ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.032.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 32

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
4 ta' Frar 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2012/C 032/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 25, 28.1.2012

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2012/C 032/02

Kawża C-250/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-persuni — Xiri ta’ beni immobbli maħsub sabiex isir residenza ewlenija ġdida — Kalkolu ta’ vantaġġ fiskali — Taxxa tar-reġistrazzjoni — Koerenza tas-sistema fiskali)

2

2012/C 032/03

Kawża C-371/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Nural Ziebell, li kienet Nural Örnek vs Land Baden-Württemberg (Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Moviment liberu tal-ħaddiema — It-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 u l-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni — Direttivi 64/221/KEE, 2003/109/KE u 2004/38/KE — Dritt ta’ residenza ta’ Tork li twieled fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti u li rrisjeda fih legalment għal iktar minn għaxar snin mingħajr interruzzjoni bħala wild ta’ ħaddiem Tork — Kundanni kriminali — Legalità ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija — Kundizzjonijiet)

2

2012/C 032/04

Kawża C-157/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 — Il Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Artikolu 43 KE — Libertà ta’ stabbiliment — Nutara — Kundizzjoni ta’ ċittadinanza — Artikolu 45 KE — Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika)

3

2012/C 032/05

Kawża C-253/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ungerija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-persuni — Libertà ta’ stabbiliment — Xiri ta’ beni immobbli intiż bħala residenza prinċipali ġdida — Determinazzjoni tal-bażi ta’ stima tat-taxxa imposta fuq l-akkwist ta’ beni immobbli — Tnaqqis tal-valur fis-suq tar-residenza akkwistata mill-valur tar-residenza mibjugħa — Esklużjoni ta’ dan it-tnaqqis jekk il-beni mibjugħ ma jkunx jinsab fuq it-territorju nazzjonali)

3

2012/C 032/06

Kawża C-272/09 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 — KME Germany AG, li kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li kienet Europa Metalli SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tat-tubi industrijali tar-ram — Multi — Daqs tas-suq, tul tal-ksur u kooperazzjoni li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni — Rimedju ġuridiku effettiv)

4

2012/C 032/07

Kawżi magħquda C-446/09 u C-495/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen, Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — il-Belġju, ir-Renju Unit) — Koninklijke Philips Electronics NV vs Lucheng Meijing Industrial Company Ltd, Far East Sourcing Ltd, Röhlig Hong Kong Ltd, Röhlig Belgium NV (C-446/09), Nokia Corporation vs Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs (C-495/09) (Politika kummerċjali komuni — Ġlieda kontra l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ merkanzija ffalsifikata u pirata — Regolamenti (KE) Nri 3295/94 u 1383/2003 — Maħżen doganali u tranżitu estern ta’ merkanzija provenjenti minn Stati terzi u kkostitwita minn imitazzjonijiet jew kopji ta’ prodotti li fl-Unjoni huma protetti mid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali — Azzjoni mill-awtoritajiet tal-Istati Membri — Kundizzjonijiet)

4

2012/C 032/08

Kawża C-79/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Systeme Helmholz GmbH vs Hauptzollamt Nürnberg (Direttiva 2003/96/KE — Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku — Artikolu 14(1)(b) — Eżenzjoni għall-prodotti ta’ enerġija użati bħala karburant jew kombustibbli għan-navigazzjoni tal-ajru — Użu ta’ ajruplan għal finijiet li ma humiex kummerċjali — Portata)

5

2012/C 032/09

Kawża C-81/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 — France Télécom vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiza (Appell — Għajnuna mill-Istat — Sistema ta’ impożizzjoni fuq France Télécom tat-taxxa professjonali — Kunċett ta’ għajnuna — Aspettattivi leġittimi — Terminu ta’ preskrizzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ ċertezza legali)

6

2012/C 032/10

Kawża C-125/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht — il-Ġermanja) — Merck Sharp & Dohme Corporation (li kienet Merck & Co.) vs Deutsches Patent- und Markenamt (Proprjetà intellettwali u industrijali — Privattivi — Regolament (KEE) Nru 1768/92 — Artikolu 13 — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali — Possibbiltà li jingħata ċertifikat f’każ fejn il-perijodu li jkun għadda bejn id-data meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal privattiva bażika u d-data tal-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fil-Komunità jkun ta’ inqas minn ħames snin — Regolament (KE) Nru 1901/2006 — Artikolu 36 — Estensjoni tat-tul ta’ żmien taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari)

6

2012/C 032/11

Kawża C-145/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgerichts Wien (l-Awstrija) — Eva-Maria Painer vs Standard VerlagsGmbH, Axel Springer AG, Süddeutsche Zeitung GmbH, Spiegel-Verlag Rudolf Augstein GmbH & Co KG, Verlag M. DuMont Schauberg Expedition der Kölnischen Zeitung GmbH & Co KG (Ġurisdizzjoni f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 6(1) — Numru ta’ konvenuti — Direttiva 93/98/KEE — Artikolu 6 — Protezzjoni ta’ ritratti — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 2 — Riproduzzjoni — Użu ta’ ritratt ta’ persuna bħala mudell biex jiġi stabbilit identikit — Artikolu 5(3)(d) — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għal kwotazzjonijiet — Artikolu 5(3)(e) — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika — Artikolu 5(5))

7

2012/C 032/12

Kawża C-157/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal Supremo — Spanja) — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA vs Administración General del Estado (Moviment liberu tal-kapital — Taxxa fuq il-kumpanniji — Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja — Projbizzjoni li titnaqqas it-taxxa dovuta iżda mhux irkuprata fi Stati Membri oħra)

8

2012/C 032/13

Kawża C-275/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Residex Capital IV CV vs Gemeente Rotterdam (Artikolu 88(3) KE — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija taħt forma ta’ garanzija lil min isellef sabiex ikun jista’ jagħti kreditu lil min jissellef — Ksur tar-regoli ta’ proċedura — Obbligu ta’ rkupru — Nullità — Setgħat tal-qorti nazzjonali)

8

2012/C 032/14

Kawża C-371/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-29 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te Amsterdam — l-Olanda) — National Grid Indus BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Rijnmond/kantoor Rotterdam (Trasferiment tas-sede ta’ kumpannija lejn Stat Membru ieħor li ma huwiex dak li fih hija ġiet ikkostitwita — Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 49 TFUE — Taxxa fuq il-qligħ kapitali moħbi marbut mal-assi ta’ kumpannija li tipproċedi bi trasferiment ta’ sede bejn Stati Membri — L-iffissar tal-ammont tat-taxxa fil-mument tat-trasferiment tas-sede — Irkupru immedjat tat-taxxa — Proporzjonalità)

9

2012/C 032/15

Kawża C-386/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 — Chalkor AE Epexergasias Metallon vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing — Multi — Daqs tas-suq, tul tal-ksur u kooperazzjoni li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni — Rimedju ġuridiku effettiv)

9

2012/C 032/16

Kawża C-389/10 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 — KME Germany AG, li kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li kienet Europa Metalli SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing — Multi — Daqs tas-suq, tul tal-ksur u kooperazzjoni li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni — Rimedju ġuridiku effettiv)

10

2012/C 032/17

Kawża C-442/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — Churchill Insurance Company Limited vs Benjamin Wilkinson u Tracy Evans vs Equity Claims Limited (Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi — Direttiva 84/5/KEE — Artikoli 1(4) u 2(1) — Terzi li huma vittmi — Awtorizzazzjoni espressa jew impliċita għas-sewqan — Direttiva 90/232/KEE — L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 — Direttiva 2009/103/KE — Artikoli 10, 12(1) u (13)(1) — Vittma ta’ inċident tat-traffiku li kien passiġġier f’vettura li fir-rigward tagħha jkun assigurat bħala sewwieq — Vettura misjuqa minn persuna li ma hijiex assigurata skont il-polza ta’ assigurazzjoni — Vittma assigurata li ma hijiex eskluża mill-benefiċċju tal-assigurazzjoni)

10

2012/C 032/18

Kawża C-492/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) — Immobilien Linz GmbH & Co KG vs Finanzamt Freistadt Rohrbach Urfahr (Tassazzjoni — Direttiva 69/335/KEE — Taxxi indiretti — Ġbir tal-kapital — Artikolu 4(2)(b) — Operazzjonijiet suġġetti għad-dazju fuq il-kapital — Żieda fl-assi — Provvista ta’ servizzi minn soċju — Assorbiment tat-telf bis-saħħa ta’ impenn mogħti qabel)

11

2012/C 032/19

Kawża C-515/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 1999/31/KE — Deċiżjoni 2003/33/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Landfill għal skart inerti — Aċċettazzjoni ta’ skart tas-siment tal-asbestos)

11

2012/C 032/20

Kawża C-329/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris — Franza) — Alexandre Achughbabian vs Préfet du Val-de-Marne (Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Standards u proċeduri komuni fil-qasam tar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment — Leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’każ ta’ residenza illegali, tipprovdi piena ta’ priġunerija u multa)

12

2012/C 032/21

Kawżi magħquda C-448/10 P sa C-450/10 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2011 — ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni SpA (C-448/10 P), Cementir Italia Srl (C-449/10 P), Nuova Terni Industrie Chimiche SpA (C-450/10 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika — Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ vantaġġ — Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali — Żnaturament — Kunċett — Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat)

12

2012/C 032/22

Kawża C-515/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Ottubru 2011 — Deutsche Umwelthilfe e.V. vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

13

2012/C 032/23

Kawża C-559/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen (il-Belġju) fis-7 ta’ Novembru 2011 — Pelckmans Turnhout NV vs Walter Van Gastel Balen NV et

13

2012/C 032/24

Kawża C-574/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Novembru 2011 — Novartis AG vs Actavis Deutschland GmbH & Co KG, Actavis Ltd.

13

2012/C 032/25

Kawża C-577/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fil-21 ta’ Novembru 2011 — DKV Belgium vs Association belge des consommateurs test-achats ASBL

14

2012/C 032/26

Kawża C-579/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto (il-Portugall) fit-22 ta’ Novembru 2011 — Grande Área Metropolitana do Porto (GAMP) vs Ministério da Agricultura, do Mar, do Ambiente e do Ordenamento do Território et

14

2012/C 032/27

Kawża C-594/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Novembru 2011 — Christoph Becker vs Société Air France SA

15

2012/C 032/28

Kawża C-604/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 12 de Madrid (Spanja) fit-28 ta’ Novembru 2011 — Genil 48, S.L. u Comercial Hostelera de Grandes Vinos, S.L. vs Bankinter S.A., u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

15

2012/C 032/29

Kawża C-613/11: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

16

 

Il-Qorti Ġenerali

2012/C 032/30

Kawża T-291/04: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Enviro Tech Europe u Enviro Tech International vs Il-Kummissjoni Ewropea (Ambjent u protezzjoni tal-konsumaturi — Klassifikazzjoni, ippakkjar u ttikkettjar ta’ n-propil bromid bħala sustanza perikoluża — Direttiva 2004/73/KE — Direttiva 67/548/KEE — Regolament (KE) Nru 1272/2008 — Rikors għal annullament — Talba tardiva għall-adattament tat-talbiet — Interess ġuridiku — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-validità tad-Direttiva 2004/73 — Identiċità tas-suġġett)

17

2012/C 032/31

Kawża T-377/07: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi informatiċi li jikkonċernaw it-teknoloġiji ta’ inter-operabbiltà tal-kontenut għas-servizzi tal-eGovernment Ewropew — Rifjut tal-offerta ta’ offerent — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Użu ħażin ta’ poter — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

17

2012/C 032/32

Kawża T-232/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju — Miżuri ta’ żvilupp rurali — Żoni żvantaġġjati u agroambjent — Sistemi nazzjonali ta’ gestioni, ta’ kontroll u ta’ sanzjoni — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa)

18

2012/C 032/33

Kawża T-244/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Konsum Nord vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Prezz tal-be jgħ ta’ art — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kriterju tal-investitur privat — Determinazzjoni tal-prezz tas-suq)

18

2012/C 032/34

Kawża T-437/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — CDC Hydrogene Peroxide vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Werrej tal-fajl amministrattiv ta’ proċedimenti fil-qasam tal-akkordji — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki)

18

2012/C 032/35

Kawża T-52/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Nycomed Danmark vs EMA (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali — Regolament (KE) Nru 1901/2006 — Applikazzjoni għal deroga mill-obbligu li jiġi ppreżentat pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika — Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-EMA — Użu ħażin ta’ poter)

19

2012/C 032/36

Kawża T-61/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Meica vs UASI — Bösinger Fleischwaren (Schinken King) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għat-trade mark Komunitarja verbali Schinken King — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti King — Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti Curry King — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009))

19

2012/C 032/37

Kawża T-62/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Rintisch vs UASI — Bariatrix Europe (PROTI SNACK) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PROTI SNACK — Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti PROTIPLUS, PROTI u PROTIPOWER — Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti — Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Kunċett ta’ dispożizzjoni kuntrarja — Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95)

20

2012/C 032/38

Kawża T-109/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Rintisch vs UASI — Valfleuri Pâtes alimentaires (PROTIVITAL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PROTIVITAL — Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti PROTIPLUS, PROTI u PROTIPOWER — Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti — Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009) — Kunċett ta’ dispożizzjoni kuntrarja — Regola 20(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 — Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95)

20

2012/C 032/39

Kawża T-152/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Rintisch vs UASI — Valfleuri Pâtes alimentaires (PROTIACTIVE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PROTIACTIVE — Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti PROTIPLUS, PROTI u PROTIPOWER — Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti — Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Kunċett ta’ sakemm ma jkunx provdut xorta oħra — Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95)

21

2012/C 032/40

Kawża T-377/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Mövenpick vs UASI (PASSIONATELY SWISS) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PASSIONATELY SWISS — Raġuni assoluta għal rifjut — Indikazzjoni ġeografika ta’ provenjenza — Nuqqas ta’ karattru distintiv)

21

2012/C 032/41

Kawża T-423/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw miċ-Ċina — Regolament li jagħlaq reviżjoni interim — Paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni — Kunsiderazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-pajjiż tal-oriġini — Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat fl-investigazzjoni inizzjali — Bdil fiċ-ċirkustanzi — Artikolu 2(10)(b), u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar l-Artikolu 2(10)(b), u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

21

2012/C 032/42

Kawża T-424/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Goodyear Dunlop Tyres UK vs UASI — Sportfive (QUALIFIER) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali QUALIFIER — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Qualifiers 2006 — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

22

2012/C 032/43

Kawża T-504/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Diċembru 2011 — Völkl vs UASI — Marker Völkl (VÖLKL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VÖLKL — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti VÖLKL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Kompetenza tal-Bord tal-Appell fil-każ ta’ appell limitat għal parti mill-prodotti jew mis-servizzi koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 — Talba għal bidla tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell — Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009)

22

2012/C 032/44

Kawża T-106/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Spanja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Gwida — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm ta’ inizjattiva Komunitarja Leader+ — Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 438/2001 — Proporzjonalità)

23

2012/C 032/45

Kawża T-237/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Vuitton Malletier vs UASI — Friis Group International (Rappreżentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ sokra) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

23

2012/C 032/46

Kawża T-361/10 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 Il-Kummissjoni vs Pachtitis (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Avviż ta’ kompetizzjoni — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami bil-miktub wara r-riżultat miksub fit-testijiet ta’ ammissjoni — Tqassim tal-kompetenzi bejn l-EPSO u l-Bord tal-Għażla)

23

2012/C 032/47

Kawża T-425/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Häfele vs UASI (Mixfront) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Mixfront — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru desrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

24

2012/C 032/48

Kawża T-433/10 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Allen et vs Il-Kummissjoni (Appell — Persunal impjegat fl-impriża komuni JET — Applikazzjoni ta’ status ġuridiku differenti minn dak ta’ membru tal-persunal temporanju — Kumpens għad-dannu materjali miġrub — Termini ta’ rikors — Dewmien — Terminu raġonevoli)

24

2012/C 032/49

Kawża T-488/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Franza vs Il-Kummissjoni (FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique — Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi — Direttiva 93/37/KEE — Kunċett ta’ sussidju dirett — Kunċett ta’ tagħmir sportiv, rikreattiv u ta’ divertiment — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

24

2012/C 032/50

Kawża T-531/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Häfele vs UASI (Vorfront) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Vorfront — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

25

2012/C 032/51

Kawża T-563/10 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — De Luca vs Il-Kummissjoni (Appell — Appell inċidentali — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra għal impjieg ta’ grupp ta’ funzjonijiet għola wara kompetizzjoni ġenerali — Dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

25

2012/C 032/52

Kawża T-6/11 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni vs Vicente Carbajosa et (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Avviż ta’ kompetizzjoni — Kompetizzjoni ġenerali — Esklużjoni mill-parteċipazzjoni fl-eżami bil-miktub wara r-riżultat miksub fit-test tal-aċċess — Tqassim tal-kompetenzi bejn l-EPSO u l-Bord tal-Għażla — Prinċipju ta’ kontradittorju)

25

2012/C 032/53

Kawża T-166/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Häfele vs UASI (Infront) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Infront — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

26

2012/C 032/54

Kawża T-283/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — Fon Wireless vs UASI — nfon (nfon)

26

2012/C 032/55

Kawża T-566/11: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2011 — Viejo Valle vs UASI — Etablissements Coquet (sett tal-kafé bi skanalaturi)

26

2012/C 032/56

Kawża T-567/11: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2011 — Viejo Valle vs UASI — Etablissements Coquet (Platt fond bil-kanali)

27

2012/C 032/57

Kawża T-584/11: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2011 — Atlas Transport vs UASI — Hartmann (ATLAS TRANSPORT)

27

2012/C 032/58

Kawża T-589/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2011 — Phonebook of the World vs UASI — Seat Pagine Gialle (PAGINE GIALLE)

28

2012/C 032/59

Kawża T-591/11: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2011 — Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Lepiarz vs UASI — Henkel

29

2012/C 032/60

Kawża T-598/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 — MPDV Mikrolab vs UASI (Lean Performance Index)

29

2012/C 032/61

Kawża T-599/11: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2011 — Eni v UASI — EMI (IP) (ENI)

29

2012/C 032/62

Kawża T-600/11: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2011 — Schuhhaus Dielmann vs UASI — Carrera (Carrera panamericana)

30

2012/C 032/63

Kawża T-602/11: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2011 — Pêra-Grave vs UASI — Fundação De Almeida (QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA)

30

2012/C 032/64

Kawża T-604/11: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 — Mega Brands vs UASI — Diset (MAGNEXT)

31

2012/C 032/65

Kawża T-605/11: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2011 — Novartis vs UASI — Organic (BIOCERT)

31

2012/C 032/66

Kawża T-606/11: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 — Woodman Labs vs UASI — 2 Mas 2 Publicidad Integral (HERO)

32

2012/C 032/67

Kawża T-608/11: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 — Beifa Group vs UASI — Schwan-Stabilo Schwanhäußer (Strumenti tal-kitba)

32

2012/C 032/68

Kawża T-610/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — Wagon Automotive Nagold vs Il-Kummissjoni

33

2012/C 032/69

Kawża T-611/11: Rikors ippreżentat fl-1 ta' Diċembru 2011 — Spa Monopole vs UASI — South Pacific Management (Manea Spa)

34

2012/C 032/70

Kawża T-612/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — Treofan Holdings u Treofan Germany vs Il-Kummissjoni

34

2012/C 032/71

Kawża T-613/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 — VMS Deutschland vs Il-Kummissjoni

35

2012/C 032/72

Kawża T-615/11: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 — Royal Scandinavian Casino Århus AS vs Il-Kummissjoni

36

2012/C 032/73

Kawża T-617/11: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 — Meyr-Melnhof Karton vs UASI — Stora Enso (SILVAWHITE)

37

2012/C 032/74

Kawża T-622/11 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 minn Francesca Cervelli mid-digriet mogħti fit-12 ta’ Settembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-98/10, Cervelli vs Il-Kummissjoni

37

2012/C 032/75

Kawża T-623/11: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 — PICO Food vs UASI — Sobieraj (MILANÓWEK CREAM FUDGE)

38

2012/C 032/76

Kawża T-624/11: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 — Yueqing Onesto Electric vs UASI — Ensto (ONESTO)

38

2012/C 032/77

Kawża T-625/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — BSH vs UASI (ecoDoor)

39

2012/C 032/78

Kawża T-631/11: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 — Caventa AG vs UASI — Anson’s Herrenhaus (B BERG)

39

2012/C 032/79

Kawża T-633/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2011 — Guangdong Kito Ceramics et vs Il-Kunsill

40

2012/C 032/80

Kawża T-634/11 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2011 minn Mario Paulo da Silva Tenreiro kontra s-sentenza mogħtija fid-29 ta’ Settembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-72/10, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni

40

2012/C 032/81

Kawża T-635/11: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2011 — Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki vs Il-Kummissjoni

41

2012/C 032/82

Kawża T-637/11: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2011 — Euris Consult vs Il-Parlament

41

2012/C 032/83

Kawża T-342/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2011 — Bard vs UASI — Braun Melsungen (PERFIX)

42

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2012/C 032/84

Kawża F-51/08 RENV: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Stols vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rinviju lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2007 — Eżami komparattiv tal-merti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Assenza — Motivi tad-deċiżjoni — Motiv supererogatorju — Motiv ineffettiv)

43

2012/C 032/85

Kawża F-30/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 — de Fays vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunati mix-xogħol — Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Rifjut li tiġi rikonoxxuta l-oriġini professjonali ta’ marda)

43

2012/C 032/86

Kawża F-9/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Sabbag Afota vs il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Promozzjoni — Proċedura ta’ Promozzjoni 2010 — Nuqqas ta’ rapport ta’ evalwazzjoni)

43

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/1


2012/C 32/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 25, 28.1.2012

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 13, 14.1.2012

ĠU C 6, 7.1.2012

ĠU C 370, 17.12.2011

ĠU C 362, 10.12.2011

ĠU C 355, 3.12.2011

ĠU C 347, 26.11.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-250/08) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-persuni - Xiri ta’ beni immobbli maħsub sabiex isir residenza ewlenija ġdida - Kalkolu ta’ vantaġġ fiskali - Taxxa tar-reġistrazzjoni - Koerenza tas-sistema fiskali)

2012/C 32/02

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel, R. Lyal u W. Roels, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck, aġent, B. van de Walle de Ghelcke, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: R. Somssich, K. Borvölgyi u M.Z. Fehér, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 18 KE, 43 KE u 56 KE u tal-Artikoli 31 u 40 tal-Ftehim ŻEE — Kolkolu ta’ vantaġġ fiskali meta jinxtara beni immobbli intiż bħala residenza ewlenija ġdida — Teħid inkunsiderazzjoni tal-ammont tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni mħallsa għax-xiri ta’ residenza ewlenija preċedenti biss jekk din ir-residenza tinsab fir-Reġjun Fjamming.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs Baden-Württemberg — il-Ġermanja) — Nural Ziebell, li kienet Nural Örnek vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-371/08) (1)

(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Moviment liberu tal-ħaddiema - It-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 u l-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni - Direttivi 64/221/KEE, 2003/109/KE u 2004/38/KE - Dritt ta’ residenza ta’ Tork li twieled fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti u li rrisjeda fih legalment għal iktar minn għaxar snin mingħajr interruzzjoni bħala wild ta’ ħaddiem Tork - Kundanni kriminali - Legalità ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija - Kundizzjonijiet)

2012/C 32/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nural Ziebell, li kienet Nural Örnek

Konvenuta: Land Baden-Württemberg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg (il-Ġermanja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija — Estensjoni għaċ-ċittadini Torok tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, p. 77), li jawtorizza t-tkeċċija ta’ ċittadini tal-Unjoni għal raġunijiet imperattivi ta’ sigurtà pubblika biss — Deċiżjoni ta’ tkeċċija meħuda wara diversi kundanni kriminali kontra ċittadin Tork imwieled u residenti għal 34 sena fil-Ġermanja

Dispożittiv

L-Artikolu 14(1) tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni li twaqqaf permezz tal-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru 1963 f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-23 ta’ Diċembru 1963, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-protezzjoni kontra t-tkeċċija mogħtija minn din id-dispożizzjoni liċ-ċittadini Torok ma għandhiex l-istess portata li jibbenefikaw minnha ċ-ċittadini tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 28(3)(a) tad-Direttiva 2004/38, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, fis-sens li s-sistema ta’ protezzjoni kontra t-tkeċċija li jibbenefikaw minnha ċ-ċittadini ma tistax tiġi applikata mutatis mutandis għall-bżonnijiet tad-determinazzjoni tas-sens u tal-portata ta’ dan l-Artikolu 14(1);

din id-dispożizzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/80 ma tipprekludix li miżura ta’ tkeċċija bbażata fuq raġunijiet ta’ ordni pubbliku tittieħed kontra ċittadin Tork li għandu d-drittijiet li jipprovdilu t-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tal-imsemmija deċiżjoni, sa fejn l-aġir personali tal-persuna interessata attwalment tikkostitwixxi theddida reali u suffiċjentement gravi li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà tal-Istat Membru ospitanti u li din il-miżura hija indispensabbli għas-salvagwardja tiegħu. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, fid-dawl tal-elementi relevanti kollha, jekk tali miżura hijiex legalment iġġustifikata fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 285, 8.11.2008.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 — Il Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-157/09) (1)

(Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Artikolu 43 KE - Libertà ta’ stabbiliment - Nutara - Kundizzjoni ta’ ċittadinanza - Artikolu 45 KE - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika)

2012/C 32/04

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u W. Roels, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: D.J.M. de Grave u M.A.M. de Ree, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: T. Mihelič, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 43 KE u 45 KE — Aċċess għall-professjoni ta’ nutar u l-eżerċizzju tagħha — Kundizzjoni ta’ ċittadinanza — Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika

Dispożittiv

(1)

Billi impona kundizzjoni ta’ ċittadinanza għall-aċċess għall-professjoni ta’ nutar, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 43 KE.

(2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika tal-Slovenja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 180, 1.8.2009.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Ungerija

(Kawża C-253/09) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-persuni - Libertà ta’ stabbiliment - Xiri ta’ beni immobbli intiż bħala residenza prinċipali ġdida - Determinazzjoni tal-bażi ta’ stima tat-taxxa imposta fuq l-akkwist ta’ beni immobbli - Tnaqqis tal-valur fis-suq tar-residenza akkwistata mill-valur tar-residenza mibjugħa - Esklużjoni ta’ dan it-tnaqqis jekk il-beni mibjugħ ma jkunx jinsab fuq it-territorju nazzjonali)

2012/C 32/05

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentanti: R. Somssich u Z. Fehér, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 18, 39 u 43 KE kif ukoll tal-Artikoli 28 u 31 tal-Ftehim ŻEE — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar it-taxxa mħallsa fuq ix-xiri ta’ proprjetà li huwa suġġett, filwaqt li tiġi stabbilita l-bażi ta’ din it-taxxa, għall-possibbiltà li jitnaqqas, mill-valur tal-abitazzjoni mixtrija, il-valur tal-abitazzjoni mibjugħa bil-kundizzjoni li din tal-aħħar tinsab fit-territorju nazzjonali

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 223, 26.9.2009.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 — KME Germany AG, li kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li kienet Europa Metalli SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-272/09 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tat-tubi industrijali tar-ram - Multi - Daqs tas-suq, tul tal-ksur u kooperazzjoni li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni - Rimedju ġuridiku effettiv)

2012/C 32/06

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: KME Germany AG, li kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li kienet Europa Metalli SpA (rappreżentanti: M. Siragusa, avukat, A. Winckler, avukat, G. Rizza, avukat, T. Graf, avukat, M. Piergiovanni, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier et J. Bourke, aġenti, C. Thomas, solicitor)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Mejju 2009, KME Germany et vs Il-Kummissjoni (T-127/04) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/421/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.240 tubi industrijali) (ĠU L 125, p. 50) — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq — Impatt konkret fuq is-suq — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

KME Germany AG, KME France SAS u KME Italy SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 220, 12.9.2009.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen, Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — il-Belġju, ir-Renju Unit) — Koninklijke Philips Electronics NV vs Lucheng Meijing Industrial Company Ltd, Far East Sourcing Ltd, Röhlig Hong Kong Ltd, Röhlig Belgium NV (C-446/09), Nokia Corporation vs Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs (C-495/09)

(Kawżi magħquda C-446/09 u C-495/09) (1)

(Politika kummerċjali komuni - Ġlieda kontra l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ merkanzija ffalsifikata u pirata - Regolamenti (KE) Nri 3295/94 u 1383/2003 - Maħżen doganali u tranżitu estern ta’ merkanzija provenjenti minn Stati terzi u kkostitwita minn imitazzjonijiet jew kopji ta’ prodotti li fl-Unjoni huma protetti mid-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali - Azzjoni mill-awtoritajiet tal-Istati Membri - Kundizzjonijiet)

2012/C 32/07

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż u l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen, Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Koninklijke Philips Electronics NV (C-446/09), Nokia Corporation (C-495/09)

Konvenuti: Lucheng Meijing Industrial Company Ltd, Far East Sourcing Ltd, Röhlig Hong Kong Ltd, Röhlig Belgium NV (C-446/09), Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs (C-495/09)

Fil-preżenza ta’: International Trademark Association

Suġġett

(C-446/09)

Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3295/94, tat-22 ta’ Diċembru 1994, li jistabbilixxi miżuri li jipprojbixxu ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, l-esportazzjoni, l-esportazzjoni mill-ġdid jew dħul għal proċedura sospensiva ta’ oġġetti falsifikati jew pirati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 5, p. 318) — Rilaxx għal ċirkolazzjoni libera u dħul taħt proċedura sospensiva — Dritt applikabbli — Oġġetti li joriġinaw minn pajjiż terz — Ksur tad-drittijiet intellettwali tad-detentur

(C-495/09)

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettata li tikser ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li tikser ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 469) — Kunċett ta’ “merkanzija ffalsifikata” — Merkanzija, li għandha trade mark Komunitarja, li tkun fi tranżitu minn stat terz fejn kienet immanifatturata u ddestinata għas-suq ta’ stat terz ieħor — Telefoni ċellulari “Nokia”

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3295/94, tat-22 ta’ Diċembru 1994, li jippreskrivi l-miżuri dwar id-dħul fil-Komunità u l-esportazzjoni u l-esportazzjoni mill-ġdid mill-Komunità ta’ oġġetti li jiksru ċerti drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 241/1999, tal-25 ta’ Jannar 1999, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

merkanzija provenjenti minn Stat terz u li tikkostitwixxi imitazzjoni ta’ prodott protett fl-Unjoni Ewropea b’dritt ta’ trade mark jew kopja ta’ prodott protett fl-Unjoni b’dritt tal-awtur, dritt relatat jew disinn ma tistax tiġi kklasifikata bħala “merkanzija ffalsifikata” jew “pirata” fis-sens tal-imsemmija regolamenti sempliċiment għaliex din ġiet introdotta fit-territorju doganali tal-Unjoni taħt proċedura sospensiva;

min-naħa l-oħra, din il-merkanzija tista’ tikser l-imsemmi dritt u għalhekk tiġi kklassifikata bħala “merkanzija ffalsifikata” jew “pirata” meta jiġi ppruvat li din hija ddestinata għal tqegħid fis-suq fl-Unjoni Ewropea, fejn prova bħal din tista’, b’mod partikolari tiġi pprovduta meta jirriżulta li l-imsemmija merkanzija kienet is-suġġett ta’ bejgħ lil klijent fl-Unjoni jew ta’ offerta għal bejgħ jew ta’ pubbliċità indirizzata għal konsumaturi fl-Unjoni, jew meta mid-dokumenti jew minn korrispondenza li tikkonċerna din il-merkanzija jirriżulta li hemm ippjanant li din tiġi ddevjata lejn il-konsumaturi fl-Unjoni;

sabiex l-awtorità kompetenti li tiddeċiedi dwar il-mertu tkun tista’ teżamina b’mod utli l-eżistenza ta’ din il-prova u ta’ elementi oħra li jikkostitwixxu ksur tad-dritt ta’ proprjetà intellettwali invokat, l-awtorità doganali adita b’talba ta’ azzjoni għandha, hekk kif ikollha ħjilijiet li jippermettu li jiġi ssuspettat l-eżistenza tal-imsemmi ksur, tissospendi l-ħelsien jew tipproċedi biż-żamma tal-imsemmija merkanzija, u li

fost dawn il-ħjilijiet jistgħu jissemmew, b’mod partikolari, il-fatt li d-destinazzjoni tal-merkanzija ma tkunx ġiet iddikjarata minkejja li l-proċedura sospensiva mitluba teżiġi din id-dikjarazzjoni, in-nuqqas ta’ informazzjoni preċiża jew affidabbli fuq l-identità jew l-indirizz tal-manifattur jew tal-kunsinnatur tal-merkanzija, nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali jew saħansitra l-iżvelar ta’ dokumenti jew ta’ korrispondenza dwar il-merkanzija inkwistjoni li tkun ta’ natura li tissuġġerixxi li din tista’ tiġi ddevjata lejn il-konsumaturi fl-Unjoni.


(1)  ĠU C 24, 30.1.2010

ĠU C 37, 13.2.2010


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Systeme Helmholz GmbH vs Hauptzollamt Nürnberg

(Kawża C-79/10) (1)

(Direttiva 2003/96/KE - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku - Artikolu 14(1)(b) - Eżenzjoni għall-prodotti ta’ enerġija użati bħala karburant jew kombustibbli għan-navigazzjoni tal-ajru - Użu ta’ ajruplan għal finijiet li ma humiex kummerċjali - Portata)

2012/C 32/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Systeme Helmholz GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Nürnberg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 11(3), 14(1)(b) u 15(1)(j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405) — Portata tal-esklużjoni mit-tassazzjoni prevista għall-prodotti ta’ enerġija pprovduti biex jintużaw bħala karburant jew kombustibbli għal navigazzjoni bl-ajru — Liġi nazzjonali li tillimita din l-esklużjoni għan-navigazzjoni bl-ajru magħmula minn kumpanniji tal-ajru — Titjiriet bi skopijiet kummerċjali u privati, magħmula b’ajruplan ta’ impriża li ma hijiex kumpannija tal-ajru

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 14(1)(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-karburant użat għan-navigazzjoni bl-ajru stabbilita b’din id-dispożizzjoni ma tistax tkun ta’ benefiċċju għal impriża, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex tiżviluppa n-negozju tagħha, tuża ajruplan ta’ proprjetà tagħha biex tiżgura l-vjaġġi tal-uffiċjali tagħha għand klijenti jew biex iżuru fieri kummerċjali, sa fejn dawn il-vjaġġi ma jservux funzjoni diretta għall-provvista ta’ servizzi bl-ajru bi ħlas magħmula minn din l-impriża.

(2)

L-Artikolu 15(1)(j) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-karburanti użati sabiex jitwettqu titjiriet lejn u lura minn sit għal manutenzjoni tal-ajruplani ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 113, 1.5.2010


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 — France Télécom vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Franċiza

(Kawża C-81/10 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Sistema ta’ impożizzjoni fuq France Télécom tat-taxxa professjonali - Kunċett ta’ “għajnuna” - Aspettattivi leġittimi - Terminu ta’ preskrizzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ ċertezza legali)

2012/C 32/09

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: France Télécom (rappreżentanti: S. Hautbourg, L. Olza Moreno u L. Godfroid, avukati)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u D. Grespan, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. Gstalter, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla), tat-30 ta’ Novembru 2009, Franza u France Télécom vs Il Kummissjoni (T-427/04 u T-17/05), li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikorsi ppreżentati mir-Repubblika Franċiża u mir-rikorrenti għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/709/KE, tat-2 ta’ Awissu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza (ĠU 2005, L 269, p. 30) — Ksur tal-kunċetti ta’ “għajnuna mill-Istat” u ta’ “vantaġġ” relatati mas-sistema ta’ ntaxxar ta’ France Télécom fuq it-taxxa tan-negozju għas-snin 1994 sa 2002 — Ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi — Terminu ta’ preskrizzjoni tal-iskema ta’ għajnuna — Obbligu ta’ motivazzjoni u ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

France Télécom SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

(3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha


(1)  ĠU C 148, 5.6.2010


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht — il-Ġermanja) — Merck Sharp & Dohme Corporation (li kienet Merck & Co.) vs Deutsches Patent- und Markenamt

(Kawża C-125/10) (1)

(Proprjetà intellettwali u industrijali - Privattivi - Regolament (KEE) Nru 1768/92 - Artikolu 13 - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għall-prodotti mediċinali - Possibbiltà li jingħata ċertifikat f’każ fejn il-perijodu li jkun għadda bejn id-data meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal privattiva bażika u d-data tal-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fil-Komunità jkun ta’ inqas minn ħames snin - Regolament (KE) Nru 1901/2006 - Artikolu 36 - Estensjoni tat-tul ta’ żmien taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari)

2012/C 32/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundespatentgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Merck Sharp ^ Dohme Corporation (li kienet Merck & Co.)

Konvenuta: Deutsches Patent- und Markenamt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundespatentgericht — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) — Possibiltà li jingħata dan iċ-ċertifikat f’każ fejn il-perijodu li jkun għadda bejn id-data meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal privattiva bażika u d-data tal-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fil-Komunità jkun inqas minn ħames snin

Dispożittiv

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1768/92, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004, moqri flimkien mal-Artikolu 36 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti mediċinali jistgħu jkunu suġġetti għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari meta l-perijodu li jkun għadda bejn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal privattiva bażika u d-data tal-ewwel ATS fl-Unjoni jkun inqas minn ħames snin. F’dan il-każ, it-terminu tal-estensjoni pedjatrika prevista minn dan l-aħħar regolament tibda tiddekorri mid-data stabbilita billi jitnaqqsu mid-data ta’ skadenza tal-privattiva, id-differenza bejn ħames snin u t-tul ta’ żmien tal-perijodu li jkun għadda bejn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal privattiva bażika u d-data tal-ewwel awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq.


(1)  ĠU C 161, 19.6.2010


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgerichts Wien (l-Awstrija) — Eva-Maria Painer vs Standard VerlagsGmbH, Axel Springer AG, Süddeutsche Zeitung GmbH, Spiegel-Verlag Rudolf Augstein GmbH & Co KG, Verlag M. DuMont Schauberg Expedition der Kölnischen Zeitung GmbH & Co KG

(Kawża C-145/10) (1)

(Ġurisdizzjoni f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 6(1) - Numru ta’ konvenuti - Direttiva 93/98/KEE - Artikolu 6 - Protezzjoni ta’ ritratti - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 2 - Riproduzzjoni - Użu ta’ ritratt ta’ persuna bħala mudell biex jiġi stabbilit identikit - Artikolu 5(3)(d) - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għal kwotazzjonijiet - Artikolu 5(3)(e) - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika - Artikolu 5(5))

2012/C 32/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eva Maria Painer

Konvenuti: Standard VerlagsGmbH, Axel Springer AG, Süddeutsche Zeitung GmbH, Spiegel-Verlag Rudolf Augstein GmbH & Co KG, Verlag M. DuMont Schauberg Expedition der Kölnischen Zeitung GmbH & Co KG

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Handelsgericht Wien — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), tal-Artikoli 1(1), 5(3)(d) u (e) kif ukoll tal-Artikolu 5(5) tad Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) — Pubblikazzjoni ta’ ritratti f’diversi rivisti, mingħajr permess mingħand l-awtur u mingħajr referenza korretta — Kompetenza ta’ qorti sabiex tiddeċiedi diversi rikorsi li jsiru, minħabba tal-istess ksur tad-drittijiet tal-awtur, kontra konvenuti differenti, u bbażati fuq regoli ġuridiċi sostanzjalment identiċi tad-dritt ta’ żewġ Stati Membri — Ksur tad-dritt tal-awtur iġġustifikat minn għanijiet ta’ sigurtà pubblika

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sempliċi fatt li t-talbiet imressqa kontra diversi konvenuti, minħabba ksur ta’ drittijiet tal-awtur sostanzjalment identiċi, ikunu bbażati fuq bażijiet legali nazzjonali li jkunu differenti skont l-Istati Membri ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Hija l-qorti nazzjonali, fid-dawl tal-elementi kollha tal-proċess, li għandha tevalwa l-eżistenza ta’ riskju ta’ deċiżjonijiet irrikonċiljabbli jekk it-talbiet jiġu deċiżi separatament.

(2)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE, tad-29 ta’ Ottubru 1993, li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ċerti drittijiet relatati għandu jiġi interpretat fis-sens li ritratt ta’ persuna jista’, skont din id-dispożizzjoni, jiġi protett mid-dritt tal-awtur, fuq il-kundizzjoni, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika f’kull każ li jkollha quddiemha, li tkun kreazzjoni intellettwali tal-awtur li tirrifletti l-personalità ta’ dan tal-aħħar u li timmanifesta ruħha mill-għażliet liberi u kreattivi tiegħu waqt il-ħolqien ta’ dan ir-ritratt. Ladarba jiġi vverifikat li r-ritratt ta’ persuna inkwistjoni għandu l-kwalità ta’ xogħol, il-protezzjoni tiegħu ma hijiex inqas minn dik li jibbenefika minnha kull xogħol ieħor, inkluż dak fotografiku

(3)

L-Artikolu 5(3)(e) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, moqri fid-dawl tal-Artikolu 5(5) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li mezz, bħal editur tal-istampa, ma jistax juża, fuq inizjattiva tiegħu stess, xogħol protett mid-drittijiet tal-awtur billi jinvoka għan ta’ sigurtà pubblika. Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li jista’ jikkontribwixxi regolarment sabiex jintlaħaq tali għan billi jippubblika ritratt ta’ persuna mfittxija. Għandu jkun meħtieġ li din l-inizjattiva, minn naħa, taqa’ fil-kuntest ta’ deċiżjoni meħuda jew ta’ azzjoni mmexxija mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u intiża sabiex tiżgura s-sigurtà pubblika u, min-naħa l-oħra, tittieħed bi ftehim u f’koordinazzjoni mal-imsemmija awtoritajiet, sabiex jiġi evitat ir-riskju li tmur kontra miżuri meħuda minn dawn tal-aħħar, mingħajr ma tkun neċessarja għaldaqstant sejħa konkreta, attwali u espressa li tirriżulta mill-awtoritajiet ta’ sigurtà, li jiġi ppubblikat ritratt għall-finijiet ta’ investigazzjoni.

(4)

L-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29, moqri fid-dawl tal-Artikolu 5(5) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li artiklu tal-istampa li jikkwota xogħol jew oġġett ieħor protett ma huwiex xogħol litterarju protett mid-drittijiet tal-awtur ma jostakolax l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

(5)

L-Artikolu 5(3)(d) tad-Direttiva 2001/29, moqri fid-dawl tal-Artikolu 5(5) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni tiegħu hija suġġetta għall-obbligu li s-sors, inkluż l-isem tal-awtur jew tal-artist interpretu, tax-xogħol jew tal-oġġett l-ieħor protett ikkwotat ikun indikat. Madankollu, jekk, skont l-Artikolu 5(3)(e) tad-Direttiva 2001/29, dan l-isem ma jkunx ġie indikat, l-imsemmi obbligu għandu jiġi kkunsidrat bħala osservat jekk jiġi indikat biss is-sors.


(1)  ĠU C 148, 5.6.2010


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mit-Tribunal Supremo — Spanja) — Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA vs Administración General del Estado

(Kawża C-157/10) (1)

(Moviment liberu tal-kapital - Taxxa fuq il-kumpanniji - Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja - Projbizzjoni li titnaqqas it-taxxa dovuta iżda mhux irkuprata fi Stati Membri oħra)

2012/C 32/12

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

Konvenuta: Administración General del Estado

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: T. Mihelič, aġent)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 65 TFUE — Taxxa fuq il-kumpanniji — Leġiżlazzjoni nazzjonali u ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja li jipprojbixxu t-tnaqqis tat-taxxa dovuta, iżda mhux miġbura, fi Stati Membri oħra għal dħul magħmul fit-territorju tagħhom

Dispożittiv

L-Artikolu 67 tat-Trattat KEE u l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1988, għall-implementazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat (artiklu mħassar bit-Trattat ta’ Amsterdam), ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, fil-kuntest tat-taxxa fuq il-kumpanniji u fost ir-regoli intiżi għal ħelsien minn taxxa doppja, tipprojbixxi li jitnaqqas l-ammont tat-taxxa dovuta fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea fuq dħul magħmul fit-territorju tagħhom u li jaqa’ taħt din it-taxxa meta, minkejja li huma dovuti, dawn l-ammonti ma jitħallsux, minħabba eżenzjoni jew tnaqqis tal-oneru fiskali jew minħabba benefiċċju fiskali ieħor, sa fejn din il-leġiżlazzjoni ma tkunx diskriminatorja meta mqabbla mat-trattament li għaliha huma suġġetti l-interessi miksuba fl-imsemmi Stat Membru, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 179, 3.7.2010


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Residex Capital IV CV vs Gemeente Rotterdam

(Kawża C-275/10) (1)

(Artikolu 88(3) KE - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija taħt forma ta’ garanzija lil min isellef sabiex ikun jista’ jagħti kreditu lil min jissellef - Ksur tar-regoli ta’ proċedura - Obbligu ta’ rkupru - Nullità - Setgħat tal-qorti nazzjonali)

2012/C 32/13

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Residex Capital IV CV

Konvenuta: Gemeente Rotterdam

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Għajnuna mill-Istat — Interpretazzjoni tal-Artikolu 108(3) TFUE — Għajnuna mogħtija bħala garanzija lil min isellef sabiex ikun jista’ jagħti kreditu lil min jissellef — Ksur tar-regoli tal-proċedura — Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali

Dispożittiv

L-aħħar sentenza tal-Artikolu 88(3) KE għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qrati nazzjonali huma ġurisdizzjoni sabiex jannullaw garanzija f’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża prinċipali, li fiha għajnuna illegali ġiet eżegwita permezz ta’ garanzija mogħtija minn awtorità pubblika sabiex tkopri self mogħti minn kumpannija finanzjarja għall-benefiċċju ta’ impriża li ma setgħetx tikseb tali finanzjament taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Fl-eżerċizzju ta’ din il-ġurisdizzjoni, l-imsemmija qrati għandhom jiżguraw l-irkupru tal-għajnuna u, għal dan il-għan, huma jistgħu jannullaw il-garanzija b’mod partikolari meta, fin-nuqqas ta’ miżuri proċedurali inqas vinkolanti, dan l-annullament ikun tali li jagħti lok jew jiffaċilita li tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni kompetittiva li tippreċedi l-għoti ta’ din il-garanzija.


(1)  ĠU C 246, 11.9.2010.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-29 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te Amsterdam — l-Olanda) — National Grid Indus BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Rijnmond/kantoor Rotterdam

(Kawża C-371/10) (1)

(Trasferiment tas-sede ta’ kumpannija lejn Stat Membru ieħor li ma huwiex dak li fih hija ġiet ikkostitwita - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Taxxa fuq il-qligħ kapitali moħbi marbut mal-assi ta’ kumpannija li tipproċedi bi trasferiment ta’ sede bejn Stati Membri - L-iffissar tal-ammont tat-taxxa fil-mument tat-trasferiment tas-sede - Irkupru immedjat tat-taxxa - Proporzjonalità)

2012/C 32/14

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: National Grid Indus BV

Konvenuta: Inspecteur van de Belastingdienst Rijnmond/kantoor Rotterdam

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminair — Gerechtshof te Amsterdam — Interpretazzjoni tal-Artikolu 43 KE (li issa sar l-Artikolu 49 TFUE) — Dispożizzjonijiet fiskali nazzjonali li jistabbilixxu taxxa immedjata ta’ ħruġ għall-kumpanniji li jittrasferixxu s-sede tagħhom jew l-assi tagħhom lejn Stat Membru ieħor

Dispożittiv

(1)

Kumpannija kkostitwita skont id-dritt ta’ Stat Membru, li tittrasferixxi s-sede ta’ amministrazzjoni effettiva tagħha lejn Stat Membru ieħor, mingħajr ma dan it-trasfirment jaffettwa l-istatus tagħha bħala kumpannija ta’ dan l-ewwel Stat Membru, tista’ tuża l-Artikolu 49 TFUE sabiex tqiegħed inkwistjoni l-legalità ta’ taxxa imposta fuqha mill-ewwel Stat Membru fl-okkażjoni tal-imsemmi trasferiment ta’ sede.

(2)

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, li abbażi tagħha l-ammont ta’ taxxa fuq il-qligħ kapitali moħbi marbut mal-elementi tal-patrimonju ta’ kumpannija huwa ffissat b’mod finali — mingħajr ma jiġu kkunsidrati la t-telf kapitali u lanqas il-qligħ kapitali li jistgħu jitweqqu sussegwentement — fil-mument li fih il-kumpannija, minħabba t-trasferiment tas-sede ta’ amministrazzjoni effettiva tagħha lejn Stat Membru ieħor, tieqaf tagħmel qligħ taxxabbli fl-ewwel Stat Membru: f’dan ir-rigward, ma huwiex importanti li l-qligħ kapitali moħbi intaxxat huwa marbut mal-profitti valutarji li ma setgħux jiġu ddikjarati fl-Istat Membru ospitanti minħabba s-sistema fiskali fis-seħħ fl-imsemmi Stat Membru;

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, li timponi l-irkupru immedjat tat-taxxa fuq il-qligħ kapitali moħbi marbut mal-elementi ta’ patrimonju ta’ kumpannija li tittrasferixxi s-sede ta’ amministrazzjoni effettiva tagħha lejn Stat Membru ieħor, fil-mument tal-imsemmi trasferiment.


(1)  ĠU C 328, 4.12.2010


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 — Chalkor AE Epexergasias Metallon vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-386/10 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing - Multi - Daqs tas-suq, tul tal-ksur u kooperazzjoni li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni - Rimedju ġuridiku effettiv)

2012/C 32/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Chalkor AE Epexergasias Metallon (rappreżentant: I. Forrester QC)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u S. Noë, aġenti, B. Doherty, barrister)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010, Chalkor vs Il-Kummissjoni (T-21/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali naqqset il-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/485/KE, tat-3 ta’ Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 — Pajpijiet tar-ram għall-plumbing) (innotifikata bid-dokument numru C(2004) 2826), dwar sistema ta’ attribuzzjoni ta’ volumi ta’ produzzjoni u ta’ ishma tas-suq, kif ukoll l-iffissar ta’ għanijiet u ta’ żidiet fil-prezzijiet fis-suq Ewropew tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Chalkor AE Epexergasias Metallon hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 — KME Germany AG, li kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li kienet Europa Metalli SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-389/10 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing - Multi - Daqs tas-suq, tul tal-ksur u kooperazzjoni li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni - Rimedju ġuridiku effettiv)

2012/C 32/16

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: KME Germany AG, li kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li kienet Europa Metalli SpA (rappreżentanti: M. Siragusa, A. Winckler, G. Rizza, T. Graf, M. Piergiovanni, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u S. Noë, aġenti, C. Thomas, solicitor)

Suġġett

Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010, KME Germany et vs Il-Kummissjoni (T-25/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba intiża għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/485/KE, tat-3 ta’ Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 — Pajpijiet tar-ram għall-plumbing) (innotifikata taħt in-Numru C(2004) 2826), dwar sistema ta’ allokazzjoni ta’ volumi ta’ produzzjoni u ta’ ishma tas-suq, kif ukoll tal-iffissar ta’ oġġettivi u ta’ żieda fil-prezzijiet fis-suq Ewropew tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

KME Germany AG, KME France SAS u KME Italy SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 274, 9.10.2010.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — Churchill Insurance Company Limited vs Benjamin Wilkinson u Tracy Evans vs Equity Claims Limited

(Kawża C-442/10) (1)

(Assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu tal-vetturi - Direttiva 84/5/KEE - Artikoli 1(4) u 2(1) - Terzi li huma vittmi - Awtorizzazzjoni espressa jew impliċita għas-sewqan - Direttiva 90/232/KEE - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 - Direttiva 2009/103/KE - Artikoli 10, 12(1) u (13)(1) - Vittma ta’ inċident tat-traffiku li kien passiġġier f’vettura li fir-rigward tagħha jkun assigurat bħala sewwieq - Vettura misjuqa minn persuna li ma hijiex assigurata skont il-polza ta’ assigurazzjoni - Vittma assigurata li ma hijiex eskluża mill-benefiċċju tal-assigurazzjoni)

2012/C 32/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Churchill Insurance Company Limited, Tracy Evans

Konvenuti: Benjamin Wilkinson, Equity Claims Limited

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 12(1) u 13(1) tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU L 263, p. 11) — Vittma ta’ inċident tat-triq li, fil-mument tal-inċident, ikun passiġġier tal-vettura li fir-rigward tagħha huwa assigurat bħala sewwieq iżda li tinsaq minn sewwieq mhux assigurat li ngħata awtorizzazzjoni biex isuq mingħand il-vittma — Dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li għandhom bħala effett l-eskużjoni tal-vittma mill-benefiċċju tal-assigurazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li jkollha bħala effett li teskludi, b’mod awtomatiku, l-obbligu tal-assiguratur li jikkumpensa vittma ta’ inċident tat-traffiku meta dan l-inċident ikun ikkawżat minn sewwieq li ma huwiex assigurat skont il-polza ta’ assigurazzjoni u din il-vittma, passiġġier fil-vettura fil-mument tal-inċident, ikollha assigurazzjoni sabiex issuq din il-vettura u tkun awtorizzat lis-sewwieq isuq tali vettura.

(2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda ma hijiex differenti, skont jekk il-vittma assigurata kellhiex għarfien jew le tal-fatt li l-persuna li hija awtorizzat issuq kellhiex assigurazzjoni sabiex tagħmel dan, jekk kinitx temmen li tali persuna kellha assigurazzjoni u jekk ħasbitx jew le f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) — Immobilien Linz GmbH & Co KG vs Finanzamt Freistadt Rohrbach Urfahr

(Kawża C-492/10) (1)

(Tassazzjoni - Direttiva 69/335/KEE - Taxxi indiretti - Ġbir tal-kapital - Artikolu 4(2)(b) - Operazzjonijiet suġġetti għad-dazju fuq il-kapital - Żieda fl-assi - Provvista ta’ servizzi minn soċju - Assorbiment tat-telf bis-saħħa ta’ impenn mogħti qabel)

2012/C 32/18

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Immobilien Linz GmbH & Co KG

Konvenuta: Finanzamt Freistadt Rohrbach Urfahr

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Auβenstelle Linz — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11) — Operazzjonijiet suġġetti għad-dazju fuq il-kapital — Żieda tal-assi ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju — Inklużjoni possibbli f’dawn l-assi tal-impenn min-naħa ta’ korp pubbliku, li huwa l-uniku soċju ta’ din il-kumpannija, li jassumi t-telf tagħha

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assorbiment tat-telf ta’ kumpannija minn soċju bħala eżekuzzjoni ta’ impenn li dan tal-aħħar ikun daħal għalih qabel ma jkun ġie sostnut it-telf, u dan unikament sabiex jiżgura l-kopertura ta’ dan it-telf, ma jżidx l-assi ta’ din il-kumpannija


(1)  ĠU C 13, 15.1.2011.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-515/10) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/31/KE - Deċiżjoni 2003/33/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Landfill għal skart inerti - Aċċettazzjoni ta’ skart tas-siment tal-asbestos)

2012/C 32/19

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u A. Marghelis, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u S. Menez, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta tal-Artikolu 2(e), tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 6(d) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (landfill) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228) u tad-dispożizzjonijiet tal-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’terraferma (landfill) artifiċjali skont l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 314) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi kategorija ta’ skart “inerti u perikoluż”, li ma ssegwix id-direttiva — Rimi ta’ skart tas-siment tal-asbestos f’landfill

Dispożittiv

(1)

Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tiżgura li l-iskart tas-siment tal-asbestos jiġi ttrattat f’landfills xierqa, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(e), 3(1) u 6(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (landfill), kif ukoll taħt id-dispożizzjonijiet tal-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’terraferma (landfill) artifiċjali, skont l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 29.1.2011.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Paris — Franza) — Alexandre Achughbabian vs Préfet du Val-de-Marne

(Kawża C-329/11) (1)

(Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Standards u proċeduri komuni fil-qasam tar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment - Leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’każ ta’ residenza illegali, tipprovdi piena ta’ priġunerija u multa)

2012/C 32/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alexandre Achughbabian

Konvenut: Préfet du Val-de-Marne

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Paris — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98) — Konformità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija għal ċittadin ta’ pajjiż terz biss minħabba l-irregolarità tad-dħul tiegħu jew tar-residenza tiegħu fit-territorju nazzjonali — Tqegħid f’detenzjoni għall-finijiet ta’ teħid lura lejn il-fruntiera — Possibbiltà ta’ irregolarità tal-kustodja

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandha tiġi interpretata fis-sens li

tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li trażżan ir-residenza illegali permezz ta’ sanzjonijiet kriminali sa fejn din tippermetti l-priġunerija ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li, filwaqt li jkun irrisjeda illegalment fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru u ma jkunx lest jitlaq volontarjament minn dan it-territorju, ma jkunx ġie suġġett għal miżuri restrittivi fis-sens tal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva u, fil-każ ta’ detenzjoni bil-ħsieb li tiġi ppreparata u mwettqa t-tneħħija tiegħu, ma jkunx laħaq l-iskadenza tat-tul massimu ta’ tali detenzjoni;

ma tipprekludix leġiżlazzjoni sa fejn tippermetti l-priġunerija ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li fir-rigward tiegħu ġiet applikata l-proċedura ta’ ritorn stabbilita mill-imsemmija direttiva u li jirrisjedi illegalment fl-imsemmi territorju mingħajr raġuni ġġustifikata għan-nuqqas ta’ ritorn tiegħu.


(1)  ĠU C 298, 8.10.2011


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Ottubru 2011 — ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni SpA (C-448/10 P), Cementir Italia Srl (C-449/10 P), Nuova Terni Industrie Chimiche SpA (C-450/10 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-448/10 P sa C-450/10 P) (1)

(Appell - Kumpens għal esproprjazzjoni minħabba raġunijiet ta’ utilità pubblika - Estensjoni ta’ tariffa preferenzjali għall-provvista tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ “vantaġġ” - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali - Żnaturament - Kunċett - Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat)

2012/C 32/21

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni SpA (C-448/10 P), Cementir Italia Srl (C-449/10 P), Nuova Terni Industrie Chimiche SpA (C-450/10 P) (rappreżentanti: T. Salonico, G. Barone u A. Marega, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Lulju 2010 — ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni vs Il-Kummissjoni (T-62/08) li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/308/KE, tal-20 ta’ Novembru 2007, dwar l-għajnuna tal-Istat C 36/A/06 (ex NN 38/06) implimentata mill-Italja favur ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche (ĠU 2008 L 144, p. 37)

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

ThyssenKrupp Acciai Speciali Terni SpA, Cementir Italia Srl u Nuova Terni Industrie Chimiche SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  GU C 317, 20.11.2010.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Ottubru 2011 — Deutsche Umwelthilfe e.V. vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-515/11)

2012/C 32/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Deutsche Umwelthilfe e.V.

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

(1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li jkun hemm aġir f’kapaċità leġiżlattiva anki fil-każ ta’ attivitajiet li jikkonċernaw il-proċess leġiżlattiv imwettqa minn korpi jew istituzzjonijiet, bħala parti mill-eżekuttiv, bis-saħħa ta’ setgħa ddelegata permezz ta’ liġi Parlamentari?

(2)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda: tali korpi u istituzzjonijiet għandhom jiġu esklużi mid-definizzjoni ta’ “awtorità pubblika” b’mod permanenti jew inkella sakemm jintemm il-proċess leġiżlattiv biss?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 375.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel te Antwerpen (il-Belġju) fis-7 ta’ Novembru 2011 — Pelckmans Turnhout NV vs Walter Van Gastel Balen NV et

(Kawża C-559/11)

2012/C 32/23

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van koophandel te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pelckmans Turnhout NV

Konvenuti: Walter Van Gastel Balen NV, Walter Van Gastel NV, Walter Van Gastel Schoten NV, Walter Van Gastel Lifestyle NV

Domandi preliminari

(1)

Il-ftuħ ta’ ħanut, sebat ijiem fil-ġimgħa, minn kummerċjant u l-fatt li dan jiġi rreklamat, għandhom jitqiesu bħala azzjoni, ommissjoni, kondotta, proċedura jew komunikazzjoni kummerċjali, inkluż ir-reklamar u l-marketing, min-naħa ta’ professjonist, b’rabta diretta mal-promozzjoni, il-bejgħ jew il-provvista ta’ prodott lill-konsumaturi, u konsegwentement, bħala prattika kummerċjali fis-sens tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern?

(2)

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern jew dispożizzjoni oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, bħalma huma, fost oħrajn, l-Artikolu 34 jew 35 TFUE jew l-Artikolu 49 jew 56 TFUE, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hija dik tal-Artikoli 8 sa 14 tal-liġi tal-10 ta’ Novembru 2006 (dwar il-ħinijiet ta’ ftuħ fil-kummerċ, l-artiġjanat u s-servizzi), li — b’riżerva għal xi eċċezzjonijiet elenkati fil-liġi — timponi lill-kummerċjant sabiex jagħżel jum fil-ġimgħa fejn il-ħanut ikun magħluq, minħabba l-fatt li huwa pprojbit, b’mod totali, li kummerċjant jiftaħ il-ħanut tiegħu sebat ijiem fil-ġimgħa u dan indipendentement mill-effett li dan għandu jew jista’ jkollu fuq il-konsumatur medju u indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk dan l-att jistax jitqies, fiċ-ċirkustanzi konkreti (ta’ dan il-każ), bħala li huwa kuntrarju għad-diliġenza professjonali jew għall-prattiċi kummerċjali leali, u wkoll indipendentement mill-fatt li, indipendentement minn din il-liġi, il-mistrieħ tal-ħaddiema bħala dritt tax-xogħol huwa ggarantit minn leġiżlazzjoni oħra?


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Novembru 2011 — Novartis AG vs Actavis Deutschland GmbH & Co KG, Actavis Ltd.

(Kawża C-574/11)

2012/C 32/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novartis AG

Konvenuta: Actavis Deutschland GmbH & Co KG, Actavis Ltd.

Domanda preliminari

L-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-protezzjoni mogħtija minn ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari mogħti lil sustanza attiva waħda (f’dan il-każ, il-valsartan) testendi għat-twettiq ta’ kompożizzjoni ta’ sustanzi attivi li fihom is-sustanza attiva ċċitata iktar ’il fuq (f’dan il-każ, il-valsartan + il-hydrochlorothiazide)?


(1)  Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1).


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fil-21 ta’ Novembru 2011 — DKV Belgium vs Association belge des consommateurs test-achats ASBL

(Kawża C-577/11)

2012/C 32/25

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DKV Belgium.

Konvenuta: Association belge des consommateurs test-achats ASBL

Domanda preliminari

L-Artikoli 29, (it-tieni paragrafu) u 39 (paragrafu) 3 tad-Direttiva 92/49/KEE (1) u 8, paragrafu 3, (tielet subparagrafu) tad-Direttiva 73/239/KEE (2), minn naħa, u l-Artikoli 49 u 56 tat-TFUE, min-naħa l-oħra, għandhom ikunu interpretati bħala li jipprojbixxi l-Istati Membri milli jipprovdu, fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni għall-mard mhux relatati max-xogħol, dispożizzjonijiet li taħthom il-primjum, l-eżenzjoni u l-prestazzjoni jistgħu jiġu adattati, fid-data annwali tal-primjum annwali biss:

abbażi tal-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur;

abbażi ta’ indiċi wieħed jew iktar speċifiċi, għall-ispejjeż tas-servizzi koperti mill-kuntratti privati ta’ assigurazzjoni għall-mard (imsejħa “indiċi mediku”) jekk u sa fejn l-evoluzzjoni ta’ dan jew ta’ dawn l-indiċijiet jaqbeż dak tal-indiċi tal-prezzijiet għall-konsum;

permezz tal-approvazzjoni ta’ awtorità amministrattiva, responsabbli għas-sorveljanza ta’ kumpanniji ta’ assigurazzjoni, fuq talba tal-kumpannija ta’ assigurazzjoni kkonċernata, meta din l-awtorità tikkonstatata li r-rata tat-tariffa ta’ din l-impriża, minkejja l-adattamenti kkalkulati abbażi tal-indiċijiet msemmija fil-paragrafi preċedenti, jikkawżaw jew jistgħu jikkawżaw telf, li jippermettilha biex b’hekk tieħu miżuri sabiex it-tariffi tagħha jkunu bilanċjati, li jistgħu jinkludu arranġamenti fil-kundizzjonijiet ta’ kopertura.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitoli 6, Vol. 1, p. 346).

(2)  L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 14).


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto (il-Portugall) fit-22 ta’ Novembru 2011 — Grande Área Metropolitana do Porto (GAMP) vs Ministério da Agricultura, do Mar, do Ambiente e do Ordenamento do Território et

(Kawża C-579/11)

2012/C 32/26

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grande Área Metropolitana do Porto (GAMP)

Konvenuti: Ministério da Agricultura, do Mar, do Ambiente e do Ordenamento do Território, Commissão Diretiva do Programa Operacional Potencial Humano u Ministério do Trabalho e da Solidariedade Social

Partijiet oħra: Sindicato dos Quadros Técnicos do Estado, Ministério da Saúde u Instituto do Desporte do Portugal (IP)

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt Komunitarju, u b’mod partikolari, l-Artikoli 5 sa 8, 22, 32, 34, 35 u 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), tal-11 ta’ Lulju 2006, u l-Artikoli 174, 175, 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ eleġibbiltà territorjali tal-ispejjeż, jiġifieri, fis-sens li l-ispejjeż relatati ma’ operazzjonijiet ikkofinanzjati mill-Fondi Strutturali u mill-Fond ta’ Koeżijoni ikunu eliġibbli għall-Programmi Operazzjonali biss jekk jitwettqu fil-qafas tan-NUTS II (Klassifikazzjoni Komuni ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika) għal kull waħda minn dawn il-Programmi Operazzjonali?

(2)

Konkretament, id-dispożizzjonijet leġiżlattivi ċċitati iktar ’il fuq għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux li l-awtoritajiet nazzjonali jistabbilixxu regoli li, billi jikkostitwixxu eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ territorjalità tal-ispejjeż, jippermettu li jkunu eliġibbli dawk l-investimenti — jew l-entità benefiċjarja tagħhom — li ma jinstabux fir-reġjunijiet NUTS II li jaqgħu taħt il-Programmi Operazzjonali speċifikament intiżi għall-Objettiv Konverġenza, (li) jitqiesu li huma eliġibbli taħt dawn il-Programmi Operazzjonali?

(3)

Jew, bil-kontra, id-dritt Komunitarju u, b’mod partikolari, l-Artikoli 5 sa 8, 22, 32, 34, 35 u 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, u l-Artikoli 174, 175 u 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-eżistenza ta’ eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ eliġibbiltà territorjali tal-ispejjeż, li jippermettu li l-awtoritajiet nazzjonali jistabbilixxu regoli li jippermettu li jitqies li l-ispejjeż relatati mal-operazzjonijiet ikkofinanzjati mill-Fondi Strutturali u mill-Fond ta’ Koeżjoni huma eliġibbli għall-Programmi Operazzjonali anki jekk ma jitwettqux fil-qafas tan-NUTS II li jaqgħu taħt kull wieħed minn dawn il-Programmi Operazzjonali, b’mod partikolari peress li dawn jirrigwardaw spejjeż/operazzjonijiet b’effett ta’ tixrid rilevanti (“spill-over effect”), jiġifieri, ġustifikati skont in-natura tal-operazzjonijiet u l-effett moltiplikatur li jikkawżaw f’reġjunijiet separati minn dawk li fihom isir l-investiment?

(4)

B’mod iktar konkret, tali dispożizzjonijiet leġiżlattivi jipprekludu li l-awtoritajiet nazzjonali jistabbilixxu regoli li jippermettu li jitqiesu eliġibbli, fl-ambitu tal-Programmi Operazzjonali intiżi għall-Objettiv Konverġenza, investimenti li l-post fejn jinsabu jew il-post fejn tinsab l-entità benefiċjarja ma huwiex fir-reġjunijiet NUTS II li jaqgħu taħt l-Objettiv Konverġenza, b’mod partikolari peress li dawn jirrigwardaw spejjeż/operazzjonijiet b’effett ta’ tixrid rilevanti (“spill-over effect”), jiġifieri, ġustifikati skont in-natura tal-operazzjonijiet, u l-effett moltiplikatur li jikkawżaw f’reġjunijiet separati minn dawk li fihom isir l-investiment?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, p. 25)


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Novembru 2011 — Christoph Becker vs Société Air France SA

(Kawża C-594/11)

2012/C 32/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christoph Becker

Konvenuta: Société Air France SA

Domanda preliminari

Għandu jingħata kumpens lill-passiġġieri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) 261/2004 (1) jekk it-tluq kellu dewmien li kien fil-limiti ddefiniti taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament, iżda l-wasla fid-destinazzjoni finali kellha dewmien ta’ mill-inqas tliet sigħat wara l-ħin tal-wasla skedat?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 12 de Madrid (Spanja) fit-28 ta’ Novembru 2011 — Genil 48, S.L. u Comercial Hostelera de Grandes Vinos, S.L. vs Bankinter S.A., u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

(Kawża C-604/11)

2012/C 32/28

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 12 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Genil 48, S.L. u Comercial Hostelera de Grandes Vinos, S.L.

Konvenut: Bankinter S.A. u Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

Domandi preliminari

(1)

Il-fatt li klijent jiġi propost swap ta’ interessi sabiex ikun kopert ir-riskju ta’ varjazzjoni tar-rata ta’ interess ta’ prodotti finanzjarji oħra għandu jiġi kkunsidrat bħala servizz ta’ pariri dwar l-investiment fis-sens tad-definizzjoni mogħtija fil-punt (4) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE (1)?

(2)

L-ommissjoni tat-test ta’ adegwatezza prevista fl-Artikolu 19(4) tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq li tikkonċerna investitur tax-xiri bl-imnut għandha twassal għan-nullità assoluta tal-kuntratt konkluż bejn l-investitur u l-istituzzjoni ta’ investiment?

(3)

Jekk is-servizz ipprovdut fit-termini li jippreċedu ma huwiex ikkunsidrat bħala pariri dwar l-investiment, is-sempliċi fatt li jsir xiri ta’ strument finanzjarju kumpless bħal swap ta’ interessi mingħajr ma jitwettaq it-test li jikkonċerna n-natura xierqa prevista fl-Artikolu 19(5) tad-Direttiva 2004/39/KE minħabba raġuni imputabbli għall-istituzzjoni ta’ investiment jddetermina n-nullità assoluta tal-kuntratt?

(4)

Il-fatt li istituzzjoni ta’ kreditu tipproponi strument finanzjarju kumpless marbut ma’ prodotti finanzjarji oħra huwa raġuni suffiċjenti sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-obbligi tal-istituzzjoni ta’ investiment li twettaq il-provi ta adegwatezza u li jikkonċernaw in-natura xierqa prevista mill-Artikolu 19 tad-Direttiva 2004/39/KE għal investitur tax-xiri bl-imnut?

(5)

Sabiex tkun eżkluża l-applikazzjoni tal-obbligi previsti fl-Artikolu 19(9) tad-Direttiva 2004/39/KE, il-prodott finanzjarju li miegħu huwa marbut l-istrument finanzjarju propost għandu jkun suġġett għal regoli ta’ protezzjoni tal-investitur li jixbhu dawk mitluba fid-direttiva msemmija iktar ’il fuq?


(1)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/16


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-613/11)

2012/C 32/29

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u D. Grespan, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

Il-Kummissjoni Ewropea titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha

tikkonstata li, billi ma adottatx, fit-termini stabbiliti, il-miżuri kollha neċessarji bil-għan li tiġi rkuprata l-għajnuna mill-Istat li ġiet iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/92/KE, tal-10 ta’ Lulju 2007, dwar l-iskema tal-Italja ta’ għajnuna mill-Istat favur is-settur tan-navigazzjoni f’Sardinja (innotifikata fil-11 ta’ Lulju 2007 u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali L 29 tat-2 ta’ Frar 2008, p. 24), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 2 u 5 tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll skont it-TFUE, u

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu li matulu kellha tiġi eżegwita d-Deċiżjoni 2008/92 skada fil-11 ta’ Settembru 2007.

Sal-lum, ir-Repubblika Taljana għadha ma pproċedietx bl-irkupru tal-għajnuna ddikjarata illegali permezz tad-deċiżjoni inkwistjoni u ma informatx lill-Kummissjoni bl-irkupru sħiħ tal-għajnuna. Barra minn hekk, id-diffikultajiet ta’ natura legali u prattika invokati mir-Repubblika Taljana sabiex tiġġustifika d-dewmien fl-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni ma humiex ta’ natura li jiġġustifikaw impossibbiltà assoluta ta’ rkupru skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u l-Italja qatt ma invokat tali impossibbiltà assoluta.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tilmenta dwar iċ-ċirkustanza li l-Italja informata b’mod tardiv dwar l-iżvolġiment tal-proċedura nazzjonali intiża sabiex tiġi eżegwita d-deċiżjoni, u b’hekk kisret l-obbligu ta’ informazzjoni impost permezz tad-deċiżjoni inkwistjoni u permezz tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali.


Il-Qorti Ġenerali

4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Enviro Tech Europe u Enviro Tech International vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-291/04) (1)

(Ambjent u protezzjoni tal-konsumaturi - Klassifikazzjoni, ippakkjar u ttikkettjar ta’ n-propil bromid bħala sustanza perikoluża - Direttiva 2004/73/KE - Direttiva 67/548/KEE - Regolament (KE) Nru 1272/2008 - Rikors għal annullament - Talba tardiva għall-adattament tat-talbiet - Interess ġuridiku - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-validità tad-Direttiva 2004/73 - Identiċità tas-suġġett)

2012/C 32/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Enviro Tech Europe Ltd (Kingston upon Thames, ir-Renju Unit); u Enviro Tech International, Inc. (Melrose Park, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment X. Lewis, sussegwentement P. Oliver u G. Wilms, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE, tad-29 ta’ April 2004, li tadatta għall-progress tekniku għad-29 darba d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-disposizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardjaw il-klassifikazzjoni, l-ippakkjar u t-tikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 448), sa fejn id-Direttiva 2004/73 ikklassifikat in-n-propil bromid bħala sustanza li għandha ċerti proprjetajiet perikolużi, u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Enviro Tech Europe Ltd u Enviro Tech International, Inc. huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 273, 6.11.2004.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-377/07) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi informatiċi li jikkonċernaw it-teknoloġiji ta’ inter-operabbiltà tal-kontenut għas-servizzi tal-eGovernment Ewropew - Rifjut tal-offerta ta’ offerent - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

2012/C 32/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: E. Manhaeve, aġent, assistit minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Lulju 2007, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti fir-rigward ta’ teknoloġiji ta’ inter-operabbiltà tal-kontenut għas-servizzi tal-eGovernment Ewropew (ĠU S 128), kif ukoll tad-deċiżjoni li jingħata l-kuntratt lil offerent ieħor, u min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 297, 8.12.2007.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-232/08) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Miżuri ta’ żvilupp rurali - ‘Żoni żvantaġġjati’ u ‘agroambjent’ - Sistemi nazzjonali ta’ gestioni, ta’ kontroll u ta’ sanzjoni - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa)

2012/C 32/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: F. Probst, aġent, assistit minn M. Theisen u K. Spitz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. van Rijn, sussegwentement F. Clotuche-Duvieusart u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/321/KE, tat-8 ta’ April 2008, li teskludi ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Garanzija”, u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (ĠU L 109, p. 35).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 15.8.2008.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Konsum Nord vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-244/08) (1)

(Għajnuna mill-Istat - Prezz tal-be jgħ ta’ art - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kriterju tal-investitur privat - Determinazzjoni tal-prezz tas-suq)

2012/C 32/33

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrent: Konsum Nord ekonomisk förening (Umeå, l-Isveżja) (rappreżentanti: U. Öberg u I. Otken Eriksson, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Giolito, P. Dejmek u J. Enegren, sussegwentement minn C. Giolito u L. Parpala, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/366/KE, tat-30 ta’ Jannar 2008, dwar għajnuna mill-Istat C 35/06 (ex NN 37/06) implimentata mill-Iżvezja għal Konsum Jämtland Ekonomisk Förening (ĠU L 126, p. 3).

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/366/KE, tat-30 ta’ Jannar 2008, dwar għajnuna mill-Istat C 35/06 (ex NN 37/06) implimentata mill-Iżvezja għal Konsum Jämtland Ekonomisk Förening hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Konsum Nord ekonomisk förening.


(1)  ĠU C 223, 30.8.2008.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — CDC Hydrogene Peroxide vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-437/08) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Werrej tal-fajl amministrattiv ta’ proċedimenti fil-qasam tal-akkordji - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki)

2012/C 32/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: CDC Hydrogene Peroxide Cartel Damage Claims (CDC Hydrogene Peroxide) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment R. Wirtz, sussegwentement R. Wirtz u S. Echement u fl-aħħar nett T. Funke, A. Kirschstein u D. Stein, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Costa de Oliveira, A. Antoniadis u O. Weber, sussegwentement A. Bouquet, P. Costa de Oliveira u A. Antoniadis, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Iżvezja (rappreżentanti: A. Falk, K. Petkovska u S. Johannesson, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Evonik Degussa GmbH (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment C. Steinle, sussegwentement C. Steinle u M. Holm-Hadulla, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E3/MM/psi D(2008) 6658, tat-8 ta’ Awwissu 2008, li tirrifjuta l-aċċess totali għall-werrej tal-fajl amministrattiv tal-Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat.

Dispożittiv

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E3/MM/psi D(2008) 6658, tat-8 ta’Awwissu 2008, li tiċħad l-aċċess totali għall-werrej tal-fajl fil-Każ COMP/F/38.620 — Perossidu tal-idroġenu u perborat, hija annullata.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn CDC Hydrogene Peroxide Cartel Damage Claims (CDC Hydrogene Peroxide).

(3)

Ir-Renju tal-Isvezja u Evonik Degussa GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 313, 6.12.2008.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Nycomed Danmark vs EMA

(Kawża T-52/09) (1)

(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali - Regolament (KE) Nru 1901/2006 - Applikazzjoni għal deroga mill-obbligu li jiġi ppreżentat pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-EMA - Użu ħażin ta’ poter)

2012/C 32/35

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nycomed Danmark ApS (Roskilde, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment C. Schoonderbeek u H. Speyart van Woerden, avukati, sussegwentement C. Schoonderbeek)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u P. Antunes, aġenti); ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u C. Pochet, aġenti); ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski u H. Walker, aġenti, assistiti minn J. Stratford, barrister); ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, A. Adam, R. Loosli Surrans u J.-S. Pilczer, aġenti); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u M. Šimerdová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), tat-28 ta’ Novembru 2008, li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrenti intiża għall-għoti ta’ deroga speċifika fir-rigward tal-perflubutan skont ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Nycomed Danmark ApS hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

(3)

Ir-Repubblika Portugiża, ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, ir-Repubblika Franċiża u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 82, 4.4.2009.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Meica vs UASI — Bösinger Fleischwaren (Schinken King)

(Kawża T-61/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark Komunitarja verbali Schinken King - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti King - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti Curry King - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009))

2012/C 32/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Russlies, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Führer u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bösinger Fleischwaren GmbH (Bösingen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1049/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG u Bösinger Fleischwaren GmbH.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-11 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 1049/2007-1) hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG.


(1)  ĠU C 102, 1.5.2009.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Rintisch vs UASI — Bariatrix Europe (PROTI SNACK)

(Kawża T-62/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PROTI SNACK - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti PROTIPLUS, PROTI u PROTIPOWER - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Kunċett ta’ ‘dispożizzjoni kuntrarja’ - Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95)

2012/C 32/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bariatrix Europe Inc. SAS (Guilherand-Granges, Franza)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Diċembru 2008 (Każ R 740/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bernhard Rintisch u Bariatrix Europe Inc. SAS.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Bernhard Rintisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 102, 1.5.2009.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Rintisch vs UASI — Valfleuri Pâtes alimentaires (PROTIVITAL)

(Kawża T-109/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PROTIVITAL - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti PROTIPLUS, PROTI u PROTIPOWER - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009) - Kunċett ta’ “dispożizzjoni kuntrarja” - Regola 20(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 - Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95)

2012/C 32/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Scheider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Valfleuri Pâtes alimentaires SA (Wittenheim, Franza) (rappreżentant: F. Baujoin, avukat)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Jannar 2009 (Każ R 1660/2007-4), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Bernhard Rintisch u Valfleuri Pâtes alimentaires SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Bernhard Rintisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 113, 16.5.2009


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Rintisch vs UASI — Valfleuri Pâtes alimentaires (PROTIACTIVE)

(Kawża T-152/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PROTIACTIVE - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti PROTIPLUS, PROTI u PROTIPOWER - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 74(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Kunċett ta’ ‘sakemm ma jkunx provdut xorta oħra’ - Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95)

2012/C 32/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Valfleuri Pâtes alimentaires SA (Wittenheim, Franza) (rappreżentant: F. Baujoin, avukat)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Frar 2009 (Każ R 1661/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bernhard Rintisch u Valfleuri Pâtes alimentaires SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Bernhard Rintisch huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 153, 4.7.2009.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Mövenpick vs UASI (PASSIONATELY SWISS)

(Kawża T-377/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali PASSIONATELY SWISS - Raġuni assoluta għal rifjut - Indikazzjoni ġeografika ta’ provenjenza - Nuqqas ta’ karattru distintiv)

2012/C 32/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mövenpick-Holding (Cham, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Taxhet, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1457/2008-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PASSIONATELY SWISS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Mövenpick Holding hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials vs Il-Kunsill

(Kawża T-423/09) (1)

(Dumping - Importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament li jagħlaq reviżjoni interim - Paragun bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni - Kunsiderazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-pajjiż tal-oriġini - Applikazzjoni ta’ metodu differenti minn dak użat fl-investigazzjoni inizzjali - Bdil fiċ-ċirkustanzi - Artikolu 2(10)(b), u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li sar l-Artikolu 2(10)(b), u Artikolu 11(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

2012/C 32/41

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd (Dashiqiao, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis u R. Luff, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, sussegwentement minn G. Berrisch, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 826/2009, tas-7 ta’ Settembru 2009, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1659/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ ċerti briks tal-manjeżja li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 240, p. 7), sa fejn id-dazju antidumping li ġie stabbilit fir-rigward tar-rikorrenti jeċċedi dak li jkun applikabbli kieku kien stabbilit fuq il-bażi tal-metodu ta’ kalkolu applikat fl-investigazzjoni inizzjali dwar in-nuqqas ta’ rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżud Ċiniza għall-esportazzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Dashiqiao Sanqiang Refractory Materials Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Goodyear Dunlop Tyres UK vs UASI — Sportfive (QUALIFIER)

(Kawża T-424/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali QUALIFIER - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Qualifiers 2006 - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 32/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Goodyear Dunlop Tyres UK Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sportfive GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1291/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sportfive GmbH & Co. KG u Goodyear Dunlop Tyres UK Ltd.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Goodyear Dunlop Tyres UK Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Diċembru 2011 — Völkl vs UASI — Marker Völkl (VÖLKL)

(Kawża T-504/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VÖLKL - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti VÖLKL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Kompetenza tal-Bord tal-Appell fil-każ ta’ appell limitat għal parti mill-prodotti jew mis-servizzi koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Talba għal bidla tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 32/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Völkl GmbH & Co. KG (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Raßmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marker Völkl International GmbH (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Bauer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1387/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Marker Völkl International GmbH u Völkl GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat 30 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1387/2008-1) hija annullata.

(2)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

(3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Völkl GmbH & Co. KG.

(4)

Marker Völkl International GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 37, 13.2.2010.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-106/10) (1)

(FAEGG - Taqsima ‘Gwida’ - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm ta’ inizjattiva Komunitarja Leader+ - Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 438/2001 - Proporzjonalità)

2012/C 32/44

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10136 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2009, li tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mit-Taqsima “Gwida” tal-FAEGG, mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.ES.06.0.PC.003 (Spanja — Leader+Aragón)

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 113, 1.5.2010.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Vuitton Malletier vs UASI — Friis Group International (Rappreżentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ sokra)

(Kawża T-237/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 32/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Louis Vuitton Malletier SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto u E. Gavuzzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Friis Group International ApS (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentant: C. Type Jardorf, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Frar 2010 (Każ R 1590/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Friis Group International Aps u Louis Vuitton Malletier.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-24 ta’ Frar 2010 (Każ R 1590/2008-1), hija annullata sa fejn hija ddikjarat invalida t-trade mark Komunitarja Numru 3 693 116 għall-“ġojjelli”, inkluż ċrieket, ħoloq taċ-ċwievet, bokkli u msielet, pulzieri, brazzuletti, ornamenti, labar, ġiżirajjen, labar tal-ingravati, dekorazzjonijiet, medaljuni; arloġġerija u instrumenti u apparat kronometriċi, inkluż arloġġi, kaxxi ta’ arloġġi, żveljarini; għodda għat-tiksir tal-ġewż magħmula b’metall prezzjuż, il-liġi tagħhom jew miksija bihom, gandlieri magħmula b’metall prezzjuż, il-ligi tagħhom jew miksija bihom fil-klassi 14 u l-prodotti “ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda” u “umbrellel” fil-klassi 18.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Louis Vuitton Malletier, Friis Group International ApS u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 209, 31.7.2010.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 Il-Kummissjoni vs Pachtitis

(Kawża T-361/10 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-eżami bil-miktub wara r-riżultat miksub fit-testijiet ta’ ammissjoni - Tqassim tal-kompetenzi bejn l-EPSO u l-Bord tal-Għażla)

2012/C 32/46

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u I. Chatzigiannis, aġenti, sussegwentement J. Currall, assistiti minn E. Antypas u E. Bourtzalas, avukati)

Partijiet oħra fil-proċeduri: Dimitrios Pachtitis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: P. Giatagantzidis u K. Kyriazi, avukati); u Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2010, Pachtitis vs Il-Kummissjoni (F-35/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk ta’ Dimitrios Pachtitis fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Häfele vs UASI (Mixfront)

(Kawża T-425/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Mixfront - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru desrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 32/47

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement R. Manea, u fl-aħħar nett A. Pohlmann, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 338/2010-1), li jikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Mixfront bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Häfele GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Allen et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-433/10 P) (1)

(Appell - Persunal impjegat fl-impriża komuni JET - Applikazzjoni ta’ status ġuridiku differenti minn dak ta’ membru tal-persunal temporanju - Kumpens għad-dannu materjali miġrub - Termini ta’ rikors - Dewmien - Terminu raġonevoli)

2012/C 32/48

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: John Allen (Horspath, ir-Renju Unit) u l-109 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: K. Lasok, QC, u B. Lask, barrister)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Lulju 2010, Allen et vs Il-Kummissjoni (F-103/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiz għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

J. Allen u l-109 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2011 — Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-488/10) (1)

(FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique - Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 93/37/KEE - Kunċett ta’ ‘sussidju dirett’ - Kunċett ta’ ‘tagħmir sportiv, rikreattiv u ta’ divertiment’ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

2012/C 32/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 5229, tat-28 ta’ Lulju 2010, dwar it-tneħħija parzjali tal-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), abbażi ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni tal-objettiv 1 għal intervent strutturali Komunitarju fir-reġjun ta’ Martinique fi Franza.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2011.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Häfele vs UASI (Vorfront)

(Kawża T-531/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Vorfront - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 32/50

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement R. Manea, u finalment A. Pohlmann, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Settembru 2010 (Każ R 570/2010-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Vorfront bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Häfele GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 29.1.2011


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — De Luca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-563/10 P) (1)

(Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra għal impjieg ta’ grupp ta’ funzjonijiet għola wara kompetizzjoni ġenerali - Dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal)

2012/C 32/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Patrizia De Luca (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant J. Currall, aġent); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-30 ta’ Settembru 2010, De Luca vs Il-Kummissjoni (F-20/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appelli inċidenti huma miċħuda.

(2)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-30 ta’ Settembru 2010, De Luca vs Il-Kummissjoni (F-20/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.

(3)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 63, 26.2.2011.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Il-Kummissjoni vs Vicente Carbajosa et

(Kawża T-6/11 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Esklużjoni mill-parteċipazzjoni fl-eżami bil-miktub wara r-riżultat miksub fit-test tal-aċċess - Tqassim tal-kompetenzi bejn l-EPSO u l-Bord tal-Għażla - Prinċipju ta’ kontradittorju)

2012/C 32/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċeduri: Isabel Vicente Carbajosa (Brussell, il-Belġju); Niina Lehtinen (Brussell); u Myriam Menchén (Brussell) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010, Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni (F-9/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Ottubru 2010, Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni (F-9/09), hija annullata sa fejn tannulla d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li I. Vicente Carbajosa fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/117/08 u N. Lehtinen u M. Menchén fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08 ma jiġux inklużi fil-lista ta’ kandidati mistiedna jissottomettu applikazzjoni kompleta.

(2)

Id-deċiżjonijiet tal-EPSO li I. Vicente Carbajosa fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/117/08 u N. Lehtinen u M. Menchén fir-rigward tal-kompetizzjoni EPSO/AD/116/08 ma jiġux inklużi fil-lista ta’ kandidati mistiedna jissottomettu applikazzjoni kompleta huma annullati.

(3)

I. Vicente Carbajosa, N. Lehtinen, M. Menchén u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati ma’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 72, 5.3.2011.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2011 — Häfele vs UASI (Infront)

(Kawża T-166/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Infront - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 32/53

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement A. Pohlmann, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Jannar 2011 (Każ R 1711/2010-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “Infront” bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Häfele GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 145, 14.5.2011.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/26


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — Fon Wireless vs UASI — nfon (nfon)

(Kawża T-283/11)

2012/C 32/54

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fon Wireless Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Brandolini Kujman, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: nfon AG (München, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors, flimkien mad-dokumenti kollha tiegħu u mal-kopji korrispondenti,

taċċetta l-provi proposti;

teżamina u tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Marzu 2011, fil-Każ R 1017/2009-4, u konsegwentement, tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 206 321“nfon”.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: nfon AG.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “nfon” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35 u 38.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja u nazzjonali, figurattiva u verbali “fon” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li t-trade marks kunfliġġenti jixxiebhu, u ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li nfon AG għandha l-intenzjoni tieħu vantaġġ mir-reputazzjoni miksuba mit-trade marks preċedenti.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/26


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2011 — Viejo Valle vs UASI — Etablissements Coquet (sett tal-kafé bi skanalaturi)

(Kawża T-566/11)

2012/C 32/55

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Viejo Valle, SA (L’Olleria, Spanja) (rappreżentanti: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Etablissements Coquet SA (Saint Léonard de Noblat, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara lil dan ir-rikors flimkien mal-annessi tiegħu bħala ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Lulju 2011, fil-Każ R 1054/2010-3;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn irreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn Nru 384.912-0001, li jirrappreżenta sett tal-pranzu b’dekorazzjoni; tazza tal-kafé bi plattina

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: Etablissements Coquet SA

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, billi d-disinn Komunitarju jikkostitwixxi użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 u l-Artikolu 28(1)(b)(iii) tar-Regolament Nru 2245/2002 peress li l-konvenut ma kienx iddokumenta kif xieraq ix-xogħol protett li fuqu hija bbażata t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, la dwar il-proprjetarju tiegħu u lanqas dwar l-għan tiegħu.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/27


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2011 — Viejo Valle vs UASI — Etablissements Coquet (Platt fond bil-kanali)

(Kawża T-567/11)

2012/C 32/56

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Viejo Valle, SA (L’Olleria, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Etablissements Coquet SA (Saint Léonard de Noblat, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors u l-annessi tigħu ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Lulju 2011, fil-Każ R 1055/2010-3;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Disinn Nru 384.912-0009, li jirrappreżenta servizz tal-platti mżejjen; platt fond.

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: Etablissements Coquet SA.

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, peress li d-disinn Komunitarju jikkostitwixxi użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett bil-liġjiet tad-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidita milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 u tal-Artikolu 28(1)(b)(iii) tar-Regolament Nru 2245/2002 peress li r-rikorrenti ma pproduċietx debitament dokumentazzjoni dwar ix-xogħol protett li fuqu hija bbażata t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, la dwar il-proprjetà tiegħu u lanqas dwar l-għan tiegħu.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/27


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2011 — Atlas Transport vs UASI — Hartmann (ATLAS TRANSPORT)

(Kawża T-584/11)

2012/C 32/57

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atlas Transport GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alfred Hartmann (Leer, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Settembru 2011 fil-Każ R 2262/2010-1;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: trade mark verbali “ATLAS TRANSPORT” għal servizzi fil-klassi 39.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: Alfred Hartman.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni għar-revoka miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ.

Motivi invokati: Ksur tar-Regola 40(5), flimkien mar-Regola 22, tar-Regolament ta’ Implementzzjoni Nru 2868/95 minħabba evalwazzjoni żbaljata tal-provi; ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009, peress li, fl-interpretazzjoni litterali tiegħu, il-konvenut indirizza l-kwistjoni biss ta’ jekk kienx hemm użu leġittimu tat-trade mark għas-servizzi korrispondenti; ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li, fid-determinazzjoni tat-tifsira tat-terminu “trasport”, il-konvenut irrefera biss għal sors wieħed u għalhekk evalwa dan it-terminu mingħajr id-debita attenzjoni u b’mod insuffiċjenti; ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-konvenut naqas milli jesprimi b’mod ċar ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata l-opinjoni legali tiegħu; ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 minħabba ksur tad-dritt għal smigħ.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/28


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2011 — Phonebook of the World vs UASI — Seat Pagine Gialle (PAGINE GIALLE)

(Kawża T-589/11)

2012/C 32/58

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Phonebook of the World (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Bertrand, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Seat Pagine Gialle SpA (Milano, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Awwissu 2011 fil-Każ R 1541/2010-2;

tiddikjara invalida r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja “PAGINE GIALLE” Nru 161380, irreġistrata fir-rigward tal-klassijiet 16 u 35 mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ din l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “PAGINE GIALLE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16 u 35 — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 161380

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażat it-talba tagħha fuq l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, jiġifieri fuq l-argument li t-trade mark Komunitarja kienet irreġistrata bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(c) u (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikoli 7(1)(b) sa 7(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell irrifjuta li japplika l-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, u b’mod partikolari l-prinċipji stabbiliti fis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-322/03, Telefon & Buch vs UASI — Herold Business Data (WEISSE SEITEN), u rrifjuta wkoll li japplika l-konstatazzjonijiet tiegħu stess fis-sens li l-kliem “PAGINE GIALLE” ma kellhomx karattru distintiv għall-pubbliku Taljan.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/29


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2011 — Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Lepiarz vs UASI — Henkel

(Kawża T-591/11)

2012/C 32/59

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław Lepiarz Alicja sp. j. (Jaworzno, Ir-Repubblika tal-Polonja) (rappreżentant: M. Konieczyński, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Henkel Corp. (Gulph Mills, l-Istati Uniti)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Settembru 2011 fil-Każ R 1147/2010-4;

tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż, inklużi dawk ta’ rappreżentazzjoni fil-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva fl-għamla ta’ tubu ta’ kulur abjad, iswed, griż u isfar u li tinkludi l-element verbali “SUPER GLUE” għal prodotti fil-klassijiet 1 u 16 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 262 405

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Nru 377 517“SUPERGLUE” rreġistrata fil-Benelux, għal prodotti fil-klassijiet 1 u 16

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) fir-rigward tal-istabbiliment tax-xebh tat-trade marks u l-probabbiltà ta’ konfużjoni min-naħa tal-konsumaturi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/29


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 — MPDV Mikrolab vs UASI (Lean Performance Index)

(Kawża T-598/11)

2012/C 32/60

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MPDV Mikrolab GmbH, Mikroprozessordatenverarbeitung und Mikroprozessorlabor (Mosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Każ R 131/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Lean Performance Index” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 42

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn it-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex deskrittiva.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/29


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2011 — Eni v UASI — EMI (IP) (ENI)

(Kawża T-599/11)

2012/C 32/61

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: D. De Simone u G. Orsoni, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: EMI (IP) Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Settembru 2011 fil-Każ R 2439/2010-1; u

Tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ENI”, għal prodotti u servizz fil-klassijiet 1-4, 6-7, 9, 11, 14, 16-19, 22, 25 u 35 sa 45 — applikazzjoin għal trade mark Komunitarja Nru 6488076

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “EMI”, irreġistrata bħala trade mark Komunitarja taħt in-Nru 4197315, għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41 u 42; it-trade mark figurattiva “EMI”, irreġistrata bħala trade mark Komunitarja taħt in-Numru 6167357, għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 9, 16, 28, 35, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq tal-Ewwel Bord tal-Appell għall-motivi li ġejjin: (i) konstatazzjoni ta’ xebh tal-prodotti u servizzi żbaljata u mhux motivata, ibbażata fuq ftehim ħażin u applikazzjoni ħażina tal-ġurisprudenza preċedenti fuq din il-kwistjoni; (ii) interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tas-sentenza Praktiker, li jindikaw ftehim ħażin tal-prinċipji antimonopolju li hija bbażata fuqhom, u b’mod iktar partikolari tar-raġuni li wasslet għall-introduzzjoni tar-reġistrazzjoni għas-servizzi ta’ xiri bl-imnut, u (iii) konstatazzjoni żbaljata tax-xebh tas-sinjali u tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/30


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2011 — Schuhhaus Dielmann vs UASI — Carrera (Carrera panamericana)

(Kawża T-600/11)

2012/C 32/62

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schuhhaus Dielmann GmbH & Co. KG (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Carrera SpA (Caldiero, l-Italja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Każ R 1989/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Carrera panamericana” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Carrera SpA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “CARRERA”, għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/30


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2011 — Pêra-Grave vs UASI — Fundação De Almeida (QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA)

(Kawża T-602/11)

2012/C 32/63

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pêra-Grave Sociedade Agrícola, Unipessoal, Lda (Évora, il-Portugall) (rappreżentanti: J. de Oliveira Vaz Miranda Sousa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fundação Eugénio De Almeida (Évora, il-Portugall)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 1797/2010-2 bil-konsegwenza li l-oppożizzjoni magħmula kontra t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni tiġi miċħuda fl-intier tagħha u għaldaqstant ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni tintlaqa’ fl-intier tagħha; u

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fir-rigward ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “QTA S. JOSÉ DE PERAMANCA”, għal prodotti fil-klassi 33 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7291669

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Portugiża “VINHO PÊRAMANCA TINTO”, irreġistrata bin-Nru 283684, għal prodotti fil-klassi 33; it-trade mark figurattiva Portugiża “VINHO PÊRAMANCA BRANCO”, irreġistrata bin-Nru 308864, għal prodotti fil-klassi 33; l-applikazzjoni għal trade mark Portugiża Nru 405797 tat-trade mark figurattiva “PÊRAMANCA”, għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: oppożizzjoni u appell milqugħa, deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda għall-prodotti kkontestati kollha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) wettaq żball ta’ liġi meta naqqas il-piż globali tal-ammont numeruż ta’ nuqqas ta’ xebh viżiv, awditiv u kunċettwali bejn is-sinjali, u żied, u għaldaqstant ta importanza żejda lill-impatt globali tal-uniku element komuni li hemm bejniethom, jiġifieri l-elementi verbali “PERA” u “MANCA”; u (ii) applika b’mod żbaljat il-prinċipju u l-approċċ stabbilit mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-332/05 “TERRANUS/TERRA” għall-kawża sub judice u qies b’mod żbaljat li l-livell ta’ xebh globali bejn is-sinjali kunfliġġenti kien biżżejjed sabiex iwassal għal probabbiltà ta’ konfużjoni.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/31


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 — Mega Brands vs UASI — Diset (MAGNEXT)

(Kawża T-604/11)

2012/C 32/64

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Diset, SA (Barcelona, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 1695/2010-4 u tiċħad l-Oppożizzjoni Nru B 1383639; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad “MAGNEXT”, għal prodotti fi klassi 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6588991

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni fi Spanja, bin-numru 2550099, tat-trade mark verbali “MAGNET 4”, għal prodotti fil-klassi 28; reġistrazzjoni Komunitarja Nru 3840121 tat-trade mark figurattiva bil-blu u bl-abjad “Diset Magnetics”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 28 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u l-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja miċħuda kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/31


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2011 — Novartis vs UASI — Organic (BIOCERT)

(Kawża T-605/11)

2012/C 32/65

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dr. Organic Ltd (Swansea, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-28 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 1030/2010-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BIOCERT”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 4, 5, 29, 30, 31, 32, 35 u 44 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7134984

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “BIOCEF”irreġistrata fl-Awstrija bin-Nru 136273, għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1) (b) u 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell: (i) interpreta ħażin il-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-qrati Ewropej u kkonkluda b’mod żbaljat li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn “BIOCEF” u “BIOCERT”; u (ii) b’mod żbaljat ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq fatti li ma kinux tressqu mill-partijiet fil-proċedimenti.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/32


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 — Woodman Labs vs UASI — 2 Mas 2 Publicidad Integral (HERO)

(Kawża T-606/11)

2012/C 32/66

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Woodman Labs, Inc. (Sausalito, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: M. Graf, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: 2 Mas 2 Publicidad Integral, SL (Vitoria-Gasteiz, Spanja)

Talbiet

l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Settembru 2011 fil-Każ R 876/2010-4; u

tordna li l-konvenut ibati l-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HERO”, għal prodotti fil-klassi 9 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6750376

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5883533 tat-trade mark figurattiva fid-deheb u fl-iswed “hero PICTURES”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 41

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja aċċettata għal parti mill-prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ddeċieda b’mod żbaljat li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti u t-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/32


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 — Beifa Group vs UASI — Schwan-Stabilo Schwanhäußer (Strumenti tal-kitba)

(Kawża T-608/11)

2012/C 32/67

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beifa Group Co. Ltd (li kienet Ningbo Beifa Group Co. Ltd) (Zhejiang, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Davis, barrister, u N. Cordell, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Schwan-Stabilo Schwanhäußer GmbH & Co. KG (Heroldsberg, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Awwissu 2011 fil-Każ R 1838/2010-3; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn għall-prodott “strumenti tal-kitba” — disinn Komunitarju rreġistrat Nru 352315-0007

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċeimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: trade mark figurattiva li tirrappreżenta strument tal-kitba, irreġistrata fil-Ġermanja bin-Nru 30045470.8 għal prodotti fil-klassi 16; trade mark figurattiva li tirrappreżenta strument tal-kitba, irreġistrata fil-Ġermanja bin-Nru 936051, għal prodotti fil-klassi 16; trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta strument tal-kitba, irreġistrata fil-Ġermanja bin-Nru 2911311, għal prodotti fil-klassi 16; trade mark figurattiva internazzjonali li tirrappreżenta strument tal-kitba, irreġistrata bin-Nru 936051, għal prodotti fil-klassi 16; trade mark figurattiva internazzjonali li tirrappreżenta strument tal-kitba, irreġistrata bin-Nru 418036, għal prodotti fil-klassi 16

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: disinn Komunitarju rreġistrat ikkontestat iddikjarat invalidu

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 61(6) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, sa fejn il-Bord tal-Appell wettaq eżami mill-ġdid inammissibbli. Ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, sa fejn il-Bord tal-Appell; (i) kiser il-prinċipji fundamentali ta’ dan l-artikolu bil-mod li bih applika l-miżuri neċessarji sabiex jeżegwixxi d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali; u ii) applika b’mod żbaljat il-kriterju kemm għall-Artikolu 25(1)(b) kif ukoll għall-Artikolu 25(1)(e) RDK. Ksur tal-Artikolu 25(1(e) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, sa fejn il-Bord tal-Appell; (i) applika l-kriterju żbaljat sabiex jiddetermina jekk id-disinn Komunitarju rreġistrat kellhux l-“użu” tat-trade mark meħtieġ; (ii) naqas milli jeżamina jekk it-trade marks kinix intużaw kemm bħala element tal-Artikolu 25(1)(e) RDK kif ukoll bħala element tal-leġiżlazzjoni nazzjonali Ġermaniża u (iii) applika b’mod żbaljat il-kriterju relatat mad-dritt ta’ projbizzjoni tal-użu tat-trade mark. Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, sa fejn il-Bord tal-Appell evalwa b’mod żbaljat il-karatteristiċi tal-utent informat u kemm il-mod u kif ukoll il-metodu li bih l-evalwazzjoni tal-impressjoni globali għandha ssir.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/33


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — Wagon Automotive Nagold vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-610/11)

2012/C 32/68

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wagon Automotive Nagold GmbH (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Hackemann u H. Horstkotte, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 275, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C-7/10 implimentata mill-Ġermanja ((“)Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà(”),) (ex CP 250/2009 u NN 5/2010) “Sanierungsklausel”;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn il-miżura ta’ trasferiment ta’ telf ma hijiex għajnuna mogħtija mir-riżorsi tal-Istat

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, l-Artikolu 8c(1) tal-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (Körperschaftssteuergesetz, iktar ’il quddiem il-“KStG”) tikser l-għan tal-prinċipju oġġettiv tan-nett u tal-prinċipju ta’ kapaċità kontributtiva u li l-klawżola dwar it-trasferiment ta’ telf (iktar ’il quddiem is-“Sanierungsklausel”) hija biss intiża sabiex tipprevjeni ksur tal-Kostituzzjoni fir-rigward tal-beni tal-persuni taxxabbli fil-każijiet kollha koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. Għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti tikkunsidra li l-kriterji li jikkostitwixxu għajnuna, bħal kif previsti bid-dritt tal-Unjoni, ma humiex sodisfatti.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: nuqqas ta’ selettività insegwitu għall-fatt li s-Sanierungsklausel ma tikkostitwixxix eċċezzjoni għas-sistema ta’ referenza rilevanti

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li r-regoli ġenerali dwar it-trasferiment ta’ telf ta’ kumpaniji (Artikolu 10d tal-liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq id-dħul — Einkommensteuergesetz —, moqri flimkien mal-Artikolu 8(1) tal-KStG u l-Artikolu 10a tal-liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kummerċ — Gewerbesteuergesetz) jifformaw is-sistema ta’ referenza rilevanti u li l-Artikolu 8c tal-KStG jikkostitwixxi biss eċċezzjoni għal din is-sistema ta’ referenza, li min-naħa tagħha kienet limitata mis-Sanierungsklausel.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: nuqqas ta’ selettività insegwitu għall-fatt li s-Sanierungsklausel ma tagħmilx distinzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ dritt u ta’ fatt simili fir-rigward tal-għan imfittex

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti b’mod partikolari ssostni li s-Sanierungsklausel hija ta’ benefiċċju għall-impriżi kollha taxxabbli u li ma tiffavorixxix ċerti setturi jew jew ċerti oqsma ta’ attività u lanqas impriżi ta’ ċertu daqs.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: nuqqas ta’ selettività insegwitu għall-fatt li l-leġiżalzzjoni inkwistjoni hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura interna tas-sistema fiskali Ġermaniża

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li s-Sanierungsklausel hija ġġustifikata mill-ekonomija tas-sistema fiskali Ġermaniża, billi din hija ispirata minn prinċipji kostituzzjonali bħall-prinċipju ta’ kapaċità kontributtiva, il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll il-prinċipju li jfittex li tiġi evitata kull tassazzjoni sproporzjonata.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: żball manifest ta’ evalwazzjoni minħabba f’analiżi insuffiċjenti tad-dritt fiskali Ġermaniż

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni tinjora l-leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża fuq it-tnaqqis tat-telf.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-invokazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi, kif stabbilit mid-dritt tal-Unjoni

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tippreċiża li l-Kummissjoni kkunsidrat għall-ewwel darba f’proċedura formali ta’ investigazzjoni l-privileġġi fiskali li jibbenefikaw minnhom ix-xerrejja ta’ azzjonijiet fil-qasam tat-tnaqqis tat-telf fil-kuntest tas-Sanierungsklausel ta’ impriża u ssostni li dan l-approċċ huwa wieħed mhux tas-soltu, billi l-eżistenza ta’ għajnuna tista’ tiġi rikonoxxuta għas-sempliċi raġuni li regolament meqjus konformi mad-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat (Artikolu 8(4) tal-KStG) ġie ssemplifikat. Skont ir-rikorrenti, la l-leġiżlatur Ġermaniż u lanqas l-impriżi debitament avżati ma jistgħu jistennew li d-dispożizzjonijiet ssemplifikati jiġu kkwalifikati bħala għajnuna.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/34


Rikors ippreżentat fl-1 ta' Diċembru 2011 — Spa Monopole vs UASI — South Pacific Management (Manea Spa)

(Kawża T-611/11)

2012/C 32/69

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u E. De Gryse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: South Pacific Management (Papeete, il-Polineżja)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) tat-8 ta’ Settembru 2011 fil-Każijiet Magħquda R 1776/2010-1 u R 1886/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: South Pacific Management

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “Manea Spa” għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 3, 24, 25, 43 u 44.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-Rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjonijiet Benelux tat-trade marks verbali “SPA” u “Les Thermes de Spa” għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 3, 32 u 42 (li issa saret il-klassi 44).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: ċaħda parżjali tal-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ċaħda tal-appell tar-rikorrenti.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 fl-evalwazzjoni tax-xebh bejn it-trade marks inkwistjoni u f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-importanza tal-karattru distintiv miksub bl-użu tat-trade mark “SPA” u tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, kif ukoll ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 f’dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tar-reputazzjoni tat-trade marks “SPA” u “Les Thermes de Spa”.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/34


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — Treofan Holdings u Treofan Germany vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-612/11)

2012/C 32/70

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Treofan Holdings GmbH (Raunheim, il-Ġermanja); u Treofan Germany GmbH & Co. KG (Neunkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. de Weerth, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 275, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C-7/10 implimentata mill-Ġermanja [(“]Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà[”),] “Sanierungsklausel”, kif emendata bid-Deċiżjoni C(2011) 2608, tal-15 ta’ April 2011;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi segwenti.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE sa fejn il-miżura ta’ trasferiment ta’ telf ma hijiex għajnuna mogħtija mir-riżorsi tal-Istat

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti fost oħrajn isostnu li, il-klawżola dwar it-trasferiment ta’ telf (iktar ’il quddiem is-“Sanierungsklausel”) ma tagħti ebda vantaġġ finanzjarju, iżda pjuttost tindika l-assi eżistenti, fil-forma ta’ trasferiment ta’ telf, li mhux ser jiġi revokat. Għalhekk, fl-opinjoni tar-rikorrenti ma hemm l-ebda finanzjament mir-riżorsi tal-Istat.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: nuqqas ta’ selettività insegwitu għall-fatt li s-Sanierungsklausel ma tikkostitwixxix eċċezzjoni għas-sistema ta’ referenza rilevanti

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li, ir-regoli ġenerali dwar it-trasferiment ta’ telf ta’ kumpanniji [Artikolu 10d tal-liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq id-dħul — Einkommensteuergesetz –, moqri flimkien mal-Artikolu 8(1) tal-KStG u l-Artikolu 10a tal-liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kummerċ — Gewerbesteuergesetz] jifformaw is-sistema ta’ referenza rilevanti u li r-restrizzjoni mill-Artikolu 8c tal-KStG tikkostitwixxi biss eċċezzjoni għal din is-sistema ta’ referenza, li min-naħa tagħha kienet parzjalment limitata mis-Sanierungsklausel.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: nuqqas ta’ selettività insegwitu għall-fatt li s-Sanierungsklausel ma tagħmilx distinzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ dritt u ta’ fatt simili fir-rigward tal-għan imfittex

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti b’mod partikolari fost affarijiet oħra ssostni li s-Sanierungsklausel hija ta’ benefiċċju għall-impriżi kollha taxxabbli u li ma tiffavorixxix ċerti setturi jew jew ċerti oqsma ta’ attività u lanqas impriżi ta’ ċertu daqs.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: nuqqas ta’ selettività insegwitu għall-fatt li l-leġiżalzzjoni inkwistjoni hija ġġustifikata min-natura u mill-istruttura interna tas-sistema fiskali Ġermaniża

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li s-Sanierungsklausel hija ġġustifikata mill-ekonomija tas-sistema fiskali Ġermaniża, billi din hija ispirata minn prinċipji kostituzzjonali bħall-prinċipju ta’ kapaċità kontributtiva, il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif ukoll il-prinċipju li jfittex li tiġi evitata kull tassazzjoni sproporzjonata.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE: żball manifest ta’ evalwazzjoni minħabba f’analiżi insuffiċjenti tad-dritt fiskali Ġermaniż

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni tinjora l-leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża fuq it-tnaqqis tat-telf.

(6)

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-invokazzjoni tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi, kif stabbilit mid-dritt tal-Unjoni

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tippreċiża fost affarijiet oħra li l-Kummissjoni kkunsidrat għall-ewwel darba f’proċedura formali ta’ investigazzjoni l-privileġġi fiskali li jibbenefikaw minnhom ix-xerrejja ta’ azzjonijiet fil-qasam tat-tnaqqis tat-telf fil-kuntest tas-Sanierungsklausel ta’ impriża u ssostni li dan l-approċċ huwa wieħed mhux tas-soltu, li l-leġiżlatur, il-qrati speċjalizzati u l-ġestjoni finanzjarja kif ukoll il-kumpaniji nfushom wara l-parir iddettaljat ta’ espert ma kienx jista’ jiġi rikonoxxut.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/35


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 — VMS Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-613/11)

2012/C 32/71

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: VMS Deutschland Holdings GmbH (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Pohl, G. Burwitz, M. Maier u P. Werner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2011) 275 finali, tas-26 ta’ Jannar 2011, fil-Każ dwar għajnuna statali C 7/2010 “KStG, Sanierungsklausel”;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv: Nuqqas prima facie tas-selettività tal-miżura

Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti ssostni inter alia li s-Sanierungsklausel (klawżola dwar trasferiment ta’ telf) taħt l-Artikolu 8c(1a) tal-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (Körperschaftsteuergesetzes, iktar ’il quddiem il-“KStG”) fir-rigward ta’ telf ta’ kumpannija akkwistata minn kumpannija oħra bl-għan ta’ riabilitazzjoni ma hijiex selettiva. Fil-fehma tar-rikorrenti din ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li ma hija stabbilita ebda eċċezzjoni mis-sistema ta’ riferiment rilevanti.

(2)

It-tieni motiv: Miżura ġenerali

Ir-rikorrenti ssostni inter alia li miżura li tagħmel distinzjoni bejn il-kumpanniji skont is-sitwazzjoni ekonomika u l-prestazzjoni tagħhom hija sistema teknika li, bħala miżura ġenerali, ma tistax taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 107(1) TFUE. Skont ir-rikorrenti, tali sistema, fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, tista’ tkun ta’ benefiċċju għal kull kumpannija, anki jekk fi żmien partikolari huma fil-fatt biss ftit kumpanniji li jistgħu verament jużaw din is-sistema.

(3)

It-tielet motiv: Ġustifikazzjoni tas-sistema ta’ regolarizzazzjoni min-natura u l-istruttura interna tas-sistema fiskali

F’dan il-kuntest ir-rikorrenti ssostni li s-Sanierungsklausel taħt l-Artikolu 8c(1a) KStG hija ġġustifikata min-natura u l-istruttura interna tas-sistema fiskali u li għal din ir-raġuni ma tirriżulta ebda għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/36


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 — Royal Scandinavian Casino Århus AS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-615/11)

2012/C 32/72

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Royal Scandinavian Casino Århus AS I/S (Århus, id-Danimarka) (rappreżentant: B. Jacobi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2011 fil-Każ C 35/2010 (ex N 302/2020) dwar il-miżura li d-Danimarka tippjana li timplementa fl-għamla ta’ taxxi fuq il-logħob online fil-Liġi Daniża dwar it-taxxi fuq il-logħob;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

(1)

Skont l-ewwel motiv, il-Kummissjoni approvat b’mod żbaljat l-għajnuna fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE, minħabba li:

l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE ma jipprovdi ebda possibbiltà għall-approvazzjoni ta’ għajnuna statali għal parti minn reġjun ekonomiku;

l-għajnuna ma tissodisfax ir-rekwiżit tal-Artikolu 107(3)(ċ) li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi;

l-għajnuna taffettwa l-kundizzjonijiet tal-kummerċ b’mod kuntrarju għall-interess komuni u għalhekk

l-għajnuna ma sservi ebda skop sostanzjat ta’ interess Komunitarju.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-eċċezzjoni fl-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE għandha tingħata interpretazzjoni restrittiva u li din id-dispożizzjoni ma tipprovdi ebda possibbiltà għall-għoti ta’ għajnuna statali fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet finanzjarji tal-Istat.

(2)

Skont it-tieni motiv, il-Kummissjoni approvat l-għajnuna b’mod kuntrarju għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-għajnuna għall-funzjonament. L-għajnuna inkwistjoni, li ngħatat bħala għajnuna permanenti fl-għamla ta’ tnaqqis ta’ taxxa, tammonta għal għajnuna għall-funzjonament li, skont ġurisprudenza stabbilita, ma tistax tiġi approvata f’każijiet bħalma huwa l-każ ineżami.

(3)

Skont it-tielet motiv, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni Daniża jistgħu jintlaħqu mingħajr l-għoti ta’ għajnuna statali.

(4)

Skont ir-raba’ motiv, il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni żbaljata meta kkonkludiet, b’mod żbaljat, li l-għajnuna kienet neċessarja sabiex toħloq inċentiv għall-fornitur tal-logħob sabiex japplika għal liċenzja Daniża.

(5)

Skont il-ħames motiv, il-Kummissjoni għamlet użu ħażin mill-poteri tagħha meta rreferiet għal dispożizzjoni tat-Trattat li tawtorizza l-approvazzjoni ta’ għajnuna intiża sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ reġjun ekonomiku, meta, fil-fatt, jidher ċar mid-deċiżjoni li r-raġuni vera għall-approvazzjoni tal-għajnuna hija x-xewqa li jkun hemm numru xieraq ta’ applikanti għal liċenzja Daniża għal-logħob online. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tuża ħażin il-poteri tagħha meta tagħti bħala raġunijiet għall-approvazzjoni l-għan ta’ liberalizzazzjoni u faċilitazzjoni tal-iżvilupp ta’ reġjun ekonomiku, meta l-Istat Daniż innifsu jiddikjara li l-għan ġenerali tal-iskema tat-taxxa huwa li jkun hemm l-ikbar dħul mit-taxxa possibbli.

(6)

Skont is-sitt motiv, il-Kummissjoni naqset milli tissodisfa r-rekwiżit ta’ motivazzjoni suffiċjenti, peress li r-raġunijiet mogħtija:

huma ġeneralment inkonsistenti u kontradittorji fuq diversi punti;

ma jipprovdux spjegazzjoni suffiċjenti dwar kif il-liberalizzazzjoni tas-suq tal-logħob tikkostitwixxi skop leġittimu li jintlaħaq permezz ta’ approvazzjonijiet fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE;

ma jipprovdux spjegazzjoni sodisfaċenti tal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE;

ma jsostnux il-ħtieġa tal-għajnuna statali u lanqas ma jipprovdu analiżi suffiċjenti tat-tassazzjoni fi Stati Membri oħra;

ma humiex ċari fir-rigward tal-għanijiet tal-Liġi Daniża dwar it-taxxi fuq il-logħob;

ma jindirizzawx il-leġiżlazzjoni Daniża li tkopri forom oħra ta’ logħob;

ma jinkludu ebda eżami jew spjegazzjoni tal-effetti tal-għajnuna fuq logħob operat internament.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/37


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2011 — Meyr-Melnhof Karton vs UASI — Stora Enso (SILVAWHITE)

(Kawża T-617/11)

2012/C 32/73

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meyr-Melnhof Karton AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: P. Baronikians u N. Wittich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stora Enso Oyj (Helsinki, il-Finlandja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 2139/2010-2;

tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8197469; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikorrenti sosnuti quddiem l-UASI u l-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SILVAWHITE”, għal prodotti fil-klassi 16 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8197469

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Finlandiża “SILVAPRESS”, irreġistrata taħt in-numru 231953, għal prodotti fil-klassi 16; it-trade mark internazzjonali “SILVAPRESS”, irreġistrata taħt in-numru 872793 għal prodotti fil-klassi 16

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn trade mark preċedenti u t-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/37


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 minn Francesca Cervelli mid-digriet mogħti fit-12 ta’ Settembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-98/10, Cervelli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-622/11 P)

2012/C 32/74

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Francesca Cervelli (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: J. García-Gallardo Gil-Fournier, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonferma l-preżentata tal-appell u tiddikjarah ammissibbli;

tikkunsidra l-appell imressaq f’isem u fl-interess ta’ Francesca Cervelli permezz tar-rappreżentanti legali tagħha;

tiddikjara n-nullità, fl-intier tiegħu, tad-digriet tat-12 ta’ Settembru 2011 mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tordna r-rinviju tal-kawża għal eżami tal-fondatezza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti, billi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkonstata li l-appellanti ma setgħetx tibbaża ruħha fuq l-okkorrenza ta’ fatt ġdid li jikkonsisti fis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-19 ta’ Ġunju 2007 fil-kawża Asturias Cuerno vs Il-Kummissjoni (T-473/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra). L-appellanti ssostni li din is-sentenza tikkostitwixxi fatt ġdid, sa fejn is-sentenza tikkonċerna l-istess sitwazzjoni bħal dik li fiha kienet tinsab l-appellanti u sa fejn il-punti essenzjali tal-analiżi li tinsab fis-sentenza jikkonċernaw punt oġġettiv u mhux fatti speċifiċi tal-kawża.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball manifest ta’ liġi, billi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kkunsidra li l-marġni ta’ diskrezzjoni bbażata fuq il-prinċipju ta’ awtonomija tal-Awtorità tal-Ħatra għandha tipprevali b’mod assolut fuq il-prinċipju ta’ uniċità tas-servizz pubbliku.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/38


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 — PICO Food vs UASI — Sobieraj (MILANÓWEK CREAM FUDGE)

(Kawża T-623/11)

2012/C 32/75

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PICO Food GmbH (Tamm, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Bogumit Sobieraj (Milanówek, il-Polonja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 553/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “MILANÓWEK CREAM FUDGE” għal prodotti fil-klassi 30 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6342455

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Ġermaniża li tirrappreżenta baqra, irreġistrata taħt in-Nru 30522224, għal prodotti fil-klassi 30; it-trade mark figurattiva Ġermaniża “Original Sahne Muh-Muhs HANDGESCHNITTEN HANDGEWICKELT”, irreġistrata taħt in-Nru 30523439, għal prodotti fil-klassi 30; it-trade mark figurattiva Ġermaniża “Original Sahne Muh-Muhs HANDGESCHNITTEN HANDGEWICKELT”, irreġistrata taħt in-Nru 30702751, għal prodotti fil-klassi 30; it-trade mark figurattiva Ġermaniża “Original Sahne Muh-Muhs HANDGESCHNITTEN HANDGEWICKELT”, irreġistrata taħt in-Nru 30702748, għal prodotti fil-klassi 30; it-trade mark figurattiva Ġermaniża “SAHNE TOFFEE LUXURY CREAM FUDGE”, irreġistrata taħt in-Nru 30700574 għal prodotti fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell interpreta b’mod żbaljat il-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-qrati Ewropej u ċaħad l-eżistenza tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti. Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ibbaża d-deċiżjoni fuq fatti li ma tressqux mill-partijiet fil-proċedimenti.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/38


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2011 — Yueqing Onesto Electric vs UASI — Ensto (ONESTO)

(Kawża T-624/11)

2012/C 32/76

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yueqing Onesto Electric Co. Ltd (Zhejiang, iċ-Ċina) (rappreżentant: B. Piepenbrink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ensto Oy (Porvoo, il-Finlandja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 2535/2010-2; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ONESTO”, għal prodotti fil-klassi 9 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru W00909305

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1980242 tat-trade mark figurattiva “ENSTO”, għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11; ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 40600 tat-trade mark verbali“ENSTO”, għal prodotti fil-klassijiet 7, 9, 11 u 16; ir-reġistrazzjoni għal trade mark Finlandiża Nru 218071 tat-trade mark verbali “ENSTO”, għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell iddeċieda b’mod żbaljat li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark preċedenti u l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/39


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2011 — BSH vs UASI (ecoDoor)

(Kawża T-625/11)

2012/C 32/77

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Settembru 2011 fil-Każ R 340/2011-1;

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ecoDoor” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex sempliċement deskrittiva.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/39


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Diċembru 2011 — Caventa AG vs UASI — Anson’s Herrenhaus (B BERG)

(Kawża T-631/11)

2012/C 32/78

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appel: Anson’s Herrenhaus KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Settembru 2011 fil-Każ R 2014/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li fiha l-element verbali “B BERG”, għal prodotti fil-klassijiet 25 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Anson’s Herrenhaus KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “Christian Berg” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 25 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni miċħuda

Motivi invokati: Bejn il-prodotti kunfliġġenti ma kienx hemm xebh, bejn is-sinjali kunfliġġenti ma teżisti l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/40


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2011 — Guangdong Kito Ceramics et vs Il-Kunsill

(Kawża T-633/11)

2012/C 32/79

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Guangdong Kito Ceramics Co. Ltd (Foshan, iċ-Ċina), Jingdezhen Kito Ceramic Co. Ltd (Jingdezhen, iċ-Ċina), Jingdezhen Lehua Ceramic Sanitary Ware Co. Ltd (Jingdezhen, iċ-Ċina) u Zhaoqing Lehua Ceramic Sanitary Ware Co. Ltd (Sihui, iċ-Ċina) (rappreżentant: M. Sánchez Rydelski, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lil l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat-12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU 2011 L 238, p. 1), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-iżball manifest imwettaq mill-Kunsill fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (1).

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq li r-regolament ikkontestat ma jinkludix motivazzjoni suffiċjenti.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-proċedura li twassal għar-regolament ikkontestat ma osservatx il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, bħal ma huma l-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ trasparenza, kif ukoll id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti, u kisret l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/40


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2011 minn Mario Paulo da Silva Tenreiro kontra s-sentenza mogħtija fid-29 ta’ Settembru 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-72/10, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-634/11 P)

2012/C 32/80

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Mario Paulo da Silva Renreiro (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, A. Coolen, J.–N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi,

li s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mogħtija fid-29 ta’ Settembru 2011 (Kawża F-72/10, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni) li tiċħad l-azzjoni tar-rikorrent, hija annullata;

tiddeċiedi permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda,

tiddikjara u tiddeċiedi,

li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad il-kandidatura tal-appellant għall-pożizzjoni vakanti ta’ direttur tad-Direzzjoni E “Ġustizzja” tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Ġustizzja, libertà u sigurtà”, kif ukoll id-deċiżjoni li taħtar lil K f’din il-pożizzjoni, huma annullati;

li l-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad il-motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter minkejja l-indizji serji ta’ tali abbuż li allega r-rikorrent, filwaqt li l-inverżjoni tal-oneru tal-prova għandha tiġi kkonstatata b’osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza tal-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali.

(2)

It-tieni aggravju bbażat fuq in-nuqqas ta’ ossservanza tal-opportunitajiet ugwali tal-partijiet meta ġie rrifjutat li tiġi ordnata l-produzzjoni, fost oħrajn, tar-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ K għall-perijodu li matulu hija wettqet il-funzjonijiet ta’ direttur tad-Direzzjoni “Sigurtà” tad-DĠ “Ġustizzja, libertà u sigurtà”, filwaqt li l-Awtorità tal-Ħatra tiġġustifika ċ-ċaħda tal-kandidatura tagħha għal dan l-impjieg fuq inkapaċità plawżibbli wara li ġie tenut kont tar-rendiment tagħha bħala direttur par interim, u dan kollu filwaqt li tqis li din tista’ tinħatar fl-impjieg ta’ direttur tad-direzzjoni “Ġustizzja” tal-istess DĠ minħabba din l-istess esperjenza bħala direttur.

(3)

It-tielet aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti peress li t-TSP iddeċieda li ż-żewġ proċeduri ta’ għoti tal-impjiegi ta’ diretturi (“Ġustizzja” u “Sigurtà”) kienu distinti u li r-riżultat ta’ waħda mill-proċeduri ma jinfluwenzax l-eżitu tal-oħra.

(4)

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju, tad-drittijiet tad-difiża u tal-obbligu ta’ motivazzjoni peress li t-TSP naqas milli jagħmel riferiment għall-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mqajjem mir-rikorrenti waqt is-seduta, fuq il-bażi tat-tabella ta’ evalwazzjoni tal-bord ta’ preselezzjoni li r-rikorrent sar jaf biha fl-anness tad-difiża, billi t-TSP kien qies li ma kienx hemm lok li jsir it-tieni skambju ta’ sottomissjonijiet.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/41


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2011 — Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-635/11)

2012/C 32/81

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Regency Entertainment Psychagogiki kai Touristiki AE (Maroussi Attikis, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Niejahr, Q. Azau, F. Spyropoulos, I. Dryllerakis, K. Spyropoulos, avukati, u F. Carlin, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/716/UE, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar Għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil ċerti każinojiet Griegi (Il-miżura ta’ Għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09)) implementata mir-Repubblika Ellenika (ĠU L 285, p. 25);

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tapplika għar-rikorrenti; jew

f’livell iktar sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tordna l-irkupru tal-ammonti mingħand ir-rikorrenti; u

tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrenti marbuta ma’ din l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret l-Artikolu 107(1) TFUE meta ddeterminat li l-miżura kontenzjuża kienet tikkostitwixxi għajnuna billi:

identifikat li r-rikorrenti kienet ibbenefikat minn vantaġġ ekonomiku fil-forma ta’ “diskriminazzjoni fiskali” fl-ammont ta’ EUR 7,20 għal kull biljett;

ikkonstatat li l-miżura kienet tinvolvi riżorsi tal-Istat predeterminati;

ikkunsidrat li l-miżura kienet ta’ natura selettiva favur ir-rikorrenti; u

ikkonkludiet li l-miżura kienet toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u kellha effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret id-drittijiet tad-difiża proċedurali tar-rikorrenti meta injorat għal kollox l-osservazzjonijiet u l-kummenti addizzjonali ppreżentati mir-rikorrenti fl-eżerċizzju tad-drittijiet proċedurali tagħha sussegwentement għad-deċiżjoni li fetħet il-proċedura.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret l-Artikolu 296 TFUE billi naqset milli tipprovdi motivazzjoni adegwata li permezz tagħha r-rikorrenti tista’ tifhem u li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali tkun tista’ tistħarreġ ir-raġunament li fuqu hija bbażata l-konstatazzjoni li r-rikorrenti kienet ibbenefikat minn vantaġġ ta’ natura selettiva, li tali vantaġġ kien jinvolvi riżorsi tal-Istat predeterminati u li tali vantaġġ kien ta’ natura li seta’ joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u jkollu effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tordna l-irkupru tal-ammonti mingħand ir-rikorrenti, tikser:

l-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (1), li tipprovdi li l-irkupru għandu jikkonċerna l-għajnuna li jkun irċieva l-benefiċjarju, sa fejn il-konvenuta naqset milli tikkwantifika korrettament, fid-deċiżjoni kkontestata, l-ammont tal-għajnuna li r-rikorrenti setgħet irċeviet; u

it-tieni sentenza tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, peress li f’dan il-każ l-irkupru jmur kontra l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari: il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi; il-prinċipju taċ-ċertezza legali; u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/41


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2011 — Euris Consult vs Il-Parlament

(Kawża T-637/11)

2012/C 32/82

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Euris Consult Ltd (Floriana, ir-Repubblika ta’ Malta) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni tal-Parlament Ewropew meħuda fil-kuntest tas-sejħa għal offerti MT/2011/EU, li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għal-lingwa Maltija, li tiċħad fl-istadju tal-ftuħ, l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti minħabba ksur ta’ kunfidenzjalità;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedura, inkluż dawk sostnuti mir-rikorrenti;

tordna li r-rikorrenti tkun awtorizzata li tfittex għad-danni kkważati mid-deċiżjoni kkontestata.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq:

ksur tal-Artikolu 98(1) tar-Regolament Finanzjarju, tal-Artikolu 143 tar-Regoli ta’ Implementazzjoni u tal-Artikolu 2.4 tas-sejħa għal offerti MT/2011/EU, u għaldaqstant fuq l-inapplikabbiltà tal-eċċezzjoni taħt l-Artikolu 277 TFUE;

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq:

ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq:

ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali;

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq:

ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn l-awtorità kontraenti naqset milli tisma’ lir-rikorrenti qabel ma adottat id-deċiżjoni kkontestata;

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq:

il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ma kellhiex motivazzjoni suffiċjenti.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2011 — Bard vs UASI — Braun Melsungen (PERFIX)

(Kawża T-342/09) (1)

2012/C 32/83

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/43


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta’ Diċembru 2011 — Stols vs Il-Kunsill

(Kawża F-51/08 RENV) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rinviju lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2007 - Eżami komparattiv tal-merti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Assenza - Motivi tad-deċiżjoni - Motiv supererogatorju - Motiv ineffettiv)

2012/C 32/84

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Willem Stols (Halsteren, il-Pajjizi Baxxi) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropej (rappreżentant: M. Bauer, aġent)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-persuni promossi għall-grad AST 11 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2007.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ta’ W. Stols huwa miċħud.

(2)

W. Stols għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża F-51/08.

(3)

W. Stols u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom sostnuti fil-Kawża T-175/09 P u f’din il-kawża.


(1)  ĠU C 183, 19.7.2008, p. 34.


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/43


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 — de Fays vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-30/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunati mix-xogħol - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut li tiġi rikonoxxuta l-oriġini professjonali ta’ marda)

2012/C 32/85

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Philippe de Fays (Malèves-Sainte-Marie-Wastines, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Soldatos, sussegwentement N. Soldatos u C. Eyben, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti, assistiti minn J.-L. Fagnart, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-oriġini professjonali tal-marda li minnha qed ibati r-rikorrent.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ta’ P. de Fays huwa miċħud.

(2)

P. de Fays għandu jbati l-ispejjeż kollha.


(1)  ĠU C 179, 3.7.2010, p. 59


4.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 32/43


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2011 — Sabbag Afota vs il-Kunsill

(Kawża F-9/11) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Proċedura ta’ Promozzjoni 2010 - Nuqqas ta’ rapport ta’ evalwazzjoni)

2012/C 32/86

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Verónica Sabbag Afota (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad ta’ AD 11 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2010.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors ta’ V. Sabbag Afota huwa miċħud.

(2)

V. Sabbag Afota għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 152, 21.5.2011, p. 33.