kwalità tal-metodoloġija proposta għall-ġbir, l-analiżi u t-tpoġġija f'perspettiva tar-riżultati miksuba (15);

nefqa/benefiċċju tal-azzjoni proposta (10).

5.   Baġit għall-proġetti

L-ammont disponibbli għal din is-sejħa għall-proposti huwa ta’ EUR 1 994 000. L-appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax jaqbeż is-70 % tal-ispejjez totali eliġibbli.

Il-kontribut finanzjarju se jingħata fil-forma ta’ sovvenzjoni.

6.   Data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-proposti

L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu qabel is-6 ta’ Settembru 2012 lil:

Mrs Aviva SILVER

European Commission

Directorate-General for Education and Culture

Directorate D — Culture and Media

Unit D3 — MEDIA programme and media literacy

Office: MADO 18/68

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

7.   Informazzjoni sħiħa

Il-programm ta' ħidma, il-linji gwida u l-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/media

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mat-termini kollha tal-linji gwida, għandhom jitressqu fuq il-formoli pprovduti u għandu jkun fihom l-informazzjoni u l-Annessi kollha speċifikati fit-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti.


30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/32


Sejħa għal applikazzjonijiet dwar in-nominazzjoni ta' membri tal-politika pubblika tal-Bord ta' Sorveljanza tal-EFRAG

2012/C 93/11

Il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) kien stabbilit fl-2001 biex jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-istandards tal-kontabilità. Minbarra l-funzjoni konsultattiva tiegħu, l-EFRAG għandu wkoll ir-rwol proattiv li jiżgura li l-opinjonijiet Ewropej dwar l-iżvilupp tar-rappurtar finanzjarju ikunu artikolati sew u b'mod ċar fil-proċess tad-definizzjoni tal-istandards internazzjonali (1).

L-EFRAG bħalissa għaddejja minn reviżjoni tal-governanza tagħha. It-terminu taż-żmien tal-membri tal-Bord Superviżorju attwali jiskadi fl-2012. Il-Bord Superviżorju tal-EFRAG mistenni li jinħatar f’Ottubru 2012 u għandu jibda jaħdem immedjatament

Ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-Bord attwalitas-Sorveljanza tal-EFRAG jinkludu:

l-approvazzjoni tal-istrateġija globali tal-EFRAG,

il-ħatra ta’ membri għall-Grupp ta' Esperti Tekniċi (TEG) u dawk tal-Kumitat tal-Ippjanar u tar-Riżorsi (PRC),

l-indirizzar ta’ kwistjonijiet baġitarji u ta’ finanzjament

il-monitoraġġ tal-indipendenza tat-TEG, l-effiċjenza tal-organizzazzjoni u l-kwalità tal-proċessi tiegħu

il-kollegament mal-Istituzzjonijiet Ewropej u mal-fiduċjarji tal-Fondazzjoni IFRS, sabiex tkun immonitorjata l-kooperazzjoni m’ dawk li jistabbilixxu l-Istandards Nazzjonali

Il-Bord ta‘ Sorveljanza se jkun kompost minn personalitajiet ta' livell għoli b'interess fl-iżvilupp globali tar-rappurtar finazjarju u b'bilanċ xieraq ta' esperjenzi professjonali, li jinkludu utenti, preparaturi u kontabilisti. Il-Membri kollha tal-Bord tas-Sorveljanza jaġixxu f'kapaċità personali u huma obbligati jimpenjaw irwieħhom formalment biex jaġixxu fl-interess tal-pubbliku Ewropew, b'mod indipendenti mill-affiljazzjoni professjonali jew settorjali tagħhom. Il-Bord ta‘ Sorveljanza bħalissa jikkonsisti fi 17-il membru, li jinkludu erba' karigi għal membri b'esperjenza li tibbaża fuq il-politika pubblika, jew f'livell Ewropew jew nazzjonali. Il-President attwali tal-Bord Superviżorju huwa s-Sur Pedro SOLBES MIRA.

Il-Kummissjoni qiegħda tagħmel din is-sejħa għall-applikazzjonijiet bi skop li jkollha lista ta’ kandidati biex jiġu nominati bħala membri tal-politika pubblika tal-Bord ta‘ Sorveljanza.

Il-Kummissjoni sejra tqis il-kriterji li ġejjin meta tivvaluta l-applikazzjonijiet:

esperjenza fil-politika pubblika f'livell Ewropew u internazzjonali, impenn ta' azzjoni fl-interess tal-pubbliku Ewropew;

esperjenza fl-awtorità pubblika, korpi pubbliċi jew akkademja;

livell għoli u integrità;

għarfien tajjeb tal-lingwa Ingliża;

familjarità mal-qasam tal-kontabilità ikun ta' siwi;

il-ħtieġa ta' formazzjoni bilanċjata f'termini ta' oriġini ġeografika, sess u esperjenza.

L-applikazzjoni, iffirmata, għanda tasal għand is-servizzi il-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2012. Kull applikazzjoni li tintbagħat wara d-data tal-għeluq tista' tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni biss f’każ ta’ sostituzzjoni jew bdil.

L-applikazzjonijiet għandhom:

jintbagħtu bil-posta rreġistrata jew b'kurrier privat f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for the Internal Market and Services

Attention of Mr Jonathan FAULL, Director-General

Rue de Spa 2, 03/205

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

jew bil-posta elettronika lil:

MARKT-F3@ec.europa.eu

Fejn turi: “EFRAG Il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju” bħala s-suġġett.

Kull applikazzjoni għandha timtela b'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, tindika biċ-ċar in-nazzjonalità tal-applikant u tinkludi d-dokumentazzjoni neċessarja. L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu d-dettalji kollha meħtieġa għal valutazzjoni tagħhom; dawn jistgħu jinkludu curriculum vitae li jiddokumenta l-esperjenza professjonali u l-livell ta' speċjalizzazzjoni tal-applikant u ittra qasira li tispjega l-motivazzjoni tal-applikazzjoni. Għandha tingħata wkoll l-informazzjoni li ġejja:

Ma’ liema awtorità/organizzazzjoni kien(et) jaħdem/taħdem l-applikant? Għal kemm żmien?

X’inhuma l-kompetenzi speċifiċi tiegħu/tagħha?

F’liema proġetti speċifiċi jew xogħlijiet kien(et) involut(a)?

Għandu/ha esperjenza fuq livell tal-UE jew internazzjonali?

Il-kandidat għandu/ha xi interessi li jistgħu jkunu ta’ preġudizzju għall-indipendenza tiegħu/tagħha?

Il-membri magħżula għandhom jinħatru fil-kapaċità personali u għandhom jagixxu indipendentament minn kull influwenza esterna. Huma jistgħu ma jkunux rappreżenantati minn membri supplenti. Il-Bord ta‘ Sorveljanza se jinħatar mill-Assemblea Ġenerali tal-EFRAG għal perjodu ta' 3 snin, li jista' jiġġeded. Il-membri jistgħu jżommu l-kariga sa massimu ta' 6 snin.

Il-lista tal-membri tal-Bord ta‘ Sorveljanza tiġi ppubblikata fuq is-sit tal-Internet tal-EFRAG u dak tad-DĠ Suq Intern u Servizzi. L-ismijiet tal-membri se jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (2).

Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Sur Ugo BASSI, Direttur, Tel. +32 22953118, posta elettronika:Ugo.Bassi@ec.europa.eu, Is-Sur Jeroen HOOIJER, Kap tal-Unità Tel. +32 22955885, posta elettronika: Jeroen.Hooijer@ec.europa.eu


(1)  Għal iktar tagħrif jekk jogħġbok irreferi għal http://www.efrag.org

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/34


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6508 – GIP/Fluxys G/Fluxys Switzerland)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 93/12

1.

Fit-22 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha, min-naħa, l-impriżi Global Infrastructure Partners-A1 LP, Global Infrastructure Partners-B LP u Global Infrastructure Partner-C LP (“GIP”, l-Istati Unit tal-Amerika), li huma kumpaniji fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati b'mod konġunt minn General Electric Company (“GE”, l-Istati Unit tal-Amerika), u Credit Suisse Group (“Credit Suisse”, l-Isvizzera) u, min-naħa l-oħra, Fluxys G SA (“Fluxys”, il-Belġju), fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Publigas (il-Belġju), jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża FluxSwiss SA (“FluxSwiss”, l-Isvizzera) permezz tax-xiri ta' ishma. Bħalissa FluxSwiss hija sussidjarja pposseduta kompletament minn Fluxys.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal GIP: fond ta’ investiment li jispeċjalizza fl-infrastruttura u f’assi b’rabta mal-infrastruttura madwar id-dinja,

għal Fluxys: topera l-infrastruttura ta' trażmissjoni ta' gass naturali fl-Ewropa,

għal FluxSwiss: timmaniġja l-pipeline tal-gass naturali fl-Isvizzera,

għal GE: kumpanija diversifikata li hija wkoll attiva fil-forniment tal-merkanzija u s-servizzi fl-infrastruttura tal-gass naturali u s-self finanzjarju għal proġetti ta' produzzjoni u esplorazzjoni tal-gass,

għal Credit Suisse: servizzi finanzjarji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6508 – GIP/Fluxys G/Fluxys Switzerland, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


30.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/35


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6483 – PGGM Vermogensbeheer/Barclays Bank/UPP Group)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 93/13

1.

Fis-23 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha PGGM Vermogensbeheer B.V. (“PGGM”) u Barclays Bank (ir-Renju Unit), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża UPP Group (ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal PGGM (il-Pajjiżi l-Baxxi) tipprovdi servizzi fil-qasam tal-pensjonijiet fil-ġestjoni tal-fondi tal-pensjoni, ġestjoni tal-assi, appoġġ għall-ġestjoni u konsulenza politika għall-bosta fondi tal-pensjoni Olandiżi,

għal Barclays Bank: l-operat ta' kumpanija tal-Barclays Group. Barclays huwa fornitur ta' servizzi finanzjarji globali impenjata f'operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur u dawk kummercjali, karti ta' kreditu, servizzi bankarji għall-investiment, u servizzi ta' gestjoni tal-investiment,

għal UPP Group: attwalment ikkontrollat unikament mill-Barclays Fund Manager. UPP jipprovdi soluzzjonijiet għal-finanzjament, it-tfassil u l-operazzjoni ta' faċilitajiet residenzjali u akkademiċi lil universitajiet fir-Renju Unit, kif ukoll joffri servizz kontiwu ta' ġestjoni għal dawn il-faċilitajiet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6483 – PGGM Vermogensbeheer/Barclays Bank/UPP Group, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).