ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.048.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
2012/C 048/01 |
||
|
OPINJONIJIET |
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
2012/C 048/02 |
||
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2012/C 048/03 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 048/04 |
||
2012/C 048/05 |
||
2012/C 048/06 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta – COMP/39.605 – Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi |
|
2012/C 048/07 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2011 dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/39.605 – Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi) (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7436 finali) ( 1 ) |
|
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 048/08 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6499 – FCC/Mitsui Renewable Energy/FCC Energia) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2012/C 048/09 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6468 – Forfarmers/Hendrix) ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 048/10 |
||
2012/C 048/11 |
||
2012/C 048/12 |
||
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Il-Bank Ċentrali Ewropew
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Frar 2012
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank of Greece
(BĊE/2012/1)
2012/C 48/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 27.1,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni tal-Bank of Greece jispiċċa wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Jinħtieġ għalhekk li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012. |
(3) |
Il-Bank of Greece għażel lil KPMG Certified Auditors A.E. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrikkmandat li KPMG Certified Auditors A.E. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank of Greece għas-snin finanzjarji 2012 sa 2016.
Magħmula fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Frar 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
OPINJONIJIET
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/2 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”)
2012/C 48/02
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2),
Wara li kkunsidra t-talba għal opinjoni skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001,
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
1. INTRODUZZJONI
1.1. Konsultazzjoni tal-KEPD
1. |
Fid-29 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Regolament (“il-Proposta” jew “ir-Regolament propost”) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”) (3). Il-Proposta ntbagħtet lill-KEPD għal konsultazzjoni fl-istess ġurnata. |
2. |
Qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-KEPD ingħata l-possibbiltà li jagħti kummenti informali dwar il-Proposta, u qabel dan, dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Tmexxija aħjar tas-Suq Uniku permezz ta’ kooperazzjoni amministrattiva akbar: Strateġija għall-espansjoni u l-iżvilupp tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (‘IMI’)” (“il-Komunikazzjoni dwar l-Istrateġija tal-IMI”) (4) li nħarġet qabel il-Proposta. Ħafna minn dawn il-kummenti ttieħdu f’kunsiderazzjoni fil-Proposta, u – bħala riżultat – issaħħu s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta fil-Proposta. |
3. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni kkonsultatu formalment u li ġiet inkluża referenza għal din l-Opinjoni fil-preambolu tal-Proposta. |
1.2. L-għanijiet u l-ambitu tal-Proposta
4. |
L-IMI hija għodda ta’ teknoloġija tal-informatika li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni bejniethom meta japplikaw il-leġiżlazzjoni dwar is-Suq Intern. L-IMI tippermetti lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE jikkomunikaw malajr u faċilment mal-kontropartijiet tagħh om f’pajjiżi Ewropej oħrajn. Dan jinvolvi wkoll l-ipproċessar ta’ dejta personali rilevanti, inkluża dejta sensittiva. |
5. |
Fil-bidu l-IMI nbniet bħala għodda ta’ komunikazzjoni għal skambji wieħed għal wieħed skont id-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali (5) u d-Direttiva dwar is-Servizzi (6). L-IMI tgħin lill-utenti jsibu l-awtorità xierqa li jridu jikkuntattjaw f’pajjiż ieħor u jikkomunikaw magħha bl-użu ta’ settijiet ta’ mistoqsijiet u tweġibiet standard tradotti minn qabel (7). |
6. |
Madankollu, l-IMI titqies bħala sistema orizzontali flessibbli li tista’ tappoġġa bosta oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern. Huwa previst li l-użu tagħha sejjer jiżdied gradwalment sabiex tappoġġa oqsma leġiżlattivi addizzjonali fil-ġejjieni. |
7. |
Huwa ppjanat ukoll li l-funzjonalitajiet tal-IMI jiżdiedu. Minbarra l-iskambji ta’ informazzjoni wieħed għal wieħed, huma previsti wkoll funzjonalitajiet oħrajn, jew saħansitra huma diġà implimentati, bħal “proċeduri ta’ notifika, mekkaniżmi ta’ twissija, arranġamenti ta’ għajnuna reċiproka u soluzzjoni tal-problemi” (8) kif ukoll “repożitorji ta’ informazzjoni għal referenza futura mill-atturi tal-IMI” (9). Ħafna minn dawn il-funzjonalitajiet, iżda mhux kollha, jistgħu jinkludu wkoll l-ipproċessar ta’ dejta personali. |
8. |
Il-Proposta għandha l-għan li tipprovdi bażi legali ċara u qafas komprensiv tal-protezzjoni tad-dejta għall-IMI. |
1.3. Sfond tal-Proposta: approċċ pass b’pass biex jiġi stabbilit qafas komprensiv tal-protezzjoni tad-dejta għall-IMI
9. |
Matul ir-rebbiegħa tal-2007, il-Kummissjoni talbet l-Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (“WP29”) tanalizza l-implikazzjonijiet tal-IMI fuq il-protezzjoni tad-dejta. Id-WP29 ħareġ l-Opinjoni tiegħu fl-20 ta’ Settembru 2007 (10). L-Opinjoni rrakkomandat lill-Kummissjoni tipprovdi bażi legali aktar ċara u salvagwardji speċifiċi tal-protezzjoni tad-dejta għall-iskambju ta’ dejta fi ħdan l-IMI. Il-KEPD ipparteċipa b’mod attiv fil-ħidma tas-sottogrupp li jittratta l-IMI u appoġġa l-konklużjonijiet tal-Opinjoni tad-WP29. |
10. |
Sussegwentement, il-KEPD kompla jipprovdi aktar gwida lill-Kummissjoni fuq kif tista’ tiżgura, pass b’pass, qafas aktar komprensiv tal-protezzjoni tad-dejta għall-IMI (11). Fil-qafas ta’ din il-kooperazzjoni, u minn mindu ħarġet l-Opinjoni tiegħu fit-22 ta’ Frar 2008 dwar l-implimentazzjoni tal-IMI (12), il-KEPD tkellem konsistentement favur il-ħtieġa ta’ strument legali ġdid skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, sabiex jiġi stabbilit qafas aktar komprensiv tal-protezzjoni tad-dejta għall-IMI u sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali. Issa tressqet il-Proposta għal strument legali bħal dan (13). |
2. ANALIŻI TAL-PROPOSTA
2.1. Il-fehmiet ġenerali tal-KEPD dwar il-Proposta u dwar l-isfidi ewlenin li jirregolaw l-IMI
11. |
Il-fehmiet ġenerali tal-KEPD dwar l-IMI huma pożittivi. Il-KEPD jappoġġa l-għanijiet tal-Kummissjoni li tistabbilixxi sistema elettronika għall-iskambju tal-informazzjoni u li tirregola l-aspetti tagħha relatati mal-protezzjoni tad-dejta. Tali sistema simplifikata mhux biss ittejjeb l-effikaċja tal-kooperazzjoni, iżda tista’ tgħin ukoll tiżgura konformità konsistenti mal-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. Hija tista’ tagħmel dan billi tipprovdi qafas ċar fuq liema informazzjoni tista’ tiġi skambjata, ma’ min u taħt liema kundizzjonijiet. |
12. |
Il-KEPD jilqa’ wkoll il-fatt li l-Kummissjoni tipproponi strument legali orizzontali għall-IMI fil-forma ta’ Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament. Jinsab kuntent li l-Proposta tenfasizza b’mod komprensiv l-aktar kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta rilevanti għall-IMI. Il-kummenti tiegħu għandhom jinqraw f’dan l-isfond pożittiv. |
13. |
Madankollu, il-KEPD iwissi li t-twaqqif ta’ sistema elettronika ċentralizzata waħdanija għal bosta oqsma ta’ kooperazzjoni amministrattiva wkoll joħloq xi riskji. Dawn jinkludu, l-aktar importanti, li tista’ tinqasam aktar dejta, u b’mod aktar wiesa’ milli huwa strettament meħtieġ għall-iskopijiet ta’ kooperazzjoni effikaċi, u li d-dejta, inkluża dejta potenzjalment skaduta u mhux preċiża, tista’ tibqa’ fis-sistema elettronika għal aktar żmien milli meħtieġ. Is-sigurtà tas-sistema ta’ informazzjoni aċċessibbli f’27 Stat Membru hija wkoll kwistjoni sensittiva, minħabba li s-sistema kollha sejra tkun sigura biss daqskemm tippermetti l-aktar ħolqa dgħajfa fil-katina. |
14. |
Fir-rigward tal-qafas legali għall-IMI li għandu jiġi stabbilit fir-Regolament propost, il-KEPD jiġbed l-attenzjoni għal żewġ sfidi ewlenin:
|
15. |
Dawn l-isfidi ewlenin iservu bħala punti ta’ referenza importanti u jistabbilixxu, fil-parti l-kbira, l-approċċ li jieħu l-KEPD f’din l-Opinjoni. |
16. |
L-ewwel nett, l-IMI hija sistema li tintuża f’27 Stat Membru. Fl-istat attwali ta’ armonizzazzjoni tal-liġijiet Ewropej, hemm differenzi konsiderevoli fost il-proċeduri amministrattivi nazzjonali, kif ukoll il-liġijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-IMI jeħtieġ li titfassal b’tali mod li l-utenti f’kull wieħed minn dawn is-27 Stat Membru jkunu jistgħu jikkonformaw mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, inklużi l-liġijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta, meta jiskambjaw dejta personali permezz tal-IMI. Fl-istess ħin, is-suġġetti tad-dejta għandhom jiġu assigurati wkoll li d-dejta tagħhom tkun imħarsa b’mod konsistenti, irrispettivament mit-trasferiment tad-dejta permezz tal-IMI lil xi Stat Membru ieħor. Il-konsistenza, filwaqt li fl-istess ħin tiġi rrispettata d-diversità, hija sfida ewlenija għat-tfassil tal-infrastruttura teknika kif ukoll legali għall-IMI. Il-kumplessità u l-frammentazzjoni żejda għandhom jiġu evitati. L-operazzjonijiet ta’ ipproċessar tad-dejta fi ħdan l-IMI għandhom ikunu trasparenti, filwaqt li għandhom jiġu allokati b’mod ċar ir-responsabbiltajiet għat-teħid ta’ deċiżjonijiet rigward id-disinn tas-sistema, il-manutenzjoni u l-użu tagħha ta’ kuljum, kif ukoll is-superviżjoni tagħha. |
17. |
It-tieni, kuntrarju għal xi sistemi tal-IT oħrajn fuq skala kbira, bħas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, is-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali jew l-EURODAC, li huma kollha ffokati fuq il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi u definiti b’mod ċar, l-IMI hija għodda orizzontali għall-iskambju tal-informazzjoni, u tista’ tintuża sabiex tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni f’ħafna oqsma ta’ politika differenti. Huwa previst ukoll li l-ambitu tal-IMI sejjer jespandi b’mod gradwali għal oqsma ta’ politika addizzjonali u l-funzjonalitajiet tagħha jistgħu jinbidlu wkoll sabiex ikunu jinkludu tipi mhux speċifikati ta’ kooperazzjoni amministrattiva. Dawn il-karatteristiċi distinti tal-IMI jagħmluha aktar diffiċli li jiġu definiti b’mod ċar il-funzjonalitajiet tas-sistema, u l-iskambji ta’ dejta li jistgħu jsiru fis-sistema. Għalhekk, hija wkoll sfida akbar li jiġu definiti b’mod ċar is-salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-dejta. |
18. |
Il-KEPD jirrikonoxxi l-ħtieġa tal-flessibbiltà u jieħu nota tax-xewqa tal-Kummissjoni li tagħmel ir-Regolament wieħed li jilqa’ b’sodisfazzjon għall-ġejjieni. Madankollu, dan ma għandux iwassal għal nuqqas ta’ ċarezza jew ċertezza legali f’termini tal-funzjonalitajiet tas-sistema u s-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta li għandhom jiġu implimentati. Għal din ir-raġuni, kull meta possibbli, il-Proposta għandha tkun aktar speċifika u tmur lil hinn milli sempliċiment ittenni l-prinċipji ewlenin tal-protezzjoni tad-dejta stipulati fid-Direttiva 95/46/KE u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (14). |
2.2. L-ambitu tal-IMI u l-espansjoni prevista tiegħu (l-Artikoli 3 u 4)
2.2.1. Introduzzjoni
19. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon id-definizzjoni ċara tal-Proposta tal-ambitu attwali tal-IMI, bl-Anness I jelenka l-atti rilevanti tal-Unjoni li abbażi tagħhom tista’ tiġi skambjata l-informazzjoni. Dawn jinkludu l-kooperazzjoni skont dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali, tad-Direttiva dwar is-Servizzi u tad-Direttiva dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (15). |
20. |
Billi l-ambitu tal-IMI mistenni jespandi, il-miri potenzjali għall-espansjoni huma elenkati fl-Anness II. Il-punti mill-Anness II jistgħu jiġu ttrasferiti għall-Anness I permezz ta’ att iddelegat li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni wara valutazzjoni tal-impatt (16). |
21. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon din it-teknika billi hija (i) tiddelimita b’mod ċar l-ambitu tal-IMI u (ii) tiżgura t-trasparenza, filwaqt li fl-istess ħin (iii) tippermetti l-flessibbiltà f’każi fejn l-IMI tintuża għal skambji ta’ informazzjoni addizzjonali fil-ġejjieni. Hija tiżgura wkoll li ma jsir l-ebda skambju ta’ informazzjoni permezz tal-IMI mingħajr ma (i) jkollu bażi legali xierqa fil-leġiżlazzjoni speċifika dwar is-suq intern li tippermetti jew tagħti mandat għall-iskambju ta’ informazzjoni (17), u (ii) jinkludi referenza għal dik il-bażi legali fl-Anness I għar-Regolament. |
22. |
Madankollu, xorta waħda għad hemm inċertezzi fir-rigward tal-ambitu tal-IMI, fir-rigward tal-oqsma ta’ politika fejn tista’ tespandi l-IMI u fir-rigward tal-funzjonalitajiet li huma jew jistgħu jiġu inklużi fl-IMI. |
23. |
L-ewwel nett, ma jistax jiġi eskluż li l-ambitu tal-IMI jista’ jiġi estiż ’lil hinn mill-oqsma ta’ politika elenkati fl-Anness I u fl-Anness II. Dan jista’ jsir jekk l-użu tal-IMI jiġi pprovdut għal ċerti tipi ta’ skambji ta’ informazzjoni mhux f’att iddelegat tal-Kummissjoni iżda f’att adottat mill-Parlament u mill-Kunsill f’każ fejn dan ma kienx previst fl-Anness II (18). |
24. |
It-tieni, filwaqt li l-estensjoni tal-ambitu għal oqsma ta’ politika ġodda f’xi każi tista’ tkun teħtieġ ftit li xejn tibdil fil-funzjonalitajiet eżistenti tas-sistema (19), estensjonijiet oħrajn jistgħu jkunu jeħtieġu funzjonalitajiet ġodda u differenti, jew bidliet importanti fil-funzjonalitajiet eżistenti:
|
2.2.2. Rakkomandazzjonijiet
25. |
Sabiex jiġu indirizzati dawn l-inċertezzi, il-KEPD jirrakkomanda approċċ fuq żewġ binarji. L-ewwel nett, huwa jipproponi li l-funzjonalitajiet li huma diġà prevedibbli għandhom jiġu kkjarifikati u jiġu indirizzati b’mod aktar speċifiku, u t-tieni, li għandhom jiġu applikati salvagwardji proċedurali adegwati sabiex jiġi żgurat li l-protezzjoni tad-dejta tiġi kkunsidrata wkoll bir-reqqa matul l-iżvilupp tal-IMI fil-ġejjieni. |
26. |
Il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu jkun aktar speċifiku fir-rigward ta’ funzjonalitajiet fejn dawn ikunu diġà magħrufa, bħal fil-każ tal-iskambji ta’ informazzjoni msemmija fl-Annessi I u II. |
27. |
Pereżempju, jistgħu jiġu previsti miżuri aktar speċifiċi u ċari għall-integrazzjoni ta’ SOLVIT (22) fl-IMI (dispożizzjonijiet għal “atturi esterni” u “soluzzjoni tal-problemi”) u għad-direttorji ta’ professjonisti u fornituri tas-servizzi (dispożizzjonijiet għal “repożitorji”). |
28. |
Għandhom isiru wkoll kjarifiki addizzjonali rigward it-“twissijiet”, li diġà qegħdin jintużaw skont id-Direttiva dwar is-Servizzi u li jistgħu jiġu introdotti wkoll għal oqsma ta’ politika addizzjonali. B’mod partikolari, “twissija” bħala funzjonalità għandha tiġi definita b’mod ċar fl-Artikolu 5 (flimkien ma’ funzjonalitajiet oħrajn, bħar-repożitorji u l-iskambji ta’ informazzjoni minn wieħed għal wieħed). Barra dan, għandhom jiġu kkjarifikati wkoll id-drittijiet għall-aċċess u l-perjodi taż-żamma għat-twissijiet (23). |
29. |
Jekk l-intenzjoni hija li r-Regolament ikun jilqa’ b’sodisfazzjon għall-ġejjieni f’dak li għandu x’jaqsam mal-funzjonalitajiet addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa fuq perjodu ta’ żmien aktar fit-tul, u għalhekk, li jkunu permessi funzjonalitajiet addizzjonali li sa issa għadhom ma ġewx definiti fir-Regolament, dan għandu jkun akkumpanjat minn salvagwardji proċedurali adegwati bil-għan li jiġi żgurat li jkun hemm dispożizzjonijiet xierqa li jimplimentaw is-salvagwardji meħtieġa għall-protezzjoni tad-dejta qabel l-implimentazzjoni tal-funzjonalità ġdida. L-istess għandu japplika għal espansjonijiet fl-oqsma ta’ politika ġodda fejn dan ikollu impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta. |
30. |
Il-KEPD jirrakkomanda li jiġi implimentat mekkaniżmu ċar li jiżgura li qabel kull estensjoni tal-funzjonalitajiet, jew espansjonijiet f’oqsma ta’ politika ġodda, it-tħassib relatat mal-protezzjoni tad-dejta jiġi evalwat bir-reqqa u, jekk ikun meħtieġ, jiġu implimentati miżuri tekniċi jew salvagwardji addizzjonali fl-arkitettura tal-IMI. B’mod partikolari:
|
31. |
Dawn is-salvagwardji proċedurali (il-valutazzjoni tal-impatt għall-protezzjoni tad-dejta u l-konsultazzjoni) għandhom japplikaw għall-espansjoni kemm permezz ta’ att iddelegat tal-Kummissjoni (iċ-ċaqliq ta’ punt mill-Anness II għall-Anness I), kif ukoll permezz ta’ Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill, inkluż punt li ma kienx elenkat fl-Anness II. |
32. |
Fl-aħħar nett, il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu jikkjarifika jekk l-ambitu tal-atti ddelegati li l-Kummissjoni sejra tingħata s-setgħa li tadotta skont l-Artikolu 23 huwiex sejjer jinkludi materji oħrajn minbarra ċ-ċaqliq ta’ punti mill-Anness II għall-Anness I. Jekk ikun fattibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa fir-Regolament li tadotta atti implimentattivi jew iddelegati speċifiċi sabiex tkompli tiddefinixxi kull funzjonalità addizzjonali tas-sistema, jew sabiex tindirizza kull tħassib relatat mal-protezzjoni tad-dejta li jista’ jkun hemm fil-ġejjieni. |
2.3. Ir-rwoli, il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet (l-Artikoli 7-9)
33. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon id-dedikazzjoni ta’ kapitolu sħiħ (il-Kapitolu II) ħalli jikkjarifika l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti involuti fl-IMI. Id-dispożizzjonijiet jistgħu jkomplu jissaħħu kif ġej. |
34. |
L-Artikolu 9 jiddeskrivi r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mir-rwol tal-Kummissjoni bħala kontrollur. Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li tiġi inkluża dispożizzjoni addizzjonali li tirreferi għar-rwol tal-Kummissjoni li tiżgura li s-sistema titfassal b’tali mod li tapplika l-prinċipji tal-“privatezza skont id-disinn” kif ukoll ir-rwol koordinattiv tagħha fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-dejta. |
35. |
Il-KEPD jinsab kuntent jara li l-kompiti tal-koordinaturi tal-IMI elenkati fl-Artikolu 7 issa jinkludu speċifikament kompiti ta’ koordinazzjoni relatati mal-protezzjoni tad-dejta, inkluż li jaġixxu bħala persuna ta’ kuntatt għall-Kummissjoni. Huwa jirrakkomanda li għandu jiġi kkjarifikat ukoll li dawn il-kompiti ta’ koordinazzjoni jkunu jinkludu wkoll kuntatti mal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta. |
2.4. Id-drittijiet għall-aċċess (l-Artikolu 10)
36. |
L-Artikolu 10 jipprovdi salvagwardji fir-rigward tad-drittijiet għall-aċċess. Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li wara l-kummenti tiegħu, dawn id-dispożizzjonijiet issaħħu b’mod sinifikanti. |
37. |
Meta wieħed iqis in-natura orizzontali u espansiva tal-IMI, huwa importanti li jiġi żgurat li s-sistema għandha tiggarantixxi l-applikazzjoni ta’ ostakoli għall-informazzjoni (“Chinese walls”) li jillimitaw l-informazzjoni pproċessata f’qasam ta’ politika wieħed għal dak il-qasam ta’ politika biss: l-utenti tal-IMI għandhom (i) jiksbu aċċess għall-informazzjoni fuq il-bażi tal-ħtieġa tal-għarfien biss u (ii) jkunu limitati għal qasam ta’ politika wieħed. |
38. |
Jekk ikun inevitabbli li utent tal-IMI jkun intitolat jikseb aċċess għall-informazzjoni għal bosta oqsma ta’ politika (li jista’ jkun il-każ, pereżempju, f’xi uffiċċji tal-gvern lokali), mill-inqas, is-sistema ma għandhiex tippermetti l-kombinazzjoni ta’ informazzjoni li tkun ġejja minn oqsma ta’ politika differenti. Jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu stipulati xi eċċezzjonijiet fil-leġiżlazzjoni implimentattiva jew f’att tal-Unjoni, billi jiġi osservat strettament il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop. |
39. |
Dawn il-prinċipji huma deskritti fit-test tar-Regolament, iżda jistgħu jkomplu jissaħħu u jiġu operazzjonalizzati. |
40. |
Fir-rigward tad-drittijiet għall-aċċess mill-Kummissjoni, il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Artikoli 9(2), (4) u 10(6) tal-Proposta, meħuda flimkien, jispeċifikaw li l-Kummissjoni mhux ser ikollha aċċess għad-dejta personali skambjata fost l-Istati Membri, għajr f’każi fejn il-Kummissjoni tkun maħtura bħala parteċipanta għal proċedura ta’ kooperazzjoni amministrattiva. |
41. |
Id-drittijiet għall-aċċess minn atturi esterni, u d-drittijiet għall-aċċess għat-twissijiet għandhom ukoll jiġu speċifikati aktar (24). Fir-rigward tat-twissijiet, il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu jistabbilixxi li t-twissijiet ma għandhomx, b’kontumaċja, jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha fl-Istati Membri kollha, iżda għandhom jintbagħtu biss lil dawk ikkonċernati, fuq bażi tal-ħtieġa tal-għarfien. Dan ma jeskludix it-trażmissjoni ta’ twissijiet lill-Istati Membri kollha f’każi speċifiċi jew f’oqsma ta’ politika speċifiċi, jekk kollha jkunu kkonċernati. Bl-istess mod, hija meħtieġa analiżi ta’ każ b’każ biex jiġi deċiż jekk il-Kummissjoni għandux ikollha aċċess għat-twissijiet. |
2.5. Iż-żamma ta’ dejta personali (l-Artikoli 13 u 14)
2.5.1. Introduzzjoni
42. |
L-Artikolu 13 tal-Proposta jestendi t-tul tal-ħażna tad-dejta fi ħdan l-IMI mill-perjodu ta’ sitt xhur attwali (li għandhom jibdew jgħoddu minn meta jingħalaq il-każ) għal ħames snin, bid-dejta tiġi “mblokkata” wara 18-il xahar. Matul il-perjodu tal-“imblokkar”, id-dejta tkun aċċessibbli biss wara proċedura speċifika għall-irkupru, li tista’ tinbeda biss fuq it-talba tas-suġġett tad-dejta jew f’każ li d-dejta tkun meħtieġa “għal finijiet ta’ skambju ta’ informazzjoni permezz tal-IMI”. |
43. |
Għalhekk, fil-fatt, id-dejta tinħażen fl-IMI matul tliet perjodi distinti:
|
44. |
Minbarra dawn ir-regoli ġenerali, l-Artikolu 13(2) jippermetti ż-żamma tad-dejta f’“repożitorju ta’ informazzjoni” sakemm ikun hemm bżonn għal dan il-għan, bil-kunsens tas-suġġett tad-dejta jew meta “dan ikun neċessarju sabiex tintlaħaq konformità ma’ att tal-Unjoni”. Barra dan, l-Artikolu 14 jipprovdi għal mekkaniżmu simili ta’ mblokkar għaż-żamma ta’ dejta personali tal-utenti tal-IMI, għal ħames snin, minn meta huma ma jibqgħux utenti tal-IMI. |
45. |
Ma hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn. Għalhekk, presumibbilment, ir-regoli ġenerali huma intiżi biex japplikaw mhux biss għall-iskambji minn wieħed għal wieħed, iżda wkoll għat-twissijiet, is-soluzzjoni tal-problemi (bħal f’SOLVIT (26)) u għall-funzjonalitajiet l-oħrajn kollha li jinvolvu l-ipproċessar ta’ dejta personali. |
46. |
Il-KEPD għandu bosta tħassib rigward il-perjodi taż-żamma, fid-dawl tal-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva 95/46/KE u tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, li t-tnejn jitolbu li d-dejta personali għandha tinżamm għal mhux aktar żmien milli huwa meħtieġ għall-finijiet li għalihom tkun inġabret jew kompliet tiġi pproċessata d-dejta. |
2.5.2. Mill-mument li tittella’ d-dejta sa meta jingħalaq il-każ: il-ħtieġa għall-għeluq tal-każ f’waqtu
47. |
Fir-rigward tal-ewwel perjodu, minn meta tittella’ l-informazzjoni sa meta jingħalaq il-każ, il-KEPD huwa mħasseb dwar ir-riskju li xi każi jistgħu ma jingħalqu qatt, jew jingħalqu biss wara perjodu ta’ żmien sproporzjonalment twil. Dan jista’ jwassal biex xi dejta personali tibqa’ fid-database għal aktar żmien milli jkun meħtieġ, jew saħansitra għal żmien indefinit. |
48. |
Il-KEPD jifhem li l-Kummissjoni għamlet progress, fil-livell prattiku, sabiex tnaqqas il-backlog fl-IMI u hemm sistema fis-seħħ għal skambji minn wieħed għal wieħed sabiex timmonitorja l-għeluq f’waqtu tal-każi u biex tfakkar perjodikament lil dawk li waqgħu lura. Barra dan, bidla ġdida fil-funzjonalitajiet tas-sistema, wara approċċ ta’ “privatezza skont id-disinn” tippermetti, bl-għafsa ta’ buttuna waħda, li tiġi aċċettata tweġiba, kif ukoll, fl-istess ħin, li jingħalaq il-każ. Preċedentement, din talbet li jittieħdu żewġ passi separati u setgħet twassal sabiex uħud mill-każi inattivi jibqgħu fis-sistema. |
49. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon dawn l-isforzi li saru fil-livell prattiku. Madankollu, huwa jirrakkomanda li t-test tar-Regolament innifsu għandu jipprovdi garanziji li l-każi jingħalqu f’waqthom fl-IMI u li l-każi inattivi (każi mingħajr ebda attività riċenti) jitħassru mid-database. |
2.5.3. Mill-għeluq tal-każ sa perjodu ta’ 18-il xahar: l-estensjoni tal-perjodu ta’ sitt xhur hija ġustifikata?
50. |
Il-KEPD jistieden biex jiġi kkunsidrat mill-ġdid jekk hemmx ġustifikazzjoni adegwata għall-estensjoni tal-perjodu attwali ta’ sitt xhur sa 18-il xahar wara li jingħalaq il-każ, u jekk iva, jekk din il-ġustifikazzjoni tapplikax għal skambji ta’ informazzjoni minn wieħed għal wieħed biss, jew jekk tapplikax ukoll għal tipi oħrajn ta’ funzjonalitajiet. L-IMI issa ilha teżisti għal bosta snin, u għandu jittieħed vantaġġ mill-esperjenza prattika akkumulata f’dan ir-rigward. |
51. |
Jekk l-IMI tibqa’ għodda għall-iskambju ta’ informazzjoni (kuntrarju għal sistema ta’ trattament tal-fajls, database jew sistema ta’ arkivjar), u jkun stabbilit ukoll li l-awtoritajiet kompetenti jiġu pprovduti bil-mezzi biex jirkupraw mis-sistema l-informazzjoni li rċevew (elettronikament jew fuq karta, iżda fi kwalunkwe każ b’tali mod li jkunu jistgħu jużaw l-informazzjoni rkuprata bħala evidenza (27)), jidher li ftit li xejn ikun hemm bżonn li tinżamm id-dejta fl-IMI wara li jingħalaq il-każ. |
52. |
Fl-iskambji ta’ informazzjoni minn wieħed għal wieħed, il-ħtieġa potenzjali li jsiru mistoqsijiet ta’ segwitu saħansitra wara li tkun ġiet aċċettata tweġiba, u għalhekk, wara li jkun ingħalaq il-każ, tista’ forsi tiġġustifika perjodu (raġonevolment qasir) ta’ żamma wara l-għeluq tal-każ. Il-perjodu attwali ta’ sitt xhur prima facie jidher li huwa ġeneruż biżżejjed għal dan il-għan. |
2.5.4. Minn 18-il xahar sa ħames snin: dejta “mblokkata”
53. |
Il-KEPD iqis li l-Kummissjoni naqset ukoll milli tipprovdi ġustifikazzjoni suffiċjenti għan-neċessità u l-proporzjonalità taż-żamma ta’ “dejta mblokkata” sa perjodu ta’ ħames snin. |
54. |
Il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, f’paġna 8, jirreferi għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Rijkeboer (28). Il-KEPD jirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha terġa’ tikkunsidra l-implikazzjonijiet ta’ dan il-każ fuq iż-żamma tad-dejta fl-IMI. Fil-fehma tiegħu, il-kawża Rijkeboer ma tirrikjedix li l-IMI tiġi kkonfigurata sabiex id-dejta tinżamm għal ħames snin wara li jingħalaq il-każ. |
55. |
Il-KEPD ma jqisx ir-referenza għas-sentenza ta’ Rijkeboer jew għad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta li jkollhom aċċess għad-dejta tagħhom bħala ġustifikazzjoni suffiċjenti u adegwata għaż-żamma tad-dejta fl-IMI għal ħames snin wara li jingħalaq il-każ. Iż-żamma tal-“log data” (strettament definita bħala li teskludi kwalunkwe kontenut, fost l-oħrajn, kull dokument mehmuż jew dejta sensittiva) tista’ tkun għażla inqas intrużiva, li tista’ timmerita ftit aktar kunsiderazzjoni. Madankollu, f’dan l-istadju, il-KEPD mhuwiex konvint li din tista’ tkun saħansitra neċessarja jew proporzjonata. |
56. |
Barra dan, problema oħra tista’ tkun in-nuqqas ta’ ċarezza dwar min jista’ jkollu aċċess għad-“dejta mblokkata” u għal liema għanijiet. Mhuwiex biżżejjed li sempliċiment issir referenza għall-użu tal-frażi “għal finijiet ta’ evidenza ta’ skambju ta’ informazzjoni” (bħal fl-Artikolu 13(3)). Jekk tinżamm id-dispożizzjoni dwar l-“imblokkar”, fi kwalunkwe każ, għandu jiġi speċifikat aħjar min jista’ jitlob għal evidenza tal-iskambju ta’ informazzjoni u f’liema kuntest. Minbarra s-suġġett tad-dejta, hemm oħrajn li jistgħu jkunu intitolati jitolbu l-aċċess? Jekk iva, dawn ikunu biss l-awtoritajiet kompetenti u sempliċiment biex juru li sar skambju ta’ informazzjoni partikolari b’kontenut partikolari (f’każ li tali skambju jkun ikkontestat mill-awtoritajiet kompetenti li bagħtu jew irċevew il-messaġġ)? Huma previsti xi użijiet possibbli oħrajn “għal finijiet ta’ evidenza ta’ skambju ta’ informazzjoni”? (29) |
2.5.5. Twissijiet
57. |
Il-KEPD jirrakkomanda li għandha ssir distinzjoni aktar ċara bejn it-twissijiet u r-repożitorji tal-informazzjoni. Hija ħaġa li twissija tintuża bħala għodda ta’ komunikazzjoni ħalli twissi lill-awtoritajiet kompetenti dwar irregolarità jew suspett partikolari, u pjuttost ħaġa oħra li din it-twissija tinħażen f’database għal perjodu ta’ żmien estiż jew saħansitra mhux definit. Il-ħażna ta’ informazzjoni ta’ twissija tqajjem tħassib addizzjonali u tirrikjedi regoli speċifiċi u salvagwardji addizzjonali għall-protezzjoni tad-dejta. |
58. |
Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu jistabbilixxi, bħala regola awtomatika, li (i) sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f’leġiżlazzjoni vertikali, u soġġett għal salvagwardji addizzjonali adegwati – għandu japplika perjodu ta’ żamma ta’ sitt xhur għat-twissijiet u, importanti, li (ii) dan il-perjodu għandu jibda jgħodd minn meta tintbagħat it-twissija. |
59. |
Alternattivament, il-KEPD jirrakkomanda li, fir-rigward tat-twissijiet, għandhom jiġu stipulati speċifikament salvagwardji dettaljati fir-Regolament propost. Il-KEPD huwa lest li jgħin lill-Kummissjoni u lil-leġiżlaturi b’aktar pariri f’dan ir-rigward, f’każ li jiġi segwit dan it-tieni approċċ. |
2.6. Kategoriji speċjali ta’ dejta (l-Artikolu 15)
60. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon id-distinzjoni li saret bejn id-dejta personali msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 95/46/KE minn naħa waħda, u d-dejta personali msemmija fl-Artikolu 8(5) min-naħa l-oħra. Huwa jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll il-fatt li r-Regolament jispeċifika b’mod ċar li l-kategoriji speċjali tad-dejta jistgħu jiġu pproċessati biss abbażi ta’ raġuni speċifika msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE. |
61. |
F’dan ir-rigward, il-KEPD huwa tal-fehma li l-IMI sejra tipproċessa ammont sinifikanti ta’ dejta sensittiva li taqa’ taħt l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 95/46/KE. Tabilħaqq, l-IMI, mill-bidu nett, meta ġiet imnedija għall-ewwel darba biex tappoġġa l-kooperazzjoni amministrattiva skont id-Direttivi dwar is-Servizzi u dwar il-Kwalifiki Professjonali, tfasslet bil-għan li tipproċessa din id-dejta, b’mod partikolari, dejta relatata mar-rekords ta’ ksur kriminali u amministrattiv li jista’ jkollhom effett fuq id-dritt ta’ professjonist jew ta’ fornitur tas-servizzi li jwettaq xogħol jew jipprovdi servizzi fi Stat Membru ieħor. |
62. |
Barra dan, ammont sinjifikanti ta’ dejta sensittiva skont l-Artikolu 8(1) (l-aktar dejta relatata mas-saħħa) x’aktarx li tiġi pproċessata fl-IMI ladarba l-IMI tespandi ħalli tinkludi modulu għal SOLVIT (30). Fl-aħħar nett, ma jistax jiġi eskluż li tista’ tinġabar ukoll dejta sensittiva addizzjonali permezz tal-IMI fil-ġejjieni, fuq bażi ad hoc jew sistematika. |
2.7. Is-Sigurtà (l-Artikolu 16 u l-premessa 16)
63. |
Il-KEPD jinsab kuntent jara li l-Artikolu 16 jirreferi speċifikament għall-obbligu tal-Kummissjoni li ssegwi r-regoli interni tagħha stess adottati sabiex tikkonforma mal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u sabiex tadotta pjan ta’ sigurtà għall-IMI u żżommu aġġornat. |
64. |
Sabiex dawn id-dispożizzjonijiet ikomplu jissaħħu, il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament jitlob li jitwettqu valutazzjoni tar-riskji u analiżi tal-pjan ta’ sigurtà qabel kull espansjoni tal-IMI għal qasam ta’ politika ġdid jew qabel tiżdied funzjonalità ġdida b’impatt fuq id-dejta personali (31). |
65. |
Barra dan, il-KEPD jinnota wkoll li l-Artikolu 16 u l-premessa 16 jirreferu biss għall-obbligi tal-Kummissjoni u għar-rwol superviżorju tal-KEPD. Din ir-referenza tista’ tkun qarrieqa. Filwaqt li huwa minnu li l-Kummissjoni hija l-operatur tas-sistema, u bħala tali, hija responsabbli minn parti predominanti tal-manutenzjoni tas-sigurtà fl-IMI, l-awtoritajiet kompetenti wkoll għandhom xi obbligi li, min-naħa tagħhom, huma ssorveljati mill-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta. Għalhekk, l-Artikolu 16 u l-premessa 16 għandhom jirreferu wkoll għall-obbligi dwar is-sigurtà li huma applikabbli għall-bqija tal-atturi tal-IMI skont id-Direttiva 95/46/KE u għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta. |
2.8. Informazzjoni lis-suġġetti tad-dejta u t-trasparenza (l-Artikolu 17)
2.8.1. Informazzjoni pprovduta fl-Istati Membri
66. |
Fir-rigward tal-Artikolu 17(1), il-KEPD jirrakkomanda li jkun hemm aktar dispożizzjonijiet speċifiċi fir-Regolament sabiex jiġi żgurat li s-suġġetti tad-dejta jkunu infurmati kompletament dwar l-ipproċessar tad-dejta tagħhom fl-IMI. Meta wieħed iqis li l-IMI tintuża minn bosta awtoritajiet kompetenti, inklużi ħafna uffiċċji żgħar tal-gvern lokali mingħajr riżorsi suffiċjenti, huwa rrakkomandat ħafna li l-għoti tal-avviż jiġi kkoordinat fil-livell nazzjonali. |
2.8.2. Informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni
67. |
L-Artikolu 17(2)(a) jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi avviż ta’ privatezza rigward l-attivitajiet ta’ ipproċessar tad-dejta tagħha stess, skont l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Barra dan, l-Artikolu 17(2) (b) jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi wkoll informazzjoni dwar “l-aspetti ta’ protezzjoni tad-dejta tal-proċeduri tal-kooperazzjoni amministrattiva fl-IMI kif imsemmi fl-Artikolu 12”. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 17(2)(ċ) jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar “l-eċċezzjonijiet għal, jew il-limitazzjonijiet tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta kif imsemmi fl-Artikolu 19”. |
68. |
Il-KEPD jinsab kuntent jara li dawn id-dispożizzjonijiet qegħdin jgħinu sabiex jikkontribwixxu għat-trasparenza tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-dejta fl-IMI. Kif issemma fit-Taqsima 2.1 hawn fuq, f’każ ta’ sistema tal-IT li tintuża f’27 Stat Membru differenti, huwa kruċjali li tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tat-tħaddim tas-sistema, is-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta applikati u l-informazzjoni li hija pprovduta lis-suġġetti tad-dejta (32). |
69. |
Madankollu, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) għandhom ikomplu jissaħħu. Il-Kummissjoni, bħala l-operatur tas-sistema, tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tieħu rwol proattiv ħalli tipprovdi l-ewwel parti tal-avviż tal-protezzjoni tad-dejta u informazzjoni rilevanti oħra lis-suġġetti tad-dejta fuq il-websajt multilingwi tagħha, saħansitra 'f’isem l-awtoritajiet kompetenti, jiġifieri, tkopri l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 10 jew 11 tad-Direttiva 95/46/KE. Imbagħad, ġeneralment ikun biżżejjed li l-avviżi pprovduti mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri sempliċiment jirreferu għall-avviż ipprovdut mill-Kummissjoni, fejn jikkumplimentawh biss skont kif ikun meħtieġ biex ikun konformi ma’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali speċifika meħtieġa speċifikament skont il-liġi nazzjonali. |
70. |
Barra dan, l-Artikolu 17(2)(b) għandu jikkjarifika li l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni għandha tkopri komprensivament l-oqsma ta’ politika kollha, it-tipi kollha ta’ proċeduri ta’ kooperazzjoni amministrattiva u l-funzjonalitajiet kollha fi ħdan l-IMI u speċifikament għandha tinkludi wkoll il-kategoriji ta’ dejta li tista’ tiġi pproċessata. Dan għandu jinkludi wkoll il-pubblikazzjoni tas-settijiet ta’ mistoqsijiet li jintużaw f’kooperazzjoni minn wieħed għal wieħed fuq il-websajt tal-IMI, kif qiegħed isir fil-prattika bħalissa. |
2.9. Drittijiet ta’ aċċess, rettifika u tħassir (l-Artikolu 18)
71. |
Il-KEPD jixtieq jerġa’ jirreferi, kif imsemmi fit-Taqsima 2.1 fuq, għall-fatt li huwa kruċjali li tiġi żgurata l-konsistenza fir-rigward tat-tħaddim tas-sistema u s-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta applikati. Għal din ir-raġuni, il-KEPD għandu jkompli jispeċifika d-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ aċċess, korrezzjoni u tħassir. |
72. |
L-Artikolu 18 għandu jispeċifika għand min għandhom jirrikorru s-suġġetti tad-dejta b’talba għall-aċċess. Dan għandu jkun ċar fir-rigward tal-aċċess għad-dejta matul perjodi ta’ żmien differenti:
|
73. |
Ir-Regolament għandu jitlob ukoll li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw fir-rigward tat-talbiet għall-aċċess, skont kif ikun meħtieġ. Il-korrezzjoni u t-tħassir għandhom isiru “mill-aktar fis possibbli, iżda sa mhux aktar tard minn 60 ġurnata” minflok “fi żmien 60 ġurnata”. Għandha ssir ukoll referenza għall-possibbiltà li jitfassal modulu għall-protezzjoni tad-dejta u għall-possibbiltà ta’ soluzzjonijiet ta’ “privatezza skont id-disinn” għall-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet rigward id-drittijiet għall-aċċess, kif ukoll “l-għoti tas-setgħa lis-suġġetti tad-dejta”, pereżempju, billi dawn jiġu pprovduti b’aċċess dirett għad-dejta tagħhom, fejn ikun rilevanti u fattibbli. |
2.10. Superviżjoni (l-Artikolu 20)
74. |
Matul dawn l-aħħar snin ġie żviluppat il-mudell ta’ “superviżjoni kkoordinata”. Dan il-mudell ta’ superviżjoni, li issa huwa operattiv fl-EURODAC u f’partijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni Doganali, ġie adottat ukoll għas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS-II). |
75. |
Dan il-mudell għandu tliet saffi:
|
76. |
Dan il-mudell wera li kien suċċess u effettiv u għandu jkun previst fil-ġejjieni għal sistemi ta’ informazzjoni oħrajn. |
77. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Artikolu 20 tal-Proposta jipprovdi speċifikament għal kooperazzjoni kkoordinata fost l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta u l-KEPD li jsegwu - f’termini wiesgħa - il-mudell stabbilit fir-Regolamenti tal-VIS u s-SIS II (33). |
78. |
Il-KEPD għandu jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni kkoordinata f’ċerti punti u, għal dak il-għan, għandu jappoġġa dispożizzjonijiet simili bħal dawk fis-seħħ, pereżempju, fil-kuntest tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (l-Artikoli 41-43 tar-Regolament tal-VIS), ta’ Schengen II (l-Artikoli 44-46 tar-Regolament tas-SIS-II) u previsti għall-EURODAC (34). B’mod partikolari, ikun utli jekk ir-Regolament:
|
79. |
Madankollu, il-KEPD huwa konxju dwar id-daqs iżgħar preżenti, in-natura differenti tad-dejta pproċessata, kif ukoll in-natura dejjem tevolvi tal-IMI. Għalhekk, huwa jirrikonoxxi li fir-rigward tal-frekwenza tal-laqgħat u l-verifiki, tista’ tkun irrakkomandata aktar flessibbiltà. Fil-qosor, il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu jipprovdi r-regoli minimi neċessarji sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva, iżda ma jinħolqux piżijiet amministrattivi bla bżonn. |
80. |
L-Artikolu 20(3) tal-Proposta ma jitlobx li jsiru laqgħat regolari, iżda sempliċiment jistabbilixxi li l-KEPD jista’ “jistieden lill-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali biex jiltaqgħu ... meta jkun hemm bżonn”. Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li dawn id-dispożizzjonijiet iħallu f’idejn il-partijiet inkwistjoni jiddeċiedu dwar il-frekwenza u l-modalitajiet tal-laqgħat, kif ukoll dwar dettalji proċedurali oħrajn rigward il-kooperazzjoni tagħhom. Dawn jistgħu jiġu maqbula fir-regoli tal-proċeduri, li diġà jissemmew fil-Proposta. |
81. |
Fir-rigward tal-verifiki regolari, jista’ jkun aktar effettiv li jitħalla f’idejn l-awtoritajiet kooperattivi li jistabbilixxu, fir-regoli tal-proċeduri tagħhom, meta u b’liema frekwenza għandhom isiru dawn il-verifiki. Dan jista’ jiddependi fuq għadd ta’ fatturi u jista’ wkoll jinbidel maż-żmien. Għalhekk il-KEPD jappoġġa l-approċċ tal-Kummissjoni, li jippermetti aktar flessibbiltà anki f’dan ir-rigward. |
2.11. L-użu nazzjonali tal-IMI
82. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Proposta tipprovdi bażi legali ċara għall-użu nazzjonali tal-IMI u li dan l-użu huwa soġġett għal bosta kundizzjonijiet, inkluż il-fatt li l-awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta għandha tiġi kkonsultata u li l-użu għandu jsir skont il-liġi nazzjonali. |
2.12. Skambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi (l-Artikolu 22)
83. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 22(1) għall-iskambji ta’ informazzjoni, kif ukoll il-fatt li l-Artikolu 22(3) jiżgura t-trasparenza tal-espansjoni permezz tal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ lista aġġornata ta’ pajjiżi terzi li jużaw l-IMI (l-Artikolu 22(3)). |
84. |
Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li l-Kummissjoni għandha tillimita r-referenza li saret għad-derogi skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva 95/46/KE sabiex jiġi inkluż biss l-Artikolu 26(2). Fi kliem ieħor: l-awtoritajiet kompetenti jew atturi esterni oħrajn f’pajjiż terz li ma jipprovdux protezzjoni adegwata ma għandux ikollhom aċċess dirett għall-IMI, sakemm ma jkunx hemm klawżoli kuntrattwali xierqa fis-seħħ. Dawn il-klawżoli għandhom jiġu nnegozjati fil-livell tal-UE. |
85. |
Il-KEPD jenfasizza li derogi oħrajn bħal “it-trasferiment huwa neċessarju jew legalment meħtieġ fuq bażi importanti ta’ interess pubbliku, jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali”, ma għandhomx jintużaw sabiex jiġġustifikaw it-trasferimenti ta’ dejta lejn pajjiżi terzi bl-użu ta’ aċċess dirett għall-IMI (38). |
2.13. Responsabbiltà (l-Artikolu 26)
86. |
B’konformità mat-tisħiħ mistenni tal-arranġamenti għal aktar responsabbiltà matul ir-reviżjoni tal-qafas tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE (39), il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament għandu jistabbilixxi qafas ċar għal mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern li jiżgura l-konformità mal-protezzjoni tad-dejta u jipprovdi evidenza tagħha, billi jkun fih mill-inqas l-elementi msemmija hawn taħt. |
87. |
F’dan il-kuntest, il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament li l-Kummissjoni għandha tirrapporta, kull tliet snin, lill-KEPD dwar aspetti relatati mal-protezzjoni tad-dejta, inkluż dwar is-sigurtà. Huwa rrakkomandat li r-Regolament jikkjarifika li l-KEPD, min-naħa tiegħu, jintalab jaqsam ir-rapport tal-Kummissjoni mal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta, fil-qafas tas-superviżjoni kkoordinata msemmija fl-Artikolu 20. Ikun utli wkoll jekk jiġi kkjarifikat li r-rapport għandu jiddiskuti, fir-rigward ta’ kull qasam ta’ politika u kull funzjonalità, kif it-tħassib u l-prinċipji ewlenin tal-protezzjoni tad-dejta (pereżempju, informazzjoni lis-suġġetti tad-dejta, id-drittijiet għall-aċċess, is-sigurtà) ġew indirizzati fil-prattika. |
88. |
Barra dan, ir-Regolament għandu jikkjarifika li l-qafas għall-mekkaniżmi ta’ kontroll intern għandu jinkludi wkoll valutazzjonijiet tal-privatezza (kif ukoll analiżi tar-riskji għas-sigurtà), politika dwar il-protezzjoni tad-dejta (inkluż pjan ta’ sigurtà) adottata abbażi tar-riżultati ta’ dawn, kif ukoll analiżi u verifiki regolari. |
2.14. Privatezza skont id-disinn
89. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ir-referenza fil-premessa (6) tar-Regolament għal dan il-prinċipju. (40) Huwa jirrakkomanda li minbarra din ir-referenza, ir-Regolament għandu jintroduċi wkoll salvagwardji speċifiċi għall-privatezza skont id-disinn bħal:
|
3. KONKLUŻJONIJIET
90. |
Il-fehmiet ġenerali tal-KEPD dwar l-IMI huma pożittivi. Il-KEPD jappoġġa l-għanijiet tal-Kummissjoni li tistabbilixxi sistema elettronika għall-iskambju ta’ informazzjoni u li tirregola l-aspetti tagħha relatati mal-protezzjoni tad-dejta. Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll il-fatt li l-Kummissjoni tipproponi strument legali orizzontali għall-IMI fil-forma ta’ Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill. Jinsab kuntent li l-Proposta tenfasizza b’mod komprensiv l-aktar kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta rilevanti għall-IMI. |
91. |
Fir-rigward tal-qafas legali għall-IMI li għandu jiġi stabbilit fir-Regolament propost, il-KEPD jiġbed l-attenzjoni għal żewġ sfidi ewlenin:
|
92. |
Il-funzjonalitajiet tal-IMI li huma diġà prevedibbli għandhom jiġu kkjarifikati u jiġu indirizzati b’mod aktar speċifiku. |
93. |
Għandhom jiġu applikati salvagwardji proċedurali adegwati ħalli jiġi żgurat li l-protezzjoni tad-dejta tiġi kkunsidrata bir-reqqa matul l-iżvilupp tal-IMI fil-ġejjieni. Dan għandu jindika valutazzjoni tal-impatt u konsultazzjoni mal-KEPD u mal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta qabel kull espansjoni tal-ambitu tal-IMI għal qasam ta’ politika u/jew għal funzjonalitajiet ġodda. |
94. |
Id-drittijiet għall-aċċess minn atturi esterni u d-dritt tal-aċċess għat-twissijiet għandhom jiġu speċifikati aktar. |
95. |
Fir-rigward tal-perjodi taż-żamma:
|
96. |
Ir-Regolament għandu jitlob li jitwettqu valutazzjoni tar-riskji u analiżi tal-pjan ta’ sigurtà qabel kull espansjoni tal-IMI għal qasam ta’ politika ġdid jew qabel tiżdied funzjonalità ġdida b’impatt fuq id-dejta personali. |
97. |
Id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni lis-suġġetti tad-dejta u d-drittijiet għall-aċċess għandhom jissaħħu u għandhom jinkoraġġixxu t-teħid ta’ approċċ aktar konsistenti. |
98. |
Il-KEPD għandu jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni kkoordinata f’ċerti punti u, għal dak il-għan, għandu jappoġġa dispożizzjonijiet simili bħal dawk fis-seħħ, pereżempju, fil-kuntest tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, Schengen II u dawk previsti għall-Eurodac. Fir-rigward tal-frekwenza tal-laqgħat u l-verifiki, il-KEPD jappoġġa l-Proposta fl-approċċ flessibbli tiegħu sabiex jiżgura li r-Regolament jipprovdi r-regoli minimi neċessarji sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effettiva mingħajr ma jinħolqu piżijiet amministrattivi bla bżonn. |
99. |
Ir-Regolament għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jew atturi esterni oħrajn f’pajjiż terz li ma jipprovdux protezzjoni adegwata ma għandux ikollhom aċċess dirett għall-IMI, sakemm ma jkunx hemm klawżoli kuntrattwali xierqa fis-seħħ. Dawn il-klawżoli għandhom jiġu nnegozjati fil-livell tal-UE. |
100. |
Ir-Regolament għandu jistabbilixxi qafas ċar għal mekkaniżmi adegwati ta’ kontroll intern li jiżgura l-konformità mal-protezzjoni tad-dejta u jipprovdi evidenza tagħha, inklużi valutazzjonijiet tal-privatezza (kif ukoll analiżi tar-riskji għas-sigurtà), politika dwar il-protezzjoni tad-dejta (inkluż pjan ta’ sigurtà) adottata abbażi tar-riżultati ta’ dawn, kif ukoll analiżi u verifiki regolari. |
101. |
Ir-Regolament għandu jintroduċi wkoll salvagwardji speċifiċi għall-privatezza skont id-disinn. |
Magħmula fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2011.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(3) COM(2011) 522 finali.
(4) COM(2011) 75.
(5) Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).
(6) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).
(7) Pereżempju, mistoqsija tipika dwar id-dejta sensittiva tkun: “Id-dokument mehmuż jiġġustifika leġittimament in-nuqqas ta’ sospensjoni jew projbizzjoni tat-twettiq tal-attivitajiet professjonali rilevanti għal miskondotta professjonali serja jew reat kriminali fir-rigward tal-(professjonist migrant)?”.
(8) Ara l-premessa 10.
(9) Ara l-Artikolu 13(2).
(10) Opinjoni tad-WP29 Nru 7/2007 dwar kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), WP140. Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/docs/wpdocs/2007/wp140_en.pdf
(11) Id-dokumenti ewlenin li jikkonċernaw din il-kooperazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni ddedikata għall-IMI fuq http://ec.europa.eu/internal_market/imi-net/data_protection_en.html kif ukoll fuq il-websajt tal-KEPD fuq http://www.edps.europa.eu
(12) Opinjoni tal-KEPD dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE tat-12 ta’ Diċembru 2007 dwar l-implimentazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 1).
(13) Id-WP29 qiegħed jippjana wkoll li jikkummenta dwar il-Proposta. Il-KEPD kien qiegħed isegwi dawn l-iżviluppi fis-sottogrupp rilevanti tad-WP29 u kkontribwixxa l-kummenti tiegħu.
(14) F’dan ir-rigward, ara wkoll il-kummenti tagħna fit-Taqsima 2.2 rigward l-espansjoni prevista tal-IMI.
(15) Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).
(16) L-abbozz tar-Regolament innifsu ma jirreferix għal valutazzjoni tal-impatt. Madankollu, il-paġna 7 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni għall-Proposta tispjega li l-Kummissjoni sejra tingħata s-setgħa li ċċaqlaq il-punti mill-Anness II għall-Anness I, billi tadotta att iddelegat u “wara valutazzjoni tal-fattibilità teknika, il-kosteffiċjenza, l-użu faċli mill-utenti u l-impatt ġenerali fuq is-sistema, kif ukoll ir-riżultat ta’ fażi ta’ ttestjar possibbli”.
(17) Dan huwa bl-eċċezzjoni ta’ SOLVIT (ara l-Anness II, I(1)), fejn hija disponibbli biss liġi mhux vinkolanti (“soft law”) bħala Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni. Mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta, fil-fehma tal-KEPD, fil-każ speċifiku ta’ SOLVIT, il-bażi legali tal-ipproċessar tista’ tkun il-“kunsens” tas-suġġetti tad-dejta.
(18) Dan jista’ jsir fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, iżda lanqas ma jista’ jiġi eskluż li l-idea li l-IMI tintuża f’qasam ta’ politika speċifiku tista’ tiżviluppa aktar tard fil-proċess leġiżlattiv, u tista’ tiġi proposta mill-Parlament jew mill-Kunsill. Dan diġà sar fil-passat fir-rigward tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali. Hemm bżonn ta’ aktar ċarezza f’każ bħal dan fir-rigward tal-“proċedura” għall-espansjoni li tidher li kienet qiegħda tiffoka biss fuq il-każ ta’ espansjoni permezz ta’ atti ddelegati (ara d-dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tal-impatt, l-atti ddelegati, l-aġġornament tal-Anness I).
(19) Pereżempju, l-iskambji ta’ informazzjoni minn wieħed għal wieħed skont id-Direttiva dwar il-Kwalifiki Professjonali u d-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali jsegwu essenzjalment l-istess struttura u jistgħu jiġu akkomodati bl-użu ta’ funzjonalitajiet simili soġġetti għal salvagwardji simili għall-protezzjoni tad-dejta.
(20) Ara l-premessi (2), (10), (12), (13), (15) u l-Artikoli 5(b), 5(i), 10(7) u 13(2).
(21) Inċidentalment, jekk ikun hemm il-ħsieb li l-IMI tissostitwixxi/tikkumplimenta s-sistemi eżistenti ta’ arkivjar u trattament tal-fajls, u/jew li l-IMI tintuża bħala database, dan għandu jiġi stabbilit b’mod aktar ċar fl-Artikolu 3.
(22) Ara l-Anness II, I(1)).
(23) Ara t-Taqsimiet 2.4 u 2.5.5. hawn taħt.
(24) Ara wkoll it-Taqsima 2.2.2.
(25) L-Artikolu 13(1) jissuġġerixxi li perjodu ta’ 18-il xahar huwa limitu ta’ żmien “massimu”, għalhekk, jista’ jiġi stabbilit ukoll perjodu iqsar. Madankollu, dan ma jkollu ebda effett fuq it-tul totali taż-żamma, li għandu jdum, f’kull każ, sal-aħħar tal-ħames snin mill-għeluq tal-każ.
(26) Ara l-Anness II, I(1)).
(27) Aħna nifhmu li saru sforzi sabiex dan jiġi żgurat fil-livell prattiku.
(28) C-553/07 Rijkeboer [2009] Ġabra I-3889.
(29) Għalkemm iż-żamma ta’ dejta personali komparattivament tikkawża inqas riskji għall-privatezza, madankollu, il-KEPD huwa tal-fehma li ż-żamma ta’ dejta personali tal-utenti tal-IMI għal perjodu ta’ ħames snin ladarba ma jkollhomx aktar aċċess għall-IMI ma kinitx ġustifikata biżżejjed.
(30) Ara l-Anness II, I(1)).
(31) Jekk jogħġbok, ara wkoll it-Taqsima 12 dwar ir-rakkomandazzjonijiet rigward il-verifiki.
(32) Dan l-approċċ sabiex tiġi żgurata l-konsistenza għandu, ovvjament, jieħu kont xieraq ta’ kull diverġenza nazzjonali, meta jkun meħtieġ u ġustifikat.
(33) Ara r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU L 381, 28.12.2006, p. 4) u r-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament tal-VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).
(34) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1), taħt reviżjoni bħalissa. F’dan il-kuntest, huma kkunsidrati dispożizzjonijiet simili bħal fir-Regolamenti tal-VIS u s-SIS II.
(35) Ara, pereżempju, l-Artikoli 41 u 42 tar-Regolament tal-VIS.
(36) Ara, pereżempju, l-Artikolu 43(1) tar-Regolament tal-VIS.
(37) Ara, pereżempju, l-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-VIS.
(38) Approċċ simili kien segwit fl-Artikolu 22(2) għall-Kummissjoni bħala attur tal-IMI.
(39) Ara t-Taqsima 2.2.4 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni – “Approċċ komprensiv dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea”, COM(2010) 609 finali. Ara wkoll it-Taqsima 7 tal-opinjoni tal-KEPD maħruġa dwar din il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fl-14 ta’ Jannar 2011.
(40) Idem.
(41) Ara t-Taqsima 2.9. fuq.
(42) Ara t-Taqsima 2.4. fuq.
(43) Ara t-Taqsima 2.5.2. fuq.
(44) Ara t-Taqsima 2.2.2. fuq.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/13 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/97/PESK
2012/C 48/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/97/PESK (2).
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness imsemmi hawn fuq għandhom jibqgħu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK.
Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 314/2004, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:
Council of the European Union |
General Secretariat |
DG K Coordination Unit |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
L-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qiegħda tinġibed ukoll għall-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(2) ĠU L 47, 18.2.2012, p. 50.
Il-Kummissjoni Ewropea
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/14 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-17 ta’ Frar 2012
2012/C 48/04
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3159 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
104,39 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4334 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,83110 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,8316 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2083 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,4975 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
25,001 |
HUF |
Forint Ungeriż |
290,14 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6988 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1816 |
RON |
Leu Rumen |
4,3545 |
TRY |
Lira Turka |
2,3094 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2230 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3093 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,2036 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5730 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6541 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 480,16 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,1882 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,2864 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5780 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
11 888,19 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9951 |
PHP |
Peso Filippin |
56,143 |
RUB |
Rouble Russu |
39,3750 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,517 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,2550 |
MXN |
Peso Messikan |
16,8317 |
INR |
Rupi Indjan |
64,7950 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/15 |
Opinjoni tal-kumitat konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2011 rigward l-abbozz ta’ deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.605 – CRT Glass
Relatur: Il-Pajjiżi L-Baxxi
2012/C 48/05
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim u/jew prattika miftiehma bejn l-impriżi skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti u dak ġeografiku tal-ftehim u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni. |
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċernati mill-abbozz ta’ deċiżjoni kienu pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehim u/jew il-prattika miftiehma kien li jnaqqas il-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehim u/jew il-prattika miftiehma kienet kapaċi taffettwa b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u bejn il-partijiet kontraenti l-oħra tal-Ftehim taż-ŻEE. |
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tul tal-ksur. |
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji. |
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni. |
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu biex jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. |
10. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi. |
11. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mat-tul tal-perijodu stabbilit biex jiġu kkalkulati l-multi. |
12. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li m’hemm l-ebda ċirkostanzi aggravanti li huma applikabbli f’dan il-każ. |
13. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar iċ-ċirkostanzi mitiganti li l-Kummissjoni tidentifika għal tnejn mid-destinatarji tal-abbozz tad-deċiżjoni. |
14. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi bbażati fuq l-Avviż ta’ Klemenza tal-2006. |
15. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward it-tnaqqis tal-multi bbażati fuq in-Notifika ta' Riżolviment ta’ Tilwim tal-2008. |
16. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fuq l-ammonti finali tal-multi. |
17. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/16 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
COMP/39.605 – Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi
2012/C 48/06
Din il-proċedura ta’ riżolviment ta' tilwim tikkonċerna każ ta’ kartell bejn l-erba’ produtturi ta’ ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi (“CRT”): Asahi Glass Co., Ltd, Nippon Electric Glass Co., Ltd, Samsung Corning Precision Materials Co., Ltd. u Schott AG bl-għan li jikkoordinaw il-prezzijiet għas-settur tal-ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi. Il-ksur li sar mill-kartell kien ikopri ż-ŻEE kollha u dam mit-23 ta’ Frar 1999 sas-27 ta’ Diċembru 2004.
SFOND
Waqt li bdiet tiġbor l-informazzjoni dwar is-suq tal-ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni ta’ immunità ta’ Samsung Corning, li kienet mogħtija b’mod kundizzjonali fl-10 ta’ Frar 2009. F’Marzu 2009 il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għall-għarrieda fil-bini ta’ Schott. F’Ġunju 2009 Nippon Electric Glass applikat għal immunità jew, alternattivament, għal klemenza. F’Marzu 2010 Schott applikat għal klemenza.
Meta bdiet il-proċedura skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) fid-29 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni stiednet lill-erba' kumpaniji sabiex jindikaw l-interess tagħhom għal parteċipazzjoni fid-diskussjonijiet ta’ riżolviment ta’ tilwim (3). Il-kumpaniji kollha aċċettaw l-istedina.
IL-PROĊEDURA TA’ RIŻOLVIMENT TA’ TILWIM
Id-diskussjonijiet ta’ riżolviment ta’ tilwim ġew organizzati fi tliet fażijiet ewlenin bejn Lulju 2010 u Lulju 2011 u matul dan il-perjodu kien hemm tliet sensiliet ta’ laqgħat bilaterali formali li seħħew bejn il-Kummissjoni u kull waħda mill-partijiet.
Matul dawn il-laqgħat, il-partijiet ġew infurmati bil-fomm bl-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni kienet qed tipprevedi li tressaq kontrihom kif ukoll bil-provi li kienu jsostnu dawn l-oġġezzjonijiet. Wara l-ewwel laqgħa ta’ Lulju 2010, il-partijiet ingħataw aċċess għall-provi rilevanti, id-dikjarazzjonijiet orali kollha u l-lista tad-dokumenti kollha fil-fajl tal-Kummissjoni li jinsabu fil-bini tad-DĠ għall-Kompetizzjoni kif ukoll kopja tal-provi li kienet diġà ntweriet lilhom qabel. Fuq talbiet introdotti minn Asahi Glass, Nippon Electric Glass u Schott, u safejn kien iġġustifikat għall-partijiet li jiċċaraw il-pożizzjonijiet tagħhom rigward perijodu ta’ żmien jew kwalunkwe aspett ieħor tal-kartell, il-partijiet kollha ġew mogħtija aċċess għal dokumenti addizzjonali elenkati fil-fajl tal-każ. Il-partijiet ġew provduti wkoll bi stima tas-sensiela ta’ multi li probabbilment kienu se jiġu imposti mill-Kummissjoni fi ħdan il-qafas tal-proċedura ta’ riżolviment ta’ tilwim.
Fl-aħħar tat-tielet sensiela ta’ laqgħat, Asahi Glass, Nippon Electric Glass, Samsung Corning u Schott talbu li jħallsu (4) u għarfu r-responsabbilità rispettiva tagħhom għal ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Barra minn hekk, il-partijiet għarfu li huma responsabbli għall-imġiba tas-sussidjarji tagħhom li kienu involuti fil-kartell. Indikaw ukoll l-ammont massimu tal-multa li kienu ġew infurmati dwaru mill-Kummissjoni u li huma jaċċettaw fil-qafas tal-proċedura ta’ riżolviment ta’ tilwim. Fis-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment ta’ tilwim il-partijiet ikkonfermaw (i) li huma kienu ġew infurmati biżżejjed dwar l-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni kienet qed tipprevedi li tressaq kontrihom u li kienu ngħataw opportunità biżżejjed biex iressqu l-opinjonijiet tagħhom dwarhom, (ii) li ma kinux qed jipprevedu li jitolbu aċċess għall-fajl jew li jinstemgħu matul seduta orali, sakemm id-Dikjarazzjoni ta' Oġġezzjonijiet (“DO”) u d-Deċiżjoni finali tkun tirrifletti s-sottomissjonijiet ta’ riżolviment ta’ tilwim tagħhom u (iii) li kienu qablu li jirċievu d-DO u d-Deċiżjoni finali bl-Ingliż.
Wara l-adozzjoni tad-DO mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Lulju 2011, il-partijiet kollha kkonfermaw fit-tweġiba tagħhom li d-DO kienet tikkorrispondi għall-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom ta’ riżolviment ta’ tilwim. Il-Kummissjoni setgħat għalhekk tipproċedi direttament għal deċiżjoni skont l-Artikoli 7 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.
L-ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI
L-abbozz ta’ Deċiżjoni jikkonferma l-oġġezzjonijiet imqajma fid-DO. Għaldaqstant jirrigwardja biss l-oġġezzjonijiet li l-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom fir-rigward tagħhom.
Fid-dawl li l-partijiet ma indirizzaw l-ebda kwistjoni dwar l-aċċess għall-fajl jew id-drittijiet tad-difiża tagħhom lili jew lill-membru tal-Uffiċċju għas-Seduti li attenda l-laqgħat ta’ riżolviment ta’ tilwim, jiena nqis li f’dan il-każ id-dritt tal-partijiet kollha fil-proċeduri li jinstemgħu ġie rispettat.
Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2011.
Michael ALBERS
(1) Skont l-Artikolu 15 (Artikoli 15 u 16) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' Uffiċjali tas-Seduta f'ċerti proċeduri tal-kompetizzjoni – ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat – ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 622/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 773/2004, fir-rigward ta’ kif jitmexxew il-proċeduri għar-riżolviment f’każi ta’ kartelli, ĠU L 171, 1.7.2008, p. 3, u l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-mod ta' proċedimenti ta' riżolviment ta' tilwim bil-għan li jiġu adottati Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 fil-każijiet tal-kartelli, ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1.
(4) L-Artikolu 10a(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/18 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tad-19 ta’ Ottubru 2011
dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat (1) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE
(Każ COMP/39.605 – Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi)
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7436 finali)
(Il-verżjoni fil-lingwa ingliża biss hi awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 48/07
Fid-19 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni dwar proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. B’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (2), il-Kummissjoni b’dan qed tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inklużi kwalunkwe penali imposti, wara li kkunsidrat l-interess leġittimu tal-impriżi fil-ħarsien tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Id-Deċiżjoni hija marbuta ma' ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fis-settur tal-ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi (CRT Glass) u hija indirizzata għal erba’ impriżi: (i) Samsung Corning Precision Materials Co., Ltd. (ii) Nippon Electric Glass Co., Ltd., (iii) Schott AG u (iv) Asahi Glass Co., Ltd. |
2. DESKRIZZJONI TAL-KAŻ
2.1. Proċedura
(2) |
Wara l-applikazzjoni għall-immunità min-naħa tal-SCP (3), f’Marzu tal-2009 l-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet għall-għarrieda fil-bini ta’ Schott (4). Il-Kummissjoni bagħtet talbiet għall-informazzjoni lill-produtturi ewlenin tal-Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi. NEG (5) u Schott applikaw għal tnaqqis tal-multi. |
(3) |
F’dan il-każ il-proċedimenti bdew fid-29 ta' Ġunju 2010. Bejn it-13 ta’ Lulju 2010 u l-1 ta’ Lulju 2011 saru diskussjonijiet biex tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni. Sussegwentement, il-membri tal-kartell ippreżentaw lill-Kummissjoni t-talba formali tagħhom biex tinstab soluzzjoni, skont l-Artikolu 10a (2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004. Fid-29 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet u l-partijiet kollha kkonfermaw li l-kontenut tagħha kien jirrifletti s-sottomissjonijiet tagħhom u baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura ta’ riżolviment ta’ tilwim. Il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fis-17 ta' Ottubru 2011 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fid-19 ta' Ottubru 2011. |
2.2. Id-destinatarji u kemm dam għaddej il-ksur
(4) |
L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE billi pparteċipaw, waqt il-perijodi indikati hawn taħt, f’attivitajiet antikompetittivi fir-rigward tal-fornitura tal-Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi fiż-ŻEE:
|
2.3. Sommarju tal-ksur
(5) |
Id-Deċiżjoni tikkonċerna ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE bl-iskop li tiġi limitata l-kompetizzjoni tal-prezzijiet fis-settur tal-ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi fiż-ŻEE. |
(6) |
Il-partijiet fil-ksur ikkoordinaw l-attivitajiet fis-settur tal-ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi fiż-ŻEE billi ħadu sehem f'attivitajiet antikompetittivi li jikkwalifikaw bħala koordinazzjoni diretta u indiretta tal-prezzijiet. F’laqgħat bilaterali u trilaterali tal-kartell, ikkoordinaw il-prezzijiet għas-settur tal-Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi billi użaw mezzi differenti inkluża l-koordinazzjoni tal-prezzijiet tal-Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi għal konsumaturi speċifiċi u anki billi xi drabi stabbilixxew prezzijiet indikattivi għal ċerti tipi ta’ ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi. Fil-laqgħat bilaterali u trilaterali l-partijiet stabbilixxew grad għoli ta’ trasparenza fir-rigward tas-sitwazzjonijiet tal-imgħoddi, tal-preżent u ta’ dawk futuri tal-pożizzjonijiet tas-suq rispettivi tagħhom f’termini tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet, tad-domanda tal-klijenti ewlenin, tal-proporzjon tal-provvisti rispettivi tagħhom għal klijenti ewlenin, tal-produzzjoni kontinwu u tal-iżviluppi fil-kapaċità. Barra minn hekk, il-partijiet kollha ssupplimentaw l-attivitajiet tagħhom ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet billi permezz tal-impjegati tagħhom fil-kummerċjalizzazzjoni skambjaw fuq bażi ad hoc tagħrif tas-suq kunfidenzjali u sensittiv (bħall-bejgħ fiż-ŻEE, il-livelli tat-titoli, l-iżviluppi tal-konsumaturi, il-prezzijiet tal-materja prima u l-istimi tad-domanda u l-bejgħ). |
(7) |
B’kollox, il-kartell dam mit-23 ta' Frar 1999 sas-27 ta' Diċembru 2004. Madankollu, minn nofs Lulju 2001 sa Diċembru 2002, il-kartell għadda minn perijodu ta’ attività limitata b’numru sinifikanti inqas ta’ każijiet ta’ kuntatti antikompetittivi, li barra minn hekk fil-biċċa l-kbira tal-każijiet kienu limitati għal informazzjoni kummerċjali inqas sensittiva. Għalhekk, dan il-perijodu huwa meqjus bħala perijodu ta’ attività limitata tal-kartell. |
2.4. Rimedji
(8) |
Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi (6). Bl-eċċezzjoni tal-SCP, id-Deċiżjoni timponi multi fuq il-kumpaniji kollha elenkati taħt il-punt (4) hawn fuq. |
2.4.1. L-ammont bażiku tal-multa
(9) |
L-ammont bażiku tal-multa huwa stabbilit għal 16 % tal-bejgħ tal-impriża tal-Ħġieġ għat-Tubi tar-Raġġi Katodiċi lil klijenti fiż-ŻEE. |
(10) |
L-ammont bażiku huwa mmultiplikat bin-numru ta' snin li fih l-impriżi ħadu sehem fil-ksur sabiex jitqies b'mod sħiħ il-perjodu kemm kull waħda mill-impriżi, b'mod individwali, damu jieħdu sehem fil-ksur. |
(11) |
Iż-żmien tal-involviment tal-impriżi fl-allegat ksur hu ta’ 3 snin u 11-il xahar għal AGC (7), ta’ 4 snin u 5 xhur għal NEG u SCP, u ta’ 3 snin u 10 xhur għal Schott. Il-perijodu ta’ attività limitata (hekk kif spjegat hawn fuq fil-punt (7)) mhux qed jiġi kkunsidrat għal skopijiet ta’ kalkolu tal-multi. |
2.4.2. Aġġustamenti għall-ammont bażiku
2.4.2.1.
(12) |
M'hemm l-ebda ċirkustanzi aggravanti f'dan il-każ |
2.4.2.2.
(13) |
Minħabba ċirkustanzi li jimmitigaw, qed jitnaqqsu l-multi għal tnejn mill-impriżi. |
(14) |
AGC u Schott ibbenefikaw minn tnaqqis tal-multa, minħabba li dawn il-kumpaniji kienu involuti fil-kartell biss għal ċertu perijodu fil-bidu u l-aħħar tal-perijodu tal-kartell rispettivament. Schott ma tikkwalifikax għal tnaqqis tal-multa skont l-Avviż ta’ Klemenza. Madankollu, il-multa imposta fuq Schott ġiet imnaqqsa fid-dawl tal-kooperazzjoni effettiva ta' Schott barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza u lil hinn mill-obbligu legali tagħha li tagħmel dan. |
2.4.2.3.
(15) |
F’dan il-każ, m’hemmx bżonn li tiżdied il-multa sabiex jinkiseb biżżejjed effett ta' deterrenza. |
2.4.3. Applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %
(16) |
F'dan il-każ mhux meħtieġ li jiġu aġġustati l-ammonti fid-dawl tal-fatturat tal-impriżi. |
2.4.4. Applikazzjoni tal-Avviż ta' Klemenza tal-2006
(17) |
SCP qed tingħata immunità mill-multi u NEG qed tingħata tnaqqis ta’ 50 % tal-multa. |
2.4.5. Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment ta’ Tilwim
(18) |
B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment ta’ Tilwim, l-ammont tal-multa li għandha tiġi imposta fuq NEG, Schott u AGC tnaqqas b’10 %. |
3. MULTI IMPOSTI MID-DEĊIŻJONI
(19) |
Għall-ksur uniku u kontinwu ttrattat f'din id-Deċiżjoni, ġew imposti l-multi li ġejjin:
|
(1) B'effett mill-1 ta' Diċembru 2009, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 101 u 102, rispettivament, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”). Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma identiċi fis-sustanza tagħhom. Ir-referenzi għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat għandhom fejn xieraq jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikoli 81 u 82, rispettivament, tat-Trattat tal-KE.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 08 Volum 02 p. 205-229. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 07 Volum 08 p. 17-18).
(3) Samsung Corning Precision Materials Co., Ltd. u s-sussidjarji rilevanti tagħha.
(4) Schott AG u s-sussidjarji rilevanti tagħha.
(5) Nippon Electric Glass Co., Ltd. u s-sussidjarji rilevanti tagħha.
(7) Asahi Glass Co., Ltd.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/20 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6499 – FCC/Mitsui Renewable Energy/FCC Energia)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 48/08
1. |
Fl-10 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha Mitsui Renewable Energy Europe Limited (“MRRE”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għal Mitsui group, u Fomento de Construcciones y Contratas, SA (“FCC”, Spanja) indirettament takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwra l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt indirett ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta b'funzjoni sħiħa, FCC Energia, SA (“FCCE”, Spanja), permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6499 – FCC/Mitsui Renewable Energy/FCC Energia, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/22 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6468 – Forfarmers/Hendrix)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2012/C 48/09
1. |
Fl-10 ta’ Frar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Forfarmers Group B.V (“Forfarmers”, il-Pajjiżi l-Baxxi) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tan-negozju Hendrix (“Hendrix”), attwalment proprjetà ta’ Nutreco Nederland B.V, permezz tax-xiri tal-ishma u tal-assi. Dan in-negozju jħaddan (i) il-kapital azzjonarju maħruġ f’Hendrix UTD B.V (il-Pajjiżi l-Baxxi), Hedimix B.V (il-Pajjiżi l-Baxxi), Hendrix UTD GmbH (il-Ġermanja) u Hendrix Illesch GmbH (il-Ġermanja) u s-sussidjarji rispettivi tagħhom, (ii) l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ Nutreco Feed Belgium N.V. (il-Belġju) u Hendrix N.V. (il-Belġju) u (iii) ċerti drittijiet ta’ proprjetà intelletwali. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6468 – Forfarmers/Hendrix, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/23 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 48/10
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għall-oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta’ oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“KRANJSKA KLOBASA”
Nru tal-KE: SI-PGI-0005-0764-24.03.2009
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Kranjska klobasa”
2. Stat Membru jew pajjiż terz:
Is-Slovenja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
Klassi 1.2 – |
Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ). |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1:
Il-“Kranjska klobasa” huwa tip ta’ zalzett seminiexef pasturizzat prodott mil-laħam tal-majjal tal-kategoriji I u II ikkapuljat f’biċċiet kbar (l-għonq, l-ispalla, il-koxxa), u mix-xaħam tal-majjal (tad-dahar). Il-laħam taz-zalzett “Kranjska klobasa” jiġi mmellaħ b’melħ tan-nitrit, imħawwar bit-tewm u l-bżar u mimli f’rita ta’ msaren tal-majjal li t-truf tagħha jingħalqu permezz ta’ seffud biex jinħoloq par zalzett. Iz-zalzett jiġi iffukimat fis-sħana u ppasturizzat.
Wara li jissaħħan malajr f’ilma jagħli, iz-zalzett jittiekel sħun għaliex huwa b’hekk li jikseb il-karatteristiċi organolettiċi u l-valur gastronomiku għoli tiegħu. Minn barra z-zalzett huwa ta' lewn aħmar kannelli u jerħi riħa pjaċevoli ta’ duħħan. Il-laħam imqatta’ huwa ta’ lewn aħmar fir-roża, b’xaħam mhux maħlul abjad li jagħti f'lewn il-krema. Il-konsistenza tiegħu hija soda, tqarmeċ u mmerqa, u l-aroma tiegħu hija intensa u tipika ta’ laħam tal-majjal affumikat, immellaħ u mħawwar.
L-għamla kimika taz-zalzett mhux imsaħħan hija din li ġejja:
— |
: |
kwantità totali ta’ proteini |
: |
minimu ta’ 17 % |
— |
: |
kontenut ta’ xaħam |
: |
massimu ta’ 29 % |
3.3. Materja prima:
Laħam tal-majjal u xaħam.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
Il-“Kranjska klobasa” jiġi prodott minn qatgħat ta’ laħam tal-majjal ta’ kwalità għolja tal-kategoriji I u II (l-għonq, l-ispalla, il-koxxa) u minn xaħam tad-dahar tal-majjal. Il-laħam irid ikun frisk u mkessaħ (bejn 0 °C u 7 °C ) jew iffriżat (Temperatura < – 18 °C) u jitħalla jinħall mis-silġ skont regoli preċiżi. Ix-xaħam tad-dahar mingħajr il-ġilda jista’ jiġi mkessaħ (bejn 0 °C u 7 °C) jew iffriżat.
Il-laħam jiġi kkapuljat f’biċċiet b’dijametru ta’ 12-il mm
u x-xaħam jitqatta' f'biċċiet bi ħxuna bejn 8 u 10 mm.
Il-laħam u x-xaħam ikkapuljati jitħalltu skont dawn il-proporzjonijiet: 75-80 % laħam u massimu ta' 20-25 % xaħam solidu.
Mat-taħlita li tirriżulta jiżdied massimu ta’ 5 % ilma (f’forma ta’ silġ imfarrak).
It-taħlita titlesta biż-żieda ta’ bżar iswed mitħun (massimu ta’ 0,3 %), tewm imfarrak jew mitħun (massimu ta’ 0,3 %) jew kwantità proporzjonali ta’ tewm skont il-kwalità użata u biż-żieda ta’ 1,8 % sa 2,2 % melħ tan-nitrit.
L-ikkapuljat diġà mħawwar jiġi mħawwad bl-idejn jew b’mezzi mekkaniċi sakemm tirriżulta taħlita mħallta b’mod uniformi u magħquda sew.
L-ikkapuljat jitpoġġa bl-idejn jew b’mezzi mekkaniċi f’rita ta’ msaren tal-majjal b’dijametru ta’ 32-34 mm b’mod li jibqa’ magħqud.
It-truf jiġu ffurmati u magħluqin billi jiddaħħal seffud minn ġol-imsaren (u mhux minn ġol-laħam taz-zalzett) biex b’hekk jirriżultaw pari ta’ zalzett li jiżnu minn 200 sa 250 g.
Is-seffud huwa tal-injam, bi ħxuna bejn 2,5 u 3 mm, tul bejn 3 u 6 cm u jiġi maqsum jew maqtugħ.
Qabel it-trattament termali, iz-zalzett irid jitlef l-umdità tiegħu tal-wiċċ sabiex jippermetti affumikazzjoni iżjed mgħaġġla u iżjed uniformi.
Il-fażi tat-tnixxif isseħħ f’post partikolari jew f’kamra tal-affumikar fejn it-temperatura tvarja bejn 50 u 55 °C.
Il-proċess tat-tmelliħ u l-istabbilizzazzjoni tal-laħam taz-zalzett isiru wkoll waqt it-tnixxif.
Iz-zalzett jiddendel ma’ struttura ta’ appoġġ filwaqt li s-seffud jinżamm ’il fuq. It-trattament termali jdum minn tal-anqas sagħtejn, u matulu t-temperatura tiżdied bil-mod il-mod sakemm tilħaq 70 +/– 2 °C fin-nofs. It-trattament termali jinkludi l-affumikazzjoni li ddum bejn 20-30 minuta. Fl-affumikazzjoni jista' jintuża biss il-fagu. Iz-zalzett irid ikun ta’ lewn aħmar kannelli b'intensità medja u m’għandux ikun ta’ lewn skur ħafna li jkanġi fl-iswed kannelli jew inkella ċar ħafna (“mitfi”) u fil-griż.
Ladarba jintemm it-trattament termali, inkluż l-affumikazzjoni, iz-zalzett jiġi mkessaħ minnufih b’arja kiesħa jew b’ilma kiesaħ.
Wara t-tkessiħ (qabel il-ħażna) iz-zalzett jiġi ċċekkjat u ġġudikat skont l-aspett esterjuri tiegħu (il-lewn, l-aspett esterjuri tal-imsaren, is-seffud).
Iz-zalzett jiġi kkonservat f’temperatura massima ta’ 8 °C.
Jista’ jitqiegħed fis-suq kemm ippakkjat kif ukoll le.
Jekk iz-zalzett (kull biċċa) jitqiegħed fis-suq mingħajr ma jkun ippakkjat, kull par zalzett għandu jkollu tikketta.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
—
3.7. Regoli speċifiċi għat-tikkettar:
Kull “Kranjska klobasa” għandu jkollu tikketta b’mod uniformi:
— |
kull biċċa (par) għandu jkollha strixxa uniformi li teħel waħedha; |
— |
kull prodott ippakkjat irid ikollu tikketta. |
Il-marka standard “Kranjska klobasa” tinkludi:
— |
il-logo “Kranjska klobasa”, |
— |
il-logo tal-produttur, |
— |
il-marka korrispondenti ta’ kwalità nazzjonali u tal-UE. |
Kull produttur, wara li jkun kiseb iċ-ċertifikat ta’ produzzjoni tal-“Kranjska klobasa” irid, obbligatorjament, iwaħħal il-logo tal-“Kranjska klobasa” fuq il-prodott, indipendentement mill-fatt jekk ikunx membru jew le tal-assoċjazzjoni kummerċjali tal-produtturi (GIZ) tal-“Kranjska klobasa”.
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Il-produzzjoni tal-“Kranjska klobasa” ssir fit-territorju Sloven, li huwa mdawwar bl-Alpi u bil-bajjiet tal-baħar Adrijatiku u fil-Punent imiss mal-Italja, fit-Tramuntana mal-Awstrija, fin-Nofsinhar mal-Kroazja u fil-Lvant mal-Ungerija u jgħaddi mill-Pjanura Pannonika.
Qabel, taħt l-imperu Ġermaniż u, iżjed tard, taħt il-monarkija Awstro-Ungeriża, ir-reġjun imsejjaħ “Kranjska” (Karnjola) kien l-uniku reġjun kompletament Sloven. Barra minn hekk, it-terminu “Kranjec” (abitant f'Karnjola) kien xi drabi jintuża bħala sinonimu ta’ “Sloven” u għadu jintuża fil-lingwa tal-lum biex jirreferi għal parti mill-abitanti tas-Slovenja. Fis-Slovenja, l-aġġettiv “kranjski” (ta' Karnjola) għadu jintuża anki llum f'numru kbir ta’ espressjonijiet u denominazzjonijiet oħrajn.
Il-kelma “Kranjska” ġejja mill-kelma Slovena “krajina”, li kienet tfisser reġjun (l-ewwel xhieda bil-miktub tmur lura għas-sena 973 u kienet tintuża fit-taħdit popolari bħala “Creina”, jew aħjar “Karnjola”). Fis-seklu XIII inħolqot il-forma Slovena “Kranjska” (bil-Ġermaniz “Krain” u “Krainburg”). Fl-1002 ir-reġjun ta’ Karnjola sar kontea awtonoma fost kontej ġirien oħrajn. B’mod amministrattiv, din kienet marbuta mal-imperu sakru. Fis-seklu XIV il-parti l-kbira tat-territorju attwali tas-Slovenja waqgħet taħt id-dominju ta’ Habsburg. It-territorju Sloven ġie maqsum f’aktar reġjuni: Kranjska (Karnjola), Trst (Trieste), Istria, Goriška (Gorizja), Koroška (Carinthia) u Štajerska (Styria ta’ taħt). Bil-waqgħa tal-imperu Awstro-Ungeriż fl-1918, il-Kranjska, jew Karnjola, tilfet l-istatus speċjali tagħha. Is-Slovenja hija Stat relattivament ġdid li l-indipendenza tiegħu tmur lura biss għall-1991, wara s-seċessjoni tar-Repubblika federattiva soċjalista tal-Jugoslavja. Ir-Repubblika attwali tas-Slovenja hija “l-eredi territorjali” tar-reġjun antik ta’ Kranjska (Karnjola) li issa sar parti integrali minnu.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Id-definizzjoni taż-żona ġeografika hija marbuta mill-qrib mal-istorja tal-“Kranjska klobasa”.
Il-kundizzjonijiet naturali għall-produzzjoni tal-ikel, anki bħall-klima, kellhom influwenza determinanti fuq l-iżvilupp tal-ispeċifiċità kulinari f’kuntest fejn l-agrikoltura ta' sussistenza hija l-mudell dominanti. F’art imħattba ħafna, b’għoljiet, widien, taħfir naturali u pjanuri, l-abitanti rnexxielhom jippreservaw uċuh ikkultivati għall-produzzjoni tal-għalf iddestinati għall-ikel tal-majjali, u dan it-tkabbir ta bidu għall-ħolqien tal-fabbriki tal-laħam. L-ewwel xhieda b’rabta mal-ħolqien tal-fabbriki tal-laħam u mal-produzzjoni taz-zalzett tmur lura f’epoka antika ħafna, kif juru l-opri tal-arti tal-Medjuevu u r-rappreżentazzjonijiet li jidhru f’dokumenti arkivjati (b’mod partikolari messaġġ tas-seklu XVII miktub bil-lingwa Slovena mill-gwardjan tal-kastell ta' Vrbovec lil sidu). Madankollu, din ix-xhieda kollha tirreferi għal-laħam u għaz-zalzett. Fost il-laħam tipiku kien hemm b’mod partikolari tip ta’ zalzett tal-laħam seminiexef li, minħabba l-kompetenzi u l-għarfien proprju tal-abitanti tar-reġjun fejn inħoloq u minħabba l-ispeċifiċità li tingħaraf mill-bqija (it-togħma), kiseb il-fama tiegħu fil-bidu tas-seklu XIX, fl-epoka tal-imperu Awstro-Ungeriż, bl-isem ta’ “Kranjska klobasa”.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
L-element essenzjali li permezz tiegħu l-“Kranjska klobasa”, prodott tipiku tat-territorju Sloven, jiddistingwi ruħu miz-zalzett l-ieħor tal-istess tip, jinsab fil-fatt li jiġi prodott skont ir-riċetta tradizzjonali Slovena ta’ Felicita Kalinšek (awtriċi tal-ktieb tar-riċetti “Slovenska kuharica” tal-1912). L-unika bidla li saret kienet l-adattament taz-zalzett għall-ħtiġijiet tekniċi moderni fir-rigward ta' sikurezza tal-prodotti tal-ikel (użu ta' melħ tan-nitrat u pasturizzazzjoni). Il-“Kranjska klobasa” huwa bl-istess mod ikkaratterizzat minn laħmu, magħmul b’mod esklussiv minn biċċiet tal-laħam tal-majjal u ta' xaħam tal-ogħla kwalità immellħin u mqattgħin b'mod ħarx, imħawrin bit-tewm u l-bżar u affumikati f'temperatura baxxa. Jintuża biss melħ tal-baħar. Il-laħam taz-zalzett jiġi mimli fl-imsaren tal-majjal li t-truf tagħhom jingħalqu bi sfiefed li jgħaddu minn ġol-imsaren biex b’hekk it-truf tagħhom jingħaqdu u jinħolqu pari ta’ zalzett. Il-“Kranjska klobasa” huwa kkaratterizzat minn seffud ta’ ħxuna bejn 2.5 u 3 mm, tul ta’ bejn 3 u 6 cm, miksur jew maqtugħ.
Il-“Kranjska klobasa” ma jeħtieġ l-ebda għajnuna ta’ xi mezz tekniku (pereżempju konċentrat tal-laħam) jew sustanzi miżjuda oħrajn (bħall-polifosfati) li jintużaw f'tipi oħrajn ta’ zalzett tal-laħam. L-ikkapuljat jiġi mimli b’mod esklussiv f’rita ta’ msaren tal-majjal li t-truf tagħha jingħalqu b’seffud biex b’hekk tirriżulta f’par zalzett. It-trattament termali f’ambjent umdu u l-affumikazzjoni fis-sħana (iz-zalzett huwa prodott ippasturizzat) jagħtu ’l-wiċċ iz-zalzett il-lewn karatteristiku aħmar kannelli b'intensità medja. Fl-aħħar, il-“Kranjska klobasa” jingħażel minn zalzett ieħor minħabba l-mod kif jiġi kkunsmat u l-ħarsien tal-pariri ta' kif għandu jittiekel, li jippermettu li tinkiseb togħma mill-aqwa. Il-“Kranjska klobasa” ma jisserviex imsajjar iżda msaħħan biss f’ilma sħun ħafna b’mod li jkollu konsistenza partikolari ħafna, kemxejn ħarxa iżda tqarmeċ u b’togħma tajba, u biċċiet maqtugħin ta’ lewn aħmar fir-roża kif ukoll aroma tipika ta’ laħam immellaħ tal-majjal, imħawwar bit-tewm u l-bżar u affumikat.
Fl-affumikazzjoni jista' jintuża biss il-fagu.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP):
Il-fama tal-“Kranjska klobasa” tmur lura għall-epoka tal-monarkija Awstro-Ungeriża li kienet tgħaqqad diversi popli. Il-“Kranjska klobasa” huwa bla dubju wieħed mill-ispeċjalitajiet tal-laħam l-aktar oriġinali u l-aktar tipiċi tas-Slovenja, kif wieħed jista’ jara wkoll billi jagħmel riċerka fuq l-internet li fil-biċċa l-kbira tad-drabi tindika li l-“Kranjska klobasa” huwa prodott awtentiku Sloven. Il-“Kranjska klobasa” huwa wkoll preżenti fil-letteratura speċjalizzata l-aktar reċenti (ara “Meat products handbook”, Gerhard Feiner, CRC Press, 2006, http://en.wikipedia.org/wiki/Kransky), li fih huwa ppreżentat bħala zalzett tipiku mhux iffermentat li ġej mis-Slovenja.
Il-karatteristiċi tal-“Kranjska klobasa” huma r-riżultat tal-kompetenzi u tal-għarfien tal-abitanti tat-territorju attwali tas-Slovenja, li fl-epoka Awstro-Ungeriża kien jifforma r-reġjun tal-“Kranjska” (Karnjola). Il-kwalità tal-“Kranjska klobasa” kienet tinsab ukoll fl-użu ta’ qatgħat ta’ laħam prim u fl-użu sistematiku ta’ melħ tal-baħar, li fil-Kransjka l-antika kien kompetitur permanenti, saħansitra strateġiku, tal-melħ tal-ġebla (J, Bogataj, “The Food and Cooking of Slovenia”, Annes Publishing, Londra, 2008).
L-aktar xhieda antiki marbutin mal-produzzjoni tal-“Kranjska klobasa” (b’din id-denominazzjoni) jinsabu f'żewġ kotba tar-riċetti: “Süddeutsche Küche” ta’ Katharina Prato (1896) u s-sitt edizzjoni ta' “Slovenska kuharica” ta' Felicita Kalinšek (1912). Anki jekk fil-ktieb ta’ Katharina Prato fil-verità ma hemmx riċetti għall-produzzjoni tal-“Kranjska klobasa”, hemm referenza bil-miktub għal din il-varjetà ta' zalzett li aktarx hija waħda mill-aktar referenzi antiki (1896). Min-naħa l-oħra, Felicita Kalinšek, fil-ktieb tagħha “Slovenska kuharica” (1912), diġà kienet qed tagħti spjegazzjoni ta’ kif għandu jsir il-“Kranjska klobasa”.
Fis-Slovenja teżisti bosta xhieda fir-rigward tal-“Kranjska klobasa” jew iz-zalzett tal-Karnjola, li b'mod partikolari ġejja mit-tradizzjoni orali u li tirreferi għall-postijiet ta' produzzjoni u għar-reputazzjoni tiegħu fost il-varjetajiet reġjonali l-oħrajn kollha taz-zalzett. Huma ħafna wkoll il-leġġendi popolari dwar minn fejn ġej eżattament il-“Kranjska klobasa” u għall-post fejn ġie prodott l-ewwel darba, u ħafna drabi jissemma l-villaġġ ta’ Trzin, li jinsab bejn Lubljana u Kamnik. Jidher li, sa mis-seklu XIX, numru kbir ta’ biċċiera f’dan il-villaġġ kienu jfornu s-swieq taz-zalzett tal-Karnjola u kienu jinsabu anki fi Vjenna. Skont xi tradizzjonijiet orali, dan iz-zalzett ħa ismu mill-belt ta’ Kranj, filwaqt li oħrajn jisħqu li kien jiġi prodott fl-ibliet il-kbar kollha u fl-imsieraħ kollha tar-reġjun ta' Karnjola f'dik l-epoka. Barra minn hekk jingħad li l-imperatur Francesco Giuseppe, huwa u sejjer lejn Trieste fil-karozzin minn Vjenna, waqaf fil-villaġġ ta’ Naklo pri Kranju fit-tverna famuża Marinšek li tinsab fit-triq nazzjonali. Billi xtaq jiekol xi ħaġa, staqsa lil-lukandiera x'kellha x'toffrilu. “Ma għandna xejn ħlief sempliċi zalzett li għamilnih aħna” wieġbet il-lukandiera. L-imperatur ordna z-zalzett u x’ħin daqu qal b’entużjażmu: “Dan mhuwiex sempliċi zalzett. Dan huwa z-zalzett ta' Karnjola!”.
Il-karatteristika kulinarja tar-reġjuni kollha tas-Slovenja hija li l-“Kranjska klobasa” jiġi prodott u mibjugħ kullimkien u din hija prova li dan il-prodott jappartjeni lit-territorju Sloven kollu. Il-fama tal-“Kranjska klobasa” hija bl-istess mod riflessa fil-platt tipiku Sloven, jiġifieri kabboċċi mqattgħin u mmarinati biz-zalzett ta’ Karnjola.
Il-fama tal-“Kranjska klobasa” qabżet il-fruntiera, kif jidher mit-traduzzjonijiet ta’ ismu fid-diversi lingwi tal-imperu antik Awstro-Ungeriż (J. de Moor& N. de Rooj/ed., “European Cookery, Tradition & Innovation”, Utrecht 2004).
Mill-2003 fis-Slovenja beda jsir festival tal-“Kranjska klobasa” bħal kompetizzjoni tal-aqwa “Kranjska klobasa”.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
http://www.mkgp.gov.si/fileadmin/mkgp.gov.si/pageuploads/Varna_hrana/zascita/KranjskaKlobasa_spec.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/28 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 48/11
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“”(PINGGU DA TAO)
Nru KE: CN-PDO-0005-0628-16.07.2007
IĠP ( ) DPO ( X )
1. Isem:
“” (Pinggu Da Tao)
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz:
Iċ-Ċina
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta’ prodott:
Klassi 1.6.: |
Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati |
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem f'(1):
Din il-ħawħa hija magħrufa bħala frotta mmerrqa li tittiekel li tagħmel parti mill-ispeċi ta’ Prunus, is-subfamilja Prunoideae tal-familja Rosaceae. Din tikber fl-għoljiet baxxi u fil-kampanja madwar il-Muntanji Yanshan fid-distrett ta’ Pinggu f’Beijing, li jgawdu ħafna mid-dawl tax-xemx u s-sħana, u li jinfirxu mal-ħamrija mrammla u għanja li fiha t-tafal. Il-kundizzjonijiet naturali uniċi jagħtu spinta lill-kwalitajiet speċjali tal-“Pinggu Da Tao”, ikkaratterizzati mid-“daqs kbir tal-frotta, il-kulur qawwi, ħafna sugu, it-togħma rikka, zokkor moderat u mill-bilanċ tajjeb ta’ aċidu u ħlewwa” tiegħu. “Pinggu Da Tao” għandu għaxar varjetajiet ta’ kultivazzjoni, kif turi t-tabella li ġejja. Il-Qingfeng huwa l-unika varjetà ta’ daqs medju f’din it-tabella; Qingfeng waħda tiżen ≥ 150 g; frotta waħda tad-disa’ varjetajiet l-oħra tiżen ≥ 275 g.
L-indiċi psikokimiċi tal-10 varjetajiet differenti tal-“Pinggu Da Tao” huma stipulati hawn taħt:
Varjetà |
Indiċi |
|
Solidi li jinħallu (20 °C), (%) |
Aċidu totali (imkejjel permezz ta’ aċidu maliku), (%) |
|
Dajiubao |
≥ 12,00 |
≤ 0,20 |
Qingfeng (Peking Nru 26) |
≥ 11,50 |
≤ 0,42 |
Jingyan (Peking Nru 24) |
≥ 12,00 |
≤ 0,20 |
Yanhong (Green-making Nru 9) |
≥ 12,50 |
≤ 0,18 |
August Crispy (Peking Nru 33) |
≥ 11,00 |
≤ 0,20 |
Yanfeng Nru 1 |
≥ 12,00 |
≤ 0,20 |
Luwangxian |
≥ 11,50 |
≤ 0,28 |
Huayu |
≥ 12,00 |
≤ 0,20 |
Big Red Peach |
≥ 12,00 |
≤ 0,20 |
Century 21st |
≥ 12,00 |
≤ 0,18 |
3.3. Materja prima:
—
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):
—
3.5. Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita:
Il-passi li ġejjin għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata: l-għażla u l-ippjanar tal-ġnien tas-siġar tal-frott, it-tħawwil, il-ħamrija, il-ġestjoni tal-fertilizzant u l-irrigazzjoni, l-iffurmar u ż-żbir, il-ġestjoni tal-fjuri u l-frott, il-ħsad, it-trattament ta’ wara l-ħsad u l-ħżin.
3.6. Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:
L-ippakkjar: il-proċess tal-ippakkjar jitwettaq biss minn kumpaniji li huma awtorizzati jużaw it-tikketti tal-IĠ tal-“Pinggu Da Tao”, taħt is-sorveljanza ta’ entitajiet kompetenti għall-ispezzjoni tal-kwalità.
1. Materjal għall-ippakkjar: l-ippakkjar estern jikkonsisti f’kaxxi tal-kartun immewġin li għandhom ikunu sodi u b’saħħithom biżżejjed għal użu strutturali. Il-kaxxi għandhom iżommu l-kontenut niexef, ħieles mill-moffa, mid-dud, mit-tniġġis u mill-irwejjaħ.
2. Rekwiżiti għall-ippakkjar: il-frott fil-kaxxa tal-ippakkjar għandu jinħażen bil-galbu. Is-saffi differenti għandhom jiġu separati b’biċċiet tal-kartun fil-kaxxa.
Matul it-trasportazzjoni, il-ħawħ għandu jasal f’lottijiet u jitqiegħed bil-galbu biex jiġi protett mill-pressjoni; il-kontenituri għandhom jinżammu nodfa bi fluss ta’ arja tajba, u ma għandhomx ikunu esposti għad-dawl tax-xemx jew għax-xita. Għandhom jittieħdu miżuri biex il-frott jiġi protett mill-ġlata jew minn temperaturi għoljin.
Il-ħawħ għandu jinħatt b'attenzjoni kbira; huwa rakkomandat li t-trasportazzjoni ssir b’temperatura kkontrollata (cold-chain). Il-vettura tat-trasport għandha tinżamm nadifa u ħielsa minn materjali u oġġetti tossiċi jew perikolużi.
1. |
Qabel ma l-frott jinħażen, dan għandu jiġi ttrattat billi tintuża proċedura ta’ qabel it-tkessiħ, fejn it-temperatura tiġi stabbilita għal 4 °C. |
2. |
It-temperatura għall-ħżin tkun ta’ bejn iż- 0 °C u t-3 °C. |
3. |
L-umdità relattiva tal-ambjent tal-ħżin tiġi stabbilita bejn il-85 % u d-90 %. |
4. |
Jekk il-lok tal-ħżin jippermetti Atmosfera Kontrollata (CA), il-kundizzjonijiet atmosferiċi għandhom jinżammu bejn il-1 % O2 u l-5 % CO2. |
5. |
Il-kamra fejn jinħażen il-frott ma għandux ikollha riħa. Il-frott għandu jinżamm ’il bogħod minn materjali u oġġetti tossiċi jew perikolużi. L-ebda preservattiv jew materjal tossiku ma huwa permess. |
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:
Il-marki tal-ippakkjar għall-istess kunsinna bil-baħar għandu jkollhom format u kontenut uniformi.
Minbarra l-marka kummerċjali rreġistrata tal-kumpanija, l-isem tal-prodott bl-indikazzjoni ġeografika protetta fiċ-Ċina – “Pinggu Da Tao” – għandu jkun stampat fuq l-ippakkjar tal-frott u f’post li jkun jidher sewwa fuq il-wiċċ ta’ barra tal-kaxxa tal-ippakkjar, flimkien mal-marka speċjali tal-IĠ u l-kodiċi tat-traċċabbiltà tal-kwalità. Barra minn hekk, fuq l-ippakkjar tal-frott għandha tkun stampata wkoll informazzjoni bħall-varjetà, il-grad (l-speċifikazzjoni) u l-piż nett, il-pajjiż tal-oriġini u l-produttur tal-prodott. Il-kliem għandu jkun jinqara u ma jkunx jista’ jitneħħa faċilment. Il-marki tal-ippakkjar estern għandhom jikkonformaw mal-prodott proprju li jkun hemm ġol-kaxxa.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:
Iż-żona ġeografika tal-“Pinggu Da Tao” tikkonsisti f’16-il belt u raħal li attwalment huma taħt l-amministrazzjoni tad-Distrett ta’ Pinggu, f’Beijing: dawn huma Pinggu, Jinhaihu, Yukou, Machangying, Mafang, Donggaocun, Xiagezhuang, Shandongzhuang, Wangxinzhuang, Nandulehe, Zhengluoying, Dahuashan, Liujiadian, Daxingzhuang, Huangsongyu u l-Muniċipalità ta’ Xiong’erzhai.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Id-distrett ta’ Pinggu jinsab f’latitudni ta' 40° 02′-40° 22′ fit-Tamuntana u f’lonġitudni ta' 116° 55′-117° 24′ fil-Lvant. Dan huwa baċir żgħir li fih għoljiet baxxi li jduru fuq in-naħa tat-Tramuntana tal-Muntanji Yanshan. Huwa mdawwar bil-muntanji fil-Lvant, in-Nofsinhar u naħat tat-Tramuntana, li jħallu wied ċatt fiċ-ċentru. Il-muntanji mħaddra huma mifruxa madwar il-muniċipalità. Ix-xmajjar Ju u Ru jgħaddu tul ir-reġjun.
It-tip tal-ħamrija huwa primarjament ħamrija mrammla u għanja li fiha t-tafal, ratba u b’ventilazzjoni tajba u rikka fil-potassju. Iż-żona għandha sistema indipendenti ta’ ilma li tista’ tipprovdi ilma ta’ kwalità mill-aqwa. Il-klima lokali hija dovuta għall-klima tal-monsun kontinentali b'temperatura sħuna, ikkaratterizzata b'differenzi kbar fit-temperatura ta' kuljum u s-sigħat twal ta’ xemx. Id-differenza fit-temperatura kull xahar hija kbira fir-rebbiegħa, meta tilħaq madwar 6,8 °C sa 8,7 °C, u fil-ħarifa tkun madwar 6,9 °C sa 8,9 °C. Il-medja tal-perjodu annwali mingħajr ġlata hija ta’ 191 jum. Ir-reġjun igawdi minn dawl tax-xemx abbundanti b'medja ta' 2 555,3 siegħa ta’ dawl tax-xemx kull sena, u l-medja tar-rata ta' esponiment tad-dawl tax-xemx kuljum hija ta’ 58 %.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
1. Id-daqs kbir tal-frotta: id-daqs kbir tal-frotta huwa wieħed mill-aktar karatteristiċi importanti tal-“Pinggu Da Tao”. Il-piż medju ta’ frotta waħda “Pinggu Da Tao” huwa 20 % aktar mill-piż ta’ varjetà korrispondenti, minħabba l-varjetajiet uniċi tas-siġra tal-frott, il-klima u l-ambjent naturali. Frotta waħda tal-varjetà ta’ daqs medju tiżen ≥ 150 g u frotta waħda tal-varjetà ta’ daqs kbir tiżen ≥ 275 g.
2. Kulur qawwi: Il-kulur huwa wieħed mill-fatturi l-iżjed importanti tal-apparenza u l-valur kummerċjali tal-ħawħ. Il-qoxra tal-frotta “Pinggu Da Tao” hija nadifa, b’kulur qawwi, u grad għoli ta’ tbajja’.
3. Palat u togħma rikki: Il-“Pinggu Da Tao” għandu riħa rikka, togħma bilanċjata ta’ ħlewwa u qrusa, laħam delikat u ħafna sugu. Il-bilanċ raġonevoli tal-kontenut u l-proporzjon bejn is-solidi li jinħallu u l-aċidu totali jagħtu lill-“Pinggu Da Tao” il-kwalità tas-sensi tiegħu.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott:
Il-kundizzjonijiet naturali uniċi tal-Pinggu, speċjalment il-ħamrija, is-sistema tal-ilma, id-differenza fit-temperatura ta' kuljum, id-dawl tax-xemx, u l-livell għoli ta’ ġestjoni ta’ standardizzazzjoni, jikkontribwixxu għall-karatteristiċi u l-kwalità tal-ħawħa tal-Pinggu. Il-kundizzjonijiet naturali distinti huma spjegati bil-karatteristiċi li ġejjin:
1.
1. Il-Fattur klimatiku
Iż-żona kkultivata ta’ “Pinggu Da Tao” tinsab fiż-żona sħuna tan-Nofsinhar ta’ niżla minn dejl ta' muntanja għal medda art ċatta. Iż-żona kkultivata għandha biżżejjed dawl tax-xemx u teżisti differenza kbira bejn it-temperatura ta’ matul il-jum u dik ta’ bil-lejl, li tagħmel tajjeb għal kulur effettiv u l-akkumalazzjoni tal-karboidrati. Ir-reġjun igawdi minn medja ta’ radjazzjoni annwali ta’ 5,103 ġul għal kull metru kwadru, b’medja ta’ temperatura ta’ 58 %.
2. Il-fattur tal-ħamrija
Iż-żona kkultivata ta’ “Pinggu Da Tao” hija ffurmata mix-xtut alluvjali tax-xmajjar Ju u Ru. L-art hija magħmula minn ħamrija mrammla u lom ħafif. Il-permeabbiltà tajba tal-ħamrija tissodisfa l-konsum għoli tal-ossiġenu tas-sistemi tal-għeruq tas-siġar tal-ħawħ u żżommhom fi stat attiv. Dan jiżgura l-ħlewwa u t-togħma tal-“Pinggu Da Tao”.
3. Il-fattur tal-ilma
Pinggu jinsab f’baċin idroġeoloġiku muntanjuż, li fih sistema indipendenti ta’ ilma taħt l-art b’ilma ta’ kwalità eċellenti u fi kwantitajiet kbar. Ma jista’ jgħaddi ħadd minn fuq ix-xmara u b’hekk l-ilma huwa ħieles minn kull tniġġis. Is-siġar jissaqqew l-aktar b’ilma li jgħaddi minn taħt l-art ta’ kwalità tajba li jilħaq il-livell tal-ilma tax-xorb tal-ewwel grad, u anke jqarreb lejn l-ilma minerali naturali. Permezz ta’ irrigazzjoni razzjonali, ir-rekwiżiti tal-ilma jiġu ssodisfati sewwa matul il-perjodu ta’ ġerminazzjoni, il-perjodu li fih joħorġu l-fjuri u dak tal-iżvilupp tal-frott, b'hekk jiġi żgurat li l-frotta jkollha daqs, kulur u produzzjoni tajbin.
2.
Teżisti storja twila tal-kultivazzjoni tal-ħawħ f’Pinggu. Instabu reġistri li jmorru lura saħansitra sal-Dinastija ta’ Ming. Liu Ai, il-Maġistrat muniċipali ta’ Pinggu matul il-perjodu ta’ Longquin tad-Dinastija ta’ Ming, kiteb poeżija bit-titlu ‘It-Tmien Xenarji Antiki ta’ Pinggu’, li fiha l-fjura tal-frotta tal-ħawħ ta’ Pinggu tingħata tifħir kbir kif ġej: “Nofs triq lejn il-quċċata tal-għolja, matul is-sena kollha, il-borra qatt ma tinħall. Il-ħawħa tiftaħ il-fjuri f’Marzu, madanakollu, il-blanzuni delikati tagħha jkunu għad iridu jiffurmaw. Meta s-sema tkun ċara, ħares bil-kalma kollha lejn l-orizzont, il-qamar jiddi bħal ġada, qed jittajjar taħt is-sħab.” L-Imperatur Qianlong tad-Dinastija ta’ Qin ukoll kiteb poeżija li tiddeskrivi l-blanżuni tal-ħawħa f’Pinggu: “… meta ż-żafżafa xxejjer bħal xena ta’ duħħan ħafif, u l-ħawħa tixxarrab fix-xita …”.
3.
Teżisti storja twila tal-kultivazzjoni tal-ħawħ f’Pinggu. Instabu reġistri f’xogħlijiet li jmorru lura sad-Dinastija ta’ Ming. Wara prassi ta’ produzzjoni fuq medda twila ta’ snin, ġiet implimentata sensiela sħiħa ta’ tekniki għall-ġestjoni tat-tħawwil tal-“Pinggu Da Tao”, bħall-adozzjoni ta’ formazzjoni bil-forma Y u bil-forma ta’ ċentru naturali miftuħ (tajba għall-ventilazzjoni u biex jippenetra d-dawl). Fir-rigward tal-ġestjoni tal-frott, jiġu adottati tekniki ta’ fjuri artifiċjali u biex jitraqqaq il-frott, kif ukoll tekniki biex jintrafa’ l-frott biex jiġi żgurat li d-daqs, il-produzzjoni u l-kulur tal-frott ikunu stabbli.
Referenza Għall-Pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni:
(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/32 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel
2012/C 48/12
Din il-pubblikazzjoni tagħti dritt għal oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni
DOKUMENT UNIKU
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
“KRAŠKA PANCETA”
Nru KE: SI-PGI-0005-0833-13.10.2010
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem:
“Kraška panceta”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz:
Is-Slovenja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:
3.1. Tip ta' prodott:
Klassi 1.2. |
Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.). |
3.2. Deskrizzjoni ta' prodott li japplika għalih l-isem f'(1):
“Kraška panceta” huwa prodott tradizzjonali tal-laħam imnixxef li bħala karatteristika għandu forma rettangolari. Il-piż minimu tal-prodott finali huwa 2,2 kg.
“Kraška panceta” huwa prodott minn bejken bla xaħam. Huwa mħejji għat-tnixxif bil-ġilda u mingħajr il-kustilji. Il-proċedura ta' tmelliħ fin-niexef bl-użu ta' melħ tal-baħar biss u t-tnixxif u l-maturazzjoni mingħajr trattament bit-tisħin jikkontribwixxu lejn il-karatteristiċi organolettiċi tal-qtajja' rqaq. Il-parti bla xaħam tal-panceta hija niexfa u soda u tibqa' elastika, kif xieraq, taħt pressjoni. Il-partijiet fejn kienu jinsabu l-kustilji huma pjuttost viżibbli. Il-ġilda hija iebsa u lixxa u titneħħa qabel il-konsum. Hekk kif jimmaturaw, il-partijiet bla xaħam tal-panceta jikbsu kulur tipiku roża. Ix-xaħam huwa kremuż u ta' kulur abjad. Qatgħa hija magħmula l-aktar minn laħam mingħajr xaħam bi strata rqiqa ta’ xaħam li tgħaddi minnha. Il-karatteristiċi organolettiċi jinkludu, partikolarment, id-dehra esterna ta' qatgħa maqtugħa b'mod fin, li għandha tkun tarija bħala tessut. Il-laħam bla xaħam u x-xaħam għandhom ikunu konnessi b'mod sod. Il-qatgħa għandu jkollha aroma sħiħa, armonika u togħma ħelwa, mhux mielħa.
Il-kontenut ta' melħ mhuwiex iktar minn 6 %, il-grad ta' tnixxif miksub għandu jkun mill-inqas 33 %, il-valur aw mhux aktar minn 0,92, il-kontenut ta' proteini għandu jkun mill-inqas 23 % u l-kontenut ta' xaħam għandu jkun mill-inqas 36 %.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):
Għall-produzzjoni tal-“Kraška panceta” jintgħażel bejken li ġej minn razez imlaħħmin tal-majjal. Il-qatgħa tal-bejken tinkludi parti mis-sezzjoni tas-sider b'disa' sa għaxar partijiet apparenti fejn kienu jinsabu l-kustilji. Il-parti mlaħħma tal-ġenb hija inkluża wkoll fil-bejken. Element ewlieni tal-“Kraška panceta” huwa l-qatgħa standard rettangolari tal-bejken twila bejn 45 u 50 ċm u wiesgħa bejn 18 u 20 ċm. Il-piż minimu ta' qatgħa ta' bejken frisk huwa 4 kg. Għat-tnixxif, il-bejken huwa mħejji bil-ġilda u mingħajr il-kustilji, bil-ġnub maqtugħin ċatti, u l-laħam bla xaħam u l-ġilda għandhom ikunu intatti. Jitneħħa x-xaħam artab li jinsab fl-intern.
3.4. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss):
—
3.5. Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:
— |
It-temperatura tal-bejken frisk għandha tkun bejn + 1 °C u + 4 °C, kif imkejla qabel il-proċess tat-tmelliħ. |
— |
Verifika tal-kontenut tal-laħam bla xaħam tal-bejken, il-kwalità tat-tħejjija u d-dimensjonijiet tal-qatgħa (18-20 ċm × 45-50 cm); |
— |
Esklużjoni tal-bejken mhux imħejji sew: il-ġilda għandha tkun lixxa u mingħajr lanżit, qsim, tbenġil jew ematomi; |
— |
Identifikazzjoni tan-numru tas-serje u d-data tat-tmelliħ (ġurnata, xahar u sena); |
— |
Tmelliħ manwali permezz tal-inseriment ta' melħ tal-baħar fil-partijiet fejn kienu jinsabu l-kustilji. Il-kwantità tal-melħ hija adattata skont il-piż tal-bejken individwali. Jiġu miżjuda l-bżar u tewm frisk, jista' jiġi miżjud ukoll iz-zokkor; |
— |
Il-ħżin tal-biċċiet tal-bejken immellħin fuq xkafef jew palits; |
— |
Tmelliħ f' temperatura ta' bejn 1 u 6 °C għal bejn 5 u sebgħat-ijiem; |
— |
Fażi kiesħa: temperatura ta' bejn 1 u 6 °C għal bejn ġimgħa u 3 ġimgħat; |
— |
Tmelliħ f' temperatura ta' bejn 14 u 22 °C għal bejn jumejn u sebgħat-ijiem; huwa permess affumikar moderat bil-kesħa; |
— |
Tnixxif/maturazzjoni f'temperatura ta' bejn 10 u 18 °C, bi żmien totali ta' produzzjoni ta' 10 ġimgħat, valur aw ta' inqas minn 0,92 %, kontenut tal-melħ ta' inqas minn 6 %, tnixxif ta' mill-inqas 33 %, u piż tal-prodott finali ta' aktar minn 2,2 kg. |
— |
Ittestjar organolettiku ta' għażla aleatorja ta' “Kraška panceta”; |
— |
Identifikazzjoni permezz ta' mmarkar tal-ġilda tal-prodotti xierqa; |
— |
Prodotti mmaturati jinżammu f'postijiet mudlama f'temperatura ta' bejn 8 u 10 °C. |
3.6. Regoli speċifiċi li jikkonċernaw it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.:
“Kraška panceta” b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) huwa mibjugħ fil-forma ta' biċċiet sħaħ jew nofs biċċiet, immarkat fuq il-ġilda fuq il-parti ta' wara bil-logo “Kraška panceta” Sabiex titjieb id-disponibbiltà għall-akkwirenti (bejgħ ta' delicatessen), il-panceta tista' tiġi maqtugħa f'biċċiet żgħar ta' daqs uniformi. Sabiex jitħarsu l-karatteristiċi organolettiċi tipiċi, il-kulur aħmar tipiku tal-laħam bla xaħam u l-kulur abjad kremuż tax-xaħam tal-bejken, hija ta' importanza kruċjali li jkun hemm superviżjoni teknoloġika dettaljata tal-proċess ta' tqattigħ u ppakkjar tal-“Kraška panceta”. Il-kuntatt mal-arja, fejn il-laħam ikun soġġett għall-proċessi ta' ossidazzjoni, jista' jnaqqas b'mod sinfikanti l-kwalità tal-bejken. Għal dik ir-raġuni, “Kraška panceta” jista' jiġi maqtugħ u kummerċjalment ippakkjat biss f'faċilitajiet reġistrati għall-produzzjoni tal-“Kraška panceta”. Permezz ta' dawn, il-prodott jista' jiġi ppakkjat immedjatament, tista' tiġi evitata l-ossidazzjoni kkaġunata mill-esponiment għall-arja jew temperaturi mhux adegwati u tista' tkun żgurata s-sikurezza bijoloġika meħtieġa u mixtieqa tal-prodott. Din is-sistema tiżgura superviżjoni kontinwa, traċċabbiltà sħiħa u ħarsien tal-karatteristiċi tipiċi tal-“Kraška panceta” li huma tal-akbar importanza għall-awtentiċità u l-fiduċja tal-konsumatur.
3.7. Regoli speċifiċi dwar l-ittikkettar:
Il-produtturi kollha li ġew mogħtija ċertifikati ta' konformità mal-ispeċifikazzjoni ta' produzzjoni huma intitolati li jimmarkaw il-prodotti tagħhom bl-isem u logo “Kraška panceta”. Il-logo jikkonsisti f'immaġni stilizzata ta' bejken bl-iskrizzjoni “Kraška panceta”. In-numru ta' reġistrazzjoni tal-produttur għandu jitqiegħed maġenb il-logo. L-użu tal-logo huwa obbligatorju għall-forom kollha ta' panceta li huma kkummerċjalizzati. Biċċiet sħaħ ta' panceta għandhom ukoll il-marka ta' identifikazzjoni fuq il-ġilda.
“Kraška panceta” għandu jiġi identifikat ukoll bil-kliem “identifikazzjoni ġeografika protetta” u s-simbolu nazzjonali tal-kwalità.
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika:
Iż-żona ta' produzzjoni għall-“Kraška panceta” hija delimitata minn linja li tibda minn Kostanjevica na Krasu sa Opatje selo, minn hemm sal-fruntiera bejn is-Slovenja u l-Italja u tul il-fruntiera sal-punt tal-qsim tal-fruntiera f'Lipica, minn hemm tul it-triq sal-villaġġ ta' Lokev, imbagħad tul it-triq għal Divača, minn hemm f'linja dritta sal-villaġġ ta' Vrabče u ta' Štjak, Selo, Krtinovica, Kobdilj, u minn hemm f'linja dritta minn Mali Dol għal Skrbina lejn Lipa u Temnica u lura għal Kostanjevica na Krasu. Il-villaġġi kollha msemmija hawn fuq huma parti miż-żona ġeografika.
5. Rabta maż-żona ġeografika:
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika:
Karst (Kras) hija waħda mill-ikbar żoni ta' pajsaġġ fis-Slovenja. Iż-żona magħmula minn plateau mmewweġ tal-ġebla tal-ġir b'art tipika tal-Karst (widien, kavitajiet, widien sekondarji, dagħbien u għerien taħt l-art) Il-ħamrija tal-ġir hija karatteristika tal-Karst; fuq dan is-substrat ġiet iffurmata l-famuża ħamrija ħamra tar-reġjun ta' Karst, ta' spiss magħrufa bħala “terra rossa”. Hemm ftit ħamrija fil-wiċċ, li fil-bicca l-kbira hija ġeblija, għalkemm f'xi postijiet jikbru xi ħxejjex, siġar żgħar u foresti rqaq.
Fir-reġjun ta' Karst, il-prossimità tal-baħar hija influwenza predominanti fuq il-klima. Il-klima Mediterranja moderata tiltaqa' ma' arja kiesħa kontinentali. Il-fluttwazzjonijiet fit-temperatura huma komuni fir-reġjun ta' Karst, fejn ikun hemm influss ta' arja kontinentali kiesħa fiż-żona tal-Mediterran fl-għamla tar-riħ bora ta' Karst. Il-prossimità tal-baħar tfisser li, fix-xitwa, ħafna drabi jkun hemm żieda qawwija fit-temperatura wara granet ta' rjieħ bora kesħin ħafna. Kull meta tinżel il-borra, din malajr tinħall. Il-prossimità tal-baħar għandha effett sinifikanti fuq is-sajf meta jippredomina it-temp ċar u sħun. Id-diversità tal-plateau ta' Karst u l-prossimità immedjata tal-baħar ifissru li dejjem ikun hemm riħ jew żiffa u l-umdità relattiva hija komparattivament baxxa fiż-żona ġeografika.
Il-kundizzjonijiet naturali taż-żona ġeografika joffru kundizzjonijiet mikroklimatiċi favorevoli għat-tnixxif tal-laħam li n-nies lokali ilhom jisfruttaw minn dejjem. Huma jibbilanċjaw il-kombinazzjoni ġusta tat-temperatura u l-umdità bl-użu ta' kmamar differenti fid-djar ta’ Karst li għandhom ħitan ħoxnin. Il-bdiewa jitrasferixxu pršut (prieżet), panceta (bejken xaħmi) vratovina (għonq tal-majjal), zalzett u prodotti oħra minn kamra għall-oħra f'tiftixa kostanti għall-aħjar kombinazzjoni ta' umdità u temperatura għall-fażijiet teknoloġiċi individwali tal-proċess ta' maturazzjoni. Għaldaqstant, biż-żmien, il-ħiliet tekniċi u l-għarfien prattiku evolvew bl-esperjenza u saru stabbiliti b'mod permanenti fost in-nies lokali.
5.2. Speċifiċità tal-prodott:
L-ispeċifiċità tal-“Kraška panceta” tinsab fil-qatgħa rettangolari li tinkludi parti mis-sezzjoni tas-sider b'disa' sa għaxar partijiet apparenti fejn kienu jinsabu l-kustilji u parti mill-ġenb. Tali qatgħa tipprovdi l-proporzjon ġust bejn laħam bla xaħam u bejken. Il-bejken għandu proporzjon għoli ta' laħam meta mqabbel max-xaħam. Karatteristika speċifika oħra hija li tradizzjonalment intużat biss il-proċedura ta' tmelliħ fin-niexef li tinvoli melħ tal-baħar. Il-proċess ta' tnixxif/maturazzjoni, li ma jinvolvi l-ebda trattament bit-tisħin u li jseħħ f'temparaturi taħt it-18 °C, ifisser li mhemmx deterjorament tal-proteini minħabba s-sħana u li l-fermezza tat-tessut tax-xaħam huwa preservat.
Flimkien mal-monitoraġġ metikoluż tal-proċess ta' tnixxif/maturazzjoni, dawn il-proċeduri jagħtu kwalità tipika, li għaliha l-“Kraška panceta” huwa apprezzat ħafna mill-konsumaturi u li għamlitha prodott ta' suċċess kummerċjali.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP):
L-indikazzjoni ġeografika “Kraška panceta” hija bbażata fuq it-tradizzjoni tal-produzzjoni u r-reputazzjoni tagħha.
Fir-reġjun ta' Karst, il-klima Mediterranja moderata tiltaqa' ma' arja kiesħa kontinentali. Id-diversità fil-formazzjoni tal-plateau ta' Karst u l-prossimità immedjata tal-baħar tfisser li dejjem ikun hemm riħ jew żiffa, li jippromwovu livell komparattivament baxx ta' umdità relattiva. Il-kundizzjonijiet favorevoli ta' tnixxif naturali u d-domanda tas-suq xprunaw lin-nies lokali li jissodisfaw din id-domanda meta jipproduċu biċċiet tal-bejken.
Hemm tradizzjoni estremament antika tal-ikkurar tal-bejken, kif kien irreġistrat fl-1689. Biż-żmien, il-ħiliet tekniċi evolvew bl-esperjenza, saru stabbiliti b'mod permanenti fost in-nies lokali u għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra. Grazzi għall-ħidma tagħhom, in-nies tar-reġjun ta' Karst ikkontribwew lejn il-forma rikonoxxibbli standard u l-karatteristiċi organolettiċi tal-“Kraška panceta”.
Għall-kuntrarju ta' reġjuni oħra fis-Slovenja, il-poplu ta' Karst juża esklussivament tmelliħ fin-niexef u kwantità moderata ta' melħ meta jipproduċi “Kraška panceta”. F'żoni oħra tas-Slovenja, tintuża normalment is-salmura jew kombinazzjoni ta' tmelliħ fin-niexef u fl-imxarrab. Il-proċess tat-tmelliħ fin-niexef u l-perjodu relattivament twil ta' maturazzjoni f'temperaturi baxxi għandhom impatt sinifikanti fuq il-karatteristiċi organolettiċi tipiċi tal-“Kraška panceta”. Grazzi għall-maturità tiegħu u r-riħa u togħma tipiċi tiegħu, il-“Kraška panceta” huwa speċjalità gastronomika li, flimkien mal-prosciutto Karst (Kraški pršut), saret apetajżer standard f'okkażjonijiet ċerimonjali.
Fl-1977 bdiet era ġdida tal-produzzjoni tal-“Kraška panceta” hekk kif il-produtturi bdew iħaddmu unitajiet ta' produzzjoni mgħammra b'teknoloġija speċjali.
Xhieda tar-reputazzjoni tal-“Kraška panceta” tinsab f'xogħlijiet differenti tal-letteratura, kotba żgħar ta' tagħrif, fuljetti, eċċ. Lura fl-1978, il-“Kraška panceta” ġie ippreżentat fil-fuljett ta' wieħed mill-produtturi. Dott.Stanislav Renčelj ippreżenta lil “Kraška panceta” fil-kotba “Suhe mesnine narodne posebnosti” (Prodotti tal-laħam imnixxef – speċjalitajiet nazzjonali) (1991), “Kraška kuhinja” (Il-kċina ta' Karst) (1999), “Suhe mesnine na Slovenskem” (Prodotti Sloveni tal-laħam imnixxef ) (2008) u “Okusi Krasa” (Togħmiet ta' Karst) (2009). “Kraška panceta” ġie ppreżentat bħala speċjalità gastronomika Slovena fil-ktieb “Okusiti Slovenijo” (Duq is-Slovenja) ta' Dott Janez Bogataj (2007). Ġie ippreżentat ukoll f'bosta kotba promozzjonali, bħall-pubblikazzjoni fi tliet lingwi “Do odličnosti za dober okus, Slovenija (1998)” (Il-kisba tal-Eċċellenza għall-Gourmet, Slovenja, Dem Exzellenten Genuß Entgegen, Slowenien), f'“Edamus, Bibamus, Gaudeamus” (Proġett Interreg III, 2006), “Kras in Kraške posebnosti” (Karst u speċjalitajiet ta' Karst) (Programm Phare), “Pomlad Kraških dobrot” (It-tkabbir tal-ispeċjalitajiet tal-ikel ta' Karst) (proġett pilota Karst, 2001), “Dobrote Krasa in Brkinov” (Speċjalitajiet tal-ikel fir-reġjuni ta' Karst u Brkini) (Muniċipalità ta' Sežana, 2010), eċċ
Il-produtturi tal-“Kraška panceta” jieħdu sehem fil-Fiera Internazzjonali Agrikola u tal-Ikel f'Gornja Radgona fejn, matul l-aħħar għaxar snin, il-“Kraška panceta” ġie mogħti għadd ta' rikonoxximenti ta’ livell għoli u premji.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni:
(Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.mkgp.gov.si/fileadmin/mkgp.gov.si/pageuploads/Varna_hrana/junij2010/Spec_Kraska_panceta.pdf
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.