ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2012.035.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 55 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
2012/C 035/01 |
||
2012/C 035/02 |
||
2012/C 035/03 |
||
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 035/04 |
||
2012/C 035/05 |
||
|
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA |
|
|
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA |
|
2012/C 035/06 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2012/C 035/07 |
||
2012/C 035/08 |
||
|
Rettifika |
|
2012/C 035/09 |
||
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
9.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/1 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-proposti legali għall-Politika Agrikola Komuni wara l-2013
2012/C 35/01
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DEJTA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (2),
Wara li kkunsidra t-talba għal Opinjoni skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001,
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
1. INTRODUZZJONI
1.1. Konsultazzjoni tal-KEPD
1. |
Fit-12 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni adottat il-proposti li ġejjin (minn hawn ’il quddiem: il-proposti) dwar il-Politika Agrikola Komuni (minn hawn ’il quddiem: il-“PAK”) wara l-2013, li ntbagħtu lill-KEPD għal konsultazzjoni fl-istess ġurnata:
|
2. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li qed jiġi kkonsultat b’mod formali mill-Kummissjoni u li ġiet inkluża referenza għall-Opinjoni preżenti fil-preamboli proposti tar-regolament dwar ħlasijiet diretti, ir-regolament waħdieni dwar l-OKS, ir-regolament dwar l-iżvilupp rurali u r-regolament orizzontali. |
1.2. L-għanijiet tal-proposti u l-ipproċessar ta’ dejta personali
3. |
Il-Proposti huma maħsuba biex jipprovdu qafas għal (1) produzzjoni vijabbli tal-ikel, (2) ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u azzjoni dwar il-klima, u (3) żvilupp territorjali bilanċjat. Għal dan il-għan, dawn jistabbilixxu bosta skemi ta’ appoġġ għal bdiewa kif ukoll miżuri oħrajn biex jistimulaw l-iżvilupp agrikolu u rurali. |
4. |
Matul il-kors ta’ dawn il-programmi, id-dejta personali – l-aktar dik relatata mal-benefiċjarji tal-għajnuna iżda wkoll ma’ partijiet terzi – tiġi pproċessata f’diversi stadji (l-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna, l-iżgurar tat-trasparenza tal-ħlasijiet, il-kontroll u l-ġlieda kontra l-frodi, eċċ.). Filwaqt li l-parti l-kbira tal-ipproċessar issir minn u taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tikseb aċċess għal ħafna minn din id-dejta. Il-benefiċjarji u, f’xi każi, partijiet terzi – pereżempju għall-iskop ta’ spezzjonijiet kontra l-frodi – għandhom jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti maħtura. |
1.3. L-għan tal-Opinjoni tal-KEPD
5. |
Ir-rilevanza tal-protezzjoni tad-dejta fil-kuntest tal-PAK ġiet osservata mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-deċiżjoni tagħha fil-kawża Schecke, li annullat il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-benefiċjarji ta’ fondi agrikoli (10). Il-KEPD huwa konxju li f’dan il-każ l-aspetti tal-protezzjoni tad-dejta mhumiex fil-qalba tal-proposti. Madankollu sakemm il-proposti huma relatati mal-ipproċessar ta’ dejta personali, jenħtieġ isiru kummenti pertinenti. |
6. |
L-għan ta’ din l-Opinjoni mhuwiex li tanalizza s-sett sħiħ ta’ proposti, iżda li toffri l-kontribut tagħha u gwida għat-tfassil tal-ipproċessar ta’ dejta personali meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-PAK b’mod li tirrispetta d-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta u, fl-istess ħin, tiżgura l-amministrazzjoni effettiva tal-għajnuna, il-prevenzjoni u l-investigazzjoni tal-frodi u li l-infiq ikun trasparenti u kontabbli. |
7. |
Għal dan il-għan, l-Opinjoni preżenti hija strutturata f’żewġ partijiet: l-ewwel parti, li hija aktar ġenerali, tinkludi analiżi u rakkomandazzjonijiet rilevanti għal ħafna mill-proposti. Din tirreferi l-aktar għal kummenti dwar is-setgħat iddelegati u implimentattivi għall-Kummissjoni. It-tieni parti mbagħad tiddiskuti dispożizzjonijiet speċifiċi li huma inklużi f’bosta mill-proposti (11) u tagħti rakkomandazzjonijiet maħsuba biex jittrattaw l-kwistjonijiet identifikati fihom. |
2. ANALIŻI TAL-PROPOSTI
2.1. Kummenti Ġenerali
8. |
Kif issemma, ħafna mill-operazzjonijiet ta’ ipproċessar jitwettqu mill-Istati Membri. Madankollu l-Kummissjoni jista’ jkollha aċċess għad-dejta personali f’ħafna każi. Għalhekk il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li r-referenzi għall-applikabbiltà tad-Direttiva 95/46/KE u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 huma inklużi fil-preamboli tal-proposti rilevanti (12). |
9. |
B’mod ġenerali, huwa osservat li ħafna mistoqsijiet ċentrali għall-protezzjoni tad-dejta mhumiex inklużi fil-proposti preżenti, iżda sejrin jiġu rregolati minn atti ddelegati jew implimentattivi. Dan japplika, pereżempju, għal miżuri li għandhom jiġu adottati fir-rigward tal-monitoraġġ tal-għajnuna, it-twaqqif tas-sistemi tal-IT, it-trasferimenti tal-informazzjoni lil pajjiżi terzi u spezzjonijiet fuq il-post (13). |
10. |
L-Artikolu 290 tat-TFUE jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju tas-setgħat iddelegati mill-Kummissjoni. Din tista’ tingħata s-setgħa “li tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv.” Barra dan, l-“għanijiet, il-kontenut, l-ambitu u t-tul tad-delega” għandhom jiġu definiti b’mod espliċitu. Rigward is-setgħat implimentattivi, l-Artikolu 291 tat-TFUE jistabbilixxi li dawn jistgħu jingħataw lill-Kummissjoni meta “jkunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni li jorbtu legalment”. Għandu jiġi żgurat skrutinju xieraq mill-Istati Membri. |
11. |
Il-KEPD iqis li l-aspetti ċentrali tal-ipproċessar previsti fil-proposti u s-salvagwardji meħtieġa tal-protezzjoni tad-dejta ma jistgħux jitqiesu bħala “elementi mhux essenzjali”. Għalhekk mill-inqas l-elementi li ġejjin għandhom ikunu diġà rregolati fit-testi leġiżlattivi ewlenin sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali (14):
|
12. |
Ladarba dawn l-elementi jiġu speċifikati fil-proposti leġiżlattivi ewlenin, jistgħu jintużaw atti ddelegati jew implimentattivi sabiex jimplimentaw dawn is-salvagwardji speċifiċi f’aktar dettall. Il-KEPD jistenna li jiġi kkonsultat dwar l-atti implimentattivi u ddelegati li jindirizzaw kwistjonijiet ta’ rilevanza għall-protezzjoni tad-dejta. |
13. |
F’xi każi d-dejta relatata ma’ reati (suspettati) tista’ tiġi pproċessata (pereżempju, f’każi relatati ma’ frodi). Billi l-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta tipprovdi għal protezzjoni speċjali ta’ dik id-dejta (17), tista’ tkun meħtieġa verifika minn qabel mid-DPAs nazzjonali kompetenti jew mill-KEPD (18). |
14. |
Fl-aħħar nett, għandhom jiġu previsti miżuri ta’ sigurtà, speċjalment fir-rigward ta’ databases u sistemi kompjuterizzati. Għandhom jitqiesu wkoll il-prinċipji tal-kontabilità u tal-Privatezza skont id-Disinn. |
2.2. Kummenti Speċifiċi
Limitazzjoni tal-iskop u l-ambitu tal-ipproċessar
15. |
L-Artikolu 157 tar-regolament waħdieni dwar l-OKS jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tistabbilixxi atti implimentattivi rigward ir-rekwiżiti tal-komunikazzjoni għal skopijiet differenti (bħall-iżgurar tat-trasparenza tas-suq, il-kontroll tal-miżuri tal-PAK jew l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali) (19)“sabiex jittieħed kont tal-ħtiġijiet tad-dejta u s-sinerġiji potenzjali bejn is-sorsi tad-dejta” (20). Il-KEPD jirrakkomanda li f’din id-dispożizzjoni jiġi speċifikat liema sorsi tad-dejta għandhom jintużaw għal liema skopijiet speċifiċi. F’dan ir-rigward, il-KEPD jixtieq ifakkar fir-riskju li l-interkonnessjoni bejn il-bażijiet tad-dejta tista’ tikkontradixxi l-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop (21), li jistabbilixxi li d-dejta personali ma għandhiex tkompli tiġi pproċessata b’mod li ma jkunx kompatibbli mal-iskop oriġinali tal-ġbir tagħha (22). |
16. |
L-Artikoli 74 u 77 tar-regolament dwar l-iżvilupp rurali jistabbilixxi Sistema ta’ Monitoraġġ u Valutazzjoni li għandha “titfassal b’kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri” għal skopijiet ta’ monitoraġġ u valutazzjoni. Is-sistema ser timplika l-ipproċessar ta’ dejta dwar il-“karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarju u l-proġett” ipprovdut mill-benefiċjarji nfushom (l-Artikolu 78). Safejn din l-“informazzjoni ewlenija” tinkludi dejta personali, dan għandu jiġi speċifikat fid-dispożizzjoni. Barra dan, għandhom jiġu definiti l-kategoriji tad-dejta li trid tiġi pproċessata u l-KEPD għandu jiġi kkonsultat dwar l-atti implimentattivi previsti fl-Artikolu 74. |
17. |
Barra dan, l-Artikolu 92 tal-istess proposta jipprovdi għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ informazzjoni ġdida “mill-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri” għall-iskambju sigur ta’ “dejta ta’ interess komuni”. Id-definizzjoni tal-kategoriji tad-dejta li għandha tiġi skambjata hija wiesgħa wisq u għandha tiġi ristretta f’każ li d-dejta personali tkun trid tiġi trasferita bl-użu ta’ din is-sistema. Barra dan, għandha tiġi ċċarata wkoll ir-relazzjoni bejn l-Artikolu 77 u l-Artikolu 92, minħabba li mhuwiex ċar jekk dawn għandhomx l-istess skop u ambitu. |
18. |
Il-premessa 40 tar-regolament orizzontali tgħid li l-Istati Membri għandhom joperaw sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll (23) għal ċerti ħlasijiet u “jkunu awtorizzati biex jagħmlu użu minnha wkoll għal skemi oħrajn ta’ appoġġ mill-Unjoni”. Din id-dispożizzjoni għandha tiġi ċċarata, speċjalment jekk ma tkunx tirrigwarda biss l-isfruttar tas-sinerġiji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ infrastruttura, iżda wkoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-informazzjoni maħżuna fiha għall-iskop tal-monitoraġġ ta’ skemi oħrajn ta’ appoġġ. |
19. |
Skont l-Artikolu 73(1)(ċ) tar-regolament orizzontali, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għandhom, minbarra l-pakketti u l-intitolamenti għall-ħlasijiet, jinkludu wkoll “kwalunkwe informazzjoni oħra msemmija f’dan ir-Regolament jew meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni agrikola settorjali rilevanti jew mill-Istat Membru kkonċernat” (24). F’każ li jkun mistenni li din l-informazzjoni tkun tinkludi dejta personali, għandhom jiġu speċifikati l-kategoriji tad-dejta meħtieġa. |
Id-drittijiet għall-aċċess
20. |
Ir-regolament orizzontali jistabbilixxi għadd ta’ korpi għall-implimentazzjoni prattika tal-PAK u jalloka l-kompiti tagħhom (l-Artikoli 7 sa 15). Għall-Kummissjoni huma previsti l-kompetenzi li ġejjin (it-Titoli IV-VII):
|
21. |
L-ewwel kompitu msemmi fil-paragrafu preċedenti jinvolvi l-ipproċessar ta’ dejta personali, filwaqt li għat-tieni kompitu, prima facie ma hemm l-ebda ħtieġa li d-dejta personali tiġi pproċessata: tista’ titwettaq ukoll valutazzjoni ġenerali tal-miżuri fuq il-bażi ta’ dejta aggregata jew anonimizzata. Sakemm il-Kummissjoni ma tipprovdix ġustifikazzjoni adegwata għall-ħtieġa li tipproċessa dejta personali f’dan il-kuntest, għandu jiġi kkjarifikat li ma għandha tiġi pprovduta l-ebda dejta personali lill-Kummissjoni għall-iskop tal-valutazzjoni ġenerali tal-miżuri. |
22. |
L-Artikoli 49 sa 52 u 61 sa 63 tar-regolament orizzontali jistabbilixxu r-regoli għall-kontrolli fuq il-post (27). Il-proposta tgħid li dawn għandhom jitwettqu primarjament mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, partikolarment fir-rigward taż-żjarat fid-djar jew l-interrogazzjonijiet formali ta’ persuni, iżda tgħid ukoll li l-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni b’hekk miksuba. Hawnhekk, il-leġiżlatur għandu jispeċifika li l-Kummissjoni għandu jkollha aċċess għal din id-dejta biss meta jkun meħtieġ għal skopijiet ta’ kontroll. Għandhom jiġu speċifikati wkoll il-kategoriji tad-dejta personali li għandu jkollha aċċess għalihom il-Kummissjoni. |
23. |
Għall-iskop tal-monitoraġġ tal-għajnuna, ir-regolament orizzontali jistabbilixxi Sistema ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (28) (l-Artikoli 68-78) li tikkonsisti minn għadd ta’ bażijiet tad-dejta:
|
24. |
Il-bażi tad-dejta kompjuterizzata għandha tikkonsisti minn bażi tad-dejta waħda għal kull Stat Membru (u, volontarjament, bażijiet tad-dejta deċentralizzati fihom). Din il-bażi tad-dejta tirreġistra d-dejta miksuba minn kull benefiċjarju permezz ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna u talbiet għal ħlasijiet. Minħabba li mhux id-dejta kollha li tinġabar permezz tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna tista’ tkun meħtieġa għal skopijiet ta’ kontroll, għandha titqies il-possibbiltà li jitnaqqas l-ipproċessar tad-dejta personali f’dan ir-rigward. |
25. |
L-aċċess għas-Sistema ta’ Amministrazzjoni u Kontroll mhuwiex irregolat b’mod espliċitu. Simili għal dak li ntqal fir-rigward tal-kontrolli fuq il-post, il-KEPD jirrakkomanda li l-leġiżlatur jistabbilixxi regoli limitati b’mod ċar għall-aċċess għal din is-sistema. |
26. |
Fir-rigward tal-kontrolli, ir-regolament orizzontali jipprevedi l-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali, inklużi dawk ta’ partijiet terzi (l-Artikoli 79-88) (29). Dawn id-dokumenti jistgħu jinkludu dejta personali dwar partijiet terzi. Il-kundizzjonijiet li taħthom il-partijiet terzi huma mitluba li jiżvelaw id-dokumenti kummerċjali tagħhom għandhom jiġu speċifikati fl-istrument (30). |
27. |
L-Artikolu 87 tal-istess proposta jistabbilixxi li l-uffiċjali tal-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess għad-dokumenti kollha “mħejjija jew fid-dawl ta’, jew wara l-iskrutinju”“skont il-liġijiet nazzjonali rilevanti”. Dan japplika kemm għal każi fejn huma jistgħu jipparteċipaw fl-iskrutinju (il-paragrafu 2) kif ukoll f’dawk il-każi fejn ċerti atti huma riservati għal uffiċjali maħtura mil-liġi tal-Istat Membru fejn isir l-iskrutinju (il-paragrafu 4). Fiż-żewġ każi għandu jiġi żgurat li l-uffiċjali tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għal din id-dejta meta jkun meħtieġ biss (jiġifieri għal skopijiet ta’ kontroll), anki f’każi fejn il-liġi nazzjonali tista’ tippermetti l-aċċess għal skopijiet oħra. Għal dan il-għan, il-KEPD iħeġġeġ lil-leġiżlatur idaħħal eżattezzi fit-test. |
28. |
Skont l-Artikolu 102 tar-regolament orizzontali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ċerti kategoriji ta’ informazzjoni, dikjarazzjonijiet u dokumenti lill-Kummissjoni. Dan għandu jinkludi wkoll “sommarju tar-riżultati tal-verifiki u l-kontrolli kollha disponibbli mwettqa” (l-Artikolu 102(1)(ċ)(v)). Għal dan il-każ, għandu jiġi speċifikat jew li ma għandha tiġi inkluża ebda dejta personali f’dawn is-sommarji jew, jekk id-dejta personali tkun meħtieġa, jiġi speċifikat l-għan li għalih jeħtieġ li dawn jiġu kkomunikati. |
Perjodi ta’ żamma
29. |
L-Artikolu 70(1) tar-regolament orizzontali jgħid li l-bażi tad-dejta kompjuterizzata għandha tippermetti l-konsultazzjoni “permezz tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru” ta’ dejta mis-sena 2000 ’il quddiem u tippermetti “konsultazzjoni diretta u immedjata” ta’ dejta li tirrigwardja “mill-inqas” il-ħames snin kalendriċi konsekuttivi ta’ qabel (31). |
30. |
Is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-ħlasijiet tippermetti l-“verifikazzjoni tad-drittijiet u kontro-verifiki mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna u s-sistema ta’ identifikazzjoni għall-pakketti agrikoli”. L-Artikolu 72(2) tar-regolament orizzontali jistabbilixxi li d-dejta għandha tkun disponibbli għal perjodu ta’ “mill-inqas” erba’ snin (32). |
31. |
Fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ sistemi, il-KEPD ifakkar fl-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva 95/46/KE u fl-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, li jistabbilixxu li d-dejta ma għandhiex tinħażen b’mod identifikabbli għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-iskop li għalih tkun inġabret. Dan jimplika li għandhom jiġu definiti l-perjodi massimi għaż-żamma tad-dejta, mhux biss il-perjodi minimi taż-żamma. |
Trasferimenti internazzjonali
32. |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 157(1) tar-regolament waħdieni dwar l-OKS jgħid li d-dejta tista’ tiġi ttrasferita lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-KEPD jixtieq ifakkar li t-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi li ma jipprovdux protezzjoni adegwata jista’ jkun ġustifikat biss fuq bażi ta’ każ b’każ jekk tapplika xi waħda mill-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 95/46/KE jew tal-Artikolu 9(6) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju, jekk it-trasferiment ikun neċessarju jew legalment meħtieġ fuq bażi importanti ta’ interess pubbliku). |
33. |
F’dan il-każ għandu jiġi speċifikat l-għan speċifiku tat-trasferiment (pereżempju, relatat mal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet internazzjonali) (33). Il-ftehimiet internazzjonali rilevanti għandhom jinkludu salvagwardji speċifiċi fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-dejta personali u l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet mis-suġġetti tad-dejta. Barra dan, f’każ li d-dejta tkun trid tiġi ttrasferita mill-Kummissjoni, it-trasferiment għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni mill-KEPD (34). |
Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni
34. |
Il-premessa 70 tar-regolament orizzontali u l-Memoranda ta’ Spjegazzjoni tal-proposti jgħidu li bħalissa qed jitfasslu regoli ġodda dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-benefiċjarji “b’kunsiderazzjoni għall-oġġezzjonijiet espressi mill-Qorti tal-Ġustizzja” fil-kawża Schecke (35). |
35. |
Il-KEPD jixtieq ifakkar li r-regoli dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni relatata mal-benefiċjarji għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità. Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja (36), jeħtieġ li jinħoloq bilanċ xieraq bejn id-drittijiet fundamentali tal-benefiċjarji għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta u l-interess tal-Unjoni Ewropea li tiggarantixxi t-trasparenza u tiżgura ġestjoni tajba tal-fondi pubbliċi. |
36. |
Dan huwa rilevanti wkoll fir-rigward tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 157(1) tar-regolament waħdieni dwar l-OKS, li jgħid li d-dejta tista’ “titpoġġa għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, soġġetta għall-protezzjoni ta’ dejta personali u tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom”. L-Artikoli 157(2)(d) u 157(3)(ċ) jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati dwar “il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni” u atti implimentattivi dwar l-arranġamenti għat-tpoġġija tal-informazzjoni u d-dokumenti għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
37. |
Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti sejra tkun soġġetta għall-protezzjoni tad-dejta personali. Madankollu fil-proposti għandhom jiġu speċifikati elementi essenzjali bħall-iskop tal-pubblikazzjoni, kif ukoll il-kategoriji tad-dejta li għandha tiġi ppubblikata, minflok permezz ta’ atti ddelegati jew implimentattivi. |
Id-drittijiet tas-soġġetti tad-dejta
38. |
Għandhom jiġu speċifikati d-drittijiet tas-soġġetti tad-dejta, partikolarment fir-rigward tad-dritt għall-informazzjoni u d-dritt għall-aċċess. Dan huwa partikolarment rilevanti fir-rigward tal-Artikolu 81 tar-regolament orizzontali, li jgħid li jistgħu jiġu ċċekkjati d-dokumenti kummerċjali tal-benefiċjarji, kif ukoll tal-fornituri, tal-klijenti, tat-trasportaturi u ta’ partijiet terzi oħrajn. Filwaqt li l-benefiċjarji jistgħu jkunu jafu li d-dejta tagħhom qiegħda tiġi pproċessata, il-partijiet terzi għandhom ikunu infurmati wkoll b’mod adegwat li d-dejta tagħhom tista’ tintuża għal skopijiet ta’ kontroll (pereżempju, permezz ta’ avviż dwar il-privatezza li għandu jingħata fil-mument tal-ġbir u informazzjoni pprovduta fuq is-siti elettroniċi u d-dokumenti kollha rilevanti). L-obbligu li s-suġġetti tad-dejta, inklużi partijiet terzi, jiġu infurmati għandu jiġi inkluż fil-proposti. |
Miżuri ta’ sigurtà
39. |
Għandhom jiġu previsti miżuri ta’ sigurtà, partikolarment fir-rigward tal-bażijiet tad-dejta u s-sistemi kompjuterizzati. Għandhom jitqiesu l-prinċipji tal-kontabilità u tal-Privatezza skont id-Disinn. Lista tal-miżuri ta’ sigurtà li għandhom jiġu adottati fir-rigward ta’ dawn il-bażijiet tad-dejta u s-sistemi kompjuterizzati tista’ tiġi introdotta mill-inqas permezz ta’ atti ddelegati jew implimentattivi. Dan huwa ferm aktar importanti billi d-dejta personali pproċessata fil-kuntest tal-kontrolli u l-iskrutinju tista’ tinkludi dejta dwar reati suspettati. |
40. |
Il-KEPD jilqa’ r-rekwiżiti stabbiliti mill-Artikolu 103 tar-regolament orizzontali rigward il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali għall-iskrutinju fis-sens tal-Artikoli 79-88 tal-istess regolament. |
3. KONKLUŻJONIJIET
41. |
Il-KEPD iqis li l-aspetti ċentrali tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar previsti fil-proposti u s-salvagwardji neċessarji tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu rregolati fit-testi leġiżlattivi ewlenin minflok fl-atti ddelegati jew implimentattivi, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali:
|
42. |
Dawn l-elementi jistgħu jkomplu jiġu elaborati f’atti ddelegati jew implimentattivi. Il-KEPD jistenna li jiġi kkonsultat f’dan ir-rigward. |
43. |
Barra dan, għandhom jiġu previsti miżuri ta’ sigurtà mill-inqas minn atti ddelegati jew implimentattivi, partikolarment fir-rigward tal-bażijiet tad-dejta u s-sistemi kompjuterizzati. Għandhom jitqiesu wkoll il-prinċipji tal-kontabilità u tal-Privatezza skont id-Disinn. |
44. |
Fl-aħħar nett, meta wieħed iqis li f’xi każi tista’ tiġi pproċessata dejta relatata ma’ reati (suspettati), pereżempju f’każijiet ta’ frodi, tista’ tkun meħtieġa verifika minn qabel mid-DPAs nazzjonali kompetenti jew mill-KEPD. |
Magħmula fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2011.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(3) COM(2011) 625 finali.
(4) COM(2011) 626 finali.
(5) COM(2011) 627 finali.
(6) COM(2011) 628 finali.
(7) COM(2011) 629 finali.
(8) COM(2011) 630 finali.
(9) COM(2011) 631 finali.
(10) Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, id-9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke, C-92/09 u C-93/09.
(11) Ħafna minn dawn id-dispożizzjonijiet huma diġà inklużi fil-qafas leġiżlattiv attwali.
(12) COM(2011) 625 finali: premessa 42; COM(2011) 626 finali: premessa 137; COM(2011) 627 finali: premessa 67; COM(2011) 628 finali: premessa 69.
(13) Ara, fost l-oħrajn, l-Artikolu 157 tar-regolament waħdieni dwar l-OKS; it-Titolu VII (Monitoraġġ u evalwazzjoni) u l-Artikoli 78 u 92 tar-regolament dwar l-iżvilupp rurali; kif ukoll l-Artikoli 21-23, 49-52, u t-Titolu V, il-Kapitoli II u III tar-regolament orizzontali.
(14) Ara wkoll l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 89/666/KEE, 2005/56/KE u 2009/101/KE fir-rigward tal-interkonnessjoni ta’ reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji (ĠU C 220, 26.7.2011, p. 1), it-taqsima 3.2; l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU C 216, 22.7.2011, p. 9), il-punti 13, 28 u 30; l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ftehimiet ta’ kreditu relatati ma’ proprjetà residenzjali, il-punti 7, 12 u 13; kollha disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu
(15) Ara, fost l-oħrajn, l-Artikoli 77 u 92 tar-regolament dwar l-iżvilupp rurali.
(16) Ara l-Artikoli 70(1) u 72(2) tar-regolament orizzontali.
(17) L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 95/46/KE.
(18) L-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikolu 20 tad-Direttiva 95/46/KE.
(19) L-għanijiet ta’ dawn il-ħtiġijiet tal-komunikazzjoni huma li: “jimplimentaw dan ir-Regolament, jimmonitorjaw, janalizzaw u jimmaniġġjaw is-suq fi prodotti agrikoli, jiżguraw it-trasparenza tas-suq, il-funzjonament sewwa tal-miżuri tal-PAK, jiċċekkjaw, jikkontrollaw, jimmonitorjaw, jevalwaw u jivverifikaw il-miżuri tal-PAK, u jimplimentaw ftehimiet internazzjonali, inklużi rekwiżiti ta’ notifika skont dawk il-ftehimiet” (ara l-Artikolu 157(1), l-ewwel subparagrafu).
(20) L-iskambju ta’ informazzjoni għal skopijiet simili huwa diġà previst fil-leġiżlazzjoni attwali (Ara, pereżempju, l-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (minn hawn ’il quddiem: “ir-regolament dwar il-finanzjament tal-PAK”) (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1); u l-Artikolu 192 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1)).
(21) Ara wkoll l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-istabbiliment, l-operat u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (COM(2005) 236 finali), u l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) mis-servizzi fl-Istati Membri responsabbli mill-ħruġ ta’ ċertifikati tar-reġistrazzjoni tal-vetturi (COM(2005) 237 finali) (ĠU C 91, 19.4.2006, p. 38), speċjalment il-punt 10; l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – “Ħarsa ġenerali lejn il-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja”, speċjalment il-paragrafi 47-48; u l-Kummenti tal-KEPD dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interoperabilità tad-databases Ewropej tal-10 ta’ Marzu 2006; kollha disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu
(22) Ara l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva 95/46/KE.
(23) Diġà stabbilita mill-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16) (minn hawn ’il quddiem: “ir-regolament dwar ħlasijiet diretti”).
(24) L-Artikolu 19(1)(ċ) tar-regolament dwar ħlasijiet diretti fih kliem simili.
(25) L-Artikolu 36 tar-regolament dwar il-finanzjament tal-PAK, diġà jipprevedi l-iskambju ta’ dejta għal skopijiet simili.
(26) Ara l-Artikolu 110.
(27) Il-kontrolli fuq il-post huma diġà stabbiliti mil-leġiżlazzjoni attwali (ara l-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament dwar il-finanzjament tal-PAK).
(28) Simili għas-sistema diġà stabbilita mill-Artikolu 14 tar-regolament dwar ħlasijiet diretti.
(29) L-iskrutinju tad-dokumenti kummerċjali, inklużi dawk ta’ partijiet terzi, u l-aċċess għalihom mill-Kummissjoni huwa diġà stabbilit fil-leġiżlazzjoni attwali (Ara, pereżempju, l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq tranżazzjonijiet li jifformaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (Verżjoni kodifikata), (ĠU L 143, 3.6.2008, p. 1)).
(30) Ara wkoll l-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta tad-19 ta’ April 2011 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (ĠU C 216, 22.7.2011, p. 9), speċjalment il-paragrafu 32, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu
(31) Kif ġie ddikjarat diġà fl-Artikolu 16 tar-regolament dwar ħlasijiet diretti.
(32) L-Artikolu 18 tar-regolament dwar ħlasijiet diretti fih kliem simili ħafna.
(33) L-Artikolu 157(1), l-ewwel subparagrafu tar-regolament waħdieni dwar l-OKS, jinkludi lista ta’ għanijiet għall-komunikazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, iżda ma jispeċifikax għal liema minn dawn l-għanijiet id-dejta tista’ tiġi trasferita lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali.
(34) L-Artikolu 9(7) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(35) Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, id-9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke u Eifert, kawżi konġunti C-92/09 u C-93/09.
(36) Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, Schecke, para. 77-88.
9.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/10 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq il-pakkett leġiżlattiv dwar il-vittmi tal-kriminalità, inkluża proposta għal Direttiva li tistabbilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità u proposta għal Regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili
2012/C 35/02
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(2) tiegħu,
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
1. INTRODUZZJONI
1.1. Sfont
1. |
Fit-18 ta’ Mejju 2011, il-Kummissjoni adottat pakkett ta’ strumenti leġislattivi dwar il-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità. Il-pakkett leġislattiv jinkludi proposta għal Direttiva li tistabbilixxi standards minimi dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (id-“Direttiva proposta”) u proposta għal Regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili (ir-“Regolament propost”) (3). Iż-żewġ proposti huma akkumpanjati minn Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi fl-UE (4). |
2. |
Il-KEPD ma ġiex ikkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, minkejja l-fatt li l-inizjattiva leġislattiva kienet inkluża fl-Inventarju tal-KEPD ta’ prijoritajiet għal konsultazzjoni leġislattiva (5). Din l-Opinjoni għalhekk hija bbażata fuq l-Artikolu 41(2) tal-istess Regolament. Il-KEPD jirrakkomanda li referenza għall-Opinjoni hija inkluża fil-preambolu tal-istrumenti adottati. |
1.2. Għanijiet u kamp ta’ applikazzjoni tal-pakkett leġislattiv
3. |
Il-KEPD jilqa’ l-objettivi tal-politika tal-pakkett leġislattiv, li, f’konformità mal-Programm ta’ Stokkolma u l-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu, huma li jissaħħu d-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità u li jiġi żgurat li l-bżonn tagħhom għall-protezzjoni, l-appoġġ u l-aċċess għall-ġustizzja jiġi sodisfatt (6). |
4. |
Id-Direttiva proposta hija maħsuba biex tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (7). Hija tistabbilixxi regoli minimi komuni dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità. B’mod partikolari, id-Direttiva proposta għandha l-għan li tiżgura li l-vittmi jiġu trattati b’rispett, li l-bżonnijiet speċjali tal-vittmi vulnerabbli jiġu kkunsidrati, li l-vittmi jirċievu appoġġ u informazzjoni xierqa, u li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri (8). |
5. |
Ir-Regolament propost għandu l-għan li jiżgura li l-vittmi li jibbenefikaw minn miżura ta’ protezzjoni fi kwistjoni ċivili f’wieħed mill-Istati Membri jingħatalhom l-istess livell ta’ protezzjoni jekk jiċċaqilqu lejn Stat Membru ieħor, mingħajr ma jkollhom jgħaddu minn proċedura separata (9). Din il-miżura tikkumplimenta l-proposta għal Direttiva dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni (l-‘inizjattiva OEP’), dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni meħuda fi kwistjonijiet kriminali. L-inizjattiva tal-OEP, li l-KEPD ħareġ Opinjoni fuqha f’Ottubru 2010 (10), bħalissa qed tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. |
1.3. L-għan ta’ din l-Opinjoni
6. |
Il-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali għandha rwol ċentrali fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, kif stabbilit fil-Programm ta’ Stokkolma, u b’mod partikolari fl-ambitu tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. F’Ottubru 2010, il-KEPD ħareġ Opinjoni dwar l-inizjattiva tal-OEP, li fiha enfasizza l-bżonn għal sistema konsistenti ta’ protezzjoni tad-data rigward inizjattivi fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (11). F’din l-okkażjoni, il-KEPD enfasizza li l-ipproċessar tad-data fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali huwa kkaratterizzat mis-sensittività partikolari tad-data involuta u mill-effetti li l-ipproċessar relatat jista’ jkollu fuq is-suġġetti tad-data (12). Huwa għalhekk meħtieġ li tingħata l-attenzjoni xierqa lill-aspetti tal-protezzjoni tad-data marbuta ma’ inizjattivi f’dan il-qasam u li jiġu introdotti regoli u salvagwardji adegwati fejn ikun meħtieġ. |
7. |
Skont il-KEPD, ir-rispett għall-privatezza u d-data personali jikkostitwixxi element essenzjali tal-protezzjoni tal-vittmi li l-istrumenti proposti huma maħsuba li jiżguraw. Għalhekk, l-Opinjoni preżenti se tiffoka fuq l-aspetti relatati mal-privatezza tal-proposti u se jippreżenta ideat sabiex ittejjeb jew issaħħaħ il-protezzjoni tal-vittmi. |
2. ANALIŻI TAL-PROPOSTI
2.1. Direttiva dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità
8. |
Diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva proposta jittrattaw direttament jew indirettament il-privatezza u l-protezzjoni tad-data (13). Ġeneralment, il-KEPD jilqa’ dawn id-dispożizzjonijiet, peress li għandhom l-għan li jippreservaw il-privatezza tal-vittmi. Madankollu, huwa jsib li l-istandards ta’ protezzjoni f’xi każijiet jistgħu jiġu msaħħa u ċċarati, mingħajr ma tiġi ppreġudikata n-natura tagħhom bħala standards minimi. |
9. |
Il-kummenti tal-KEPD se jiffokaw l-aktar fuq l-aspetti li ġejjin: (1) l-Artikolu 23 tad-Direttiva proposta li jittratta d-dritt għal protezzjoni tal-privatezza u r-relazzjonijiet mal-midja, (2) id-drittijiet tal-vittmi għall-informazzjoni u l-aċċess għad-data personali tagħhom stess, u (3) il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn il-vittma u s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi. Dawn l-aspetti se jiġu diskussi fis-subsezzjonijiet li ġejjin. |
2.1.1. Il-protezzjoni tal-privatezza tal-vittma
10. |
Id-dispożizzjoni sostantiva ewlenija tad-Direttiva proposta dwar il-privatezza huwa l-Artikolu 23 intitolat “Id-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata”. L-Artikolu 23(1) jistabbilixxi li “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li waqt il-proċeduri fil-qorti, l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu jistgħu jadottaw miżuri xierqa biex jipproteġu l-ħajja privata u r-ritratti tal-vittmi u tal-membri tal-familji tagħhom”. Il-KEPD għandu diversi osservazzjonijiet dwar din id-dispożizzjoni. |
11. |
L-ewwelnett, l-Artikolu 23(1) ma jkoprix id-dritt sħiħ għall-protezzjoni tal-privatezza tal-vittmi tal-kriminalità. Id-dispożizzjoni għandha kamp ta’ applikazzjoni ħafna aktar limitat peress li hija tipprovdi sempliċiment għas-setgħa tal-“awtoritajiet ġudizzjarji” li joħorġu miżuri protettivi “matul il-proċedimenti tal-qorti”. Madankollu, il-protezzjoni tal-privatezza mhux biss għandha tiġi garantita “matul il-proċeduri tal-qorti”, iżda wkoll matul l-investigazzjoni u l-fażi ta’ qabel il-proċess. B’mod aktar ġenerali, il-privatezza għandha tiġi żgurata fejn ikun meħtieġ mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet kompetenti kif ukoll wara t-tmiem tal-proċeduri ġudizzjarji. |
12. |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li diversi strumenti internazzjonali adottaw approċċ aktar ambizzjuż meta mqabbla mal-Artikolu 23(1). Ir-Rakkomandazzjoni Rec(2006) 8 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-għajnuna lill-vittmi tal-kriminalità, pereżempju, tistabbilixxi li ‘l-Istati għandhom jieħdu passi xierqa biex jevitaw kemm jista’ jkun l-effett fuq il-ħajja privata u tal-familja tal-vittmi kif ukoll biex jipproteġu d-data personali tal-vittmi, b’mod partikolari matul l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni’ (enfasi miżjuda) (14). Strumenti oħrajn fihom dispożizzjonijiet simili (15). |
13. |
Fid-dawl ta’ dak imsemmi hawn fuq, il-KEPD jirrakkomanda li mal-Artikolu 23 jiżdied paragrafu tal-ewwel li jiddikjara f’termini aktar ġenerali li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu kemm jista’ jkun il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja tal-vittmi kif ukoll il-protezzjoni tad-data personali tal-vittmi mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet uffiċjali u wara l-konklużjoni tal-proċeduri kriminali. Barra minn hekk, l-Artikolu 23(1) attwali għandu jiġi modifikat sabiex jippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji biex joħorġu miżuri ta’ protezzjoni “waqt investigazzjoni kriminali” wkoll. |
14. |
Fit-tieni lok, l-Artikolu 23(1) ma fih ebda indikazzjoni dwar il-kontenut tal-miżuri speċifiċi li jistgħu jiġu adottati mill-awtoritajiet ġudizzjarji sabiex jippreservaw id-dritt tal-vittma għall-privatezza. Il-KEPD jifhem l-intenzjoni li l-Istati Membri jibqa’ jkollhom il-livell massimu ta’ flessibbiltà f’dan il-qasam. Madankollu, preċiżjoni akbar tista’ tkun utli. B’mod partikolari, il-proposta tista’ tipprovdi lista ta’ miżuri minimi li l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu jadottaw, skont il-liġi nazzjonali, sabiex jipproteġu l-privatezza tal-vittma (16). Dan jista’ jinkludi pereżempju l-kategoriji ta’ miżuri li ġejjin:
|
15. |
Fit-tielet lok, l-Artikolu 23 ma fih ebda dispożizzjoni li tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi. F’dan ir-rigward, ir-Rakkomandazzjoni Rec(2006) 8 tal-Kunsill tal-Ewropa msemmija hawn fuq għal darb’oħra tipprovdi eżempji utli. Fil-punt 11, ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi li l-Istati għandhom jeħtieġu li l-aġenziji kollha f’kuntatt mal-vittmi jadottaw standards ċari li bihom ikunu jistgħu jiżvelaw biss lil parti terza informazzjoni rċevuta minn jew relatata ma’ vittma, bil-kundizzjoni li l-vittma tkun qablet b’mod espliċitu ma’ dan l-iżvelar, jew jekk ikun hemm ħtieġa jew awtorizzazzjoni legali biex isir dan. Il-KEPD iħeġġeġ lil-leġislatur biex jinkludi dispożizzjoni simili fid-Direttiva proposta. |
2.1.2. Il-privatezza u l-midja
16. |
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 23 jipprovdi li “l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-midja biex issegwi miżuri awtoregolatorji sabiex tipproteġi l-privatezza, l-integrità personali u d-data personali tal-vittmi.” Hawnhekk ukoll il-proposta adottat approċċ minimalistiku, billi rreferiet sempliċement għall-istrument ta’ awtoregolazzjoni. |
17. |
Il-KEPD jifhem ir-raġunijiet għall-adozzjoni ta’ attitudni kawta rigward dan is-suġġett u ġeneralment jaqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni. Ir-relazzjoni bejn il-midja u l-privatezza hija estremament delikata u kumplessa. Huwa wkoll qasam fejn, fil-limiti stabbiliti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, tradizzjonijiet differenti u differenzi kulturali madwar l-Istati Membri jistgħu jkollhom rwol importanti. Dan l-approċċ jidher ukoll konsistenti mal-qafas attwali tal-protezzjoni tad-data (l-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46/KE), li jagħti libertà mdaqqsa lill-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data li jsir għal għanijiet ġurnalistiċi jew għall-iskop ta’ espressjoni artistika jew letterarja (17). |
18. |
Fir-rigward tal-awtoregolamentazzjoni, il-KEPD huwa konvint li dan l-istrument jista’ jkollu rwol importanti fir-rikonċiljazzjoni tal-privatezza u l-libertà tal-espressjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 23(2) jirrifletti l-approċċ meħud mir-Rakkomandazzjoni Rec (2006) 8 li jipprovdi wkoll li l-Istati għandhom jinkoraġġixxu lill-midja biex tadotta u tirrispetta miżuri ta’ awtoregolamentazzjoni sabiex tiġi protetta l-privatezza u d-data personali tal-vittmi (18). Strumenti awtoregolatorji jistgħu jaġixxu wkoll flimkien ma’ dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ qafas, iżda dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu kumpatibbli mal-ġurisprudenza tal-KEDB dwar l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (19). |
2.1.3. Informazzjoni speċifika u drittijiet ta’ aċċess
19. |
Il-KEPD josserva li l-Artikolu 3 tad-Direttiva proposta, dwar id-dritt għall-informazzjoni mill-ewwel kuntatt ma’ awtorità kompetenti, ma jsemmix informazzjoni relatata mal-protezzjoni tad-data. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata tad-data personali tagħhom, il-vittmi għandhom jirċievu fi żmien xieraq l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jifhmu bis-sħiħ kif se tiġi pproċessata d-data personali tagħhom. |
20. |
Il-KEPD għalhekk jirrakkomanda li fl-Artikolu 3 tiġi miżjuda dispożizzjoni addizzjonali li tispeċifika li l-vittmi għandhom jingħataw l-informazzjoni rigward l-ipproċessar ulterjuri tad-data personali tagħhom skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/KE. Barra minn hekk, il-leġislatur jista’ jikkunsidra li jinkludi regoli dwar l-aċċess tal-vittmi għad-data personali tagħhom, filwaqt li jippreserva l-interessi leġittimi relatati ma’ investigazzjoni kriminali u prosekuzzjoni. |
2.1.4. Kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn il-vittmi u s-servizzi ta’ appoġġ
21. |
Id-Direttiva proposta tirrikonoxxi d-dritt li l-vittmi tal-kriminalità jirċievu appoġġ mill-mument li fih isseħħ il-kriminalità, tul il-proċeduri kriminali u wara dawn il-proċeduri skont il-bżonnijiet tal-vittmi (20). Ċerti kategoriji ta’ vittmi, bħall-vittmi ta’ vjolenza sesswali, sess, mibegħda razzjali jew delitti oħra ta’ preġudizzju, jew il-vittmi tat-terroriżmu, jistgħu jeħtieġu servizzi speċjalizzati ta’ appoġġ (21), inkluż appoġġ psikoloġiku. F’dawn il-każijiet, il-komunikazzjonijiet bejn il-vittma u l-professjonisti li jipprovdu s-servizzi ta’ appoġġ għandhom jiġu protetti b’mod adegwat mill-iżvelar. Jekk dan ma jsirx, il-vittma tista’ taqta’ qalba milli tikkomunika liberament mal-konsulent tiegħu/tagħha. Għalhekk il-KEPD jilqa’ r-rekwiżit fl-Artikolu 7 li s-servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi għandhom ikunu “kunfidenzjali”. Madankollu, l-kamp ta’ applikazzjoni u l-konsegwenzi ta’ kunfidenzjalità bħal din jeħtieġ li jiġu ċċarati. |
22. |
B’mod partikolari, id-Direttiva proposta ma tispeċifikax jekk il-komunikazzjonijiet tal-vittmi ma’ fornituri tas-servizzi ta’ appoġġ għandhomx jitqiesu bħala “privileġġati” jew le, fis-sens li l-iżvelar tagħhom matul il-proċeduri tal-qorti huwa eskluż jew limitat b’xi mod ieħor. Dan normalment ikun il-każ fejn il-fornitur tas-servizzi ta’ appoġġ ikun professjonista tal-kura tas-saħħa suġġett għall-obbligu tas-segretezza professjonali. Madankollu, wieħed jista’ jimmaġina każijiet fejn ma jingħatax appoġġ minn professjonisti bħal dawn. F’dawn is-sitwazzjonijiet, huwa dubjuż jekk il-vittma tkunx protetta mill-iżvelar jew le. |
23. |
Għalhekk il-KEPD jirrakkomanda li jiġi speċifikat li l-vittma ta’ dawn ir-reati partikolari għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta l-iżvelar fi kwalunkwe proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi ta’ komunikazzjonijiet kunfidenzjali ma’ fornitur ta’ servizz ta’ appoġġ u li komunikazzjonijiet bħal dawn jistgħu jiġu żvelati minn parti terza biss bil-kunsens tiegħu/tagħha. Normalment, dan għandu jkun il-każ ukoll fi kwalunkwe proċeduri kriminali, bla ħsara għall-interessi leġittimi u fuq bażi relatati ma’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni (jiġifieri l-ġbir mill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ provi indispensabbli). |
2.2. Regolament dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili
2.2.1. Applikabbiltà tal-leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data
24. |
Kif diġà msemmi, ir-Regolament propost jikkumplimenta l-inizjattiva tal-OEP dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet kriminali. Peress li r-Regolament propost jikkonċerna kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali (22), l-applikazzjoni tiegħu taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak li kien l-ewwel pilastru u għalhekk anki fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE (23). Dan ma kienx il-każ għall-inizjattiva tal-OEP. |
25. |
Il-KEPD għalhekk jirrakkomanda li tiġi inkluża referenza għad-Direttiva 95/46/KE mill-inqas fil-premessi tal-proposta, li tiddikjara li data personali pproċessata skont ir-regolament għandha tiġi protetta skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. |
2.2.2. Informazzjoni li għandha tingħata lill-persuna li tikkawża r-riskju
26. |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament propost, persuna li tixtieq tinvoka ordni ta’ protezzjoni fi Stat Membru ieħor għandha tipprovdi ċertifikat lill-awtoritajiet kompetenti. Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ skont il-formola standard stabbilita fl-Anness tar-Regolament propost. L-Anness fih data personali kemm tal-persuna protetta u tal-persuna li tikkawża r-riskju, bħall-identità tagħhom u l-post fejn ikunu jinsabu, u deskrizzjoni tal-miżura ta’ protezzjoni. Il-KEPD jirrikonoxxi li d-data personali inkluża fiċ-ċertifikat kif meħtieġ fl-Anness fil-prinċipju hija adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva għall-finijiet li tkun inġabret għalihom. |
27. |
Madankollu, mhuwiex biżżejjed ċar mill-proposta liema data personali tal-persuna protetta se tiġi kkomunikata lill-persuna li tikkawża r-riskju, b’mod partikolari skont l-Artikolu 13 (24). F’dan ir-rigward, il-KEPD iqis li l-persuna li tikkawża r-riskju għandha tirċievi biss dik id-data personali li tkun strettament meħtieġa għat-twettiq tal-miżura. Barra minn hekk, il-komunikazzjoni in kwistjoni għandha, kemm jista’ jkun, tevita li tiżvela l-indirizz jew dettalji ta’ kuntatt oħra dwar il-persuna protetta (25). Limitazzjoni bħal din għandha tiġi speċifikata fl-Artikolu 13. |
3. KONKLUŻJONIJIET
28. |
Il-KEPD jilqa’ l-għanijiet tal-politika taż-żewġ proposti kkunsidrati u b’mod ġenerali jieħu l-istess approċċ tal-Kummissjoni. Madankollu, huwa jsib li l-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali tal-vittmi fid-Direttiva proposta f’xi każijiet tista’ tissaħħaħ u tiġi ċċarata. |
29. |
Fir-rigward tad-Direttiva proposta dwar id-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, il-KEPD jagħti parir lil-leġislatur biex:
|
30. |
Fir-rigward tal-Regolament propost dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili, il-KEPD jagħti parir lil-leġislatur biex:
|
Magħmula fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2011.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 015 P. 355-374).
(2) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 26 P. 102-124).
(3) Rispettivament, COM(2011) 275 u COM(2011) 276.
(4) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – It-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi fl-UE, COM(2011) 274.
(5) Disponibbli fuq il-websajt tal-KEPD (http://www.edps.europa.eu) fit-taqsima: Konsultazzjoni/Prijoritajiet.
(6) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – It-tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi fl-UE, op. cit., p. 2.
(7) ĠU L 82, 22.3.2001, p. 1. Il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jirrikonoxxi li filwaqt li sar titjib f’dan il-qasam, l-għanijiet tad-Direttiva Qafas ma twettqux kompletament.
(8) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Tisħiħ tad-drittijiet tal-vittmi fl-UE, op. cit., p. 8.
(9) Ibid.
(10) Opinjoni tal-KEPD tal-5 ta’ Ottubru 2010 dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni u l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea fi kwistjonijiet kriminali, (ĠU C 355, 29.12.2010, p. 1).
(11) Ibid., ara b’mod partikolari t-Taqsima II tal-Opinjoni.
(12) Ibid., punt 1.
(13) Ara, b’mod partikolari, il-Premessa 22, li tirrikonoxxi li l-protezzjoni tal-privatezza tal-vittma tista’ tkun mezz importanti li jimpedixxi aktar vittimizzazzjoni; il-Premessa 27 li tirreferi għall-protezzoni ta’ data personali mogħtija lil individwi skont id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI għall-Konvenzjoni 108 tal-Kunsill tal-Ewropa; l-Artikolu 21 li jittratta miżuri sabiex jiġu evitati l-mistoqsijiet mhux meħtieġa dwar il-ħajja privata tal-vittma u miżuri li jippermettu li ssir seduta mingħajr il-preżenza tal-pubbliku; l-Artikolu 23 li jitratta d-dritt għall-protezzjoni tal-privatezza u l-komportament tal-midja.
(14) Punt 10.8. tar-Rakkomandazzjoni Rec(2006) 8 tal-Kunsill tal-Ewropa.
(15) Ara, eż., Abbozz tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Ġustizzja u l-Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità u l-Abbuż tal-Poter, Artikoli 5(2)(g), 6, 8(6)(g); Linji Gwida tal-Kumitat tal-Ministri dwar il-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Atti Terroristiċi, adottati fit-2 ta’ Marzu 2005, punt VIII; Linji Gwida dwar il-Ġustizzja għat-Tfal Vittmi u x-Xhieda tal-Kriminalità, ECOSOC Res 2005/20, 2005, punti 8(a), 26 sa 28.
(16) Dan huwa konformi mal-approċċ meħud mill-Artikolu 21 rigward id-dritt għall-protezzjoni ta’ vittmi vulnerabbli waqt il-proċeduri kriminali.
(17) L-Artikolu 9 tad-Direttiva 95/46/KE jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal eżenzjonijiet jew derogi dwar l-ipproċessar ta’ data personali magħmul biss għal għanijiet ġurnalistiċi jew għall-iskop ta’ espressjoni artistika jew letterarja jekk dawn ikunu meħtieġa biss biex jirrikonċiljaw id-dritt tal-ħajja privata mar-regoli li jirregolaw il-libertà tal-espressjoni.
(18) Punt 10.9. tar-Rakkomandazzjoni Rec(2006) 8 tal-Kunsill tal-Ewropa.
(19) Artikolu 10, paragrafu 2, tal-KEDB jippermetti biss limitazzjonijiet għad-dritt tal-libertà ta’ espressjoni li huma “preskritti b’liġi”, u ‘meħtieġa f’soċjetà demokratika għal interessi pubbliċi speċifiċi u importanti (bħas-sigurtà nazzjonali, integrità territorjali, libertà mill-kriminalità u d-diżordni, saħħa u moralità) jew għall-protezzjoni tar-reputazzjoni jew id-drittijiet tal-oħrajn. Fil-Konklużjonijiet Ġenerali tagħha tal-kawża Satakunnan (Kawża C-73/07, Tietosuojavaltuutettu v Satakunnan Markkinapörssi and Satamedia, [2008] Ġabra I-9831), l-Avukat Ġenerali Kokott, osservat korrettament li “l-applikazzjoni stretta tar-regoli tal-protezzjoni tad-data tista’ tillimita b’mod sostanzjali l-libertà tal-espressjoni. Il-ġurnaliżmu investigattiv fil-parti l-kbira jiġi eliminat jekk il-midja tkun tista’ tipproċessa u tippubblika data personali biss bil-kunsens ta’, jew f’konformità mal-informazzjoni pprovduta mill-persuna kkonċernata. Min-naħa l-oħra, huwa ovvju li l-midja tista’ tikser id-dritt tal-individwi tar-rispett għall-ħajja privata tagħhom. (17) Konsegwentment, għandu jinsab bilanċ.” (paragrafu 43).
(20) Ara l-Premessa 13 u l-Artikolu 7 tad-Direttiva proposta.
(21) Ibid.
(22) Ara l-Artikolu 81 TFUE, jiġifieri dak li kien l-Artikolu 65 tat-Trattat KE.
(23) Id-Direttiva 95/46/KE m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali fil-kors ta’ attività li ma tkunx skont il-finijiet tal-liġi tal-Komunità, bħalma huma dawk provduti fit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u fi kwalunkwe każ għal operazzjonijiet ta’ ipproċessar dwar sigurtà pubblika, difiża, sigurtà tal-Istat u l-attivitajiet tal-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali (ara l-Artikolu 3 tad-Direttiva).
(24) L-Artikolu 13 jikkonċerna l-obbligi ta’ informazzjoni vis-à-vis il-persuna li tikkawża r-riskju.
(25) Ara f’dan ir-rigward l-Opinjoni tal-KEPD tal-5 ta’ Ottubru 2010 dwar l-Ordni Ewropea ta’ Protezzjoni u l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea fi kwistjonijiet kriminali, op. cit., paragrafi 45-49.
9.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/16 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment ta’ Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti
2012/C 35/03
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu (2),
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA
1. INTRODUZZJONI
1.1. Konsultazzjoni tal-KEPD u l-għan tal-Opinjoni
1. |
Fit-28 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar l-użu u t-trasferiment ta’ Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (3) (minn hawn ’il quddiem: “il-ftehim”). |
2. |
Fid-9 ta’ Novembru 2011, il-KEPD ġie kkonsultat b’mod informali dwar l-abbozz tal-Proposta, fil-kuntest ta’ proċedura mgħaġġla. Fil-11 ta’ Novembru 2011, huwa ħareġ għadd ta’ kummenti ristretti. L-għan ta’ din l-Opinjoni huwa li tikkumplimenta dawn il-kummenti fid-dawl ta’ din l-Proposta u li tagħmel l-opinjonijiet tiegħu disponibbli għall-pubbliku. Din l-Opinjoni tibni wkoll fuq numru ta’ interventi preċedenti mill-KEPD u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 rigward il-PNR. |
1.2. Il-Kuntest tal-Propost
3. |
Il-ftehim għandu l-għan li jipprovdi bażi legali soda għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR mill-UE lill-Istati Uniti. Attwalment it-trasferiment huwa bbażat fuq il-ftehim tal-2007 (4) peress li l-Parlament iddeċieda li jipposponi l-vot tiegħu dwar il-kunsens sakemm jiġi sodisfatt it-tħassib tiegħu dwar il-protezzjoni tad-dejta. B’mod partikolari, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2010 (5), il-Parlament irrefera għar-rekwiżiti li ġejjin:
|
4. |
Dan il-ftehim għandu jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-approċċ globali għall-PNR, li jinkludi negozjati ma’ pajjiżi terzi oħra (jiġifieri l-Awstralja (8) u l-Kanada (9)), u proposta għal skema tal-PNR fil-livell tal-UE (10). Huwa jaqa’ wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tan-negozjati attwali għal ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-iskambju ta’ dejta personali fil-qafas tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali (11). F’kuntest usa’, il-ftehim ġie inizjalat ftit ġimgħat qabel l-adozzjoni mistennija tal-proposti għar-reviżjoni tal-qafas ġenerali għall-protezzjoni tad-dejta (12). |
5. |
Il-KEPD jilqa’ dan l-approċċ globali bil-għan li jipprovdi qafas legali koerenti għall-ftehimiet tal-PNR b’mod konformi mar-rekwiżiti legali tal-UE. Madankollu, huwa jiddispjaċih li dan iż-żmien, fil-prattika, ma jippermettix li tiġi żgurata l-konsistenza ta’ dawn il-ftehimiet mar-regoli l-ġodda tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. Huwa jixtieq ifakkar ukoll li l-ftehim ġenerali bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-iskambji tad-dejta għandu jkun applikabbli għall-Ftehim dwar il-PNR bejn l-UE u l-Istati Uniti. |
2. RIMARKI ĠENERALI
6. |
Skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, kwalunkwe limitazzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali għandha tkun meħtieġa, proporzjonali u stabbilita bil-liġi. Kif intqal ripetutament mill-KEPD (13) u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (14), il-ħtieġa u proporzjonalità tal-iskemi tal-PNR u tat-trasferimenti kbar ta’ dejta tal-PNR lil pajjiżi terzi s’issa għadhom ma ntwerewx. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali huma ta’ din il-fehma wkoll (15). Il-kummenti speċifiċi ta’ hawn taħt huma mingħajr preġudizzju għal din l-osservazzjoni preliminari u fundamentali. |
7. |
Filwaqt li dan il-ftehim jinkludi xi titjib meta mqabbel mal-ftehim tal-2007, u jinkludi salvagwardji xierqa dwar is-sigurtà u s-sorveljanza tad-dejta, ma jidher li ġie sodisfatt l-ebda tħassib ewlieni espress fl-opinjonijiet imsemmija hawn fuq u lanqas il-kundizzjonijiet meħtieġa mill-Parlament Ewropew biex jipprovdi l-kunsens tiegħu (16). |
3. RIMARKI SPEĊIFIĊI
3.1. L-għan għandu jiġi ċċarat
8. |
L-Artikolu 4(1) tal-ftehim jiddikjara li l-Istati Uniti jipproċessaw dejta tal-PNR għall-finijiet ta’ prevenzjoni, skoperta, investigazzjoni u prosekuzzjoni ta’ (a) reati terroristiċi u reati relatati u (b) reati li huma punibbli b’sentenza ta’ priġunerija ta’ tliet snin jew aktar u li huma transnazzjonali fin-natura. Xi wħud minn dawn il-kunċetti huma definiti aktar. |
9. |
Għalkemm dawn id-definizzjonijiet huma aktar preċiżi milli fil-ftehim tal-2007, għad hemm xi kunċetti u eċċezzjonijiet vagi li jistgħu jinjoraw il-limitazzjoni tal-iskop u jħassru ċ-ċertezza legali. B’mod partikolari:
|
3.2. Il-lista tad-dejta tal-PNR li għandha tiġi ttrasferita trid titnaqqas
10. |
L-Anness I tal-ftehim fih 19-il tip ta’ dejta li sejra tintbagħat lill-Istati Uniti. Ħafna minnhom jinkludu wkoll kategoriji differenti ta’ dejta u huma identiċi għall-oqsma tad-dejta fil-ftehim tal-2007, li kienu diġà meqjusa sproporzjonati mill-KEPD u mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (18). |
11. |
Dan jirreferi b’mod partikolari għall-qasam “Rimarki ġenerali inkluż informazzjoni OSI (19), SSI (20) and SSR (21)”, li jista’ jiżvela dejta relatata ma’ twemmin reliġjuż (e.ż., il-preferenzi tal-ikel) jew mas-saħħa (e.ż. talba għal siġġu tar-roti). Dejta sensittiva bħal din għandha tiġi eskluża mil-lista b’mod espliċitu. |
12. |
Filwaqt li tiġi evalwata l-proporzjonalità tal-lista, għandu jitqies li minħabba t-trasmissjoni avvanzata (l-Artikolu 15(3) tal-ftehim), dawn il-kategoriji sejrin jirreferu mhux biss għal passiġġieri attwali iżda wkoll għal dawk l-individwi li finalment ma jtirux (e.ż., minħabba kanċellazzjonijiet). |
13. |
Barra minn hekk, il-preżenza ta’ oqsma tad-dejta miftuħ tista’ tħassar iċ-ċertezza legali. Kategoriji bħal “l-informazzjoni kollha disponibbli dwar kuntatti”, “l-informazzjoni dwar il-bagalji kollha” u “rimarki ġenerali” għandhom jiġu definiti aħjar. |
14. |
Għalhekk, il-lista għandha titnaqqas. B’mod konformi mal-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (22), aħna nemmnu li d-dejta għandha tkun limitata għal din l-informazzjoni: kodiċi tal-lokalizzatur tar-reġistrazzjoni tal-PNR, data tal-prenotazzjoni, data(i) tal-ivvjaġġar previst, isem tal-passiġġieri, ismijiet oħra tal-PNR, itinerarju tal-vjaġġi kollha, identifikaturi għall-biljetti b’xejn, biljetti mingħajr ritorn, informazzjoni fil-qasam tal-biljetti, dejta tal-ATFQ (Kwotazzjoni Awtomatizzata tal-Prezz tal-Biljett), numru tal-biljett, data tal-ħruġ tal-biljett, assenzi preżenza, numru ta’ bagalji, numri tat-tikketta tal-bagalji, passiġġieri mingħajr prenotazzjoni, numru ta’ bagalji fuq kull segment, promozzjonijiet volontarji/involontarji, il-bidliet storiċi kollha għad-dejta tal-PNR fir-rigward tal-punti msemmija hawn fuq. |
3.3. Id-DHS ma għandux jipproċessa dejta sensittiva
15. |
L-Artikolu 6 tal-ftehim jiddikjara li d-DHS għandu juża sistemi awtormatizzati għall-filtrazzjoni u “l-protezzjoni” ta’ dejta sensittiva. Madankollu, id-dejta sensittiva għandha tiġi maħżuna għal mill-inqas 30 jum u tista’ tintuża f’każijiet speċifiċi (l-Artikolu 6(4)). Il-KEPD jenfasizza li, anki wara li jkun hemm “protezzjoni”, din id-dejta xorta tkun “sensittiva” u tirrigwarda persuni fiżiċi identifikabbli. |
16. |
Kif diġà ġie ddikjarat mill-KEPD, id-DHS m’għandux jipproċessa dejta sensittiva relatata maċ-ċittadini tal-UE, anki jekk ikun hemm “protezzjoni” taghha meta tasal. Il-KEPD jirrakkomanda li fit-test tal-ftehim jiġi speċifikat li t-trasportaturi bl-ajru m’għandhomx jittrasferixxu dejta sensittiva lid-DHS. |
3.4. Il-perjodu ta’ żamma huwa eċċessiv
17. |
L-Artikolu 8 jistabbilixxi li d-dejta tal-PNR għandha tinżamm sa 5 snin f’database attiva u mbagħad tiġi trasferita f’database inattiva u tiġi maħżuna sa 10 snin. Dan il-perjodu massimu ta’ żamma ta’ 15-il sena huwa spropozjonat b’mod ċar, irrispettivament minn jekk id-dejta tinżammx f’databases “attivi” jew “inattivi”, kif ġie diġà enfasizzat mill-KEPD u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29. |
18. |
L-Artikolu 8(1) jispeċifika li d-dejta sejra tkun “depersonalizzat[a] u protett[a]” sitt xhur wara li tasal fid-DHS. Madankollu, kemm dejta “protetta” u dejta maħżuna f’“database inattiva” huma dejta personali sakemm dawn ma jiġux anonimizzati. Id-dejta għandha għalhekk tiġi anonimizzata (b’mod irriversibbli) jew imħassra immedjatament wara l-analiżi jew wara massimu ta’ 6 xhur. |
3.5. Użu tal-metodu “push” u l-frekwenza tat-trasferimenti
19. |
Il-KEPD jilqa’ l-Artikolu 15(1), li jiddikjara li d-dejta sejra tiġi trasferita permezz tal-metodu “push”. Madankollu, l-Artikolu 15(5) jeħtieġ li t-trasportaturi “jipprovdu aċċess” għad-dejta tal-PNR f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Sabiex jiġi prekluż b’mod definittiv l-użu tas-sistema “pull”, u fid-dawl tat-tħassib li reċentement ġie enfasizzat għal darb’oħra mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (23), aħna nagħtu parir li l-ftehim jipprojbixxi b’mod espliċitu l-possibbiltà li uffiċjali tal-Istati Uniti jkollhom aċċess għad-dejta separatament permezz ta’ sistema “pull”. |
20. |
In-numru u l-perjodiċità tat-trasferimenti minn trasportaturi bl-ajru lid-DHS għandu jiġi definit fil-ftehim. Sabiex tittejjeb iċ-ċertezza legali, il-kundizzjonijiet li fihom ikunu awtorizzati trasferimenti addizzjonali għandhom ikunu aktar dettaljati. |
3.6. Sigurtà tad-dejta
21. |
Il-KEPD jilqa’ l-Artikolu 5 tal-ftehim dwar is-sigurtà u l-integrità tad-dejta u, b’mod partikolari, l-obbligu li l-individwi affettwati jiġu notifikati rigward inċident relatat mal-privatezza. Madankollu, l-elementi li ġejjin ta’ notifika tal-ksur tad-dejta għandhom jiġu ċċarati:
|
22. |
Il-KEPD jappoġġa l-obbligu li kull aċċess u pproċessar tal-PNR jiġi rreġistrat jew dokumentat, peress li dan sejjer jippermetti verifika dwar jekk id-DHS ikunx uża d-dejta tal-PNR b’mod xieraq u jekk kienx hemm xi aċċess mhux awtorizzat għas-sistema. |
3.7. Superviżjoni u infurzar
23. |
Il-KEPD jilqa’ l-fatt li l-konformità mas-salvagwardji tal-privatezza fil-ftehim sejra tkun soġġetta għal reviżjoni indipendenti u sorveljanza mill-Uffiċjali dwar il-Privatezza tad-Dipartiment bħall-Kap Uffiċjal tal-Privatezza tad-DHS, kif iddikjarat fl-Artikolu 14(1). Madankollu, sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, il-KEPD u l-Awtoritajiet nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jaħdmu mad-DHS fuq il-proċeduri u l-modalitajiet tal-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet (24). Il-KEPD jilqa’ referenza għal din il-kooperazzjoni fil-ftehim. |
24. |
Il-KEPD jappoġġja bis-sħiħ id-dritt għal rimedju “irrispettivament min-nazzjonalità, il-pajjiż ta’ oriġini, jew il-post ta’ residenza” stabbilit fl-Artikolu 14(1), it-tieni subparagrafu. Madankollu, huwa jiddispjaċih li l-Artikolu 21 jiddikjara b’mod espliċitu li l-ftehim “m’għandux joħloq jew jagħti, skont il-liġi tal-Istati Uniti, xi dritt jew benefiċċju lil kwalunkwe persuna”. Anki jekk jingħata d-dritt għal “stħarriġ ġudizzjarju” fl-Istati Uniti skont il-ftehim, dan id-dritt ma jistax ikun ekwivalenti għad-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fl-UE, b’mod partikolari fid-dawl tar-restrizzjoni ddikjarata fl-Artikolu 21. |
3.8. Trasferimenti nazzjonali u internazzjonali ’l quddiem
25. |
L-Artikolu 16 tal-ftehim jipprojbixxi t-trasferiment tad-dejta lill-awtoritajiet domestiċi li ma jipprovdux lill-PNR salvagwardji “ekwivalenti jew paragunabbli” għal dawk stabbiliti f’dan il-ftehim. Il-KEPD jilqa’ din id-dispożizzjoni. Madankollu, il-lista ta’ awtoritajiet li jistgħu jirċievu dejta tal-PNR, għandha tiġi speċifikata aħjar. F’dak li jirrigwarda trasferimenti internazzjonali, il-ftehim jipprevedi li dawn għandhom iseħħu biss jekk l-użu maħsub tar-riċevitur ikun konsistenti ma’ dan il-ftehim u jipprovdi salvagwardji tal-privatezza “paragunabbli” ma’ dawk previsti fil-ftehim, ħlief f’ċirkostanzi ta’ emerġenza. |
26. |
Fir-rigward tal-kliem “paragunabbli” jew “ekwivalenti” użat fil-ftehim, il-KEPD jixtieq jenfasizza li m’għandu jsir l-ebda trasferiment domestiku jew internazzjonali ’l quddiem mid-DHS sakemm il-benefiċjarju ma jipprovdix salvagwardji li mhumiex inqas strinġenti minn dawk stabbiliti f’dan il-ftehim. Fil-ftehim għandu jiġi ċċarat ukoll li t-trasferiment ta’ dejta tal-PNR għandu jsir fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jiġi żgurat li d-dejta meħtieġa biss tiġi ttrasferita lir-riċevituri rilevanti, u ma għandha tiġi permessa l-ebda eċċezzjoni. Barra minn hekk, il-KEPD jirrakkomanda li t-trasferimenti ta’ dejta lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel. |
27. |
L-Artikolu 17(4) jistabbilixxi li meta d-dejta ta’ residenti ta’ Stat Membru tal-UE tiġi trasferiti lejn pajjiż terz, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jiġu infurmati fil-każijiet fejn id-DHS ikun konxju ta’ din is-sitwazzjoni. Din il-kundizzjoni għandha tiġi mħassra, peress li d-DHS għandu dejjem ikun konxju ta’ trasferimenti ’l quddiem lejn pajjiżi terzi. |
3.9. Forma u reviżjoni tal-ftehim
28. |
Mhuwiex ċar liema forma legali hija magħżula mill-Istati Uniti għad-dħul f’dan il-ftehim u kif dan il-ftehim sejjer isir legalment vinkolanti fl-Istati Uniti. Dan għandu jiġi ċċarat. |
29. |
L-Artikolu 20(2) jindirizza l-koerenza mal-iskema possibbli tal-PNR tal-UE. Il-KEPD josserva li l-konsultazzjonijiet dwar l-aġġustament ta’ dan il-ftehim għandhom jeżaminaw b’mod partikolari “jekk kwalunkwe sistema futura tal-PNR tal-UE tapplikax standards ta’ protezzjoni tad-dejta inqas stretti minn dawk previsti f’dan il-ftehim”. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, kull aġġustament għandu wkoll (u partikolarment) jikkunsidra salvagwardji aktar b’saħħithom fi kwalunkwe skema tal-PNR fil-futur. |
30. |
Il-ftehim għandu jiġi rivedut ukoll fid-dawl tal-qafas il-ġdid għall-protezzjoni tad-dejta u tal-konklużjoni possibbli ta’ ftehim ġenerali bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-iskambju ta’ dejta personali fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali. Tista’ tiġi miżjuda dispożizzjoni ġdida simili għall-Artikolu 20(2) li tistabbilixxi li “jekk u meta jiġi adottat qafas ġdid għall-protezzjoni tad-dejta fl-UE jew jiġi konkluż ftehim ġdid dwar l-iskambju ta’ dejta bejn l-UE u l-Istati Uniti, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jiddeterminaw jekk il-Ftehim preżenti għandux jiġi aġġustat skont dan. Konsultazzjonijiet bħal dawn għandhom jeżaminaw b’mod partikolari jekk kwalunkwe modifika futura tal-qafas legali tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE jew kwalunkwe ftehim dwar il-protezzjoni tad-dejta fil-futur bejn l-UE u l-Istati Uniti għandux japplika salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta aktar stretti minn dawk previsti f’dan il-ftehim”. |
31. |
F’dak li jirrigwarda r-reviżjoni tal-ftehim (l-Artikolu 23), il-KEPD iqis li l-Awtoritajiet nazzjonali għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom jiġu inklużi espliċitament fit-tim ta’ reviżjoni. Ir-reviżjoni għandha tikkonċentra wkoll fuq valutazzjoni tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżuri, dwar l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, u jinkludu verifika tal-mod li bih it-talbiet tas-suġġetti tad-dejta qegħdin jiġu pproċessati fil-prattika, speċjalment meta ma jkun awtorizzat l-ebda aċċess dirett. Il-frekwenza tar-reviżjonijiet għandha tkun speċifikata. |
4. KONKLUŻJONI
32. |
Il-KEPD jilqa’ s-salvagwardji dwar is-sigurtà u s-sorveljanza tad-dejta previsti fil-ftehim u t-titjib meta mqabbla mal-ftehim tal-2007. Madankollu, jibqa’ ħafna tħassib speċjalment rigward il-koerenza tal-approċċ globali għall-PNR, il-limitazzjoni tal-iskop, il-kategoriji tad-dejta li għandha tiġi trasferita lid-DHS, l-ipproċessar ta’ dejta sensittiva, il-perjodu ta’ żamma, l-eċċezzjonijiet għall-metodu “push”, id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u t-trasferimenti ’l quddiem. |
33. |
Dawn l-osservazzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ ħtieġa u proporzjonalità għal kwalunkwe skema leġittima tal-PNR u ftehim li jipprovdi għat-trasferiment kbir ta’ dejta tal-PNR mill-UE lejn pajjiżi terzi. Kif tenna l-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju, “in-neċessità u l-proporzjonalità huma prinċipji ewlenin mingħajr liema l-ġlieda kontra t-terroriżmu qatt ma tista’ tkun effettiva”. |
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2011.
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(3) COM(2011) 807 finali.
(4) Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi tal-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti (DHS) (ĠU L 204, 4.8.2007, p. 18).
(5) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar it-tnedija ta’ negozjati għal ftehimiet ta’ Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) mal-Istati Uniti, l-Awstralja u l-l-Kanada (ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 70). Ara wkoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2003 dwar it-trasferiment ta’ data personali mil-linji tal-ajru fil-każ ta’ titjiriet transatlantiċi (ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 381), tad-9 ta’ Ottubru 2003 dwar it-trasferiment ta’ data mil-linji tal-ajru fil-każ ta’ titjiriet transatlantiċi: stat ta’ negozjati mal-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU C 81 E, 31.3.2004, p. 105), tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-livell adegwat ta’ protezzjoni pprovdut mid-data personali misjuba fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNRs) trasferiti lejn l-Uffiċċju tad-Dwana u l-Protezzjoni tal-Fruntieri tal-Istati Uniti (ĠU C 103 E, 29.4.2004, p. 665), ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2006 dwar in-negozjati għal ftehim mal-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-użu ta’ data tar-reġistri tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità internazzjonali, inkluża l-krminalità organizzata (ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 250), riżoluzzjoni tal-14 ta’ Frar 2007 dwar SWIFT, il-ftehim tal-PNR u d-djaloġu transatlantiku dwar dawn il-kwistjonijiet (ĠU C 287E, 29.11.2007, p. 349), u r-riżoluzzjoni tat-12 ta’ Lulju 2007 dwar il-Ftehim tal-PNR mal-Istati Uniti tal-Amerika (Testi adottati, P6_TA(2007)0347). Dawn huma kollha disponibbli fuq http://www.europarl.europa.eu
(6) Limitata għall-infurzar tal-liġi u l-finijiet tas-sigurtà fil-każijiet ta’ kriminalità serja organizzata u transnazzjonali jew terroriżmu ta’ natura transkonfinali, fuq il-bażi tad-definizzjonijiet legali stabbiliti fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3) u fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
(7) “L-ebda deċiżjoni biex passiġġier ma jtirx jew deċiżjoni ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni ma tista’ tittieħed unikament fuq ir-riżultati ta’ tfittxijiet awtomatizzati bħal dawn jew tfittxijiet fil-bażijiet tad-data”.
(8) Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi tal-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri, iffirmat fid-29 ta’ Settembru 2011.
(9) Ftehim bejn il-Komunità Ewropew u l-Gvern tal-Kanada dwar l-ipproċessar ta’ Informazzjoni Antiċipata dwar il-Passiġġieri u r-rekord ta’ Data tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (ĠU L 82, 21.3.2006, p. 15).
(10) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serji (COM/2011/0032 finali).
(11) Fit-3 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill awtorizza l-ftuħ tan-negozjati għal ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali meta tiġi trasferita u pproċessata għall-iskop tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, inkluż it-terroriżmu, fil-qafas tal-kooperazzjoni mal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali. Ara l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni fuq http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/10/1661
(12) Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija komprensiva dwar il-ħarsien tad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea, 4 ta’ Novembru 2010, COM(2010) 609 finali, u s-segwitu tagħha.
(13) Opinjoni tal-KEPD tal- 25 ta’ Marzu 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serji; Opinjoni tal-KEPD tal-15 ta’ Lulju 2011 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-UE u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri minn trasportaturi tal-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntiera; Opinjoni tal-KEPD tad-19 ta’ Ottubru 2010 dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta’ data fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri lil pajjiżi terzi; u Opinjoni tal-KEPD tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar il-Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-użu ta’ data fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi. Kollha disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu
(14) Opinjoni 10/2011 tad-WP29 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-data fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-intraċċar, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serj; Opinjoni 7/2010 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-approċċ globali għat-trasferimenti ta’ data fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi; Opinjoni 5/2007 dwar il-ftehim ta’ segwitu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data fir-reġistri tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) minn trasportaturi tal-ajru lid-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti konkluż f’Lulju 2007 u Opinjoni 4/2003 dwar il-Livell ta’ Protezzjoni żgurat fl-Istati Uniti għat-Trasferiment tad-Data tal-Passiġġieri. Dawn huma kollha disponibbli fuq http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/workinggroup/wpdocs/2011_en.htm
(15) Opinjoni tal-FRA tal-14 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva dwar l-użu ta’ data fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serji (disponibbli fuq http://fra.europa.eu/fraWebsite/attachments/FRA-PNR-Opinion-June2011.pdf) u Opinjoni tal-KESE tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ data fir-Reġistri tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serji (disponibbli fuq http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.soc-opinions.15579).
(16) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 5.
(17) Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3).
(18) Ara l-Opinjonijiet tal-KEPD u tad-WP29 imsemmija hawn fuq.
(19) Informazzjoni oħra relatata mas-Servizzi.
(20) Informazzjoni dwar Servizzi Speċjali.
(21) Talbiet dwar Servizzi Speċjali.
(22) Ara l-Opinjoni 4/2003 tad-WP29, imsemmija hawn fuq.
(23) Ara l-Ittra tad-19 ta’ Jannar 2011 mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 lill-Kummissarju Malmström rigward il-Ftehim tal-PNR tal-UE mal-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja.
(24) Il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 pereżempju diġà pprovda gwida dwar l-għoti ta’ informazzjoni lill-passiġġieri (ara l-Opinjoni 2/2007 tad-WP29 tal-15 ta’ Frar 2007 (riveduta u aġġornata fl-24 ta’ Ġunju 2008) dwar informazzjoni lill-passiġġieri dwar it-trasferiment ta’ dejta fil-PNR lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti, disponibbli fuq http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/docs/wpdocs/2008/wp151_mt.pdf)
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
9.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/23 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta’ Frar 2012
2012/C 35/04
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3274 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
102,11 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4328 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,83495 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,8285 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2114 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,6290 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,812 |
HUF |
Forint Ungeriż |
289,65 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,6990 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1773 |
RON |
Leu Rumen |
4,3505 |
TRY |
Lira Turka |
2,3191 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,2251 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3199 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,2927 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5814 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6519 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 480,91 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,0158 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,3614 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5823 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
11 791,74 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9878 |
PHP |
Peso Filippin |
56,109 |
RUB |
Rouble Russu |
39,5590 |
THB |
Baht Tajlandiż |
40,791 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,2853 |
MXN |
Peso Messikan |
16,8232 |
INR |
Rupi Indjan |
65,2350 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
9.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/24 |
Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72
Perjodu ta' referenza: Jannar 2012
Perjodu ta' applikazzjoni: April, Mejju u Ġunju 2012
01-2012 |
EUR |
BGN |
CZK |
DKK |
LVL |
LTL |
HUF |
PLN |
1 EUR = |
1 |
1,95580 |
25,5308 |
7,43531 |
0,698968 |
3,45280 |
307,329 |
4,37601 |
1 BGN = |
0,511300 |
1 |
13,0539 |
3,80167 |
0,357382 |
1,76542 |
157,137 |
2,23745 |
1 CZK = |
0,0391684 |
0,0766056 |
1 |
0,291229 |
0,0273775 |
0,135241 |
12,0376 |
0,171402 |
1 DKK = |
0,134493 |
0,263042 |
3,43372 |
1 |
0,0940066 |
0,464379 |
41,3337 |
0,588545 |
1 LVL = |
1,43068 |
2,79812 |
36,5264 |
10,6376 |
1 |
4,93985 |
439,690 |
6,26068 |
1 LTL = |
0,289620 |
0,566439 |
7,39422 |
2,15341 |
0,202435 |
1 |
89,0087 |
1,26738 |
1 HUF = |
0,00325384 |
0,00636386 |
0,0830731 |
0,0241933 |
0,00227433 |
0,0112349 |
1 |
0,0142389 |
1 PLN = |
0,228518 |
0,446936 |
5,83425 |
1,69911 |
0,159727 |
0,789029 |
70,2304 |
1 |
1 RON = |
0,230327 |
0,450474 |
5,88043 |
1,71255 |
0,160991 |
0,795274 |
70,7862 |
1,00791 |
1 SEK = |
0,112991 |
0,220988 |
2,88475 |
0,840122 |
0,0789771 |
0,390135 |
34,7254 |
0,494450 |
1 GBP = |
1,20178 |
2,35043 |
30,6823 |
8,93558 |
0,840003 |
4,14949 |
369,341 |
5,25899 |
1 NOK = |
0,130290 |
0,254821 |
3,32640 |
0,968744 |
0,0910683 |
0,449864 |
40,0418 |
0,570149 |
1 ISK = |
0,00626073 |
0,0122447 |
0,159841 |
0,0465504 |
0,00437605 |
0,021617 |
1,92410 |
0,0273970 |
1 CHF = |
0,825910 |
1,61531 |
21,0861 |
6,14089 |
0,577284 |
2,85170 |
253,826 |
3,61419 |
01-2012 |
RON |
SEK |
GBP |
NOK |
ISK |
CHF |
1 EUR = |
4,34165 |
8,85027 |
0,832102 |
7,67520 |
159,726 |
1,21079 |
1 BGN = |
2,21988 |
4,52514 |
0,425453 |
3,92433 |
81,6678 |
0,619075 |
1 CZK = |
0,170056 |
0,346651 |
0,0325921 |
0,300626 |
6,25621 |
0,0474246 |
1 DKK = |
0,583923 |
1,19030 |
0,111912 |
1,03226 |
21,4821 |
0,162843 |
1 LVL = |
6,21151 |
12,6619 |
1,19047 |
10,9808 |
228,517 |
1,73225 |
1 LTL = |
1,25743 |
2,56321 |
0,240993 |
2,22289 |
46,2598 |
0,350668 |
1 HUF = |
0,0141270 |
0,0287974 |
0,00270753 |
0,0249739 |
0,519723 |
0,00393971 |
1 PLN = |
0,992147 |
2,02245 |
0,190151 |
1,75393 |
36,5003 |
0,276687 |
1 RON = |
1 |
2,03846 |
0,191656 |
1,76781 |
36,7892 |
0,278877 |
1 SEK = |
0,490567 |
1 |
0,0940200 |
0,867228 |
18,0476 |
0,136808 |
1 GBP = |
5,21769 |
10,6360 |
1 |
9,22388 |
191,955 |
1,45509 |
1 NOK = |
0,565672 |
1,15310 |
0,108414 |
1 |
20,8106 |
0,157753 |
1 ISK = |
0,0271819 |
0,0554091 |
0,00520956 |
0,0480523 |
1 |
0,0075804 |
1 CHF = |
3,58581 |
7,30952 |
0,687241 |
6,33902 |
131,919 |
1 |
Note: all cross rates involving ISK are calculated using ISK/EUR rate data from the Central Bank of Iceland
reference: Jan-12 |
1 EUR in national currency |
1 unit of N.C. in EUR |
BGN |
1,95580 |
0,511300 |
CZK |
25,5308 |
0,0391684 |
DKK |
7,43531 |
0,134493 |
LVL |
0,698968 |
1,43068 |
LTL |
3,45280 |
0,289620 |
HUF |
307,329 |
0,00325384 |
PLN |
4,37601 |
0,228518 |
RON |
4,34165 |
0,230327 |
SEK |
8,85027 |
0,112991 |
GBP |
0,832102 |
1,20178 |
NOK |
7,67520 |
0,130290 |
ISK |
159,726 |
0,00626073 |
CHF |
1,21079 |
0,825910 |
Note: ISK/EUR rates based on data from the Central Bank of Iceland
1. |
Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. |
2. |
Il-perjodu ta' referenza jkun:
Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru. |
INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA
Awtorità ta' Sorveljanza EFTA
9.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/26 |
Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għas-servizzi tat-trasport marittimu
2012/C 35/06
A. |
L-avviż preżenti hu maħruġ skont ir-regoli tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim taż-ŻEE”) u l-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”). |
B. |
Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni” ħarġet “Linjigwida dwar l-aplikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE għas-servizz tat-trasport marittimu” (1). Dak l-att mhux vinkolanti jistabbilixxi l-prinċipji li l-Kummissjoni ser issegwi meta tkun qed tiddefinixxi s-swieq u tkun qed tevalwa l-ftehimiet ta’ koperazzjoni f’dawk is-servizzi marittimi direttament affettwati bit-tibdil li seħħ permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006, jiġifieri servizzi tal-bastimenti tal-linja, il-kabotaġġ u s-servizzi internazzjonali ta' trasport marittimu mhux regolari (2). |
C. |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tikkunsidra dan ta’ hawn fuq bħala relevanti għaż-ŻEE. Sabiex iżżomm kundizzjonijiet indaqs ta’ kompetizzjoni u sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-kompetizzjoni taż-Żona Ekonomika Ewropea kollha kemm hi, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA qed tadotta l-avviż preżenti bil-poter mogħti lilha bl-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. L-Awtorità fi ħsiebha ssegwi l-prinċipji u r-regoli mfissra f’dan l-avviż meta tkun qed tapplika r-regoli rilevanti taż-ŻEE għal xi każ partikolari (3). |
D. |
B’mod partikolari, l-għan ta’ dan l-avviż hu li jipprovdi gwida dwar kif l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ser tapplika l-Artikolu 53 meta tiddefenixxi s-swieq u tevalwa l-ftehimiet ta’ koperazzjoni fis-servizzi tal-bastimenti tal-linja, il-kabotaġġ u s-servizzi internazzjonali ta' trasport marittimu mhux regolari. |
E. |
Dan l-avviż japplika għal dawk il-każi li fihom l-Awtorità hija l-awtorità ta’ sorveljanza kompetenti skont l-Artikolu 56 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
1. INTRODUZZJONI
1. |
Dawn il-Linjigwida jistabbilixxu l-prinċipji li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ser issegwi meta tkun qed tiddefinixxi s-swieq u tkun qed tivvaluta l-ftehimiet ta’ koperazzjoni f’dawk is-servizzi ta’ trasport marittimu direttament affettwati bit-tibdil li seħħ permezz tal-inkorporazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006, jiġifieri servizzi tal-bastimenti tal-linja, il-kabotaġġ u s-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari (4), fil-Ftehim taż-ŻEE. |
2. |
Dawn il-Linjigwida huma intenzjonati li jgħinu lill-impriżi u l-assoċjazzjonijiet ta’ impriżi li joperaw dawk is-servizzi, l-aktar jekk ikunu qed jitħaddmu lejn u/jew minn port jew portijiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea, biex jevalwaw jekk il-ftehimiet tagħhom (5) humiex kumpatibbli mal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-Linjigwida ma japplikawx għal setturi oħra. |
3. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 estenda l-firxa tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċedimenti mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (7), biex ikun jinkludi servizzi ta’ kabotaġġ u ta' trasport marittimu mhux regolari. L-inkorporazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 fil-Ftehim taż-ŻEE għalhekk konsegwentament emendat ir-regoli taż-ŻEE. Għaldaqstant, mid-9 ta’ Diċembru 2006, is-servizzi kollha tat-trasport marittimu huma soġġetti għall-qafas proċedurali li hu ġeneralment applikabbli. |
4. |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 ħassar ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/1986 tat-22 ta’ Diċembru 1986 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 85 u 86 (issa 81 u 82) tat-Trattat tal-KE għat-trasport marittimu (8) li kien fih l-eżenzjoni ta’ kategorija tal-konferenza tal-bastimenti tal-linja li kienet tippermetti lil-linji tat-tbaħħir li jiltaqgħu fi ħdan konferenzi tal-bastimenti tal-llinja li jiffissaw rati u kundizzjonijiet oħra tal-ġarr, peress li s-sistema tal-konferenzi ma għadhiex tissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE (issa Artikolu 101(3) TFUE). L-inkorporazzjoni fil-Ftehim taż-ŻEE tar-Regolamet tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 għalhekk tirriżulta fil-fatt li s-sistema ta’ konferenzi ma għadhiex eżentata bħala kategorija mill-projbizzjoni mniżżla fl-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE mit-18 ta’ Ottubru 2008. Wara dan, it-trasportaturi li joperaw is-servizzi lejn u/jew minn port(ijiet) fiż-Żona Ekonomika Ewropea għandhom jieqfu mill-attivitajiet kollha tal-konferenzi tal-bastimenti tal-linja li huma kontra l-Artikolu 53 taFtehim taż-ŻEE. Dan huwa l-każ irrispettivament minn jekk ġuriżdizzjonijiet oħrajn jippermettux, b’mod espliċitu jew b’mod taċitu, l-iffissar tar-rati mill-konferenzi tal-bastimenti tal-linja jew minn ftehimiet ta’ diskussjoni. Barra minn dan, il-membri tal-konferenzi għandhom jaraw li, mit-18 ta’ Ottubru 2088 ’l quddiem, kull ftehim li sar skont is-sistema tal-konferenza jkun kumpatibbli mal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE tat-18 ta’ Ottubru 2008. |
5. |
Dawn il-Linjigwida jikkumplimentaw il-gwida li diġà nħarġet mill-Awtorità f’avviżi oħra. Minħabba li s-servizzi tat-trasport marittimu huma kkaratterizzati minn ftehimiet ta’ koperazzjoni estensivi bejn it-trasportaturi kompetituri, il-Linjigwida dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali (9) u l-Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE (10) għandhom rilevanza partikolari. |
6. |
Ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali fit-tbaħħir b’bastimenti tal-linja fejn tidħol il-provvista ta’ servizzi konġunti huma koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 tad-19 ta’ April 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat tal-KE għal ċerti kategoriji ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki maqbula bejn kumpaniji tat-tbaħħir (konsorzji) kif implimentat fil-Ftehim taż-ŻEE (11). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 se jkun sostitwit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 fis-26 ta’ April 2010 (12). Dawn ir-Regolamenti, kif implimentati fil-Ftehim taż-ŻEE, jistipulaw l-kundizzjonijiet, skont l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, li bihom il-projbizzjoni fl-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ma tapplikax għal ftehimiet bejn żewġ operaturi ta’ bastimenti tal-ġarr (konsorzji) jew aktar. |
7. |
Dawn il-Linjigwida huma bla ħsara għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE li tista’ tingħata mill-Qorti tal-EFTA, mill-Qorti tal-Ġustizzja jew mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-prinċipji fil-Linjigwida għandhom jiġu applikati fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull każ. |
8. |
L-Awtorità ser tapplika dawn il-Linjigwida għal perjodu ta’ ħames snin. |
2. IS-SERVIZZI TA’ TRASPORT MARITTIMU
2.1. Kamp ta’ applikazzjoni
9. |
Is-servizzi tal-bastimenti tal-linja, il-kabotaġġ u s-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari huma s-setturi tat-trasport marittimu direttament affettwati mit-tibdil li sar bl-inkorporazzjoni fil-Ftehim taż-ŻEE tar-Regolament (KE) Nru 1419/2006. |
10. |
It-trasport bil-bastimenti tal-linja jinvolvi t-trasport tal-merkanzija, l-aktar permezz tal-kontejners, fuq bażi regolari lejn portijiet ta’ rotta ġeografika partikolari, ġeneralment magħrufa bħala rotta kummerċjali. Karatteristiċi oħrajn ġenerali tat-trasport bil-bastimenti tal-linja huma li l-iskedi u d-dati tat-tluq huma rreklamati minn qabel u li s-servizzi jkunu disponibbli għal kwalunkwe utent tat-trasport. |
11. |
L-Artikolu 1(3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86, kif inkorporat fil-Kapitolu G, il-punt 11 tal-Anness XIV tal-Ftehim taż-ŻEE (13), jiddefinixxi servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari bħala l-ġarr ta’ oġġetti fi kwantità jew il-ġarr ta’ merkanzija sfuża f’bastiment mikri totalment jew parzjalment lil baħħar wieħed jew iżjed fuq il-bażi ta’ vjaġġ jew kiri biż-żmien jew kwalunkwe forma oħra ta’ kuntratt għal tbaħħir li mhux skedat regolarment jew li mhux irreklamat fejn ir-rati tal-ġarr tal-merkanzija huma negozjati b’mod ħieles każ b’każ skont il-kundizzjonijiet tal-provvista u tat-talba. Huwa l-aktar it-trasport mingħajr skeda ta’ kommodità waħda li timla bastiment (14). |
12. |
Il-kabotaġġ jinvolvi l-provvista ta’ servizzi tat-trasport marittimu, inklużi servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari u tal-linja, li jgħaqqdu żewġ portijiet jew aktar fl-istess taż-ŻEE (15). Għalkemm dawn il-Linjigwida mhumiex speċifikament dwar is-servizz ta’ kabotaġġ, huma madanakollu japplikaw għal dawn is-servizzi safejn dawn ikunu pprovduti bħala jew servizzi marittimi ta’ linja jew inkella servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari. |
2.2. Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE
13. |
L-Artikolu 53 taFtehim taż-ZEE jgħodd għall-ftehimiet kollha li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE. Sabiex ikun hemm effett fuq il-kummerċ, għandu jkun possibbli li jkun previst bi grad ta’ probabbiltà li huwa suffiċjenti fuq il-bażi ta’ sett ta’ fatturi oġġettivi ta’ liġi jew ta’ fatt li l-ftehim jew l-imġieba jista’ jkollhom influwenza, diretta jew indiretta, attwali jew potenzjali, fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE (16). L-Awtorità ħarġet gwida dwar kif se tapplika l-kunċett ta’ effett fuq il-kummerċ fil-Linjigwida tagħha dwar il-kunċett tal-effett fuq il-kummerċ li jinsab fl-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (17). |
14. |
Servizzi ta’ trasport offerti minn operaturi ta’ tbaħħir tal-linja u operaturi ta' trasport marittimu mhux regolari ħafna drabi jkunu ta’ natura internazzjonali u jkunu jgħaqqdu lill-portijiet taż-ŻEE ma’ pajjiżi terzi w/jew ikunu jinvolvu l-esportazzjoni u l-importazzjoni bejn żewġ Stati taż-ŻEE jew aktar (jiġifieri kummerċ fiż-ŻEE) (18). Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn x’aktarx li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE, fost affarijiet oħra, minħabba l-impatt li jkollhom fuq is-swieq tal-forniment ta’ servizzi ta’ trasport u servizzi intermedjarji (19). |
15. |
L-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE huwa ta’ relevanza partikolari għas-servizzi ta’ kabotaġġ marittimu peress li jiddetermina wkoll il-firxa ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-interazzjoni mal-liġi nazzjonali dwar il-kompetizzjoni skont l-Artikolu 3 tal-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 53 u 54 taFtehim taż-ŻEE. Il-grad safejn dawn is-servizzi jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE għandu jiġi evalwat f’kull każ għalih (20). |
2.3. Is-suq relevanti
16. |
Sabiex jiġu stmati l-effetti ta’ ftehim fuq il-kompetizzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE, huwa meħtieġ li jkun(u) definit(i) is-suq/swieq rilevanti għal-prodott jew ġeografikament. L-għan ewlieni tad-definizzjoni tas-suq huwa li jidentifika b’mod sistematiku l-limitazzjonijiet kompetittivi li tiffaċċja intrapriża. Gwida dwar din il-kwistjoni tista’ tinsab fl-Avviż tal-Awtorità dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni fi ħdan iż-ŻEE (21). Din il-gwida hija wkoll rilevanti għad-definizzjoni tas-suq fir-rigward tas-servizzi tat-trasport marittimu. |
17. |
Is-suq rilevanti tal-prodott jinkludi dawk il-prodotti w/jew is-servizzi kollha li għandhom jitqiesu bħala li jistgħu jinbidlu ma’ xulxin jew jistgħu jiġu sostitwiti bejniethom mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet tagħhom u l-użu maħsub tagħhom. Is-suq ġeografiku relevanti jinkludi ż-żona fejn l-impriżi konċernati jkunu involuti fil-provvista jew talba ta’ prodotti jew servizzi, fejn il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu omoġenji biżżejjed u li jistgħu jkunu distinti minn żoni ġirien peress li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni jkunu sostanzjalment differenti f’dawk iż-żoni (22). Trasportatur (jew trasportaturi) ma jistgħux ikollhom impatt sinifikanti fuq il-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq jekk il-klijenti jkunu f’pożizzjoni li jaqilbu mingħajr diffikultà għal fornituri oħra ta’ servizz (23). |
2.3.1. It-trasport bil-bastimenti tal-linja
18. |
Is-servizzi tat-trasport bil-bastimenti tal-linja fil-kontejners ġew identifikati bħala s-suq rilevanti tal-prodott għat-trasport bil-bastimenti tal-linja f’bosta deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej (24). Dawk id-deċiżjonijiet u sentenzi huma relatati ma’ trasport marittimu fuq distanzi twal. Modi oħrajn tat-trasport ma ġewx inklużi fl-istess suq tas-servizzi għalkemm f’xi każijiet dawn is-servizzi jistgħu, b’mod limitat, jinbidlu bejniethom. Dan għaliex huwa biss proporzjon insuffiċjenti mill-merkanzija li tinġarr bil-kontejners li tista’ faċilment tinqaleb għal modi oħrajn tat-trasport, bħal servizzi tat-trasport bl-ajru (25). |
19. |
Jista’ jkun xieraq taħt xi ċirkostanzi li jiġi definit suq tal-prodotti iżgħar, illimitat għal tip ta’ prodott ittrasportat bil-baħar. Pereżempju, it-trasport tal-merkanzija li titħassar jista’ jkun limitat għal kontejners refriġerati jew jinkludi t-trasport f’bastimenti refriġerati konvenzjonali. Filwaqt li huwa possibbli, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, li ssir xi sostituzzjoni bejn it-trasport tal-merkanzija sfuża (break bulk) u dak bil-kontejners (26), jidher li ma hemm ebda tibdil fit-tul mill-kontejners għall-merkanzija sfuża. Għall-parti l-kbira tal-kategoriji ta’ prodotti u wtenti ta’ prodotti fil-kontejners, it-trasport tal-merkanzija sfuża ma joffrix alternattiva raġonevoli għat-trasport bil-bastimenti tal-linja fil-kontejners (27). Ladarba l-merkanzija regolarment tibda titqiegħed fil-kontejners x’aktarx li qatt ma terġa’ tiġi ttrasportata xi darb’oħra bħala merkanzija mhux fil-kontejners (28). It-trasport bil-bastimenti tal-linja fil-kontejners għalhekk huwa sa issa l-aktar soġġett għas-sostitwibbiltà f’direzzjoni waħda (29). |
20. |
Is-suq rilevanti ġeografiku jikkonsisti fiż-żona fejn ikunu kkummerċjalizzati s-servizzi, ġeneralment varjetà ta’ portijiet fuq kull naħa tas-servizz, iddeterminati miż-żoni ta’ servizzi tal-portijiet li jkollhom partijiet minnhom komuni. Sa fejn hija kkonċernata l-parti Ewropea tas-servizz, sal-lum is-suq ġeografiku fil-każijiet tal-bastimenti tal-linja ġie identifkat bħala varjetà ta’ portijiet fl-Ewropa ta’ Fuq u/jew fil-Mediterran. Minħabba li s-servizzi tal-bastimenti tal-linja mill-Mediterran huma ftit li xejn sostitwibbli għal dawk fil-portijiet fl-Ewropa ta’ Fuq, dawn ġew identifikati bħala swieq separati (30). |
2.3.2. Is-Servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari
21. |
L-Awtorità għadha m’applikatx l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għat-trasport marittimu mhux regolari. L-impriżi jistgħu jikkunsidraw l-elementi li ġejjin fl-evalwazzjoni tagħhom safejn dawn ikunu rilevanti għas-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari li huma jipprovdu. |
22. |
It-“termini ewlenin” ta’ talba individwali għat-trasport huma l-punt fejn tibda d-definizzjoni tas-swieq rilevanti ta’ servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari għaliex dawn ġeneralment jidentifikaw l-elementi essenzjali (31) tar-rekwiżit tat-trasport inkwistjoni. Skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-utenti tat-trasport, dawn jiġu mfassla minn elementi negozjabbli u mhux negozjabbli. Ladarba jiġi identifikat element negozjabbli tat-termini ewlenin, pereżempju, it-tip jew id-daqs tal-bastiment, jista’ jindika pereżempju li s-suq rilevanti fir-rigward ta’ dan l-element speċifiku huwa akbar minn dak li huwa stabbilit fir-rekwiżit inizjali għat-trasport. |
23. |
In-natura tas-servizz ta' trasport marittimu mhux regolari tista’ tkun differenti u hemm varjetà ta’ kuntratti tat-trasport. Għalhekk jista’ jkun meħtieġ li jiġi aċċertat jekk in-naħa tat-talba tqisx li s-servizzi pprovduti taħt kuntratti tal-kiri biż-żmien, kuntratti tal-kiri skont il-vjaġġ u l-kuntratti ta’ kiri ta’ bastiment humiex sostitwibbli. Jekk dan ikun il-każ jistgħu jappartjenu għall-istess suq rilevanti. |
24. |
It-tipi ta’ bastimenti huma normalment sottodiviżi f’għadd ta’ daqsijiet industrijali standard (32). Minħabba ekonomiji ta’ skala konsiderevoli, servizz b’nuqqas ta’ tqabbil sinifikanti bejn il-volum ta’ merkanzija u d-daqs tal-bastiment ma jidhirx li jista’ joffri rata kompetittiva ta’ trasport. Għaldaqstant, għalhekk, is-sostitwibbiltà ta’ daqsijiet differenti ta’ bastimenti trid tkun evalwata każ b’każ sabiex jiġi aċċertat jekk kull daqs ta’ bastiment jikkostitwixxix suq rilevanti separat. |
25. |
Il-kundizzjonijiet fiżiċi u tekniċi tal-merkanzija li għandha tinġarr u t-tip ta’ bastiment jipprovdu l-ewwel indikazzjonijiet dwar is-suq rilevanti min-naħa tal-provvista (33). Jekk il-bastimenti jistgħu jiġu aġġustati biex jittrasportaw merkanzija partikolari bi spejjeż negliġibbli u fi żmien qasir (34), il-fornituri tas-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari jistgħu jikkompetu għat-trasport ta’ din il-merkanzija. F’dawn iċ-ċirkostanzi, is-suq rilevanti min-naħa tal-fornitur ikun jinkludi aktar minn tip wieħed ta’ bastiment. |
26. |
Iżda, hemm għadd ta’ tipi ta’ bastimenti li huma adattati teknikament u/jew mibnija speċjalment biex jipprovdu servizzi tat-trasport speċjalizzati. Għalkemm il-bastimenti speċjalizzati jistgħu wkoll jittrasportaw tipi oħrajn ta’ merkanzija, jistgħu jkollhom żvantaġġ kompetittiv. L-abbiltà tal-fornituri tas-servizzi speċjalizzati li jikkompetu għat-trasport ta’ merkanzija oħra tista’ għalhekk tkun limitata. |
27. |
Fit-trasport marittimu mhux regolari, il-bastimenti jidħlu fil-portijiet skont it-talba individwali. Il-mobbilità tal-bastimenti tista’, madankollu, tkun limitata minħabba restrizzjonijiet fit-terminal jew limitazzjonijiet ta’ fond, jew inkella minħabba livelli ambjentali stabbiliti għal ċerti tipi ta’ bastimenti, f’ċerti portijiet jew reġjuni. |
28. |
L-eżistenza ta’ katini ta’ sostituzzjoni bejn id-daqsijiet tal-bastimenti fis-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari għandha wkoll titqies. F’xi swieq tas-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari, id-daqsijiet tal-bastimenti fl-estremi tas-suq mhumiex direttament sostitwibbli. L-effetti tas-sostituzzjoni f’katina jistgħu madankollu jillimitaw il-prezzijiet fl-estremi u jwasslu għall-inklużjoni tagħhom f’definizzjoni ta' suq usa’. |
29. |
F’ċerti swieq tat-trasport marittimu mhux regolari, trid tingħata kunsiderazzjoni għal jekk il-bastimenti jistgħux jitqiesu bħala captive capacity u ma’ għandhomx jittieħdu f’kunsiderazzjoni meta ssir l-evalwazzjoni tas-suq rilevanti każ b’każ. |
30. |
Fatturi oħrajn bħal kemm hu ta’ min jorbot fuqu l-fornitur tas-servizzi, ir-rekwiżiti dwar is-sigurtà, is-sikurezza u dawk regolatorji jistgħu jinfluwenzaw is-sostitwibbiltà tal-provvista u tat-talba, pereżempju r-rekwiżit ta’ buq doppju għal tankers fl-ilmijiet taż-ŻEE (35). |
31. |
Ir-rekwiżiti tat-trasport normalment jinkludu elementi ġeografiċi bħall-portijiet jew ir-reġjuni tat-tagħbija u tal-ħatt. Dawn il-portijiet jipprovdu l-ewwel orjentazzjoni għad-definizzjoni tas-suq rilevanti ġeografiku min-naħa tat-talba, bla ħsara għad-definizzjoni finali tas-suq ġeografiku relevanti. |
32. |
Xi swieq ġeografiċi jistgħu jiġu definiti biss fuq bażi direzzjonali, jew ikunu biss temporanji, pereżempju meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jew il-perjodi tal-ħsad perjodikament jaffettwaw id-talba għat-trasport ta’ merkanzija partikolari. F’dan il-kuntesst, il-pożizzjonar mill-ġdid tal-bastimenti, il-vjaġġi vojta u l-iżbilanċi kummerċjali għandhom jitqiesu għad-delineazzjoni tas-swieq ġeografiċi rilevanti. |
2.4. Kalkolu tas-Sehem tas-Suq
33. |
L-ishma fis-swieq jipprovdu indikazzjonijiet bikrija siwja tal-istruttura tas-suq u tal-importanza kompetittiva tal-partijiet u tal-kompetituri tagħhom. L-Awtorità u l-Kummissjoni tinterpreta l-ishma fis-swieq fid-dawl tal-kundizzjonijiet tas-swieq każ b’każ. Fit-tbaħħir tal-linja, id-dejta dwar il-volum u/jew il-kapaċità ġew identifikati bħala l-bażi għall-kalkolu tal-ishma tas-suq f’diversi deċiżjonijiet tal-Kumissjoni u sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitàjiet Ewropej (36). |
34. |
Fis-swieq ta' trasport marittimu mhux regolari, il-fornituri tas-servizzi jikkompetu għall-għotja tal-kuntratti tat-trasport, jiġifieri jbiegħu l-vjaġġi jew kapaċità ta’ trasport. Skont is-servizzi speċifiċi inkwistjoni, id-dejta varja tista’ tippermetti lill-operaturi jikkalkulaw l-ishma annwali tas-suq tagħhom (37), pereżempju:
|
3. IL-FTEHIMIET ORIZZONTALI FIS-SETTUR TAT-TRASPORT MARITTIMU
35. |
Il-ftehimiet ta’ koperazzjoni huma karatteristika komuni tas-swieq tat-trasport marittimu. Meta wieħed jikkunsidra li dawn il-ftehimiet jistgħu jsiru bejn kompetituri attwali jew potenzjali, u jistgħu jkunu ta’ dannu għall-parametri tal-kompetizzjoni, l-impriżi jridu joqogħdu attenti ħafna biex jaraw li jkunu konformi mar-regolamenti tal-kompetizzjoni. Fis-swieq tas-servizzi, bħal ma hu t-trasport marittimu, l-elementi li ġejjin huma partikolarment rilevanti sabiex ikun imkejjel l-effett li ftehim jista’ jkollu fis-suq rilevanti: il-prezzijiet, il-kosti, il-kwalità, il-frekwenza u d-differenzjazzjoni tas-servizz ipprovdut, l-innovazzjoni, il-marketing u l-kummerċjalizzazzjoni tas-servizz. |
36. |
Tliet kwistjonijiet għandhom rilevanza partikolari għas-servizzi koperti minn dawn il-Linjigwida: il-ftehimiet tekniċi, l-iskambji tal-informazzjoni u l-gruppi (pools). |
3.1. Ftehimiet tekniċi
37. |
Xi tipi ta’ ftehimiet tekniċi jistgħu ma jaqgħux taħt il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE minħabba li ma jirrestrinġux il-kompetizzjoni. Dan huwa l-każ, pereżempju, tal-ftehimiet orizzontali li l-għan u l-effett uniku tagħhom huwa li jimplimentaw titjib tekniku jew li jiksbu l-koperazzjoni teknika. Il-ftehimiet relatati mal-implimentazzjoni tal-istandards ambjentali jistgħu wkoll jitqiesu li jaqgħu f’din il-kategorija. Il-ftehimiet bejn il-kompetituri relatati mal-prezz, il-kapaċità, jew parametri oħrajn tal-kompetizzjoni fil-prinċipju ma jaqgħux taħt din il-kategorija (38). |
3.2. L-iskambji ta’ informazzjoni bejn il-kompetituri fit-trasport bil-bastimenti tal-linja
38. |
Sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni timplika arranġament fuq il-bażi ta’ liema impriżi jaqsmu l-informazzjoni bejniethom jew jipprovduha lil aġenzija komuni responsabbli biex tiċċentralizzaha, tiġborha u tipproċessaha qabel ma troddha lill-parteċipanti fil-forma u fil-frekwenza miftiehma. |
39. |
Hija prattika komuni f’bosta industriji li l-istatistika aggregata u l-informazzjoni ġenerali dwar is-suq jinġabru, jiġu skambjati u ppubblikati. Din l-informazzjoni tas-suq ippubblikata hija mezz tajjeb biex tiżdied it-trasparenza fis-suq u l-għarfien tal-klijenti, u għahekk tista’ toħloq l-effiċjenza. Iżda, l-iskambju ta’ dejta kummerċjalment sensittiva u individwalizzata jista’ taħt xi ċirkostanzi jikser l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. Dawn il-Linjigwida huma maħsuba biex jgħinu lill-fornituri tas-servizzi tal-linja marittimi jivvalutaw jekk dawn l-iskambji jiksrux ir-regoli tal-kompetizzjoni. |
40. |
Fis-settur tal-bastimenti tal-linja, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn linji ta’ tbaħħir li jkunu jagħmlu sehem minn konsorzji tat-tbaħħir li altrimenti jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE huma permissibbli, safejn dawn ikunu anċillari u neċessarji għall-operazzjoni konġunta ta’ servizzi ta’ trasport tal-linja u l-forom l-oħra ta’ koperazzjoni koperti mill-eżenzjoni ta’ kategorija fir-Regolament (KE) Nru 823/2000 kif inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE (39). Dawn il-Linjigwida ma jikkonċernawx dawn l-iskambji ta’ informazzjoni. |
3.2.1. Ġeneralment
41. |
Fl-evalwazzjoni tas-sistemi tal-iskambju tal-informazzjoni taħt il-liġi tal-kompetizzjoni taż-ŻEE, għandhom isiru d-distinzjonijiet li ġejjin. |
42. |
L-iskambju tal-informazzjoni jista’ jkun mekkaniżmu li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ prattika anti-kompetittiva, bħall-monitoraġġ tal-konformità ma’ kartell; fejn skambju ta’ informazzjoni jkun anċillari għal prattika antikompetittiva bħal din, l-evalwazzjoni tagħha għandha ssir flimkien ma’ evalwazzjoni ta’ dik il-prattika. L-iskambju ta’ informazzjoni nnifsu jista’ jkollu l-iskop li jirrestrinġi l-kompetizzjoni (40). Dawn il-Linjigwida ma jindirizzawx skambji ta’ informazzjoni bħal din. |
43. |
Madankollu, skambju ta’ informazzjoni jista’ minnu nnifsu jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE minħabba l-effett tiegħu. Din is-sitwazzjoni sseħħ meta l-iskambju ta’ informazzjoni jnaqqas jew ineħħi l-livell ta’ inċertezza dwar l-operazzjoni tas-suq inkwistjoni, bir-riżultat li l-kompetizzjoni bejn l-impriżi tkun ristretta (41). Kull operatur ekonomiku għandu jiddetermina b’mod awtonomu l-politika li bi ħsiebu jsegwi fis-suq. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitàjiet Ewropej kkunsidrat ukoll li l-impriżi huma, għalhekk, preklużi minn kuntatti diretti jew indiretti ma’ operaturi oħrajn li jinfluwenzaw l-imġieba ta’ kompetitur jew jiżvelaw l-imġieba (intenzjonata) tagħhom stess jekk l-għan jew l-effett ta’ dawk il-kuntatti huwa li tiġi ristretta l-kompetizzjoni, jiġifieri li jinħolqu kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni li ma jikkorrispondux għall-kundizzjonijiet normali tas-suq ikkonċernat, filwaqt li titqies in-natura tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti, id-daqs u l-għadd tal-impriżi u l-volum tas-suq (42). B’kuntrast għal dan, fis-suq tal-polpa tal-injam, il-Qorti sabet li t-tħabbir unilaterali tal-prezzijiet kull tliet xhur li jsir indipendentement minn produtturi lill-utenti jikkostitwixxi fih innifsu mġiba tas-suq li ma tnaqqasx l-inċertezza ta’ kull intrapriża dwar l-attitudni fil-futur tal-kompetituri tagħha u għalhekk, fin-nuqqas ta’ xi prattika preliminari magħmula flimkien bejn il-produtturi, ma jikkostitwix fih innifsu ksur tal-Artikolu 81(1) KE (issa Artikolu 102(1)TFUE) (43). |
44. |
Il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Komunità Ewropea tipprovdi xi gwida ġenerali fl-eżaminazzjoni tal-effetti probabbli ta’ skambju ta’ informazzjoni. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet li fejn hemm suq tassew kompetittiv, it-trasparenza x’aktarx twassal għall-intensifikazzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-fornituri (44). Madankollu, f’suq oligopolistiku kkonċentrat ħafna, li fih il-kompetizzjoni tkun diġà mnaqqsa sew, l-iskambju ta’ informazzjoni preċiża dwar il-bejgħ individwali ta’ spiss bejn il-kompetituri ewlenin, bl-esklużjoni ta’ fornituri oħra u ta’ konsumaturi, x’aktarx li jtellef b’mod sostanzjali l-kompetizzjoni li teżisti bejn il-fornituri. F’ċirkustanzi bħal dawn, l-iskambju ta’ informazzjoni, fuq bażi regolari u frekwenti, dwar l-operat tas-suq għandu l-effett li jiżvela, fuq bażi perjodika, lill-kompetituri kollha, il-pożizzjonijiet fis-suq u l-istrateġiji tas-suq tad-diversi kompetituri individwali (45). Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet ukoll li sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni tista’ tikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni wkoll meta s-suq mhuwiex ikkonċentrat ħafna iżda hemm tnaqqis tal-awtonomija tal-impriżi li jieħdu d-deċiżjonijiet li jirriżulta mill-pressjoni matul diskussjonijiet sussegwenti mal-kompetituri (46). |
45. |
Isegwi li l-effetti attwali jew potenzjali ta’ skambju ta’ informazzjoni għandhom jitqiesu f’kull każ għalih għaliex ir-riżultati tal-evalwazzjoni jiddependu fuq kombinazzjoni ta’ fatturi, kull wieħed speċifiku għal każ individwali. L-istruttura tas-suq fejn isir l-iskambju u l-karatteristiċi tal-iskambju ta’ informazzjoni huma ż-żewġ elementi ewlenin li l-Awtorità teżamina meta tevalwa skambju ta’ informazzjoni. L-evalwazzjoni għandha wkoll tqis l-effetti attwali jew potenzjali li l-iskambju ta’ informazzjoni jista’ jkollu meta mqabbel mas-sitwazzjoni kompetittiva li tirriżulta fin-nuqqas tal-ftehim dwar l-iskambju ta’ informazzjoni (47). Biex jaqa’ taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-iskambju għandu jkollu impatt negattiv apprezzabbli fuq il-parametri tal-kompetizzjoni (48). |
46. |
Il-gwida hawn taħt hija relatata l-aktar mal-analiżi ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE tinsab fil-paragrafu 58 hawn taħt, kif ukoll fl-avviż ġenerali dwar is-suġġett (49). |
3.2.2. L-istruttura tas-suq
47. |
Il-livell ta’ konċentrazzjoni u l-istruttura tal-provvista u tat-talba f’suq partikolari huma kwistjonijiet ewlenin meta wieħed iqis jekk skambju jaqax taħt l-ambitu tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (50). |
48. |
Il-livell ta’ konċentrazzjoni huwa rilevanti b’mod partikolari peress li, fi swieq oligopolistiċi kkonċentrati ħafna, aktar huwa probabbli li jseħħu l-effetti restrittivi u aktar huwa probabbli li jkunu sostenibbli milli fi swieq inqas ikkonċentrati. It-trasparenza akbar f’suq konċentrat tista’ ssaħħaħ l-interdipendenza tad-ditti u tnaqqas l-intensità tal-kompetizzjoni. |
49. |
L-istruttura tal-provvistà u tat-talba hija importanti wkoll, notabbilment in-numru ta’ operaturi kompetituri u s-simetrija u l-istabbilità tal-ishma tagħhom fis-suq u l-eżistenza ta’ kwalunkwe rabta strutturali bejn il-kompetituri (51). L-Awtorità tista’ ukoll tanalizza fatturi oħrajn bħall-omoġenjità tas-servizzi u t-trasparenza ġenerali fis-suq. |
3.2.3. Il-karatteristiċi tal-informazzjoni skambjata
50. |
L-iskambju ta’ dejta kummerċjalment sensittiva dwar il-parametri tal-kompetizzjoni, bħal ma hu l-prezz, il-kapaċità jew l-ispejjeż, bejn il-kompetituri għandha probabbiltà akbar li tiġi taqa’ taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE minn skambji oħrajn ta’ informazzjoni. Is-sensittività kummerċjali tal-informazzjoni għandha tkun evalwata billi jitqiesu l-kriterji mfissra hawn taħt. |
51. |
L-iskambju tal-informazzjoni li diġà hija miftuħa għall-pubbliku, fil-prinċipju ma jikkostitwixxix ksur tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (52). Mandankollu, huwa importanti li wieħed jistabbilixxi l-livell ta’ trasparenza tas-suq u jara jekk l-iskambju jtejjibx l-informazzjoni billi jagħmilha aktar aċċessibbli w/jew jekk jgħaqqadx informazzjoni li tkun diġà disponibbli għall-pubbliku ma’ informazzjoni oħra. L-informazzjoni li tirriżulta tista’ ssir kummerċjalment sensittiva u l-iskambju tagħha jista’ joħloq restrizzjoni għall-kompetizzjoni. |
52. |
L-informazzjoni tista’ tkun individwali jew aggregata. Id-dejta individwali għandha x’taqsam ma’ intrapriża nominata jew identifikabbli. Id-dejta aggregata tgħaqqad id-dejta minn għadd suffiċjenti ta’ impriżi indipendenti li jrendi l-għarfien ta’ dejta individwali impossibbli. L-iskambju ta’ informazzjoni individwali bejn il-kompetituri huwa iktar probabbli li jinqabad mill-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (53) mill-iskambju tal-informazzjoni aggregata li, fil-prinċipju, ma taqax taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. L-Awtorità tagħti attenzjoni partikolari għal-livell ta’ aggregazzjoni. Trid tkun b’mod li l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi diżaggregata sabiex l-impriżi jkunu jistgħu direttament jew indirettament jidentifikaw l-istrateġiji kompetittivi tal-kompetituri tagħhom. |
53. |
Madankollu, fit-tbaħħir tal-linja, trid tingħata attenzjoni meta ssir l-evalwazzjoni ta’ skambji ta’ tbassir ta’ kapaċità anki f’forma miġbura, speċjalment meta jsiru fi swieq konċentrati. Fis-swieq tal-bastimenti tal-linja, id-dejta dwar il-kapaċità hija l-parametru ewlieni biex l-imġieba kompetittiva tiġi kkordinata u għandha effett dirett fuq il-prezzijiet. L-iskambji dwar previżjonijiet dwar il-kapaċità aggregata li jindikaw f’liema rotot kummerċjali se tintuża l-kapaċità jistgħu jkunu antikompetittivi sal-grad li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta’ politika komuni minn bosta trasportaturi jew minnhom kollha u jirriżultaw fil-provvista ta’ servizzi bi prezzijiet ogħla mill-prezzijiet kompetittivi. Barra minn dan, hemm riskju li d-dejta tiġi diżaggregata għaliex tista’ tiġi kkombinata ma’ dikjarazzjonijiet individwali minn trasportaturi tal-linja. Dan jippermetti lill-impriżi jidentifikaw il-pożizzjonijiet tas-suq u l-istrateġiji tal-kompetituri. |
54. |
L-età tad-dejta u l-perjodu li għandha x’taqsam miegħu huma wkoll fatturi importanti. Id-dejta tista’ tkun storika, riċenti jew futura. L-iskambju ta’ informazzjoni storika ġeneralment ma jitqiesx li jaqa’ taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE għaliex ma jistax ikollu impatt reali fuq l-imġieba futura tal-intrapriża. Fil-passat, il-Kummissjoni qieset informazzjoni ta’ aktar minn sena ilu bħala storika (54) filwaqt li informazzjoni inqas antika minn sena ġiet meqjusa bħala riċenti (55). In-natura storika jew riċenti tal-informazzjoni għandha tiġi evalwata b’xi flessibbiltà filwaqt li jitqies l-grad sa fejn id-dejta ma tibqax aktar valida għas-suq rilevanti. Iż-żmien meta d-dejta ssir storika x’akarx li jkun iqsar jekk id-dejta tkun aggregata aktar milli jekk tkun individwali. Simili għal dan, l-iskambju ta’ dejta reċenti dwar il-volum u dwar il-kapaċità x’aktarx ma jirrestrinġix il-kompetizzjoni jekk id-dejta tkun aggregata sa livell xieraq b’tali mod li t-tranżazzjonijiet ta’ utenti jew trasportaturi individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati direttament jew indirettament. Id-dejta futura għandha x’taqsam mal-perspettiva ta’ intrapriża ta’ kif se jiżviluppa s-suq jew l-istrateġija li bi ħsiebha ssegwi f’dak is-suq. B’mod partikolari l-iskambju ta’ dejta futura x’aktarx ikun problematiku, speċjalment meta għandu x’jaqsam ma’ prezzijiet jew produzzjoni. Tista’ tiżvela l-istrateġija kummerċjali li bi ħsiebha tadotta intrapriża fis-suq. Meta tagħmel dan, hija tista’ tnaqqas b’mod apprezzabbli l-kompetittività bejn il-partijiet fl-iskambju u għalhekk tista’ potenzjalment tirrestrinġi l-kompetizzjoni. |
55. |
Il-frekwenza tal-iskambju għandha titqies ukoll. Aktar ma tkun skambjata ta’ spiss id-dejta, aktar ikunu jistgħu jirreaġixxu malajr il-kompetituri. Dan jiffaċilita r-ritaljazzjoni u fl-aħħar mill-aħħar inaqqas l-inċentivi biex jinbdew azzjonijiet kompetittivi fis-suq. Dik li tissejjaħ kompetizzjoni moħbija tista’ tiġi ristretta. |
56. |
Wieħed għandu wkoll jagħti daqqa ta’ għajn lejn kif tiġi rilaxxata d-dejta sabiex ikun jista’ jevalwa l-effett(i) li jista’ jkollha fuq is-suq/swieq. Aktar mal-informazzjoni tiġi maqsuma mal-klijenti, inqas hemm probabbiltà li tkun problematika. Min-naħa l-oħra, jekk it-trasparenza tas-suq titjieb għall-benefiċċju tal-fornituri biss, tista’ ċċaħħad lill-konsumaturi mill-possibbiltà li jiksbu l-vantaġġ ta’ “kompetizzjoni moħbija” akbar. |
57. |
Fit-tbaħħir tal-linja, l-indiċi tal-prezzijiet jintuża biex juri l-movimenti medji tal-prezzijiet għat-trasportazzjoni ta’ kontejner bil-baħar. Indiċi tal-prezzijiet ibbażat fuq dejta tal-prezzijiet aggregata b’mod xieraq mhux probabbli li jikser l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, sakemm il-livell ta’ aggregazzjoni jkun tali li l-informazzjoni ma tkunx tista’ tiġi diżaggregata b’mod li l-impriżi jkunu jistgħu direttament jew indirettament jidentifikaw l-istrateġiji kompetittivi tal-kompetituri tagħhom. Jekk indiċi tal-prezzijiet inaqqas jew ineħħi l-grad ta’ inċertezza fejn jidħol il-mod kif jaħdem is-suq bir-riżultat li l-kompetizzjoni bejn l-impriżi tkun ristretta, ikun jikser l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Meta wieħed jevalwa l-effett probabbli ta’ indiċi tal-prezzijiet bħal dan fuq suq rilevanti partikolari, għandu jitqies il-livell ta’ aggregazzjoni tad-dejta u n-natura storika jew riċenti tagħha, u l-frekwenza li biha l-indiċi jkun ppubblikat. B’mod ġenerali, huwa wkoll importanti li wieħed jevalwa l-elementi individwali kollha ta’ kull skema ta’ skambju ta’ informazzjoni flimkien, sabiex jitqiesu l-interazzjonijiet potenzjali, pereżempju bejn skambju ta’ kapaċità u ta’ dejta dwar il-volum fuq naħa, u ta’ indiċi tal-prezzijiet fuq oħra. |
58. |
Skambju ta’ informazzjoni bejn il-kumpaniji li jirrestrinġi l-kompetizzjoni jista’ madanakollu joħloq effiċjenzi, bħal pereżempju, ippjanar aħjar tal-investimenti u wżu aktar effiċjenti tal-kapaċità. Effiċjenzi bħal dawn iridu jkunu ssostanzjati u mgħoddija lill-konsumaturi u mkejla kontra l-effetti antikompetittivi tal-iskambju tal-informazzjoni fil-qafas tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE. F’dan il-kuntest, huwa importanti li wieħed jinnota li waħda mill-kundizzjonijiet tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE hija li l-konsumaturi għandhom jirċievu sehem ġust mill-benefiċċji ġġenerati mill-ftehim restrittiv. Jekk l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi kollha mfissra fl-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE jitwettqu, il-projbizzjoni tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ma tkunx tapplika (56). |
3.2.4. Assoċjazzjonijiet kummerċjali
59. |
Fit-tbaħħir tal-linja, bħal f’kull settur ieħor, id-diskussjonijiet u l-iskambji tal-informazzjoni jistgħu jsiru f’assoċjazzjoni kummerċjali, sakemm l-assoċjazzjoni ma tintużax bħala (a) forum għal-laqgħat ta’ kartell (57), (b) struttura li toħroġ deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet antikompetittivi lill-membri tagħha (58) jew (c) mezz ta’ skambju ta’ informazzjoni li jnaqqas jew ineħħi l-grad ta’ inċertezza dwar l-operat tas-suq, bir-riżultat li l-kompetizzjoni bejn l-impriżi tiġi ristretta filwaqt li ma jitwettqux il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 53(3) (59). Dan għandu jkun distint mid-diskussjonijiet li jinżammu b’mod leġittmu fi ħdan assoċjazzjonijiet tal-kummerċ, pereżempju dwar livelli tekniċi jew ambjentali. |
3.3. Ftehimiet ta’ iggruppar fit-trasport marittimu mhux regolari
60. |
Il-forma l-aktar rikurrenti ta’ koperazzjoni fis-settur tat-trasport marittimu mhux regolari hija l-iggruppar tal-bastimenti. Ma hemm ebda mudell universali għall-iggruppar. Iżda xi karatteristiċi jidhru li huma komuni għall-biċċa l-kbira tal-gruppi fit-taqsimiet differenti tas-suq kif stabbilit hawn taħt. |
61. |
Grupp standard tal-bastimenti jiġbor flimkien għadd ta’ bastimenti simili (60) bi proprjetarji differenti u operati taħt amministrazzjoni waħda. Maniġer ta’ grupp normalment huwa responsabbli għall-amministrazzjoni kummerċjali (eż., marketing konġunt (61), li jinnegozja r-rati tat-trasport u jiċċentralizza d-dħul u l-ispejjeż tal-vjaġġi (62) u l-operazzjoni kummerċjali (l-ippjanar ta’ movimenti tal-bastimenti u l-istruzzjoni lill-bastimenti, li jaħtar lill-aġenti fil-portijiet, li jżomm lill-klijenti aġġornati, li joħroġ il-fatturi tat-trasport, li jordna l-bunkers, li jiġbor id-dħul tal-bastimenti u jqassmu taħt sistema ta’ medja ta’ fatturi miftiehma minn qabel eċċ). Il-maniġer tal-grupp spiss jaġixxi taħt is-superviżjoni ta’ kumitat ġenerali eżekuttiv li jirrappreżenta l-proprjetarji tal-bastimenti. L-operat tekniku tal-bastimenti normalment ikun taħt ir-responsabbiltà ta’ kull proprjetarju (sigurtà, ekwipaġġ, tiswija, mantenuzzjoni, eċċ.). Għalkemm ibiegħu s-servizzi tagħhom flimkien, il-membri tal-grupp spiss iwettqu s-servizzi individwalment. |
62. |
Isegwi minn din id-deskrizzjoni li l-karatteristika ewlenija tal-gruppi standard tat-tbaħħir hija l-bejgħ konġunt, flimkien ma’ xi karatteristiċi tal-produzzjoni konġunta. Il-gwida kemm fuq il-bejgħ konġunt, bħala varjant ta’ ftehim ta’ kummerċjalizzazzjoni konġunta, u l-produzzjoni konġunta fil-Linjigwida tal-Awtorità dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għal ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali (63) għalhekk hija rilevanti. Minħabba l-varjazzjoni fil-karatteristiċi tal-gruppi, kull grupp għandu jiġi analizzat għalih biex jiġi determinat, b’riferiment għal fejn huwa ċċentrat (64), jekk jaqax taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE w, f’dak il-każ, jekk jissodisfax l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE. |
63. |
Gruppi li jkunu jaqgħu fl-ambitu tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (65) peress li jkunu maħluqa bħala operazzjoni konġunta li topera fuq bażi dewwiema l-funzjonijiet kollha ta’ entità ekonomika awtonoma (l-hekk imsejħa operazzjonijiet konġunti b'funzjona kompleta, ara l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004) mhumiex affettwati direttament bit-tibdil li ġab ir-Regolament (KE) Nru 1419/2006 u ma jaqgħux taħt dawn il-Linjigwida. Wieħed jista’ jieħu direzzjoni dwar il-funzjonalità sħiħa, fost oħrajn, fl-Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (66). Safejn il-gruppi jkollhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom il-kordinazzjoni tal-imġieba kompetittiva tal-kumpaniji prinċipali tagħhom, il-kordinazzjoni għandha tkun evalwata skont il-kriterji tal-Artikolu 53(1) u (3) tal-Ftehim taż-ŻEE, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk l-operazzjoni hija kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE (67). |
3.3.1. Gruppi li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE
64. |
Il-ftehimiet ta’ grupp ma jaqgħux taħt il-projbizzjoni tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk il-parteċipanti fil-grupp ma jkunux kompetituri reali jew potenzjali. Dan ikun il-każ, pereżempju, fejn żewġ proprjetarji ta’ bastimenti jew aktar jistabbilixxu grupp tat-trasport bil-bastimenti għall-iskop uniku li jagħmlu offerti għal u jipprovdu kuntratti ta’ ġarr li għalihom bħala operaturi individwali ma jkunux jistgħu jagħmlu offerti li jirnexxu jew li ma jkunux jistgħu jwettqu waħedhom. Din il-konklużjoni mhux invalidata f’dawk il-każijiet fejn gruppi bħal dawn xi kultant iġorru merkanzija oħra li tkun tirrappreżenta parti żgħira mill-volum kollu. |
65. |
Il-gruppi li l-attività tagħhom ma tinfluwenzax il-parametri rilevanti tal-kompetizzjoni għaliex għandhom importanza minuri w/jew ma jaffettwawx b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE (68) ma jaqgħux taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Madanakollu grupp ma jaqax fl-ambitu tal-Avviż tal-Awtorità dwar ftehimiet ta’ importanza minuri jekk jinvolvi ffissar tal-prezzijiet, inkluż bejgħ konġunt. |
3.3.2. Gruppi li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE
66. |
Ftehimiet ta’ grupp bejn kompetituri li jkunu limitati għal bejgħ konġunt għandhom bħala regola l-iskop u l-effett li jikkordinaw il-politika tal-prezzijiet ta’ dawn il-kompetituri (69). |
3.3.3. Gruppi li jistgħu jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE
67. |
Jekk il-grupp m’għandux bħala l-għan tiegħu r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni, hija meħtieġa analiżi tal-effetti tiegħu fis-suq konċernat. Ftehim jaqa’ taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE meta x’aktarx ikollu impatt negattiv apprezzabbli fuq il-parametri tal-kompetizzjoni fis-suq bħall-prezzijiet, l-ispejjeż, id-differenzjazzjoni tas-servizz, il-kwalità tas-servizz u l-innovazzjoni. Il-ftehimiet jistgħu jkollhom dan l-effett billi jnaqqsu b’mod apprezzabbli l-kompetittività bejn il-partijiet tal-ftehim jew bejniethom u terzi (70). |
68. |
Xi gruppi tat-trasport marittimu mhux regolarima jinvolvux bejgħ konġunt iżda madankollu fihom xi element ta’ kordinazzjoni fejn jidħlu l-parametri tal-kompetizzjoni (eż. skeda konġunta jew xiri konġunt). Każijiet bħal dawn jiġu biss jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jekk il-partijiet għall-ftehim ikollhom xi livell ta’ setgħa fuq is-suq (71). |
69. |
L-abbiltà tal-grupp li jikkaġuna effetti negattivi apprezzabbli fis-suq tiddependi fuq il-kuntest ekonomiku, filwaqt li titqies is-setgħa kkombinata tal-partijiet fis-suq flimkien man-natura tal-ftehim u ma’ fatturi strutturali oħrajn fis-suq rilevanti. Għandu wkoll jitqies jekk il-ftehim tal-grupp jaffettwax l-imġieba tal-partijiet fis-swieq qrib li jkunu relatati mill-qrib mas-suq direttament affettwat mill-koperazzjoni (72). Dan jista’ pereżempju jkun il-każ fejn is-suq rilevanti tal-grupp huwa dak għat-trasport ta’ prodotti tal-foresta f’bastimenti speċjali forma ta’ kaxxa (suq A) u l-membri tal-grupp ukoll ikunu joperaw bastimenti fis-suq tal-merkanzija sfuża (suq B). |
70. |
Fejn jidħlu l-fatturi strutturali fis-suq relevanti, jekk il-grupp ikollu sehem żgħir fis-suq, ma jkunx probabbli li jkun hemm effetti restrittivi. Meta jkun qed jiġi evalwat l-impatt ta’ grupp partikolari fuq is-suq rilevanti, għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni bħala fatturi addizzjonali l-konċentrazzjoni tas-suq, il-pożizzjoni u l-għadd ta’ kompetituri, l-istabbiltà tal-ishma tas-suq fuq perjodu ta’ żmien, sħubija multipla fi gruppi ostakoli għad-dħul fis-suq u l-probabbilità tad-dħul, it-trasparenza tas-suq, il-kontrapiż tas-saħħa tax-xiri ta’ utenti tat-trasport u n-natura tas-servizzi (pereżempju, servizzi omoġenji kontra servizzi differenzjati). |
71. |
Fejn tidħol in-natura tal-ftehim, għandha tingħata kunsiderazzjoni lil klawsoli li jaffettwaw il-grupp jew l-imġieba kompetittiva tal-membri tagħha fis-suq, bħal ma huma klawsoli li ma jħallux lill-membri milli jkunu attivi fl-istess suq barra l-grupp (klawsoli li ma ssirx kompetizzjoni), perjodi ta’ waqfien u perjodi ta’ avviż (klawsoli ta’ ħruġ) kif ukoll skambji ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Kwalunkwe rabta bejn il-gruppi, sew fejn jidħol it-tmexxija jew il-membri, kif ukoll il-qsim ta’ spejjeż u dħul, trid tiġi kkunsidrata wkoll. |
3.3.4. L-Applikabilità tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE
72. |
Fejn il-gruppi jaqgħu taħt l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, l-impriżi involuti għandhom jiżguraw li jkunu jissodisfaw l-erba’ kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE (73). L-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE ma jeskludix a priori ċerti tipi ta’ ftehimiet mill-ambitu tiegħu. Fil-prinċipju, il-ftehimiet restrittivi kollha li jissodisfaw l-erba’ kundizzjonijiet tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE huma koperti mir-regola tal-eċċeżżjoni. Din l-analiżi tinkorpora skala flessibbli. Akbar ma tkun ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni li tinstab skont l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, akbar għandhom ikunu l-effiċjenzi u l-benefiċċju li jgħaddi għal għand il-konsumaturi. |
73. |
Hija responsabbiltà tal-impriżi li juru li l-grupp itejjeb is-servizzi tat-trasport jew li jġib ’il quddiem il-progress tekniku jew ekonomiku fil-forma ta’ kisbiet fl-effiċjenza. L-effiċjenzi ġġenerati ma jistgħux ikunu l-iffrankar ta’ spejjeż li huma parti inerenti tat-tnaqqis tal-kompetizzjoni iżda għandhom jirriżultaw mill-integrazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi. |
74. |
Il-kisbiet ta’ effiċjenza tal-gruppi jistgħu, pereżempju, jirriżultaw mill-kisba ta’ rati aħjar ta’ utilizzazzjoni u ta’ ekonomiji ta’ skala. Gruppi ta' trasport marittimu mhux regolari normalment jippjanaw flimkien il-movimenti tal-bastimenti sabiex jifirxu ġeografikament il-flotot tagħhom Il-firxa tal-bastimenti tista’ tnaqqas l-għadd ta’ vjaġġi vojta li tista’ żżid l-utilizzazzjoni ġenerali tal-kapaċità tal-grupp, u eventwalment twassal għal ekonomiji ta’ skala. |
75. |
Il-konsumaturi għandhom jirċievi s-sehem ġust tagħhom mill-effiċjenzi li jinħolqu. Skont l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, huma l-effetti pożittivi fuq il-konsumaturi kollha fis-suq relevanti li jridu jittieħdu f’kunsiderazzjoni, mhux l-effett fuq kull konsumatur individwali (74). Il-passaġġ tal-benefiċċji jrid mill-anqas jikkumpensa lill-konsumaturi għal xi impatt negattiv, attwali jew potenzjali, li jkunu sofrew minħabba r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (75). Sabiex tiġi evalwata l-possibbiltà ta’ passaġġ, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati f’dan il-kuntest l-istruttura tas-swieq tat-trasport marittimu mhux regolariu l-elastiċità tat-talba. |
76. |
Grupp m’għandux jimponi restrizzjonijiet li ma jkunux indispensabbli għall-kisba tal-effiċjenzi. F’dan is-sens huwa meħtieġ li wieħed jara hekk il-partijiet setgħux kisbu l-effiċjenzi weħidhom. Meta ssir din l-evalwazzjoni, ta’ min wieħed jikkunsidra, fost affarjiet oħra, x’inhi l-iskala minima ta’ effiċjenza biex jingħataw id-diversi tipi ta’ servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari. Barra minn dan, kull klawsola restrittiva fil-ftehim ta’ grupp trid tkun raġonevolment meħtieġa sabiex jinkisbu l-effiċjenzi mbassra. Klawsoli restrittivi jistgħu jkunu ġġustifikati għal perjodu itwal jew għall-perjodu kollu ta’ kemm iddum teżisti grupp, jew għal perjodu tranżitorju biss. |
77. |
Fl-aħħar nett, il-grupp m’għandux jagħti lill-partijiet il-possibiltà li jeliminaw l-kompetizjoni fir-rigward ta’ parti sostanzjali tas-servizzi inkwistjoni. |
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 tal-25 ta' Settembru 2006 li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 4056/86 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 85 u 86 (issa 81 u 82) tat-Trattat tal-KE għat-trasport marittimu, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1/2003 fir-rigward tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni biex jinkludi l-kabotaġġ u s-servizzi internazzjonali ta' trasport marittimu mhux regolari, (ĠU L 269, 28.9.2006, p. 1). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 kien inkorporat fil-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2006, li temenda l-Anness XIII (it-trasport) u XIV (il-kompetizjoni) u l-Protokoll 21 (ĠU L 89, 29.3.2007, p. 25 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 15, 29.3.2007, p. 20).
(3) Il-kompetenza li jittrattaw każi individwali li jaqgħu taħt l-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim EEA huwa maqsum bejn l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal_EFTA u l-Kummissjoni skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 56 tal-Ftehim taż-ŻEE Waħda biss mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza hija kompitemeti biex titratta kwalunkwe każ.
(4) Ara n-nota 2 ta’ qiegħ il-paġna fir-rigward tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006 u l-inkorporazzjoni tiegħu fil-Ftehim taż-ŻEE.
(5) It-terminu “ftehim” jintuża għal ftehimiet, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi u prattika miftiehma.
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1) kien inkorporat fl-Anness XIV u fil-Protokolli 21 u 23 tal-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 130/2004 tal-24 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 64, 10.3.2005, p. 57 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 12, 10.3.2005, p.42) u fil-Kapitolu II tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti mill-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA tal-24 ta’ Settembru 2004.
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 773/2003 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18) kien inkorporat fil-Protokolli 21 u 23 tal-Ftehim taż-ŻEE permezz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 178/2004 tat-3 ta’ Diċembru 2004 (ĠU L 133, 26.5.2005, p. 35 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, 26.5.2005, p. 25) u fil-Kapitolu III tal-Protokoll 4 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti mill-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA tat-3 ta’ Diċembru 2004.
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86 (ĠU L 378, 31.12.1986, p. 4), kien inkorporat f’Kapitolu G il-paragrafu 11 tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE.
(9) Linjigwida dwar l-applikabilità tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehim ta’ koperazzjoni orizzontali (ĠU C 266, 31.10.2002, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 55, 31.10.2001, p. 1).
(10) Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE (ĠU C 208, 6.9.2007, p. 1 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 6.9.2007, p. 1).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/2000 (ĠU L 100, 20.4.2000, p. 24) kien inkorporat fil-Kapitolu G fil-paragrafu 11c tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 49/2000 (ĠU L 237, 21.9.2000, p. 60 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 42, 21.9.2000, p. 3).
(12) Ir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2009 (ĠU L 256, 29.9.2009, p. 31), li għadu mhux inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.
(13) Ara hawn fuq, in-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna.
(14) Il-Kummissjoni identifikat serje ta’ karatteristiċi li huma speċifiċi għat-trasport speċjalizzat li jagħmluh distint mis-servizzi tal-linja u mis-servizzi ta' trasport marittimu mhux regolari. Huma jinvolvu l-provvista ta’ servizzi regolari għal tip partikolari ta’ merkanzija. Is-servizz normalment huwa provdut fuq il-bażi ta’ kuntratti għall-ġarr bl-użu ta’ bastimenti speċjalizzati adattati teknikament u/jew mibnija biex iġorru merkanzija speċifika. Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/980/KE tad-19 ta' Ottubru 1994 fil-Każ IV/34.446 – Ftehim TransAtlantiku, (ĠU L 376, 31.12.1994, p. 1) (minn hawn ’il quddiem id-Deċiżjoni TAA), paragrafi 47 sa 49.
(15) L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju tal-libertà biex ikunu provduti servizzi lit-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7), inkorporat fil-Kapitolu V il-paragrafu 53a tal-Anness XIII, mal-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/97 (ĠU L 30, 5.2.1998, p. 42 u s-Suppliment taż-ŻEE mal-ĠU Nru 5, 5.2.1998, p. 175).
(16) Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ 42/84 Remia BV u oħrajn vs Il-Kummissjoni, [1985], ECR 2545, il-paragrafu 22 u l-Każ 319/82 Ciments et Bétons de l’Est vs Kerpen & Kerpen, [1983] ECR 4173, il-paragrafu 9.
(17) ĠU C 291, 30.11.2006, p. 46 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 59, 30.11.2006, p. 18.
(18) Il-fatt li s-servizz ikun lejn/minn port mhux fiż-ŻEE fih innifsu ma jeskludix li l-kummerċ bejn l-Istati taż- ŻEE jkun affettwat. Trid issir analiżi bir-reqqa tal-effetti fuq il-klijenti u operaturi oħra fi ħdan iż-ŻEE li jistrieħu fuq is-servizzi, sabiex jiġi stabbilit jekk dawn jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni taż-ŻEE. Ara l-Linjigwida dwar il-kunċett tal-effett fuq il-kummerċ li jinsab fl-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitat hawn fuq fin-nota 17 ta’ qiegħ il-paġna.
(19) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/82/KEE tat-23 ta' Diċembru 1992 (Il-Każijiet IV/32.448 u IV/32.450, CEWAL) (ĠU L 34, 10.2.1993, p. 1), il-paragrafu 90, ikkonfermata mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawżi Magħquda T-24/93 sa T-26/93 u T-28/93, Compagnie Maritime Belge et vs Il-Kummissjoni, [1996], ECR II-1201, il-paragrafu 205. Id-Deċiżjoni TAA, iċċitata hawn fuq fin-nota 14 ta’ iegħ il-paġna, paragrafi 288-296, ikkonfermata bis-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ewwel Istanza fil-Każ T-395/94, Atlantic Container Line u oħrajn v Il-Kummissjoni (minn issa ’l quddiem is-Sentenza TAA), paragrafi 72-74. Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/243/KE tas-16 ta' Settembru 1998, (Każ IV/35.134 – Ftehim dwar il-Konferenza Trans-Atlantika) (minn issa ’l quddiem id-Deċiżjoni TACA) (ĠU L 95, 9.4.1999, p. 1), paragrafi 386-396, Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/68/KE tal-14 ta' Novembru 2002 (Każ COMP/37.396/D2 – TACA Riveduta) (minn issa ’l quddiem id-Deċiżjoni TACA Riveduta), (ĠU L 26, 31.1.2003, p. 53), il-paragrafu 73.
(20) Għal wida dwar l-applikazzjoni tal-effett fuq il-kummerċ, ara l-Linjigwida tal-Awtorità dwar il-kunċett tal-effett tal-kummerċ li jinsab Fl-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitat hawn fuq fin-nota 17 ta’ qiegħ il-paġna.
(21) ĠU L 200, 16.7.1998, p. 48 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 28, 16.7.1998, p. 3.
(22) L-Avviż dwar id-definizzjoni tas-suq, iċċitat aktar ’il fuq fin-nota 21 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 8.
(23) L-Avviż dwar id-definizzjoni tas-suq, iċċitat aktar ’il fuq fin-nota 21 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 13.
(24) Id-deċiżjoni TAA, iċċitata han fuq fin-nota 14 ta’ qiegħ il-paġna, u d-deċiżjoni TACA, iċċitata hawn fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, paragarfi 60-84. Il-definizzjoni tas-suq fid-deċiżjoni TACA kienet ikkonfermata mill-Qorti tal-Prim Istanza Ewropea fis-sentenza tagħha fil-Każijiet Magħquda T-191/98, T-212/98 sa 214/98, Atlantic Container Line AB u Oħrajn v il-Kummissjoni, [2003] ECR II-3275 (minn issa ’l quddiem is-Sentenza TACA), paragrafi 781-883.
(25) Il-paragrafu 62 tad-Deċiżjoni TACA ċċitata hawn fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, u l-paragrafi 783 sa 789 tas-Sentenza TACA, iċċitati hawn fuq fin-nota 24 ta’ qiegħ il-paġna.
(26) Id-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna 19, il-paragrafu 71.
(27) Is-Sentenza TAA, iċċitata hawn fuq fin-nota 18 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 273 u s-Sentenza TACA, iċċitata hawn fuq fin-nota 24 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 809.
(28) Is-sentenza TAA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 281; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ Lulju 2005 fil-Każ COMP/M.3829 – MAERSK/PONL (ĠU C 147, 17.6.2005, p. 18), il-paragrafu 13.
(29) Id-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 62-75. is-Sentenza TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 24 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 795 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni f’MAERSK/PONI, ċċitata hawn fuq fin-nota 28 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 13 u 112-117.
(30) Id-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 76 sa 83 u d-Deċiżjoni TACA Riveduta, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 39.
(31) Għal kiri skont il-vjaġġ, pereżempju, l-elementi essenzjali ta’ rekwiżit ta’ trasport huma t-tagħbija li għandha tinġarr, il-volum tat-tagħbija, il-portijiet fejn se ssir it-tagħbija u fejn se jsir il-ħatt, il-ġranet meta l-bastiment ikun fil-port jew l-aħħar data meta t-tagħbija għandha tasal u d-dettalji tekniċi dwar il-bastiment meħtieġ.
(32) Jidher li hija l-fehma tal-industrija li d-daqsijiet tal-bastimenti jikkostitwixxu swieq separati. L-istampa tal-kummerċ u l-Baltic Exchange jippubblikaw indiċijiet tal-prezzijiet għal kull daqs standard tal-bastimenti. Ir-rapporti tal-konsulenti jaqsmu s-swieq fuq il-bażi tad-daqsijiet tal-bastimenti.
(33) Pereżempju, il-merkanzija likwida sfuża ma tistax tiġi ttrasportata fil-bastimenti tal-merkanzija sfuża niexfa jew il-merkanzija refriġerata ma tistax tiġi ttrasportata fuq trasportaturi tal-karozzi. Bosta tankers taż-żejt jistgħu jġorru prodotti tal-petrolju maħmuġin jew nodfa. Iżda, tanker ma jistax iġorr prodotti nodfa immedjatament wara li jkun ittrasporta prodotti maħmuġin.
(34) Il-qlib ta’ bastiment tal-merkanzija sfuża niexfa mit-trasport tal-faħam għat-trasport tal-qamħ jista’ jeħtieġ biss proċess ta’ tindif ta’ jum wieħed li jista’ isir matul vjaġġ vojt. Fi swieq oħra ta' trasport marittimu mhux regolari dan il-perjodu ta’ tindif jista’ ikun itwal.
(35) Ir-Regolament (KE) Nru 417/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Frar 2002 id-dħul aċċellerat tal-ħtieġa ta’ buq doppju jew disinn ekwivalenti għall-tankers taż-żejt b’buq wieħed u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2978/94 (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 1) kien inkorporat fil-Kapitolu V, punt 56m tal-Anness XIII għall-Ftehim taż-ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Kongunt taż-ŻEE Nru 132/2002 (ĠU L 336, 12.12.2002, p. 32 u s-Suppliment Nru. 61, 12.12.2002, p. 26).
(36) Id-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta' qiegħ il-paġna, il-paragrafu 85. Id-Deċiżjoni TACA riveduta, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 19 ta' qiegħ il-paġna, paragrafi 85 sa 86 u d-Deċiżjoni TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 24 ta' qiegħ il-paġna, paragrafi 924, 925 u 927.
(37) Skont l-ispeċifiċitajiet tas-suq tat-trasport marittimu mhux regolaririlevanti, jista’ jiġri li jkun hemm perjodu iqsar, eż. fi swieq fejn il-kuntratti ta’ ġarr jiġi offerti għal perjodi ta’ anqas minn sena waħda.
(38) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/627/EC tas-16 ta' Mejju 2000 (Il-Każ IV/34.018 – Ftehim dwar Tariffi u Soprataxxi tal-Kummerċ fil-Lvant Imbiegħed (FETTCSA)), (ĠU L 268, 20.10.2000, p. 1), il-paragrafu 153. Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-229/94, Deutsche Bahn AG vs Il-Kummissjoni, [1997], ECR 1689, il-paragrafu 37.
(39) Ir-Regolament (KE) Nru 823/2000, iċċitat aktar ’l fuq fin-nota 11 ta’ qiegħ il-paġna, japplika għas-servizzi internazzjonali tat-trasport tal-linja minn jew lejn port wieħed jew aktar taż-ŻEE esklussivament għall-ġarr ta’ merkanzija l-aktar bil-kontejner – ara l-Artikoli 1, 2 u l-Artikolu 3(2)(g) tiegħu.
(40) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-49/92 P, Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, [1999], ECR I-4125, il-paragrafi 121 sa 126.
(41) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-7/95 P, John Deere vs Il-Kummissjoni, [1988], ECR I-3111, il-paragrafu 90 u s-fil-Każ C-194/99 P, Thyssen Stahl vs Il-Kummissjoni, [2003], ECR I-10821, il-paragrafu 81.
(42) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitàjiet Ewropej fil-Każ C-238/05, Asnef-Equifax vs Asociación de Usuarios de Servicios Bancarios (Ausbanc), [2006], ECR I-11125, il-paragrafu 52 u fil-Każ C-49/92 P, Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, [1999], ECR I-4125, iċċitata hawn fuq fin-nota 40 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafi 116 u 117.
(43) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizja fil-Każijiet C-89/85, C-104/85, C-114/85, C-116/85, C-117/85 u C-125/85 sa C-129/85 A. Ahlström Osakeyhtiö and others v Il-Kummissjoni [1993], ECR I-01307, il-paragrafi 59 sa 65.
(44) Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ C-7/95 P John Deere v Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 41 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 88.
(45) Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ewwel Istanza fil-Każ T-35/92 John Deere Ltd v Il-Kummissjoni, [1994] ECR II-957, il-paragrafu 51, ikkonfermata fl-appell mis-Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja f’John Deere Ltd v Il-Kummissjoni, il-Każ C-7/95 P, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 41 ta’ qiegħ il-paġna.
(46) Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Każ T-141/94 Thyssen Stahl AG vs Il-Kummissjoni, [1999], ECR II-347, il-paragrafi 402 u 403.
(47) Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ C-7/95 P John Deere v Il-Kummissjoni, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 41 ta’ qiegħ il-paġna, paragrafi 75-77.
(48) Linjigwida dwar l-Applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 16.
(49) Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna.
(50) Linjigwida dwar l-Applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 25.
(51) Fit-tbaħħir bil-bastimenti tal-linja hemm konnessjonijiet operattivi u/jew strutturali bejn il-kompetitur, pereżempju s-sħubija fi ftehimiet ta’ konsorzji li jippermettu lill-kumpaniji tal-bastimenti tal-linja jaqsmu l-informazzjoni għall-għanijiet li jipprovdu servizz konġunt. L-eżistenza ta’ kollegament bħal dan ikollha titqies każ b’każ meta jiġi evalwat l-impatt li għandu skambju ta’ informazzjoni addizzjonali fis-suq ikkonċernat.
(52) Is-sentenza TACA, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 24 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 1154.
(53) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 78/252/KEE tat-23 ta' Diċembru 1977 fil-Każ IV/29.176 – Vegetable Parchment, (ĠU L 70, 13.3.1978, p. 54).
(54) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/157/KEE tas-17 ta' Frar 1992 fil-Każ IV/31.370 – UK Agricultural Tractor Registration Exchange (ĠU L 68, 13.3.1992, p. 19), il-paragrafu 50.
(55) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/4/KESE tas-26 ta' Novembru 1997 fil-Każ IV/36.069 – Wirtschaftsvereiningung Stahl (ĠU L 1, 3.1.1998, p. 10), il-paragrafu 17.
(56) Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta' qiegħ il-paġna.
(57) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/421/KE tas-16 ta' Diċembru 2003, fil-Każ IV/38.240 – Tubi industrijali (ĠU L 125, 28.4.2004, p. 50).
(58) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 82/896/KEE tal-15 ta' Diċembru 1982, fil-Każ IV/29.883 – AROW/BNIC (ĠU L 379, 31.12.1982, p. 1); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/438/KE tal-5 ta' Ġunju 1996, fil-Każ IV/34.983 – Fenex (ĠU L 181, 20.7.1996, p. 28).
(59) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/157/KEE, Skambju ta’ Reġistrazzjoni ta’ Trakters Agrikoli fir-Renju Unit, iċċitata aktar ’l fuq fin-nota 54 ta’ qiegħ il-paġna.
(60) Dan jirriżulta f’li l-grupp ikun jista’ jiġbed kuntratti kbar ta’ ġarr, jgħaqqad numru ta' kuntratti ta’ ġarr u jnaqqas l-għadd ta’ vjaġġi vojta b’ippjanar bir-reqqa tal-flotta.
(61) Pereżempju, il-bastimenti tal-grupp jinbiegħu bħala unità kummerċjali waħda li toffri soluzzjonijiet tat-trasport irrispettivament minn liem bastiment iwettaq il-vjaġġ attwali.
(62) Pereżempju, id-dħul tal-grupp jinġabar mill-amministrazzjoni ċentrali u d-dħul huwa mqassam lill-parteċipanti fuq bażi ta’ sistema kumplessa ta’ piżijiet.
(63) Rispettivament fit-Taqsima 5 u t-Taqsima 3 tal-Linjigwida, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna.
(64) Linjigwida dwar Ftehimiet ta’ Koperazzjoni Orizzontali, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 12.
(65) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1), li kien inkorporat fil-Kapitolu A, fil-paragrafu 1 tal-Anness XIV għall-Ftehim taż-ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2004 (ĠU L 219, 19.6.2004, p. 13 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 32, 19.6.2004, p. 1).
(66) ĠU C 95, 16.4.2008, p. 1.
(67) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, iċċitat hawn fuq fin-nota 65 ta’ qiegħ il-paġna, Artikolu 2(4).
(68) In-Notifika tal-Awtorità dwar ftehimiet ta’ importanza anqas li ma jirrestrinġux il-kompetizzjoni b’mod apprezzabbli skont l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (de minimis) (ĠU C 67, 20.3.2003, p. 20 u s-Suppliment taż-ŻEE għall-ĠU Nru 15, p. 11 20.3.2003) u l-Linjigwida dwar il-kunċett tal-effett fuq il-kummerċ, iċċitati hawn fuq fin-nota 17 ta’ qiegħ il-paġna.
(69) Linjigwida dwar l-applikabilità tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna, taqsima 5. L-attivitajiet ta’ sensar indipendenti tal-vapuri meta jkun qed “jirranġa bastiment” ma jaqgħux taħt din il-kategorija.
(70) Linjigwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3), iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna.
(71) Linjigwida dwar l-applikabilità tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 149.
(72) Linjigwida dwar l-applikabilità tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE għall-ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 9 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 142.
(73) Linjiwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta' qiegħ il-paġna.
(74) Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Każ C-238/05, Asnef-Equifax v Ausbanc, iċċitata aktar ’il fuq fin-nota 42 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 70.
(75) Linjigwida dwar l-Applikazzjoni tal-Artikolu 53(3) tal-Ftehim taż-ŻEE, iċċitati aktar ’il fuq fin-nota 10 ta’ qiegħ il-paġna, il-paragrafu 24.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
9.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/40 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/5/12
MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ
Taħriġ
2012/C 35/07
1. Għanijiet u deskrizzjoni
Dan l-avviż ta’ Sejħa għall-Proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis- settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (1).
Waħda mill-miżuri li għandha tiġi implimentata skont din id-Deċiżjoni tinvolvi t-titjib tat-taħriġ professjonali kontinwu tal-professjonisti fis-settur awdjoviżiv, sabiex dawn jingħataw l-għarfien u l-kapaċitajiet li għandhom bżonn biex joħolqu prodotti kompetittivi fis-swieq Ewropej u oħrajn.
Il-sejħa għall-proposti EACEA/5/12 hija l-aħħar sejħa għal Taħriġ mnedija taħt il-programm MEDIA 2007 u toffri Ftehim Qafas ta' Sħubija għal 2 snin.
2. Kandidati eliġibbli
Il-kandidati għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
— |
Is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea; |
— |
il-pajjiżi ż-ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja; |
— |
l-Iżvizzera u l-Kroazja |
Dan l-avviż huwa indirizzat lill-kandidati f’waħda mill-kategoriji ta’ stabbiliment imsemmija hawn taħt, li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-miżuri msemmija fuq:
— |
Skejjel taċ-ċinema u tat-televiżjoni |
— |
Universitajiet |
— |
Organizzazzjonijiet speċjalizzati fit-taħriġ professjonali |
— |
Kumpaniji privati fis-settur awdjoviżiv |
— |
Organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet professjonali li jispeċjalizzaw fis-settur awdjoviżiv. |
3. Azzjonijiet eliġibbli
Huma eliġibbli l-azzjonijiet li ġejjin u l-attivitajiet tagħhom, li jseħħu fil-pajjiżi MEDIA.
Azzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp tal-kapaċità tal-professjonisti awdjoviżivi biex jifhmu u jintegraw dimensjoni Ewropea f’xogħolhom billi jtejbu l-għarfien espert fl-oqsma li ġejjin:
— |
Taħriġ fil-ġestjoni ekonomika, finanzjarja u kummerċjali |
— |
Taħriġ f’teknoloġiji awdjoviżivi ġodda |
— |
Taħriġ fl-iżvilupp ta’ proġetti ta’ skripts |
It-tul massimu għall-proġetti huwa 12-il xahar.
4. Kriterji għall-għoti
Il-punti għall-applikanti eliġibbli se jiġu allokati minn total ta' 100 fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
— |
Il-kwalità tal-kontenut tal-attività (20 punt) |
— |
Il-ġestjoni tal-proġett (20 punt) |
— |
Il-kwalità tas-sħubija mal-industrija tal-awdjoviżiv (20 punt) |
— |
Id-dimensjoni Ewropea (20 punt) |
— |
L-Impatt (20 punt) |
5. Baġit
L-ammont massimu disponibbli fl-ambitu ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa EUR 7 000 000.
L-appoġġ finanzjarju mill-Kummissjoni ma jistax jaqbeż il-50 %/60 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.
L-Aġenzija żżomm il-possibbiltà li ma tattribwix il-fondi kollha disponibbli.
6. Skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet
Id-dati ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet ser ikunu is-16 ta’ April 2012.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
Education, Audiovisual and Culture Executive Agency (EACEA) |
Call for proposals EACEA/5/12 |
Mr Constantin DASKALAKIS |
BOUR 3/30 |
Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 |
1140 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
L-applikazzjonijiet ippreżentati fuq il-formola adegwata, mimlijin kif xieraq, datati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa li tirrappreżenta legalment il-korp li qiegħed jagħmel it-talba biss jistgħu jiġu aċċettati.
L-applikazzjonijiet li jintbagħtu bil-faks jew bil-posta elettronika ma jiġux aċċettati.
7. Tagħrif sħiħ
Il-linji gwida ddettaljati għall-kandidati, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jinkisbu mill-indirizz li ġej
http://ec.europa.eu/culture/media/programme/training/forms/index_en.htm
Huwa obbligatorju li l-applikazzjonijiet jintbagħtu fuq il-formola pprovduta u jkollhom l-Annessi u l-informazzjoni kollha mitluba.
(1) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.
9.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/42 |
Estratt mid-Deċiżjoni tal-Qorti rigward Akcinė bendrovė bankas SNORAS skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva”)
2012/C 35/08
STEDINA GĦAL PREŻENTAZZJONI TA' TALBA. LIMITI TAŻ-ŻMIEN LI GĦANDHOM JIĠU OSSERVATI
Fis-7 ta’ Diċembru 2011, il-Qorti Regjonali ta’ Vilnius adottat Deċiżjoni biex tibda proċeduri ta’ falliment fir-rigward tal-bank ta’ kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata SNORAS (Akcinė bendrovė bankas SNORAS, kodiċi tal-entità legali: 112025973, numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT: LT120259716, uffiċċju rreġistrat: A. Vivulskio g. 7, Vilnius, Lithuania, irreġistrat fir-Reġistru ta’ Entitajiet Legali (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “AB bankas SNORAS”)) fil-każ ċivili Nru B2-7791-611/2011, proċeduri ġudizjarji Nru 2-55-3-03098-2011-9. Il-Qorti ħatret lis-Sur Neil Cooper bħala amministratur tal-AB bankas SNORAS. Il-parti tad-Deċiżjoni li għandha x’taqsam mal-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment daħlet fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2011 u AB bankas SNORAS akkwista l-istatus ta’ kumpanija li tinsab f’falliment. Il-proċeduri ta’ falliment rigward AB bankas SNORAS jikkostitwixxu proċeduri ta’ stralċ skont it-tifsira tad-Direttiva.
Skont id-Deċiżjoni tal-Qorti Reġjonali ta’ Vilnius tas-7 ta’ Diċembru 2011, il-kredituri huma intitolati li jressqu applikazzjonijiet ta’ talbiet finanzjarji li seħħew qabel id-data tal-bidu ta’ proċeduri ta’ falliment fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni sabiex jinbdew proċeduri ta’ falliment. Bid-deċiżjoni tagħha tat-13 ta' Jannar 2012, il-Qorti Reġjonali ta' Vilnius estendiet il-limitu ta' żmien sal-10 ta' Frar 2012 (din id-data inkluża) biex il-kredituri tal-AB bankas SNORAS iressqu t-talbiet ta' talbiet finanzjarji tagħhom li seħħew qabel id-data tal-bidu tal-proċeduri ta' falliment. Dan ifisser li l-kredituri għandhom iressqu t-talbiet lill-amministratur tal-falliment sal-10 ta’ Frar 2012 (din id-data inkluża). Sabiex jitressqu l-applikazzjonijiet ta’ talbiet, huwa rrakkomandat li tintuża l-formola tal-applikazzjoni ppubblikata fuq is-sit tal-internet tal-bank http://www.snoras.com
It-talbiet, flimkien mad-dokumenti kollha mehmuża, għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
Bankrutuojanti AB bankas SNORAS |
A. Vivulskio g. 7 |
LT-03221 Vilnius |
LIETUVA/LITHUANIA |
Kwalunkwe kreditur li għandu l-indirizz tiegħu jew tal-uffiċċju tiegħu rreġistrat fil-Litwanja għandu jressaq l-applikazzjoni ta’ talbiet finanzjarji tiegħu/tagħha bil-Litwan. Kwalunkwe kreditur tal-bank li għandu l-indirizz tiegħu jew tal-uffiċċju tiegħu rreġistrat fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jista’ jressaq applikazzjoni ta’ talbiet finanzjarji fil-lingwa uffiċjali ta’ dak l-Istat. Madankollu, għandha tinhemeż mal-applikazzjoni traduzzjoni għal-Litwan, f’liema każ it-talba għandu jkollha t-titlu “Reikalavimo pateikimas” bil-Litwan. Il-formola trid tiġi ffirmata minn persuna awtorizzata. Il-kredituri għandhom jispeċifikaw ukoll in-natura tal-applikazzjoni ta’ talbiet, id-data ta’ meta seħħet u l-ammont tat-talba, u jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe titoli li jkollhom.
Jekk il-kredituri ma jressqux applikazzjoni ta’ talbiet u/jew iressquhom wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien imsemmi hawn fuq, jew jekk ma tingħatax l-informazzjoni kollha meħtieġa, dawk l-applikazzjonijiet ta' talbiet finanzjarji jistgħu jiġu miċħuda. Madankollu, il-Qorti tista’ taċċetta applikazzjonijiet ta’ kredituri mibgħuta wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien speċifikata jekk jidrilha li hemm raġunijiet biżżejjed talli ma nżammitx id-data tal-iskadenza.
Aktar tagħrif dwar it-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ talbiet jista’ jinkiseb mis-sit tal-internet http://www.snoras.com
Vilnius, il-Litwanja, is-17 ta’ Jannar 2012.
Amministratur ta’ Akcinė bendrovė bankas SNORAS (f’falliment) (li qed jaġixxi bħal l-aġent tagħha mingħajr responsabbiltà personali)
Neil COOPER
Rettifika
9.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/43 |
Rettifika għas-sejħa annwali għall-proposti tal-2011 skont il-programm ta' ħidma annwali għall-2011 għal għotjiet fil-qasam tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1772 kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 9531)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 7 tal-10 ta' Jannar 2012 )
2012/C 35/09
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea qiegħed iħabbar rettifika għas-sejħa annwali għall-proposti skont il-programm ta' ħidma annwali għan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għall-perjodu 2007-2013, kif ippubblikat fil-ĠU C 7, 10.1.2012, p. 6.
It-test ikkoreġut tas-sejħa għall-proposti huwa disponibbli fl-indirizz:
http://tentea.ec.europa.eu/en/apply_for_funding/follow_the_funding_process/annual_call_2011.htm