ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2012.012.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 12

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 55
14ta' Jannar 2012


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 012/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 012/02

Rata tal-kambju tal-euro

5

 

Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

2012/C 012/03

Deċiżjoni Nru E3 tad-19 ta' Ottubru 2011 dwar il-perjodu ta' tranżizzjoni kif definit fl-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 )

6

 

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

2012/C 012/04

Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-23 ta’ Marzu 2011 li tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-Esperti Nazzjonali Sekondati lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2012/C 012/05

Informazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar in-notifika ta' awtorità kompetenti mir-Repubblika Ellenika skont id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi

17

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 012/06

Pubblikazzjoni tal-intenzjoni tal-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Norveġiż għall-għoti dirett ta’ kuntratt għal servizz pubbliku skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70

18

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2012/C 012/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6438 – Saria/Teeuwissen/Jagero II/Quintet/Bioiberica) ( 1 )

19

2012/C 012/08

Deċiżjoni sabiex tingħalaq il-proċedura ta' investigazzjoni formali wara l-irtirar minn Stat Membru – Għajnuna mill-Istat – Il-Polonja (L-Artikoli minn 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) – Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – irtirar ta’ notifika – Għajnuna mill-Istat SA.30340 (11/C) – LIP — PL — Fiat Powertrain Technologies Il-Polonja ( 1 )

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 12/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

26.4.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.31494 (N 376/10)

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Natuurbeheer

Il-bażi legali

Wet inrichting landelijk gebied

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Il-ħarsien tal-ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 28,5 miljun

 

Baġit globali: EUR 171 miljun

L-intensità

84 %

It-tul ta' żmien

1.1.2011-31.10.2017

Setturi ekonomiċi

L-Agrikoltura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Gedeputeerde staten van de provincies

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.12.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33370 (11/N)

Stat Membru

Franza

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Régimes d'aide au cinéma et à l'audiovisuel

Il-bażi legali

Décret 99-130 du 24 février 1999; décret 98-35 du 14 janvier 1998; décret 95-110 du 2 février 1995; loi 85-695 du 11 juillet 1985; décret 2008-508 du 29 mai 2008; décret 2008-509 du 29 mai 2009

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Imposta (levy) parafiskali

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 744 miljun

 

Baġit globali: EUR 4 464 miljun

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2017

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Centre National du Cinéma et de l'Image Animée

12 rue de Lübeck

75784 Paris Cedex 16

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

8.11.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33538 (11/N)

Stat Membru

L-Irlanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Regional Airports — Capital Expenditure grant Scheme

Il-bażi legali

Article 28.4 of the Constitution of Ireland Central Fund (Permament Provisions) Act, 1965; Appropration Act, 2010

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 65,5 miljun

L-intensità

90 %

It-tul ta' żmien

Sal-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Trasport tal-ajru

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Department of Transport Tourism and Sport

44 Kildare Street

Dublin 2

IRELAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.12.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33662 (11/NN)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Berlin, Mecklenburg-Vorpommern

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Solon SE

Il-bażi legali

1.

Gesetz über die Feststellung des Bundeshaushaltsplans für das Jahr 2011 (Haushaltsgesetz 2011), vom 22. Dezember 2010

2.

Gesetz über die Feststellung des Haushaltsplans von Berlin für die Haushaltsjahre 2010 und 2011 (Haushaltsgesetz 2010/2011), vom 17. Dezember 2009

3.

Gesetz über die Feststellung des Haushaltsplans des Landes Mecklenburg-Vorpommern für die Haushaltsjahre 2010 und 2011 und die Festlegung der Verbundquoten des Kommunalen Finanzausgleichs in den Jahren 2010 und 2011, vom 18. Dezember 2009

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà

Il-forma tal-għajnuna

Garanzija, Sussidju fuq l-imgħax

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 46,84 miljun

 

Baġit globali: EUR 46,84 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

8.8.2011-31.12.2011

Setturi ekonomiċi

It-tagħmir elettriku u ottiku

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerium für Wirtschaft, Arbeit und Tourismus Mecklenburg-Vorpommern

Johannes-Stelling-Straße 14

19053 Schwerin

DEUTSCHLAND

Bundesamt für zentrale Dienste und offene Vermögensfragen

DGZ-Ring 12

13086 Berlin

DEUTSCHLAND

Senatsverwaltung für Finanzen Berlin

Klosterstraße 59

10179 Berlin

DEUTSCHLAND

Finanzministerium Mecklenburg-Vorpommern

Schloßstraße 9-11

19053 Schwerin

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-13 ta’ Jannar 2012

2012/C 12/02

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2771

JPY

Yen Ġappuniż

98,06

DKK

Krona Daniża

7,4365

GBP

Lira Sterlina

0,83320

SEK

Krona Żvediża

8,8892

CHF

Frank Żvizzeru

1,2100

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,6930

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,450

HUF

Forint Ungeriż

309,71

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7002

PLN

Zloty Pollakk

4,4060

RON

Leu Rumen

4,3345

TRY

Lira Turka

2,3642

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2364

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3019

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,9196

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6090

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6468

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 466,53

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,2672

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,0648

HRK

Kuna Kroata

7,5480

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 700,55

MYR

Ringgit Malażjan

4,0005

PHP

Peso Filippin

55,904

RUB

Rouble Russu

40,5047

THB

Baht Tajlandiż

40,573

BRL

Real Brażiljan

2,2740

MXN

Peso Messikan

17,2983

INR

Rupi Indjan

65,7040


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/6


DEĊIŻJONI Nru E3

tad-19 ta' Ottubru 2011

dwar il-perjodu ta' tranżizzjoni kif definit fl-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

2012/C 12/03

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(d) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (1), skont liema l-Kummissjoni Amministrattiva hija responsabbli biex tħeġġeġ kemm tista' l-użu tat-teknoloġiji l-ġodda, b'mod partikolari billi timmodernizza proċeduri għall-iskambju tal-informazzjoni u l-addattament tal-fluss tal-informazzjoni bejn l-istituzzjonijiet għal skopijiet ta' skambju permezz ta' mezzi elettroniċi, b'kunsiderazzjoni tal-iżvilupp tal-ipproċessar tad-dejta f'kull Stat Membru,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistipula l-proċedura tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (2) skont liema l-Kummissjoni Amministrattiva għandha s-setgħa li tistabbilixxi l-istruttura, il-kontenut, il-format u l-arranġamenti dettaljati għall-iskambju ta' dokumenti u dokumenti elettroniċi strutturati u tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi biex l-informazzjoni, id-dokumenti jew id-deċiżjonijiet jintbagħtu lill-persuna kkonċernata permezz ta' mezzi elettroniċi,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 95(1), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, dwar il-perjodu tranżitorju, li jiddikjara li Kull Stat Membru jista’ jibbenefika minn perjodu tranżitorju għall-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi u li dawn il-perjodi tranżitorji ma għandhomx jaqbżu l-24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ implimentazzjoni,

Wara li kkunsidrat it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, skont liema l-Kummissjoni Amministrattiva tista' taqbel dwar kull estensjoni xierqa ta' dawn il-perjodi jekk it-twassil tal-infrastruttura Komunitarja neċessarja (Skambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali – EESSI) ikollha dewmien serju fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' implimentazzjoni.

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Billi:

(1)

L-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jipprevedi perjodu tranżitorju ta' 24 xahar mid-dħul fis-seħħ sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jimplimentaw u jintegraw l-infrastruttura nazzjonali meħtieġa għall-iskambju ta' dejta permezz ta' mezzi elettroniċi.

(2)

L-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni Amministrattiva biex taqbel fuq estensjoni tal-perjodu tranżitorju għall-Istati Membri jekk it-twassil tal-infrastruttura Komunitarja jkollu dewmien serju.

(3)

Fuq il-bażi ta' analiżi mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kumitat tat-Tmexxija tal-Proġett EESSI, il-Kummissjoni Amministrattiva għamlet stima ġenerali tas-sitwazzjoni tal-proġett fil-livell tal-UE u fil-livelli nazzjonali.

(4)

Skont din l-valutazzjoni, hemm bżonn ta' estensjoni tal-perjodu tranżitorju sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tas-sistema EESSI, b'kunsiderazzjoni tal-progress tal-preparazzjonijiet fil-livelli nazzjonali u fil-livell tal-UE filwaqt li fl-istess ħin jiġi kkunsidrat li huwa fl-interess tal-partijiet kollha li din l-estensjoni tkun limitata fil-ħin.

(5)

B'kunsiderazzjoni tal-kumplessità teknika tal-proġett u fid-dawl tad-diversi soluzzjonijiet ta' implimentazzjoni possibbli fejn kull waħda fosthom għandha medda ta' żmien differenti, il-Kummissjoni Amministrattiva tqis li huwa xieraq li testendi l-perjodu tranżitorju b'24 xahar apparti l-perjodu identifikat skont l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

(6)

Madankollu, il-Kummissjoni Amministrattiva tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jibdew l-iskambju tad-dejta elettronika mill-aktar fis possibbli, mingħajr dewmien, sabiex il-perjodu tal-iskambju parallel elettroniku u tal-karti jiġi limitat kemm jista' jkun, skont l-istadji intermedjarji importanti li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni Amministrattiva, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kumitat tat-Tmexxija tal-Proġett EESSI.

(7)

Il-Kummissjoni Amministrattiva qiegħda ssejjaħ lill-Kumitat tat-Tmexxija tal-Proġett EESSI sabiex jistabbilixxi għodda tal-monitoraġġ xierqa, biex jipproponi stadji intermedjarji importanti u jimmonitorja mill-qrib il-progress tal-implimentazzjoni tal-EESSI f'kull Stat Membru matul il-perjodu estiż.

(8)

Skont l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, il-Kummissjoni Amministrattiva tista' tirrevedi din id-deċiżjoni fuq il-bażi tal-ippjanar u l-analiżi inġenerali tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Proġett EESSI.

(9)

Id-Deċiżjoni Nru E1 tat-12 ta’ Ġunju 2009 dwar l-arranġamenti prattiċi għall-perjodu tranżitorju tal-iskambju ta’ dejta permezz ta’ mezzi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) se tibqa' tapplika mutatis mutandis matul il-perjodu estiż.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

1.

Il-perjodi tranżitorji, imsemmija fl-Artikolu 95(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 għall-iskambju sħiħ tad-dejta permezz ta' mezzi elettroniċi mill-Istati Membri se jiġi estiż b'24 xahar sat-30 ta' April 2014.

2.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-deċiżjoni għandha tapplika mill-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Elżbieta ROŻEK


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(3)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 9.


Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/8


Deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

tat-23 ta’ Marzu 2011

li tistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-Esperti Nazzjonali Sekondati lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

2012/C 12/04

IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (2010/427/UE), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(3) tad-Deżizjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (1) (“SEAE”) (“id-Deċiżjoni tal-Kunsill”) is-SEAE jista', f'każijiet speċifiċi, jirrikorri għal numru limitat ta' esperti nazzjonali sekondati speċjalizzati.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli għandu, ukoll skont l-Artikolu 6(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, jadotta regoli, ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/479/KE tas-16 ta’ Ġunju 2003 (issa mħassrin u sostitwiti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE tal-5 ta' Diċembru 2007 (2)) rigward ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u persunal militari sekondati lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li biha l-ENS jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tas-SEAE sabiex jipprovdu kompetenzi speċjalizzati.

(3)

Esperti nazzjonali sekondati (“ENS”) għandhom jagħmluha possibbli li s-SEAE tibbenefika mil-livell għoli tal-għarfien u l-esperjenza professjonali tagħhom, b'mod partikolari f'oqsma fejn kompetenza bħal din mhix disponibbli faċilment.

(4)

Is-sekondar ta' esperti nazzjonali lis-SEAE għandu jrawwem l-iskambju ta' esperjenza professjonali u ta' għarfien dwar il-linji politiċi Ewropej.

(5)

L-ENS għandhom jiġu mill-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali.

(6)

Id-drittijiet u l-obbligi tal-ENS u tal-persunal militari sekondat, stabbiliti b'din id-Deċiżjoni, għandhom jiżguraw li dawn iwettqu dmirijiethom unikament fl-interess tas-SEAE.

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet kollha tal-impjieg tal-ENS.

(8)

Għandha ssir dispożizzjoni speċjali għal persunal militari sekondat lis-SEAE biex jiġi fformat il-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Għandha ssir dispożizzjoni speċjali għal ENS sekondati lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Kull fejn possibbli għandu jiġi evitat trattament mhux ugwali bejn ENS minn istituzzjonijiet differenti (prinċipalment mill-Kummissjoni Ewropea u s-SEAE) f'Delegazzjonijiet tal-Unjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI.

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dawn ir-regoli għandhom japplikaw għall-esperti nazzjonali sekondati (ENS) sekondati lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) mill-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri. Huma għandhom japplikaw ukoll għall-esperti sekondati minn organizzazzjoni internazzjonali.

2.   Il-persuni koperti minn dawn ir-regoli għandhom jibqgħu fis-servizz ta’ min iħaddimhom tul il-perijodu ta’ sekondar u għandhom jibqgħu jiġu rimunerati minnu.

3.   Is-SEAE għandha tirrekluta ENS skont il-ħtiġiet u l-possibbiltajiet baġitarji. Id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani għandu jistabbilixxi l-arranġamenti għal dan ir-reklutaġġ.

4.   L-ENS għandhom ikunu ċittadini ta’ Stat Membru.

5.   L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jikkoperaw sabiex jiżguraw, kemm jista' jkun, li r-reklutaġġ ta' ENS għas-SEAE jkun ibbażat fuq il-mertu filwaqt li jiżguraw bilanċ ġeografiku u bilanċ bejn irġiel u nisa, b'mod partikolari biex jiżguraw preżenza sinifikanti ta' ċittadini mill-Istati Membri kollha.

6.   Is-sekondar għandu jiġi implimentat permezz ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Uffiċjal Kap Operattiv u r-Rappreżentanza Permanenti tal-Istat Membru konċernat, jew, l-organizzazzjoni internazzjonali, kif adatt. Il-post tas-sekondar għandu jkun indikat fl-iskambju ta’ ittri. Kopja tar-regoli applikabbli għall-ENS dwar sekondar lis-SEAE għandha tkun mehmuża mal-iskambju ta’ ittri.

Artikolu 2

Perijodu ta’ sekondar

1.   Il-perijodu ta' sekondar ma jistax ikun inqas minn sitt xhur u lanqas aktar minn sentejn u jista' jiġi mġedded b'mod suċċessiv għal perijodu totali ta' mhux aktar minn erba' snin. Eċċezzjonalment, fuq talba mid-Direttur Amministrattiv jew l-ekwivalenti tiegħu, u fejn l-interessi tas-servizz jeħtieġu dan, id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani jistgħu jawtorizzaw estensjoni waħda jew iżjed għal sekondar ta' massimu ta' sentejn oħra fi tmiem il-perijodu ta' erba' snin.

2.   Minkejja l-paragrafu 1, il-perijodu li għalih ENS ikun sekondat biex jieħu sehem fit-tħejjija ta’ operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżi jew għall-istudju tat-tnedija tagħhom, jista' jkun inqas minn sitt xhur.

3.   Il-perijodu previst ta' sekondar għandu jiġi stabbilit mill-bidu fl-iskambju ta' ittri previst fl-Artikolu 1(6). L-istess proċedura għandha tapplika fil-każ ta’ tiġdid tal-perijodu ta’ sekondar.

4.   ENS li jkun diġà ġie sekondat lis-SEAE jista' jerġa' jiġi sekondat soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ENS għandu jkompli jissodisfa l-kondizzjonijiet għas-sekondar; u

(b)

perijodu ta' mill-inqas sitt snin ikun għadda bejn it-tmiem tal-perijodu ta' sekondar preċedenti u kwalunkwe sekondar ulterjuri; jekk, fi tmiem l-ewwel sekondar, l-ENS ikun ibbenefika minn estensjoni, il-perijodu ta’ sitt snin għandu jibda jgħodd mit-tmiem ta’ dik l-estensjoni.

Din id-dispożizzjoni m'għandhiex twaqqaf lis-SEAE milli jaċċetta s-sekondar, inqas minn sitt snin wara t-tmiem tal-ewwel perijodu ta' sekondar, ta' ENS li s-sekondar inizjali tiegħu dam inqas minn sitt snin, iżda f'dak il-każ, is-sekondar il-ġdid m'għandux jaqbeż il-parti li jkun fadal tal-perijodu ta’ sitt snin.

Artikolu 3

Post ta’ sekondar

1.   L-ENS għandhom jiġu sekondati lill-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE fi Brussell, jew lil Delegazzjoni tal-Unjoni.

2.   Il-post ta’ sekondar jista' jinbidel matul is-sekondar permezz ta’ skambju ulterjuri ta’ ittri skont l-Artikolu 1(6), jekk il-possibbiltà ta’ bidla ta’ dan il-post ma kenitx prevista fl-ewwel skambju ta’ ittri. L-amministrazzjoni li tissekonda l-ENS għandha tinżamm infurmata bi kwalunkwe bidla fil-post ta’ sekondar.

Artikolu 4

Dmirijiet

1.   ENS għandu jassisti lill-membri tal-persunal tas-SEAE u jwettaq il-kompiti li jiġu fdati lilu. Il-funzjonijiet imwettqin għandhom jiġu definiti bi qbil reċiproku bejn is-SEAE u l-amministrazzjoni li tissekonda l-espert nazzjonali fl-interess tas-SEAE u b'kont meħud tal-kwalifiki tal-ENS.

2.   Soġġett għall-paragrafu 8 hawn taħt, l-ENS m'għandux jipparteċipa f'missjonijiet u laqgħat għajr:

(a)

jekk ikun qed jakkumpanja membru tal-persunal tas-SEAE;

jew

(b)

bħala osservatur jew biss għal finijiet ta' informazzjoni, jekk waħdu.

Dment li ma jkunx ingħata mandat lil ENS skont il-paragrafu 8 hawn taħt, huwa ma jistax jirrappreżenta lis-SEAE bil-ħsieb li jidħol f'impenji, la finanzjarji u lanqas oħrajn, jew jinnegozja f'ismu.

Il-limitazzjonijiet f'dan il-paragrafu ma japplikawx għal ENS sekondati lill-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija, id-Direttorat għall-Maniġġar ta' Kriżijiet u l-Ippjanar, jew iċ-Ċentru ta' Sitwazzjonijiet tal-UE.

3.   Is-SEAE, permezz tas-superjur tal-ENS, għandu jżomm responsabbiltà unika għall-approvazzjoni tar-riżultati ta' kompiti mwettqin mill-ENS.

4.   Is-SEAE, li tħaddem lill-ENS u l-ENS għandhom jagħmlu kull sforz biex jevitaw kwalunkwe konflitt ta' interess jew li jkun jidher li hemm tali konflitt fir-rigward tad-dmirijiet tal-ENS matul is-sekondar. Għal dak il-għan, id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani, għandu jinforma, kmieni biżżejjed, lill-ENS u lil min iħaddmu bil-kompiti previsti u jitlobhom it-tnejn sabiex jikkonfermaw bil-miktub li huma ma jaraw l-ebda raġuni għaliex l-ENS m'għandux jiġi assenjat għal dawk il-kompiti, inkluż, b'mod partikolari, b'referenza għall-esperjenza ta' impjiegi tal-ENS.

5.   L-ENS għandu jintalab partikolarment jiddikjara kwalunkwe konflitt potenzjali bejn iċ-ċirkostanzi familjari tiegħu (partikolarment l-attivitajiet professjonali ta’ membri tal-familja qrib tiegħu jew ta' kwalunkwe interess finanzjarju importanti tiegħu jew ta’ membri tal-familja qrib tiegħu) u l-kompiti proposti matul is-sekondar. Min iħaddem u l-ENS għandhom jintrabtu li jgħarrfu lis-superjur tal-ENS u d-Dipartiment tar-Riżorsi Umani bi kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi matul is-sekondar, li tista' tirriżulta f'tali konflitt.

6.   Meta s-superjur tal-ENS iqis li n-natura tal-kompiti fdati lill-ENS teħtieġ prekawzjonijiet ta' sigurtà partikolari, għandha tinkiseb approvazzjoni tas-sigurtà qabel ma jiġi sekondat l-ENS.

7.   Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 2, 4 u 5, is-SEAE tista' ttemm is-sekondar tal-ENS skont it-termini tal-Artikolu 9(2)(c).

8.   Minkejja l-paragrafu 1 u l-ewwel subparagrafu tal-paragafu 2, id-Direttur Amministrattiv, jew l-ekwivalenti tiegħu, tas-servizz li miegħu jiġi assenjat l-ENS, jista', waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli u waqt li jaġixxi fuq proposta mis-superjur tal-ENS, jafda kompiti jew dmirijiet speċifiċi lill-ENS u jinkarigah imexxi missjoni jew laqgħa speċifika waħda jew aktar dment li ma jkun jeżisti l-ebda konflitt ta’ interess.

Artikolu 5

Drittijiet u Obbligi

1.   Matul il-perijodu tas-sekondar:

(a)

l-ENS għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'mod oġġettiv u imparzjali u għandu jaġixxi biss bl-interessi tas-SEAE f'moħħu;

(b)

l-ENS għandu jastjeni minn kwalunkwe azzjoni, u b'mod partikolari kwalunkwe espressjoni pubblika ta' opinjoni, li tista' tirrifletti l-pożizzjoni tiegħu fis-SEAE;

(c)

kwalunkwe ENS li, fit-twettiq ta' dmirijietu, jintalab jiddeċiedi dwar it-trattament jew ir-riżoluzzjoni ta' kwistjoni li fiha jkollu interess personali li jista' jfixkel l-indipendenza tiegħu, għandu jgħarraf b'dan lis-superjur;

(d)

l-ENS, waħdu jew ma’ persuni oħrajn, m'għandux jippubblika jew iqabbad li jiġi ppubblikat l-ebda test li jitratta l-ħidma tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma jikseb permess mis-superjur tiegħu. Dan il-permess għandu jiġi miċħud biss meta l-pubblikazzjoni prevista tista' tippreġudika l-interessi tal-Unjoni Ewropea;

(e)

id-drittijiet kollha fuq xogħlijiet magħmulin mill-ENS fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu għandhom ikunu proprjetà tas-SEAE;

(f)

l-ENS għandu jirrisjedi fil-post tas-sekondar tiegħu jew f'distanza tali minnu li tkun kompatibbli mat-twettiq adatt tal-attivitajiet tiegħu;

(g)

l-ENS għandu jassisti jew jagħti pariri lis-superjur li jkun ġie assenjat miegħu u għandu jkun responsabbli lejn dan is-superjur għat-twettiq tad-dmirijiet li jiġu fdati lilu;

(h)

fl-eżerċizju tad-dmirijiet tiegħu, l-ENS m'għandu jaċċetta l-ebda istruzzjoniji minn min iħaddem jew mill-gvern nazzjonali. Huwa m'għandu jwettaq l-ebda attività għal min iħaddmu jew għal xi gvern, u lanqas għal xi persuna, kumpannija privata jew korp pubbliku ieħor.

2.   Kemm matul kif ukoll wara s-sekondar, l-ENS għandu jeżerċita l-akbar diskrezzjoni fir-rigward tal-fatti u l-informazzjoni kollha li jsir jaf bihom tul it-twettiq jew b'konnessjoni mat-twettiq ta’ dmirijietu. Huwa m'għandu jikxef taħt l-ebda forma, lill-ebda persuna li ma tkunx awtorizzata, l-ebda dokument jew informazzjoni li ma tkunx diġà saret pubblika legalment u l-anqas m'għandu jużahom għall-benefiċċju personali tiegħu.

3.   Fi tmiem is-sekondar, l-ENS għandu jibqa' marbut bl-obbligu li jaġixxi b'integrità u diskrezzjoni fit-twettiq ta’ dmirijiet ġodda li jingħatawlu u fl-aċċettazzjoni ta’ ċerti postijiet jew vantaġġi.

4.   L-ENS għandhom ikunu soġġetti għar-regoli ta' sigurtà fis-seħħ fis-SEAE.

5.   In-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1, 2 u 4 matul il-perijodu tas-sekondar jintitola lis-SEAE jittermina s-sekondar ta’ ENS, skont it-termini tal-Artikolu 9(2)(c).

Artikolu 6

Livell, esperjenza professjonali u għarfien tal-lingwi

1.   Sabiex jikkwalifika għas-sekondar mas-SEAE, l-ENS għandu jkollu tal-anqas tliet snin esperjenza f'impjieg full time b'funzjonijiet amministrattivi, xjentifiċi, tekniċi, ta’ konsulenza jew ta’ superviżjoni, ekwivalenti għal dawk tal-gruppi ta’ funzjonijiet AD jew AST, kif definiti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni (3).

2.   ENS għandu jkollu għarfien sħiħ ta' waħda mil-lingwi tal-Unjoni u għarfien sodisfaċenti ta' lingwa oħra għat-twettiq ta' dmirijietu.

Artikolu 7

Proċeduri tal-Għażla

1.   L-ENS għandhom jintgħażlu skont proċedura miftuħa u trasparenti, li d-dettalji prattiċi tagħha għandhom jiġu deċiżi mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali debitament ġustifikabbli, u fl-interessi tas-servizz, ENS jista' jintgħażel mingħajr ma jiġu segwiti tali proċeduri. L-awtorizzazzjoni għal tali deroga għandha tinkiseb mill-Uffiċjal Kap Operattiv.

2.   Qabel is-sekondar, is-superjur għandu jiżgura li tkun disponibbli allokazzjoni suffiċjenti fil-baġit.

3.   L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani mir-Rappreżentanza Permanenti rilevanti.

Artikolu 8

Sospensjoni ta’ sekondar

1.   Id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani jista' jawtorizza sospensjonijiet ta’ sekondar u jispeċifika t-termini applikabbli. Matul tali sospensjonijiet:

(a)

il-benefiċċji msemmija fl-Artikoli 16 u 17 ma għandhomx ikunu pagabbli;

(b)

l-ispejjeż imsemmija fl-Artikoli 19 u 20 għandhom ikunu pagabbli biss jekk is-sospensjoni tkun fuq it-talba tas-SEAE.

2.   Id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani għandu jinforma lil min iħaddem lill-ENS.

Artikolu 9

Terminazzjoni ta’ perijodi ta’ sekondar

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, sekondar jista' jiġi tterminat fuq it-talba tas-SEAE (bil-qbil tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani u d-Direttur Amministrattiv jew l-ekwivalenti tiegħu) jew ta' min iħaddem lill-ENS, dment li tingħata notifika ta' tliet xhur. Jista' wkoll jintemm fuq it-talba tal-ENS dment li tingħata l-istess notifika u soġġett għall-qbil tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani u d-Direttur Amministrattiv jew l-ekwivalenti tiegħu.

2.   F'ċerti ċirkostanzi eċċezzjonali s-sekondar jista' jintemm mingħajr notifika:

(a)

minn min iħaddem lill-ENS, jekk l-interessi essenzali ta' min iħaddmu jeħtieġu hekk;

(b)

bi qbil bejn id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani u d-Direttur Amministrattiv jew l-ekwivalenti tiegħu u min iħaddem, fuq talba tal-ENS indirizzata liż-żewġ partijiet, jekk l-interessi essenzjali, personali jew professjonali tal-ENS ikunu jeħtieġu dan; jew

(c)

mis-SEAE (bil-qbil tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani u d-direttur Amministrattiv jew l-ekwivalenti tiegħu) fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mill-ENS mal-obbligi tiegħu skont dawn ir-regoli. L-ENS kkonċernat għandu l-ewwel jingħata l-opportunità li jippreżenta d-difiża tiegħu.

3.   Fil-każ ta' terminazzjoni skont il-paragrafu 2(c), id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani għandu jinforma immedjatament lil min iħaddem.

KAPITOLU II

KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL

Artikolu 10

Sigurtà soċjali

1.   Qabel ma jibda l-perijodu tas-sekondar, min iħaddem fil-post li minnu l-ENS għandu jiġi sekondat għandu jiċċertifika lis-SEAE li, matul il-perijodu ta' sekondar, l-ENS ser jibqa' soġġett għal-leġislazzjoni tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-amministrazzjoni pubblika jew l-organizzazzjoni internazzjonali li tħaddem lill-ENS u li għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż li jintefqu barra mill-pajjiż. Għal dan il-għan, min iħaddem lill-ENS għandu jipprovdi lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani biċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (4).

2.   Mill-bidu tas-sekondar tiegħu, l-ENS għandu jiġi kopert mis-SEAE kontra r-riskju ta' inċident. Id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani għandu jipprovdih b'kopja tat-termini ta' din il-kopertura fil-jum li fih hu jirrapporta lid-dipartiment rilevanti tas-SEAE biex jimla l-formalitajiet amministrattivi relatati mas-sekondar.

3.   Meta, fil-kuntest ta’ missjoni li fiha l-ENS jipparteċipa skont l-Artikoli 4 u 21, jew meta, b'riżultat ta' riskji speċifiċi fil-post tas-sekondar, tkun meħtieġa assigurazzjoni addizzjonali jew speċifika, l-ispejjeż rilevanti għandhom jitħallsu mis-SEAE.

Artikolu 11

Ħinijiet tax-xogħol

1.   ENS għandu jkun soġġett għar-regoli fis-seħħ fis-SEAE fir-rigward tal-ħinijiet tax-xogħol. Dawn ir-regoli jistgħu jiġu modifikati mill-Uffiċjal Kap Operattiv meta l-ħtiġijiet tas-SEAE jeħtieġu dan.

2.   ENS għandu jservi fuq bażi full time matul il-perijodu kollu tas-sekondar. Fuq talba debitament ġustifikata mis-superjur tal-ENS, u soġġett għal kompatibbiltà mal-interessi tas-SEAE, id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani jista' jawtorizza ENS biex jaħdem fuq bażi part time, wara l-qbil ta’ min iħaddmu.

3.   F'każ li jiġi awtorizzat xogħol fuq bażi part time, l-ENS għandu jaħdem għal mill-inqas nofs il-ħin normali tax-xogħol.

4.   Il-benefiċċji fis-seħħ fis-SEAE għal xogħol bix-xift jew servizz ta’ stand-by jistgħu jingħataw lill-ENS.

Artikolu 12

Assenza minħabba mard jew inċident

1.   Fil-każ ta’ assenza minħabba mard jew inċident, l-ENS għandu javża lis-superjur tiegħu mill-aktar fis possibbli, filwaqt li jinfurmah bl-indirizz attwali tiegħu. Huwa għandu jipproduċi ċertifikat mediku jekk ikun assenti għal aktar minn tlett ijiem u jista' jiġi meħtieġ jgħaddi minn eżami mediku ppjanat mis-SEAE.

2.   Jekk assenza minħabba mard jew inċident ta' mhux aktar minn tlett ijiem taqbeż it-total ta' 12-il jum matul perijodu ta' 12-il xahar, ENS għandu jiġi meħtieġ jipproduċi ċertifikat mediku għal kwalunkwe assenza ulterjuri minħabba mard.

3.   Fejn il-perijodu ta' sick leave jaqbeż it-tliet xhur jew il-perijodu tas-servizz imwettaq mill-ENS, skont liema wieħed hu l-itwal, il-beneifiċċji msemmijin fl-Artikolu 16(1) u (2) għandhom jiġu sospiżi awtomatikament. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika f'każ ta’ mard marbut ma’ tqala. Is-sick leave ma jistax jestendi aktar miż-żmien tas-sekondar tal-persuna kkonċernata.

4.   Madankollu, ENS li hu vittma ta' korriment relatat max-xogħol li jseħħ matul is-sekondar għandu jkompli jirċievi, fl-intier tagħhom, il-benefiċċji previsti fl-Artikolu 16(1) u (2) matul il-perijodu li matulu ma jkunx jista' jaħdem sa tmiem il-perijodu tas-sekondar.

Artikolu 13

Leave annwali, leave speċjali u jiem ta’ btala

1.   ENS għandu jkun intitolat għal jumejn u nofs ta’ xogħol leave kull xahar sħiħ ta’ servizz mogħti (tletin jum kull sena kalendarja).

2.   Il-leave hu soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mis-superjur tal-ENS.

3.   ENS għandu jingħata leave speċjali fil-każijiet li ġejjin:

—   żwieġ tal-ENS: erbat ijiem,

—   bidla fir-residenza tal-ENS: jumejn,

—   ġarr domestiku għall-finijiet tad-dħul fis-servizz: sa jumejn

—   mard serju tal-konjuġi: sa tlett ijiem,

—   mewt tal-konjuġi: erbat ijiem,

—   mard serju ta’ qarib fil-linja axxendenti: sa jumejn

—   mewt ta’ qarib fil-linja axxendenti: sa jumejn,

—   żwieġ ta’ wieħed mit-tfal: jumejn

—   twelid ta’ tifel/tifla: għaxart ijiem, li għandhom jittieħdu matul il-ġimgħatejn ta' wara t-twelid,

—   mewt tal-mara matul il-leave ta’ maternità: numru ta' jiem li jikkorrispondu mal-leave tal-maternità li jifdal ikun applikabbli skont ir-Regolamenti tal-Persunal

—   mard serju ta’ tifel/tifla: sa jumejn,

—   mard serju ħafna ta’ wieħed mit-tfal, kif iċċertifikat minn tabib, jew ammissjoni fl-isptar ta’ wieħed mit-tfal ta’ 12-il sena jew inqas: sa ħamest ijiem

—   mewt ta’ tifel/tifla: erbat ijiem,

—   adozzjoni ta’ tifel/tifla: perijodu wieħed ta' għoxrin ġimgħa (erbgħa u għoxrin ġimgħa jekk it-tifel/tifla għandu/għandha diżabbiltà), fuq l-istess bażi applikabbli skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

Jista' jingħata leave speċjali addizzjonali ta’ jumejn kull perijodu ta’ tnax-il xahar fuq talba (li tkun debitament ġustifikata) tal-ENS.

Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, sieħeb mhux miżżewweġ ta' ENS jista' jiġi ttratat fuq l-istess bażi kif applikabbli skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

4.   Fuq talba debitament ġustifikata ta’ min iħaddem lill-ENS, jistgħu jingħataw sa jumejn leave speċjali addizzjonali f'perijodu ta’ tnax-il xahar mis-SEAE (id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani u d-Direttur Amministrattiv jew l-ekwivalenti tiegħu) fuq bażi ta’ każ b'każ.

5.   Fil-każ ta’ xogħol fuq bażi part-time, il-leave annwali għandu jitnaqqas proporzjonalment.

6.   Il-jiem ta' leave annwali li ma jkunux ittieħdu sal-aħħar tal-perijodu tas-sekondar għandhom jintilfu.

Artikolu 14

Leave tal-maternità

1.   F'każ ta’ tqala, l-ENS għandha tingħata leave ta’ maternità ta’ għoxrin ġimgħa, li matulhom hija tirċievi l-benefiċċji previsti fl-Artikolu 16. Il-leave għandu jibda mhux aktar minn sitt ġimgħat qabel id-data probabbli tat-twelid indikata fiċ-ċertifikat u għandu jintemm mhux inqas minn erbatax-il ġimgħa wara d-data tat-twelid. Fil-każ ta’ twelid multipli jew prematur jew twelid ta’ tarbija b'diżabbiltà, il-perijodu tal-leave għandu jkun ta’ erbgħa u għoxrin ġimgħa. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, twelid prematur huwa twelid li jseħħ qabel tmiem l-34 ġimgħa tat-tqala.

2.   Meta l-liġi nazzjonali ta’ min iħaddem lill-ENS tipprevedi leave tal-maternità itwal, is-sekondar għandu jkun sospiż għall-perijodu li jeċċedi dak mogħti mis-SEAE. F'dak il-każ, fi tmiem is-sekondar għandu jiżdied perijodu ekwivalenti ma’ dak tas-sospensjoni, jekk l-interessi tas-SEAE jiġġustifikaw dan.

3.   ENS tista', alternattivament, titlob sospensjoni tas-sekondar li jkopri l-perijodu kollu mogħti għal-leave ta’ maternità. F'dak il-każ, fi tmiem is-sekondar għandu jiżdied perijodu ekwivalenti ma’ dak tas-sospensjoni, jekk l-interess tas-SEAE jiġġustifika dan.

Artikolu 15

Amministrazzjoni u kontroll

L-amministrazzjoni u l-kontroll tal-leave għandhom ikunu r-responsabbiltà tas-superjur tal-ENS u tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani. Il-kontroll tal-ħin tax-xogħol u l-assenzi għandhom ikunu r-responsabbiltà tas-superjur tal-ENS.

KAPITOLU III

KAPITOLU III BENEFIĊĊJI U SPEJJEŻ

Artikolu 16

Benefiċċji

1.   ENS għandu jkun intitolat għal kumpens għas-sussistenza ta’ kuljum matul il-perijodu ta' sekondar. Jekk id-distanza bejn il-post tal-oriġini u l-post tas-sekondar tkun ta’ 150 km jew inqas, il-kumpens għas-sussistenza ta' kuljum għandu jkun ta’ EUR 31,92. Jekk id-distanza tkun ta' aktar minn 150 km, il-kumpens għas-sussistenza ta' kuljum għandu jkun ta’ EUR 127,65.

2.   Jekk l-ENS ma rċeviex spejjeż tal-ġarr jew mis-SEAE jew mimm min iħaddmu, għandu jitħallas benefiċċju addizzjonali ta' kull xahar kif muri fit-tabella hawn taħt:

Distanza bejn il-post ta' oriġini u l-post ta' sekondar (km)

Ammont f'euro

0-150

0

> 150

82,05

> 300

145,86

> 500

237,05

> 800

382,92

> 1 300

601,73

> 2 000

720,27

3.   Dawn il-benefiċċji għandhom ikunu pagabbli għal perijodi ta' missjoni, leave annwali, leave ta' maternità, leave speċjali u vaganzi mogħtija mis-SEAE.

4.   Meta l-ENS jibda s-sekondar, huwa għandu jirċievi ammont minn qabel ekwivalenti għal 75 jum ta' benefiċċju ta' sussistenza, u b'hekk għandu jieqaf l-intitolament għal kwalunlkwe benefiċċju ieħor bħal dan matul il-perijodu korrispondenti. Jekk is-sekondar lis-SEAE jintemm qabel l-iskadenza tal-perijodu li ttieħed kont tiegħu għall-kalkolu tal-ammont li ngħata minn qabel, l-ENS għandu jagħti lura l-ammont li jikkorrispondi għall-parti li jifdal ta' dak il-perijodu.

5.   Fil-waqt tal-iskambju ta' ittri previst fl-Artikolu 1(6) id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani għandu jiġi informat minn min iħaddem lill-ENS bi kwalunkwe pagament simili għal dak imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu rċevut mill-ENS. Kwalunkwe tali ammont għandu jitnaqqas mill-benefiċċji korrispondenti mħallsin mis-SEAE.

6.   Benefiċċji ta' kuljum u ta' kull xahar għandhom jiġu aġġustati kull sena mingħajr effett retroattiv abbażi tal-adattament tas-salarji bażiċi ta' uffiċjali tal-Unjoni fi Brussell u l-Lussemburgu.

Artikolu 17

Benefiċċju fiss addizzjonali

1.   Għajr meta l-post ta’ oriġini tal-ENS ikun jinsab f'distanza ta’ 150 km jew inqas mill-post tas-sekondar, huwa għandu jirċievi benefiċċju fiss addizzjonali li jkun daqs id-differenza bejn is-salarju annwali gross imħallas (tnaqqas il-benefiċċji tal-familja) minn min iħaddmu flimkien ma' kwalunkwe benefiċċju mħallas mis-SEAE, skont l-Artikolu 16, u s-salarju bażiku ta’ uffiċjali fl-ewwel skaluna tal-grad AD 6 jew AST 4, skont il-grupp ta’ funzjonijiet li fih ikun ġie assimilat.

2.   Dan il-benefiċċju għandu jiġi aġġustat darba fis-sena mingħajr effett retroattiv fuq il-bażi tal-adattament tas-salarji bażiċi ta' uffiċjali tal-Unjoni.

Artikolu 18

Postijiet ta’ reklutaġġ, ta' sekondar, ta’ oriġini u ta’ ritorn

1.   Għall-finijiet ta' dawn ir-regoli,

il-post tar-reklutaġġ għandu jkun il-post fejn l-ENS wettaq id-dmirijiet tiegħu għal min iħaddmu immedjatament qabel is-sekondar,

il-post tas-sekondar għandu jkun Brussell, jew il-post fejn tinsab id-delegazzjoni tal-Unjoni li għaliha l-ENS hu assenjat,

il-post ta' oriġini għandu jkun il-post fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali ta' min iħaddmu,

il-post ta' ritorn għandu jkun il-post fejn l-ENS ser iwettaq l-attività prinċipali tiegħu wara li jintemm is-sekondar.

2.   Jekk il-post ta’ reklutaġġ jew il-post ta’ ritorn ikun jinsab 'il barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea jew fi Stat Membru li mhuwiex dak fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali ta’ min iħaddem lill-ENS, jew jekk l-ENS ma jwettaq l-ebda attività professjonali wara tmiem is-sekondar tiegħu, il-post ta’ oriġini għandu jitqies bħala l-post ta’ reklutaġġ jew bħala l-post ta’ ritorn, skont il-każ.

Il-post ta’ reklutaġġ, il-post jew postijiet tas-sekondar u l-post ta’ oriġini għandhom jiġu stabbiliti fl-iskambju ta’ ittri imsemmi fl-Artikolu 1(6). Il-post ta’ ritorn għandu jiġi stabbilit abbażi ta’ dikjarazzjoni minn min iħaddem lill-ENS.

3.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, ċirkostanzi li jqumu minn xogħol magħmul minn ENS għal Stat minbarra dak tal-post tas-sekondar jew għal organizzazzjoni internazzjonali m'għandux jittieħed kont tiegħu.

Artikolu 19

Spejjeż ta’ vvjaġġar

1.   ENS li l-post ta’ reklutaġġ tiegħu jinsab aktar minn 150 km mill-post tas-sekondar għandu jkun intitolat għal rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar:

(a)

għalih innifsu;

(b)

għall-konjuġi tiegħu u t-tfal dipendenti, dment li jkunu jgħixu mal-ENS u li l-ġarr ikun rimborżat mis-SEAE.

2.   Dment li l-vjaġġ ma jkunx magħmul bl-ajru, l-ammont għandu jiġi rimborżat b'rata fissa, limitata għall-ispiża tal-ħlas ta' ferrovija tat-tieni klassi, mingħajr supplimenti. L-istess għandu japplika għall-vjaġġi bil-karozza. Jekk it-triq bil-ferrovija taqbeż il-500 km jew jekk il-vjaġġ normali jkun jeħtieġ qsim fuq il-baħar, ir-rimborż tal-vjaġġ bl-ajru jista' jiġi rimborżat sal-prezz tal-vjaġġ bl-ajru b'tariffa mraħħsa (PEX jew APEX), meta jiġu ppreżentati l-biljetti u l-karti tal-imbarkazzjoni.

3.   L-ENS għandu jkun intitolat għal rimborż għalih innifsu, u fejn applikabbli, għall-persuni previsti fil-paragrafu 1(b), tal-ispejjeż tal-vjaġġ lejn il-post ta’ ritorn fi tmiem is-sekondar fil-limiti msemmijin qabel. Dan ir-rimborż ma jistax jinvolvi ammont ogħla minn dak li għalih l-ENS kien ikun intitolat kieku rritorna fil-post ta’ reklutaġġ tiegħu.

4.   Jekk l-ENS ikun wettaq il-ġarr mill-post ta’ reklutaġġ għall-post tas-sekondar tiegħu, huwa għandu jkun intitolat kull sena għal ammont fiss ugwali għall-prezz tal-vjaġġ ta’ ritorn mill-post tas-sekondar għall-post ta’ oriġini tiegħu, għalih innifsu, għall-konjuġi tiegħu u għat-tfal dipendenti.

5.   Għall-finijiet ta' din id-dispożizzjoni, sieħeb mhux miżżewweġ ta' ENS jista' jiġi ttratat fuq l-istess bażi kif applikabbli skont ir-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 20

Spejjeż tal-ġarr

1.   L-ENS jista' jġorr l-għamara u l-oġġetti personali tiegħu mill-post ta’ reklutaġġ għall-post tas-sekondar, spejjeż li jitħallsu mis-SEAE, wara li tinkiseb l-awtorizzazzjoni minn qabel tad-Dipartiment tar-Riżorsi Umani, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-perijodu inizjali tas-sekondar għandu jkun ta' sentejn;

(b)

il-post ta’ reklutaġġ tal-ENS għandu jkun f'distanza ta’ 100 km jew iktar mill-post tas-sekondar;

(c)

il-ġarr għandu jitlesta fi żmien sitt xhur mid-data tal-bidu tas-sekondar;

(d)

l-awtorizzazzjoni għandha tintalab mill-inqas xahrejn qabel id-data prevista tal-ġarr;

(e)

l-ispejjeż tal-ġarr ma jkunux qed jiġu rimborżati minn min iħaddem; u

(f)

l-ENS għandu jibgħat oriġinali ta' stimi, irċevuti u fatturi lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani u ċertifikat minn min iħaddem lill-ENS li jikkonferma li min iħaddem mhux qed iħallas l-ispejjeż tal-ġarr.

2.   Soġġett għall-paragrafu 3, jekk il-ġarr għall-post tas-sekondar ikun ġie rimborżat mis-SEAE, l-ENS għandu jkun intitolat, fi tmiem is-sekondar, wara li tinkiseb l-awtorizzazzjoni minn qabel, għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ġarr mill-post tas-sekondar għall-post ta’ ritorn, skont ir-regoli fis-seħħ fis-SEAE dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ġarr, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1(d) u (e) hawn fuq, kif ukoll il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-ġarr ma jistax isir aktar kmieni minn sitt xhur qabel tmiem is-sekondar;

(b)

il-ġarr għandu jitlesta fi żmien sitt xhur wara tmiem is-sekondar;

(c)

l-ammont tal-ispejjeż tal-ġarr rimborżati mis-SEAE għall-ġarr fi tmiem is-sekondar m'għandhomx jaqbżu l-ammont tal-ispejjeż tal-ġarr li kien ikun intitolat għalihom li kieku rritorna għall-post ta' reklutaġġ tiegħu; u

(d)

wara li jibgħat l-oriġinali tal-estimi li rċieva u l-fattura tal-ġarr lis-SEAE, u dikjarazzjoni minn min iħaddem lill-ENS li jikkonfermaw li min iħaddem mhux ser iħallas l-ispejjeż tal-ġarr kollha jew parti minnhom.

3.   ENS li s-sekondar tiegħu jintemm fuq talba tiegħu jew ta’ min iħaddmu matul is-sentejn li jsegwu l-bidu tas-sekondar m'għandux ikun intitolat għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ġarr fi tmiem is-sekondar.

4.   Ir-rimborż tal-ispejjeż taħt dan l-Artikolu għandu jsir f'konformità mar-regoli rilevanti u l-kondizzjonijiet applikabbli fis-SEAE.

Artikolu 21

Missjonijiet u spejjeż ta’ missjoni

1.   ENS jista' jintbagħat fuq missjoni soġġett għall-Artikolu 4.

2.   Spejjeż ta' missjoni għandhom jiġu rimborżati skont id-disposizzjonijiet fis-seħħ fis-SEAE.

Artikolu 22

Taħriġ

L-ENS għandu d-dritt li jattendi korsijiet ta’ taħriġ organizzati mis-SEAE, jekk l-interess tas-SEAE jiġġustifika dan. Għandhom jiġu kkunsidrati l-interessi raġonevoli tal-ENS, b'kont meħud partikolarment tal-prestazzjoni tad-dmirijiet professjonali tiegħu, meta s-superjur tal-ENS jieħu d-deċiżjoni sabiex jingħata permess jattendi t-taħriġ.

Artikolu 23

Dispożizzjonijiet amministrattivi

1.   L-ENS għandu jirrapporta lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fl-ewwel jum tas-sekondar biex itemm il-formalitajiet amministrattivi meħtieġa. Huwa għandu jidħol fis-servizz fl-ewwel jew fis-16 tax-xahar.

2.   ENS assenjat lil Delegazzjoni tal-Unjoni għandu jirrapporta lill-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fil-post tas-sekondar tiegħu.

3.   Il-pagamenti għandhom isiru mis-SEAE, f'euro, f'kont bankarju miftuħ f'istituzzjoni bankarja fi Brussell. Fil-każ ta' ENS sekondat f'post li ma jkunx Brussell, il-pagamenti jistgħu jsiru f'euro f'kont bankarju miftuħ f'istituzzjoni bankarja fi Brussell jew fil-post ta’ oriġini tal-ENS.

KAPITOLU IV

SEKONDAR TA' ENS LIL DELEGAZZJONIJIET TAL-UNJONI

Artikolu 24

Regoli li japplikaw għas-sekondar ta' ENS lil Delegazzjonijiet tal-Unjoni

Soġġett għar-regoli stabbiliti f'dan il-Kapitolu, ir-regoli mniżżla band'oħra f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll għal ENS sekondati lil Delegazzjonijiet tal-Unjoni.

Artikolu 25

Benefiċċji

1.   Il-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 16 għandhom jitħallsu f'euro fil-Belġju. Huma għandhom ikunu soġġetti għall-koeffiċjenti applikabbli għar-rimunerazzjoni ta' uffiċjali impjegati fil-Belġju.

2.   B'deroga mill-paragrafu 1, id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani jista', fuq it-talba tal-ENS, jawtorizza l-ħlas tal-benefiċċji tas-sussistenza fil-valuta tal-post tas-sekondar jew, f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati u sabiex jinżamm il-poter kuntrattwali, f'valuta oħra. Il-benefiċċji mbagħad għandhom ikunu soġġetti għall-koeffiċjenti previst fl-Artikolu 12 tal-Anness X għar-Regolamenti tal-Persunal u maqluba fir-rata tal-kambju korrispondenti.

3.   Benefiċċju għall-kondizzjonijiet tal-għajxien, iffissat skont l-istess kriterji bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 10 tal-Anness X għar-Regolament tal-Persunal, għandu jitħallas lil ENS sekondati lil delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi terzi. Il-benefiċċju tas-sussistenza ta' kuljum imsemmi fl-Artikolu Article 16(1) ta' dawn ir-Regoli għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 10 tal-Anness X għar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 26

Rimborż ta' spejjeż

1.   L-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 19(1)(b) u l-Artikolu 19(4) ma għandhomx jiġu rimborżati.

2.   L-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 20 ma għandhomx jiġu rimborżati.

Artikolu 27

Leave Annwali

Ir-regoli dwar il-leave annwali applikabbli għall-persunal tas-SEAE f'Delegazzjonijiet tal-Unjoni għandhom japplikaw bl-istess mod għall-ENS tas-SEAE f'Delegazzjonijiet tal-Unjoni.

KAPITOLU V

ESPERTI NAZZJONALI SEKONDATI GĦAL PERIJODU QASIR BLA SPEJJEŻ

Artikolu 28

ENS sekondat għal perijodu qasir bla spejjeż

1.   Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, “ENS bla spejjeż” għandha tfisser ENS li għalih is-SEAE ma jħallas l-ebda benefiċċju previst fil-Kapitolu III jew IV u ma jkopri l-ebda spiża prevista f'din id-Deċiżjoni, għajr dawk relatati mal-prestazzjoni ta' dmirijiethom matul is-sekondar tagħhom, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe ftehim bejn is-SEAE u l-amministrazzjoni li tissekonda lill-ENS bla spejjeż.

2.   Id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani jista', fuq talba mid-Direttur Amministrattiv jew l-ekwivalenti tiegħu, jawtorizza s-sekondar ta' ENS bla spejjeż fuq bażi ta’ każ b'każ, b'kont meħud tal-post ta' oriġini tagħhom, id-Dipartiment inkwistjoni, il-bilanċ ġeografiku u l-ħidma li trid titwettaq.

KAPITOLU VI

APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI GĦAL PERSUNAL MILITARI NAZZJONALI SEKONDAT

Artikolu 29

Regoli li japplikaw għal persunal militari sekondat

Soġġett għar-regoli f'dan il-kapitolu, ir-regoli stabbiliti band'oħra f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll għal persunal militari sekondat lis-SEAE biex jifforma l-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMS) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/80/PESK tat-22 ta' Jannar 2001 dwar l-istabbiliment tal-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea (5), kif emendata.

Artikolu 30

Kondizzjonijiet

Persunal militari sekondat għandu jkun f'servizz rimunerat fil-forzi armati ta’ Stat Membru matul is-sekondar tiegħu.

Artikolu 31

Reklutaġġ

Id-Direttur Ġenerali tal-EUMS għandu jistabbilixxi l-arranġamenti għar-reklutaġġ ta' persunal militari sekondat (6).

Artikolu 32

Skambju ta’ ittri

L-iskambju ta' ittri msemmi fl-Artikolu 1(6) għandu jitwettaq bejn l-Uffiċjal Kap Operattiv u r-Rappreżentanza Permanenti tal-Istat Membru kkonċernat għad-Direttur Ġenerali tal-EUMS, id-Deputat Direttur Ġenerali tal-EUMS u dawk kollha maħturin fil-livell ta' Direttur jew Kap ta' Fergħa, u bejn id-Direttur Ġenerali tal-EUMS u r-Rappreżentanza Permanenti tal-Istat Membru kkonċernat għall-ħatriet l-oħra kollha. Dan l-iskambju ta’ ittri għandu jsemmi wkoll kwalunkwe restrizzjoni fuq il-parteċipazzjoni tal-ENS f'missjonijiet.

Artikolu 33

Tul tas-sekondar

1.   Il-perijodu tas-sekondar ma jistax ikun inqas minn sitt xhur u lanqas aktar minn tliet snin u jista' jiġġedded suċċessivament għal perijodu totali li ma jaqbiżx l-erba' snin.

2.   Għajr f'każijiet eċċezzjonali, jeħtieġ li jkun għadda perijodu ta’ mill-inqas tliet snin bejn tmiem il-perijodu tas-sekondar preċedenti u sekondar ulterjuri, meta l-kondizzjonijiet jiġġustifikaw dan u bi qbil mad-Direttur Ġenerali tal-EUMS.

Artikolu 34

Kompiti

Minkejja l-Artikolu 4, persunal militari sekondat li jaġixxi taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli għandu jwettaq il-missjoni, il-kompiti u d-dmirijiet assenjati lilu konformement mal-Anness għad-Deċiżjoni 2001/80/PESK, kif emendat.

Artikolu 35

Approvazzjoni tas-sigurtà

Il-livell adatt tal-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal militari sekondat, għandu jiġi stipulat fl-iskambju ta’ ittri previst fl-Artikolu 1(6) u ma jistax ikun inqas minn SECRET.

Artikolu 36

Esperjenza professjonali

Minkejja l-Artikolu 6(1), jista' jiġi sekondat mas-SEAE, membru li jkun qed jaħdem fil-livell amministrattiv jew ta' konsulenza u li juri grad għoli ta’ kompetenza għall-kompiti li jridu jitwettqu.

Artikolu 37

Sospensjoni u terminazzjoni tas-sekondar

1.   L-awtorizzazzjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1) fir-rigward ta’ membru tal-persunal militari sekondat għandha tingħata mid-Direttur Ġenerali tal-EUMS.

2.   Minkejja l-Artikolu 9(2), is-sekondar jista' jiġi terminat mingħajr avviż jekk l-interessi tas-SEAE jew tal-amministrazzjoni nazzjonali tal-membru tal-persunal militari sekondat jeħtieġu dan jew għal kwalunkwe raġuni suffiċjenti oħra.

Artikolu 38

Nuqqas gravi mill-obbligi

1.   Is-sekondar jista' jiġi terminat mingħajr avviż f'każijiet ta’ nuqqas gravi mill-obbligi li jkun marbut bihom il-persunal militari sekondat, imwettaq volontarjament jew b'negliġenza. Minkejja l-Artikolu 9(2)(c), id-deċiżjoni għandha tittieħed mid-Direttur Ġenerali tal-EUMS wara li l-persuna kkonċernata tkun ingħatat l-opportunità li tressaq id-difiża tagħha. Qabel jieħu deċiżjoni, id-Direttur Ġenerali tal-EUMS għandu jgħarraf lir-Rappreżentant Permanenti tal-Istat Membru li tiegħu l-persunal militari sekondat ikun ċittadin. Wara dik id-deċiżjoni, l-ispejjeż imsemmija fl-Artikoli 19 u 20 m'għandhomx jibqgħu jiġu rimborżati.

Qabel id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, membru tal-persunal militari sekondat jista' jiġi sospiż f'każ li ssir allegazzjoni ta’ nuqqas gravi fil-konfront tiegħu mid-direttur Ġenerali tal-EUMS wara li l-persuna kkonċernata tkun ingħatat l-opportunità li tressaq id-difiża tagħha. Il-benefiċċji msemmija fl-Artikoli 16 u 17 m'għandhomx jitħallsu matul din is-sospensjoni, li ma tistax taqbeż it-tliet xhur.

2.   Id-Direttur Ġenerali tal-EUMS għandu jinforma lill-awtoritajiet nazzjonali dwar kwalunkwe ksur, minn membru tal-persunal militari sekondat, tar-regoli stabbiliti jew imsemmija f'din id-Deċiżjoni.

3.   Membru tal-persunal militari fuq sekondar għandu jkompli jkun soġġett għar-regoli dixxiplinarji nazzjonali tiegħu.

Artikolu 39

Ħinijiet tax-xogħol

It-tieni sentenza tal-Artikolu 11(2) m'għandhiex tapplika għall-persunal militari sekondat.

Artikolu 40

Leave speċjali

Jista' jingħata leave speċjali supplimentari mhux imħallas mis-SEAE għall-finijiet ta’ taħriġ minn min iħaddem, soġġett għal applikazzjoni debitament ġustifikata minn min iħaddem.

Artikolu 41

Benefiċċji

L-iskambju ta’ ittri previst fl-Artikolu 1(5) jista' jistipula li l-benefiċċji previsti fl-Artikoli 16 u 17 m'għandhomx jitħallsu.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 42

Ilmenti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltajiet li jinbdew proċedimenti wara li jibda l-funzjonijiet tiegħu, skont il-kondizzjonijiet u l-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kwalunkwe ENS jista' jippreżenta lment lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani dwar att adottat mis-SEAE skont din id-Deċiżjoni li taffettwah b'mod negattiv, bl-eċċezzjoni ta' deċiżjonijiet li jkunu konsegwenza diretta ta' deċiżjonijiet meħuda minn min iħaddmu.

2.   L-ilment għandu jiġi ppreżentat fi żmien xahrejn. Il-perijodu għandu jibda jgħodd mid-data ta' notifika tad-deċiżjoni lill-persuna kkonċernata, iżda fl-ebda każ aktar tard mid-data li fiha din tal-aħħar tkun irċeviet tali notifika. Id-Dipartiment tar-Riżorsi Umani għandu javża lill-persuna kkonċernata dwar id-deċiżjoni ġustifikata fi żmien erba’ xhur mid-data li fiha jkun ġie ppreżentat l-ilment. Jekk fl-aħħar ta' dan il-perijodu ma tkun waslet l-ebda tweġiba għall-ilment, dan għandu jitqies li jikkostitwixxi deċiżjoni impliċita li l-każ ġie miċħud.

Artikolu 43

Tħassir

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE tal-5 ta' Diċembru u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008 (C(2008) 6866) għandhom jibqgħu applikabbli għal kull sekondar fis-seħħ fil-waqt tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44.

Artikolu 44

Effett

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha. B'effett minn dak il-jum hija għandha tapplika għal:

(a)

kwalunkwe sekondar ġdid lis-SEAE; u

(b)

kwalunkwe tiġdid ta' sekondar li sar qabel lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill, iżda li l-funzjoni tiegħu ġiet trasferita lis-SEAE. F'tali każijiet, il-perijodu ta' sekondar, kif stabbilit fl-Artikolu 2, għandu jitqies li jibda mid-data tat-trasferiment lis-SEAE.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2011.

Ir-Rappreżentant Għoli

C. ASHTON


(1)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.

(2)  ĠU L 327, 13.2.2007, p. 10.

(3)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

(4)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

(5)  ĠU L 27, 30.1.2001, p. 7.

(6)  Politika tal-EUMS dwar il-Persunal u ċ-Ċaqliq tal-Persunal, id-Dokument 5402/2011.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/17


Informazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar in-notifika ta' awtorità kompetenti mir-Repubblika Ellenika skont id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi

2012/C 12/05

1.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tavża li, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' idrokarburi, ir-Repubblika Ellenika nnotifikat li l-awtorità kompetenti hija d-Direttorat tal-Politika tal-Petroljum tad-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tas-Segretarjat Ġenerali għall-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima tal-Ministeru tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Tibdil fil-Klima, Mesogion 119, Ateni 101 92, il-Greċja.

2.

Il-mistoqsijiet kollha relatati ma’ din in-notifika għandhom jintbagħtu fuq dan l-indirizz: Directorate of Petroleum Policy, Mesogion 119, Athens 101 92, Greece, numru tat-Tel. +30 2106969312 u +30 2106969422, Fax: +30 2106969034, Posta elettronika: petrelpolit@eka.ypeka.gr


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/18


Pubblikazzjoni tal-intenzjoni tal-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Norveġiż għall-għoti dirett ta’ kuntratt għal servizz pubbliku skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70 (1)

2012/C 12/06

1.

L-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti:

Il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet Norveġiż

Dipartiment tat-Trasport bil-Ferrovija

PO Box 8010 Dep

0030 Oslo

NORWAY

2.

Tip ta’ għotja kkunsidrata:

Għotja diretta

3.

Is-servizzi u ż-żoni potenzjalment koperti mill-għotja:

Is-servizzi nazzjonali ferrovjarji għall-passiġġieri; is-servizzi koperti minn kuntratt għal servizz pubbliku fl-2011, minbarra l-linji ferrovjarji Gjøvik u Ofoten.


(1)  Published in the EEA Supplement No 2, 12.1.2012, page 5.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6438 – Saria/Teeuwissen/Jagero II/Quintet/Bioiberica)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 12/07

1.

Fis-6 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni rċiviet notifika dwar konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Saria Bio-Industries AG & Co. KG (Saria, il-Ġermanja), li tappartjeni għal Rethmann AG & Co. KG (the Rethmann Group, il-Ġermanja), tikseb fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriżi Teeuwissen Holding B.V. (Teeuwissen, il-Pajjiżi l-Baxxi), Jagero Holding II, S.L. (Jagero II, Spanja), Quintet Beheer B.V. (Quintet, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Bioibérica, SA (Bioibérica, Spanja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Għal Saria: ġbir u proċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali f’għalf bi proteini u xaħmijiet kif ukoll ġbir u proċessar ta' fdalijiet tal-ikel li jintużaw bħala materjal li jiddaħħal għal produzzjoni tal-bijogass,

Għal Teeuwissen: produzzjoni ta’ kejsings u xiri u pproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-biċċeriji li jintużaw minn industriji differenti,

Għal Jagero II: kumpanija holding li hi sid ta’ kumpaniji attivi fil-produzzjoni ta’ kejsings u l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-biċċeriji li jintużaw minn industriji differenti,

Għal Quintet: kumpanija holding li għandha interess f’kumpaniji b’attivitajiet limitati ħafna fil-proċessar ta' prodotti sekondarji tal-biċċerija barra mill-UE,

Għal Bioibérica: produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ Ingredjenti Farmaċewtiċi Attivi (APIs) u prodotti farmaċewtiċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6438 – Saria/Teeuwissen/Jagero II/Quintet/Bioiberica, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 12/21


DEĊIŻJONI SABIEX TINGĦALAQ IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI WARA L-IRTIRAR MINN STAT MEMBRU

Għajnuna mill-Istat – Il-Polonja

(L-Artikoli minn 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – irtirar ta’ notifika

Għajnuna mill-Istat SA.30340 (11/C) – LIP — PL — Fiat Powertrain Technologies Il-Polonja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 12/08

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, li bdiet fid-9 ta' Frar 2011 (1) rigward il-miżura li hemm referenza għaliha hawn fuq, fejn ġie reġistrat li l-Polonja rtirat in-notifika tagħha tas-16 ta' Settembru 2011 u se tnaqqas l-ammont għall-għajnuna, sabiex tirrispetta l-limiti u tissodisfa l-kondizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta' għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (2).


(1)  ĠU C 151, 21.5.2011, p. 5.

(2)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.