ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.377.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 377

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
23 ta' Diċembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kunsill

2011/C 377/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2011Orjentazzjonijiet dwar il-valur miżjud u l-benefiċċji tal-ispazju għas-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej

1

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2011/C 377/02

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta’ kreditu b’rabta ma’ proprjetà residenzjali

5

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 377/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

8

2011/C 377/04

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

13

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 377/05

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1375/2011)

17

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 377/06

Rata tal-kambju tal-euro

19

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kunsill

23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 377/1


RIŻOLUZZJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Diċembru 2011

“Orjentazzjonijiet dwar il-valur miżjud u l-benefiċċji tal-ispazju għas-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej”

2011/C 377/01

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

WARA LI KKUNSIDRA

1.

Ir-riżoluzzjoni dwar “Sfidi globali: nieħdu l-benefiċċju sħiħ mis-sistemi spazjali Ewropej”, kif adottata mis-Seba' Kunsill Spazju li ltaqa' fil-25 ta' Novembru 2010;

2.

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-EU dwar “Lejn strateġija spazjali tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini” tal-31 ta' Mejju 2011; u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Lejn strateġija tal-ispazju għall-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini”, adottata fl-4 ta' April 2011;

3.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ESA f'livell ministerjali dwar “Ir-rwol tal-ispazju biex jintlaħqu l-objettivi globali tal-Ewropa” tas-26 ta' Novembru 2008;

4.

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Ewropa 2020 – “Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv”, adottata fit-3 ta' Marzu 2010 (1);

5.

Il-Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea – li s-suċċessur tagħha hija l-Unjoni Ewropea - u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (il-“Ftehim Qafas”), li daħal fis-seħħ fit-28 ta' Mejju 2004 u għall-kooperazzjoni dejjem tikber bejn iż-żewġ partijiet;

6.

WAQT LI JIRRIKONOXXI li l-kompetenza tal-UE fl-ispazju, stabbilita bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, issaħħaħ id-dimensjoni politika tal-ispazju fl-Ewropa (2);

7.

JENFASIZZA r-rwol li s-sistemi spazjali għandhom biex jipprovdu informazzjoni u għodod prattiċi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiċi Ewropej fl-oqsma tal-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-għajnuna umanitarja, il-protezzjoni ċivili u l-immaniġġar ta' kriżijiet biex tiġi żgurata protezzjoni aħjar tal-bnedmin, il-proprjetà, l-ambjent u l-wirt kulturali fil-każ ta' diżastru naturali jew diżastru kkawżat mill-bniedem;

8.

JISĦAQ li l-assi tal-ispazju jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv għall-objettivi tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK); u JINNOTA f'dan il-kuntest l-iffirmar ta' Arranġament Amministrattiv bejn l-EDA u l-ESA fl-20 ta' Ġunju 2011 (3);

9.

JIRRIKONOXXI li t-tlestija u l-isfruttament tas-sistemi ta' navigazzjoni globali ta' Galileo u tal-EGNOS kif ukoll il-programm ta' Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES) jipprovdu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u lil utenti oħrajn b'għodod avvanzati u affidabbli bil-għan li jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza u s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej u dawk mhux Ewropej, b'mod partikolari permezz tal-interoperabbiltà u l-użu integrat tal-applikazzjonijiet tal-ispazju għall-immaniġġar ta' kriżijiet, il-protezzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja;

10.

WAQT LI JILQA' l-illanċjar tal-ewwel żewġ satelliti Galileo fuq l-ewwel lanċatur Soyuz mis-“Centre Spatial Guyanais”, Europe's Spaceport, (“Ċentru Spazjali Guyanais”, il-Port Spazjali tal-Ewropa), li jirrappreżenta pass ġdid sinifikanti fl-attivitajiet spazjali tal-Ewropa;

11.

WAQT LI JFAKKAR li infrastruttura spazjali, li hi kritika għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, għandha tkun protetta kontra r-riskji, kemm naturali, inklużi effetti potenzjali ta' tempesti solari, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn attivitajiet tal-bniedem (pereżempju residwu spazjali);

12.

WAQT LI JIEĦU NOTA tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Baġit għall-Ewropa 2020” (4), li tagħmel proposti għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-UE 2014-2020 (MFF);

13.

WAQT LI JIRRIKONOXXI li l-orjentazzjonijiet attwali tal-Kunsill Spazju huma mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet dwar l-MFF li jmiss;

I.   L-ispazju għas-sigurtà u l-iżvilupp sostenibbli

14.

IFAKKAR li l-GMES kif ukoll Galileo/EGNOS huma programmi ewlenin tal-Unjoni Ewropea taħt ir-responsabbiltà u l-ġestjoni tal-Kummissjoni Ewropea, u li l-GMES hu wkoll mibni fuq sħubija mal-ESA u l-Istati Membri tagħhom, bl-involviment ta' korpi rilevanti oħrajn Ewropej; JAFFERMA MILL-ĠDID li hi prijorità tal-UE li tiżgura l-iżvilupp u l-isfruttament ta' servizzi u infrastrutturi sostenibbli tal-GMES fi żmien medju u fit-tul. IĦEĠĠEĠ lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu l-azzjonijiet meħtieġa u f'waqthom biex tiżgura l-kontinwità tal-programm u tassigura lill-utenti tal-GMES u lill-partijiet interessati dwar l-impenn tagħha għall-programm tal-GMES;

15.

JIRRIKONOXXI li l-GMES għandu rwol importanti biex jiġi żgurat li l-Ewropa jkollha aċċess indipendenti għal informazzjoni strateġika ewlenija li tappoġġa ħafna politiki tal-UE stabbiliti fit-Trattat, bħall-agrikoltura, l-ambjent, it-trasport, l-enerġija, is-saħħa, il-protezzjoni ċivili, l-għajnuna umanitarja u s-sigurtà; u għalhekk JENFASIZZA l-ħtieġa li l-kontinwità u d-disponibbiltà tal-infrastruttura u tas-servizzi jkunu żgurati lil hinn mill-2013;

16.

JINNOTA li t-tibdil fil-klima għandu implikazzjonijiet serji kemm għas-soċjetà u l-ekonomija, kif ukoll għall-ekosistemi naturali u dawk ġestiti mill-bniedem, JIRRIKONOXXI li l-GMES huwa kontribut Ewropew maġġuri għall-isforzi globali għall-għarfien dwar it-tibdil fil-klima u għall-monitoraġġ u l-mitigazzjoni tal-impatti tiegħu, u JENFASIZZA li l-implimentazzjoni ta' servizz dedikat tat-Tibdil fil-Klima tal-GMES għandha tikkomplementa u tinteraġixxi ma' servizzi u attivitajiet oħrajn eżistenti biex jiġu pprovduti tweġibiet għal din l-isfida;

17.

JILQA' d-disponibbilta' effettiva ta' informazzjoni bbażata fuq satellita fil-qafas tal-programm tal-GMES fl-appoġġ għal operazzjonijiet ta' kriżi waqt diżastri reċenti li seħħew fid-dinja kollha; JIKKUNSIDRA li l-GMES għandu rwol importanti bħala l-bażi għal kapaċità Ewropea għal rispons ta' emerġenza aħjar, f'sinerġija ma' mekkaniżmi eżistenti; u JISTIEDEN lill-Kummissjoni Ewropea biex ittejjeb aktar l-aċċess għal data u informazzjoni rilevanti pprovduta mill-programmi nazzjonali waqt sitwazzjonijiet ta' kriżi;

18.

JILQA' r-riżultati li nkisbu mill-Kummissjoni Ewropea fl-iżvilupp ta' kapaċitajiet preoperattivi tas-servizzi ta' sigurtà tal-GMES, u JIRRAKKOMANDA lill-Kummissjoni Ewropea f'kollaborazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), l-Istati Membri u l-aġenziji relevanti tal-UE, bħall-FRONTEX, l-EUSC, u l-EMSA, biex tiffinalizza d-definizzjoni ta', u taċċellera t-transizzjoni lejn, servizzi ta' sigurtà tal-GMES kompletament operattivi b'appoġġ għall-azzjonijiet esterni tal-UE u s-sorveljanza tal-fruntieri u l-ibħra, abbażi tad-domanda tal-utenti;

19.

JAPPELLA lill-Kummissjoni Ewropea, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti kollha, biex tipproponi qafas organizzattiv, inkluż governanza, u l-istabbiliment tas-servizzi operattivi ippjanati; b'mod partikolari JĦEĠĠEĠ lill-Kummissjoni Ewropea biex f'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti kollha tlesti d-definizzjoni ta' politika adatta dwar id-data għall-GMES, ibbażata fuq aċċess sħiħ u miftuħ għall-informazzjoni prodotta mis-servizzi tal-GMES u d-data miġbura permezz tal-infrastruttura tal-GMES, soġġett għal ftehim internazzjonali rilevanti, restrizzjonijiet ta’ sigurtà u kondizzjonijiet ta' liċenzjar, inklużi r-reġistrazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-liċenzji ta' utenti u li timmassimizza l-użu tal-GMES u tibni fuq approċċ bilanċjat sew bejn aċċess bla ħlas għal ċerta data u servizzi pubbliċi u l-ħtieġa li jissaħħu swieq ta' osservazzjoni tad-Dinja fl-Ewropa u t-tkabbir ta' negozji eżistenti u emerġenti Ewropej li jipprovdu data u servizzi ta' data; kif ukoll il-governanza tas-sigurtà tal-komponenti u l-informazzjoni tal-GMES;

20.

JIKKUNSIDRA li l-kwistjoni tas-sjieda tal-infrastruttura Spazjali tal-GMES hi ta' importanza ċentrali għall-futur tal-GMES u JAPPELLA lill-Kummissjoni Ewropea u lill-ESA biex ilestu l-valutazzjoni ta' din il-kwistjoni malajr kemm jista' jkun;

21.

JINNOTA d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli ta' aċċess għas-Servizz Pubbliku Regolat (PRS) offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-Programm Galileo (5); u JAPPELLA lill-Kummissjoni Ewropea, bl-appoġġ tas-SEAE, u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u komunitajiet ta' utenti relatati biex tiddefinixxi l-miżuri adatti biex jiġi żgurat l-istabbiliment bla xkiel tal-PRS u sistemi assoċjati, filwaqt li jittieħed kont sħiħ tal-infrastruttura nazzjonali, għaliex dan itejjeb il-kapaċitajiet tal-UE għall-maniġġar ta' kriżijiet;

22.

JIRRIKONOXXI li komunikazzjonijiet bis-satellita jirrapreżentaw kapaċita' ewlenija f'kull rispons għal kriżi u operazzjoni ta' maniġġar ta' kriżijiet, u riżors kruċjali u skars ħafna, speċjalment meta infrastrutturi fuq l-art ikollhom il-ħsara jew jiġu meqruda, u JIRRAKKOMANDA lill-Kummissjoni Ewropea, is-SEAE u l-Istati Membri, bl-appoġġ tal-EDA, biex jaħdmu għal aċċess sikur u garantit għall-komunikazzjoni kummerċjali u governattiva bis-satellita għall-atturi fil-qasam tar-rispons għal kriżijiet u tal-immaniġġar ta' kriżijiet;

23.

JISSOTTOLINJA li l-ġestjoni effettiva ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi titlob il-mobilizzazzjoni ta' riżorsi adatti kif ukoll informazzjoni adatta biex jintużaw bl-aħjar mod, u għalhekk teħtieg l-integrazzjoni ta' applikazzjonijiet differenti bbażati fl-ispazju u fuq l-art biex jappoġġaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet, immexxija minn atturi multipli involuti fil-protezzjoni ċivili u fl-operazzjonijiet umanitarji;

24.

B'kont meħud ta' dan ta' hawn fuq, JAPPELLA lill-Kummissjoni Ewropea, b'appoġġ mis-SEAE, l-ESA u l-Istati Membri kif adatt u bl-appoġġ tal-EDA, biex:

iżżid is-sensibilizzazzjoni dwar kapaċitajiet potenzjali għall-integrazzjoni ta' applikazzjonijiet tal-ispazju f'sistemi adatti fost l-utenti potenzjali,

tiżgura l-aqwa użu tas-soluzzjonijiet spazjali fil-qafas tal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni Ewropew fil-qafas tal-protezzjoni ċivili,

tiżviluppa soluzzjonijiet, li jwasslu għall-interoperabbiltà ta' sistemi tekniċi relatati mal-ispazju u qafas koerenti ta' proċeduri operattivi biex jintu¿aw applikazzjonijiet ibbażati fl-ispazju għall-immaniġġar ta' kriżijiet,

barra minn hekk, tesplora għażliet għall-minjaturizzazzjoni bl-użu ta' satelliti (mikro, nano u piko) żgħar bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ispejjeż;

II.   Sigurtà u sostenibbiltà għall-ispazju

25.

JINNOTA li hemm theddid serju għall-assi spazjali u l-infrastrutturi assoċjati tal-art, li jistgħu jinkludu riskji ta' kolliżjoni u l-impatt tat-temp spazjali; JIRRIKONOXXI l-importanza li servizzi u assi spazjali bħal dawn, li huma kritiċi għall-politika u l-ekonomija Ewropea jiġu protetti; u JIRRIKONOXXI l-ħtieġa għal kapaċità effettiva għal Għarfien tas-Sitwazzjoni Spazjali (SSA) bħala attività f'livell Ewropew, inter alia, sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-assi spazjali Ewropej u tal-illanċjar futur tagħha minn skart spazjali u oġġetti oħra fl-ispazju kif ukoll fenomeni tat-temp spazjali; għal dan il-għan, l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel l-usa' użu possibbli ta' assi, kompetenzi u ħiliet li diġà huma eżistenti jew li qed jiġu żviluppati fl-Istati Membri, f'livell Ewropew u kif adatt internazzjonalment;

26.

JIRRIKONOXXI l-kontribut importanti tal-Programm ta' Tħejjija ta' SSA tal-ESA; waqt li jirrikonoxxi n-natura tal-użu doppju ta' sistema bħal din u b'kont meħud tad-dimensjoni ta' sigurtà partikolari tagħha, JAPPELLA lill-Kummissjoni Ewropea f'kollaborazzjoni mar-Rappreżentant Għoli, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESA u l-Istati Membri, li huma s-sidien ta' tali assi u għandhom kapaċitajiet u f'konsultazzjoni mal-atturi kollha involuti, biex jippreżentaw proposti għall-isfruttament ta' u l-bini fuq dawn l-assi u l-kapaċitajiet sabiex tiġi żviluppata kapaċità għal Għarfien tas-Sitwazzjoni Spazjali (SSA) bħala attività f'livell Ewropew u f'dak il-kuntest, biex jiddefinixxu politika adatta ta' governanza u data b'kont meħud tas-sensittività kbira tad-data tas-SSA.

27.

JINNOTA li l-kapaċità operattiva futura f'livell Ewropew fil-qasam tas-SSA għandha tkopri tliet segmenti: sorveljanza u intraċċar ta' oġġetti fl-orbita, previżjoni u monitoraġġ tal-fenomeni tat-temp spazjali u l-effetti tagħhom b'mod partikolari fuq l-infrastruttura kritika u l-monitoraġġ ta' Oġġetti Qrib id-Dinja (NEOs), fid-definizzjoni ta' kapaċità tas-SSA, ibbażata fuq aggregazzjoni approvata (6) bejn ir-rekwiżiti tal-utenti ċivili u militari tas-SSA;

28.

JIRRIKONOXXI li l-protezzjoni ta' assi spazjali ser tkun teħtieġ attivitajiet ta' riċerka kontinwi f'oqsma bħall-effetti tat-temp spazjali, l-intraċċar u l-previżjoni ta' skart spazjali u ta' NEOs, kif ukoll il-mitigazzjoni u t-tneħħija tagħhom; u JAPPELLA lill-Kummissjoni Ewropea, lill-ESA u lill-Istati Membri biex jevalwaw azzjonijiet adatti biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b'mod adegwat;

29.

JAGĦRAF il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sigurtà, is-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet kollha tal-ispazju. F'dan il-kuntest, ITENNI l-importanza li jitkomplew id-diskussjonijiet f'livell multilaterali dwar l-abbozz ta' Kodiċi ta' Kondotta internazzjonali għall-Attivitajiet fl-Ispazju Extraatmosferiku bil-ħsieb li jiżguraw l-adeżjoni għall-Kodiċi tal-akbar numbru possibli ta' Stati. JIKKUNSIDRA, ulterjorment, li aċċess usa' għal informazzjoni adegwata u affidabbli dwar attivitajiet spazjali għandha tirrapreżenta miżura għall-bini ta' kunfidenza, filwaqt li tipprovdi bażi għal fiduċja akbar fir-rigward ta' użi paċifiċi tal-ispazju;

30.

JIKKUNSIDRA li l-politika industrijali għall-ispazju għandha tieħu kont tal-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-ispazju u tal-interess tal-Istati Membri kollha li jinvestu f'assi spazjali, u għandha timmira għall-objettivi komuni li ġejjin: l-appoġġ tal-kapaċità Ewropea għall-konċepiment, l-iżvilupp, it-tnedija, it-tħaddim u l-isfruttament ta' sistemi spazjali; it-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija Ewropea kemm għas-swieq domestiċi tagħha kif ukoll għal dawk tal-esportazzjoni; u l-promozzjoni tal-kompetizzjoni u l-żvilupp u l-involviment ibbilanċjati tal-kapaċitajiet fl-Ewropa; JISSOTTOLINJA l-ħtieġa li jiġi eżaminat jekk humiex meħtieġa miżuri adatti f'livell Ewropew u internazzjonali biex jiggarantixxu s-sostenibbiltà u l-iżvilupp ekonomiku tal-attivitajiet spazjali, inklużi dawk tas-settur kummerċjali Ewropew;

31.

F'dan il-kuntest tas-sostenibbilta' ta' attivitajiet spazjali, IFAKKAR (7) fl-istedina tiegħu lill-atturi istituzzjonali Ewropej kollha sabiex iżommu aċċess indipendenti, affidabbli u kosteffettiv għall-ispazju b'kondizzjonijiet li jistgħu jintlaħqu, biex jagħtu prijorità għolja lill-użu ta' lanċaturi żviluppati fl-Ewropa u biex jesploraw kwistjonijiet relatati mal-parteċipazzjoni possibbli tagħhom f'attivitajiet ta' sfruttament relatati mal-lanċaturi;

III.   Esplorazzjoni

32.

IFAKKAR fid-diskussjonijiet f'livell politiku bejn is-sħab Ewropej u internazzjonali waqt it-tielet Konferenza dwar l-Esplorazzjoni u l-ewwel laqgħa tal-Pjattaforma ta' Livell Għoli Internazzjonali dwar l-Esplorazzjoni li saret f'Lucca (fl-Italja) fl-10 ta' Novembru 2011 u d-Dikjarazzjoni tagħha li rrikonoxxiet l-benefiċċju minn djalogu ta' politika ta' livell għoli li jkun strutturat u kontinwu dwar l-esplorazzjoni spazjali futura li jista' jgħin biex jidentifika oqsma potenzjali għall-kooperazzjoni internazzjonali; JILQA' l-offerta mill-Istati Uniti li tospita d-djalogu li jmiss;

33.

JIRRIKONOXXI l-potenzjal ta' esplorazzjoni robotika u umana fl-orbita qrib id-dinja u lil hinn minnha, appoġġat minn djalogu politiku internazzjonali ta' livell għoli f'livell ta' gvern, biex jipproduċi progress soċjetali, intelletwali u ekonomiku u benefiċċji għaċ-ċittadini. Dawn jinkludu l-ħolqien ta' sħubiji globali permezz tal-kondiviżjoni ta' miri ta' sfida u paċifiċi; l-inkoraggiment tal-avvanz tax-xjenza; l-impetu għal skoperti futuri; l-indirizzar ta' sfidi globali fl-ispazju u fid-dinja bl-użu ta' teknoloġija innovattiva; u billi s-soċjeta' u b'mod partikolari l-ġenerazzjonijiet żgħażagħ jiġu ispirati bi sforzi kollettivi u individwali; u l-possibbiltà ta' tkabbir ekonomiku u opportunitajiet ġodda għan-negozju;

34.

JISTIEDEN lill-Kummissjoni Ewropea, lill-ESA u lill-Istati Membri biex ikomplu d-diskussjonijiet f'livell Ewropew u mas-sħab internazzjonali bil-ħsieb li tiġi definita strateġija lil hinn mill-2020, inkluż l-involviment Ewropew fiha, li għandha tiġi definita bi tħejjija tal-laqgħa ta' djalogu li jmiss li għandha tieħu kont tal-aspirazzjonijiet, il-prijoritajiet u r-riżorsi Ewropej.


(1)  Dok. 7110/10.

(2)  B'mod partikolari l-Artikoli 4 u 189.

(3)  Dok. 10085/11.

(4)  Dok. 12475/11.

(5)  Ġ.U. L 287, 4.11.2011 p. 1.

(6)  Dok. 15715/11.

(7)  Dok. 16864/10.


OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 377/5


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta’ kreditu b’rabta ma’ proprjetà residenzjali

2011/C 377/02

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 u 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(2) tiegħu,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA

1.   INTRODUZZJONI

1.

Fil-31 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta’ kreditu b’rabta ma’ proprjetà residenzjali (minn hawn ’il quddiem “il-Proposta”).

1.1.   Konsultazzjoni mal-KEPD

2.

Il-Proposta ntbagħtet mill-Kummissjoni lill-KEPD fil-31 ta’ Marzu 2011. Il-KEPD jifhem din il-komunikazzjoni fis-sens bħala talba biex jagħti parir lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Komunità, kif previst fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament (KE) Nru 45/2001”). Preċedentement (3), qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-KEPD ingħata l-possibbiltà mill-Kummissjoni biex jipprovdi kummenti informali. Il-KEPD jilqa’ t-trasparenza tal-proċess, li għenet biex it-test jitjieb mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta fi stadju bikri. Xi wħud minn dawk il-kummenti ġew ikkunsidrati fil-Proposta. Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ir-referenza għall-konsultazzjoni preżenti fil-preambolu tal-Proposta.

1.2.   L-isfond ġenerali

3.

Is-self responsabbli huwa definit mill-Proposta bħala d-diliġenza tal-kredituri u l-intermedjarji sabiex isellfu ammonti li l-konsumaturi jistgħu jaffordjaw u li jissodisfaw il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tagħhom. Il-kunċett ta’ self responsabbli jimplika li l-konsumaturi għandhom jipprovdu informazzjoni rilevanti, kompleta u eżatta dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, u huma mħeġġa sabiex jagħmlu deċiżjonijiet informati u sostenibbli.

4.

Il-Proposta telenka firxa ta’ fatturi li jinfluwenzaw id-deċiżjoni jekk jingħatax kreditu ipotekarju partikolari, l-għażla tal-prodott ipotekarju li jagħmel il-mutwatarju u l-kapaċità tal-mutwatarju li jħallas lura s-self. Dawn jinkludu l-klima ekonomika, l-assimetriji fl-informazzjoni u l-kunflitti ta’ interess, nuqqasijiet u inkonsistenzi regolatorji, kif ukoll fatturi oħra bħall-kompetenza finanzjarja tal-mutwatarju u l-istrutturi tal-finanzjament tal-ipoteka. Fil-perspettiva tal-Proposta, l-imġiba irresponsabbli min-naħa ta’ ċerti atturi tas-suq kien is-sors li wassal għall-kriżi finanzjarja, u għaldaqstant l-għoti u t-teħid b’self huma l-għanijiet li għandhom jiġu indirizzati mill-inizjattiva leġiżlattiva sabiex tiġi evitata r-ripetizzjoni tal-kriżi finanzjarja.

5.

Għaldaqstant il-Proposta tintroduċi rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal mutwanti u obbligi u drittijiet għal mutwatarji sabiex jiġi stabbilit qafas legali ċar li għandu jħares is-suq ipoteku tal-UE mill-effetti dannużi esperjenzati matul il-kriżi finanzjarja.

1.3.   Relazzjoni mar-reġim tal-protezzjoni tad-data tal-UE

6.

Il-Proposta tinvolvi numru limitat ta’ attivitajiet li huma rilevanti taħt ir-reġim tal-protezzjoni tad-data. Dawn prinċipalment huma relatati mal-konsultazzjoni tal-kredituri u l-intermedjarji ta’ kreditu tal-hekk imsejjaħ “id-database ta’ kreditu” bil-għan li tiġi vvalutata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumaturi u għar-rilaxx ta’ informazzjoni mill-konsumaturi lill-kredituri jew l-intermedjarji ta’ kreditu.

7.

Il-KEPD jinnota bi pjaċir li r-referenzi importanti għar-regoli rilevanti tal-protezzjoni tad-dejta ġew inklużi fit-test attwali tal-Proposta. Madankollu, huwa jixtieq jinnota li huma meħtieġa xi kjarifiki oħra. Min-naħa l-waħda, il-Proposta m’għandhiex tintroduċi dispożizzjonijiet dettaljati wisq fuq ir-rispett tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta, li huwa ggarantit mill-applikabbiltà għal kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar tal-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. Min-naħa l-oħra, il-KEPD jissuġġerixxi xi titjib fit-test bil-għan li dan jiġi ċċarat u bl-iskop li jiġi evitat li l-kriterji li jiddeterminaw d-drittijiet ta’ aċċess għad-database ta’ kreditu jiġu awtorizzati fil-leġiżlazzjoni ddelegata.

2.   ANALIŻI TAL-PROPOSTA

2.1.   Referenza għad-Direttiva 95/46/KE u l-obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur

Premessa 30

8.

Il-KEPD jinnota bi pjaċir li l-Proposta introduċiet ir-referenza għad-Direttiva 95/46/KE fil-preambolu tat-test tad-Direttiva. Il-Premessa 30 tintroduċi l-applikazzjoni ġenerali tad-Direttiva 95/46/KE għall-attivitajiet ta’ pproċessar tad-dejta li jitwettqu fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumaturi.

9.

Madankollu, sabiex tirrifletti l-fatt li kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar tad-dejta għandha ssir skont ir-regoli ta’ implimentazzjoni u li l-liġijiet nazzjonali differenti li jimplimentaw id-Direttiva huma r-referenzi xierqa, il-Proposta tista’ tintroduċi Artikolu ġenerali kif ġej: “Kull ipproċessar ta’ dejta personali mwettaq skont din id-Direttiva għandu jitwettaq f’konformità mal-liġijiet nazzjonali rilevanti li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE”. Bl-introduzzjoni ta’ dan l-Artikolu, ir-referenzi speċifiċi għad-Direttiva fl-Artikoli 15(3) u 16(4) jistgħu jitneħħew.

Artikolu 14

10.

L-Artikolu 14 tal-Proposta jintroduċi obbligu għall-kredituri sabiex iwettqu valutazzjoni bir-reqqa tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumaturi. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ċerti kriterji bħall-introjtu, it-tfaddil, djun u impenji finanzjarji oħra tal-konsumatur. Dan l-obbligu jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq l-privatezza ta’ individwi li jkunu qed ifittxu sors ta’ kreditu, peress li t-tip u l-ammont ta’ informazzjoni li tista’ tiġi aċċessata mill-kreditur hija potenzjalment wiesgħa ħafna. Għaldaqstant, il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon l-introduzzjoni ta’ speċifikazzjonijiet fit-test fir-rigward tal-limitazzjoni ta’ tfittxija tal-kreditur għall-informazzjoni “meħtieġa” li tkun inkisbet mill-kreditur. L-Artikolu jistabbilixxi f’termini ġenerali li din l-informazzjoni tista’ tinkiseb biss minn “sorsi interni jew esterni rilevanti”. Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ir-referenza espliċita għall-prinċipji ta’ neċessità u proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 95/46/KE, iżda madankollu jissuġġerixxi li għandhom jiġu speċifikati b’mod aktar dettaljat, sa fejn hu possibbli, liema huma s-sorsi minn fejn tista’ tinkiseb l-informazzjoni.

2.2.   Il-konsultazzjoni tad-database ta’ kreditu

11.

Id-database ta’ kreditu jissemma l-ewwel darba fil-Premessa 27, fejn l-utilità tiegħu hija enfasizzata fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà ta’ kreditu u matul il-ħajja tas-self. Il-premessa tispeċifika wkoll li, skont id-Direttiva 95/46/KE, il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati dwar meta d-database jiġi kkonsultat, u għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw, jikkoreġu, jimblokkaw jew iħassru d-dejta li tinsab fid-database. L-Artikolu 14 jintroduċi obbligi speċifiċi fuq il-kreditur fir-rigward ta’ rifjut possibbli tat-talba ta’ kreditu, b’mod partikolari meta din tkun marbuta mal-konsultazzjoni tad-“database ta’ kreditu”.

12.

Dispożizzjonijiet aktar ġenerali li jistabbilixxu l-kriterji għall-“aċċess tad-Database” jinsabu fl-Artikolu 16. L-Artikolu 16 huwa fformulat b’mod wiesa’ ħafna (“Kull Stat Membru għandu jiżgura aċċess non-diskriminatorju għal databases użati f’dak l-Istat Membru lill-kredituri kollha biex jivvalutaw […] l-affidabbiltà kreditizja […] u għall-monitoraġġ tal-konformità tal-konsumaturi mal-obbligi kreditizji […]”). It-test ma jispeċifikax jekk id-databases għandhomx jiġu mfassla speċifikament għal dawn il-kontrolli ta’ affidabbiltà finanzjarja, min huwa responsabbli għad-database, x’tip ta’ informazzjoni tista’ tiġi inkluża fid-database, x’jinvolvi l-‘monitoraġġ’ tal-konformità tal-konsumaturi, etċ.. Il-KEPD jifhem bi sħiħ li d-databases ta’ kreditu għandhom strutturi differenti u huma stabbiliti f’oqfsa legali differenti madwar id-diversi Stati Membri u li l-armonizzazzjoni sħiħa tal-kriterji msemmija hawn fuq tmur lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Madankollu, l-għan tal-Proposta huwa li jiġu introdotti kundizzjonijiet armonizzati ta’ aċċess għad-database sabiex, pereżempju, kreditur fil-Belġju jkun jista’ jaċċessa l-istorja ta’ kreditu ta’ konsumatur fl-Italja (anki jekk id-database Taljan u dak Belġjan, ikunu differenti) bl-istess kundizzjonijiet bħall-kredituri Taljani, jekk il-konsumatur ikun qed jitlob ipoteka fil-Belġju. Id-dettalji tal-kriterji għall-aċċess armonizzat għandhom jiġu speċifikati aktar fl-atti ddelegati tal-Kummissjoni (ara l-Artikolu 16(2)). Il-KEPD jinnota wkoll ir-referenza għad-Direttiva 95/46/KE fl-Artikolu 16(4) (4).

13.

Il-KEPD diġà esprima l-fehma li l-miżuri li għandhom impatt sostanzjali fuq il-privatezza taċ-ċittadini m’għandhomx jiġu ttrattati fil-leġiżlazzjoni ddelegata. Ċertament id-dettalji jistgħu jiġu elaborati fil-leġiżlazzjoni. L-implikazzjonijiet ewlenin għaċ-ċittadini għandhom madankollu jkunu ċari u miftiehma fil-leġiżlazzjoni adottata fuq il-bażi tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Minn perspettiva ta’ protezzjoni tad-dejta, il-KEPD huwa partikolarment imħasseb dwar il-kontradizzjoni apparenti bejn il-possibbiltà ġeneralizzata ta’ konsultazzjoni minn (numru li għadu ma jistax jiġi identifikat ta’) operaturi ta’ kreditu għad-database skont l-Artikolu 16 u l-obbligu “sempliċi” li ġie inkluż biss fil-premessa 27, jiġifieri li “il-konsumaturi […] għandhom jiġu infurmati dwar il-konsultazzjoni tad-database” u “għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni […] jirrettifikaw, iħassru jew jimblokkaw id-data personali dwarhom […]”. Il-KEPD huwa tal-fehma li, l-possibbiltà konkreta li jiġu eżerċitati d-drittijiet tas-suġġett tad-dejta skont id-Direttiva 95/46/KE hija marbuta mal-possibbiltà li jiġu identifikati r-riċevituri possibbli tad-dejta personali li tinsab fid-database ta’ kreditu. Għaldaqstant l-effikaċja tar-referenza għad-drittijiet li jinsabu fid-Direttiva 95/46/KE tista’ tiġi newtralizzata mill-impossibbiltà għas-suġġett tad-dejta li jidentifika b’mod ċar u preventiv il-persuni naturali jew ġuridiċi li jista’ jkollhom aċċess għad-database.

14.

Il-KEPD għalhekk jissuġġerixxi xi modifiki fit-test tad-Direttiva bil-għan li dawn jindirizzaw in-nuqqasijiet identifikati hawn fuq. Kull (5) aċċess għad-database għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu introdotti fit-test tal-Artikolu 16: (i) definizzjoni tal-kriterji fuq il-bażi ta’ liema kredituri jew intermedjarji ta’ kreditu jista’ jkollhom aċċess għad-database u, b’mod partikolari, kjarifika dwar jekk il-kredituri jew l-intermedjarji ta’ kreditu biss li kkonkludew kuntratt ma’ konsumatur jew huma meħtieġa mill-konsumatur li jieħdu passi biex jikkonkludu relazzjoni kuntrattwali miegħu (6), jistax ikollhom aċċess għad-dejta tiegħu jew tagħha; (ii) l-obbligu li wieħed jikkomunika bil-quddiem lill-konsumatur li kreditur jew ċerti intermedjarji ta’ kreditu għandhom l-intenzjoni li jaċċessaw id-dejta personali tiegħu jew tagħha fid-database; (iii) l-obbligu li wieħed jikkomunika kontemporanjament lill-konsumatur id-drittijiet tiegħu jew tagħha li jaċċessa, jirrettifika, jimblokka jew iħassar id-dejta li tinsab fid-database skont il-prinċipji tad-Direttiva 95/46/KE.

15.

Bħala riżultat tal-introduzzjoni fit-test ta’ dawn il-kriterji u obbligi, id-dispożizzjoni speċifika tal-Artikolu 14(2) (ċ) u l-premessa 29 relatata mal-obbligu li wieħed jikkomunika lill-konsumatur l-aċċess għad-database fil-każ ta’ rifjut tat-talba ta’ kreditu jistgħu jitneħħew mit-test.

3.   KONKLUŻJONI

16.

Il-KEPD jilqa’ b’sodisfazzjon ir-referenza speċifika fil-Proposta tad-Direttiva 95/46/KE. Madankollu, jissuġġerixxi li għandhom isiru xi modifiki żgħar fit-test sabiex tiġi ċċarata l-applikabbiltà tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar koperti mill-Proposta. B’mod partikolari:

sabiex jirrifletti aħjar il-fatt li l-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE huma r-referenzi xierqa u biex jiġi enfasizzat li kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar tad-dejta għandha ssir skont dawk il-liġijiet implimentattivi, il-KEPD jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta’ Artikolu ġdid bi kliem speċifiku għal dan il-għan. Dan jippermetti wkoll it-tneħħija ta’ referenzi oħra għad-Direttiva 95/46/KE mit-test tal-Proposta;

it-test tal-Proposta jista’ jispeċifika b’mod aktar dettaljat is-sorsi li minnhom tista’ tinkiseb l-informazzjoni dwar l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur;

it-test tal-Proposta għandu jinkludi d-definizzjoni tal-kriterji għall-possibbiltà ta’ konsultazzjoni mad-database u l-obbligi li jiġu kkomunikati d-drittijiet tas-suġġett tad-dejta qabel kwalunkwe aċċess għad-database, u b’hekk jiġu żgurati possibbiltajiet konkreti u effettivi għas-suġġetti tad-dejta biex jeżerċitaw drittijiethom.

Magħmula fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2011.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31 (minn hawn ’il quddiem “id-Direttiva 95/46/KE”).

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  F’Diċembru 2010.

(4)  L-Artikolu huwa “mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE […]”. Madankollu ara l-paragrafu 9 li fih ġiet issuġġerita modifika ta’ dan l-Artikolu.

(5)  Dan it-terminu għandu jkun intiż li jfisser l-aċċess minn kwalunkwe kreditur awtorizzat fi kwalunkwe ħin.

(6)  Ara l-Art. 7 (b) tad-Direttiva 95/46/KE.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 377/8


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 377/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

6.7.2010

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

N 261/09

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Mecklenburg-Vorpommern

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Liebherr MCCtec Rostock GmbH

Il-bażi legali

Investitionszulagengesetz 2007 vom 23. Februar 2007, Investitionszulagengesetz 2010 vom 7. Dezember 2008, 36. Rahmenplan der Gemeinschaftsaufgabe „Verbesserung der regionalen Wirtschaftsstruktur“ vom 12. April 2007

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp reġjonali, Impjiegi

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta, Allowance fiskali

L-estimi

Baġit globali: EUR 22,33 miljun

L-intensità

17,21 %

It-tul ta' żmien

2010-2015

Setturi ekonomiċi

L-industrija tal-manifattura

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Landesförderinstitut Mecklenburg-Vorpommern

Werkstr. 213

19061 Schwerin

DEUTSCHLAND

Finanzamt Ribnitz-Damgarten

Postfach 1061

18301 Ribnitz-Damgarten

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

22.8.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32037 (10/N)

Stat Membru

L-Iżvezja

Reġjun

Västra Götalands län

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Broadband development in Västra Götaland

Il-bażi legali

Lagen (2010:630) om regionalt utvecklingsansvar i vissa län, förordning (2007:713) om regionalt tillväxtarbete och Kommunallagen (1991:900).

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: SEK 350 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

sal-2014

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Västra Götalandsregionen

Box 1091

SE-405 23 Göteborg

SVERIGE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

8.11.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33076 (11/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Pais Vasco

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Régimen de ayudas a la creación, desarrollo y producción audiovisual en el País Vasco

Il-bażi legali

Orden de 25 de mayo de 2011, de la Consejera de Cultura de País Vasco, por la que se convoca la concesión de ayudas a la creación, desarrollo y producción audiovisual.

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Kultura, Żvilupp settorjali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: EUR 3,02 miljun

 

Baġit globali: EUR 3,02 miljun

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

1.4.2011-31.3.2012

Setturi ekonomiċi

Il-Midja

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Dirección de Promoción de la Cultura

Departamento de Cultura

Gobierno Vasco

C/ Donostia-San Sebastián, 1

01010 Vitoria-Gasteiz

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

8.11.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33077 (11/N)

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Reġjun

North East

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Northumberland Uplands Rural Community Broadband

Il-bażi legali

Local Government Act 2003

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Żvilupp settorjali, Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit annwali: GBP 0,5 miljun

 

Baġit globali: GBP 0,5 miljun

L-intensità

70 %

It-tul ta' żmien

1.11.2011-1.4.2012

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Northumberland County Council

Regeneration Programmes & Funding Team

County Hall

Morpeth

NE61 2EF

UNITED KINGDOM

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

25.7.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33221 (11/N)

Stat Membru

L-Iżvezja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Amendment of the State aid broadband scheme within the framework of the rural development program (modification of N 30/10).

Il-bażi legali

Förordning om ändring i förordningen (2007:481) om stöd för landsbygdsutvecklingsåtgärder

It-tip tal-miżura

Skema ta' għajnuna

L-għan

Żvilupp reġjonali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: SEK 453 miljun

L-intensità

It-tul ta' żmien

2010-2013

Setturi ekonomiċi

Il-posta u t-telekomunikazzjonijiet

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Länsstyrelserna i respektive län, Sametinget.

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

8.11.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33241 (11/N)

Stat Membru

Ċipru

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Κρατική ενίσχυση προς το Μέγαρο Πολιτισμού Κύπρου

Il-bażi legali

Απόφαση του υπουργικού συμβουλίου της Δημοκρατίας της Κύπρου αριθ. 64.387 της 27ης Σεπτεμβρίου 2006 και Απόφαση του υπουργικού συμβουλίου της Δημοκρατίας της Κύπρου αριθ. 35/2011 της 10ης Ιανουαρίου 2011

It-tip tal-miżura

Għajnuna individwali

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 140,18 miljun

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

2011-2024

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' rikreazzjoni, kultura u sport

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Υπουργείο Παιδείας και Πολιτισμού της Κύπρου — Ιφηγενίας 27 Λευκωσία

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 377/13


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2011/C 377/04

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

11.11.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33043 (11/N)

Stat Membru

L-Olanda

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Flexibele afschrijving milieu-investeringen (VAMIL) — konijnenstallen

Il-bażi legali

Wet inkomstenbelasting 2001, artikelen 3.30a, eerste lid, en 3.31 (Wet werken aan winst, artikel I, onderdeel D en Da); Aanwijzingsregeling willekeurige afschrijving en investeringsaftrek milieu-investeringen 2009, artikel 1 en bijlage

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Investiment fl-intrapriżi agrikoli

Il-forma tal-għajnuna

Tnaqqis fil-bażi tat-taxxa

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 0,60 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 0,15 (f'miljuni)

L-intensità

18,80 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' annimali

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerie van Financiën

Postbus 20201

2500 EE Den Haag

NEDERLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

31.10.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33157 (11/N)

Stat Membru

Il-Bulgarija

Reġjun

Bulgaria

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Помощ за инвестиции в земеделски стопанства чрез преотстъпване на корпоративен данък

Il-bażi legali

Чл. 189б от Закона за корпоративно подоходно облагане,

Чл. 48, ал. 6—7 от Закон за данъците върху доходите на физическите лица

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Investiment fl-intrapriżi agrikoli

Il-forma tal-għajnuna

Benefiċċju fuq it-taxxa

L-estimi

Baġit globali: BGN 132,02 (f'miljuni)

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Национална агенция за приходите

бул. Княз Дондуков № 52

1000 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

18.11.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33372 (11/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Saarland

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Förderung der Erhaltung von genetischen Ressourcen in der Landwirtschaft (Erhaltung genetischer Ressourcen EGR)

Il-bażi legali

Gesetz über die Gemeinschaftsaufgabe „Verbesserung der Agrarstruktur und des Küstenschutzes“ (GAK) vom 21. Juli 1988 (BGBl. I S. 1055) in der jeweils geltenden Fassung in Verbindung mit dem jeweiligen vom Planungsausschuss der Gemeinschaftsaufgabe „Verbesserung der Agrarstruktur und des Küstenschutzes“ beschlossenen Rahmenplan, hier: Grundsätze für die Förderung der Erhaltung genetischer Ressourcen in der Landwirtschaft;

Verwaltungsvorschrift Förderung der Erhaltung genetischer Ressourcen in der Landwirtschaft (Erhaltung genetischer Ressourcen — EGR);

§§ 23 und 44 der Landeshaushaltsordnung (LHO);

Verwaltungsvorschrift über den Vollzug der Landeshaushaltsordnung (VV-LHO) in der jeweils geltenden Fassung.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Impenji agroambjentali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 0,09 (f'miljuni)

L-intensità

90 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerium für Wirtschaft und Wissenschaft

Franz-Josef-Röder-Str. 17

66119 Saarbrücken

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

18.11.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33429 (11/N)

Stat Membru

Ir-Rumanija

Reġjun

România

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Acordarea unui ajutor de stat producătorilor de cartofi afectați de organismele de carantină dăunătoare culturii cartofului

Il-bażi legali

Proiect de Hotărâre de Guvern privind Normele metodologice de acordare a ajutoarelor de stat producătorilor de cartofi afectați de organismele de carantină dăunătoare culturii cartofului;

Ordonanța Guvernului nr. 14/2010 privind măsuri financiare pentru reglementarea ajutoarelor de stat acordate producătorilor agricoli, începând cu anul 2010, aprobată cu modificări și completări prin Legea nr. 74/2010.

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Mard tal-pjanti

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: RON 27,30 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerul Agriculturii și Dezvoltării Rurale

Bd. Carol I nr. 24, sector 3

București

ROMÂNIA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

21.11.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33800 (11/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Aides aux groupements de producteurs dans les secteurs ovin et caprin

Il-bażi legali

Real Decreto 104/2008, de 1 de febrero, por el que se establecen las bases reguladoras para la concesión de las subvenciones a las agrupaciones de productores en los sectores ovino y caprino

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Għajnuna għall-bidu tat-twaqqif ta' gruppi ta' produtturi, Investiment fl-intrapriżi agrikoli

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 20 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 20 (f'miljuni)

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

1.1.2012-31.12.2012

Setturi ekonomiċi

Trobbija ta' nagħaġ u mogħoż

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerio de Medio Ambiente, y Medio Rural y Marino

Alfonso XIII, 62

28071 Madrid

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 377/17


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1375/2011)

2011/C 377/05

L-informazzjoni li ġejja hija miġjuba għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1375/2011 (1).

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li r-raġunijiet għall-inklużjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li jidhru fil-lista msemmija hawn fuq ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), għadhom validi. Konsegwentement, il-Kunsill iddeċieda li jżomm lil dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fuq il-lista.

Ir-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 jipprevedi l-iffriżar tal-fondi kollha, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħra li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħra ma jistgħu jsiru disponibbli għalihom, kemm direttament jew indirettament.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi konformement mal-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament. Lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti hija disponibbli fuq l-internet f'dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/comm/external_relations/cfsp/sanctions/measures.htm

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għaliex huma qed jinżammu fil-lista msemmija hawn fuq (dment li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ma tkunx ġiet diġà kkomunikata lilhom), fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

(Attn: CP 931 designations)

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill fi kwalunkwe ħin, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jkunu inklużi u miżmuma fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Talbiet bħal dawn jiġu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F'dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-reviżjoni regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-reviżjoni li jmiss, huma għandhom jiġu ppreżentati sad-29 ta' Frar 2012.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 10.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.


Il-Kummissjoni Ewropea

23.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 377/19


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Diċembru 2011

2011/C 377/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3047

JPY

Yen Ġappuniż

101,93

DKK

Krona Daniża

7,4336

GBP

Lira Sterlina

0,83250

SEK

Krona Żvediża

8,9952

CHF

Frank Żvizzeru

1,2232

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7640

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,625

HUF

Forint Ungeriż

306,45

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,6965

PLN

Zloty Pollakk

4,4352

RON

Leu Rumen

4,3000

TRY

Lira Turka

2,4650

AUD

Dollaru Awstraljan

1,2878

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3369

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,1523

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6888

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6884

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 509,47

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,6521

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2705

HRK

Kuna Kroata

7,5156

IDR

Rupiah Indoneżjan

11 820,58

MYR

Ringgit Malażjan

4,1261

PHP

Peso Filippin

56,989

RUB

Rouble Russu

41,0980

THB

Baht Tajlandiż

40,785

BRL

Real Brażiljan

2,4218

MXN

Peso Messikan

17,9918

INR

Rupi Indjan

68,6660


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.