ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2011.376.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
L-474 sessjoni plenarja fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 |
|
2011/C 376/01 |
||
2011/C 376/02 |
||
2011/C 376/03 |
||
2011/C 376/04 |
||
2011/C 376/05 |
||
2011/C 376/06 |
||
2011/C 376/07 |
||
|
III Atti preparatorji |
|
|
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW |
|
|
L-474 sessjoni plenarja fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 |
|
2011/C 376/08 |
||
2011/C 376/09 |
||
2011/C 376/10 |
||
2011/C 376/11 |
||
2011/C 376/12 |
||
2011/C 376/13 |
||
2011/C 376/14 |
||
2011/C 376/15 |
||
2011/C 376/16 |
||
2011/C 376/17 |
||
2011/C 376/18 |
||
2011/C 376/19 |
||
2011/C 376/20 |
||
2011/C 376/21 |
||
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-474 sessjoni plenarja fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/1 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli u l-politika Ewropea tal-viċinat: il-każ Ewro-Mediterranju” (opinjoni esploratorja)
2011/C 376/01
Relatur: is-Sur COULON
Korelatur: is-Sur BUFFETAUT
Nhar it-28 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 262 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Il-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli u tal-politika Ewropea tal-viċinat: il-każ tar-reġjun Ewro-Mediterranju
(opinjoni esploratorja).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ Settembru 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'164 vot favur, 2 voti kontra u 9 astensjonijiet.
1. Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet: mill-kakofonija għas-sinfonija
1.1 Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jappella minn qalbu għar-ritorn tal-paċi fil-pajjiżi Mediterranji u għal ġejjieni stabbli fir-reġjun Ewro-Mediterranju.
1.2 Il-ġrajjiet reċenti fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani jikkonfermaw li xenarju negliġenti mhuwiex possibbli u jeħtieġ li jinbena ġejjieni iktar sostenibbli fejn jiġu apprezzati l-benesseri tal-individwi u l-iżvilupp soċjali.
1.3 F'dan il-kuntest jeħtieġ li l-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli, b'mod partikolari l-enerġija mix-xemx, tkun iffokata fuq il-kooperazzjoni reġjonali mmirata lejn l-iżvilupp konġunt.
1.4 Il-KESE jilqa' l-inizjattivi reġjonali favur l-iżvilupp fuq skala kbira tal-enerġiji rinnovabbli fil-Mediterran (PSM, Dii, Medgrid, eċċ.) u jappella minn qalbu għal twettiq rapidu, effettiv u koordinat ta’ dawn l-inizjattivi.
1.5 Apparti dawn l-inizjattivi, il-KESE jappella għat-twaqqif ta’ “New Green Deal” fir-reġjun, imsejjes fuq l-enerġija nadifa permezz ta’ bidla radikali tal-modi ta’ konsum u ta’ produzzjoni.
1.6 Il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija u tal-karbonju fil-Mediterran huwa konsiderevoli. Dan il-potenzjal, minn banda, jiddependi mit-teknoloġiji li għandhom jiġu promossi u, mill-banda l-oħra, mill-imġiba ġdida li għandha titħeġġeġ. It-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jmur id f'id mal-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli.
1.7 L-istabbiliment effettiv ta’ sistema tal-enerġija b'użu baxx tal-karbonju mhijiex ir-responsabbiltà tas-settur tal-enerġija biss ta’ kull pajjiż. Hemm bżonn ta’ solidarjetà reġjonali b'saħħitha u fondi sostanzjali fil-qafas ta’ approċċ li fih jirbaħ kulħadd bejn ix-xtut tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar.
1.8 Minħabba d-diversità tas-sitwazzjonijiet fil-pajjiżi differenti f'termini ta’ riżorsi disponibbli, tal-livell ta’ bżonnijiet u tal-livell ta’ emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra, il-pajjiżi terzi Mediterranji għandhom responsabbiltajiet komuni iżda divrenzjati. Għalhekk għandna bżonn ta’ viżjoni reġjonali tradotta fi strateġiji nazzjonali adatti u sodi.
1.9 Hemm lok biex fil-livell nazzjonali tal-pajjiżi tax-xatt tan-Nofsinhar jiġu introdotti programmi (leġislazzjoni, inċentivi fiskali, standards) biex jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli. Dan għandu jinkludi programm fuq tul ta’ żmien li jimmira għat-tneħħija sostenibbli tas-sussidji li jagħmlu l-ħsara fir-rigward tas-sorsi tal-enerġija fossili.
1.10 Il-Kumitat jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, li qed tirrevedi l-approċċ tagħha fir-rigward tal-Mediterran u qed teżamina kooperazzjoni strutturata u msaħħa li fiha l-enerġiji rinnovabbli jkunu suġġett ewlieni (1).
1.11 Madankollu, il-Kumitat iqis li din ir-rieda għal kooperazzjoni għandha tissarraf malajr f'azzjonijiet u programmi. Il-KESE jinsisti fuq l-fatt li kull djalogu li jinbeda għandu jinkludi taqsima dwar l-aspetti soċjali mill-bidu nett.
1.12 Nikkonfermaw l-appell ippubblikat mill-KESE f'Marzu 2011 dwar “Il-provvista tal-enerġija: liema politika ta’ viċinat” (2) favur l-estensjoni tal-Komunità tal-enerġija (Komunità tal-enerġija tax-Xlokk tal-Ewropa li tinkludi lill-Pajjiżi tal-Balkani) biex tinkludi l-pajjiżi tax-xatt tan-Nofsinhar tal-Mediterran, u għal missjoni speċifika ta’ appoġġ għall-iżvilupp u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, l-interkonnessjoni tan-netwerks u l-interoperabbiltà tagħhom.
1.13 Billi nibdew mill-pajjiżi tal-Magreb, din il-komunità għandha tintegra ċerti elementi adatti tal-leġislazzjoni Komunitarja. Barra minn hekk, il-komunità l-ġdida ser ikollha l-għan li tippromovi karta ġdida tal-enerġija u protokoll ġdid għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli.
1.14 F'dan il-kuntest, il-Kumitat ifakkar ukoll fl-importanza li jiġi stabbilit forum soċjali simili għal dak introdott mill-Komunità tal-enerġija tax-Xlokk tal-Ewropa. L-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli m'għandux jiġi limitat għal proġetti purament industrijali.
1.15 Il-KESE jemmen li hemm bżonn ta’ assistenza teknika li tħarreġ lil esperti lokali fir-rigward tal-enerġiji rinnovabbli u l-użu effikaċi tal-enerġija bil-għan li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli, kif ukoll għal kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar. Il-bżonnijiet ta’ taħriġ dwar it-teknoloġiji relatati mal-enerġiji rinnovabbli għandhom jiġu identifikati minn qabel u jwasslu għal pjan ta’ azzjoni Ewro-Mediterranju adattat.
1.16 Nirrakkomandaw bis-sħiħ li jingħata appoġġ ikbar għall-attivitajiet ta’ riċerka u ta’ żvilupp bil-għan li tittejjeb il-profitabbiltà ekonomika tal-proġetti fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli. Jistgħu jsiru trasferimenti tat-teknoloġija fi ħdan pjattaforma reġjonali komuni ta’ riċerka u ta’ żvilupp li tkun tinkludi l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka.
1.17 F'dan il-kuntest il-KESE jirrakkomanda l-ħolqien ta’ ERASMUS Mediterranju tal-enerġija, li jippermetti lill-istudenti kollha tar-reġjun (Tramuntana, Nofsinhar, Lvant u Punent) li jitħarrġu fit-tekniki marbuta mal-enerġiji rinnovabbli u sostenibbli.
1.18 Jeħtieġ li jitfasslu mezzi ġodda ta’ appoġġ u inċentiv favur l-enerġiji rinnovabbli. Dawn għandhom jippermettu li jiġi żgurat il-bilanċ finanzjarju tal-proġetti, fost l-oħrajn bħal dawk previsti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva Ewropea dwar l-enerġiji rinnovabbli (3).
1.19 Il-KESE jappoġġja l-proġett ta’ ħolqien ta’ bank Ewro-Mediterranju tal-investiment u l-istqarrijiet reċenti tal-Parlament Ewropew u l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran f'dan ir-rigward.
1.20 Il-KESE jqis li hemm bżonn jitfasslu mekkaniżmi innovattivi u adatti biex jiġu appoġġjati l-enerġiji rinnovabbli. L-identifikazzjoni ta’ dawn il-mekkaniżmi għandha ssir f'qafas Ewro-Mediterranju u għandha twassal għat-tnedija ta’ proġetti pilota bl-appoġġ tal-bank Ewro-Mediterranju tal-Investiment, bil-għan li nimxu lejn “New Green Deal”.
1.21 Huwa essenzjali wkoll li, fil-qafas tan-negozjati kummerċjali, tiġi promossa l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tal-prodotti u tas-servizzi favur l-enerġiji rinnovabbli.
1.22 Il-pjani ta’ azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jirrappreżentaw strument ċentrali biex jintlaħqu l-għanijiet nazzjonali u reġjonali marbutin mal-enerġija fir-relazzjonijiet bilaterali.
1.23 Il-KESE jisħaq ukoll li d-direttiva l-ġdida dwar is-Sistema tal-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS, Emissions Trading System) (4) dwar l-iffinanzjar tal-karbonju għandha mnejn ittellef ċertu ammont ta’ finanzjamenti għall-proġetti mnedija fin-Nofsinhar tal-Mediterran jekk, kif previst fid-direttiva, il-Kummissjoni ma tintrabatx li tibda negozjati mal-pajjiżi terzi.
1.24 Huwa ovvju li t-tnedija tal-Pjan Solari Mediterranju (PSM) hija katalizzatur ta’ diversi inizjattivi favur l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli mnedija fir-reġjun, u din hija ħaġa pożittiva. Iżda mingħajr koordinazzjoni tajba bejn id-diversi inizjattivi - u bejn l-istituzzjonijiet li jamministrawhom u jappoġġjawhom (Kummissjoni Ewropea, UgħM, eċċ.) - jista' jkun li r-riżultati ma jissodisfawx l-istennijiet. Permezz tal-programmi ta’ assistenza teknika favur il-pajjiżi tan-Nofsinhar u bħala appoġġ għal inizjattivi differenti, l-UE tista' tikkontribwixxi għal użu effettiv u armonjuż tal-enerġiji rinnovabbli fir-reġjun u tittrasforma l-kakofonija attwali f'sinfonija.
1.25 Fir-rigward tan-netwerks tal-enerġija, il-produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija mix-xemx tista' tkun soluzzjoni effikaċi u ekonomikament vijabbli fiż-żoni iżolati li m'għandhomx netwerk. Din hija partikolarment utli fit-territorji mifruxa b'densità baxxa tal-popolazzjoni.
1.26 Ikun f'waqtu li fil-livell tal-Unjoni Ewropea jiġi stabbilit strument ta’ garanzija tar-riskju politiku fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran (pereżempju bil-ħruġ ta’ bonds garantiti mill-UE). Jeħtieġ ukoll li, fil-ġejjieni, jiġi żgurat li l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jixtru ammont minimu ta’ elettriku mill-pajjiżi tan-Nofsinhar.
1.27 Hemm bżonn li titqajjem kuxjenza fost il-partijiet kollha interessati, inkluża s-soċjetà ċivili, fir-rigward tal-inizjattivi kollha. Xi programmi nazzjonali għall-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli għandhom jinkludu kampanji ta’ informazzjoni dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli. In-netwerks soċjali u t-teknoloġiji ġodda tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni jistgħu jkunu ta’ appoġġ importanti għal dan iċ-ċaqliq.
2. Introduzzjoni
2.1 F'dawn l-aħħar deċennji r-reġjun għadda minn tkabbir soċjoekonomiku qawwi u urbanizzazzjoni wiesgħa, b'mod speċjali fix-xtut. Dawn it-tendenzi huma mistennija li jkomplu. Dawn il-fatturi flimkien jagħmlu lill-Mediterran ekosistema fraġli li qed tiddeterjora (5).
2.2 Fil-qasam tal-enerġija, ir-reġjun tal-Mediterran huwa kkaratterizzat minn żewġ tipi ta’ inugwaljanzi evidenti u kbar: l-inugwaljanzi bejn il-pajjiżi tat-Tramuntana, iktar għonja u konsumaturi ikbar tal-enerġija minn dawk tan-Nofsinhar; u l-inugwaljanzi fir-riżorsi tal-enerġija.
2.3 Minkejja l-progress imwettaq, it-tendenzi attwali fil-qasam tal-enerġija fir-reġjun mhumiex sostenibbli. Jeħtieġ li t-tendenzi jinqalbu billi titnieda azzjoni konġunta bil-għan li jiġi evitat żvilupp b'livell għoli ta’ karbonju u li jaħli l-enerġija. Jistgħu jinħolqu impjiegi fis-setturi promettenti l-ġodda bħall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-ekokostruzzjoni, l-aċċess għas-servizzi bażiċi, l-industriji u t-teknoloġiji tal-enerġiji rinnovabbli.
2.4 Għalkemm jeżistu eżempji ta’ prattika tajba, bħall-implimentazzjoni ta’ liġi speċifika dwar l-enerġija rinnovabbli fl-Alġerija, it-twettiq ta’ bosta proġetti, l-iktar dawk li jaħdmu bix-xemx u bir-riħ fl-Eġittu, il-Marokk u t-Tuneżija, b'xorti ħażina l-isforzi li qed isiru bħalissa biex dawn isiru fuq perjodu ta’ żmien twil u fuq skala differenti huma insuffiċjenti fil-biċċa l-kbira tal-każi.
2.5 Iżda ta’ min jinnota li wara perjodu twil ta’ xettiċiżmu jew indifferenza, l-iżvilupp fil-qasam tal-enerġija sostenibbli fil-Mediterran illum qed jibda jinfluwenza, b'mod ftit jew wisq konkret, lill-prattiki tal-intrapriżi, tal-awtoritajiet lokali, tal-Istati jew tal-kooperazzjoni.
3. Il-prospetti tal-enerġija fil-Mediterran: potenzjal u benefiċċji tal-enerġiji rinnovabbli u ta’ aktar effiċjenza fl-użu tal-enerġija
3.1 Id-dipendenza enerġetika fil-Mediterran u fl-UE tista' tikber konsiderevolment. Ir-rata ta’ dipendenza enerġetika reġjonali għoliet għal 42 % fl-2007. Skont il-ħidma tal-Osservatorju Mediterranju tal-Enerġija (OME), sal-2030 din ir-rata ser tistabbilizza ruħha u saħansitra tonqos sal-40 % (40 % għaż-żejt, 30 % għall-gass u 70 % għall-faħam) filwaqt li ser tikber fil-pajjiżi tat-Tramuntana b'97 %. Iżda x-xenarju tal-Osservatorju Mediterranju tal-Enerġija juri li huwa possibbli li din it-tensjoni titnaqqas u li r-rata ta’ dipendenza reġjonali tkun ta’ 18 % sal-2030. Iżda anke f'dan il-każ ser ikun hemm diskrepanzi kbar bejn il-pajjiżi. B'hekk ir-riskji soċjali u ekonomiċi marbutin maż-żieda fl-ispejjeż tal-provvista u r-riperkussjonijiet ta’ dan fuq il-prezz tal-enerġija għall-pajjiżi, id-djar u l-intrapriżi jiżdiedu bil-kbir.
3.2 Ikun xi jkun ix-xenarju, l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-konsum tal-enerġiji fossili fir-reġjun ser jaqbżu b'mill-inqas 30 % lil-livell tal-1990. Barra minn hekk, fl-2030 l-emissjonijiet għal kull ċittadin tal-pajjiżi tan-Nofsinhar u tax-Xlokk tal-Mediterran, għalkemm 40 % inqas għoljin minn dawk tal-pajjiżi tat-Tramuntana tal-Mediterran, jistgħu jirrappreżentaw madwar 55 % tal-emissjonijiet tal-baċin, kontra 36 % fl-2007.
3.3 Hemm riskju ieħor ukoll, marbut man-nuqqas dejjem jikber tal-ilma fir-reġjun. Id-desalinizzazzjoni diġà ferm żviluppata f'ħafna pajjiżi hija kważi inevitabbli u dan jista' jaggrava t-tensjonijiet marbuta mal-interdipendenza bejn l-ilma u l-enerġija.
3.4 Ix-xewqa tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali hija leġittima u l-enerġija hija indispensabbli għal dan. Biss biss minħabba l-aspett enerġetiku, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali jkun radikalment ipperikolat u mhux biss għall-iktar pajjiżi “vulnerabbli”.
3.5 Il-mudell enerġetiku l-ġdid jikkonsisti mit-tfassil ta’ sistema tal-enerġija li tinkorpora mhux biss lis-settur tal-enerġija (l-offerta) iżda wkoll il-konsum tal-enerġija (id-domanda) u l-garanzija tal-iżvilupp tiegħu b'tali mod li jinkiseb servizz tal-enerġija fl-aqwa kundizzjonijiet f'termini ta’ riżorsi, spejjeż ekonomiċi u soċjali u protezzjoni tal-ambjent lokali u globali. Dan ipoġġi lil imsieħba ġodda fuq quddiem: l-intrapriżi, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-familji, il-ħaddiema tas-settur tal-bini, it-trasport, il-produzzjoni industrijali jew agrikola u s-settur tas-servizzi.
3.6 Il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija u tal-karbonju fil-Mediterran huwa konsiderevoli. Diversi stimi affidabbli juru li fl-għoxrin sena li ġejjin potenzjalment jista' jiġi ffrankat madwar 20 % tal-konsum (u iktar jekk il-prezz tal-enerġija jkompli jiżdied).
3.7 It-titjib tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija jmur id f'id b'mod indispensabbli mal-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli. Tajjeb li wieħed jinnota li l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija jiddependu qabel kollox mill-azzjonijiet taċ-ċittadini, tal-intrapriżi u tal-ħaddiema, u tat-tibdil fl-imġiba (6).
3.8 Iżda hemm bosta ostakli li jxekklu l-iżvilupp ta’ dan il-potenzjal. Dawn huma ostakli istituzzjonali u regolamentarji, tekniċi, finanzjarji, jew ostakli li huma relatati mat-taħriġ u l-informazzjoni, eċċ. Wieħed irid jammetti li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-enerġiji rinnovabbli huma inqas kompetittivi mill-enerġiji konvenzjonali, fuq kollox fil-kuntest attwali fejn l-ispejjeż esterni mhux qed jiġu inklużi fil-prezz.
3.9 Biex jimtela dan il-vojt, hemm lok biex l-enerġiji rinnovabbli jiddaħħlu fil-livell nazzjonali tal-programmi biex jinħolqu kundizzjonijiet favorevoli għall-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli, liema kundizzjonijiet għandhom jinkludu leġislazzjoni nazzjonali favur l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli, inċentivi fiskali u standards. Bl-istess mod, ikun tajjeb li jiġu introdotti pjani nazzjonali fuq tul ta’ żmien għat-tnaqqis jew saħansitra t-tneħħija sostenibbli tas-sussidji li jistgħu jkunu ta’ ħsara għas-sorsi tal-enerġija fossili, fl-isforz lejn l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli. Dawn għandhom iqisu s-sitwazzjoni ta’ dawk l-aktar vulnerabbli fost il-poplu.
3.10 Barra minn hekk, jeħtieġ li jitfassal qafas regolamentarju ċar u metodi ġodda ta’ appoġġ u inċentiv għall-enerġiji rinnovabbli biex ikun jista' jiġi żgurat il-bilanċ finanzjarju tal-proġetti, b'konformità mal-Artikolu 9 tad-direttiva Ewropea dwar l-enerġiji rinnovabbli.
3.11 Aspett importanti tal-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli huwa l-appoġġ għall-produzzjoni deċentralizzata tal-elettriku, speċjalment dik mix-xemx, permezz ta’ leġislazzjoni, fondi u taħriġ adatti.
3.12 Hemm ukoll ostaklu kbir fil-perċezzjoni li d-diversi atturi għandhom tal-enerġiji rinnovabbli. Hemm bżonn li titqajjem kuxjenza fost il-partijiet kollha interessati, inkluża s-soċjetà ċivili. Xi programmi nazzjonali għall-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli jistgħu jinkludu kampanji ta’ informazzjoni, kemm dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija kif ukoll dwar l-enerġiji rinnovabbli li jridu jiġu żviluppati.
4. Il-kwistjoni enerġija/ambjent/kooperazzjoni fil-Mediterran: id-dimensjoni reġjonali
4.1 Minħabba d-diversità tas-sitwazzjonijiet fil-pajjiżi differenti, il-pajjiżi Mediterranji għandhom responsabbiltajiet komuni iżda divrenzjati. Ir-responsabbiltajiet huma komuni fir-rigward tat-tfassil ta’ ġejjieni sostenibbli għas-settur tal-enerġija, id-definizzjoni tal-orjentazzjoni ġenerali u l-ħolqien flimkien ta’ bażi komuni (riżorsi, mekkaniżmi ta’ finanzjament, skambju ta’ prattika tajba, taħriġ, tisħiħ tal-kapaċitajiet, trasferiment tat-teknoloġija, eċċ.). Ir-responsabbiltajiet huma divrenzjati fir-rigward tal-implimentazzjoni li teħtieġ il-kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet ta’ kull pajjiż (mingħajr prekonċetti teknoloġiċi). Għalhekk għandna bżonn ta’ viżjoni reġjonali tradotta fi strateġiji nazzjonali adatti u sodi.
4.2 It-tendenzi li jindikaw żieda qawwija fid-domanda għall-enerġija fir-reġjun, il-firxa ta’ tħassib b'rabta mal-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli, it-tħassib dwar is-sigurtà tal-provvista u l-bżonn ta’ tranżizzjonijiet lejn ekonomiji b'livell baxx ta’ karbonju sabiex nadattaw għal kuntest klimatiku li qed jinbidel, qegħdin ikabbru l-bżonn u l-urġenza tat-tibdil tal-iskala tal-implimentazzjoni tal-politiki komplementari tal-enerġija nadifa.
4.3 Din l-isfida tista' tiġi indirizzata biss permezz ta’ kooperazzjoni Ewro-Mediterranja mfassla madwar mudell ġdid tas-sistemi tal-eneġerija kumpatibbli mal-iżvilupp sostenibbli, sabiex inwieġbu għall-bżonnijiet tal-preżent mingħajr ma nikkompromettu l-possibbiltà għall-ġenerazzjonijiet futuri li jissodisfaw il-bżonnijiet tagħhom. Fil-livell reġjonali, l-armonizzazzjoni tal-leġislazzjonijiet u l-adozzjoni ta’ strumenti flessibbli ser ikunu kruċjali għall-ħolqien ta’ suq kompetittiv tal-enerġija ekoloġika.
4.4 Il-KESE jifraħ bl-enfasi li l-Kummissjoni Ewropea qed tpoġġi, fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, fuq il-potenzjal ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-produzzjoni u l-ġestjoni tal-enerġiji rinnovabbli u x-xewqa tagħha li l-kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija tissaħħaħ permezz ta’ djalogu aktar kontinwu mal-pajjiżi tal-Mediterran.
4.5 Madankollu, il-Kumitat iqis li din ir-rieda għandha tiġi tradotta malajr f'miżuri u programmi mmirati lejn il-promozzjoni ta’ din il-kooperazzjoni. Huwa jenfasizza li d-djalogu kollu li jinbeda għandu jinkludi mill-bidu nett taqsima dwar l-aspetti soċjali biex jiġi żgurat li l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli jiddaħħal fi pjan ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali usa'. Biex dan il-proċess ikun validu, hemm bżonn li tingħata importanza akbar lill-imsieħba soċjali. Barra minn hekk, ikun tajjeb li tiġi involuta s-soċjetà ċivili kollha kif ukoll il-mezzi tax-xandir biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jħaddnu l-isforzi li ttieħdu fil-qafas tal-ħidma lejn “interessi komuni speċifiċi” bejn il-pajjiżi tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar.
4.6 Il-KESE jikkonferma l-appell li sar fl-opinjoni ppubblikata mill-KESE f'Marzu 2011 dwar “Il-provvista tal-enerġija: x'tip ta’ politika ta’ viċinat għandna bżonn biex niggarantixxu s-sigurtà tal-provvista għall-UE?” (7) u jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li jiġu offruti perspettivi kredibbli għall-integrazzjoni, b'mod progressiv u divrenzjat, min-Nofsinhar tal-Mediterran fis-suq intern tal-enerġija tal-UE, jiġifieri l-istabbiliment ta’ tip ta’ “komunità tal-enerġija” bejn l-UE u n-Nofsinhar tal-Mediterran jew li t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-enerġija jiġi estiż għall-ġirien li għadhom ma ssieħbux.
4.7 Il-KESE jqis li l-komunità l-ġdida għandu jkollha l-għan li tippromovi karta ġdida tal-enerġija u protokoll ġdid għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli. F'dan il-kuntest, il-Kumitat ifakkar ukoll fl-importanza li jiġi stabbilit forum soċjali simili għal dak introdott fil-qafas tal-komunità tal-enerġija tax-Xlokk tal-Ewropa (il-Pajjiżi Balkani).
4.8 Il-KESE jappella għat-twaqqif ta’ “New Green Deal” fir-reġjun, imsejjes fuq l-enerġija nadifa u li jħeġġeġ bidla radikali tal-modi ta’ konsum u ta’ produzzjoni tagħna.
4.9 Il-kwistjoni tal-finanzjament tikseb importanza partikolari. B'mod speċjali jkun jaqbel li tissolva l-kwistjoni tar-riskju politiku favur il-finanzjamenti privati. Pereżempju, fil-kuntest tal-Pjan Solari għall-Mediterran, ikun f'waqtu li fil-livell komunitarju jiġi stabbilit strument ta’ garanzija tar-riskju politiku (pereżempju bil-ħruġ ta’ bonds garantiti mill-UE).
4.10 Il-Kumitat jappoġġja l-proġett tal-ħolqien ta’ bank Ewro-Mediterranju tal-investiment u jappoġġja l-istqarrijiet reċenti tal-Parlament Ewropew (8) u tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (9) f'dan ir-rigward. Il-Kumitat jittama li l-Bank Ewropew tal-investiment jieħu l-inizjattiva li jniedi dan il-bank Ewro-Mediterranju b'mod partikolari flimkien mal-istituzzjonjiet finanzjarji tan-Nofsinhar tal-Mediterran.
5. L-aspetti ta’ riċerka, trasferimenti teknoloġiċi, żvilupp tal-kapaċitajiet, taħriġ, kummerċ u parteċipażżjoni tas-soċjetà ċivili
5.1 Il-bidla fil-fond tal-mudell enerġetiku li jissostitwixxi l-prijorità tal-offerta bil-prijorità tad-domanda, timmodifika bil-kbir ir-rabta bejn iċ-ċittadini u s-sistemi tal-enerġija. F'dan il-kuntest, il-Kumitat jappella bis-sħiħ biex issir ħidma f'netwerk bejn l-universitajiet taż-żewġt ixtut tal-Mediterran u jixtieq li jiġu appoġġjati l-inizjattivi li permezz tagħhom ikunu jistgħu jinqasmu l-esperjenzi u l-prattiki tajbin bejn l-atturi kollha kkonċernati fuq l-eżempju tal-Università Mediterranja tas-Sajf dwar l-enerġija sostenibbli fil-Mediterran.
5.2 Aħna nirrakkomandaw bis-sħiħ appoġġ ikbar għall-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp li, billi jħeġġu l-innovazzjonijiet teknoloġiċi, jistgħu jwasslu għal żieda importanti fil-produttività li tista' ttejjeb il-profittabbiltà ekonomika tal-proġetti ta’ enerġija rinnovabbli f'livelli interessanti għall-investituri. Ikun siewi li jiġi ffaċilitat it-trasferiment tat-teknoloġija bejn iż-żewġt ixtut tal-Mediterran, ħaġa li tista' ssir permezz ta’ pjattaforma reġjonali komuni ta’ riċerka u żvilupp li tinvolvi lill-universitajiet u liċ-ċentri ta’ riċerka u li tintegra diversi aspetti marbutin mat-twettiq u l-użu ta’ dawn l-istabbilimenti.
5.3 F'dan il-kuntest il-KESE jirrakkomanda l-ħolqien ta’ ERASMUS Mediterranju tal-enerġija, li jippermetti lill-istudenti tar-reġjun kollu (Tramuntana, Nofsinhar, Lvant u Punent) li jitħarrġu fit-tekniki tal-enerġiji rinnovabbli u sostenibbli.
5.4 Hemm għadd kbir ta’ raġunijiet konverġenti li mad-daqqa t'għajn iħeġġu ħidma fuq xenarji alternattivi u li progressivament jagħtu lis-sħubija bejn l-intrapriżi, it-territorji u t-taħriġ post privileġġjat fl-istrateġiji futuri tal-iżvilupp ta’ settur tal-enerġija sostenibbli fil-Mediterran.
5.5 Il-KESE huwa tal-opinjoni li hemm bżonn ta’ assistenza teknika li tħarreġ lil esperti lokali bil-għan li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli, kif ukoll kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar. Il-bżonnijiet ta’ taħriġ għandhom jiġu identifikati minn qabel u jwasslu għal pjan ta’ azzjoni Ewro-Mediterranju adatt.
5.6 L-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli għandu jwassal għall-ħolqien ta’ impjiegi deċenti iżda ser jitlob ukoll li jkun hemm taħriġ inizjali u kontinwu fil-livell reġjonali u interreġjonali. Dan jista' jseħħ b'mod effikaċi biss fil-qafas ta’ koordinament soċjali organizzat.
5.7 Għall-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli fil-qafas tan-negozjati kummerċjali li għaddejjin diġà u li ser isiru fil-ġejjieni, ikun tajjeb li jiġi liberalizzat il-kummerċ tal-prodotti u s-servizzi li jħeġġu l-enerġiji rinnovabbli.
5.8 Barra minn hekk, il-pjani ta’ azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jikkostitwixxu strument ċentrali biex jiġu promossi l-għanijiet nazzjonali u reġjonali marbutin mal-enerġija fir-relazzjonijiet bilaterali. Il-KESE jappella lill-Kummissjoni biex taġġorna l-pjani ta’ azzjoni biex tiżgura li l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli jibbenefika minn perspettiva aktar favorevoli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-pjani ta’ azzjoni jkunu koerenti bejniethom fil-qasam tal-enerġiji rinnovabbli.
5.9 Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili (NGOs, assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet taċ-ċittadini, trejdjunjins, eċċ.) fil-programmi ta’ promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli hija importanti. Is-suċċess ta’ dawn il-programmi jimplika li titqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini iżda wkoll li tingħata informazzjoni usa' bil-għan li tiġi ottimizzata l-mobilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika u tal-partijiet interessati kollha.
6. Inizjattivi reġjonali favur l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli
6.1 Il-Pjan Solari Mediterranju: katalizzatur tal-iżvilupp sostenibbli fir-reġjun
6.1.1 L-għan ewlieni tal-Pjan Solari Mediterranju (PSM) huwa li jiġu ssodisfati l-bżonnijiet enerġetiċi tal-pajjiżi tan-Nofsinhar u t-trasport parzjali tal-elettriku prodott lejn il-pajjiżi Ewropej, fattur komplementari importanti tal-profittabbiltà ekonomika u finanzjarja tal-proġetti. L-esportazzjoni tal-elettriku nadif lejn l-Ewropa hija possibbli permezz tal-Artikolu 9 tad-Direttiva Ewropea dwar l-enerġiji rinnovabbli. Iżda din l-esportazzjoni tiddependi mill-eżistenza ta’ interkonnessjonijiet u teħtieġ l-istabbiliment ta’ regolazzjoni speċifika sabiex jiġu evitati l-effetti ta’ opportunità jew ta’ distorsjoni tas-suq.
6.1.2 L-għan kwantitattiv tal-PSM huwa li tiġi installata kapaċità ġdida ta’ 20 GW sal-2020 minn sorsi rinnovabbli (mix-xemx u r-riħ essenzjalment) u li jiġu żviluppati n-netwerks elettriċi u l-interkonnessjonijiet Tramuntana/Nofsinhar u Nofsinhar/Nofsinhar. L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u t-trasferiment tat-teknoloġija għalissa huma sempliċement ikkunsidrati bħala miżuri ta’ akkumpanjament u din hija ħasra meta wieħed iqis il-potenzjal u l-implikazzjonijiet fir-reġjun imsemmija iktar 'il fuq. Fir-rigward tal-projezzjonijiet tal-Osservatorju Mediterranju tal-Enerġija (OME) għall-2020, l-għan tal-PSM ser jiġi tradott fi sforz addizzjonali tal-kapaċitajiet rinnovabbli l-ġodda ta’ madwar 11-il GW f'każ ta’ xenarju “business as usual” u ta’ 1 GW biss f'każ ta’ xenarju alternattiv. Dwar dan, idealment l-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li jixtru ammont minimu ta’ elettriku garantit mill-pajjiżi tan-Nofsinhar biex jinkoraġġixxu l-proġett.
6.1.3 Il-problema tal-PSM hija problema doppja: minn banda jeħtieġ li l-profittabbiltà tal-proġetti tittejjeb billi jiġi mmodifikat il-prezz tax-xiri tal-elettriku, kemm lokali kif ukoll għall-esportazzjoni, u billi jintużaw riżorsi konċessjonali, sussidji jew krediti tal-karbonju, u mill-banda l-oħra hemm bżonn li jiġi ggarantit il-finanzjament tagħhom, kemm f'termini ta’ fondi proprji – ħaġa li għandha tkun iggarantita jekk il-profittabbiltà tkun suffiċjenti u r-riskji kkontrollati – kif ukoll f'termini ta’ self mill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp inizjalment (BEI, AFD, KfW, BERD, Bank Dinji, Bank Afrikan tal-Iżvilupp u Bank Iżlamiku tal-Iżvilupp), imbagħad mill-banek kummerċjali.
6.1.4 L-inizjattiva tal-PSM tmur lil hinn mill-qafas tal-kooperazzjoni li kien hemm s'issa. Il-PSM ser ilaqqa' lill-Istati Membri tal-UgħM, il-Kummissjoni Ewropea, l-intrapriżi, l-istituzzjonijiet ta’ riċerka u l-NGOs tas-settur, kif ukoll għadd ta’ investituri pubbliċi u privati u istituzzjonijiet finanzjarji.
6.1.5 Il-KESE jappella lill-Kummissjoni Ewropea taħdem mill-qrib mas-segretarjat tal-UgħM li għandha l-mandat li timplimenta l-PSM, u b'mod partikolari l-Master Plan PSM. Għandu jiġi stabbilit qafas ta’ referenza kondiviż biex jgħin l-implimentazzjoni tal-Master Plan. Jeħtieġ li jiġi adottat approċċ komuni dwar kwistjonijiet ċentrali bħall-għodda ta’ finanzjament jew it-trasferiment tat-teknoloġiji.
6.2 Medgrid, proġett ta’ kożvilupp għall-iskambju tal-elettriku fil-Mediterran.
6.2.1 Hekk kif intqal diġà, fost l-isfidi ewlenin hemm il-bżonn li jiġi kkompletat u msaħħaħ in-netwerk ta’ interkonnessjonijiet elettriċi bejn il-pajjiżi taż-żewġt ixtut tal-Mediterran, peress li l-unika interkonnessjoni li hemm bħalissa hija dik li tgħaqqad lil Spanja u l-Marokk, u li n-netwerk ikollu kapaċità ta’ trażmissjoni ta’ 1 400 MW. Skont il-MEDELEC (għaqda tal-industriji elettriċi fil-Mediterran), il-kapaċità ta’ trażmissjoni massima li n-netwerk jista' jilħaq fuq il-bażi tal-pjani ta’ investiment li diġà jeżistu hija ta’ madwar 5 GW. It-twettiq tal-objettivi tal-Pjan Solari Mediterranju għalhekk jitlob sforz kbir biex tiżdied il-forza tal-interkonnessjonijiet kemm bejn il-pajjiżi tan-Nofsinhar kif ukoll bejn dawk tax-xatt tat-Tramuntana.
6.2.2 L-għan tal-Medgrid huwa li tiddefinixxi l-iskema direttriċi tan-netwerk Mediterranju għall-2020, tippromovi l-oqfsa istituzzjonali u regolamentarji għall-iskambju tal-elettriku, tevalwa l-benefiċċji tal-investimenti fl-infrastrutturi tan-netwerk, tiżviluppa kooperazzjoni teknika u teknoloġika mal-pajjiżi Mediterranji tan-Nofsinhar u tal-Lvant u tippromovi t-teknoloġiji avvanzati tat-trażmissjoni.
6.3 Dii GmbH – L-enerġija rinnovabbli li tgħaqqad il-kontinenti (l-enerġija rinnovabbli li tqarreb il-kontinenti)
6.3.1 Dii għandha objettiv iktar imbiegħed mill-Pjan Solari Mediterranju (PSM): is-sena 2050. Il-punt ta’ tluq huwa li 15 % tad-domanda tal-elettriku tal-pajjiżi Ewropej sa din id-data jista' jiġi minn impjanti solari fid-deżert tal-pajjiżi Mediterranji tan-Nofsinhar. Iżda mill-ftuħ tagħha fl-2009 Dii mxiet lejn objettiv ta’ kożvilupp iffukat fuq l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli b'mod ġenerali u mhux biss fuq l-enerġija mix-xemx u l-esportazzjoni Nosfinhar-Tramuntana. Fil-fatt Dii taqbel mal-viżjoni tal-PSM iżda fuq perjodu itwal u mingħajr objettivi kkwantifikati.
6.4 Inizjattivi oħrajn
6.4.1 Ta' min jinnota inizjattivi oħra, bħall-proġett ta’ assistenza teknika tal-UE “Paving the Way for the Mediterranean Solar Plan” (Inwittu t-triq għall-Pjan Solari Mediterranju) dwar l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli fir-reġjun; il-fondi Ewropej għall-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran bħall-Faċilità ta’ investiment għall-viċinat u l-Faċilità Ewro-Mediterranja ta’ investiment u sħubija li jistgħu jiffinanzjaw proġetti rinnovabbli, kif ukoll il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-“Prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u wara – Pjan dettaljat għal netwerk tal-enerġija Ewropew integrat” (COM(2010) 677 finali), li tinkludi l-iskambju tal-elettriku ekoloġiku bejn in-Nofsinhar u t-Tramuntana u l-bżonn ta’ tisħiħ tal-interkonnessjonijiet li jistgħu jiffavorixxu dawn l-iskambji. Diversi pajjiżi nedew ukoll pjani nazzjonali, bħall-Pjan Solari Marokkin u l-Pjan Solari Tuneżin li għandhom portafoll ta’ proġetti nazzjonali għall-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli.
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) COM(2011) 200 finali u COM(2011)303.
(2) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 15.
(3) ĠU L 140, 5.6.2009. p. 16-62.
(4) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63-87 (Artikolu 11(a)(5)).
(5) Rapport ta’ informazzjoni tal-KESE “It-tibdil fil-klima u l-Mediterran: sfidi ambjentali u tal-enerġija”, CESE 682/2009, 30.9.2009.
(6) ĠU C 318, 29.10.2011, p. 155.
(7) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 15.
(8) Riżoluzzjoni tal-PE tas-17 ta’ Frar 2011 - P7_TC1-COD(2010)0101
(9) Rakkomandazzjoni tal-kummissjoni politika, tas-sigurtà u tad-drittijiet tal-bniedem tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran, 4 ta’ Marzu 2011, Ruma
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/7 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Iż-żoni metropolitani u r-reġjuni bliet fl-Istrateġija Ewropa 2020” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2011/C 376/02
Relatur: is-Sur VAN IERSEL
Nhar l-20 ta’ Jannar 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
Iż-żoni metropolitani u r-reġjuni bliet fl-Istrateġija Ewropa 2020
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar l-1 ta’ Settembru 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’142 vot favur, 3 voti kontra u astensjoni waħda (1).
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon ir-rikonoxximent dejjem akbar tal-iżviluppi metropolitani fl-Ewropa min-naħa tal-istituzzjonijiet Ewropej – il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni – fil-qafas tal-Aġenda Territorjali 2020. Din il-prijorità ġdida hija konformi mal-fehmiet konsistenti tal-Kumitat, kif ġie espress tul l-aħħar għaxar snin.
1.2 Żona Metropolitana mhijiex biss belt kbira. Il-KESE jiddefinixxiha jew bħala belt kbira jew grupp poliċentriku ta’ bliet; iż-żewġ kategoriji jinkludu muniċipalitajiet iżgħar u żoni rurali fil-madwar, kull żona metropolitana b’massa kritika għandha tal-anqas 500 000 resident (jew sostanzjalment aktar). Iż-żoni metropolitani huma reġjuni funzjonali li jifformaw żoni ekonomiċi maġġuri u swieq tax-xogħol. Bħala regola, ma jikkorrespondux ma’ entitajiet amministrattivi bħall-provinċji jew id-distretti (li jkunu ilhom żmien twil jeżistu). Iż-żoni metropolitani huma nodi importanti fis-sistema tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport filwaqt li għandhom netwerks tat-trasport kumplessi huma stess.
1.3 Il-KESE jippromovi approċċ imaġinattiv għal rinaxximent urban tas-seklu 21 u żoni metropolitani b’saħħithom u kompetittivi. It-tendenzi ekonomiċi, soċjali, ambjentali u territorjali, kif ukoll prospetti finanzjarji negattivi jesiġu Aġenda Urbana koerenti tal-UE mill-aktar fis possibbli, li tkun relatata mill-qrib mal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-fehma tal-KESE dwar l-Aġenda Urbana u l-impatt tal-Istrateġija Ewropa 2020 hija spjegata fit-taqsimiet 5 u 6 hawn taħt.
1.4 Bħalissa, hemm wisq konfużjoni dwar il-mod kif għandha tiġi indirizzata l-kwistjoni fil-livell tal-UE u sikwit anke fil-livell nazzjonali, minn banda minħabba problemi li jikkonċernaw il-governanza u s-sjieda, u mill-oħra minħabba l-frammentazzjoni tal-approċċi. B’mod partikolari, jfeġġu tensjonijiet minħabba fehmiet li jidħlu f’kunflitt dwar aprroċċi mixtieqa minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq, kif ukoll minħabba problemi bejn bliet kbar u muniċipalitajiet (periurbani) iżgħar u żoni rurali. Il-fatt li l-iżviluppi metropolitani ta’ spiss ma jikkoinċidux mal-konfini amministrattivi hija kwistjoni maġġuri wkoll.
1.5 Il-KESE jemmen li żoni metropolitani bbilanċjati tajjeb u b’saħħithom, stimolati fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020, ser iwittu t-triq għal żviluppi futuri, kull waħda minnhom bl-identità u l-karatteristiċi tagħha. Dawn ser ikollhom ukoll impatt makroekonomiku pożittiv fuq l-Ewropa. Il-politiki dwar l-iżviluppi metropolitani għandhom jimxu b’mod parallel mal-attenzjoni fuq it-tnaqqis tad-differenzi reġjonali.
1.6 Il-KESE jirrakkomanda li jiġi stabbilit Grupp ta’ Livell Għoli jew Task Force dwar l-iżviluppi metropolitani flimkien mal-Grupp eżistenti ta’ Interservizzi għall-Iżvilupp Urban tal-Kummissjoni. Task Force bħal din għandha tkun interdixxiplinari u tħaddan diversi rappreżentanti mill-Istati Membri, iż-żoni metropolitani, partijiet interessati pubbliċi u privati u s-soċjetà ċivili. Għandu jiġi żgurat skambju strutturali bejn il-prattikanti u r-riċerka, bħal pereżempju l-European Metropolitan network Institute, l-Inizjattiva ta’ Programmar Konġunt għal Ewropa Urbana, u METREX.
1.7 L-objettiv tat-Task Force għandu jkun l-iżvilupp ta’ viżjoni fit-tul dwar Ewropa metropolitana lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Aġenda Urbana Ewropea 2050 koerenti u effiċjenti għandha tissostitwixxi l-approċċi frammentati b’kunċett globali u għandha tiffoka fuq il-programm olistiku tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.
1.8 L-Aġenda għandha tkun appoġġjata minn analiżi fid-dettal tat-tendenzi attwali (u futuri) appoġġjati minn statistika tal-Eurostat u data u riċerka mill-EPSON, u sorsi definiti tajjeb oħra.
1.9 It-Trattat ta’ Lisbona u l-Istrateġija Ewropa 2020 jimplikaw ukoll bidla fil-governanza. Il-governanza f’diversi livelli f’dan l-istadju għandha tiġi kkunsidrata bis-serjetà, u mhux tibqa’ ma titwettaqx. Iż-żoni reġjonali għandhom jiġu rikonoxxuti bħala atturi fl-iżvilupp metropolitan. Fi ħdan il-Kummissjoni, il-kwistjonijiet urbani u metropolitani għandhom jiġu kkoordinati aħjar u ppreżentati b’dan il-mod. Il-politika metropolitana hija element importanti fil-politika Ewropea, nazzjonali (fil-fatt taffettwa l-iktar oqsma importanti fl-Ewropa u l-Istati Membri), reġjonali u lokali. L-awtoritajiet taż-żoni metropolitani għandhom ikunu responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ dawn l-aspetti kollha.
1.10 L-iżvilupp metropolitan fl-Ewropa għaddej ġmielu. Il-KESE huwa konvint li l-Pjattaforma orjentata lejn il-futur tal-UE – Task Force u Grupp ta’ Interservizzi - tista’ taħdem bħala katalizzatur fit-tmexxija tad-dibattitu dwar il-proċessi li għaddej bħalissa, fid-definizzjoni ta’ approċċi minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq, fit-tħeġġiġ ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali u s-soċjetà ċivili biex jiżviluppaw mudelli adatti, fil-promozzjoni ta’ interkonnessjonijiet u fl-appoġġ ta’ inizjattivi transkonfinali.
1.11 Il-momentum qed jiżdied. F’din l-opinjoni, il-KESE jiżviluppa analiżi, argumenti u proposti favur approċċi mixtieqa. Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iqisu dawn l-analiżi, l-argumenti u proposti bil-għan li jsaħħu d-dimensjoni urbana fil-pakkett leġislattiv għall-politika ta’ koeżjoni li jmiss, b’rabta mar-riflessjonijiet tal-Kummissjoni:“Il-bliet ta’ għada”.
2. Kummenti analitiċi
2.1 L-Unjoni Ewropea għandha relazzjoni diffiċli u kumplikata mal-bliet u ż-żoni metropolitani. Il-kumplessitajiet reċiproċi bejn l-UE u l-bliet u ż-żoni metropolitani jirriżultaw minn għadd ta’ raġunijiet: ibda min-nuqqas ta’ governanza effettiva sad-diversità kbira tas-sitwazzjonijiet u l-iżviluppi.
2.2 L-istorja fil-livell tal-Kummissjoni u tal-Kunsill
2.2.1 Fl-1972 il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-Politika Reġjonali Ewropea hija fattur essenzjali għat-tisħiħ tal-Komunità. Il-finanzjament beda bl-appoġġ tal-aktar reġjuni żvantaġġati bil-promozzjoni ta’ żvilupp bbilanċjat u armonizzat fl-Ewropa. Sal-1986, l-eliminazzjoni tad-differenzi reġjonali kienet ikkunsidrata bħala objettiv sekondarju importanti tal-ħolqien tas-Suq Uniku.
2.2.2 Fit-tmeninijiet u d-disgħinijiet ittejbet l-effiċjenza tal-politika u tal-programmi. It-Trattat tal-UE, fl-1992, u, xi ftit snin wara, in-negozjati dwar it-tkabbir tal-Unjoni wasslu għal żieda sostanzjali fil-Fondi Strutturali.
2.2.3 Il-bliet ġew inklużi fi stadju aktar tard fit-tfassil tal-politika tal-UE, għalkemm diġà kienu tnedew skemi pilota urbani fil-bidu tad-disgħinijiet. Ftit li xejn saret distinzjoni bejn il-bliet il-kbar u l-bliet iż-żgħar. Id-distinzjoni prinċipali u l-punt ta’ diskussjoni damu jkunu bejn il-partijiet għonja u foqra tal-UE, bejn min-naħa ’l hekk imsejħa Banana fl-Ewropa tal-Lvant u l-partijiet l-oħra kollha min-naħa l-oħra.
2.2.4 Fl-1998 il-Kummissjoni ħadet inizjattiva interessanti bil-Komunikazzjoni dwar Żvilupp Sostenibbli Urban: qafas għal azzjoni. Madankollu, l-impatt tagħha fuq id-deliberazzjonijiet fil-Kunsill u fuq il-ħidma ta’ kuljum tiegħu kien limitat ħafna.
2.2.5 Sadanittant, id-DĠ Regio, id-DĠ Riċerka, id-DĠ Mobbiltà u Trasport, id-DĠ Enerġija u d-DĠ Impjiegi żviluppaw programmi u proġetti fil-bliet. L-ESPON ħa r-responsabbiltà għal studji mmirati dwar żviluppi reġjonali u metropolitani bl-appoġġ tal-programm INTERREG.
2.2.6 Mill-2004 ’l quddiem il-Kunsill sar involut b’mod aktar dirett fil-kwistjonijiet urbani. Saru laqgħat bijennali tal-Laqgħa Informali tal-Ministri responsabbli għall-Ippjanar Spazjali u l-Iżvilupp Territorjali fejn id-dimensjoni urbana kienet kwistjoni ċentrali. Minħabba nuqqas ta’ kompetenzi formali bbażati fuq it-Trattat, il-Kummissjoni u l-Kunsill kienu limitati ħafna huma u jieħdu azzjonijiet konkreti.
2.2.7 Sadanittant, il-Laqgħat Ministerjali Informali adottaw għadd ta’ Dikjarazzjonijiet. Waħda minnhom li hija importanti ħafna hija l-Karta ta’ Leipzig tal-2007, li kellha l-għan li tressaq Aġenda Urbana. Din identifikat sensiela ta’ kwistjonijiet urbani, inklużi l-bliet il-kbar, li għandhom jiġu indirizzati f’qafas komuni Ewropew, filwaqt li tiġi rispettata s-sussidjarjetà. Din id-Dikjarazzjoni kienet il-bidu ta’ approċċ aktar strutturat. Fost l-azzjonijiet segwitu li ta’ min isemmihom hemm il-Konklużjonijiet (1) tal-Laqgħa Ministerjali dwar il-kontribut tal-arkitettura u tal-kultura għall-iżvilupp sostenibbli. L-objettivi u l-argumenti ġew żviluppati aktar, b’mod partikolari fil-Laqgħat Ministerjali Informali f’Marsilja u Toledo (2). Il-Konklużjonijiet u d-Dikjarazzjoni ta’ Gödöllö f’Mejju 2011 juru li l-momentum qed jiżdied għal approċċ integrat u transsettorjali biex jibbilanċja l-iżviluppi metropolitani (3).
2.2.8 Minkejja l-preżenza tal-bliet fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-programmi tal-UE, l-istampa u l-programm ġenerali tal-aġenda urbana mhuwiex impressjonanti. Dan mhuwiex biss minħabba nuqqas ta’ kompetenzi formali iżda wkoll minħabba nuqqas ta’ miri ċari u enfasi sodisfaċenti. L-Istati Membri jibqgħu lura milli jiddiskutu kwistjonijiet urbani fil-livell tal-UE minħabba raġunijiet politiċi interni u s-sussidjarjetà.
2.3 Fehmiet preċedenti tal-KESE
2.3.1 Fl-2004, il-KESE nieda proposta (4) biex tiżdied l-attenzjoni fl-UE lejn iż-żoni metropolitani u l-bliet kbar b’massa kritika għal żewġ raġunijiet prinċipali: minn naħa peress li, fit-tajjeb u l-ħażin tagħhom, huma “laboratorji tal-ekonomija dinjija”, u mill-oħra, minħabba l-fatt li l-agglomerazzjonijiet għandhom tendenza jikbru. Tul dawn l-aħħar snin, iż-żewġ tendenzi żdiedu. Dan l-aħħar dawn ġew rikonoxxuti bis-sħiħ fil-Laqgħat Ministerjali Informali.
2.3.2 Il-KESE stqarr li, flimkien mal-attenzjoni fuq it-tnaqqis tad-differenzi reġjonali, jeħtieġ li tingħata l-istess attenzjoni lil żoni metropolitani kbar li għandhom jiġu kkunsidrati bħala xprunaturi għall-iżviluppi futuri.
2.3.3 Il-konurbanazzjonijiet kbar fl-Ewropa normalment, bħal fil-bqija tad-dinja, huma kalamiti għal attivitajiet ta’ kwalità tajba ħafna, kumpaniji internazzjonali u ċentri ta’ riċerka, servizzi, żviluppi kreattivi ta’ kull xorta u stabbilimenti edukattivi. Il-globalizzazzjoni tixħet aktar dawl fuqhom peress li d-distinzjonijiet bejn il-fruntieri nazzjonali qed jonqsu: permezz tat-trasport modern u l-konnessjonijiet diġitali huma interkonnessi internazzjonalment u fl-istess waqt joffru kuntest fertili għall-prossimità tat-talenti.
2.3.4 Bla dubju ta’ xejn, bħala postijiet li jiġbdu lil kull tip ta’ nies mill-UE kif ukoll immigranti, iż-żoni metropolitani u r-reġjuni bliet għandhom proporzjoni kbir ta’ qgħad u ta’ nies bi ftit kwalifiki - fenomeni li mhumiex faċli jiġu indirizzati u fl-istess waqt sikwit ikunu sors ta’ problemi soċjali, kulturali u ekonomiċi (maġġuri). L-isfidi ekoloġiċi huma ta’ bosta suriet u ċari.
2.3.5 Fl-opinjoni tal-2008, il-KESE ta deskrizzjoni qasira tas-sitwazzjoni fl-Istati Membri. Minkejja tendenza ta’ devoluzzjoni u dibattitu madwar l-Ewropa dwar liema approċċi u miżuri għandhom jittieħdu fir-rigward tal-iżvilupp metropolitan, kull pajjjiż għandu l-aġenda proprja tiegħu li hija marbuta mill-qrib mal-iżviluppi storiċi u leġislattivi. Għaldaqstant, il-KESE jirrakkomanda li jiġi stabbilit Grupp ta’ Livell Għoli tal-UE biex tiġi diskussa u stabbilita aġenda urbana għaż-żoni metropolitani (5) b’enfasi fuq tkabbir kompettitiv, sostenibbli u inklużiv. F’dan ir-rigward, iż-żoni metropolitani, f’kooperazzjoni mal-gvernijiet nazzjonali, għandhom jitħeġġu jiddefinixxu l-Aġenda ta’ Lisbona tagħhom stess. Il-proċess – kif ukoll il-prattiki tajba – għandhom jiġu diskussi fil-livell tal-UE u l-Kummissjoni għandha taqdi rwol attiv u ta’ monitoraġġ.
2.3.6 S’issa approċċ bħal dan għadu ma ġiex implimentat. Għadu mhux ċar min hu responsabbli għal xiex u f’liema ambjent u kuntest.
3. Is-sitwazzjoni attwali
3.1 Illum il-ġurnata m’hemmx dubju dwar l-importanza taż-żoni metropolitani (6). It-tendenzi madwar id-dinja kollha jiġu analizzati wkoll mill-OECD u mill-Bank Dinji. Ħafna ċentri ta’ riċerka madwar l-Ewropa jibbażaw il-fehmiet tagħhom fuq ipotesi simili għal dawk li qed inressqu hawnhekk. Iżda għad hemm ħafna konfużjoni dwar il-mod kif għandha tiġi indirizzata l-kwistjoni fil-livell tal-UE u, sikwit anke fil-livell nazzjonali. Parzjalment dan huwa minħabba l-problemi li jikkonċernaw il-governanza u s-sjieda, u anke minħabba l-approċċi frammentati. Xi eżempji:
— |
Fiż-żoni urbani kbar sikwit ikun hemm lakuna bejn dawk li jippjanaw il-bliet li huma responsabbli għall-iżvilupp spazjali, l-infrastruttura, id-djar, u s-servizzi ġenerali u dawk l-atturi li jippromovu l-iżvilupp u d-dinamiżmu ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi; fi kliem ieħor normalment ma jkunx hemm kunċett komuni. |
— |
B’mod aktar frekwenti l-istabbilimenti akkademiċi u ta’ riċerka qed jippubblikaw studji utli dwar il-konurbanazzjonijiet, iżda l-komunikazzjoni effettiva mal-awtoritajiet pubbliċi għadha limitata. |
— |
L-awtoritajiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali normalment iżommu lura milli jaqsmu fehmiet mas-settur privat, pereżempju dawk li jippjanaw u jinvestu fil-qasam tal-proprjetà. |
— |
Il-bliet u r-reġjuni kif ukoll il-gvernijiet l-ewwel iħarsu lejn Brussell għal appoġġ finanzjarju, fejn b’mod ġenerali tiġi analizzata l-opportunità u jiġu diskussi politiki favorevoli jew il-bżonn li jiġu diskussi l-effetti tal-leġislazzjoni tal-UE fuq iż-żoni metropolitani. |
3.2 L-impenn dejjem akbar tal-Kummissjoni u l-Kunsill iwassal għal firxa sostanzjali ta’ programmi. Minħabba approċċi settorjali differenti, dawn il-programmi għandhom enfasi differenti u normalment ikunu bbażati fuq bosta definizjonijiet tal-kwistjonijiet Konsegwentement, dawn l-approċċi ġeneralment ifixklu l-viżibbiltà, u jagħmlu ħsara lill-effettività għall-barranin u utenti aħħarin.
3.3 Bla dubju ta’ xejn, l-Istrateġija ta’ Lisbona kkontribwixxiet għall-integrazzjoni tal-iżvilupp urban fil-qafas u l-ambiżżjonijiet usa Ewropej. Però, dan sikwit jiffaċċja n-nuqqas ta’ rieda fl-Istati Membri li rari jħossu l-bżonn ta’ involviment supranazzjonali fil-btieħi urbani tagħhom. Għaldaqstant, il-finanzjament Ewropew għal proġetti fil-bliet sikwit jinvolvi wkoll l-amministrazzjoni nazzjonali, minflok ma din tkun kwistjoni bejn il-Kummissjoni u l-livell lokali mingħajr l-ebda interferenza minn fuq għal isfel.
3.4 Minkejja eżempji ċari u tajbin, fl-Istati Membri u l-livell Ewropew b’mod ġenerali, hemm konfużjoni dwar it-tip ta’ approċċi minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel li huma meħtieġa. Dan iwassal għal kummerċjalizzazzjoni tal-bliet b’mod individwali miż-żoni metropolitani minflok approċċ aktar strutturat.
3.5 Fl-aħħar, id-dibattitu sikwit jintlaqat ħażin mit-tensjonijiet kontraproduttivi bejn iż-żoni rurali u dawk urbani (inklużi muniċipalitajiet periurbani).
3.6 Il-governanza f’diversi livelli ta’ suċċess f’ħafna każi hija mxekkla minn ostakli storiċi u kulturali li jfixklu rispons pożittiv li jindirizza l-isfidi ġenwini.
3.7 Fil-qosor, l-Istati Membri u l-konurbanazzjonijiet sikwit jiffokaw fuq l-operazzjonijiet ta’ kuljum tagħhom minflok ma jkunu lesti jimplimentaw strateġiji integrati jew objettivi fit-tul. Il-valur miżjud tal-UE mhuwiex definit tajjeb, parzjalment minħabba l-fatt li l-Istati Membri ma jaqblux dwar il-mandat tal-Kummissjoni u lanqas dwar ir-rwol preċiż tal-Kunsill (Informali), u minħabba l-fatt li l-Kummissjoni bħalissa ma għandhiex is-setgħa tindirizza l-fehmiet differenti tal-Istati Membri dwar ir-rwol tagħha.
4. Approċċ proattivi għal rinaxximent urban tas-seklu 21
4.1 Minkejja l-enfasi dejjem akbar fil-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u l-programmi tal-UE fuq il-bliet, l-istampa ġenerali għadha frammentata. It-tendenzi ekonomiċi, soċjali, territorjali u ambjentali kif ukoll prospetti finanzjarji negattivi jagħmlu Aġenda Urbana koerenti u operattiva neċessarja. Aġenda bħal din tappoġġja l-potenzjal ekonomiku, soċjali, kulturali u teknoloġiku mistoħbi u eżistenti madwar il-kontinent.
4.2 F’opinjonijiet preċedenti, il-KESE pprovda argumenti sodi għal Aġenda tal-UE bħal din, b’rabta mad-dibattitu politiku u akkademiku internazzjonali dwar il-promozzjoni ta’ rinaxximent urban tas-seklu 21. Elementi revelatorji f’dan id-dibattitu dwar id-dimensjoni metropolitana huma dawn li ġejjin:
— |
bidla fundamentali lejn żoni metropolitani u reġjuni bliet bħala konsegwenza tal-globalizzazzjoni li hija kkaratterizzata minn netwerking internazzjonali u katini ta’ valur, u l-isfukar tal-konfini nazzjonali; |
— |
it-tranżizzjoni u l-istrutturar mill-ġdid tar-reġjuni industrijali lejn industrija ta’ manifattura u servizzi li għadhom kif ġew speċjalizzati u l-effetti tagħhom fuq iż-żoni ekonomiċi u ż-żoni metropolitani; |
— |
l-ispeċjalizzazzjoni tal-bliet bħala bażi ta’ aggruppamenti li jattiraw l-investimenti; |
— |
il-prossimità ta’ universitjiet, ċentri ta’ riċerka, persuni bi kwalifiki għolja, u katini ta’ valur fl-industrija żviluppati reġjonalment u servizzi żviluppati ħafna; |
— |
konnettività internazzjonali parallela għal mobbiltà interna u sistemi tat-trasport intelliġenti; |
— |
il-belt ekoloġika: l-eżiġenzi tat-tibdil fil-klima, konsum baxx tal-enerġija, u dawk ambjentali li jirrikjedu ġestjoni lokali u reġjonali miżjuda u ffukata kif ukoll sħubijiet pubbliċi-privati; |
— |
il-ħtieġa fuq firxa wiesgħa ta’ densità urbana minflok tixrid urban; |
— |
interazzjoni aħjar bejn iż-żoni urbani u rurali; |
— |
sostennibbiltà soċjali, tibdil demogrfiku u kwalità tax-xogħol fil-livelli kollha tas-soċjetà kif ukoll edukazzjoni u sistemi skolastiċi adatti fir-reġjun; |
— |
il-ħtieġa urġenti li jingħelbu d-differenzi kulturali b’enfasi fuq il-ħolqien ta’ opportunitajiet kreattivi u pożittivi għall-minoranzi li huma ta’ benefiċċju għas-soċjetà, u |
— |
l-ħtieġa li titjieb il-kwalità tal-għajxien u tad-djar, speċjalment b’konnessjoni mal-migrazzjoni; |
— |
enfasi fuq l-arti tal-ippjanar urban, biex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet għall-aqwa żvilupp taż-żoni metropolitani b’mod ġenerali, li jimplika l-involviment ta’ disinjaturi u periti urbani; |
— |
garanziji għas-sigurtà u s-sikurezza interni u esterni; |
— |
rikreazzjoni. |
4.3 Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-governanza effettiva taż-żoni metropolitani u tal-bliet għandha tibbaża fuq taħlita ta’ approċċi minn fuq għal isfel u minn isfel għal fuq. Fil-livell taż-żoni metropolitani, għandu jiġi żgurat l-involviment tal-partijiet interessati kollha: l-aqwa riżultati jinkisbu meta u jekk il-livelli kollha tas-soċjetà involuti jieħdu pożizzjoni ta’ sjieda. Aħjar ma tkun l-interazzjoni bejn il-livelli tat-teħid ta’ deċiżjoni u implimentazzjoni – il-governanza f’diversi livelli – aktar effettiv ikun ir-riżultat.
4.4 L-atturi eletti reġjonali u lokali huma element prinċipali fit-teħid ta’ pożizzjoni ta’ sjieda. Barra minn hekk, jistgħu jiġu żviluppati forom ġodda ta’ demokrazija parteċipattiva tas-soċjetà ċivili. It-tendenzi identifikati fil-livell tal-UE jistgħu jkunu ta’ appoġġ.
4.5 It-Trattat ta’ Lisbona jirrikonoxxi espliċitament “il-koeżjoni territorjali” bħala objettiv ġenerali, flimkien mal-koeżjoni ekonomika u soċjali (7). It-tliet aspetti kollha huma kkwotati bħala oqsma politiċi ta’ kompetenza maqsuma bejn l-UE u l-Istati Membri. Konsegwentement, il-politiki li jikkonċernaw ir-reġjuni ma għandhomx jibqgħu jiġu kkunsidrati bħala suġġett esklużiv tal-Istati Membri f’isem is-sussidjarjetà. Din il-fehma hija riflessa wkoll fid-dispożizzjonijiet dwar in-netwerks Trans-Ewropej (8).
4.6 Barra minn hekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa estiż għal-livell reġjonali u lokali, peress li t-Trattat jenfasizza espliċitament l-awtonomija lokali u reġjonali (9) li hija konformi mhux ftit mar-realtà peress li t-twettiq tal-politiki li jikkonċernaw is-suq intern, l-industrija, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-enerġija, l-ambjent, u s-saħħa jiddependu ħafna mill-implimentazzjoni tagħhom fir-reġjuni, b’mod speċjali fiż-żoni metropolitani.
5. L-Aġenda Urbana u l-iżvilupp metropolitan
5.1 Is-soċjetà Ewropea għanda tħejji għall-ġejjieni. Il-koeżjoni territorjali hija waħda mill-għodod għad-dispożizzjoni tagħha. Fil-fehma tal-KESE, approċċi olistiċi lejn iż-żoni metropolitani – ċentri ta’ gravità – u l-proċess tal-iżvilupp metropolitan huma kompatibbli mall-istruttura urbana unika fl-Ewropa u dawn jippromovu reżiljenza soċjoekonomika.
5.2 L-iżvilupp metropolitan għandu jinvolvi mod virtwali ġdid ta’ kif inħarsu lejn il-mappa tal-Ewropa. Ma għandhiex tibqa’ tippreżenta b’mod esklużiv stampa ta’ Stati Membi jikkooperaw u lanqas stampa f’termini tal-kbir kontra ż-żgħir u tar-rurali kontra l-urban. Il-mappa għandha pjuttost turi l-iżvilupp metropolitan – kemm fi ħdan il-pajjiżi kif ukoll transkonfinalment – bħala aġġustament spazjali għall-iżviluppi soċjetali, ekonomiċi u teknoloġiċi tal-lum u fil-ġejjieni prevedibbli. F’dak il-kuntest, Aġenda għall-iżvilupp metropolitan għandha tgħin biex is-soċjetà Ewropea tiġi aġġustata bl-aħjar mod.
5.3 Fil-fehma tal-KESE, l-iżviluppi metropolitani għandhom jikkontribwixxu b’mod effettiv għat-tneħħija tal-polarizzazzjoni bejn iż-żoni rurali u l-bliet. Din hija kwistjoni li tqanqal dibattitu jaħraq. Hem bosta argumenti favur il-promozzjoni ta’ interazzjoni pożittiva bejn it-tnejn. Għandhom jiġu żviluppati għodod ġodda biex jippromovu l-benefiċċji reċiproki. L-URMA – il-kooperazzjoni urbana-rurali f’żoni metropolitani – hija inizjattiva interessanti li ser titnieda dalwaqt minn METREX, fejn ser jiġu ppreżentati metodi u proġetti konkreti għat-titjib. Jista’ jinkiseb ukoll titjib prammatiku permezz ta’ applikazzjoni adatta tal-poliċentriżmu u billi jiġu stabbiliti proġetti bbażati fuq forom ġodda ta’ governanza. Il-prattiki tajba għandhom jinfirxu.
5.4 Barra mill-iżviluppi li l-KESE semma fl-2008, wieħed jinnota li ġew intensifikati l-isforzi sabiex jingħata bidu għall-iżviluppi metropolitani. Ħafna minn dawn huma mmexxija mill-ekonomija. Madankollu, motivi spazjali, soċjali u kulturali jista’ jkollhom rwol importanti. Fost il-bosta eżempji u mudelli, ta’ min insemmu dawn li ġejjin:
— |
il-kooperazzjoni bejn il-“Metropolregionen” Ġermaniżi qed tintensifika fi ħdan l-“Initiativkreis Europäische Metropolregionen”; |
— |
il-“pôles métropolitaines” fi Franza flimkien mal-“pôles d'excellence”; |
— |
il-Grand Paris (inkluża l-konnessjoni futura tiegħu mal-Oċean Atlantiku u lejn it-Tramuntana); |
— |
estensjoni mistennija tar-reġjun Öresund u t-tisħiħ ta’ Stokkolma bis-subborgi tagħha; |
— |
proġetti intensifikati fir-Ranstad Olandiża (madwar Amsterdam u l-belt f’ġemellaġġ futura ta’ Rotterdam-L’Aja); |
— |
l-iżvilupp taż-żoni metropolitani ta’ Barċellona, Valencia u Bilbao; |
— |
l-esperjenza tas-sħubijiet ta’ intrapriżi lokali li qed toħroġ fid-dieher f’uħud mill-akbar bliet tal-Ingilterra; |
— |
l-iżvilupp metropolitan tar-reġjuni bliet ta’ Varsavja, Gdansk u Katowice f’Silesja; dawn l-aħħar żewġ eżempji qed jimmiraw għal impatti transkonfinali kbar (il-Baħar Baltiku u r-Repubblika Ċeka); |
— |
żviluppi metropolitani madwar Praga u Budapest; |
— |
il-“belt f’ġemellaġġ” li qed tiżviluppa ta’ Vjenna-Budapest; |
— |
l-ambizzjoni metropolitana madwar Leipzig b’denominatur kulturali, “l-għaxar snin ta’ Luteru”- il-500 anniversarju tar-Riforma Luterjan tal-1517. |
5.5 Hemm potenzjal biex l-iżvilupp metropolitan jingħata spinta partikolari fi ħdan il-qafas tal-makroreġjuni bħar-reġjun Baltiku, ir-reġjun tad-Danubju u l-Ewropa tal-Majjistral (Nord-Pas-de-Calais, il-Belġju, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, u North-Rhine Westphalia huma definiti bħala makroreġjuni, għalkemm din id-definizzjoni mhijiex formalizzata).
5.6 Minn perspettiva Ewropea, inizjattivi transkonfinali – kultant bl-appoġġ tal-gvernijiet nazzjonali, iżda ta’ spiss mingħajru – jeħtieġu attenzjoni partikolari. B’mod partikolari ta’ min isemmi l-“Initiativkreis Metropolitane Grenzregionen” Ġermaniżi. Flimkien mal-mudelli eżistenti, bħalma huma Öresund u Lille-Courtrai, qed tittieħed firxa ta’ inizjattivi ġodda. Xi eżempji huma Oberrhein (Basel, Strasburgu, Karlsruhe), Niederrhein (Rhineland-Pfalz, il-Lussemburgu, Nancy), Katowice, Savoie-Aosta, eċċ. F’Hamburg huwa ppjanat li jissaħħu r-rabtiet mar-reġjun Öresund permezz ta’ konnettività aħjar. Għal eżempji interessanti ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp nistgħu nħarsu lejn ir-relazzjonijiet bejn Kaliningrad fir-Russja u ż-żona metropolitana ta’ Gdańsk.
5.7 Stati Membri iżgħar, bħalma hi s-Slovenja, jistgħu japprofitaw minn inizjattivi transkonfinali definiti sew. Mill-2007, dawn l-inizjattivi transkonfinali l-ġodda huma stimulati mill-istrument legali tar-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT).
5.8 Il-KESE jirrakkomanda li l-użu tar-REKT ma jkunx limitat għar-reġjuni transkonfinali tal-viċinat. Dawk ir-reġjuni metropolitani Ewropej li beħsiebhom jibnu Ewropa aktar kompetittiva meta mqabbla ma’ pajjiżi terzi (iċ-Ċina) għandhom jitħeġġu joħolqu kooperazzjoni intensifikata tul katini ta’ valur, akkumpanjata minn suprastruttura ta’ kooperazzjoni tradizzjonali fil-qasam tal-kultura, l-edukazzjoni, il-kooperazzjoni amministrattiva, eċċ. sabiex il-kooperazzjoni ekonomika tkun anqas esposta għall-kriżijiet. Eżempju tajjeb jista’ jkun REKT għall-Hamburg-Toulouse, it-tnejn speċjalizzati fl-industrija tal-inġenji tal-ajru.
5.8.1 Il-KESE jirrakkomanda li l-kwistjonijiet li jiltaqgħu magħhom ir-rappreżentanti ta’ REKT eżistenti u potenzjali u l-awtoritajiet ta’ notifika, kif imsemmi fir-Rapport ta’ Monitoraġġ tar-REKT 2010, jiġu indirizzati fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-REKT 2011.
5.9 L-UE teħtieġ analiżi fil-fond tal-iżviluppi metropolitani fiċ-ċirkostanzi soċjoekonomiċi preżenti. Din l-analiżi tirrikjedi mappa Ewropea ġeografika, ekonomika, soċjali u teknoloġika aġġornata. L-ESPON jista’ jkun ta’ appoġġ kbir f’dan il-qasam. Ir-rwol tal-Eurostat biex iressaq data ta’ min joqgħod fuqha jibqa’ indispensabbli. Barra minn hekk, l-Awditjar Urban u Urbact għandhom jintużaw b’mod aħajr sabiex jiġi żgurat it-tixrid tar-riżultati mir-riċerka u l-esperjenza prattika.
5.10 Il-KESE jemmen li għandu jitwaqqaf Grupp ta’ Livell Għoli jew Task Force dwar l-iżvilupp metropolitan fuq il-bażi tal-Istrateġija Ewropa 2020 flimkien mal-Grupp ta’ Interservizzi diġà eżistenti dwar l-Iżvilupp Urban. Dan il-Grupp ta’ Livell Għoli għandu jkun interdixxiplinari u jħaddan diversi rappreżentanti mill-Istati Membri, iż-żoni metropolitani, il-partijiet interessati privati u pubbliċi u s-soċjetà ċivili.
5.11 L-objettiv tat-Task Force għandu jkun li jiżviluppa viżjoni fit-tul dwar Ewropa metropolitana, inklużi ż-żoni metropolitani transkonfinali kif huwa previst ukoll fl-Inizjattiva ta’ Programmar Konġunt għal Ewropa Urbana, b’perspettiva fit-tul għal Ewropa 2050.
5.12 Jekk tibni fuq elementi ta’ żvilupp metropolitan bħal dawk imsemmija fil-punt 4.2, pjattaforma Ewropea tista’ taħdem bħala katalist minħabba l-kunsiderazzjoni li ġejjin:
— |
biex tiddefinixxi denominaturi komuni bejn l-iżviluppi metropolitani minkejja d-diversità wiesgħa bejn iż-żoni metropolitani, u biex tippromovi l-aħjar prattiki; |
— |
biex tapplika l-Istrateġija Ewropa 2020, l-approċċ olistiku tagħha u l-enfasi tagħha biex tinvolvi kemm jista’ jkun partijiet interessati biex jinkisbu l-objettivi tal-UE dwar tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fiż-żoni metropolitani; |
— |
biex tiddiskuti sfidi u żvilupp sinifikanti ta’ tmexxija u ġestjoni u l-iżvilupp; |
— |
biex tagħmel użu mill-benefiċċji tal-qsim ta’ għarfien bejn l-awtoritajiet tar-riċerka u dawk pubbliċi; |
— |
biex tiddefinixxi tweġibiet razzjonali tul perjodu twil ta’ tnaqqis finanzjarju li jirrikjedi użu aktar effiċjenti ta’ riżorsi disponibbli; |
— |
biex issolvi t-trijangolu edukazzjoni-riċerka-innovazzjoni li huwa l-ixprun tal-metropolizzazzjoni madwar l-Ewropa; |
— |
biex tiddiskuti u tniedi proġetti pilota intelliġenti, fi ħdan il-kunċett tal-belt sostenibbli tal-futur, li jikkonċernaw il-belt abitabbli, il-belt konnessa, il-belt intraprenditorjali, u l-belt pijuniera; |
— |
biex tkejjel l-impatt tal-aġenda Ewropea dwar it-tibdil fil-klima għall-bliet (enerġija, trasport, bini) u biex tifformula approċċi mixtieqa; |
— |
biex tgħin fl-eliminazzjoni tal-polarizzazzjoni bejn iż-żoni rurali u l-bliet; |
— |
biex tipprovdi valur miżjud għad-diskussjonijiet nazzjonali li dejjem qed jintensifikaw dwar l-iżviluppi metropolitani u biex toħloq opportunitajiet għal reġjuni aktar reżiljenti. |
— |
biex tidentifika s-sinifikat taż-żoni metropolitani bħala reġjuni funzjonali f’kuntest (dinji) usa’. |
5.13 Sal-lum, għadhom limitati l-iskambji strutturali tal-esperjenzi u tal-lezzjonijiet li wieħed jista’ jitgħallem. Task Force tal-UE jista’ jkollha rwol stimulanti ħafna u tista’ xxerred ukoll l-aħjar prattiki u esperjenzi prattiċi. Dawn jistgħu jkunu ta’ għajnuna fil-formulazzjoni tal-politiki Ewropej u biex jiffukaw il-parteċipazzjoni tal-Fondi Ewropej fi proġetti fuq l-art.
5.14 Hemm bosta studji u analiżijiet dwar l-iżviluppi urbani fl-Ewropa. Qafas Ewropew għandu jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-frammentazzjoni u jsaħħaħ il-kooperazzjoni. Ċentri tar-riċerka tal-għarfien speċjalizzat u universitajiet għandhom jgħaqqdu l-isforzi tagħhom aħjar madwar l-Ewropa.
5.15 Eżempju ta’ proġett pilota Ewropew jista’ jkun li jitwaqqfu “laboratorji viventi” fittizji (komunitajiet ta’ prattika) dwar temi speċifiċi, bħalma huma l-aggruppamenti ekonomiċi, it-trijangolu tal-għarfien, l-iżvilupp sostenibbli, PPPs inklużivi, alloġġ soċjali, tmexxija fi żvilupp territorjali (sottonazzjonali) eċċ. Kull “laboratorju” huwa kkoordinat minn żona metropolitana waħda u jikkonsisti f’varjeta ta’ partijiet interessati pubbliċi u privati.
5.16 Ikun hemm ukoll lok għal inizjattivi mmexxija mid-domanda fejn iż-żoni metropolitani jippreżentaw ċerti sfidi u problemi fil-livell tal-UE. Għandhom jinsabu, imbagħad, modi u mezzi madwar l-Ewropa biex jgħinu ħalli dawn jiġu ffaċċati b’mod adatt. Aktar tard, jistgħu jinġabru rakkomandazzjonijiet ta’ politika, esperjenzi kif ukoll ħarsa ġenerali tal-prattiki tajbin u ħżiena.
5.17 Inizjattivi possibbli oħra huma: sistema Ewropea ta’ tagħlim għall-bliet u ż-żoni metropolitani li tiżgura data ta’ min joqgħod fuqha dwar proġetti futuri li diġà twettqu bnadi oħra; konferenza annwali dwar il-qagħda tal-iżviluppi metropolitani; u l-aktar importanti, lezzjonijiet li wieħed jista’ jitgħallem minn esperjenzi urbani għat-twettiq tas-Suq Uniku.
5.18 Skont il-KESE, fl-iżvilupp ta’ metodi interattivi u governanza reali f’diversi livelli funzjonali, u l-involviment tal-bliet u ż-żoni metropolitani fl-integrazzjoni Ewropea, ser jinfetħu toroq totalment ġodda ta’ potenzjal mistur, u probabbilment ser ikun hemm attitudni ta’ moħħ miftuħ.
6. L-Istrateġija Ewropa 2020: bażi solida għal Aġenda Urbana tal-UE
6.1 Skont il-KESE, l-Istrateġija Ewropa 2020 tipprovdi għodod utli għall-iżvilupp ta’ potenzjalitajiet u attitudnijiet ta’ moħħ miftuħ. Fokus adatt fl-iżviluppi metropolitani ser joħloq kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi aħjar kif ukoll esponiment nazzjonali u internazzjonali miżjud.
6.2 Il-KESE huwa tal-istess fehma tal-Kummissarju Hahn li jirrikonoxxi l-bliet u ż-żoni metropolitani bħala atturi kruċjali fl-Istrateġija Ewropa 2020 billi, matul il-laqgħa ministerjali informali dwar l-iżvilupp urban li saret f’Toledo (Ġunju 2010), stqarr li “biex jiffaċċjaw l-isfidi tal-globalizzazzjoni mgħaġġla u l-bidliet strutturali rapidi, il-bliet huma minn ta’ quddiem fit-twettiq tal-innovazzjoni u fit-tmexxija tal-progress ekonomiku”.
6.3 Fl-opinjoni tiegħu tal-2008, il-KESE ppromova aġenda għaż-żoni metropolitani fuq il-bażi tal-Istrateġija ta’ Lisbona (10). B’mod partikolari, l-ipprogrammar olistiku tal-Istrateġija Ewropa 2020, li jżid dimensjonijiet ġodda għall-Istrateġija ta’ Lisbona, jipprovdi opportunitajiet speċjali għaż-żoni metropolitani kif ukoll jipprovdi għat-titjib tal-governanza f’diversi livelli li ilha snin punt dgħajjef ħafna.
6.4 Il-linji ta’ komunikazzjoni taż-żoni metropolitani huma iqsar minn dawk fil-livell nazzjonali. Il-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjoni u l-ippjanar huma, bħala regola, iktar faċli biex jitwettqu. L-awtoritajiet u partijiet interessati oħra – l-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-livelli kollha tat-tagħlim, id-disinjaturi urbani, dawk responsabbli mill-ippjanar tal-bini, u l-investituri privati – normalment jaġixxu b’aktar determinazzjoni. Eżempji ta’ suċċess juru li d-determinazzjoni, il-kuxjenza komuni, kif ukoll il-kburija huma forzi mexxejja speċjali għall-progress fiż-żoni metropolitani.
6.5 Kulma jmur qed jiżdied in-numru ta’ pjani direzzjonali bi skop, ispirati minn eżempji ta’ suċċess. Fil-maġġoranza tal-każijiet, dawn kellhom il-benefiċċju ta’ kunsilliera viżjonarji u viżjoni komuni fost ħafna. Xi eżempji huma Bilbao bis-subborgi tagħha, Copenhagen-Malmö, Vjenna, u Birmingham.
6.6 Aġenda Urbana tkun ta’ benefiċċju reċiproku: l-Istrateġija Ewropa 2020 tista’ tipprovdi struttura ta’ għajnuna għal din l-aġenda filwaqt li żoni metropolitani ta’ suċċess ikunu ta’ benefiċċju għat-twettiq tal-Istrateġija Ewropa 2020 (11). L-elementi kostitwenti huma li ġejjin:
6.6.1 L-Istrateġija Ewropa 2020 tinvolvi l-ħtieġa għal koordinazzjoni aktar effettiva fi ħdan il-Kummissjoni b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kunsill. It-tfassil tal-politika u l-programmi tal-UE għandhom jiġu armonizzati. Il-KESE jippromovi l-aggruppament tal-proġetti fi ħdan il-Kummissjoni. Effett sekondarju importanti jkun viżibbiltà akbar tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni u koordinazzjoni (Ewropea).
6.6.2 Approċċ ġenerali definit sew għandu jgħin biex jikkumpensa għall-obbligu ta’ tfaddil finanzjarju li fil-klima attwali ta’ tnaqqis ekonomiku laqgħat il-bliet fl-Istati Membri kollha.
6.6.3 S’issa l-prinċipju tas-sussidjarjetà fixkel it-twettiq ta’ Aġenda Urbana. Fil-fehma tal-KESE, l-Istrateġija Ewropa 2020 teħtieġ koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Istati Membri, b’approċċ aktar flessibbli għas-sussidjarjetà, b’distinzjoni anqas ċara bejn il-kompetenzi tal-UE u dawk nazzjonali.
6.6.4 Huwa kruċjali li din il-flessibbiltà twitti t-triq sabiex l-awtoritajiet reġjonali, metropolitani u lokali jsiru atturi responsabbli fil-qafas tal-UE. Għal snin sħaħ, il-governanza f’diversi livelli ġiet diskussa b’mod estiż mingħajr ma nkiseb effett tanġibbli. Wasal iż-żmien li ngħaddu mill-kliem għal governanza f’diversi livelli u li nżidu l-impenji interattivi operattivi bejn l-atturi pubbliċi u privati kif ukoll is-soċjetà ċivili.
6.6.5 Aġenda Urbana tal-Ewropa 2020 teħtieġ ukoll monitoraġġ miżjud tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma direttament relatati mal-bliet u ż-żoni metropolitani. Dan ifisser li l-bliet u ż-żoni metropolitani, inklużi l-partijiet interessati u s-soċjetà ċivli, iridu jiġu aċċettati bħala koatturi fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-programmi tal-UE.
6.6.6 Bl-istess mod, l-Istrateġija Ewropa 2020 tirrakkomanda konnessjoni aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri individwali. F’dan il-qasam jistgħu jiġu identifikati żewġ oqsma importanti.
— |
l-Istati Membri suppost iħarsu aktar mill-qrib lejn il-prattiki u l-kisbiet ta’ xulxin; |
— |
konnessjoni aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri tkun ta’ benefiċċju għar-reġjuni konfinali u l-potenzjalitajiet tagħhom bħala żoni metropolitani. Impenji bilaterali u trilaterali tal-gvernijiet nazzjonali jkunu ta’ għajnuna kbira għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali. |
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) ĠU C 319/05, 13.12.2008, p. 13.
(2) Dawn id-dikjarazzjonijiet ġew adottati matul il-Presidenza Franċiża u Spanjola f’Marsilja fl-2008 u f’Toledo fl-2009.
(3) Ara l-Konklużjonijiet tal-Presidenza Ungeriża u l-Aġenda Territorjali għall-Unjoni Ewropea 2020, mifthiema fil-Laqgħa Ministerjali Informali, f’Gödöllö fid-19 ta’ Mejju 2011.
(4) L-opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE: Iż-żoni metropolitani Ewropej: implikazzjonijiet soċjoekonomiċi għall-futur tal-Ewropa (European Metropolitan Areas: socio-economic implications for Europe’s future) – ĠU C 302/20, 7.12.2004, p. 101. Fl-2007, ġiet indirizzata sensiela ta’ kwistjonijiet speċifiċi fl-opinjoni fuq inizjattiva proprja ta’ segwitu tal-KESE: Iż-żoni metropolitani Ewropej: implikazzjonijiet soċjoekonomiċi għall-futur tal-Ewropa, ĠU C 168/20, 20.07.2007, p. 10.
(5) Opinjoni esploratorja tal-KESE, Lejn żvilupp bilanċjat tal-ambjent urban: sfidi u opportunitajiet, relatur is-Sur van Iersel, ĠU C 77/27, 31.3.2009, p. 123.
(6) Ix-xogħolijiet ta’ Richard Florida “Cities and the creative class”, Charles Landry “The Creative City”, u Edward Glaeser “Triumph of the City” huma famużi sew.
(7) Ara l-Artikolu 3.3 tat-TUE.
(8) Ara l-Artikoli 170 – 172 tat-TFUE
(9) Ara l-Artikolu 5.3 tat-TUE.
(10) Ara nota 5 f’qiegħ il-paġna.
(11) Xi kummenti interessanti f’dan ir-rigward jinsabu fir-Rapport dwar Aġenda Urbana Ewropea u l-futur tagħha fil-Politika ta’ Koeżjoni, il-Parlament Ewropew A7-0218/2011, relatur Oldřich Vlasák, adottata f’Ġunju 2011.
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/15 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “LEADER bħala għodda għall-iżvilupp lokali” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2011/C 376/03
Relatur: is-Sur HAKEN
Nhar l-20 ta’ Jannar 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, iddeċieda li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
LEADER bħala għodda għall-iżvilupp lokali
(opinjoni fuq inizjattiva proprja).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Settembru 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fl-20 u l-21 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’151 vot favur u 15-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Matul l-aħħar għoxrin sena, il-metodu LEADER ta prova li huwa vijabbli. Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li l-approċċ LEADER jikber bħala strument effikaċi għall-iżvilupp filwaqt li jinżammu l-prinċipji essenzjali tiegħu, li huma l-parteċipazzjoni diretta tas-soċjetà ċivili permezz tar-rappreżentanti tagħha fi ħdan is-sħubija lokali u d-djalogu kontinwu mal-popolazzjoni lokali dwar il-prijoritajiet għall-iżvilupp fil-ġejjieni.
1.2 Fir-rigward tal-programmi operattivi għall-perjodu wara l-2013, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat it-tisħiħ sostanzjali tal-approċċi msejsa fuq is-sħubija (b’mod partikolari s-sħubijiet lokali u reġjonali intersettorjali fiż-żoni rurali kif ukoll, b’mod separat, fiż-żoni urbani), filwaqt li titwettaq l-armonizzazzjoni indispensabbli tal-proċessi u li jiġi żgurat li l-proġetti tagħhom jilħqu livell għoli ta’ valur miżjud, siwi u effikaċja. Is-sħubijiet għandhom dejjem ikunu bbażati fuq approċċ minn isfel għal fuq.
1.3 Il-Kumitat jirrakkomanda li jintuża l-approċċ LEADER u li dan l-approċċ jiġi estiż, fil-forma ta’ sħubijiet minn isfel għal fuq, għall-finanzjament minn fondi oħra tal-UE għaż-żoni rurali. Il-Kumitat jirrakkomanda speċifikament li dan l-istess approċċ, iżda b’isem ieħor, jintuża wkoll fil-bliet sabiex jiġu implimentati l-istrateġiji u l-investimenti relatati mal-iżvilupp. Is-sħubijiet jistgħu jgħinu biex jiġu konnessi l-attivitajiet tal-awtoritajiet lokali, tal-intrapriżi, tal-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u taċ-ċittadini ta’ lokalità partikolari, abbażi tal-prinċipji tas-sostenibbiltà. Madankollu, dan ifisser li jkollu jiġi abbandunat l-“approċċ settorjali” attwali bejn il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fondi Strutturali u li tiġi limitata t-tendenza li jkun hemm separazzjoni stretta bejn il-fondi, filwaqt li jiġu adottati regolamentazzjonijiet simili sabiex id-diversi fondi jkunu jistgħu jintużaw fil-qafas ta’ sistema ta’ kontroll u ta’ indikaturi komuni.
1.4 Għall-perjodu ta’ wara l-2013, il-Kumitat jipproponi:
a) |
approċċ komprensiv għall-iżvilupp lokali fir-reġjuni rurali, li jgħaqqad ir-riżorsi minn fondi differenti f’baġit wieħed u li jkun ibbażat fuq il-possibbiltà li jintużaw il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Ewropew għas-Sajd, il-Fond Soċjali Ewropew u fondi oħrajn, bi proċedura semplifikata u mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv; |
b) |
li tiġi diskussa u approvata definizzjoni uniformi taż-żoni rurali, u li tintalab l-applikazzjoni ta’ approċċ integrat fit-tfassil tal-istrateġija għall-iżvilupp lokali; |
c) |
li l-approċċ LEADER jintuża bħala mudell adatt sabiex jinħolqu u jitħaddmu sħubijiet minn isfel għal fuq; |
d) |
li f’kull fond jiġu previsti l-possibbiltajiet ta’ finanzjament għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrateġija integrata għall-iżvilupp bl-użu tal-kapaċitajiet u l-kompetenzi tas-sħubijiet lokali; |
e) |
li jiġu definiti b’mod ċar u bir-reqqa l-kunflitti ta’ interess tal-membri tal-gruppi ta’ azzjoni lokali, u b’hekk tiġi indirizzata parti kbira mill-kritika rigward l-implimentazzjoni ta’ LEADER. L-għan ta’ dan hu li tiżdied it-trasparenza u li jissaħħu l-kontroll pubbliku u l-informazzjoni taċ-ċittadini, kif ukoll li tiġi żviluppata l-informazzjoni dwar x’inhuma fil-verità l-gruppi ta’ azzjoni lokali, dwar l-attivitajiet tagħhom u dwar ir-riżultati konkreti tagħhom fil-muniċipalitajiet differenti, eċċ. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ konferenzi, seminars, pubblikazzjonijiet, kampanji fil-mezzi tax-xandir lokali (radju, televiżjoni, stampa, eċċ.). |
1.5 Kunċett ewlieni fir-rapport Barca (1) huwa dak tal-“iżvilupp ibbażat fuq il-post”, li għandu jippromovi approċċ lokali jew reġjonali integrat biex jiġu solvuti l-problemi. Din l-istrateġija bbażata fuq il-post għandha l-għan li tikkumbatti n-nuqqas persistenti li jintuża bis-sħiħ il-potenzjal lokali. Għalhekk, hija konformi għalkollox mal-ispirtu u l-objettivi tal-approċċ LEADER, li huwa approċċ minn isfel għal fuq imsejjes fuq in-natura speċifika tal-problemi lokali, fejn il-partijiet interessati lokali jingħaqdu flimkien sabiex jagħmlu użu aktar effettiv mill-potenzjal intrinsiku tar-reġjun tagħhom. Matul id-diskussjonijiet dwar din il-kwistjoni sikwit jintqal li t-Trattat ta’ Lisbona ta ħajja ġdida lill-kunċett tas-sussidjarjetà bit-tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.
1.6 Il-Kumitat jirrakkomanda li jitnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv, speċjalment għall-proġetti ż-żgħar (pereżempju billi jitnaqqsu d-dokumenti u r-rapporti li jridu jitressqu) u li l-approċċ LEADER jiġi inkluż fil-proċess ta’ semplifikazzjoni biex b’hekk tkun tista’ tittieħed azzjoni b’mod aktar flessibbli u jkunu jistgħu jitnedew l-innovazzjonijiet fir-reġjuni. Rigward il-proġetti, il-Kumitat jirrakkomanda li tiġi implimentata fuq skala akbar sistema ta’ finanzjament Ewropew minn qabel jew ta’ finanzjament kontinwu. Dan isaħħaħ b’mod sostanzjali l-kapaċità ta’ assorbiment fit-territorju mingħajr ma jhedded il-finanzi tal-korpi ż-żgħar li huma l-awturi, il-benefiċjarji finali u b’hekk ukoll il-maniġers tal-proġetti. Fl-istess ħin, il-Kumitat jissuġġerixxi li tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li l-kofinanzjament nazzjonali jiġi sostitwit b’kontributi mhux finanzjarji (in natura), bħall-volontarjat.
1.7 Fil-każijiet fejn qed jiżdied il-volum ta’ riżorsi, fejn qed jintużaw diversi fondi fl-istess waqt u fejn qed jibda jintuża l-approċċ fiż-żoni urbani, il-Kumitat jirrakkomanda li l-approċċ LEADER jerġa’ jibda jitqies bħala laboratorju li jinvolvi “proċess ta’ tagħlim”, filwaqt li tintuża l-esperjenza miksuba matul l-aħħar għoxrin sena meta l-approċċ u l-inizjattivi Komunitarji bdew jiġu implimentati fiż-żoni rurali, esperjenza li bla dubju ta’ xejn hija pożittiva. Il-Kumitat jirrakkomanda aktar flessibbiltà fl-użu ta’ dan il-proċess innovattiv. B’hekk ir-reġjuni jkunu jistgħu jiżviluppaw aktar malajr.
2. Introduzzjoni
2.1 L-approċċ LEADER u l-oriġini tiegħu – storja, impatt
2.1.1 L-approċċ LEADER, inizjattiva Komunitarja mnedija fl-1991, ġie żviluppat mill-Kummissjoni f’diversi fażijiet matul perjodu twil ta’ żmien. LEADER I kien “esperiment”, LEADER II “laboratorju”, u mbagħad LEADER+, sal-2006, laħaq il-“maturità”. Bejn l-2004 u l-2006, l-approċċ ġie implimentat b’mod sperimentali fl-Istati Membri l-ġodda. Minn meta beda l-perjodu ta’ programmazzjoni attwali fl-2007, LEADER beda jagħmel parti mill-erba’ assijiet tat-tieni pilastru tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) bħala strument prinċipali ta’ din il-politika. Bħalissa, LEADER huwa ffinanzjat mill-FAEŻR bħala parti mill-programmi tal-iżvilupp rurali tal-Istati Membri u kkofinanzjat mill-Istati Membri abbażi tal-prinċipju tal-ġestjoni konġunta bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri. Mill-1991 ’l hawn ġew iddedikati EUR 9,75 biljun għall-inizjattivi Komunitarji differenti LEADER u għall-Assi IV attwali tal-FAEŻR. Illum il-ġurnata, fl-UE joperaw aktar minn 2 200 grupp ta’ azzjoni lokali. Matul l-aħħar 20 sena, il-finanzjament tal-UE għal LEADER għen biex jiġi stabbilit netwerk uniku ta’ atturi lokali fis-27 Stat Membru tal-UE.
2.1.2 B’hekk inħoloq approċċ ta’ sħubija u kooperazzjoni uniku u innovattiv. Dan il-metodu jippermetti l-finanzjament trasparenti tal-proġetti, anke fl-aktar reġjuni mbiegħda tal-UE-27, liema reġjuni jiksbu wkoll aċċess għall-finanzjamenti Ewropej.
2.2 Il-qagħda attwali fl-UE – il-gruppi ta’ azzjoni lokali
2.2.1 Bħala strument ta’ finanzjament u approċċ, fiż-żoni rurali LEADER huwa popolari mhux biss fost il-membri tal-gruppi ta’ azzjoni lokali, iżda fuq kollox f’għajnejn il-muniċipalitajiet u l-korpi l-oħrajn li joperaw fl-istess żoni. Fis-27 Stat Membru tal-UE nħolqu gruppi ta’ azzjoni lokali, filwaqt li l-gruppi fil-Bulgarija u r-Rumanija daqt jibdew joperaw. LEADER jaqdi rwol essenzjali fil-kuntest tal-istrateġiji ta’ qabel l-adeżjoni tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għall-adeżjoni fl-UE.
2.2.2 Fl-UE-27, s’issa ngħażlu total ta’ 2 192 grupp ta’ azzjoni lokali b’baġit totali mill-FAEŻR ta’ madwar EUR 5,5 biljun għall-perjodu mill-2007 sal-2013.
2.2.3 LEADER qed jappoġġja l-Assi IV tal-FAEŻR matul il-perjodu 2007-2013. L-infiq totali, inkluż il-kofinanzjament mill-Istati Membri u mis-settur privat, jammonta għal EUR 13,9 biljun mill-fondi pubbliċi u EUR 5 biljun mill-finanzjamenti privati.
2.2.4 Fl-Istati Membri l-ġodda, LEADER jintuża aktar milli fl-UE-15. F’ċerti Stati Membri, il-gruppi ta’ azzjoni lokali jkopru kważi l-pajjiż kollu u huma strument effikaċi għall-implimentazzjoni tal-politika dwar iż-żoni rurali u l-bliet rurali ż-żgħar. Din hi struttura li tikkomplementa b’mod xieraq lill-awtoritajiet pubbliċi lokali.
2.2.5 Bis-saħħa tal-gruppi ta’ azzjoni lokali nħolqot kapaċità amministrattiva li hi kapaċi tqassam il-finanzjamenti tal-UE fil-livell lokali b’mod trasparenti.
2.2.6 Fil-kuntest attwali tal-kriżi ekonomika, dawn il-korpi intermedji lokali u flessibbli jistgħu jikkontribwixxu b’mod effikaċi għat-titjib tal-impjieg fil-livell lokali.
2.3 L-evalwazzjoni ta’ LEADER+
2.3.1 L-implimentazzjoni tal-inizjattiva Komunitarja LEADER+ ġiet eżaminata mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Il-Qorti ressqet sitt rakkomandazzjonijiet essenzjali quddiem il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jiġbru fil-qosor il-punti dgħajfa tal-approċċ LEADER+. Il-Kummissjoni wieġbet għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet u l-kummenti tal-Qorti ser jistqiesu matul iż-żmien li baqa’ mill-perjodu attwali u għad-disinn ta’ LEADER fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.
2.3.2 Fl-inizjattiva Komunitarja LEADER+ ipparteċipaw 893 grupp ta’ azzjoni lokali mill-UE-15, u 250 wieħed minn sitt Stati Membri ġodda bdew jimplimentaw miżuri tat-tip LEADER fl-2004. B’kollox, dan l-inizjattiva Komunitarja ġiet allokata EUR 2,1 biljun.
2.3.3 Bis-saħħa tal-metodu LEADER, ir-reġjuni rurali setgħu jibdew jistabbilixxu sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat. Il-metodu LEADER tejjeb b’mod sinifikanti l-kapaċità ta’ assorbiment tal-fondi Ewropej.
2.3.4 Fil-perjodu attwali, LEADER+ wassal għal żieda fin-numru ta’ gruppi ta’ azzjoni lokali, li issa huwa ta’ aktar minn 2 200.
2.3.5 Minkejja l-kritika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-implimentazzjoni tal-approċċ LEADER qed tagħti riżultati konkreti u qed tqis bis-sħiħ il-politika tal-Unjoni Ewropea għaliex hija effikaċi, toħloq żvilupp pożittiv, u hija mmirata, vasta u trasparenti. Għaldaqstant, l-użu tal-approċċ LEADER fil-politika Ewropea tal-iżvilupp rurali u fil-programmi tal-iżvilupp rurali tal-Istati Membri huwa kompletament leġittimu u għandu jiġi appoġġjat aktar, mhux biss fil-kuntest tal-PAK. LEADER jinkoraġixxi l-ħolqien ta’ sħubijiet lokali intersettorjali u jopera bħala strument ta’ finanzjament lokali abbażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà sabiex jappoġġja l-proġetti li joħolqu żvilupp konformi max-xewqat tal-popolazzjonijiet lokali filwaqt li jittejjeb il-livell tal-għajxien fiż-żoni rurali.
2.3.6 Din l-opinjoni għandha tqajjem aktar interess fl-approċċ LEADER u tiffaċilita l-użu sistematiku tal-gruppi ta’ azzjoni lokali fil-qafas ta’ strumenti ta’ finanzjament oħrajn ’il barra mill-kuntest tal-iżvilupp rurali. Barra minn hekk, għandha tgħin biex tiġġustifika l-ħtieġa li għall-inqas jinżamm il-livell ta’ finanzjament allokat lil LEADER mill-baġit ġenerali tal-PAK u b’hekk LEADER iżomm rwol prominenti fi ħdan il-PAK.
2.3.7 Il-metodu LEADER jista’ jintuża wkoll fil-programmi rilevanti ta’ fondi oħra tal-UE. Fiż-żoni rurali, dan il-metodu saħħaħ ukoll il-koeżjoni tal-komunitajiet rurali.
3. Rakkomandazzjonijiet għaż-żoni rurali
3.1 Il-metodu LEADER huwa kapaċi jaċċellera l-iżvilupp fl-agglomerazzjonijiet rurali. Dan il-metodu rriżulta tant effikaċi li għandu jiġi estiż kemm jista’ jkun għaż-żoni rurali kollha tal-UE. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-metodu LEADER jinżamm fil-PAK u li dan l-approċċ jippermetti wkoll li jintużaw il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni u tas-settur ambjentali. B’hekk ikun possibbli li jintuża approċċ komprensiv għall-iżvilupp rurali u li tittieħed azzjoni aktar effikaċi rigward l-iżvilupp sostenibbli integrat taż-żoni rurali. Dan isaħħaħ ukoll ir-relazzjonijiet u l-interazzjoni bejn il-bliet u ż-żoni rurali (2). Fil-qafas tal-FAEŻR, il-metodu LEADER (Liaisons Entre Actions de Développement de l’Économie Rurale – Rabtiet bejn l-Azzjonijiet għall-Iżvilupp tal-Ekonomija Rurali) joħloq rabta siewja bejn iż-żoni rurali u dawk urbani. Rigward dawn tal-aħħar, jeħtieġ li l-prinċipju ta’ dan l-approċċ jinbidel u jiġi separat minn LEADER, pereżempju billi jiddaħħal programm bl-isem “l-ekonomija urbana għall-Iżvilupp tal-Bliet” – LEADEV (Liaisons Entre Actions de Développement de l'Économie des Villes – Rabtiet bejn l-Azzjonijiet għall-Iżvilupp tal-Ekonomija tal-Bliet).
3.2 Il-Kumitat jipproponi li l-approċċ LEADER jintuża għall-allokazzjoni ta’ aktar finanzjamenti, u mhux biss dawk li ser ikunu parti mill-programmi futuri tal-iżvilupp rurali. L-approċċ qed jintuża wkoll fil-qafas tal-Fond Ewropew għas-Sajd. Barra minn hekk, il-Kumitat jipproponi li jkun possibbli li l-programmi operattivi kollha li huma implimentati fiż-żoni rurali u li jista’ jkollhom xi benefiċjarji f’dawn iż-żoni (muniċipalitajiet żgħar, skejjel fiż-żoni rurali, mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, korpi agrikoli, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, eċċ.) jkunu jistgħu jiġu inklużi fil-programm rispettiv permezz tal-approċċ LEADER implimentat fil-qafas tal-FAEŻR, u li bejn 5 % u 25 % tar-riżorsi jiġu allokati għal dan il-għan. B’hekk jiġi żgurat li parti mill-proġetti integrati u innovattivi jitwettqu permezz tal-isforz koordinat tal-komunità fiż-żona rurali.
3.3 Il-Kumitat jissuġġerixxi li l-metodu LEADER jitqies bħala approċċ minn isfel għal fuq (bottom-up) innovattiv, u għalhekk il-limitazzjonijiet tiegħu b’rabta mal-proċeduri amministrattivi u mat-temi għandhom ikunu kemm jista’ jkun mill-inqas. Fil-livell lokali, huma n-nies li l-aktar jafu x’inhuma l-bżonnijiet tagħhom: dan huwa prinċipju fundamentali tas-sussidjarjetà. Il-Kumitat jissuġġerixxi li fis-sħubijiet għandu jintuża l-prinċipju tal-kontroll pubbliku abbażi tal-inizjattiva tal-popolazzjoni lokali.
3.4 Il-valur miżjud kbir tal-gruppi ta’ azzjoni lokali u tas-sħubijiet huwa marbut mas-sensibilizzazzjoni u l-involviment tal-popolazzjoni lokali u mal-promozzjoni tal-interazzjoni. Dan l-aspett pożittiv mhux qed jiġi apprezzat biżżejjed fl-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva Komunitarja LEADER+ u, għalhekk, il-Kumitat jipproponi li ssir enfasi akbar fuq l-importanza tal-ħidma li wettqu l-membri tal-gruppi ta’ azzjoni lokali f’żona partikolari. Dan jiżgura l-użu ta’ approċċ miftuħ fit-tfassil ta’ strateġija għall-iżvilupp lokali, u jiżgura wkoll il-koordinazzjoni fil-livell lokali u l-parteċipazzjoni ta’ dawk kollha li għandhom interess fl-iżvilupp sostenibbli u varjat li jiggarantixxi kwalità tal-ħajja aħjar. Barra minn hekk, il-Kumitat jirrakkomanda li s-sħubijiet volontarji bejn il-munċipalitajiet ikunu jistgħu jingħaqdu mal-gruppi ta’ azzjoni lokali u jressqu l-ideat tagħhom għall-proġetti. Madankollu, huwa ċar li LEADER mhux ser ikun jista’ jikkumpensa n-nuqqas ta’ riżorsi baġitarji fil-muniċipalitajiet u jiffinanzja fil-livell lokali s-servizzi ta’ interess ġenerali fl-Istati Membri differenti tal-UE.
3.5 Il-kooperazzjoni interterritorjali u transnazzjonali bejn il-gruppi ta’ azzjoni lokali hija importanti immens fl-applikazzjoni tal-approċċ LEADER. Matul l-aħħar għoxrin sena, dan il-metodu ħalla ħafna ġid matul l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni u s-sħubijiet interreġjonali (bejn diversi gruppi ta’ azzjoni lokali) u internazzjonali, iżda dan ma ġiex rikonoxxut kif jistħoqqlu. F’UE fejn l-Istati Membri kultant joffru livelli tal-għajxien differenti ħafna u fejn iż-żoni rurali jistgħu jkunu radikalment differenti (anke fi ħdan l-istess pajjiż), din l-attività hija kruċjali jew saħansitra indispensabbli għaż-żoni rurali, fejn tista’ tinfluwenza l-iżvilupp tagħhom b’mod deċiżiv.
4. Rakkomandazzjonijiet għaż-żoni urbani
4.1 Jekk hu possibbli li jintużaw il-metodi ta’ sħubija fil-qafas tal-fondi Ewropej kollha, il-prinċipju tal-approċċ LEADER implimentat fiż-żoni rurali jista’ jiġi applikat b’mod separat ukoll fiż-żoni u d-distretti urbani sabiex jinħolqu “sħubijiet lokali”. Għall-bidu, dan jista’ jsir matul perjodu tranżitorju li mbagħad jiġi evalwat. Il-Kumitat jemmen li dan l-approċċ ta’ sħubija għandu jissemma “programm għall-iżvilupp urban” u li din il-possibbiltà tiġi inkluża fil-fondi kollha tal-iżvilupp ġestiti mid-diversi DĠ. L-integrazzjoni tar-riżorsi ser iżżid id-disponibbiltà tagħhom.
4.2 Il-Kumitat jirrakkomanda li l-prinċipju tal-metodu LEADER jintuża wkoll, b’mod separat u distint minn LEADER, fiż-żoni periurbani. F’dawn tal-aħħar, il-bliet jistgħu jikkontribwixxu għal dan il-metodu b’tali mod li d-differenza bejn l-iżvilupp fiż-żoni rurali u f’dawk urbani tonqos bil-mod il-mod.
4.3 Il-Kumitat jissuġġerixxi li l-attivitajiet tal-inizjattiva Komunitarja ta’ qabel URBAN, il-programm LIFE u oħrajn jiġu kkumbinati u integrati bl-użu tal-prinċipji tal-metodu LEADER sabiex jikber il-valur miżjud globali.
4.4 Għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġetti, huwa tajjeb ħafna li l-amministrazzjoni lokali tipparteċipa direttament fis-sħubijiet tal-agglomerazzjonijiet urbani, jew inkella li tiġi kkonsultata dwar l-attivitajiet differenti. B’hekk jiġu limitati l-kontradizzjonijiet li jista’ jkun bejn id-diversi proġetti u jinħolqu sinerġiji bejn il-proġetti ġestiti mill-amministrazzjoni lokali u s-sħubija lokali filwaqt li jinkiseb, jekk ikun il-każ, l-appoġġ tal-proġetti msieħba. L-aħjar metodu biex jinħolqu s-sinerġiji huwa li jiġu implimentati pjani integrati għall-iżvilupp ta’ bliet, żoni urbani u agglomerazzjonijiet urbani speċifiċi.
4.5 Fiż-żoni urbani, il-metodu LEADER jista’ jiġi applikat billi tinħoloq sħubija għal żona urbana sottoreġjonali partikolari, abbażi ta’ kriterji definiti minn qabel, bħalma hu l-każ bħalissa fiż-żoni rurali.
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) http://ec.europa.eu/regional_policy/policy/future/barca_en.htm.
(2) Ara http://ec.europa.eu/regional_policy/newsroom/pdf/pawel_samecki_orientation_paper.pdf (p. 10).
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/19 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-futur tal-bdiewa żgħażagħ tal-Ewropa” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2011/C 376/04
Relatur: is-Sur Pedro NARRO
Nhar l-20 ta’ Jannar 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
Il-futur tal-bdiewa żgħażagħ tal-Ewropa
(opinjoni fuq inizjattiva proprja).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-21 ta’ Ġunju 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tat-22 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'136 vot favur u 6 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Id-data statistika disponibbli turi biċ-ċar li b'mod ġenerali in-numru ta’ bdiewa żgħażagħ naqas u li hemm proċess ta’ abbandun tal-attività agrikola. Quddiem dan il-fenomenu li ma jistax jitrażżan, f'kontradizzjoni enormi mal-bżonn li tiġi ffaċċjata l-isfida alimentari, il-KESE jixtieq li l-politika favur il-bdiewa żgħażagħ issir prijorità reali tal-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali.
1.2 Il-KESE jirrikonoxxi li l-kampanja toffri possibbiltajiet ġodda li huma ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ li jgħixu fiż-żoni rurali. L-attività li sseħħ fil-kampanja qiegħda ssir dejjem aktar kumplessa, teknika u li teħtieġ aktar tħejjija. Iż-żgħażagħ għandhom il-vantaġġ li jaraw l-attività agrikola minn lat intraprenditorjali, modern u miftuħ għal teknoloġiji ġodda. Jekk jiddisponi minn strumenti u qafas leġislattiv adegwati, huwa s-settur agrikolu żagħżugħ li huwa l-aktar kapaċi li jaffronta l-isfida tas-sigurtà alimentari billi jipproduċi prodotti ta’ kwalità b'użu razzjonali tar-riżorsi naturali.
1.3 Il-problemi prinċipali li jiffaċċjaw il-bdiewa żgħażagħ għandhom l-għeruq tagħhom fid-diffikultà biex jaċċessaw l-art u l-kreditu. F'dan ir-rigward, u b'mod urġenti, għandhom jiġu promossi sistemi ġodda ta’ aċċess għall-art u jiġi garantit l-aċċess għall-kreditu permezz ta’ sistema Ewropea ta’ garanzija.
1.4 Il-KESE jipproponi l-ħolqien ta’ osservatorju Ewropew li janalizza u jivvaluta l-problemi relatari mat-twaqqif, it-trasferiment u b'mod ġenerali kwalunkwe kwistjoni relatata mal-bidla tal-ġenerazzjonijiet fil-qasam tal-agrikoltura.
1.5 L-għajnuna lill-bdiewa żgħażagħ m'għandhiex tkun limitata għas-settur tal-iżvilupp rurali. Fil-kuntest attwali tar-reviżjoni tal-PAK, ikun għaqli li fi ħdan l-ewwel pilastru tal-PAK tiġi prevista intestatura ġdida ta’ għajnuna speċifikament għaż-żgħażagħ. Fil-kuntest tat-tieni pilastru tal-PAK huwa neċessarju li l-għajnuna għat-twaqqif issir obbligatorja fl-Unjoni Ewropea kollha.
1.6 Wieħed mill-kompiti pendenti fl-Ewropa jikkonsisti f'li jiġi ffaċilitat it-trasferiment tas-sjieda liż-żgħażagħ. Il-KESE jqis li s-suċċess ta’ dawn il-politiki jiddependi fuq kollox mit-titjib tal-pensjonijiet sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jħallu l-professjoni b'dinjità.
1.7 It-taħriġ u t-teknoloġiji l-ġodda għas-servizz tal-bdiewa żgħażagħ jikkostitwixxu l-bażi għall-iżvilupp ta’ mentalità intraprenditorjali. Taħriġ teoretiku ftit li xejn aġġornat mhuwiex biżżejjed, iż-żgħażagħ jeħtieġu avviż professjonali kontinwu adattat għall-bżonnijiet reali tal-attività tagħhom. Il-KESE jipproponi li jinħoloq programm ġdid ta’ skambju għall-bdiewa żgħażagħ “Erasmus farmer” u li jiġi adattat il-programm Leonardo. Jitlob, fid-dawl tat-tixjiħ tas-settur, linji ġodda ta’ parteċipazzjoni miż-żgħażagħ fi ħdan kooperattivi u organizzazzjonijiet agrikoli. Għandhom jiġu promossi taħriġ u edukazzjoni speċjali, inklużi kampijiet tas-sajf u attivitajiet varji, għat-tfal miż-żoni rurali.
1.8 L-Unjoni Ewropea għandha responsabbiltà kbira fir-rigward tal-bdiewa żgħażagħ. Madankollu jidher indispensabbli li l-Istati Membri jużaw il-kompetenzi tagħhom biex joffru vantaġġi fiskali, jeliminaw il-burokrazija, jinvestu fl-infrastrutturi u s-servizzi pubbliċi fl-ambjent rurali, jippromovu d-distanzi qosra għat-trasport tal-ikel (low food mile system), iħeġġu d-diversifikazzjoni u, fl-aħħar, jgħinu jagħmlu miż-żoni rurali postijiet attraenti fejn wieħed jgħix u jaħdem.
2. Il-bdiewa żgħażagħ fl-Ewropa
2.1 Għaddew għaxar snin minn mindu l-KESE ħejja l-aħħar opinjoni tiegħu dwar il-bdiewa żgħażagħ (1). Sfortunatament, il-biżgħat espressi f'dik l-opinjoni saru realtà. Mhux biss in-numru ta’ bdiewa żgħażagħ kompla jonqos, iżda dawk li bilkemm jistgħu jibqgħu fis-settur qegħdin jiffaċċjaw, għaxar snin wara, xenarju b'aktar dlam milli dawl fl-aħħar tal-mina.
2.2 Fil-livell Ewropew hemm bidwi wieħed ta’ inqas minn 35 sena għal kull 9 bdiewa ta’ aktar minn 55 sena. F'xi Stati Membri bħall-Portugall, Spanja, l-Italja, ir-Renju Unit jew il-Bulgarija, il-proporzjon tal-bdiewa żgħażagħ huwa verament baxx (bidwi żagħżugħ wieħed biss għal kull 20 bidwi ta’ aktar minn 55 sena). Madankollu, pajjiżi bħall-Polonja, l-Awstrija jew il-Ġermanja juru xejra oħra, bidwi żagħżugħ wieħed għal kull 3 bdiewa ta’ aktar minn 55 sena. Dawn id-differenzi jistgħu jiġu spjegati fundamentalment permezz tal-eżistenza f'xi pajjiżi ta’ oqfsa leġislattivi favorevoli li kienu kapaċi jippromovu t-tibdil tal-ġenerazzjonijiet fl-ambjent rurali permezz ta’ inċentivi għat-trasferiment tal-ażjendi.
2.3 L-analiżi tal-istrutturi agrikoli turi, minkejja b'intensità differenti, tnaqqis sistematiku fin-numru ta’ bdiewa u proċess ta’ tixjiħ ħafna aktar superjuri għal dak ta’ setturi ekonomiċi oħra. Sa mill-2000, jidher tnaqqis ta’ 9 % tan-numru ta’ bdiewa u 45 % inqas fin-numru ta’ bdiewa żgħażagħ.
2.4 It-telf ta’ bdiewa attivi ma jistax jiġi kkompensat minn żieda fil-produttività fuq perjodu twil. F'kuntest ta’ ċaqliq kbir fil-prezzijiet tal-materja prima, il-kunċetti strateġiċi bħas-sigurtà u s-sovranità alimentari (2), li ġew diskussi f'okkażjonijiet differenti fl-opinjonijiet tal-KESE, ikopru importanza partikolari. Il-ħarsien tal-ambjent u ta’ oġġetti pubbliċi oħra huwa interess globali li ma jistax jiġi importat u għaldaqstant, ir-rwol tal-bdiewa huwa ħafna iktar minn dak ta’ attività purament ekonomika. L-Istrateġija Ewropa 2020, ibbażata fuq it-tkabbir ekoloġiku, intelliġenti u sostenibbli, tkun biss utopja mingħajr bdiewa.
2.5 M'hemmx dubju dwar in-natura strateġika tal-agrikoltura. Iżda madankollu l-proċess ta’ abbandun tal-attività agrikola jidher kontinwu u jidher li hemm bżonn urġenti li, fil-qafas tar-riforma tal-PAK, titnieda valutazzjoni profonda ta’ liema politika hija meħtieġa sabiex l-agrikoltura ssir aktar attraenti u profitabbli. Din is-sitwazzjoni hija partikolarment kritika fir-rigward tas-settur tat-trobbija tal-annimali. Jekk iż-żgħażagħ ma jistgħux jibbenefikaw minn kuntest favorevoli sabiex iwettqu l-professjoni, kull miżura speċifika u intenzjonata tajjeb rigward it-twaqqif, it-taħriġ, it-trasferiment tal-proprjetà, il-fiskalità eċċ. ser tkun inutli.
3. L-isfidi tal-bdiewa żgħażagħ fl-Ewropa
3.1 L-agrikoltura Ewropea tinsab fi proċess ta’ bidla. Għal ħafna din hija transizzjoni lejn mudell agrikolu ġdid. Il-bdiewa żgħażagħ ser ikunu responsabbli milli jiffaċċjaw l-isfidi l-ġodda u jmexxu l-attività agrikola tagħhom lejn l-objettivi stabbiliti. In-nuqqas ta’ politiki stabbli u fuq perjodu twil tant ħoloq insigurtà u instabbiltà fis-settur li dan influwenza l-ippjanar ekonomiku tal-bdiewa.
3.2 Il-bdiewa jinsabu f'sitwazzjoni paradossali. Jieħdu aktar riskji, jinvestu aktar, għandhom spejjeż ta’ produzzjoni ogħla, huma mħarrġa aktar u minkejja dan kollu, il-prezzijiet imħallsa għall-prodotti tagħhom qatt ma kienu daqshekk baxxi. Id-dibattitu dwar l-istrumenti u l-politiki destinati għall-bdiewa żgħażagħ ma jistax jaħbi l-fatt li l-attività agrikola ser tonqos fl-Ewropa jekk il-bdiewa ma jkollhomx garanzija ta’ dħul minimu u prezz ġust għall-prodotti tagħhom. Sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jgħixu mill-frott ta’ xogħolhom, il-KESE jirrakkomanda li ssir regolamentazzjoni tas-swieq agrikoli bbażata fuq it-trasparenza tas-swieq tal-prodotti agrikoli u l-organizzazzjoni tal-iskambji tal-ikel li tippermetti s-sovranità tal-ikel, bil-ħolqien ta’ reġjuni agrikoli kbar tal-produzzjoni u tal-iskambju. Billi r-regoli tad-WTO mhumiex adatti għall-agrikoltura, jeħtieġ jiġu previsti korpi ddedikati kif jirrakkomanda l-MOMAGRI (Moviment għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Agrikoltura).
3.3 L-iżbilanċi fil-katina alimentari jiskoraġġixxu b'mod sostanzjali liż-żgħażagħ milli jidħlu fl-attività agrikola. Id-differenzi kbar bejn il-ħlas li jirċievi l-bidwi u l-prezz finali mħallas mill-konsumaturi, in-nuqqas ta’ trasparenza u l-prattiki abbużivi jikkaratterizzaw il-funzjonament tal-katina alimentari (3).
3.4 L-UE tinsab imdaħħla fi proċess ambizzjuż ta’ liberalizzazzjoni kummerċjali li tikkonċerna l-baċin Meditteranju, il-Mercosur u l-Kanada, fost oħrajn. Il-bdiewa żgħażagħ jistaqsu lilhom innifishom kif jistgħu jirrikonċiljaw produzzjoni bi standards għoljin ta’ kwalità, ambjentali u soċjali mal-importazzjonijiet irħas ta’ prodotti li huma 'l bogħod mill-istandards Ewropej ta’ produzzjoni. Dan il-proċess iħeġġeġ konċentrazzjoni tal-produzzjoni fiż-żoni aktar kompetittivi u jikkundanna parti importanti ħafna tat-territorju rurali għall-abbandun (4).
3.5 Ir-riforma tal-PAK tippreżenta opportunità oħra sabiex l-appoġġ jiġi orjentat lejn il-bżonnijiet tal-bdiewa żgħażagħ u lejn il-produzzjoni tal-prodotti agrikoli. L-appoġġ liż-żgħażagħ ma jfissirx li l-anzjani jiġu marġinalizzati iżda li jinħoloq qafas koerenti ta’ għajnuna li jwassal għall-vijabbiltà tal-attività agrikola.
3.6 Tradizzjonalment, il-politika ta’ stabbiliment kienet fiċ-ċentru tal-isforzi tal-leġislatur Ewropew fir-rigward tal-bdiewa żgħażagħ. Wasal iż-żmien li jiġu adottati miżuri ġodda li jippromovu l-attività taż-żgħażagħ permezz tal-ewwel u t-tieni pilastru tal-PAK. Il-prijorizzazzjoni tal-konċessjoni tal-għajnuniet għandha tkun il-bażi tal-mudell il-ġdid.
3.7 Il-poteri pubbliċi għandhom jiġu involuti b'mod deċiżiv biex jivvalorizzaw u jippromovu l-ħidma agrikola. Minkejja l-ammont kbir ta’ regoli Ewropej dwar it-tikettar, il-kwalità u l-promozzjoni, jidher li hemm livell kbir ta’ injoranza u indifferenzi dejjem jikbru lejn xi jfisser li jiġi prodott ikel sigur u ta’ kwalità (5). Il-konsumaturi Ewropej bilkemm jonfqu 14 % tal-baġit tagħhom fuq l-ikel. Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza tal-ħidma kruċjali li jwettqu l-organizzazzjonijiet professjonali agrikoli fil-livell nazzjonali u Ewropew, li b'mod pedagoġiku, jippubbliċizzaw u jippromovu l-ħidma tal-bidwi u r-rwol strateġiku tas-settur alimentari.
3.8 Is-slogan Ewropew “mill-għalqa għall-mejda”, l-hekk imsejħa “traċċabbiltà”, għandu jiġi trasmess lill-konsumatur b'mod koerenti. L-istrateġija għal prodotti ta’ kwalità hija importanti immens għall-kompetittività tal-intrapriżi u għal saħħet il-konsumaturi; għalhekk, b'mod effettiv għandha tiġi estiża għall-prodotti importati fl-UE minn pajjiżi terzi, sabiex jiġu miġġielda u skoraġġuti l-prattiki kummerċjali inġusti.
3.9 Il-baġit dejjem huwa element fundamentali ta’ kwalunkwe strateġija, iżda l-KESE jirrikonoxxi li ħafna mill-miżuri neċessarji għall-vijabbiltà tal-attività agrikola ma jiddependux mill-fondi addizzjonali iżda mir-rieda politika li ssir bidla u minn strateġija koerenti fit-tul li tagħmel liż-żoni rurali aktar attraenti (6).
4. Oqsma ta’ azzjoni
Żvilupp Rurali – stabbiliment
4.1 Tradizzjonalment, id-dibattitu Ewropew dwar il-futur tal-bdiewa żgħażagħ u ta’ dawk li jrabbu l-annimali kien iċċentrat fuq l-analiżi tal-politika ta’ stabbiliment ta’ attività agrikola. L-istatistiċi, minkejja skarsi u parzjali, juru b'mod ċara kif fl-Ewropa, il-prijoritajiet u l-intensità tal-appoġġ għaż-żgħażagħ huma differenti ħafna. Filwaqt li pajjiżi bħal Franza jiddedikaw madwar 10 % tal-baġit tal-iżvilupp rurali għat-twaqqif taż-żgħażagħ, f'pajjiżi oħra bħall-Pajjiżi Baxxi, Malta, l-Irlanda, is-Slovakkja, eċċ, għal raġunijiet differenti m'hemmx miżuri li jippromovu t-twaqqif. Fl-UE kollha, matul il-perjodu finanzjarju 2007-2013, 3 % tal-fondi disponibbli tal-iżvilupp rurali ġew iddedikati għaż-żgħażagħ. L-età medja taż-żgħażagħ li jwaqqfu attività agrikola hija ta’ 28 sena. Il-KESE jemmen li minħabba n-natura strateġika tat-twaqqif ta’ attività agrikola għall-UE kollha, ikun opportun li din il-miżura ssir obbligatorja fil-pjani tal-iżvilupp rurali u li jeħtieġ li jiġi stabbilit perċentwali minimu obbligatorju ta’ għajnuna.
4.2 Il-KESE jemmen li l-iskema Ewropea tal-istabbiliment għandha tkun flessibbli bil-għan li ż-żgħażagħ jitħeġġu jidħlu fis-settur, prinċipalment fir-rigward tal-iskadenzi. Il-kumplessità u l-burokrazija enormi tas-sistema joħolqu ostaklu. F'ċerti każijiet, l-Istati Membri jridu jipprevedu pjani differenti ta’ twaqqif b'perjodi differenti u għalhekk b'finanzjamenti differenti. F'ħafna pajjiżi, il-fatt li trid timpenja ruħek li żżomm attività agrikola għal minn tal-inqas ħames snin jagħmilha diffiċli għaż-żgħażagħ li jieħdu d-deċiżjoni biex jidħlu fis-settur. L-għajnuniet għat-twaqqif iridu jiġu strutturati f'livelli differenti. Fil-fatt tkun idea tajba li ssir differenza bejn appoġġ għal żgħażagħ li l-attività prinċipali tagħhom hija l-biedja u għal dawk li jagħmlu dan fuq bażi part-time. Barra minn hekk, fil-qafas leġislattiv il-ġdid, l-UE trid tqis mhux biss liż-żgħażagħ li jidħlu fis-settur mill-2014 iżda wkoll lil dawk li jagħmlu dan qabel dik is-sena.
Ir-rwol taż-żgħażagħ fl-ewwel pilastru tal-PAK
4.3 Ir-riforma tal-PAK li għaddejja bħalissa għandha tagħti attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni tal-bdiewa żgħażagħ fil-qafas ta’ mudell ġdid ta’ għajnuna diretta. Fir-rigward ta’ pagamenti diretti, il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq appoġġ prijoritarju liż-żgħażagħ. Dan l-appoġġ jista' jkun ibbażat fuq perċentwali addizzjonali ta’ għajnuna lil ċerti bdiewa prijoritarji, fosthom iż-żgħażagħ. Għażla oħra tista' tkun il-ħolqien ta’ pagament speċifiku għaż-żgħażagħ. Dan il-pagament ma jkunx ibbażat fuq is-superfiċje iżda jkun immudellat abbażi ta’ kriterji bħall-impjieg, it-tip ta’ razzett jew l-investimenti li saru. Il-KESE jappoġġja d-diskussjonijiet attwali dwar il-kunċett tal-bidwi attiv bħala destinatarju tal-għajnuna u juri l-bżonn li jiġi indirizzat il-kunċett ta’ kooperazzjoni attiva.
Ir-rwol tal-bdiewa żgħażagħ fit-tieni pilastru tal-PAK
4.4 It-tieni pilastru tal-PAK, l-istess bħall-ewwel wieħed, għandu jikkontribwixxi b'mod kruċjali billi jappoġġja u jimmotiva lill-bdiewa żgħażagħ huma u jagħmlu xogħolhom.
4.4.1 Il-miżuri tat-tieni pilastru tal-PAK jistgħu u għandhom joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa li jippermettu lill-bdiewa żgħażagħ jkollhom aċċess għalihom, b'tali mod li jitqiesu l-applikanti kollha f'każ ta’ nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji.
4.4.2 Fil-qafas tat-tieni pilastru, għandhom jinħolqu l-istrutturi ta’ appoġġ meħtieġa mill-bdiewa żgħażagħ, fost oħrajn, servizz ta’ għoti ta’ pariri u servizz ta’ għajnuna għar-ranċijiet. Billi l-annimali jeħtieġu kura u ħidma kuljum minn min jieħu ħsiebhom, fl-Istati Membri għandhom jiġu adottati l-miżuri ta’ politika korrispondenti u għandhom jinħolqu organizzazzjonijiet li jiżguraw il-preżenza ta’ bidwi waqt perjodi ta’ mard u ta’ vaganzi. Is-servizz ta’ għajnuna għall-irziezet jirrappreżenta fattur essenzjali meta ż-żgħażagħ jiddeċiedu humiex ser iżommu razzett il-familja. Illum il-ġurnata ż-żgħażagħ mhumiex lesti jieħdu l-impenn tal-ġestjoni ta’ intrapriża agrikola meta jafu li tul ħajjithom kollha ser ikollhom jaħdmu 365 ġurnata fis-sena mingħajr btala. Billi f'ħafna Stati Membri m'hemm l-ebda servizz ta’ għajnuna ta’ dan it-tip, għandhom jiġu previsti miżuri obbligatorji fit-tieni pilastru tal-PAK li jagħmluha possibbli li dan is-servizz jiġi pprovdut lill-bdiewa tar-ranċijiet meta jimirdu (inkluż ukoll il-btala tal-maternità qabel u wara l-ħlas), kif ukoll ġranet leave u/jew perjodi ta’ vaganzi annwali.
Taħriġ – teknoloġiji ġodda
4.5 It-taħriġ tal-bdiewa futuri huwa wieħed mill-kundizzjonijiet bażiċi tas-suċċess tal-attività agrikola. Madankollu, filwaqt li f'xi pajjiżi t-taħriġ huwa adegwat, f'pajjiżi oħra jidher li jeżistu qabżiet differenti bejn it-taħriġ offrut mill-amministrazzjonijiet u l-bżonnijiet reali tal-bdiewa. L-organizzazzjonijiet agrikoli għandhom jitqiesu fil-proċess ta’ taħriġ taż-żgħażagħ. Dan ifisser li ż-żgħażagħ jiġu pprovduti b'taħriġ ta’ kwalità, mogħti minn għalliema kkwalifikati ħafna u li jinkludi suġġetti aġġornati u adatti għall-bżonnijiet tal-bidwi żagħżugħ. Xi daqqiet, il-korsijiet ta’ taħriġ isiru formalità burokratika sabiex ikun hemm aċċess għall-għajnuna u ma jkunux sostnuti biżżejjed. In-nuqqas ta’ motivazzjoni li dan jiġġenera huwa problematiku, b'mod partikulari meta jeżistu l-kundizzjonijiet neċessarji sabiex it-taħriġ isir għodda utli ħafna għall-bdiewa żgħażagħ. Huwa importanti li t-taħriġ ikollu għan prattiku. Il-mudell Daniż kien kapaċi jintegra b'suċċess it-taħriġ teoretiku ma’ dak prattiku fl-għelieqi. Hemm bżonn ta’ tliet snin u tmien xhur sabiex tinkiseb il-“karta ħadra”.
4.6 L-UE għandha tappoġġja programmi Ewropej ta’ taħriġ destinati għall-agrikolturi jew l-għelieqi li, għal perjodu ta’ mhux inqas minn sena, jilqgħu żgħażagħ li jkunu temmew it-taħriġ agrikolu tagħhom matul is-sentejn preċedenti. Il-benefiċjarju tal-għajnuna għandu jimpenja ruħu li jħejji pjan ta’ taħriġ għaż-żagħżugħ li eventwalment jista' jieħu l-għalqa f'idejh, iżda li matul il-perjodu ta’ taħriġ jista' jġib għarfien u mentalità aktar innovattiva lejn l-għalqa. Fil-qosor, hija kwistjoni li jiġu appoġġjati u koperti l-bżonnijiet ta’ spiss komplementari bejn iż-żgħażagħ u l-anzjani. Bl-istess mod, ikun konvenjenti li ċerti programmi Komunitarji bħal Leonardo, is-seba' programm qafas tar-riċerka, il-programm Żgħażagħ Attivi, eċċ., jiżviluppaw linji speċifiċi favur il-bdiewa żgħażagħ. Fil-fehma tal-KESE, il-programm Erasmus, li jindirizza lill-istudenti u liż-żgħażagħ intraprendituri, għandu jiġi adattat sabiex il-bdiewa żgħażagħ ikunu jistgħu jipparteċipaw fih u jikkompletaw it-taħriġ tagħhom f'irziezet u ranċijiet fl-UE.
4.7 L-agrikoltura organika toffri alternattiva interessanti għall-persuni li jixtiequ jibdew fis-settur, iżda mhix l-unika. Il-produzzjoni integrata jew l-agrikoltura ta’ konservazzjoni wkoll għandhom bżonn jiġu promossi fil-livell Ewropew. It-taħriġ irid ikun orjentat lejn sistemi ġodda ta’ produzzjoni li jtejbu r-rendiment u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali. Il-bijoteknoloġija wkoll tista' toffri opportunitajiet ġodda lill-bdiewa żgħażagħ Ewropej (7).
Is-saħħa fl-għaqda
4.8 Il-bdiewa żgħażagħ ser ikunu l-mexxejja agrikoli ta’ għada, iżda għandhom ukoll ir-responsabbiltà li huma l-fatturi importanti ta’ tibdil fil-kuntest attwali. Il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fi ħdan l-organizzazzjonijiet agrikoli u l-kooperattivi hija indispensabbli sabiex jiġu attrezzati b'ideat ġodda, innovazzjoni u spirtu intraprenditorjali akbar. F'sitwazzjoni fejn id-domanda hija kkonċentrata f'idejn ftit katini kbar ta’ distribuzzjoni, huwa urġenti li l-kooperattivi jingħataw impetu ġdid sabiex itejbu l-kummerċjalizzazzjoni. Il-KESE jipproponi wkoll li jinħolqu korpi ċentrali għall-bejgħ ġestiti mill-bdiewa, sabiex jibbilanċjaw il-forzi fil-konfront tal-korpi ċentrali għax-xiri b'saħħithom li jeżistu fil-katini kbar ta’ distribuzzjoni. F'dan ir-rigward, huwa importanti li jiżdied in-numru ta’ żgħażagħ fil-korpi ta’ tmexxija tal-kooperattivi u li jiġu involuti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex jinkiseb vantaġġ mit-taħriġ u l-viżjoni intraprenditorjali tagħhom. Il-kooperattiva agrikola prinċipali ta’ Franza, Terrena, tinkludi diversi kumitati ta’ żgħażagħ li jibdewhom u jħarrġuhom fid-dinja kumplessa tal-kooperattivi agrikoli.
Politiki Ewropej oħrajn
4.9 L-UE għandha tuża l-fondi tal-politiki Ewropej differenti sabiex, l-ewwelnett, toħloq qafas attraenti ta’ ħajja rurali u, it-tieninett, tikkonsolida l-attivitajiet ekonomiċi li bħall-agrikoltura jiffurmaw is-sinsla soċjoekonomika taż-żoni rurali. B'dan il-mod, il-proġetti ambjentali Ewropej, ir-riċerka u l-intrapriżi jridu joħolqu miżuri speċifiċi ta’ appoġġ għaż-żgħażagħ in ġenerali u b'mod partikulari għall-bdiewa żgħażagħ. Għandhom jerġgħu jitqiesu xi esperjenzi pożittivi tal-UE f'dan il-qasam. Eżempji tajba ta’ dan huma l-proġett ta’ skambju tal-Programm Ewropew Żgħażagħ fl-Azzjoni li jippermetti lill-bdiewa żgħażagħ tal-Ewropa kollha li jieħdu sehem f'perjodu prezzjuż ta’ taħriġ f'għelieqi oħra tal-UE kif ukoll il-programm pedagoġiku Tellus (frott il-kooperazzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-Bdiewa Żgħażagħ (CEJA) mal-Kummissjoni Ewropea), li għandu l-għan li jiffamiljarizza l-istudenti max-xogħol mhux magħruf tal-bidwi. It-tibdil tal-ġenerazzjonijiet fil-biedja għandu jkun għan konkret tal-UE. F'dan ir-rigward, il-ħolqien ta’ osservatorju Ewropew li janalizza s-sitwazzjoni u l-bżonnijiet tal-bdiewa żgħażagħ jista' jkun bażi tajba għall-implimentazzjoni ta’ inizjattivi leġislattivi ġodda. M'għandhomx jinħolqu korpi burokratiċi ġodda iżda strumenti li, b'funzjonijiet ċari u konkreti, janalizzaw u jipprovdu informazzjoni u statistika adegwati fir-rigward tat-tibdil tal-ġenerazzjonijiet fil-biedja Ewropea.
Inizjattivi nazzjonali
4.10 Il-politiki Ewropej dwar il-bdiewa żgħażagħ iridu jiġu akkumpanjati minn inizjattivi speċifiċi li l-adozzjoni tagħhom issir mil-livell nazzjonali. Is-suċċess, l-aċċess għall-proprjetà u t-trattament fiskali huma t-tħassib prinċipali taż-żgħażagħ. Hemm bżonn urġenti li jiġu promossi miżuri effiċjenti li joffru inċentivi biex tinbeda attività agrikola. Madankollu, b'mod ġenerali wieħed jista' jgħid li fil-pajjiżi differenti tal-UE teżisti burokrazija kumplessa li taffettwa s-suċċess ta’ ħafna mill-miżuri.
4.11 L-Istati Membri jridu jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq it-tfassil ta’ mekkaniżmi li jiffaċilitaw l-aċċess għall-art għall-bdiewa żgħażagħ u li jkunu sors ta’ sigurtà għall-investimenti prinċipali li huma essenzjali u jirrappreżentaw wieħed mill-ostakli prinċipali għat-twaqqif ta’ attività. Ċerti inizjattivi nazzjonali jippreżentaw linji ta’ azzjoni partikulari. Fi Franza, il-kumpanija SAFER kienet responsabbli milli tillimita l-konsolidazzjoni tal-art u tippromovi l-aċċess għall-art għaż-żgħażagħ.
Brussell, 22 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) ĠU C 36, 8.2.2002, p. 29-35, “Ekonomija ġdida, soċjetà bbażata fuq l-għarfien u żvilupp rurali: x'prospetti għall-bdiewa żgħażagħ?” (mhux disponibbli bil-Malti)
(2) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 20-23, “Sigurtà tal-provvista fl-agrikoltura u fis-settur tal-ikel fl-Unjoni Ewropea.”
(3) ĠU C 48, 15.2.2011, p. 145-149, “Katina tal-provvista alimentari fl-Ewropa li taħdem aħjar”.
(4) ĠU C 255, 22.9.2010, p. 1-9, “Il-kummerċ u s-sigurtà alimentari”.
(5) ĠU C 18, 19.1.2011, p. 5-10, “Il-mudell agrikolu Komunitarju: kwalità tal-produzzjoni u komunikazzjoni lill-konsumaturi bħala fatturi ta’ kompetittività”.
(6) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 63-70, “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020: Nindirizzaw l-isfidi tal-futur fl-ambitu tal-ikel, tar-riżorsi naturali u dak territorjali”.
(7) ĠU C 100, 30.4.2009, p. 44-52, “L-Unjoni Ewropea u l-isfida globali tal-ikel”.
ANNESS
għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-emendi li ġejjin, li ġabru almenu kwart tal-voti mixħuta, ma ġewx aċċettati matul id-dibattitu:
Punt 3.2
Ibdel kif ġej:
“Il-bdiewa jinsabu f'sitwazzjoni paradossali. Jieħdu aktar riskji, jinvestu aktar, għandhom spejjeż ta’ produzzjoni ogħla, huma mħarrġa aktar u minkejja dan kollu, il-prezzijiet imħallsa għall-prodotti tagħhom qatt ma kienu daqshekk baxxi. Id-dibattitu dwar l-istrumenti u l-politiki destinati għall-bdiewa żgħażagħ ma jistax jaħbi l-fatt li l-attività agrikola ser tonqos fl-Ewropa jekk il-bdiewa ma ta’ dħul minimu u prezz għall-prodotti tagħhom . ”
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur |
36 |
Kontra |
66 |
Astensjonijiet |
27 |
Punt 4.7
Ibdel kif ġej:
“Il-bdiewa żgħażagħ ser ikunu l-mexxejja agrikoli ta’ għada, iżda għandhom ukoll ir-responsabbiltà li huma l-fatturi importanti ta’ tibdil fil-kuntest attwali. Il-parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fi ħdan l-organizzazzjonijiet agrikoli u l-kooperattivi hija indispensabbli sabiex jiġu attrezzati b'ideat ġodda, innovazzjoni u spirtu intraprenditorjali akbar. F'sitwazzjoni fejn id-domanda hija kkonċentrata f'idejn ftit katini kbar ta’ distribuzzjoni, huwa urġenti li l-kooperattivi jingħataw impetu ġdid sabiex itejbu l-kummerċjalizzazzjoni. F'dan ir-rigward, huwa importanti li jiżdied in-numru ta’ żgħażagħ fil-korpi ta’ tmexxija tal-kooperattivi u li jiġu involuti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet sabiex jinkiseb vantaġġ mit-taħriġ u l-viżjoni intraprenditorjali tagħhom. Il-kooperattiva agrikola prinċipali ta’ Franza, Terrena, tinkludi diversi kumitati ta’ żgħażagħ li jibdewhom u jħarrġuhom fid-dinja kumplessa tal-kooperattivi agrikoli.”
Riżultat tal-votazzjoni:
Favur |
47 |
Kontra |
60 |
Astensjonijiet |
17 |
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/25 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-iżvilupp rurali u l-impjieg fil-Balkani tal-Punent” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2011/C 376/05
Relatur: is-Sur STANTIČ
Waqt is-sessjoni plenarja tiegħu li saret fid-19-20 ta’ Jannar 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
L-izvilupp rurali u l-impjieg fil-Balkani tal-Punent
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ Settembru 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret 21-22 ta’ Settembru 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’ 166 vot favur, vot 1 kontra u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Id-data dwar il-karatteristiċi soċjoekonomiċi taż-żoni rurali tal-pajjiżi tal-UE kif ukoll fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent (1) hija inkonsistenti u mhux paragunabbli, u dan huwa sa ċertu punt dovut għan-nuqqas ta’ definizzjoni uniformi ta’ x'inhuma żoni rurali. Għaldaqstant, il-KESE jappoġġja l-idea li jiġu armonizzati l-kriterji għad-definizzjoni ta’ żoni rurali fil-livell tal-UE li tippermetti paragun aħjar taż-żoni rurali, kif ukoll tal-politiki u l-miżuri applikati.
1.2 Iż-żoni rurali fil-Balkani tal-Punent qed jiffaċċjaw għadd kbir ta’ problemi strutturali u soċjoekonomiċi, li għalihom jistgħu jinstabu soluzzjonijiet fil-qafas tal-politika tal-UE dwar l-iżvilupp rurali u tal-Politika Agrikola Komuni (PAK). Il-KESE jirrakkomanda b'mod qawwi li l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jintegraw l-għarfien espert Ewropew fit-tfassil tal-politiki dwar l-iżvilupp rurali, filwaqt li jikkunsidraw il-problemi u l-prijoritajiet nazzjonali speċifiċi.
1.3 Hemm żoni rurali vasti tal-Balkani tal-Punent li għadhom neqsin mill-popolazzjoni u li r-riżorsi tagħhom mhumiex qed jiġu utilizzati, filwaqt li ċ-ċentri urbani jirreġistraw konċentrazzjoni sproporzjonata ta’ popolazzjoni u ta’ attività ekonomika. Din ix-xejra qed ikollha impatt negattiv f'termini ekonomiċi, soċjali, spazjali u ekoloġiċi. Għaldaqstant, għandhom jitfasslu u jiġu applikati miżuri speċifiċi bbażati fuq dawn iż-żoni sabiex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku sostenibbli.
1.4 L-ekonomiji rurali tal-Balkani tal-Punent huma kkaratterizzati minn prevalenza ta’ agrikoltura ta’ sussistenza jew ta’ sussistenza parzjali, rata għolja tal-qgħad, qgħad moħbi u mobilità baxxa tal-ħaddiema. L-uniċi vantaġġi kompetittivi taż-żoni rurali huma l-ispejjeż baxxi tal-impjegar tal-ħaddiema u r-riżorsi naturali ta’ kwalità għolja. L-iżvilupp tal-intraprenditorja huwa limitat minn fatturi bħall-infrastruttura li mhux żviluppata biżżejjed, in-nuqqas ta’ ħaddiema kkwalifikati, l-aċċess limitat għas-swieq u għall-fondi, in-nuqqas ta’ appoġġ lill-investimenti, u l-potenzjal intraprenditorjali żgħir.
1.5 L-agrikoltura estensiva għadha mutur essenzjali tal-ekonomija rurali u sors ewlieni ta’ impjiegi fiż-żoni rurali tal-Balkani tal-Punent. Madankollu, għandha bżonn tiġi mmodernizzata u żżid il-produttività tagħha, u dan iwassal għal numru eċċessiv ta’ ħaddiema fil-qasam agrikolu. Is-soluzzjoni tinsab fid-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali bil-għan li jitnaqqsu r-riskji għad-dħul tal-familji fiż-żoni rurali.
1.6 Il-politiki tal-iżvilupp rurali, li għandhom jgħinu fid-diversifikazzjoni tal-ekonomiji rurali, għadhom mhumiex adegwati u konformi mal-politika tal-UE relatata mal-iżvilupp rurali. Anke meta ċerti politiki nazzjonali jkunu fis-seħħ, in-nuqqas ta’ stabilità politika u l-bidliet frekwenti tal-gvern iwaqqfu milli jkun hemm kontinwità u jxekklu l-implimentazzjoni. Fil-parti l-kbira tal-pajjiżi fil-fatt jeżistu fondi għall-iżvilupp rurali, iżda meta mqabbla mal-UE għadhom ftit.
1.7 L-Istrument għal Assistenza ta’ qabel l-adeżjoni għall-Iżvilupp Rurali (IPARD) għadu s-sors ewlieni ta’ għajnuna finanzjarja fiż-żoni rurali. Il-parti l-kbira tal-pajjiżi jsibu diffikultà biex jadottaw il-mudell attwali tal-iżvilupp rurali tal-UE, minħabba l-kumplessità u l-proċeduri ta’ implimentazzjoni esiġenti tiegħu. Għaldaqstant, l-UE għandha tikkunsidra l-possibilità li tissemplifika l-prinċipji u l-proċeduri ta’ ġestjoni u kontroll tal-IPARD sabiex jiġi faċilitat l-użu tal-fondi u l-miżuri disponibbli.
1.8 Jidher li diffikultà ewlenija fl-aċċess għall-istrumenti tal-IPARD hija l-kapaċità amminsitrattiva u istituzzjonali inadegwata fil-livelli nazzjonali u lokali, u l-kapaċità baxxa ta’ benefiċjarji potenzjali. Il-gvernijiet nazzjonali huma mħeġġa li jagħmlu aktar sforzi għall-bini tal-istituzzjonijiet u l-bini tal-kapaċità tal-benefiċjarji potenzjali.
1.9 Il-KESE jirrakkomanda wkoll aktar flessibilità fl-użu tal-għajnuna ta’ qabel is-sħubija għall-iżvilupp rurali, b'mod partikolari billi titneħħa d-distinzjoni bejn il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi li potenzjalment huma kandidati fl-aċċess għal għajnuna għall-iżvilupp agrikolu u rurali. Billi s-sitwazzjoni hija differenti minn pajjiż għal ieħor, l-evalwazzjoni individwali tal-amministrazzjoni u tal-kapaċità ta’ assorbiment għandha tingħata iktar piż.
1.10 Sabiex il-ġlieda kontra l-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni tkun aktar effikaċi, tinħtieġ koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki differenti u d-diversi fondi disponibbli. Il-politika reġjonali tista' tipprovdi appoġġ importanti li jikkomplementa l-politika dwar l-iżvilupp rurali jekk dawn it-tnejn jiġu kkombinati b'mod adegwat u applikati b'mod koerenti.
1.11 Il-politiki u l-miżuri nazzjonali li għandhom jissaħħu u jiġu kkoordinati aħjar jinkludu:
— il-politiki għal inklużjoni attiva: aċċess aħjar għal informazzjoni u pariri dwar benefiċċji pubbliċi;
— il-politiki tas-suq tax-xogħol: rata ogħla tal-impjieg u inqas disparitajiet reġjonali jistgħu jintlaħqu permezz ta’ għadd ikbar ta’ miżuri attivi fis-suq tax-xogħol;
— l-edukazzjoni u t-taħriġ: edukazzjoni fil-livelli kollha, trattar tal-problema tat-tluq kmieni mill-iskola, u tisħiħ tal-ħiliet u l-kwalifiki taż-żgħażagħ, provvediment ta’ taħriġ adatt għall-ħtiġijiet individwali sabiex jitnaqqsu l-każijiet fejn il-ħiliet ma jikkorrispondux għall-impjiegi;
— il-politika tal-iżvilupp rurali: għandha tingħata aktar attenzjoni lill-Assi II u l-Assi III filwaqt li l-miżuri tal-Assi I diġà jeżistu fil-parti l-kbira tal-pajjiżi (2).
1.12 Is-soċjetà ċivili m'għandhiex rwol importanti fiż-żoni rurali minħabba nuqqas ta’ ħiliet intraprenditorjali u organizzattivi, problemi demografiċi u kwalità baxxa tal-infrastruttura soċjali meta mqabbla mal-bliet. Soluzzjoni possibbli tista' tkun li jinħolqu netwerks ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali sabiex tintlaħaq massa kritika tal-popolazzjoni u tal-pajjiż. F'dan ir-rigward l-approċċ tal-LEADER (3) jista' jkun għodda utli biex tiżdied il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili.
1.13 Sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja u sabiex iż-żgħażagħ ikunu inkoraġġuti jibqgħu jgħixu fiż-żoni rurali, tinħtieġ ekonomija rurali aktar iddiversifikata. Fost l-isfidi ewlenin biex jintlaħaq dan l-għan jibqgħu l-investimenti fl-infrastrutturi rurali, l-agrikoltura msejsa fuq l-għarfien integrata mal-industrija tal-ikel, kapital uman aqwa, ambjent tajjeb għall-intraprendituri u servizzi soċjali mtejba. Jidher li l-agroturiżmu u l-ekoturiżmu, fuq il-bażi ta’ patrimonju kulturali, storiku u naturali rikk, huma wkoll opportunità tajba.
2. Introduzzjoni u sfond
2.1 Definizzjoni taż-żoni rurali
2.1.1 Waħda mid-diffikultajiet biex jiġi ttrattat dan is-suġġett hija li ma teżistix definizzjoni uniformi fil-livell tal-UE ta’ x'inhuma żoni rurali. Il-pajjiżi individwali għandhom definizzjonijiet uffiċjali differenti li jużaw diversi kriterji bħad-densità tal-popolazzjoni, ekonomija li tkun ibbażata fuq l-agrikoltura, il-pożizzjoni remota, in-nuqqas ta’ aċċess għas-servizzi ewlenin, eċċ. Għal skopijiet ta’ tqabbil internazzjonali ta’ spiss tintuża d-definizzjoni tar-ruralità tal-OECD. Dan l-aħħar, anke l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent bdew jadattaw l-istatistika tagħhom għal din il-metodoloġija.
2.1.2 Għaldaqstant, il-KESE jappoġġja l-idea li l-kriterji għad-definizzjoni taż-żoni rurali jiġu armonizzati fil-livell tal-UE. Dan jippermetti tqabbil u monitoraġġ aħjar tal-effikaċja tad-diversi miżuri u politiki applikati.
2.2 L-iżvilupp rurali fl-UE bħala parti importanti mill-Politika Agrikola Komuni (PAK) u r-riforma futura tal-PAK
2.2.1 Billi kważi 60 % tal-popolazzjoni tal-UE tgħix f'żoni rurali, li jikkorrispondu għal 90 % tal-UE, l-iżvilupp rurali huwa qasam politiku ta’ importanza kruċjali għall-UE. Il-finanzjament tal-iżvilupp rurali jipprovdi għal firxa wiesgħa ta’ miżuri. Il-mudell attwali tal-UE huwa msejjes fuq erba' assijiet ta’ politika li jippermettu lill-Istati Membri u lill-gvernijiet lokali biżżejjed flessibilità biex jadattaw il-politiki għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom.
2.2.2 L-iżvilupp territorjali bbilanċjat jirrappreżenta wieħed mill-għanijiet ewlenin tar-riforma futura tal-PAK. F'dan ir-rigward, il-KESE huwa konvint li, jekk il-politiki Ewropej tal-ġejjieni dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali jkunu mmirati lejn l-innovazzjoni u l-kompetittività, jistgħu joħolqu opportunitajiet kummerċjali ġodda, aktar impjiegi u diversifikazzjoni fl-opportunitajiet tad-dħul fiż-żoni rurali (4).
2.3 Ir-rilevanza tal-politiki tal-iżvilupp rurali għall-ekonomiji nazzjonali tal-Balkani tal-Punent
2.3.1 Meta wieħed jikkunsidra d-daqs taż-żoni rurali, il-persentaġġ tal-popolazzjoni li tgħix fihom (5) u r-rilevanza kbira tal-agrikoltura għall-ekonomiji nazzjonali, huwa ċar li anke l-iżvilupp rurali għandu jsir qasam ta’ politika ta’ importanza kruċjali fil-Balkani tal-Punent.
2.3.2 Iż-żoni rurali tal-Balkani tal-Punent jiffaċċjaw għadd ta’ sfidi strutturali u soċjoekonomiċi speċifiċi, bħalma huma l-livelli baxxi ta’ dħul, in-nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ impjieg, id-deterjorament tal-kwalità tal-ħajja, il-proċessi ta’ tnaqqis fil-popolazzjoni eċċ., li jistgħu jingħelbu bis-saħħa ta’ politika adegwata dwar l-iżvilupp rurali msejsa fuq qafas kumpless tal-iżvilupp rurali tal-UE.
3. Xi karatteristiċi komuni taż-żoni rurali tal-Balkani tal-Punent – punti ewlenin li jiddeterminaw il-potenzjal ekonomiku tagħhom
3.1 Il-Balkani tal-Punent, bl-abbundanza ta’ pjanti u annimali li hemm fihom, huma fost l-aktar partijiet rikki tal-Ewropa fir-rigward tal-bijodiversità. Il-Balkani tal-Punent iħaddnu fihom varjetà kbira ta’ ħabitats naturali, minn laguni kostali u artijiet mistagħdra sa foresti Mediterranji, mergħat tal-muntanji, artijiet mistagħdra tal-ilma ħelu, u terren karstiku.
3.2 Kemm it-tnaqqis fil-popolazzjoni, primarjament fiż-żoni mbiegħda u inqas fertili, kif ukoll it-tixjiħ tal-popolazzjoni (bl-eċċezzjoni tal-Albanija u l-Kosovo) iħallu impatt negattiv qawwi fuq is-suq tax-xogħol fiż-żoni rurali. Xejra komuni fil-pajjiżi kollha tar-reġjun hija l-migrazzjoni miż-żoni rurali għal dawk urbani u kostali kif ukoll barra mill-pajjiż. Il-persuni li jmorru joqogħdu fiż-żoni rurali huma prinċipalment pensjonanti jew refuġjati.
3.3 L-istruttura edukattiva żvantaġġuża, il-livell inadegwat ta’ kwalifiki u n-nuqqas ta’ għarfien u ta’ ħiliet fost il-popolazzjoni ekonomikament attiva jirrappreżentaw l-ikbar xkiel għall-ekonomija rurali tal-ġejjieni. Is-suq tax-xogħol huwa karatterizzat minn mobilità insuffiċjenti tal-ħaddiema u dan jirriżulta f'nuqqas ta’ opportunitajiet alternattivi ta’ impjieg u dħul.
3.4 L-agrikoltura bbażata fuq ir-ragħa u l-biedja ta’ intensità baxxa għadha l-attività predominanti fil-parti l-kbira taż-żoni rurali. Il-proporzjon tal-impjiegi agrikoli huwa fost l-ikbar meta mqabbel mal-pajjiżi tal-UE.
3.5 Il-familji rurali, b'mod partikolari dawk b'riżorsi limitati, għandhom aċċess limitat għas-swieq agrikoli, is-swieq tax-xogħol u s-swieq finanzjarji kif ukoll aċċess limitat għall-informazzjoni u l-għarfien. Għalhekk il-possibilità tagħhom li jegħlbu r-riskju tal-faqar jonqos b'mod sinifikanti.
3.6 Id-diversifikazzjoni fqira tal-attivitajiet ekonomiċi u tad-dħul u l-proporzjon żgħir tal-impjiegi fis-settur privat huma problemi kbar għaż-żoni rurali. Is-servizzi ekonomiċi u l-infrastruttura soċjali mhumiex tajbin u żviluppati biżżejjed. Dan jaffettwa l-kwalità tal-ħajja tan-nies fiż-żoni rurali kif ukoll il-kompetittività u n-nisġa soċjali tal-istess żoni rurali.
4. L-agrikoltura għadha mutur essenzjali tal-ekonomija rurali fil-Balkani tal-Punent
4.1 Minkejja li mis-sena 2000 'l hawn is-sehem tal-agrikoltura fl-ekonomija qiegħed dejjem jonqos, għadu ħafna akbar fil-Balkani tal-Punent milli huwa tipikament fl-UE, kemm rigward il-valur miżjud kif ukoll l-impjieg.
4.2 Iċ-ċokon u n-natura frammentata tal-biedja privata għadhom b'mod ġenerali jikkaratterizzaw l-agrikoltura fil-parti l-kbira tal-istati tal-Balkani tal-Punent, speċjalment fin-Nofsinhar. Id-daqs medju tal-irziezet ivarja bejn 1,2 ettaru fl-Albanija sa inqas minn 4 ettari fis-Serbja. Nuqqasijiet oħra li jxekklu l-iżvilupp tal-agrikoltura huma: l-istrutturi tas-swieq li mhumiex żviluppati biżżejjed (inkluż is-suq finanzjarju), l-inadegwatezza tal-infrastruttura, il-proporzjon żgħir ta’ produzzjoni għas-suq, in-nuqqas ta’ għarfien u ħiliet u n-nuqqas li jintlaħqu l-istandards tas-sikurezza tal-ikel.
4.3 Minħabba t-tranżizzjoni jew, f'xi pajjiżi, saħansitra minħabba l-gwerra, il-produzzjoni agrikola kienet qiegħda tonqos iżda mis-sena 2000 'il quddiem reġgħet bdiet tiżdied, primarjament bis-saħħa ta’ investimenti fit-teknoloġija tal-produzzjoni. Madankollu, fil-parti l-kbira tal-pajjiżi l-produzzjoni għadha aktar baxxa milli fil-perjodu ta’ qabel it-tranżizzjoni. Minkejja ċerti nuqqasijiet, il-maġġor parti tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għandhom potenzjal naturali pjuttost għoli għall-agrikoltura (spejjeż tal-impjegar tal-ħaddiema relattivament baxxi, riżorsi tal-art u tal-ilma u kundizzjonijiet klimatiċi u tal-ħamrija tajbin għal ċerti prodotti bħat-tabakk, ċertu frott u ħaxix, inbid, ċereali u laħam).
4.4 Hemm ukoll reġjuni agrikoli bi produttività għolja u b'ekonomija integrata tajjeb fil-parti tat-Tramuntana tal-Peniżula Balkanika (il-baċin tas-Sava, il-baċin tad-Danubju, il-pjanura Pannonika). Din iż-żona għandha kundizzjonijiet favorevoli f'dak li jirrigwarda l-ħamrija u l-klima li jippermettu produzzjoni agrikola b'kapital intensiv. Barra minn hekk, għandha kapital uman adegwat, intraprenditorja żviluppata, settur industrijali suffiċjentement iddiversifikat u infrastruttura żviluppata tajjeb.
5. L-isfida tal-iżvilupp rurali lil hinn mill-agrikoltura
5.1 Il-proporzjon kbir ta’ ħaddiema fl-agrikoltura mhuwiex rifless b'mod dirett fil-kontribut li għandha l-agrikoltura fil-PDG. Għaldaqstant, l-ekonomija rurali futura għandha tkun f'pożizzjoni li tassorbi ħaddiema agrikoli żejda billi toffrilhom opportunitajiet alternattivi ta’ impjieg.
5.2 Ħafna drabi, l-istabbiliment ta’ industriji fuq bażi rurali kien effikaċi ħafna biex joħloq opportunitajiet ġodda ta’ impjiegi u jipprovdi dħul addizzjonali. Barra minn hekk, l-esperjenza tal-passat turina li l-investiment fl-irziezet, il-modernizzazzjoni, it-taħriġ u miżuri ambjentali jħallu effett pożittiv fuq żjieda fl-impjiegi u tnaqqis fil-qgħad moħbi fl-irziezet. Fost is-setturi b'potenzjal kbir ta’ tkabbir hemm: l-industriji tal-ipproċessar, il-prodotti b'indikazzjoni ġeografika protetta u prodotti tal-ikel organiku, it-turiżmu rurali, is-snajja', il-prodotti tal-injam u l-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll firxa wiesgħa ta’ servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali.
5.3 Sabiex is-settur rurali jiżviluppa aktar malajr, hemm bżonn aktar infiq u infiq aħjar fuq beni u servizzi pubbliċi: infrastruttura aħjar tat-toroq u għat-tisqija, ambjent kummerċjali mtejjeb u trasferiment effiċjenti tal-informazzjoni, l-għarfien u t-teknoloġiji.
6. Il-politiki dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fid-dawl tal-adeżjoni mal-UE
6.1 Il-pajjiżi kollha fir-reġjun għandhom aspirazzjonijiet għoljin biex jissieħbu fl-UE. F'dan ir-rigward, kollha kemm huma qed jiffaċċjaw sfidi simili fejn jidħlu t-trasformazzjoni u l-modernizzazzjoni tas-setturi agroalimentari frammentati ħafna tagħhom sabiex jiżguraw li jkunu jistgħu jkunu kompetittivi fis-suq tal-UE.
6.2 Skont l-aħħar rapport ta’ progress tal-Kummissjoni Ewropea (6) dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għandhom jagħmlu aktar sforzi sabiex jiżguraw allinjament aħjar mal-acquis agrikolu tal-UE u mal-politika tal-UE dwar l-iżvilupp rurali.
6.3 Meta mqabbla mal-UE, il-fondi nazzjonali għall-appoġġ tal-agrikoltura fil-Balkani tal-Punent għadhom relattivament ftit. Madwar il-Balkani tal-Punent qed tiġi applikata firxa wiesgħa ta’ miżuri u mekkaniżmi ta’ appoġġ. F'dawn l-aħħar snin, l-appoġġ dirett lill-produtturi kien l-element ewlieni tat-trasferimenti baġitarji għall-qasam agrikolu.
6.4 L-għajnuna finanzjarja tal-UE
6.4.1 L-Istrument għal Assistenza ta’ qabel l-adeżjoni għall-Iżvilupp Rurali – IPARD (7) huwa l-ħames komponent tal-IPA – l-istrument usa' tal-UE għat-tħejjija tat-tkabbir u l-għajnuna relatata. Huma biss il-pajjiżi bi status ta’ kandidat li huma eleġibbli għall-fondi tal-IPARD (il-Kroazja, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u t-Turkija).
6.4.2 Il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-ostakli partikolari li qed jiffaċċjaw il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jimplimentaw l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp rurali. Il-miżuri ta’ investiment fil-qafas tal-IPARD huma diffiċli li jiġu applikati billi jirrikjedu li jkunu stabbiliti strutturi lokali kompleti għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ (il-ġestjoni u l-appartenenza tal-IPARD huma għalkollox deċentralizzati; l-istituzzjonijiet tal-UE qed iwettqu biss kontroll ex-post). Dan jirriżulta f'rata għolja ta’ proġetti rrifjutati u bżonn għal investiment sinifikanti fil-fażi preparatorja, kemm mill-pajjiż kif ukoll il-benefiċjarji potenzjali.
6.4.3 Il-prinċipji u l-proċeduri ta’ ġestjoni u monitoraġġ tal-IPARD jistgħu jkunu ssemplifikati bil-għan li l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jiġu inkoraġġuti jagħmlu użu aħjar mill-miżuri li jista' jkollhom impatt dirett fuq l-iżvilupp rurali, bħalma huma t-titjib tal-infrastruttura rurali kif ukoll id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi u t-taħriġ (l-Assi 3 tal-IPARD).
6.4.4 Raġuni ewlenija għall-għoti mdewwem tal-fondi tal-UE hija wkoll il-kapaċità amministrattiva fqira u n-nuqqas ta’ istituzzjonijiet adegwati fil-livell nazzjonali u partikolarment f'dak lokali, li qed ixxekkel il-kapaċità ta’ assorbiment ġenerali tal-fondi ta’ qabel l-adeżjoni. In-nuqqas ta’ servizzi ġenerali adegwati (ksib ta’ permessi tal-bini, reġistru tal-art, servizzi veterinarji u tas-saħħa tal-pjanti inadegwati, eċċ.) ikkontribwixxa wkoll għar-rata baxxa ta’ suċċess li kellhom l-aħħar sejħiet għal proġetti ta’ żvilupp rurali.
6.4.5 Ostaklu ieħor għal użu aħjar tal-fondi tal-UE jidher li huwa l-kapaċità baxxa tal-benefiċjarji potenzjali. Din il-problema tista' tingħeleb billi jiġu żviluppati servizzi ta’ estensjoni u ta’ konsultazzjoni effiċjenti.
6.4.6 Is-sitwazzjoni tvarja minn pajjiż għal ieħor, u mhux dejjem hija marbuta mal-progress fl-adeżjoni jew l-istatus ta’ kandidat. Għaldaqstant, il-KESE jixtieq jirrakkomanda flessibilità ikbar fl-użu tal-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp rurali, b'mod partikolari billi titneħħa d-distinzjoni bejn il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi potenzjalment kandidati fl-aċċess għall-għajnuna, u billi l-evalwazzjoni individwali tal-amministrazzjoni u tal-kapaċità ta’ assorbiment tingħata iktar piż.
7. Is-swieq tax-xogħol fiż-żoni rurali tal-Balkani tal-Punent
7.1 Is-swieq tax-xogħol fiż-żoni rurali tal-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għandhom il-karatteristiċi komuni li ġejjin:
— |
fl-impjiegi jiddominaw il-ħaddiema agrikoli filwaqt li l-proporzjon tal-impjegati fis-settur tas-servizzi u tal-persuni li jaħdmu għal rashom (ħlief fl-agrikoltura) huwa ħafna inqas mill-medja; |
— |
l-uniku sors ta’ dħul għall-parti l-kbira tal-popolazzjoni rurali ħafna drabi jkun ix-xogħol part-time u dak staġjonali; |
— |
struttura edukattiva żvantaġġuża u n-nuqqas ta’ ħiliet u għarfien jirriżultaw mit-tixjiħ tal-popolazzjoni u miż-żieda fl-għadd ta’ nies li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien; |
— |
nuqqas ta’ opportunitajiet ta’ impjieg mhux fis-setttur agrikolu jwassal għal dipendenza għolja mill-impjiegi staġjonali u l-qgħad moħbi; |
— |
l-aktar gruppi vulnerabbli, bir-riskju li jiġu esklużi mis-suq tax-xogħol, huma ż-żgħażagħ, in-nisa, l-anzjani, il-minoranzi etniċi (Roma) u r-refuġjati tal-gwerra. Uħud minn dawn il-kategoriji mhux dejjem jiġu reġistrati bħala persuni qiegħda (“il-qgħad moħbi”); |
— |
ħaddiema rurali rarament huma involuti fi programmi varji ta’ impjieg li jiġu pprovduti mill-gvernijiet. Jeħtieġ li jkun hemm promozzjoni aħjar u servizzi konsultattivi adegwati għal dawn il-programmi. |
8. Strateġiji u politiki relatati mal-iżvilupp rurali u l-impjieg
8.1 Il-karatteristiċi ewlenin tal-politiki rurali nazzjonali attwali huma: livell baxx ta’ għarfien politiku, nuqqas ta’ fehim tal-kunċett ta’ żvilupp rurali tal-UE – ebda approċċ integrali u strutturi ta’ pprogrammar, nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-politiki vertikali u dawk orizzontali, u kooperazzjoni insuffiċjenti bejn il-ministeri fil-qasam tal-iżvilupp rurali.
8.2 Ċerti problemi prinċipali, kif ukoll opportunitajiet ta’ żvilupp, mhumiex ikkunsidrati b'mod adatt fil-politiki nazzjonali tal-iżvilupp: m'hemmx biżżejjed inċentivi għall-irziezet organiċi, ir-riżorsi ġenetiċi, il-forestrija, it-turiżmu, eċċ. Żoni żvantaġġati u l-biedja ta’ sussistenza parzjali mhumiex indirizzati lanqas.
8.3 Il-politiki tal-iżvilupp rurali, flimkien mal-politiki reġjonali u ma’ programmi operattivi settorjali adegwati, jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għal impjieg aħjar u inklużjoni soċjali aħjar fiż-żoni rurali. Politika reġjonali tajba tista' tipprovdi appoġġ importanti u komplementari, immirata lejn it-tisħiħ ta’ reġjuni rurali foqra.
8.4 Meta mqabbla mal-UE, fil-parti l-kbira tal-pajjiżi, il-politika reġjonali nazzjonali hija saħansitra inqas żviluppata mill-politika dwar l-iżvilupp rurali. Għaldaqstant, jinħtieġu approċċ aktar koerenti u koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki u l-fondi disponibbli, billi jingħaqdu flimkien sorsi differenti (fondi nazzjonali, fondi tal-UE, fondi mid-donaturi).
8.5 Minħabba l-instabilità politika u l-gvernijiet li jinbidlu ta’ spiss, il-parti l-kbira tal-pajjiżi fir-reġjun qed jiffaċċjaw nuqqas ta’ kontinwità fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri differenti għall-iżvilupp rurali.
9. Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (CSOs) fl-iżvilupp rurali
9.1 L-opinjoni tal-KESE dwar “Is-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali” (8) enfasizzat diversi problemi u sfidi relatati mal-żvilupp tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali, b'mod partikolari fl-Istati Membri l-ġodda. Dawn l-isfidi jinkludu ostakli fl-aċċess għall-għarfien u l-informazzjoni, nuqqas ta’ ħiliet intraprenditorjali, problemi demografiċi u kwalità inferjuri tal-infrastruttura soċjali meta mqabbla mal-bliet.
9.2 L-istatus u r-rwol tas-soċjetà ċivili fil-Balkani tal-Punent, flimkien mal-isfidi li qed taffaċċja s-soċjetà ċivili, huma kwistjonijiet li ġew ittrattati f'għadd ta’ opinjonijiet tal-KESE (9). Minkejja li xi kwistjonijiet huma speċifiċi għal pajjiżi individwali fejn jidħlu l-leġislazzjoni, l-iffinanzjar pubbliku u l-istatus fiskali tas-CSOs, u l-livell tad-djalogu ċivili u soċjali, hemm xi kwistjonijiet komuni li jirrigwardaw ir-reġjun kollu, u b'mod partikolari ż-żoni rurali:
— |
b'mod ġenerali, m'hemmx tradizzjoni b'saħħitha ta’ soċjetà ċivili; |
— |
fil-parti l-kbira tal-każijiet, l-iffinanzjar tas-CSOs huwa insuffiċjenti u mhux trasparenti biżżejjed; |
— |
ġiet stabbilita għajnuna teknika ġdida għas-CSOs mill-Balkani tal-Punent, u ffinanzjata mill-UE (10), iżda għadha mhix qed tagħti r-riżultati mixtieqa; |
— |
b'mod ġenerali, hemm ħtieġa ta’ bini ta’ kapaċità u ta’ żvilupp ta’ għarfien u ħiliet speċifiċi f'diversi oqsma; |
— |
fil-livell lokali u reġjonali, hemm nuqqas ta’ apprezzament ġenerali fost l-awtoritajiet lokali rigward il-vantaġġi li jaħdmu flimkien mas-soċjetà ċivili; |
— |
il-divarju li hemm bejn il-bliet u ż-żoni rurali: il-parti l-kbira tas-CSOs huma kkonċentrati fil-belt kapitali jew fi tnejn jew tliet bliet, u b'hekk il-kampanja tibqa' nieqsa mill-għarfien dwar ir-rwol tas-soċjetà ċivili u l-attivitajiet tagħha; |
— |
il-parti l-kbira tas-CSOs, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa, huma fframmentati u jbatu minn kompetizzjoni kontraproduttiva flok kooperazzjoni bejniethom. Dan iżommhom lura milli jistabbilixxu gruppi ta’ pressjoni b'saħħithom. |
9.3 Il-forom tradizzjonali ta’ CSOs fiż-żoni rurali tal-Balkani tal-Punent huma gruppi reliġjużi u assoċjazzjonijiet tal-minoranzi nazzjonali, assoċjazzjonijiet tat-tifi tan-nar, tal-kaċċaturi u tas-sajjieda, organizzazzjonijiet kulturali jew artistiċi, klabbs sportivi, assoċjazzjonijiet tan-nisa u affarijiet simili. Id-distribuzzjoni ġeografika mhix omoġenja, iżda l-gruppi reliġjużi u etniċi huma organizzati l-aħjar u qed iħarsu tajjeb l-interessi tagħhom.
9.4 Il-possibilità li dawn l-organizzazzjonijiet jiġu involuti b'mod aktar attiv fi programmi għall-protezzjoni tal-patrimonju kulturali intanġibbli u l-ambjent mhux dejjem qed jiġu rrikonoxxuti b'mod adegwat minn min jieħu d-deċiżjonijiet. L-influwenza tagħhom fuq l-inizjattivi għall-iżvilupp hija żgħira u ma taqbiżx il-konfini limitati tal-komunità lokali (ir-raħal). Ma jeżistux netwerks f'livell ogħla.
9.5 Il-proġetti tad-donaturi ħolqu forom ġodda ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li huma ffukati prinċipalment fuq it-trasferiment tal-informazzjoni u l-għarfien fl-oqsma tal-politika ta’ adeżjoni, l-agrikoltura, l-ambjent, il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u oħrajn simili. It-tnaqqis fil-fondi mid-donaturi wassal biex ħafna minn dawn l-organizzazzjonijiet jogħsfru.
9.6 Ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-bdiewa: matul it-tranżizzjoni, is-sistema antika tal-kooperattivi ta’ żmien is-Soċjaliżmu xi ftit jew wisq ikkrollat. Aktar tard, il-proġetti ta’ ħafna donaturi, immirati primarjament lejn il-modernizzazzjoni tal-produzzjoni agrikola, iffavorixxew il-proċessi ta’ assoċjazzjoni bejn il-bdiewa jew saħansitra ikkundizzjonawhom. Bħalissa, l-impatt reali tad-diversi assoċjazzjonijiet tal-bdiewa u l-produtturi fuq il-politiki agrikoli u dawk dwar l-iżvilupp rurali huwa relattivament limitat. Il-parti l-kbira minnhom madankollu għandhom rwol sinifikanti fit-trasferiment tal-għarfien, f'diversi servizzi ta’ konsulenza u fil-promozzjoni tal-prodotti agrikoli.
9.7 L-approċċ tal-LEADER lejn l-iżvilupp rurali juri kif it-tħaddim ta’ netwerks u l-promozzjoni tad-djalogu fil-livell lokali jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tas-sehem tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali. L-approċċ tiegħu ta’ sħubija minn isfel għal fuq, bis-sehem ta’ diversi partijiet interessati lokali, wassal għal riżultati inkoraġġanti f'ħafna pajjiżi tal-UE u jitqies għodda utli għall-promozzjoni tal-impjieg fiż-żoni rurali.
10. Kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati għall-kisba ta’ ekonomija rurali iżjed diversifikata
10.1 Agrikoltura diversifikata u bbażata fuq l-għarfien
10.1.1 L-intensifikazzjoni u t-titjib teknoloġiku fl-agrikoltura qed jiftħu opportunitajiet ġodda ta’ impjieg f'diversi attivitajiet relatati, bħalma huma t-trasport, l-ippakkettar, il-faċilitajiet tal-ħżin, il-bejgħ ta’ tagħmir mekkaniku u s-servizzi ta’ manutenzjoni u l-kontroll tal-kwalità, eċċ.
10.1.2 Id-diversifikazzjoni fi ħdan is-settur agrikolu nnifsu bil-għan li jinkiseb valur miżjud tal-prodotti tal-irziezet (biedja organika, produzzjoni ta’ ikel ta’ kwalità, prodotti bl-istatus ta’ IĠP (Indikazzjoni Ġeografika Protetta), ikel tradizzjonali pproċessat id-dar, eċċ.) tista' wkoll iġġib magħha opportunitajiet ġodda għal żvilupp futur u tnaqqis tal-qgħad moħbi.
10.2 Investimenti fl-infrastruttura rurali
L-infrastrutturi ta’ kwalità bħat-toroq u s-servizzi tal-ilma, l-elettriku, l-informazzjoni u t-telekomunikazzjoni jistgħu jħeġġu l-iżvilupp kemm tan-negozji tal-irziezet u kemm ta’ dawk li mhumiex irziezet. Fl-istess ħin, l-infrastrutturi ta’ kwalità jtejbu l-istandards tal-għajxien tal-familji fiż-żoni rurali billi jżidu l-mobilità u l-aċċess għas-servizzi soċjali, inklużi s-saħħa u l-edukazzjoni.
10.3 Il-bini tal-kapital uman
Ħaddiema rurali b'livell ogħla ta’ edukazzjoni u li huma aktar kapaċi jadattaw ruħhom għandhom aktar opportunitajiet biex isibu impjieg barra s-settur agrikolu. Huwa ta’ importanza partikolari li jkun żgurat li l-programmi ta’ taħriġ vokazzjonali jkunu konformi mal-ħtiġijiet tal-programmi ta’ diversifikazzjoni rurali. Importanti ħafna huma wkoll il-programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja, ta’ prekwalifikazzjoni, u ta’ tisħiħ tal-għarfien u l-ħiliet maniġerjali.
10.4 Il-ħolqien ta’ ambjent tajjeb għall-intrapriżi
10.4.1 It-tħeġġiġ tal-ispirtu intraprenditorjali u l-ħolqien aktar rapidu tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fiż-żoni rurali jgħinu wkoll biex jiddiversifikaw l-attivitajiet ekonomiċi u biex jiġi evitat li ż-żgħażagħ jitilqu minn dawn iż-żoni. Sistemi tal-intaxxar mhux attraenti, il-proċessi ineffiċjenti ta’ reġistrazzjoni tal-intrapriżi, flimkien ma’ infrastruttura insuffiċjenti u n-nuqqas ta’ żgħażagħ edukati huma kollha fatturi li joħolqu ostakli għal investimenti u intrapriżi ġodda.
10.4.2 L-aċċess għal faċilitajiet ta’ kreditu mfassla speċifikament għall-bżonnijiet tal-popolazzjonijiet rurali jibqa' problema partikolari. Huwa neċessarju li l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn jiġu inkoraġġuti jiffaċilitaw is-self lejn l-agrikoltura. Dan huwa importanti wkoll f'relazzjoni mar-regoli ta’ kofinanzjar għall-fondi tal-IPARD.
10.5 Il-bini ta’ servizzi effiċjenti ta’ estensjoni u ta’ konsulenza
Is-servizzi ta’ estensjoni u ta’ konsulenza għandhom jieqfu jipprovdu pariri tekniċi lill-bdiewa u minflok jiffukaw fuq it-trasferiment iktar innovattiv tal-għarfien u tal-informazzjoni li huwa mmexxi mid-domanda. Servizzi moderni ta’ estensjoni għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni rurali usa' (konsumaturi, intraprendituri, bdiewa, il-fqar, eċċ.) kif ukoll jgħinu lill-popolazzjonijiet rurali jadottaw prinċipji u regoli ġodda ta’ politika.
10.6 L-għoti ta’ ħajja ġdida lill-kooperattivi billi jittejjeb il-qafas istituzzjonali u jissaħħu r-riżorsi umani u l-programmi ta’ appoġġ tagħhom
Il-kooperattivi huma organizzazzjonijiet tradizzjonali tas-soċjetà rurali li għandhom il-potenzjal li jkollhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-kapital soċjali fiż-żoni rurali. Dawn jistgħu joħolqu opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda, jiġġeneraw dħul addizzjonali u jippermettu lin-nies jipparteċipaw b'mod attiv fl-iżvilupp tal-komunitajiet tagħhom.
L-iżvilupp ta’ intrapriżi soċjali jista' jġib ukoll opportunitajiet għal impjiegi ġodda, partikolarment għan-nisa u ż-żgħażagħ, billi huma l-gruppi l-iżjed vulnerabbli.
10.7 It-tħeġġiġ ta’ approċċi minn isfel għal fuq (bħall-programm Leader)
Huma meħtieġa konnessjonijiet u koordinazzjoni mtejba bejn id-diversi atturi rurali, kemm f'termini vertikali (korpi governattivi f'livelli differenti – nazzjonali, reġjonali u lokali) kif ukoll f'termini orizzontali (intraprendituri, assoċjazzjonijiet professjonali, bdiewa, eċċ.). Il-politiki ta’ żvilupp lokali għandhom jiġu implimentati b'iktar koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet rilevanti u permezz ta’ proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet minn isfel għal fuq.
10.8 It-turiżmu u l-agroturiżmu
10.8.1 It-turiżmu rurali jista' jkun sfida sinifikanti f'dak li jirrigwarda l-iżvilupp fiż-żoni rurali. Ir-reġjun tal-Balkani tal-Punent joffri patrimonju naturali, kulturali u storiku li huwa mħares tajjeb, flimkien ma’ ikel ta’ kwalità għolja u viċinanza relattiva għas-swieq tat-turiżmu tal-UE. L-ekoturiżmu u x-xejriet il-ġodda relatati mal-iżvilupp sostenibbli, il-promozzjoni ta’ ambjent u stil ta’ ħajja sani (inklużi “prodotti ekoloġiċi” u ikel organiku bħal-laħam taċ-ċanga, pjanti mediċinali, frott tal-foresti, faqqiegħ, eċċ.) jaqblu perfettament mal-wirt kulturali u naturali tar-reġjun.
10.8.2 Madankollu, it-turisti moderni u attivi taż-żoni rurali jesiġu servizzi ta’ kwalità għolja, akkomodazzjoni komda u varjetà ta’ attivitajiet rekreattivi u kulturali. Għad hemm għadd ta’ ostakli li qed ixekklu l-iżvilupp tat-turiżmu rurali: infrastruttura insuffiċjenti, nuqqas ta’ żvilupp tal-marki ta’ prodotti reġjonali (souvenirs), kapaċità baxxa ta’ akkomodazzjoni u ta’ kwalità baxxa, nuqqas ta’ sinjali tat-toroq li jindikaw l-attrazzjonijiet turistiċi, nuqqasijiet rigward il-ġestjoni tad-destinazzjonijiet turistiċi, eċċ.
10.9 Proġetti transkonfinali jistgħu jkunu wkoll mezz tajjeb għal użu aħjar tal-potenzjal lokali ta’ żvilupp fil-ġejjieni (infrastruttura komuni tat-toroq, netwerks tal-enerġija, faċilitajiet turistiċi, marki lokali, eċċ.).
10.10 L-enerġija rinnovabbli – sors potenzjali ta’ impjieg u dħul
Il-parti l-kbira tal-impjanti l-ġodda tal-enerġija rinnovabbli se jkunu f'żoni rurali: pereżempju għelejjel tal-enerġija, impjanti tal-bijogass, produzzjoni ta’ bijokarburanti, produzzjoni ta’ pellets/briquettes, impjanti għall-enerġija mir-riħ, eċċ. Dawn l-impjanti mhux biss se jinbnew iżda wkoll se jkollhom jiġu mantnuti sew matul il-perjodu kollu tal-tħaddim tagħhom, u dan jassigura aktar impjieg u dħul.
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) L-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kroazja, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1244/99, il-Montenegro u s-Serbja.
(2) Assi 1 – titjib fil-kompetittività tal-agrikoltura, Assi 2 – appoġġ għall-ġestjoni tal-ambjent u tal-art, Assi 3 – inkoraġġiment tad-diversifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi u titjib tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali, u Assi 4 – l-approċċ LEADER.
(3) Programm tal-UE li juża akronimu Franċiż li jgħid Liaison Entre Actions de Développement de l'Economie Rurale – jiġifieri Rabtiet bejn azzjonijiet għall-iżvilupp tal-ekonomija rurali.
(4) Opinjoni tal-KESE ĠU C 132, 3.5.2011, p. 63., “Il-futur tal-PAK”, ara l-punt 3.3.4.
(5) L-erja totali tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent hija 264 462 km2 (ekwivalenti għal 6 % tat-territorju tal-UE). Il-popolazzjoni tammonta għal 26,3 miljuni, li 50 % minnha tgħix f'żoni rurali. Id-densità medja tal-popolazzjoni ta’ 89,2 persuna f'kull km2 hija ħafna aktarx baxx minn dik tal-UE (114,4).
(6) Rapporti ta’ Progress tal-Kummissjoni Ewropea, Novembru 2010: http://ec.europa.eu/enlargement/press_corner/key-documents/reports_nov_2010_en.htm
(7) L-IPARD, l-Istrument għal Assistenza ta’ qabel l-adeżjoni għall-Iżvilupp Rurali, jinkludi 9 miżuri maqsuma fi 3 assijiet ta’ prijorità. 1 – Titjib tal-effiċjenza tas-suq u implimentazzjoni tal-istandards tal-UE, 2 – Azzjonijiet preparatorji għall-implimentazzjoni ta’ miżuri agroambjentali u LEADER, 3 – Żvilupp tal-ekonomija rurali bil-fondi allokati għall-perjodu 2007–13 ta’ madwar EUR 1 biljun; il-fondi totali tal-IPA jaqbżu l-ammont ta’ EUR 10 biljun għall-perjodu 2007–2013.
(8) Opinjoni tal-KESE ĠU C 175, 28.7.2009 p. 37, “Is-soċjetà ċivili fiż-żoni rurali”.
(9) Opinjonijiet ĠU C 18, 19.1.2011, p. 11, ĠU C 317, 23.12.2009, p. 15, ĠU C 224, 30.8.2008, p. 130, ĠU C 204, 9.8.2008, p. 120, ĠU C 27, 3.2.2009, p. 140, ĠU C 44, 16.2.2008, p. 121.
(10) Faċilità tas-soċjetà ċivili.
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/32 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-promozzjoni ta’ soċjetajiet ċivili rappreżentattivi fir-reġjun Ewro-Mediterranju” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2011/C 376/06
Relatur: is-Sur DIMITRIADIS
Nhar l-16 ta’ Ġunju 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
Il-promozzjoni ta’ soċjetajiet ċivili rappreżentattivi fir-reġjun Ewro-Mediterranju.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-8 ta’ Settembru 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’163 vot favur, 6 voti kontra u 17-il astensjoni.
1. Sommarju u konklużjonijiet
1.1 Minn tmiem l-2010 ’l hawn, il-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani għaddejjin minn bidla storika mingħajr preċedent fis-sistemi politiċi tagħhom, wara rewwixti popolari qliel fejn il-livelli kollha tas-soċjetà u bosta organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kienu involuti b’enerġija.
1.2 Il-KESE jikkundanna b’mod assolut l-użu tal-forza kontra l-popli li qed jipprotestaw, kif ġie osservat f’ċerti pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran (b’mod partikolari s-Sirja u l-Libja), u jappella lill-organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali biex jieħdu l-miżuri kollha adatti biex iwaqqfu kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tat-trejdjunjins (l-Eġittu).
1.3 Il-politiki tal-UE qabel ir-rewwixta Għarbija kienu neqsin mill-immaġinazzjoni u mill-fehim tal-partikolaritajiet tas-soċjetajiet lokali, u ma tawx kas l-użanzi, id-drawwiet, it-tradizzjonijiet u l-konvenzjonijiet lokali. Il-korpi tal-UE ma użawx is-servizzi tal-KESE jew tal-KtR, li setgħu kienu mod importanti kif tiġi eżerċitata l-influwenza tal-UE fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u fuq l-awtoritajiet lokali.
1.4 Is-soċjetà l-ġdida li għandha l-potenzjal li titwieled fir-reġjun Ewro-Mediterranju, bħalma tirrifletti l-enerġija tas-soċjetà ċivili tiegħu, tirrikjedi tweġiba diversifikata, flessibbli u intelliġenti mill-UE. F’dan il-kuntest, il-KESE jilqa’ r-reviżjoni u l-aġġornament tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u b’mod partikolari l-enfasi li issa qed issir fuq il-prinċipji tal-kundizzjonalità u tad-differenzjazzjoni u fuq il-miżuri ta’ appoġġ għas-soċjetà ċivili (1).
1.5 L-UE, li hija l-akbar donatur tar-reġjun, għandha bżonn mhux biss tinsisti sabiex fil-ftehimiet bilaterali tagħha jiġu inklużi klawżoli dwar il-protezzjoni tal-libertajiet demokratiċi u d-drittijiet individwali, iżda huwa importanti ħafna wkoll li tinsisti wkoll fuq l-implimentazzjoni tagħhom. Fil-passat, il-politika tal-UE fir-rigward tal-implimentazzjoni ma kinitx adegwata. Barra minn hekk, il-KESE jitlob biex fil-valutazzjoni tal-governanza ta’ pajjiż jiġu inklużi benchmarks dwar it-trattament tas-soċjetà ċivili (qafas leġislattiv, bini tal-kapaċità, djalogu, eċċ.), u dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali.
1.6 Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-istituzzjonijiet legali lokali u tiżviluppa programmi edukattivi u ta’ taħriġ għall-imħallfin u l-avukati. Il-provvista ta’ ġustizzja trasparenti hija kundizzjoni għad-demokrazija.
1.7 Il-KESE jqis essenzjali l-iżvilupp sottoreġjonali u l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tan-Nofsinhar, bl-appoġġ tal-UE. Għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tibda proċessi u tressaq proposti prattiċi mingħajr dewmien abbażi tal-esperjenza tagħha fil-pajjiżi Ewropej jew f’partijiet oħra tad-dinja.
1.8 Il-KESE jappoġġja wkoll definizzjoni ġdida tar-rwol u l-missjoni tal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM). Il-korp reġjonali tal-UgħM ser ikun utli biss jekk, kif kienet l-intenzjoni oriġinali tiegħu, jingħata programmi speċifiċi u trasparenti li jkunu mmirati lejn benefiċjarji/riċevituri speċifiċi, inkluża l-parteċipazzjoni tas-soċjetajiet ċivili lokali, u jkun responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ diversi politiki u fondi Ewropej reġjonali b’kollaborazzjoni mas-settur pubbliku u dak privat u mal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-livell lokali. Hemm bżonn li dan il-korp reġjonali jipprovdi mekkaniżmi permanenti għall-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-inizjattiva tiegħu. Il-KESE jappella sabiex jittieħdu deċiżjonijiet minnufih dwar ir-rwol, il-missjoni, l-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-UgħM.
1.9 In-nisa u ż-żgħażagħ qdew rwol kruċjali fil-proċessi li wasslu għal dawn il-bidliet storiċi, billi taw kontribut effettiv sabiex iħeġġu u jimmobilizzaw is-soċjetajiet lokali permezz tal-aktar għodod reċenti tan-netwerking soċjali. Huwa importanti li jinżamm dan il-pass u li jiġi zġurat li dawn iż-żewġ gruppi mhux biss jibbenefikaw bis-sħiħ mid-drittijiet politiċi, ċivili, ekonomiċi u soċjali, iżda li jaqdu wkoll rwol sħiħ fl-aspetti kollha tas-soċjetà.
1.10 Il-KESE jappella għat-titjib tal-effikaċja tal-proġetti ffinanzjati mill-UE u tal-għajnuna pprovduta mill-UE sabiex ikun jista’ jinkiseb progress akbar fil-ġejjieni. Il-komplessità tal-proċeduri tal-finanzjament tal-UE tħalli barra ħafna mill-atturi mhux statali li għandhom l-aqwa potenzjal iżda li għandhom ukoll l-akbar ħtieġa ta’ appoġġ u li bħalissa jonqoshom l-għarfien espert li jeħtieġu biex japplikaw għall-fondi. Wieħed mill-għanijiet tal-inizjattiva għandu jkun li l-organizzazzjonijiet jingħataw l-għajnuna biex jiksbu l-fondi, pereżempju permezz ta’ taħriġ mogħti mid-delegazzjonijiet tal-UE.
1.11 Il-KESE jaqbel fil-prinċipju mal-politiki tal-Kummissjoni dwar l-immigrazzjoni, l-asil u l-moviment liberu tal-persuni, iżda jemmen li hemm bżonn miżuri speċifiċi u rigorużi sabiex jiġu miġġielda l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin. Dawn għandhom jinkludu miżuri għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni soċjali fil-pajjiżi msieħba.
1.12 Il-KESE jappella lill-Istati Membri sabiex jesprimu s-solidarjetà tagħhom mal-pajjiżi tal-UE li jinsabu fil-Mediterran, li qed jiffaċċjaw pressjoni relatata mal-migrazzjoni.
1.13 Il-KESE jemmen li l-mewġa ta’ immigrazzjoni lejn il-pajjiżi tal-UE tista’ titwaqqaf biss billi tingħata għajnuna prattika lis-soċjetajiet tal-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani abbażi ta’ programmi speċifiċi ekonomiċi u ta’ għajnuna soċjali maħsubin biex itejbu l-kompetittività tal-ekonomiji tagħhom, biex jappoġġjaw l-SMEs lokali u l-agrikoltura, l-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni soċjali kif ukoll ir-reġjuni mbiegħda.
1.14 Il-KESE jemmen ukoll li fl-ekonomiji tal-pajjiżi msieħba tan-Nofsinhar is-settur agrikolu – u b’mod ġenerali l-iżvilupp rurali – jaqdu rwol ċentrali fil-provvista ta’ soluzzjonijiet għall-iżvilupp lokali u l-ħolqien ta’ impjiegi għal forza tax-xogħol żagħżugħa. Is-settur huwa wkoll essenzjali fis-soluzzjoni tal-kriżi attwali tal-ikel f’dawn il-pajjiżi u b’hekk għandu jiġi mmirat bħala prijorità. Sadattant, is-settur tal-enerġija rinnovabli huwa qasam b’potenzjal qawwi li jista’ jiġġenera benefiċċji kbar f’termini ta’ impjiegi, żvilupp soċjali u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fuq iż-żewġt ixtut tal-Mediterran.
1.15 Il-KESE jemmen li d-djalogu soċjali bejn min iħaddem u l-ħaddiema fir-reġjun tal-Mediterran għandu jissaħħaħ u li l-Grupp ta’ Min Iħaddem u l-Grupp tal-Impjegati jistgħu jikkontribwixxu sabiex dan l-objettiv jintlaħaq. Barra minn hekk, il-KESE jappella sabiex jiġi promoss djalogu soċjali strutturat permezz ta’ Forum Soċjali. Il-KESE ser ikompli jikkoopera mill-qrib mal-ILO biex jippromovi d-djalogu soċjali fir-reġjun.
1.16 Il-KESE jilqa’ l-pjan tal-Kummissjoni biex tipprovdi riżorsi addizzjonali ta’ aktar minn biljun euro sal-2013 biex tindirizza l-bżonnijiet urġenti tar-reġjun. Jitlob ukoll lill-Kummissjoni tiġbor fondi fi ħdan qafas politiku u soċjali speċifiku fil-pajjiżi benefiċjarji li jkunu jistgħu jippromovu l-prinċipji demokratiċi, il-libertajiet politiċi u tat-trejdjunjins, l-iżvilupp tal-edukazzjoni u tat-tagħlim tul il-ħajja, il-ħarsien tal-ambjent u t-twessigħ u l-approfondiment tal-kooperazzjoni politika mal-pajjiżi tal-UE li jinsabu fil-Mediterran.
1.17 Il-KESE jenfasizza li f’dan l-isforz l-imsieħba soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-kunsilli ekonomiċi u soċjali Ewropej tal-Istati Membri għandhom rwol essenzjali x’jaqdu fir-rigward tal-iskambju tal-esperjenzi u l-għarfien, it-tixrid tal-informazzjoni, il-benchmarking, it-trasferiment tan-know-how u r-riżorsi amministrattivi. Il-KESE huwa lest li jniedi proġetti speċifiċi biex isostni u jsaħħaħ is-soċjetà ċivili b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mar-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni (HR/VP).
1.18 Bħala l-korp li jirrappreżenta lis-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE, il-KESE jista’ jaqdi rwol attiv fil-qafas Ewropew ġdid għal kooperazzjoni mas-soċjetajiet Mediterranji b’mod partikolari billi:
— |
jiddokumenta s-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili fir-reġjun permezz ta’ djalogu miftuħ, demokratiku u regolari ma’ firxa wiesgħa ta’ atturi; |
— |
jgħin fid-definizzjoni ta’ kriterji u proċessi speċifiċi biex organizzazzjoni tiġi aċċettata bħala waħda tabilħaqq rappreżentattiva ta’ settur tas-soċjetà; |
— |
jappoġġja l-isforzi tas-soċjetà ċivili indipendenti u rappreżentattiva f’termini ta’ bini tal-kapaċità permezz tal-għarfien espert tiegħu f’firxa wiesgħa ta’ oqsma li jinkludu d-djalogu soċjali u d-drittijiet ekonomiċi u soċjali; |
— |
jgħin lill-kunsilli ekonomiċi u soċjali lokali billi jipprovdi għarfien espert dwar id-demokrazija parteċipattiva; u |
— |
jieħu sehem fi programmi tal-Kummissjoni maħsuba biex isaħħu l-organizzazzjonijiet soċjoekonomiċi. |
1.19 Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li jaħdem flimkien mal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jappoġġja l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili emerġenti fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran. Il-KESE ser jadatta n-netwerk tiegħu tal-KES tal-Euromed u istituzzjonijiet simili u ser ikompli jippromovi l-kooperazzjoni reġjonali permezz ta’ dan in-netwerk, u b’hekk ikun qed jaderixxi mal-prinċipji tal-kundizzjonalità u d-differenzjazzjoni stabbiliti fil-Politika Ewropea tal-Viċinat.
2. Nitgħallmu mill-imgħoddi
2.1 Analiżi kritika tal-attivitajiet preċedenti tal-Unjoni Ewropea
2.1.1 In-nuqqas totali, bi ftit eċċezzjonijiet, ta’ ambjent demokratiku ġiegħel lill-UE, mhux dejjem bir-raġun, tadatta l-politiki tagħha fuq sisien prammatiċi u taċċetta bħala interlokuturi persuni li bl-ebda mod ma setgħu jiġu deskritti bħala rappreżentanti demokratiċi tal-popli tagħhom.
2.1.2 Imxekkel minn politiki u pożizzjonijiet formali Ewropej meħuda mill-korpi l-oħrajn tal-UE fir-rigward tal-gvernijiet fil-poter fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani, u mill-politiki u l-linji gwida ekonomiċi tal-Proċess ta’ Barċellona, u b’baġit limitat ħafna, il-KESE adotta pożizzjoni prammatika u kkoopera ma’ kunsilli ekonomiċi u soċjali u organizzazzjonijiet uffiċjali tas-soċjetà ċivili li mhux dejjem kellhom biżżejjed leġittimità demokratika u li ma rrappreżentawx is-soċjetà ċivili b’mod adegwat.
2.1.3 Matul il-Proċess ta’ Barċellona kollu, l-UE ftit li xejn ikkomunikat u kkooperat mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li ma ġewx approvati mill-gvernijiet, u b’hekk tilfet l-opportunità li tinfluwenza l-iżviluppi politiċi u soċjali. Madankollu, l-UE tibqa’ l-uniku poter ewlieni li fih is-soċjetajiet lokali investew it-tamiet tagħhom rigward l-istabbiliment tal-paċi, l-introduzzjoni u t-tisħiħ tal-libertajiet demokratiċi u l-appoġġ għall-ekonomiji lokali.
2.1.4 Qabel ir-rewwixta Għarbija, il-fehmiet ta’ dawk li jfasslu l-politika fl-Istati Membri tal-UE dwar il-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani, filwaqt li kienu prammatiċi, kienu maqsumim u diverġenti, u għaldaqstant ma kinux kapaċi jifhmu l-proċessi kritiċi li kienu qed iseħħu fil-livell politiku, ekonomiku u soċjali u nqabdu kompletament fuq sieq waħda bl-intensità u d-daqs tal-avvenimenti li wasslu għal dawn il-bidliet li ħadd ma basarhom.
2.1.5 Wara dawn l-avvenimenti, l-UE għandha titkellem mas-soċjetajiet lokali, titgħallem mill-imgħoddi, issir midħla tal-użanzi, id-drawwiet u t-tradizzjonijiet lokali, issr taf il-kultura tas-soċjetajiet individwali (kull pajjiż għandu soċjetà differenti ħafna mill-oħrajn) u tikkoopera bil-għan li tappoġġja l-gvernijiet li ser jissawru permezz ta’ proċeduri demokratiċi ġenwini u ħielsa.
3. Il-qagħda attwali u l-prospetti futuri
3.1 Il-KESE jemmen li għadd ta’ kwistjonijiet – ilmenti mis-soċjetajiet lokali li kienu ilhom ġejjin għal snin twal – għandhom bżonn jiġu indirizzati b’mod urġenti: l-użu tal-infrastruttura tal-manifattura (mezzi tal-produzzjoni) fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani minn ċerti gruppi b’interessi u kuntatti fir-reġimi ta’ qabel li ma kellhomx leġittimità demografika; id-distribuzzjoni mhux indaqs jew inġusta tal-ġid u l-prosperità; l-isplużjoni tal-prezzijiet ta’ ikel bażiku, li spiċċa biex ma baqax affordabbli għan-nies komuni; il-bżonn ta’ protezzjoni tad-drittijiet individwali u dawk soċjali u trejdjunjonistiċi; u t-talba għall-benesseri ekonomiku u soċjali u għall-edukazzjoni.
3.2 Il-qagħda politika attwali f’ħafna mill-pajjiżi Mediterranji tal-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani hija kkaratterizzata minn:
i) |
tama li jiġu stabbiliti stati demokratiċi ħielsa; |
ii) |
bżonn ta’ għajnuna għall-irkupru tal-ekonomiji; |
iii) |
l-ewwel indikazzjonijiet li qed joperaw xi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u korpi soċjoekonomiċi ħielsa, kemm stabbiliti kif ukoll ġodda; |
iv) |
il-bżonn ta’ appoġġ internazzjonali kkoordinat u organizzat tajjeb, kemm mill-UE (li wara t-Trattat ta’ Lisbona għandha l-mekkaniżmi kollha li għandha bżonn biex issegwi politika komuni barranija), mir-Rappreżentant Għoli u l-Viċi President tal-Kummissjoni (HR/VP) u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), kif ukoll minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn (in-NU, l-ILO, l-IMF, il-BEI, eċċ.). Kuntatti ma’ istituzzjonijiet tar-riċerka speċjalizzati fir-reġjun Ewro-Mediterranju (bħall-IPEMED u l-FEMISE) jafu jkunu utli ħafna f’dan ir-rigward. |
Il-KESE jemmen li l-UE għandha titkellem b’leħen .
3.3 Temi komuni madwar ir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran huma li d-demokrazija għandha tiġi stabbilita u msaħħa, li l-progress ekonomiku u soċjali għandu jiżdied u li l-ġenerazzjonijiet iż-żgħar għandhom jingħataw taħriġ u impjiegi.
3.4 Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani qed jiffaċċjaw l-isfida li tirrappreżenta popolazzjoni li fil-biċċa l-kbira tagħha hija magħmula miż-żgħażagħ, u dan ifisser li għandhom isibu soluzzjoni b’mod urġenti għal dan l-element produttiv ħafna tas-soċjetajiet tagħhom billi jagħtu spinta lill-impjieg. Għal dan il-għan, programmi edukattivi u ta’ taħriġ adegwati għandhom jingħataw spinta, filwaqt li jissaħħu d-drittijiet ċivili u l-ugwaljanza bejn is-sessi.
3.5 Ser ikun possibbli li jiġu stabbiliti valuri u proċessi demokratiċi biss jekk jiġu adottati l-prinċipji ta’ demokrazija rappreżentattiva bbażata fuq elezzjonijiet ħielsa u fuq partiti politiċi indipendenti u jekk jiġu appoġġjati u msaħħa s-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet soċjoekonomiċi li joperaw f’kundizzjonijiet sikuri, ħielsa u indipendenti.
3.6 Il-KESE jappella lill-Istati Membri sabiex jesprimu s-solidarjetà tagħhom mal-pajjiżi tal-UE li jinsabu fil-Mediterran, li qed jiffaċċjaw pressjoni relatata mal-migrazzjoni:
a) |
billi jikkooperaw permezz tal-FRONTEX; |
b) |
billi jintroduċu miżuri ekonomiċi speċjali u billi jsostnu dawn il-miżuri; |
c) |
billi jgħinu lill-pajjiżi msieħba fir-reġjun itaffu t-tbatija tan-nies f’pajjiżi jew reġjuni mmirati. |
3.7 Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Kunsill tal-Ministri tal-UE ħatar lid-diplomatiku Spanjol, is-Sur Bernardino León Gross, bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Mediterran tan-Nofsinhar bħala tweġiba għall-avvenimenti tar-rewwixta Għarbija. Din il-ħatra hija sinjal ċar li l-UE tixtieq iżżomm l-inizjattiva tagħha fir-reġjun. Il-KESE jappella lir-Rappreżentant Speċjali sabiex jaħdem mill-qrib mas-soċjetà ċivili, li qed taqdi rwol kruċjali fir-reġjun, u sabiex juża l-kanali kollha disponibbli tal-UE għal dan il-għan.
4. Politiki ewropej tal-viċinat ġodda
4.1 Il-KESE jilqa’ ż-żewġ Komunikazzjonijiet Konġunti tal-Kummissjoni u s-SEAE (2), li jivvalutaw il-progress li sar s’issa fir-relazzjonijiet Ewro-Mediterranji u jagħtu l-ewwel ħarsa lejn l-opportunitajiet u l-prospetti li nħolqu wara r-rewwixta Għarbija. Il-KESE jixtieq jagħmel il-punti li ġejjin b’mod partikolari:
4.1.1 |
L-UE għall-ebda raġuni m’għandha tibqa’ osservatur passiv tal-avvenimenti. |
4.1.2 |
Il-KESE eżamina fid-dettall iż-żewġ Komunikazzjonijiet Konġunti tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli, u japprova l-miżuri kollha ta’ żvilupp proposti f’dawn it-testi, filwaqt li jinnota li l-UE ħliet ammont kbir ta’ ħin, wara t-tnedija tal-Proċess ta’ Barċellona fl-1995, qabel ma vvalutat u pprogrammat mill-ġdid dawn il-miżuri. |
4.1.3 |
L-UE għandha timplimenta mingħajr dewmien “is-sħubija l-ġdida għad-demokrazija u għall-prosperità komuni” fil-Mediterran. |
4.1.4 |
Fi ħdan sħubija ġdida, għandu jiġi adottat approċċ differenti għal kull pajjiż biex jiġu riflessi l-iżviluppi politiċi u soċjali. Il-pajjiżi li huma aktar avvanzati għandu jkollhom aċċess għal aktar fondi u għandhom ikunu kapaċi jżidu l-kooperazzjoni politika u ekonomika tagħhom mal-UE. Ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi kollha għandhom ikunu msejsa fuq sensiela espliċita ta’ prinċipji (id-demokrazija, il-protezzjoni tad-drittijiet individwali, eċċ.) u inċentivi speċifiċi marbuta ma’ ċerti għanijiet politiċi (il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, ġudikatura indipendenti, mezzi tal-informazzjoni awtonomi, eċċ.). Għandhom jiġu stabbiliti wkoll salvagwardji speċifiċi sabiex il-fondi jitnaqqsu jew jiġu sospiżi skont il-ħtieġa f’każi fejn l-impenji ma jkunux ġew onorati jew l-iskadenzi ma jkunux ġew irrispettati. |
4.1.5 |
Iż-żamma ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti hija prekondizzjoni preliminarja li mhijiex negozzjabbli għat-twaqqif ta’ sħubija. |
4.1.6 |
L-appoġġ mis-soċjetà ċivili fil-livell l-aktar qrib taċ-ċittadin huwa prerekwiżit bażiku għat-tisħiħ tal-gvernijiet demokratiċi ġodda u għas-salvagwardja tad-drittijiet ekonomiċi u soċjali, il-ħarsien tal-ambjent u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku. Il-KESE huwa lest jikkontribwixxi għal dawn l-isforzi bl-esperjenza li kiseb bis-saħħa tal-attivitajiet tiegħu madwar id-dinja kif ukoll l-għarfien espert tal-membri tiegħu permezz ta’ miżuri speċifiċi ta’ għajnuna b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni. |
4.1.7 |
Ir-rewwixta Għarbija bbenefikat bil-kbir mir-rwol ewlieni li qdew iż-żgħażagħ u n-nisa fir-rewwixti, u għaldaqstant għandha ssir enfasi partikolari fuq il-garanzija tad-drittijiet tagħhom u t-tisħiħ tar-rwol tagħhom fl-istati demokratiċi ġodda. Għal dan il-għan, il-KESE jappella lill-pajjiżi kollha fir-reġjun Ewro-Mediterranju biex jirratifikaw il-Konvenzjoni dwar it-Tneħħija tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa. |
4.1.8 |
Djalogu soċjali miftuħ bejn dawk li jħaddmu u l-ħaddiema, li huwa prerekwiżit għaż-żamma tal-istabbiltà ekonomika u soċjali, ser jaqdi rwol importanti ħafna fit-tisħiħ tad-demokrazija u s-salvagwardja tad-drittijiet tat-trejdjunjins. |
4.1.9 |
Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-iżgurar ta’ governanza tajba u l-ħolqien ta’ amministrazzjoni pubblika effiċjenti huma kundizzjonijiet adatti u neċessarji għall-prosperità ekonomika u biex jinġibed l-investiment dirett barrani li huwa assolutament essenzjali għat-tisħiħ tal-gvernijiet demokratiċi u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. |
4.1.10 |
It-twaqqif ta’ sħubijiiet ta’ mobbiltà u ta’ infrastruttra fil-pajjiżi tal-Mediterran fir-rigward tal-fruntieri, il-migrazzjoni u l-asil ser isaħħu s-sigurtà fir-reġjun. |
4.1.11 |
L-istabbiliment ta’ SMEs fil-pajjiżi tal-Mediterran huwa prerekwiżit importanti għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi f’qafas regolatorju f’saħħtu u ambjent finanzjarju kostruttiv. Il-Faċilità Ewro-Mediterranja ta’ Investiment u Sħubija (FEMIP) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) qed jiġu msejħa jaqdu rwol importanti f’dan ir-rigward. |
4.1.12 |
L-illitteriżmu huwa wieħed mill-aktar problemi soċjali serji fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani, u jridu jsiru sforzi kbar biex jiġi indirizzat. L-Unjoni Ewropea tista’ u għandha taqdi rwol ta’ appoġġ f’dan ir-rigward. Tista’ wkoll tipprovdi appoġġ għat-taħriġ tal-kumpaniji u l-iżvilupp tal-ħiliet. |
4.1.13 |
Il-KESE jappoġġja t-twaqqif ta’ Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija li tuża miżuri mmirati biex tappoġġja l-proċessi demokratiċi fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran, tippromovi l-ħolqien ta’ partiti politiċi u mezzi tax-xandir tal-massa ħielsa, u fuq kollox issaħħaħ is-soċjetà ċivili (assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem/ħaddiema, NGOs, bdiewa, organizzazzjonijiet tan-nisa u msieħba soċjali oħrajn). Abbażi tal-esperjenza tiegħu stess, il-KESE jqis li proċess speċjali li jappoġġja lis-soċjetà ċivili, bħall-faċilità proposta favur is-soċjetà ċivili fil-qafas tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI), huwa indispensabbli u jitlob biex jiżdied il-finanzjament għal din il-faċilità. Il-KESE huwa lest jinvolvi ruħu bis-sħiħ f’din il-faċilità flimkien mal-korpi Ewropej l-oħrajn u li joffri l-għarfien espert tiegħu. Il-KESE jappella wkoll lill-Kummissjoni sabiex tirrikonoxxi r-rwol speċjali li l-organizzazzjonijiet soċjoprofessjonali jistgħu jaqdu fl-ENPI, b’mod partikolari fil-faċilità tas-soċjetà ċivili li għad trid tinħoloq. |
4.1.14 |
Il-KESE jaqbel mal-istituzzjonijiet tal-UE li r-reġjun tal-Mediterran kien għal ħafna żmien fi stat ta’ tensjoni kontinwa minħabba l-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina, li jxekkel kull attentat ta’ djalogu jew azzjoni konġunta, u jappella lill-HR/VP biex tkompli bl-isforzi intensivi tagħha sabiex tinstab soluzzjoni li hija aċċettabbli għal kulħadd. F’din il-kwistjoni estremament delikata, l-UE għandha tesprimi lilha nnifisha b’vuċi waħda. |
4.1.15 |
Il-KESE jappoġġja l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-iffaċilitar tal-visa għal imsieħba magħżula fil-Mediterran u l-liberalizzazzjoni tal-visa fiż-żmien dovut għal dawk il-pajjiżi li jistgħu jikkooperaw aktar mill-qrib mal-UE fuq kwistjonijiet relatati mal-mobbiltà, l-asil, ir-ripatrijazzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin. |
4.1.16 |
Il-KESE jqis li r-rispett kemm tal-libertajiet reliġjużi kif ukoll dawk ċivili huwa dritt bażiku tal-bniedem li għandu jiġi protett bis-sħiħ f’reġjun ikkaratterizzat minn diversità reliġjuża u politika, u jappella lill-pajjiżi li għadhom ma rratifikawx il-konvenzjonijiet u l-ftehimiet universali u reġjonali dwar il-libertajiet politiċi, ċivili u kulturali, u dwar id-drittijiet ekonomiċi u soċjali, li huma bbażati fuq id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, biex jagħmlu dan mingħajr dewmien. |
4.1.17 |
Il-mezzi tax-xandir fir-reġjun Ewro-Mediterranju jaqdu rwol ċentrali fit-twassil u t-tbassir tar-riżultati tal-bidliet li qed iseħħu. L-appoġġ tal-UE għandu bżonn jiffoka fuq inizjattivi li jtejbu l-professjonalità u l-indipendenza tal-mezzi tax-xandir eżistenti u jrawmu kundizzjonijiet li fihom jistgħu jiffjorixxu d-diversità u l-libertà tal-mezzi tax-xandir. |
5. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-ue mas-soċjetà ċivili fir-reġjun tal-mediterran
5.1 Wara r-rewwixta Għarbija, il-korpi Ewropej kollha li nqabdu fuq sieq waħda mill-iżviluppi, u mingħajr l-ebda strateġija alternattiva ta’ reazzjoni immedjata barra milli jipprovdu għajnuna umanitarja, aċċettaw li fil-ġejjieni l-UE trid tiffoka b’mod partikolari fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u korpi soċjali u professjonali indipendenti oħra.
5.2 Iż-żewġ Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-HR/VP diġà jinkludu kapitoli speċifiċi dwar miżuri ta’ appoġġ għas-soċjetà ċivili permezz tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u l-Unjoni għall-Mediterran.
6. Ir-rwol tal-kummissjoni
6.1 Jeħtieġ li tingħata għajnuna lill-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran sabiex jistabbilixxu u jsaħħu l-mekkaniżmi li ser jippromovu l-organizzazzjoni u t-tħaddim kif suppost tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet soċjoekonomiċi (il-leġislazzjoni, it-tfassil ta’ regoli dwar l-operat, it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet, il-ħtieġa ta’ djalogu demokratiku miftuħ u inklużiv, eċċ.).
6.2 Il-kooperazzjoni mal-Istati Membri hija kruċjali u hemm bżonn li r-rwol u l-missjoni tal-Unjoni għall-Mediterran jiġu definiti mill-ġdid (3) u li tiġi organizzata l-parteċipazzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti tas-soċjetà ċivili fil-programmi tiegħu.
7. Ir-rwol speċifiku tal-KESE
7.1 Bħala l-korp li jirrappreżenta lis-soċjetà ċivili Ewropea, il-KESE jista’ jieħu sehem attiv fil-qafas Ewropew il-ġdid għall-kooperazzjoni mas-soċjetajiet tal-Mediterran billi jieħu l-miżuri li ġejjin:
— |
jiddokumenta s-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran permezz ta’ djalogu miftuħ, demokratiku u regolari ma’ firxa wiesgħa ta’ atturi; |
— |
jgħin fid-definizzjoni ta’ kriterji u proċessi speċifiċi biex organizzazzjoni tiġi aċċettata bħala waħda tabilħaqq rappreżentattiva ta’ settur tas-soċjetà u li topera b’mod demokratiku u indipendenti b’kooperazzjoni ma’ korpi oħrajn; |
— |
jappoġġja l-isforzi tas-soċjetà ċivili indipendenti u rappreżentattiva f’termini ta’ bini tal-kapaċità permezz tal-għarfien espert tiegħu f’oqsma bħad-djalogu soċjali, id-drittijiet ekonomiċi u soċjali, it-taħriġ vokazzjonali, governanza tajba, l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol, l-iżvilupp sostenibbli, il-koeżjoni soċjali, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-kooperattivi, l-SMEs, il-kapaċità ta’ sensibilizzazzjoni, il-migrazzjoni, l-iżvilupp rurali u d-drittijiet tan-nisa; |
— |
jgħin lill-kunsilli ekonomiċi u soċjali lokali billi jipprovdi għarfien espert dwar id-demokrazija parteċipattiva; u |
— |
jieħu sehem fi programmi tal-Kummissjoni maħsuba biex issaħħu l-organizzazzjonijiet soċjoekonomiċi. |
7.2 Il-KESE jemmen li d-djalogu soċjali bejn min iħaddem u l-ħaddiema fir-reġjun tal-Mediterran għandu jissaħħaħ u li l-Grupp ta’ Min Iħaddem u l-Grupp tal-Impjegati jistgħu jikkontribwixxu sabiex dan l-objettiv jintlaħaq billi jistabbilixxu netwerk ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti. Barra minn hekk, il-KESE jappella sabiex jiġi promoss djalogu soċjali strutturat permezz ta’ Forum Soċjali.
7.3 Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li jaħdem flimkien mal-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħti appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili emerġenti fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran, speċjalment dawk direttament involuti fir-rewwixti li taw bidu lir-rivoluzzjonijiet, sabiex jirċievu r-rikonoxximent politiku u l-appoġġ finanzjarju li jeħtieġu biex ikomplu jaqdru r-rwol tagħhom fil-proċessi demokratiċi.
7.4 Il-KESE diġà ta bidu għal sensiela ta’ missjonijiet f’xi pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Mediterran (it-Tuneżija u l-Marokk) u qed ilesti biex jorganizza simpożju mal-NGOs tar-reġjun Ewro-Mediterranju (f’Settembru 2011), kif ukoll is-summit annwali tiegħu b’parteċipazzjoni wiesgħa tas-soċjetà ċivili (f’Novembru 2011 f’Istanbul). Huwa fformula rakkomandazzjonijiet fl-opinjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-kooperazzjoni Ewro-Mediterranja (4) u fid-Dikjarazzjoni finali tas-Summit Ewro-Mediterranju tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u Istituzzjonijiet Simili li sar f’Ruma fl-2010. Din id-dikjarazzjoni tinkludi għadd ta’ rakkomandazzjonijiet dwar suġġetti ta’ interess reċenti għas-soċjetà ċivili tar-reġjun Ewro-Mediterranju, bħall-ħolqien ta’ assemblea tal-kunsilli ekonomiċi u soċjali u istituzzjonijiet simili fi ħdan l-istruttura tal-UgħM. Il-kwistjonijiet l-oħra fuq l-aġenda kienu x-xogħol deċenti u l-iżvilupp sostenibbli fir-reġjun Mediterranju, it-taħriġ professjonali bħala xprun tal-kompetittività u tal-ħolqien tal-impjiegi, it-twaqqif ta’ soċjetà iżjed ġusta fir-reġjun Ewro-Mediterranju u ta’ politika agrikola fil-pajjiżi tal-UgħM. Il-KESE qed jaħdem ukoll mill-qrib mal-kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE fir-reġjun tal-Mediterran.
7.5 Il-KESE ser jadatta n-netwerk tiegħu tal-KES tal-Euromed u istituzzjonijiet simili u ser ikompli wkoll jippromovi l-kooperazzjoni reġjonali permezz ta’ dan in-netwerk, li jista’ jservi ta’ forum għall-iskambji bejn l-imsieħba tas-soċjetà ċivili fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar.
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Sħubija għad-demokrazija u l-prosperità komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran (COM(2011) 200 finali, 8.3.2011) u Komunikazzjoni Konġunta lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni (COM(2011) 303 final, 25.5.2011).
(2) Ara nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(3) Ara r-riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni: “Il-ġestjoni tal-impatt u l-konsegwenzi tar-rivoluzzjonijiet fil-Mediterran” tat-12 ta’ Mejju 2011 (ĠU C 192, 1.7.2011, p. 1-3).
(4) Ara r-riżoluzzjoni dwar Is-sitwazzjoni fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran (ĠU C 132, 3.5.2011, p. 1-2); l-opinjoni dwar L-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) (ĠU C 182, 4.8.2009, p. 13-18); l-opinjoni dwar Il-libertà ta’ assoċjazzjoni fil-pajjiżi msieħba tal-Euromed (ĠU C 211, 19.8.2008, p. 77-81).
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/38 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-Ajru Uniku Ewropew II” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)
2011/C 376/07
Relatur: is-Sur KRAWCZYK
Nhar it-20 ta’ Jannar 2011, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar
l-Ajru Uniku Ewropew II.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-22 ta’ Ġunju 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’152 vot favur, u astensjoni waħda (1).
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Għal għexieren ta’ snin, is-sistema Ewropea għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru batiet minn frammentazzjoni u dgħufijiet. Bil-ħolqien ta’ Ajru Uniku Ewropew (SES), tista’ tiżdied is-sigurtà u titjieb l-effiċjenza tat-titjiriet. Dan iġib miegħu tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tas-CO2 għal kull titjira u jtaffi sew impatti ambjentali oħra (l-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-avjazzjoni jistgħu jitnaqqsu bi 12 % għal kull titjira) filwaqt li jiġi ffrankat ammont konsiderevoli mill-infiq.
1.2 Il-ħolqien ta’ Ajru Uniku Ewropew huwa essenzjali wkoll sabiex tkun żgurata l-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni tal-UE fis-suq globali. Huwa essenzjali li l-Kummissjoni Ewropea tassumi rwol prinċipali fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew II. Hija biss tmexxija b’saħħitha u mingħajr dubji min-naħa tal-Kummissjoni li ser tippermetti li jingħelbu b’suċċess l-ostakli u l-problemi politiċi varji li kienu ffaċċjati fis-snin preċedenti.
1.3 L-implimentazzjoni b’suċċess tal-iskema ta’ prestazzjoni bbażata fuq miri realistiċi iżda ambizzjużi għas-sigurtà, il-kosteffiċjenza, il-kapaċità/id-dewmien u l-effiċjenza tat-titjiriet hija fattur kruċjali biex jitwettaq l-Ajru Uniku Ewropew. Il-KESE huwa mħasseb li l-livell attwali ta’ impenn fost l-Istati Membri tal-UE b’rabta mal-Ajru Uniku Ewropew mhuwiex biżżejjed.
1.4 Jeħtieġ li jiġu żviluppati blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali (FABs) ibbażati fuq il-ħtiġijiet operattivi filwaqt li jitqiesu s-sigurtà, il-kapaċità tal-ispazju tal-ajru, l-objettivi li titjieb il-kosteffiċjenza u t-titjib ambjentali permezz ta’ effiċjenza miżjuda tat-titjiriet. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tistabbilixxi u tissorvelja mill-qrib il-parametri tal-prestazzjoni li jridu jinkisbu mill-inizjattivi varji tal-blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali billi jintuża l-qafas ta’ prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew II.
1.5 Il-KESE jemmen li l-Eurocontrol jista’ jkollu rwol fit-tisħiħ tal-funzjonijiet tan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, bħalma huma d-disinn tan-netwerk tar-rotta, il-ġestjoni tal-fluss ċentrali u l-ġestjoni tar-riżorsi skarsi, iżda bil-kundizzjoni li dan isir fil-qafas tal-liġi tal-UE, li r-riforma tal-aġenzija Eurocontrol tiġi kompluta b’suċċess u li l-bażi tal-ispejjeż tal-Eurocontrol tiġi razzjonalizzata aktar. Il-KESE jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li taħtar lill-Eurocontrol bħala “l-Amministratur tan-Netwerk” tal-Ewropa.
1.6 Il-KESE jemmen li l-objettivi tas-sigurtà u tal-prestazzjoni, kif ukoll tal-interoperabbiltà mas-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru mhux tal-UE (bħalma hija l-inizjattiva NextGen tal-Istati Uniti) għandhom jibqgħu l-forza mexxejja għall-programm tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR). Għaldaqstant, il-KESE jħoss li għandhom jiġu indirizzati l-isfidi relatati mal-użu tas-SESAR li ġejjin:
— |
L-iżgurar ta’ użu sinkronizzat tat-titjib tal-infrastruttura tal-ajru u tal-art. |
— |
L-iżgurar ta’ riżorsi finanzjarji adegwati u fil-ħin għall-użu tas-SESAR. |
— |
L-istabbiliment ta’ governanza adegwata għall-użu tas-SESAR. |
1.7 Is-sigurtà tmur lil hinn mir-regolamenti tas-sigurtà. Din tinkludi wkoll: il-kapaċitajiet umani, kultura ta’ sigurtà, kompetenzi, taħriġ u ġestjoni tar-riżorsi tat-tim. F’dan il-kuntest huwa importanti li:
— |
tiġi rikonoxxuta l-prestazzjoni umana f’termini ta’ ġestjoni proattiva tar-riskji tas-sigurtà; |
— |
jiġi żgurat livell adegwat ta’ kompetenza u ta’ taħriġ tal-professjonisti; |
— |
jiġi promoss l-involviment tal-imsieħba soċjali fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew fil-livelli kollha; u |
— |
tinbena kultura soda ta’ sigurtà li tintegra r-rappurtaġġ miftuħ u “kultura ġusta” bħala bażi għall-prestazzjoni tas-sigurtà. |
1.8 Il-KESE jinnota li l-pakkett tal-Ajru Uniku Ewropew II estenda l-iskop tas-sistema tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) għar-regolamentazzjoni tas-sigurtà tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fil-livell tal-UE, u b’hekk jiġi żgurat approċċ integrat għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-sigurtà tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-UE skont kunċett ta’ “gate to gate”.
2. Introduzzjoni
2.1 Bil-ħolqien ta’ Ajru Uniku Ewropew, tista’ tiżdied is-sigurtà u titjieb l-effiċjenza tat-titjiriet. Dan iġib miegħu tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tas-CO2 għal kull titjira u jtaffi sew impatti ambjentali oħra (l-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-avjazzjoni jistgħu jitnaqqsu bi 12 % għal kull titjira) filwaqt li jiġi ffrankat ammont konsiderevoli mill-infiq.
2.2 Il-ħolqien ta’ Ajru Uniku Ewropew huwa essenzjali wkoll sabiex tkun żgurata l-kompetittività tal-industrija tal-avjazzjoni tal-UE fis-suq globali. Barra minn hekk, is-sistema attwali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru mhux ser tkun kapaċi tittratta d-domanda tat-traffiku mbassra għall-perjodu minn issa sal-2030 (skont l-aħħar tbassir fit-tul li sar mill-Eurocontrol, it-traffiku ser jiżdied għal 16,9 miljun titjira sal-2030 (1,8 darbiet il-livelli attwali tat-traffiku).
2.3 Pakkett inizjali tal-Ajru Uniku Ewropew tal-UE (SES I) daħal fis-seħħ fl-2004. Dak iż-żmien, l-akbar problema fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru kienet il-konġestjoni fl-ajru u t-tardjar sussegwenti, u għalhekk din, flimkien mas-sigurtà, saret il-punt fokali ewlieni tal-SES I.
2.4 Tul dawn l-aħħar snin, is-sitwazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru nbidlet xi daqsxejn, u filwaqt li s-sigurtà u l-kapaċità għadhom l-aktar objettivi importanti, l-istampa saret aktar varjata, b’enfasi akbar fuq l-ambjent (l-effiċjenza tat-titjiriet) u l-kosteffiċjenza. Barra minn hekk, l-approċċ regolatorju tbiddel minħabba talbiet li saru mill-Istati Membri u mill-partijiet interessati għal approċċ inqas preskrittiv (“regolamentazzjoni aħjar”).
2.5 Għalkemm inkisbu xi wħud mill-objettivi tal-SES, id-diffikultajiet tal-Istati Membri biex jiksbu xi objettivi tal-SES I, flimkien ma’ objettivi aġġornati bħalma huma l-ambjent u l-prestazzjoni, wasslu għat-tnedija tal-pakkett tal-Ajru Uniku Ewropew II (SES II). Dan ġie adottat mil-leġislatur tal-UE fl-2009 u ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-14 ta’ Novembru 2009. Hu jipprovdi l-għodod essenzjali, il-qafas legali u l-moduli biex jiġi implimentat Ajru Uniku Ewropew mill-2012 ’il quddiem.
2.6 Barra minn hekk, il-programm SESAR tnieda bħala l-komponent tekniku u operattiv li jikkumplementa r-riformi istituzzjonali maħsuba permezz tal-SES II.
2.7 Madankollu għad fadal sfidi sostanzjali. Sabiex jingħelbu dawn l-isfidi, jeħtieġ titjib operattiv kbir, flimkien ma’ azzjoni politika kontinwa sabiex tkun żgurata implimentazzjoni rapida tal-pakkett SES II ibbażata fuq miri ambizzjużi ta’ prestazzjoni u bl-objettiv aħħari li jiġu eliminati d-differenzi fil-prestazzjoni bejn is-sistema tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-UE u dawk li mhumiex tal-UE.
2.8 Il-KESE enfasizza l-ħtieġa ta’ Ajru Uniku Ewropew f’opinjonijiet preċedenti, b’mod partikolari l-opinjoni TEN 354-355 dwar it-titjib tal-prestazzjoni tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni permezz tal-SES II. Din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja għandha l-għan li tipprovdi viżjoni ta’ livell għoli għall-implimentazzjoni tal-pakkett tal-SES II u għall-użu tas-SESAR, u tindirizza l-aspetti li ġejjin:
— |
l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni tal-SES II b’miri ambizzjużi ta’ prestazzjoni; |
— |
l-implimentazzjoni tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali li huma bbażati fuq dawn il-miri ambizzjużi ta’ prestazzjoni; |
— |
it-tisħiħ tal-funzjonijiet tan-netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fuq il-bażi ta’ Eurocontrol riformat; |
— |
ir-riforma tal-Eurocontrol bħala appoġġ għall-SES u b’bażi tal-ispejjeż imnaqqsa; |
— |
is-SESAR bħala l-komponent tekniku u operattiv tal-SES b’finanzjament pubbliku sabiex tiġi appoġġjata l-fażi ta’ implimentazzjoni; |
— |
l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni bħala l-uniku regolatur tas-sigurtà b’regoli tas-sigurtà bbażati fuq il-prinċipji tas-sigurtà u li jibni fuq ir-regoli eżistenti. |
Il-prinċipju tal-fatturi umani u l-ħtieġa ta’ djalogu soċjali mal-persunal li qiegħed fuq quddiem u konsultazzjoni adegwata mal-partijiet interessati kollha huma element ewlieni li fuqu għandhom jissejsu dawk l-aspetti kollha.
3. L-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni tal-SES II b’miri ambizzjużi ta’ prestazzjoni
3.1 L-implimentazzjoni b’suċċess tal-iskema ta’ prestazzjoni bbażata fuq miri ambizzjużi għas-sigurtà, il-kosteffiċjenza, il-kapaċità/id-dewmien u l-effiċjenza tat-titjiriet hija fattur kruċjali biex jitwettaq l-Ajru Uniku Ewropew. Ser ikun hemm bżonn impenn politiku sod biex jiġi żgurat li l-benefiċċji tiegħu jaslu malajr. F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri tal-UE jonoraw l-impenn tagħhom li jħaffu l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, hekk kif ġie deċiż fil-Kunsill Trasport tal-UE f’Mejju 2010. Il-KESE huwa mħasseb li l-livell attwali ta’ impenn fost l-Istati Membri tal-UE għal Ajru Uniku Ewropew huwa baxx.
3.2 Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-miri ta’ prestazzjoni madwar il-Komunità kollha u l-miri nazzjonali tal-blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali. Dan ser ikun jeħtieġ l-iżvilupp ta’ sistema sabiex jiġu solvuti l-inkonsistenzi bejn dawn il-miri. Fil-prattika, dan ifisser li dawk li jagħtu l-agħar prestazzjoni ser ikunu jeħtieġu miri aktar ambizzjużi minn dawk li jagħtu prestazzjoni aħjar. Ir-rapporti tal-Kummissjoni tal-Eurocontrol għall-Analiżi tal-Prestazzjoni dwar il-benchmarking tal-prestazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ACE) għandhom jintużaw sabiex jiġu stabbiliti miri dettaljati għall-provvedituri individwali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru. Għandhom jiġu żviluppati u implimentati miri metriċi ta’ sigurtà sabiex ikun żgurat approċċ bilanċat flimkien mal-miri l-oħra ta’ prestazzjoni. F’dan il-kuntest m’għandu jkun hemm l-ebda kompromess tal-livelli tas-sigurtà, u s-sigurtà għandha tkompli tittejjeb.
3.3 Il-KESE jenfasizza l-importanza li tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza tal-Awtoritajiet Superviżorji Nazzjonali (NSAs) mill-Provvedituri ta’ Servizz ta’ Navigazzjoni bl-Ajru (ANSPs) kif ukoll mill-interferenza politika; dan huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni b’suċċess. Għaldaqstant għandhom jiġu żgurati riżorsi adegwati għall-NSAs. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tissorvelja mill-qrib il-konformità stretta ma’ dawk il-prinċipji billi tagħmel użu mill-għodod disponibbli fil-pakkett tal-SES II. Barra minn hekk, l-NSAs għandhom jikkoordinaw aħjar billi jagħmlu użu estensiv tal-pjattaforma stabbilita tal-NSA u, jekk jagħti l-każ, għandha tiġi maħsuba konsolidazzjoni fi ħdan il-kuntest tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali sabiex ikunu żgurati ekonomiji ta’ skala u għall-prevenzjoni ta’ żieda fl-ispejjeż ta’ superviżjoni. F’dan il-kuntest jista’ jikber ir-rwol tal-koordinatur tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali.
3.4 L-iskema ta’ prestazzjoni għandha tindirizza kemm il-ħlasijiet en route kif ukoll dawk tat-terminals. Dan huwa essenzjali sabiex ikunu żgurati benefiċċji sinifikattivi għal-linji tal-ajru u għall-passiġġieri, fuq il-bażi tal-kunċett “gate to gate”. Jekk jiġi żviluppat pjan direzzjonali, dan iwassal biex jitnaqqsu l-ispejjeż diretti u indiretti tas-sistema tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-UE fuq medda twila ta’ żmien u b’hekk jitnaqqsu l-ħlasijiet għall-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru (ATC) li jintalbu jħallsu l-utenti tal-ispazju tal-ajru, u b’hekk jiġu affettwati l-passiġġieri u l-klijenti tal-merkanzija.
3.5 Il-KESE huwa tal-fehma li l-iskema ta’ prestazzjoni tal-SES II għandha tintrabat ma’ skema ta’ inċentiv żviluppata sew. L-akbar inċentiv ser ikun l-abolizzjoni tas-sistema tal-irkupru sħiħ tal-ispejjeż fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru hekk kif diġà sar qbil dwarha permezz tal-pakkett SES II, u s-sostituzzjoni tagħha b’sistema bi spiża fissa.
3.6 Il-funzjonijiet tan-netwerk, bħall-Unità Ċentrali għall-Ġestjoni tal-Flussi tat-Traffiku tal-Ajru (Central Flow Management Unit, CFMU) u l-Uffiċċju Ċentrali tal-Imposti fuq ir-Rotot (Central Route Charges Office, CRCO) tal-Eurocontrol, ukoll għandhom ikunu bbażati fuq miri ta’ prestazzjoni ċari, iżda għandhom jinkludu salvagwardji sabiex ikun żgurat li l-Korp għar-Reviżjoni ta’ Prestazzjoni (PRB) tal-UE huwa strettament indipendenti minn dawn il-funzjonijiet tan-netwerk.
4. L-implimentazzjoni tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali bbażati fuq dawn il-miri ambizzjużi ta’ prestazzjoni
4.1 Il-konverġenza lejn numru minimu ta’ blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali li jkunu bbażati prinċipalment fuq ir-rekwiżiti, il-kapaċità u l-kosteffiċjenza tal-fluss tat-traffiku għadha objettiv li jrid jinkiseb. L-istess miżuri u proċeduri ta’ sigurtà għandhom japplikaw għall-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali kollha. Il-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali huma għodda essenzjali li jippermettu lill-ANSPs individwali jilħqu l-miri ambizzjużi ta’ prestazzjoni mill-2012 ’il quddiem.
4.2 Jeħtieġ li jiġu żviluppati blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali (FABs) ibbażati fuq il-ħtiġijiet operattivi filwaqt li jitqiesu s-sigurtà, il-kapaċità tal-ispazju tal-ajru, l-objettivi li titjieb il-kosteffiċjenza u t-titjib ambjentali permezz ta’ effiċjenza miżjuda tat-titjiriet. Il-ksib ta’ dan l-objettiv jeħtieġ impenn politiku u monitoraġġ tal-ogħla livell. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tistabbilixxi u tissorvelja mill-qrib il-parametri tal-prestazzjoni li jridu jinkisbu mill-inizjattivi varji tal-blokk ta’ spazju tal-ajru funzjonali billi jintuża l-qafas ta’ prestazzjoni tal-SES II.
4.3 Jeħtieġ li l-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali jiżguraw l-integrazzjoni teknika gradwali tas-sistema Ewropea fframmentata tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fuq il-bażi ta’ pjan direzzjonali b’miri ċari. Sabiex tintlaħaq din il-mira, hemm bżonn ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni ċari bejn il-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali.
4.4 F’termini ta’ tibdil fil-prattiki ta’ ħidma, huwa essenzjali li jkun hemm relazzjonijiet industrijali tajbin. Dawn jistgħu jinkisbu biss permezz ta’ konsultazzjoni adegwata u kontinwa fil-veru sens tal-kelma. Għall-quddiem, djalogu soċjali tajjeb huwa essenzjali jekk irridu nevitaw dawn il-problemi fil-futur. Il-ħaddiema fl-industrija huma assi ewlenin, u t-tibdil fil-prattika ta’ ħidma jista’ joħloq problemi industrijali jekk il-ħaddiema ma jiġux ittrattati b’rispett.
4.5 Skont ir-Regolament tal-SES, jeħtieġ li l-ANSPs ikollhom pjani ta’ kontinġenza għas-servizzi kollha li jipprovdu sabiex jintużaw f’każ ta’ avvenimenti li jwasslu għal degradazzjoni sinifikanti jew interruzzjoni tas-servizzi tagħhom. L-ANSPs għandhom jiffukaw fuq soluzzjonijiet iżjed effiċjenti u kosteffiċjenti billi l-ewwel imorru lura għal possibbiltajiet li diġà jeżistu fl-infrastruttura nazzjonali (jiġifieri ċ-Ċentri ta’ Kontroll taż-Żona (ACCs) jew faċilitajiet militari oħrajn) u għandhom jantiċipaw id-dispożizzjonijiet marbuta mal-iżviluppi tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali għal dawn il-kontinġenzi.
4.6 Il-kooperazzjoni bejn il-provvedituri tas-servizzi ċivili u militari hija kruċjali biex ikun żgurat aktar żvilupp tal-SES u l-eliminazzjoni tal-aktar ostakli importanti tal-kapaċità fil-qalba tal-Ewropa. L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiksbu kooperazzjoni bejn iċ-ċivil u l-militar fil-kuntest tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali, li tirrikonċilja l-ħtiġijiet ċivili u militari b’mod prammatiku u mhux politiku. Fid-dawl tal-fatt li l-Istati mhux tal-UE u l-Istati Uniti huma involuti wkoll, huwa essenzjali li jkun hemm koordinazzjoni aktar mill-qrib man-NATO. Il-KESE jilqa’ l-allokazzjoni mill-ġdid ta’ wħud miż-żoni għat-taħriġ militari, ’il bogħod mir-rotot ewlenin tat-traffiku ċivili, hekk kif maħsuba minn xi blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali, u għandha titkompla b’mod attiv bl-inizjattivi kollha tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta’ netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bil-lejl, hekk kif maħsuba minn xi blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali, għandha tiġi segwita wkoll mill-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali kollha bħala mezz ta’ kif titjieb l-effiċjenza tat-titjiriet ta’ bil-lejl meta ma jkunux qed jintużaw iż-żoni ta’ taħriġ militari.
4.7 Il-KESE jemmen ukoll li huwa essenzjali li l-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali u l-prinċipju tal-Ajru Uniku Ewropew jiġu estiżi lil hinn mill-fruntieri tal-UE, b’mod partikolari lejn pajjiżi li jmissu mal-Ewropa. Dan ser jirrikjedi aktar kooperazzjoni fil-livell internazzjonali.
4.8 L-impenn politiku huwa essenzjali sabiex ikun żgurat li l-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali joffru benefiċċji reali lill-utenti aħħarin. Il-Kummissjoni tal-UE u l-Koordinatur tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali tal-UE għandhom ikomplu jfakkru lill-Istati Membri dwar id-dmir tagħhom li jwettqu l-implimentazzjoni tal-SES u tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali.
5. L-istabbiliment ta’ Maniġer tan-Netwerk Ewropew biex iwettaq il-funzjonijiet tan-netwerk Ewropew relatati mal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru
5.1 Il-KESE jaqbel li t-tisħiħ tal-funzjonijiet tan-netwerk Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, bħalma huwa t-tfassil ta’ netwerk tar-rotot, il-ġestjoni ċentrali tal-flussi u l-ġestjoni tar-riżorsi skarsi (frekwenzi u kodiċi tat-trasponder) huma element essenzjali tal-pakkett tal-SES II.
5.2 Il-KESE jemmen li l-Eurocontrol jista’ jaqdi rwol f’dawn il-funzjonijiet, iżda bil-kundizzjoni li dan isir fil-qafas tal-liġi tal-UE, li r-riforma tal-aġenzija Eurocontrol titlesta b’suċċess u li l-bażi tal-ispejjeż tal-Eurocontrol tiġi razzjonalizzata aktar. Dan ser jirrikjedi l-impenn politiku sħiħ tal-Istati Membri tal-Eurocontrol biex jagħtu spinta lill-istrutturazzjoni mill-ġdid tal-aġenzija. Il-KESE jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li taħtar lill-Eurocontrol bħala “l-Amministratur tan-Netwerk” tal-Ewropa.
5.3 Għaldaqstant, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżgura l-konformità stretta ma’ dan l-element essenzjali meta tkun qed tagħti l-mandat lill-Eurocontrol.
5.4 Il-KESE jesprimi tħassib dwar iż-żieda prevista fit-tardjar tal-Kontroll tat-Traffiku tal-Ajru waqt is-sajf tal-2011. Il-KESE jħeġġeġ lill-Eurocontrol biex, bħala l-maniġer tan-netwerk tal-SES, u f’kooperazzjoni mal-ANSPs u l-utenti tal-ispazju tal-ajru, isib soluzzjonijiet fuq medda qasira ta’ żmien għall-mitigazzjoni tal-impatt fuq it-traffiku tal-ajru u l-pubbliku li qed jivvjaġġa.
5.5 Fl-aħħar nett, il-KESE jixtieq ifakkar li l-eruzzjonijiet tal-vulkan Eyjafjallajökull fl-Islanda fl-2010 rriżultaw fl-għeluq tal-ispazju tal-ajru li wassal għal taqlib kbir għall-industrija tal-linji tal-ajru u l-pubbliku li qed jivvjaġġa. Dan kellu impatt enormi mil-lat ta’ spejjeż għall-industrija tal-avjazzjoni u għall-ekonomija tal-UE inġenerali. Wara dawn l-avvenimenti, intlaħaq ftehim li jeħtieġ li l-Ewropa tirrevedi l-proċeduri tagħha. F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li l-Ewropa tallinja l-proċeduri tagħha mal-aħjar prattiki li qegħdin fis-seħħ f’partijiet oħra tad-dinja, pereżempju fl-Istati Uniti. B’mod speċifiku, l-Ewropa hija l-uniku reġjun fid-dinja fejn ir-responsabbiltà biex jiġu indirizzati l-perikli potenzjali tal-irmied vulkaniku mhijiex f’idejn il-linji tal-ajru. L-eżerċizzju reċenti dwar l-irmied volkaniku (April 2011) tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) enfasizza li minkejja li sar xi progress, teħtieġ gwida aktar solida biex jiġi evitat approċċ frammentat ieħor. Il-KESE jħeġġeġ lill-EASA biex tipprovdi gwida ċara lill-Istati Membri kollha tal-UE meta jadottaw politika riveduta.
6. Ir-riforma tal-Eurocontrol bħala appoġġ għall-SES u b’bażi tal-ispejjeż imnaqqsa
6.1 Il-KESE ifaħħar il-progress sinifikanti li sar mill-Eurocontrol, taħt it-tmexxija tad-Direttur Ġenerali tagħha, fl-istrutturar mill-ġdid tal-aġenzija bħala organizzazzjoni aktar effiċjenti li tappoġġja l-SES. Dan il-proċess kontinwu għandu jiġi aċċellerat u ser jirrikjedi l-impenn sħiħ tal-Istati Membri kollha tal-Eurocontrol.
6.2 Il-KESE jifraħ lill-Eurocontrol dwar it-twaqqif tal-pilastru tal-SES fi ħdan l-aġenzija sabiex jipprovdi appoġġ tekniku għall-SES. Hemm bżonn ta’ trasparenza sħiħa fir-rigward tal-funzjonijiet differenti tal-Eurocontrol, il-provvediment tar-riżorsi meħtieġa u l-mod kif dawn għandhom jiġu ffinanzjati. Naturalment, il-linji tal-ajru m’għandhomx iħallsu għall-funzjonijiet governattivi bħalma huwa l-pilastru tal-SES. Dan ser jirrikjedi aktar ħidma sabiex jiġu stabbiliti l-prinċipji ta’ governanza adegwati għall-Eurocontrol, li jagħmlu l-konformità sħiħa mal-objettivi tal-SES possibbli.
6.3 Il-KESE jenfasizza wkoll l-importanza taż-żamma ta’ approċċ pan-Ewropew li jmur lil hinn mill-fruntieri tal-UE. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Ewropea għandha testendi l-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni għall-pajjiżi kollha li huma ġirien tal-Unjoni Ewropea.
7. Is-SESAR bħala l-komponent tekniku u operattiv tal-SES b’finanzjament pubbliku sabiex tiġi appoġġjata l-fażi ta’ implimentazzjoni
7.1 Il-programm SESAR ġie stabbilit bħala l-komponent tekniku u operattiv li jikkumplementa l-SES II. Il-Kummissjoni Ewropea tistenna li s-SESAR jiżviluppa sistema Ewropea futura tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għall-2020 u lil hinn li, meta mqabbla mal-prestazzjoni tal-lum, tkun tista’:
— |
tippermetti li l-movimenti tat-traffiku tal-ajru jiżdiedu bi tliet darbiet filwaqt li tnaqqas it-tardjar; |
— |
ittejjeb il-prestazzjoni tas-sigurtà b’għaxar darbiet; |
— |
tippermetti tnaqqis ta’ 10 % fl-effetti li l-inġenji tal-ajru għandhom fuq l-ambjent, u |
— |
tipprovdi servizzi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bi spiża għall-utenti tal-ispazju tal-ajru li tkun minn tal-inqas 50 % inqas. |
7.2 Il-KESE jemmen li dawn l-objettivi kif ukoll l-interoperabbiltà mas-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru mhux tal-UE (bħalma hija l-inizjattiva NextGen tal-Istati Uniti) għandhom jibqgħu l-forza mexxejja għall-programm SESAR. Il-KESE jilqa’ l-memorandum ta’ kooperazzjoni li ġie ffirmat bejn is-SESAR u n-NextGen f’Budapest fit-3 ta’ Marzu 2011 bħala pass ’il quddiem lejn sinkronizzazzjoni aħjar tal-aktar żewġ proġetti ta’ żvilupp importanti fis-sistemi globali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.
7.3 Il-KESE jemmen li huwa essenzjali li jkompli jiġi involut il-persunal li qiegħed fuq quddiem fl-iżvilupp tas-SESAR. F’dan il-kuntest, il-ħtieġa ta’ taħriġ tal-persunal għall-użu tat-teknoloġija ġdida u kunċetti operattivi ġodda hija essezjali.
7.4 Il-KESE jenfasizza li minkejja l-benefiċċji fuq medda twila ta’ żmien għall-utenti tal-ispazju tal-ajru, iċ-ċittadini tal-UE u l-ambjent, is-SESAR jiffaċċja ħafna sfidi kumplessi b’rabta mal-applikazzjoni tiegħu. L-implimentazzjoni fil-ħin u effettiva tas-SESAR hija kruċjali. Flimkien ma’ impenn qawwi min-naħa tal-industrija, ser ikun meħtieġ appoġġ politiku u finanzjarju estensiv fi sħubija pubblika privata. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tas-SESAR għandha tkun parti integrali mill-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex tiġi żgurata governanza ekonomika b’saħħitha bbażata fuq mudell ta’ negozju ċar kif ukoll fuq il-kooperazzjoni reċiproka u l-armonizzazzjoni mas-sistema NextGen tal-Istati Uniti.
7.5 Għaldaqstant, il-KESE jħoss li għandhom jiġu indirizzati l-isfidi relatati mal-applikazzjoni tas-SESAR li ġejjin:
7.5.1 L-iżgurar ta’ użu sinkronizzat tat-titjib tal-infrastruttura tal-ajru u tal-art.
— |
Għandu jiġi aġġornat il-pjan direttur li jiddefinixxi pjan direzzjonali ċar fejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-ANSPs u l-utenti tal-ispazju tal-ajru jintrabtu li jiżguraw konsistenza akbar mal-qafas tal-SES, inklużi l-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali. Bħala kwistjoni ta’ urġenza, l-Impriża Konġunta SESAR għandha tagħti prijorità lir-reviżjoni tal-ħidma li twettqet s’issa u tidentifika kif kull parteċipant ewlieni tal-SES ser jikkontribwixxi għall-miri ta’ prestazzjoni tal-UE, tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali u dawk nazzjonali. |
— |
L-użu tat-teknoloġiji SESAR għandu jkun soġġett għal mudell ekonomiku pożittiv stabbilit sew li jinkludi argument kredibbli ta’ sigurtà u analiżi pożittiva u kredibbli tal-kosteffettività. Fuq il-bażi ta’ dawn għandu jintlaħaq qbil dwar il-ħtiġijiet ta’ titjib fil-prestazzjoni u dawn jiġu stabbiliti. Fejn ma jkunx hemm prova li t-teknoloġiji jikkontribwixxu għall-miri madwar l-UE kollha (inklużi dawk li jirrigwardaw is-sigurtà), jew li jippermettu tranżizzjoni sigura u fil-ħin, il-ħidma għandha titwaqqaf. |
— |
It-twettiq tal-pjan direttur tas-SESAR jeħtieġ l-impenn sħiħ tal-Istati Membri kollha tal-UE. |
7.5.2 L-iżgurar ta’ riżorsi finanzjarji adegwati u fil-ħin għall-użu tas-SESAR.
7.5.2.1 L-implimentazzjoni tas-SESAR ser tiġġenera valur ekonomiku, ambjentali u strateġiku sinifikanti għall-Ewropa kollha. Dewmien ta’ 10 snin fl-implimentazzjoni tas-SESAR jirrappreżenta impatt negattiv dirett tal-PDG ta’ aktar minn EUR 150 biljun għall-UE-27 u telf fl-użu effiċjenti tal-enerġija ta’ aktar minn 150 miljun tunnellata ta’ CO2.
7.5.2.2 Madankollu, l-użu tas-SESAR jirrikjedi investimenti totali li jaqbżu t-EUR 30 biljun u l-finanzjament bikri u l-ekwipaġġ tat-tagħmir tas-SESAR (tal-ajru u tal-art) huma sfida kbira biex titwettaq il-prestazzjoni mistennija mill-implimentazzjoni tat-teknoloġiji l-ġodda kemm jista’ jkun malajr.
7.5.2.3 Id-diffikultajiet fil-finanzjament tal-użu tas-SESAR ġejjin mid-diskonnessjoni parzjali bejn l-investimenti u l-benefiċċji tul il-fażi ta’ tranżizzjoni: linja tal-ajru li tinvesti f’ekwipaġġ ġdid tal-ajru mhu ser tara l-ebda benefiċċju qabel ma l-ANSPs ikunu għamlu l-investiment korrispondenti. Mill-banda l-oħra, għal ANSP (li ser ikollu jinvesti f’ambjent li jillimita l-prestazzjoni sabiex iwassal il-benefiċċji), il-mudell ekonomiku jista’ ma jkunx pożittiv sakemm ma jkunux ekwipaġġjati għadd sinifikanti ta’ inġenji tal-ajru. Fl-aħħar nett, jista’ jkun hemm xi tibdiliet b’benefiċċji ġenerali tan-netwerk u mudell ekonomiku pożittiv li jirrikjedu, madankollu, li wħud mill-partijiet interessati jinvestu waqt li dan jibqa’ kost nett għalihom. F’dan il-każ, il-finanzjament għandu jsir disponibbli.
7.5.2.4 B’hekk, il-fondi li jsiru disponibbli mill-UE sabiex jappoġġjaw l-applikazzjoni ser jintużaw sabiex ikun hemm adozzjoni sinkronizzata u rapida tat-teknoloġija SESAR mill-operaturi (ANSP, utenti tal-ispazju tal-ajru, ajruporti). Barra minn hekk, sabiex ikunu żgurati l-investimenti kontinwi fir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, ser jinħtieġu fondi addizzjonali konformi ma’ dawk disponibbli għall-fażi attwali tar-riċerka u l-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.
7.5.2.5 Sabiex jintlaħaq il-pass meħtieġ biex jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, huwa maħsub li l-użu tas-SESAR ser jirrikjedi fondi tal-UE ta’ madwar EUR 3 biljun, ammont li jinsab billi jiġu kombinati faċilitajiet finanzjarji differenti li bħalissa qed jiġu diskussi, bħalma huma (iżda mhux biss) ir-riżorsi mill-industrija, il-bonds tal-proġetti tal-UE, il-garanziji, is-self mill-BEI, eċċ. Għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020 nistgħu nikkonkludu li:
huwa diffiċli li l-programm jiġi implimentat fil-ħin mingħajr allokazzjoni effettiva tar-riżorsi tal-UE biex tappoġġja s-SESAR.
7.5.3 L-istabbiliment ta’ governanza adegwata għall-użu tas-SESAR.
— |
It-twaqqif ta’ entità indipendenti għall-applikazzjoni tas-SESAR, bl-integrazzjoni tal-finanzjament u l-applikazzjoni f’qafas ta’ ġestjoni wieħed u uniku. |
— |
Din l-entità tal-applikazzjoni għandha tkun immexxija mill-industrija u għandu jkollha struttura ta’ governanza magħmula mill-utenti tal-ispazju tal-ajru, l-ajruporti u l-ANSPs, bħala dawk li jieħdu l-aktar riskji ta’ investiment. Għandhom jiġu kkonsultati kif xieraq partijiet interessati tal-avjazzjoni oħra. |
— |
Tul il-fażi ta’ implimentazzjoni tas-SESAR għandhom jiġu kkonsultati kif xieraq ir-rappreżentanti tal-impjegati fis-settur tat-trasport bl-ajru. |
— |
Ir-rwol tal-manifatturi (tat-tagħmir) fil-fażi tal-applikazzjoni huwa primarjament li jbigħu tagħmir li jikkonforma mas-SESAR lil-linji tal-ajru, l-ajruporti u l-ANSPs. Għaldaqstant, bil-kontra tal-governanza attwali tal-Impriża Konġunta SESAR, il-manifatturi m’għandhomx ikunu involuti fil-governanza tal-użu tas-SESAR sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess. |
— |
Għandha tiġi żgurata koordinazzjoni fil-livell Ewropew għall-użu sinkronizzat tat-teknoloġiji SES b’konformità mal-miri vinkolanti tan-netwerk. Fl-eżekuzzjoni ta’ dan il-kompitu, din tkun tista’ tressaq rakkomandazzjonijiet għall-finijiet ta’ finanzjament. |
7.6 Fl-aħħar nett, il-KESE jixtieq jenfasizza li s-SESAR ser ikun jista’ jagħti riżultati biss jekk il-problemi politiċi u istituzzjonali msemmija fil-paragrafi preċedenti jiġu solvuti mingħajr aktar dewmien u jekk il-finanzjament pubbliku meħtieġ isir disponibbli għall-implimentazzjoni.
8. Regolatur uniku tas-sigurtà fl-UE fuq il-bażi tas-sistema tal-EASA
8.1 Il-KESE jinnota li l-pakkett tal-SES II estenda l-iskop tas-sistema tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) għar-regolamentazzjoni tas-sigurtà tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fil-livell tal-UE, u b’hekk jiġi żgurat approċċ integrat għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-sigurtà tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-UE skont kunċett ta’ “gate to gate”.
8.2 Il-funzjonijiet superviżorji b’saħħtihom tal-EASA, bil-għan pereżempju li jispezzjonaw il-prestazzjoni tal-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Sigurtà biex jiżguraw li l-ANSPs jikkonformaw mar-rekwiżiti komuni, ser jgħinu biex jinkiseb l-Ajru Uniku Ewropew.
8.3 Filwaqt li jappoġġja dan il-kunċett, il-KESE jqis li huwa essenzjali li tiġi ssorveljata mill-qrib l-implimentazzjoni prattika ta’ dawn il-kompetenzi l-ġodda tal-EASA. Huwa importanti li r-regoli tas-sigurtà tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-EASA jinbnew fuq ir-regoli eżistenti tal-SES minflok ma l-EASA tipprova tivvinta r-rota mill-ġdid permezz ta’ regoli li jkunu ta’ tfixkil u li ma jkollhomx ġustifikazzjoni ta’ sigurtà.
8.4 Il-KESE jemmen li fuq medda qasira ta’ żmien, ir-riżorsi u l-għarfien espert tal-Eurocontrol għandhom jintużaw bħala appoġġ tekniku għall-attivitajiet regolatorji tas-sigurtà tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-EASA.
8.5 Fl-aħħar nett, il-KESE jixtieq itenni l-importanza ta’ “kultura ġusta”, kif diġà spjega fl-opinjoni tiegħu TEN/416 dwar ir-regolament dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni tal-aċċidenti u l-inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili. Fl-interessi tas-sigurtà tal-avjazzjoni, huwa essenzjali li jiġi pprovdut qafas legali li fih il-partijiet kollha involuti f’aċċidenti jew inċidenti jkunu jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni u jitkellmu liberament u b’mod kunfidenzjali. Il-KESE jenfasizza li hemm bżonn aktar azzjonijiet fil-livell tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jemendaw is-sistemi tal-liġi kriminali nazzjonali tagħhom biex jiżguraw kultura ġusta. B’mod partikolari, il-KESE jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata Karta tal-UE dwar il-“kultura ġusta”.
9. Is-sigurtà u l-fatturi umani
Is-sigurtà tmur lil hinn mir-regolamenti tas-sigurtà. Din tinkludi wkoll: il-kapaċitajiet umani, kultura ta’ sigurtà, kompetenzi, taħriġ u ġestjoni tar-riżorsi tat-tim.
F’dan il-kuntest huwa importanti li:
— |
tiġi rikonoxxuta l-prestazzjoni umana, speċjalment l-effetti tal-għeja, f’termini ta’ ġestjoni proattiva tar-riskji tas-sigurtà; |
— |
jiġi żgurat livell adegwat ta’ kompetenza u ta’ taħriġ tal-professjonisti; |
— |
jiġi promoss l-involviment tal-imsieħba soċjali fl-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew fil-livelli kollha; u |
— |
tinbena kultura soda ta’ sigurtà li tintegra r-rappurtaġġ miftuħ u “kultura ġusta” bħala bażi għall-prestazzjoni tas-sigurtà. |
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
III Atti preparatorji
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW
L-474 sessjoni plenarja fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/44 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – Qafas politiku ġdid għat-turżimu Ewropew”
COM(2010) 352 finali
2011/C 376/08
Relatur: is-Sur GKOFAS
Nhar it-30 ta’ Ġunju 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja — Qafas politiku ġdid għat-turżimu Ewropew
COM(2010) 352 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-30 ta’ Awwissu 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’ 121 voti favur, 14-il vot kontra u 8 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-proposta tagħha lill-Parlament Ewropew dwar “L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja - Qafas politiku ġdid għat-turżimu Ewropew” u jenfasizza li, minkejja ċerti nuqqasijiet sinifikanti, din tinkludi bosta punti pożittivi li għandhom jitqiegħdu fil-prattika, filwaqt li jagħmel is-suġġerimenti li ġejjin sabiex isaħħaħ u jżewwaq din l-inizjattiva. |
1.2 |
Fid-dawl tad-diversi atturi (awtoritajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet, imsieħba soċjali), livelli (lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew) u oqsma (trasport, akkomodazzjoni, offerta ta’ servizzi komplementari, eċċ.) tas-settur tat-turiżmu fl-Ewropa, il-partijiet interessati kollha fis-settur għandhom jiġu involuti fl-inizjattivi previsti. Għal dan il-għan, il-KESE jtenni l-possibbiltà li titwaqqaf Aġenzija Ewropea tat-Turiżmu li, abbażi tas-segwitu effettiv tad-data li tappoġġja u tinkoraġġixxi l-miżuri ppreżentati, tlaqqa’ l-isforzi li fil-prattika jwasslu għal politika Ewropea tat-turiżmu globali li tqis id-diversità u l-pluralità tal-identità tat-turiżmu Ewropew. |
1.3 |
Il-KESE jemmen li għandhom jiġu enfasizzati u adottati l-miżuri li ġejjin bil-għan li jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati fl-istess Komunikazzjoni u biex jiġu implimentati l-miżuri speċifiċi previsti fiha:
|
1.4 |
L-impatt tat-tibdil fil-klima fuq it-turiżmu għandu jiġi analizzat fil-livell tal-Istati Membri u għandhom jiġu adottati miżuri adatti li jikkonformaw mal-implikazzjonijiet għall-kompetittività mill-previżjonijiet tat-tibdil fil-klima. |
1.5 |
Hemm bżonn li jkomplu jiġu żviluppati l-oqsma speċifiċi tat-turiżmu bħat-turiżmu soċjali, kulturali u gastronomiku, l-agrituriżmu, it-turiżmu sportiv, dak relatat mas-saħħa, it-turiżmu mingħajr fruntieri, it-turiżmu relatat mal-attendenza f’konferenzi u dak b’għanijiet reliġjużi, eċċ., f’politika Ewropea ta’ diversifikazzjoni tal-offerta u b’attenzjoni għas-swieq emerġenti ġodda. |
1.6 |
Il-KESE jemmen li l-proġetti fil-livell Ewropew, bħall-inizjattiva Calypso, urew l-effikaċja tal-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-livelli l-oħra ta’ gvern, l-imsieħba soċjali u l-korpi tas-settur, b’effetti soċjali u ekonomiċi pożittivi. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew iżommu l-impenn tagħhom, speċjalment dak baġitarju, għal dan it-tip ta’ inizjattivi. |
1.7 |
Filwaqt li jiġi kkunsidrat il-bżonn għas-sigurtà, il-viżi jistgħu joħolqu l-problemi għat-turiżmu minn pajjiżi li ma ffirmawx il-ftehim ta’ Schengen. Dan xi kultant huwa r-riżultat ta’ proċeduri eċċessivament burokratiċi li qed jiġu applikati mill-Istati Membri individwali. Il-Kumitat jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri speċifiċi sabiex tegħleb dawn l-ostakoli. |
1.8 |
Il-Kumitat jappella lill-gvernijiet nazzjonali sabiex jistabbilixxu ċertifikat Ewropew tat-taħriġ professjonali fil-qasam tat-turiżmu li jkun rikonoxxut fil-pajjiżi kollha tal-UE. Il-Kumitat iqis li hemm bżonn li t-tagħlim fil-qasam tat-turiżmu mhux biss ikun rikonoxxut fl-Unjoni kollha iżda wkoll anki li jkun ta’ livell għoli sabiex jitħarrġu professjonisti tat-turiżmu b’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea u s-Cedefop, b’enfasi partikolari fuq ir-riżultati tat-tagħlim u l-akkreditazzjoni tagħhom u anki li jingħata valur lil dawn l-istudji fil-qasam tat-turiżmu billi jiġu integrati fl-istudji universitarji fejn ikun possibbli. Jeħtieġ li l-Istrateġija Ewropa 2020 tkopri s-settur tat-turiżmu, billi ssemmi b’mod aktar speċifiku l-ħiliet il-ġodda meħtieġa għall-impjiegi l-ġodda u inizjattivi previsti oħrajn, bħar-rikonoxximent tal-esperjenza professjonali u t-taħriġ informali u dak mhux formali, u r-riperkussjonijiet li għandu jkollu fuq is-settur tat-turiżmu l-Communiqué ta’ Bruges dwar it-taħriġ vokazzjonali, adottat mill-Ministri tal-UE għall-Edukazzjoni u mill-imsieħba soċjali. |
1.9 |
Il-Kumitat jenfasizza li ma jeżistix mudell uniku fil-qasam tat-turiżmu u jirrikonoxxi li kull destinazzjoni tippreżenta bżonnijiet speċifiċi u tiġbed is-swieq speċjalizzati partikolari tagħha. Għalhekk il-qafas tal-politika għat-turiżmu għandu jikkunsidra dawn id-differenzi importanti skont is-sitwazzjoni (ir-reġjuni periferiċi, kontinentali, kostali, rurali, insulari, remoti, eċċ.) |
1.10 |
L-għan huwa li jitfassal, jiġi definit u implimentat ippjanar strateġiku għal politika Ewropea komuni tat-turiżmu fil-livell tar-reġjuni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività sostenibbli u l-kwalità tagħha u jiġi żgurat livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumaturi filwaqt li jitwettqu l-azzjonijiet tal-Istati Membri. Fid-dawl tad-diversità tal-Istati Membri, ser ikun meħtieġ li dawn jintalbu jippreżentaw pjan strateġiku għall-politiki tat-turiżmu nazzjonali tagħhom li jipprevedi azzjonijet konkreti għal kull reġjun u b’orizzont kronoloġiku mifrux fuq mill-inqas perjodu ta’ għaxar snin. |
1.11 |
Il-Kumitat jappella lill-gvernijiet nazzjonali sabiex jaġġustaw it-taxxi lokali u jagħmlu ħilithom biex inaqqsu l-VAT fuq il-prodotti turistiċi ta’ natura soċjali sabiex dawn isiru attraenti, bil-għan li fuq perjodu aktar fit-tul is-servizzi relatati mat-turiżmu jiġu żviluppati u jsiru iktar aċċessibbli. Hemm bżonn li tiġi żgurata l-eżistenza tal-infrastrutturi u tas-servizzi lokali maħsuba biex jipprovdu prestazzjonijiet turistiċi ta’ kwalità. Dan itejjeb kemm il-kwalità ta’ ħajjet ir-residenti kif ukoll il-kundizzjonijiet għat-turisti. |
1.12 |
L-UE għandha bżonn strateġija ta’ komunikazzjoni li tkun kapaċi tippreserva l-immaġni tajba tal-Ewropa u tas-settur tat-turiżmu, filwaqt li ssolvi l-problema tal-pubbliċità negattiva. |
1.13 |
Jeħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex jiġi evitat il-qgħad strutturali fl-intrapriżi turistiċi, biex b’hekk jittejbu l-kwalità u l-istabbiltà tal-impjieg kif ukoll il-profittabilità tal-intrapriżi. |
1.14 |
Il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ l-impenji li qed tagħmel bħalissa għat-tixrid ta’ kunċett ġenwin ta’ turiżmu ta’ kwalità, fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, jiġifieri esperjenza li tinkludi r-rilassament fiżiku u l-istimolu intellettwali li jiġi mill-kuntatt mal-kapulavuri tal-kultura u taċ-ċivilizzazzjoni. L-ippjanar ta’ dan għandu jsir fil-livell reġjonali filwaqt li l-promozzjoni u l-komunikazzjoni għandhom isiru kemm fil-livell reġjonali u nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE. |
1.15 |
Il-KESE jinnota n-nuqqas ta’ referenza ċara għal qafas legali tad-drittijiet tal-konsumatur fis-settur turistiku u n-nuqqas ta’ kwalunkwe ġustifikazzjoni għad-dewmien inaċċettabbli fir-reviżjoni tad-Direttiva 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990, li oriġinarjament twiegħdet għal tmiem l-2010, imbagħad ġiet skedata għall-bidu tal-2011 fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni, u s’issa għadha ma ġietx ippreżentata. |
1.16 |
Il-KESE japprezza l-istimolu li taw il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-imsieħba soċjali għad-definizzjoni ta’ politika Ewropea tat-turiżmu. F’dan il-kuntest, il-KESE ser jissokta bil-parteċipazzjoni u l-kollaborazzjoni tiegħu rigward l-għan u l-valuri li ppreżenta fl-opinjonijiet tiegħu biex jinkiseb mudell tat-turiżmu Ewropew. |
2. Introduzzjoni
2.1 |
Il-politika l-ġdida tat-turiżmu tidentifika tliet għanijiet ewlenin li jikkostitwixxu s-sinsla tal-qafas il-ġdid. Dawn huma:
Jekk dawn it-tliet pilastri jiġu appoġġjati bis-sħiħ bi strutturi u riżorsi adegwati, jiġi garantit pedament tajjeb għal politika tat-turiżmu soda u benefika. |
2.2 |
Il-Kummissjoni tidentifika numru ta’ sfidi li qed jiffaċċja s-settur Ewropew tat-turiżmu li ħarġu fid-dieher jew komplew jiżdiedu f’dawn l-aħħar snin. Madanakollu l-isfidi prinċipali li baqgħu l-istess matul is-snin huma: l-istaġjonalità tas-settur, in-nuqqas ta’ rikonoxximent tas-settur bħala qasam ta’ attività importanti li qed ikompli jiżviluppa, il-kundizzjonijiet prekarji tal-ħaddiema fis-settur, il-qgħad strutturali, in-nuqqas ta’ aċċess tal-SMEs għal finanzjament adegwat li jippermettilhom li jadattaw għal settur li kontinwament jinbidel u jiżviluppa u l-innovazzjoni fis-settur. Jeħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza dawn l-isfidi. F’bosta opinjonijiet tiegħu, il-Kumitat enfasizza l-importanza li jiġu indirizzati dawn l-isfidi u l-miżuri li għandhom jittieħdu (1). |
2.3 |
It-turiżmu huwa attività importanti ħafna li għandha impatt partikolarment pożittiv fuq it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli u l-impjiegi. Huwa jaqdi rwol importanti fil-ħajja taċ-ċittadini Ewropej. |
2.4 |
Sa mill-2008, id-domanda għas-servizzi turistiċi għaddiet minn influwenzi negattivi. Madanakollu jekk l-Ewropa tixtieq li tibqa’ l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja u tkun kapaċi tikkapitalizza mill-ġid u d-diversità tar-reġjun tagħha hija għandha tfassal politika tat-turiżmu komuni. |
2.5 |
Jekk il-Kummissjoni Ewropea beħsiebha tippromovi qafas ġdid għall-azzjoni sabiex iżżid il-kompetittività tat-turiżmu fl-UE u l-kapaċità tat-tkabbir sostenibbli, il-KESE jemmen li għandha tippreċiża l-proposti tagħha filwaqt li tagħraf li huwa fl-interess ta’ kull pajjiż li jiżviluppa mudell u dinamika fil-qasam tat-turiżmu li huwa adatt għalih. Fid-dawl tan-natura transnazzjonali tal-industrija tat-turiżmu, hemm bżonn ċar ta’ qafas politiku għat-turiżmu madwar l-UE kollha li xorta jjħalli flessibbiltà sħiħa lill-Istati Membri tal-UE biex jiżviluppaw il-politiki nazzjonali speċifiċi tagħhom. Jeħtieġ li nifhmu li dak li jseħħ f’parti tal-Unjoni Ewropea jista’ jkollu impatt f’pajjiż ieħor tal-UE fis-settur tat-turiżmu. |
2.6 |
Pereżempju, għalkemm fir-rebbiegħa 2010 l-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Ewropa ma ntlaqtux mill-għeluq tal-ispazju tal-arju Ewropew b’riżultat tal-isħaba tal-irmied vulkaniku, xorta waħda kellhom nuqqas ta’ attività turistika b’riżultat ta’ rapporti negattivi li ħolqu klima xejn favorevoli u li skoraġġew lin-nies milli jagħżluhom bħala destinazzjoni turistika. |
2.7 |
Il-Kumitat jemmen li l-qafas politiku għat-turiżmu Ewropew għandu jibbaża fuq qafas legali ċar tad-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet interessati varji, li huwa totalment nieqes fil-Komunikazzjoni u li għalih hija partikolarment importanti r-reviżjoni tad-Direttiva 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990, li oriġinarjament twiegħdet għal tmiem l-2010, imbagħad ġiet skedata għall-bidu tal-2011 fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni. Ir-reviżjoni għadha ma ġietx ippreżentata, minkejja li d-Direttiva hija totalment skaduta. Dan id-dewmien iħalli lill-konsumaturi serjament mingħajr protezzjoni, idgħajjef il-fiduċja tagħhom u jxekkel l-iżvilupp tat-turiżmu. Din ir-reviżjoni hija element kruċjali tal-qafas legali meħtieġ biex jagħti sustanza lill-kompetenzi l-ġodda tal-UE f’dan il-qasam stipulati fit-Trattat. |
3. Kummenti speċifiċi
3.1 |
L-Unjoni Ewropea għandha tikkontribwixxi u tħeġġeġ id-definizzjoni ta’ politika proattiva biex tħaffef it-tkabbir u toħloq il-kundizzjonijiet li jagħmlu lill-Ewropa iktar atraenti. L-iżvilupp ta’ pjanar komuni u azzjonijiet komplementari konkreti m’għandux jibqa’ r-responsabbiltà tal-Kummissjoni iżda għandu jsir minn korp ieħor b’politika mingħajr nuqqas ta’ preċiżjonijiet, li ma tirriċiklax ideat qodma u li tiżgura l-parteċipazzjoni u l-istatut tal-membri tal-partijiet interessati kollha fil-qasam tat-turiżmu bħall-konfederazzjonijiet tal-professjonisti u l-atturi individwali impenjati fl-oqsma tat-turiżmu, it-trejdjunjins tal-ħaddiema tas-settur, ir-reġjuni u l-uffiċju nazzjonali tat-turiżmu. F’dan il-kuntest, l-Aġenzija Ewropea tat-Turiżmu, li l-KESE kien diġà ppropona f’opinjonijiet preċedenti, tista’ taqdi rwol importanti billi tappoġġja l-istituzzjonijiet Ewropej. |
3.2 |
Huwa kkunsidrat essenzjali li l-Kummissjoni, flimkien mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE, tinforza l-prinċipju ta’ leġislazzjoni intelliġenti u li l-proposti leġislattivi kollha tal-UE jinkludu valutazzjoni tal-impatt adatta tal-miżuri proposti li jolqtu l-industrija tat-turiżmu. Fil-qafas ta’ azzjoni propost għat-turiżmu, m’hemmx referenza għall-bżonn li jsiru valutazzjonijiet adatti tal-impatt biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq is-settur, kull darba li titressaq proposta leġislattiva tal-UE. Dan huwa partikolarment rilevanti f’għadd ta’ każijiet, pereżempju t-tikkettar propost tal-ikel u l-leġislazzjoni dwar id-drittijiet tal-passaġġieri u l-konsumaturi. |
3.3 |
Jeħtieġ li t-turiżmu ma jitqiesx bħala politika indipendenti iżda bħala tema orizzontali influwenzata minn bosta politiki oħra adottati mill-UE u b’mod partikolari mill-politika tat-trasport, tal-edukazzjoni, tal-impjieg, tar-riċerka u l-innovazzjoni, tat-tibdil fil-klima, tass-suq uniku, tas-sigurtà, tal-konsumatur eċċ. Għalhekk il-politika tat-turiżmu mhix biss kompetenza tad-DĠ Intrapriża iżda għandha titqies fil-politiki l-oħra kollha tal-UE. |
3.4 |
Attwalment il-promozzjoni u l-iżvilupp tas-servizzi turistiċi fl-UE kollha mhumiex kooridinati u organizzati b’mod adegwat u dan joħloq diffikultajiet għaċ-ċittadini li jixtiequ jivjaġġaw. Li jsir vjaġġ fuq it-territorju tal-UE permezz tal-mezzi tat-trasport pubbliċi huwa attività diffiċli li tirrkjedi ġlieda kontra kull xorta ta’ skedi ta’ ferroviji, vapuri, karozzi tal-linja eċċ., tant li mhux possibli li wieħed ma jistax jiggarantixxi li jkollu vjaġġ sikur. |
3.5 |
L-industrija tat-turiżmu qiegħda tiffaċċja kompetizzjoni dinjija li qiegħda tikber, minħabba li l-pajjiżi emerġenti jew li qegħdin jiżviluppaw qegħdin jiġbdu numru dejjem akbar ta’ turisti. Sabiex tibqa’ kompetittiva l-Ewropa għandha tipproponi politika sostenibbli u tirreklama l-bosta vantaġġi tagħha bħas-sigurtà li tipprovdi:
|
3.6 |
Spiss ninsew li meta nżuru l-UE bħala turisti nibbenefikaw minn affarijiet elementari bħalma huwa l-fatt li nistgħu nixorbu l-ilma tal-vit, li nistgħu nieklu mingħajr biża’ li ser jagħmlilna l-ħsara u li nistgħu nivjaġġaw u nimxu fit-toroq waħedna. Għalhekk jeħtieġ li nippromovu dawn il-vantaġġi sempliċi li toffri l-UE lit-turist. Dawn il-vantaġġi jeħtieġ li jiġu enfasizzati għax jispiraw sens ta’ sigurtà fit-turist u huma vantaġġi li ma jistgħu jiġu garantiti fl-ebda destinazzjoni prinċipali turistika dinjija filwaqt li joffru vantaġġi komparattivi ta’ għażla u promozzjoni tad-destinazzjoni għall-vaganzi. |
3.7 |
L-Ewropa għandha tiżviluppa u ssaħħaħ il-profil tagħha fis-swieq globali u tħeġġeġ il-kooperazzjoni maċ-Ċina, ir-Russja, l-Indja, il-Brażil, il-Ġappun, l-Istati Uniti u l-pajjiżi Mediterranji. Sabiex dan ikun possibbli, jeħtieġ li jiġi stimolat spirtu intraprenditorjali u l-innovazzjoni, li tissaħħaħ il-kwalità tal-prodotti sabiex l-istandard tas-servizzi u l-faċilitajiet tagħna jkunu fuq l-istess livell tal-kompetituri internazzjonali tagħna. Jeħtieġ li jitnaqqsu l-istaġjonalità u ċ-ċaqliq kbir fid-domanda filwaqt li tissaħħaħ u tiġi diversifikata l-offerta tas-servizzi turistiċi. Billi tipprovdi ċertifikati ta’ taħriġ professjonali komuni u validi fit-territorju kollu tagħha, l-UE għandha ttejjeb u tafferma l-kompetenzi professjonali ta’ dawk kollha li jipparteċipaw fl-industija tat-turiżmu u tenfasizza b’mod partikolari fuq ir-riżultati tat-tagħlim u l-validazzjoni tagħhom. Dawn iċ-ċertifikati komuni u rikonoxxuti meħtieġa ser ikunu utli kemm għall-intrapriżi kif ukoll għall-ħaddiema fl-Unjoni kollha. |
3.8 |
Il-metodi attwali tal-ġbir u l-analiżi tal-istatistika mhumiex adegwati. In-nuqqasijiet fil-ġbir tad-data jwasslu għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mhux kompleti jew ħżiena huma u jitfasslu l-linji gwida. F’dan ir-rigward, id-dokument jenfasizza l-importanza li jitjiebu l-istatistika u l-analiżi relatati mat-turiżmu. Il-Kummissjoni tqis dan bħala essenzjali biex ikun hemm bażi mtejba ta’ għarfien soċjoekonomiku għat-turiżmu fil-livell Ewropew. Il-ġbir strutturat tal-istatistika jwassal għall-informazzjoni u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet razzjonali u jistimula wkoll il-kooperazzjoni interdixxiplinarja bejn ir-riċerkaturi u l-iskambju tal-opinjonijiet u tal-esperjenzi. Hemm bżonn li jittejbu l-metodi statistiċi u r-riżultati tagħhom, filwaqt li jitqies il-fatt li l-ġbir tad-data m’għandux iwassal għal piżjijiet amministrattivi (burokrazija) għall-intrapriżi u ċ-ċittadini. |
3.9 |
Aktar minn nofs il-membri tal-UE għandhom Kont Satellit tat-Turiżmu (Tourism Satellite Account) li wera li huwa għodda effettiva immens. Il-Kummissjoni għandha ssib il-mezzi biex tħeġġeġ u tgħin lill-pajjiżi li għad fadal biex jadottaw dan il-metodu, li jservi wkoll għal finijiet ta’ benchmarking ta’ prestazzjonijiet iddettaljati. Dan huwa kruċjali fid-dawl tal-bidliet sinifikanti fit-tendenzi u n-normi tal-imġiba fil-qasam tat-turiżmu li qed tgħaddi minnhom l-Ewropa bħalissa. |
3.10 |
Id-diversità hija l-fattur prinċipali tat-turiżmu Ewropew. Il-firxa wiesgħa ta’ esperjenzi li wieħed jista’ jgħaddi minnhom f’kull pajjiż Ewropew tikkontribwixxi sabiex l-Ewropa tintgħażel bħala d-destinazzjoni turistika ta’ min jixtieq jivjaġġa. Il-varjetà rikka tal-patrimonju kulturali, tal-ambjent naturali, tal-gastronomija, tal-inbejjed u tal-istorja tagħhom twassal sabiex kull pajjiż joffri sensazzjonijiet differenti lil min iżuru. Iż-żamma ta’ dawn id-differenzi hija importanti u hija fattur prinċipali favur l-Ewropa aħna u nippromovuha fil-bqija tad-dinja. |
3.11 |
Fid-dawl tal-fatt li l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju jikkostitwixxu l-biċċa l-kbira tal-intrapriżi fis-settur tat-turiżmu, jeħtieġ li nisfruttaw id-dinamiżmu tagħhom u ngħinuhom jiżviluppaw l-attività intraprenditorjali tagħhom, billi niffukaw fuq il-kontribut tagħhom fil-ħarsien tal-patrimonju kulturali u l-iżvilupp tas-soċjetajiet lokali. Dawn huma l-intrapriżi li jassorbu l-qgħad bażiku (migranti ekonomiċi, persuni b’nuqqas ta’ taħriġ, eċċ.) u li jnaqqsuh b’mod sostanzjali billi jimpjegaw parti kbira mill-popolazzjoni attiva u b’hekk inaqqsu wkoll l-esklużjoni soċjali. Is-settur privat għandu jkun parti integrali minn oqsma bħall-promozzjoni tat-turiżmu u l-appoġġ għall-impjieg u għandu jiġi stimolat ukoll il-ħolqien ta’ netwerks bejn l-intrapriżi tas-settur. |
3.12 |
Il-politika tat-turiżmu hija kkaratterizzata min-natura transversali tagħha. Hija tinfluwenza b’mod partikolari l-politika tat-trasport (id-drittijiet u s-sigurtà tal-passiġġieri u l-kwalità tat-trasport), l-għajnuna mill-Istat, is-suq intern (il-libertà tat-twaqqif u l-libertà tal-prestazzjoni tas-servizzi turistiċi, il-promozzjoni tal-kwalità tas-servizzi, l-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku), it-tassazzjoni, li ħafna drabi jkollha effetti negattivi (ostakli fiskali għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern, it-trattament fiskali tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju fis-settur tat-turiżmu, vantaġġi fiskali fil-qasam). Għaldaqstant, is-settur ser ikollu jiġi appoġġjat permezz ta’ azzjoni finanzjarja speċifika u, bil-maqlub, ikun opportun li l-intrapriżi tat-turiżmu jimpenjaw ruħhom li jinvestu u li jappoġġjaw u jkattru l-impjiegi. |
3.13 |
Il-Kumitat huwa tal-fehma li għandu jiġi promoss mekkaniżmu li jtejjeb u jsaħħaħ l-iskambji turistiċi bejn l-Istati Membri u li lil ċerti gruppi bħaż-żgħażagħ, li f’dak il-każ jirrikjedu sinkronizzazzjoni mal-vaganzi skolastiċi, l-anzjani, il-persuni inqas mobbli u l-familji bi dħul baxx, joffrilhom il-possibbiltà li jivjaġġaw b’mod partikolari matul l-istaġun mejjet. L-Istati Membri li għandhom ekonomija li mhix ibbażata fuq it-turiżmu għandhom jappoġġjaw lill-pajjiżi l-oħra billi jippromovu fost iċ-ċittadini tagħhom id-destinazzjonijiet intra-Ewropej. Il-kumpaniji tal-ajru Ewropej għandhom jifhmu li huma mhux qed jgħinu t-turiżmu u s-suq intern meta lill-Ewropej tat-Tramuntana joffrulhom biljetti lejn l-Asja bi prezzijiet ħafna drabi iktar vantaġġużi minn dawk li jwassluhom fix-Xlokk tal-Ewropa. |
3.14 |
Il-Kumitat jemmen li għandha titfassal politika speċifika komuni ta’natura innovattiva u li l-Unjoni toffri prodott turistiku imfassal għall-anzjani u l-pensjonanti, li huma mistennija jirrappreżentaw 20 % tal-popolazzjoni fl-2020, u għall-persuni b’diżabilità u bi bżonnijiet speċifiċi u b’mobbiltà mnaqqsa, li reċentement ġie stmat li jammontaw għal 127 miljun persuna, sabiex jiżdied l-interess fosthom. Ser ikun hemm bżonn taħriġ speċifiku biex jiġu indirizzati l-bżonnijiet ta’ dawn il-gruppi soċjali speċifiċi. Fid-dawl tal-fatt li din il-kategorija tal-popolazzjoni tikkonsisti wkoll f’individwi li għandhom poter tal-akkwist, interessi kulturali u ħin għad-divertiment u li għalhekk toffri potenzjal importanti għas-suq, jeħtieġ li l-UE tippromovi b’mod partikolari l-politika komuni mmirata lejhom, bil-għan li dawn jingħataw l-għajnuna biex jiksbu d-dritt li jibbenefikaw mis-settur tat-turiżmu mingħajr ebda tip ta’ diskriminazzjoni. Madankollu, dan l-impenn għandu jkun akkumpanjat minn impenji mis-settur privat biex jiżgura li teżisti l-infrastruttura t-tajba għal dan is-suq. |
3.15 |
Il-Kumitat jemmen fil-bżonn li titħeġġeġ il-kooperazzjoni fil-livell nazzjonali u b’mod partikolari fis-swieq importanti għall-UE. Jeħtieġ li jinħolqu l-kundizzjonijiet li hemm bżonn sabiex tiġi semplifikata l-proċedura għall-ħruġ ta’ viża Ewropea komuni sabiex jiżdiedi t-turisti minn pajjiżi barra ż-żona ta’ Schengen. It-turisti għandu jkollhom il-possibbiltà li jivjaġġaw minn pajjiż fl-UE għal ieħor u għalhekk jeħtieġ li jiġu semplifikati r-regoli u d-direttivi dwar dan. |
3.16 |
Fil-livell tar-reġjuni jeħtieġ li jiġu promossi aħjar, bħala prodott turistiku Ewropew, l-itinerari kulturali, il-patrimonju tal-kultura kontemporanja, iż-żoni naturali protetti u l-ħarsien u l-għoti ta’ valur lill-bini u intrapriżi tradizzjonali, it-turiżmu tas-saħħa u tal-benesseri (inkluż it-turiżmu tal-ispas) jew il-vjaġġi li jsiru għal raġunijiet mediċi, edukattivi, gastronomiċi, storiċi, jew reliġjużi, it-turiżmu rurali jew marittimu filwaqt li t-tradizjonijiet kulturali u l-gastronomija (ristoranti tradizzjonali u intrapriżi relatati b’mod dirett mal-istorja reġjonali) jingħataw valur u jitħarsu mingħajr ma jintesa wkoll il-wirt ta’ taħt il-baħar. Mhux dejjem ikun hemm bżonn li jiżdied in-numru ta’ sodod, iżda pjuttost ikun hemm bżonn li jsir investiment biex tittejjeb il-kwalità tas-servizzi u l-infrastruttura tal-istabbilimenti, filwaqt li jiġu offruti faċilitajiet innovattivi, bħal spas, ċentri ta’ benesseri, eċċ. L-ebda parti mill-proposta tal-Kummissjoni ma tindika kif ser jiġu konkretizzati l-azzjonijiet imsemmija, u lanqas ma tindika l-prijoritajiet jew saħansitra l-pjan dwar l-implimentazzjoni tagħhom f’kull Stat Membru b’kunsiderazzjoni tar-reġjuni u b’mod li dawn l-azzjonijiet jiffurmaw politika Ewropea tat-turiżmu. Il-proposta lanqas ma tipprevedi approċċ komuni lejn il-promozzjoni minkejja li din hija inizjattiva neċessarja. |
3.17 |
Il-Kumitat jaqbel li tinħoloq “tikketta tal-wirt kulturali Ewropew” u jipproponi wkoll li tinħoloq “tikketta tal-wirt tal-gastronomija Ewropew” li flimkien ma’ azzjonijiet oħra bħal pereżempju l-Jiem Ewropej tal-Wirt u l-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Wirt Kulturali, tevalwa r-ristoranti u b’mod komuni u armonizzat tallokalhom “stilel” u tiċċertifikahom. Dan għandu jsir ukoll flimkien ma’ diversi programmi nazzjonali u Ewropej. Il-Kumitat jipproponi wkoll li tiġi armonizzata s-sistema tal-għoti tal-istilel lil-lukandi u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom fl-UE. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tibqa’ torganizza l-Forum Ewropew dwar it-Turiżmu bħala spazju fejn jiltaqgħu u jagħmlu l-analiżi tagħhom l-atturi tas-settur, dawk responsabbli fil-livell nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-imsieħba soċjali, sabiex tiġi xprunata identità tat-turiżmu Ewropew li tqis id-diversità u l-pluralità. |
3.18 |
Il-qafas jipproponi wkoll l-iżvilupp ta’ marka ta’ kwalità Ewropea tat-turiżmu u tikketta ta’ “Turiżmu ta’ Kwalità”, u dan jirrikjedi titjib fl-istandards fl-industrija kollha li għandu jiġi appoġġjat. Madankollu, it-tikkettar tal-kwalità jista’ jiġi appoġġjat ukoll permezz ta’ mekkaniżmi ta’ finanzjament adatti biex l-operaturi tat-turiżmu jkunu jistgħu jtejbu l-firxa tal-prodott tagħhom u jinvestu f’titjib fl-istandards tal-proprjetà u s-servizzi tagħhom kif ukoll fit-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid għall-persunal. |
3.19 |
Il-ħolqien ta’ rabta bejn il-gastronomija, is-settur tar-ristoranti u t-turiżmu huwa mod oriġinali ta’ kif jinħoloq prodott turistiku ta’ kwalità billi t-turisti jidħlu f’kuntatt dirett mal-kultura tal-ikel ta’ kull Stat Membru. B’hekk ikunu jistgħu jiddistingwu bejn is-servizzi differenti offruti. In-numru ta’ turisti li jivjaġġaw fl-UE bil-għan li jieklu tajjeb qed ikompli jiżdied. L-ikel b’hekk sar strument ta’ promozzjoni tal-prodott Ewropew u tal-pjaċir gastronomiku. L-ikel u x-xorb, ir-riċetti u r-rotot ibbażati fuq l-ikel u l-inbid għandhom jiġu promossi bl-appoġġ ta’ sforzi koordinati ta’ kooperazzjoni sabiex jinħolqu forom oħra ta’ kif jiżdied il-valur li jsaħħaħ ir-rabta bejn l-ikel u t-turiżmu. |
3.20 |
It-taħriġ tal-ħaddiema fis-settur tat-turiżmu huwa investiment kbir għat-turiżmu Ewropew b’mod partikolari l-SMEs. L-introduzzjoni tat-teknoloġiji u l-prattiki tax-xogħol il-ġodda wasslet għall-ħolqien ta’ domanda għal persunal speċjalizzat. Hemm bżonn ta’ aktar programmi tal-UE mmirati lejn il-perfezzjonament u t-taħriġ tal-ħaddiema fil-qasam tat-turiżmu hekk kif diġà jeżistu f’setturi oħra. Dan jiffaċilita l-adattament għat-teknoloġiji l-ġodda l-iktar komuni fis-settur. Jeħtieġ li jiġi żviluppat ċertifikat Ewropew tat-taħriġ professjonali bbażat fuq ir-riżultati tat-tagħlim u fuq kompiti komuni. Dan ikun jista’ jintuża b’mod awtonomu u indipendenti permezz ta’ proċeduri ta’ validazzjoni fil-livell nazzjonali u lokali b’referenza għall-oqsfa li jeżistu għall-kwalifiki nazzjonali. Is-settur tat-turiżmu għandu jkun obbligat jipprovdi lill-ħaddiema tiegħu taħriġ li jwassal għal kwalifiki professjonali. Il-KESE jemmen fl-importanza tal-Communiqué ta’ Bruges dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-UE għat-taħriġ fis-settur tat-turiżmu. Jekk dan is-settur joffri kundizzjonijiet tax-xogħol stabbli u ta’ kwalità għolja, isir partikolarment attraenti. |
3.21 |
Il-pjan tat-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet fejn tidħol imġieba għandhom jinkludu bilfors it-tagħlim tal-lingwi barranin fost il-persunal li jaħdem fis-settur tat-turiżmu dejjem b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi kulturali speċifiċi u l-għoti ta’ ċertifikati tat-taħriġ vokazzjonalii skont il-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Cedefop. Hemm bżonn li tingħata attenzjoni partikolari lill-professjonijiet fil-qasam tat-turiżmu marbuta direttament mal-wirt kulturali, bħall-gwidi li jeħtieġ li jkollhom id-diplomi meħtieġa u l-kapaċità li jenfasizzaw l-assi tal-wirt kulturali abbażi ta’ ċertifikat mogħti lilhom mill-awtoritajiet lokali li juri li jafu l-monumenti tar-reġjun fejn jixtiequ jaħdmu anki jekk għal impjieg temporanju u li jkunu jafu l-lingwa tan-nies li jkunu qed jiggwidaw hekk kif previst għal perjodu qabel l-1975 mill-istandard tas-CEN (EN 13809, 2003) u kif jipprevedu d-Direttivi 75/368/KE u 92/51/KE ta’ wara. Ċertifikazzjoni ekwivalenti għandha tkopri s-setturi kollha tal-professjonijiet turistiċi pereżempju waiters, koki, animaturi u b’mod ġenerali dawk kollha li jkunu f’kuntatt mat-turisti. |
3.22 |
Il-Kumitat jaħseb li għandu jiġi kkunsidrat serjament il-fatt li l-politika tal-pakketti “kollox inkluż”, li bosta kumpaniji adottaw f’ħafna Stati Membri, fl-aħħar wasslet għal riżultati għalkollox opposti għal dawk mixtieqa: kif wieħed jista’ josserva faċilment, b’xorti ħażina, il-mudell tal-klabbijiet “kollox inkluż” u tal-gruppi tal-lukandi l-kbar kellu l-effett li jżid il-problemi li jiltaqgħu magħhom l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju li joperaw qrib tagħhom f’dawn ir-reġjuni. |
3.23 |
Il-kundizzjonijiet diffiċli li fihom issir il-kompetizzjoni bejn, minn naħa waħda, l-operaturi tal-ivvjaġġar barranin il-kbar u, min-naħa l-oħra, il-lukandi li jħabirku biex jikkonkludu pakketti sabiex jimtlew bit-turisti wasslu għad-deterjorament tal-kwalità tas-servizzi pprovduti. Dan wassal, fost riperkussjonijiet oħra, sabiex ċerti reġjuni turistiċi ġew ikkritikati barra mill-UE. Taħt pressjoni bħal din, l-SMEs huma obbligati jaħdmu bi prezzijiet ħafna inqas mill-ispiża u dan idaħħalhom f’sitwazzjonijiet finanzjarji diffiċli u f’likwidazzjoni. |
3.24 |
M’għandniex għalfejn inwarrbu għal kollox il-pakketti kollox inkluż, għax jista’ jagħti każ li dawn jaqdu l-bżonnijiet ta’ parti mid-domanda tat-turiżmu, iżda jeħtieġ li dawn is-sistemi, bħall-prodotti turistiċi l-oħra, japplikaw b’mod konformi mal-liġi u mal-prinċipju tal-kompetizzjoni ġusta ma’ offerti oħra, kif ukoll b’mod ikkontrollat u bil-fondi tagħhom stess mingħajr għajnuna mill-Istat. Id-dħul mit-turiżmu għandu jitqassam bl-iktar mod mifrux possibbli sabiex l-iżvilupp jinfirex madwar lukandi ta’ kwalità. It-turist għandu jkollu l-possibbiltà li jagħżel skont il-baġit tiegħu fil-lukanda u barra. Madankollu, dan huwa wieħed mill-ftit partijiet tas-suq li rreġistra tkabbir minkejja tnaqqis fil-kummerċ tradizzjonali tal-operaturi tat-tours f’dan l-aħħar snin. Filwaqt li l-kwalità m’għandha qatt tkun kompromessa, huwa importanti napprezzaw li hemm lokalitajiet turistiċi sħaħ li rnexxielhom jiżviluppaw dan is-suq matul is-snin. Hemm bżonn li tiġi stabbilita definizzjoni ċara tas-“suq kollox inkluż” li tirrifletti prodott ta’ kwalità, biex jinqatgħu prodotti u servizzi inferjuri li jinbigħu bl-iskuża ta’ tikketti kollox inkluż |
3.25 |
In-natura staġjonali tat-turiżmu, li tirriżulta minn domanda turistika kkonċentrata ħafna fuq ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu, tillimita l-potenzjal tal-iżvilupp tas-settur u twaqqfu milli jkollu impatt mifrux fuq l-ekonomija kollha b’mod li dan iħalli riperkusskonijiet fuq il-flussi tad-dħul u jwassal biex l-infrastruttura u l-persunal li jeżistu ma jintużawx bl-aħjar mod. L-azzjonijiet maħsuba għall-impjegabilità tal-persunal u għall-profittabilità tal-infrastruttura fil-perjodi kwieti ser jgħinu biex jinħoloq potenzjal ta’ riżorsi umani iktar attivi u produttivi filwaqt li l-koordinazzjoni tal-infrastruttura b’mod li din tibqa’ tintuża anki fil-perjodi kwieti minn ċerti kategoriji tal-popolazzjoni jew mill-iskejjel ser ittawwal l-istaġun turistiku bil-vantaġġi kollha li jirriżulta minn dan. Wieħed mill-modi ta’ kif titnaqqas l-istaġjonalità huwa billi jitqassmu aħjar il-vaganzi tal-impjegati permezz ta’ inċentivi adegwati. L-użu aħjar tal-infrastrutturi turistiċi eżistenti u tal-persunal fl-istaġun mejjet jista’ jippermetti lill-intrapriżi jużaw l-infrastrutturi aħjar u jżidu l-produttività tagħhom billi jiddependu minn persunal aktar stabbli u aktar motivat. Il-KESE japprezza li bl-inizjattiva Calypso ttieħed l-ewwel pass f’din id-direzzjoni, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew jippromovu, speċjalment permezz ta’ impenji baġitarji, l-iżvilupp ta’ din l-inizjattiva minħabba l-impatt soċjali tagħha u l-benefiċċji tagħha għas-settur tat-turiżmu Ewropew. |
3.26 |
Il-Kumitat jemmen li t-turiżmu huwa parametru essenzjali għall-ambjent u għandu jitħares u jingħata valur. It-turiżmu ma jeqridx is-siti, ma jeżawrixxix ir-riżorsi u ma jbiddilx il-proċessi naturali iżda madankollu għandu bżonn programmazzjoni adegwata u l-implimentazzjoni ta’ politika tat-turiżmu adegwata. Għal raġunijiet turistiċi, żoni sħaħ, li qabel kienu kkunsidrati bħala postijiet li għandhom jiġu evitati, reġgħu bdew jingħataw importanza u valur bħal pereżempju d-Docklands ta’ Londra jew il-kosta ta’ Barċellona ħdejn il-port. Dawn huma biss żewġ eżempji li ħolqu x-xogħol għal miljuni ta’ nies fl-Unjoni Ewropea. |
3.27 |
Fuq perspettiva aktar fit-tul, l-isfida tat-tibdil fil-klima hija rikonoxxuta b’mod ġust mill-Kummissjoni bħala l-ixprun li qed jagħti spinta lil ristrutturar maġġuri fil-mudelli kummerċjali tas-safar u tal-akkomodazzjoni. L-operaturi kummerċjali diġà qed jaraw bidla fil-mod li l-prodotti tat-turiżmu qed jiġu żviluppati, ippreżentati u kummerċjalizzati, b’bidla lejn prattiki aktar ekoloġiċi fl-industrija. Fil-livell tal-Istati Membri, għandha tiżdied il-valutazzjoni tal-impatt tat-tibdil fil-klima fuq it-turiżmu u jridu jiġu adottati miżuri xierqa ta’ adattament b’konformità mal-implikazzjonijiet tal-kompetittività tat-tbassir tat-tibdil fil-klima. |
3.28 |
L-azzjonijiet li qed tippjana li tniedi l-Kummissjoni għad-diversifikazzjoni tal-prodott turistiku jqisu d-dinamika li tikkaratterizza t-turiżmu, li huwa industrija li hija relatata b’mod dirett mal-bnedmin u l-bżonnijiet multipli tagħhom. L-appoġġ għat-turiżmu oriġinali permezz ta’ promozzjoni iktar sistematika ser iwassal awtomatikament għal iktar valorizzazzjoni tal-karatteristiċi naturali lokali u l-vantaġġi komparattivi ta’ kull reġjun. |
3.29 |
L-UE għandha tindirizza l-problemi relatati ma’ kwistjonijiet soċjali, il-koeżjoni territorjali u l-ħarsien tagħha. |
3.30 |
Fl-aħħar nett, l-azzjonijiet għal mobilizzazzjoni iktar estensiva tar-riżorsi finanzjarji tal-UE għall-iżvilupp tat-turiżmu ser joħorġu l-potenzjal tas-settur billi jagħtu prijorità lir-reġjuni li qed jesperjenzaw disindustrijalizzazzjoni tal-ekonomija tagħhom u fejn hemm potenzjal fil-qasam tat-turiżmu. |
3.31 |
It-turiżmu marittimu u tal-kosta huwa importanti ħafna bħala katalizzatur tal-iżvilupp ekonomiku. Jeħtieġ li jsiru azzjonijiet li jħeġġu l-iżvilupp tiegħu fil-qafas tal-politika marittima integrata tal-UE. Id-diversifikazzjoni ekonomika lejn it-turiżmu tirrappreżenta prijorità għal ħafna żoni kostali, fejn it-tnaqqis ta’ attivitajiet ekonomiċi marbuta mas-sajd u mal-bini tal-bastimenti, mal-agrikoltura jew mal-industrija tal-estrazzjoni, b’mod partikolari, wassal għal tnaqqis tad-dħul u għal żieda fil-qgħad. L-intrapriżi fis-settur tat-turiżmu, b’mod partikolari l-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi, huma ħafna drabi attivi fiż-żoni kostali jew f’żoni turistiċi simili u b’hekk għandhom mhux biss dimensjoni intraprenditorjali u soċjali imma jirrappreżentaw ukoll tradizzjoni storika antika, li ħafna drabi tmur lura għal aktar minn nofs seklu f’ċerti Stati Membri tal-UE, u jikkostitwixxu wkoll wirt kulturali ġenwin għall-popolazzjoni ta’ dawn iż-żoni. Minħabba f’hekk, filwaqt li nirrispettaw ir-regolamenti tal-UE u li niffukaw l-azzjoni tagħna fuq il-wirt kulturali, il-kwalità u l-istorja ta’ kull wieħed mill-postijiet fejn ġew stabbiliti dawn in-negozji familjari, huwa ġġustifikat li nipproponu ċerti inizjattivi bil-għan li nippreservawhom fejn jeżistu. |
3.32 |
L-UE għandha tagħti attenzjoni għall-messaġġi trasmessi fir-rigward tal-Istati Membri tagħha, għax f’għajn it-turist potenzjali li jkun ġej minn pajjiż terz jiġġeneraw immaġni negattiva u inċertezzi dwar jekk għandux iżurhom, u dan għandu riperkussjonijiet li jagħmlu ħafna ħsara għall-promozzjoni turistika tagħhom. Jeħtieġ li l-UE toħloq tim speċifiku għall-ġestjoni tal-komunikazzjoni tal-kriżi fil-qasam tat-turiżmu Ewropew u li tobbliga lil kull wieħed mill-pajjiżi li jiffurmaw parti minnha li joħloq ċellola simili u li jiżgura l-funzjonament tagħha. |
3.33 |
Il-politika Ewropea u l-politiki nazzjonali tat-turiżmu ser ikollhom iqisu dawn il-bidliet strutturali kollha, kemm permezz ta’ miżuri biex jiġi evitat il-qgħad strutturali, izda wkoll billi jiżguraw tqassim effikaċi tal-investimenti marbuta mat-turiżmu. |
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/51 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Reviżjoni tal-‘Att dwar in-Negozji ż-Żgħar’ għall-Ewropa”
COM(2011) 78 finali
2011/C 376/09
Relatur: is-Sur LANNOO
Nhar it-23 ta’ Frar 2011, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Reviżjoni tal-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa
COM(2011) 78 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-30 ta’ Awwissu 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'155 vot favur, 3 voti kontra u 11-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jinsab sodisfatt li s-Small Business Act (SBA) rivedut jinkludi għadd kbir ta’ miżuri li ppropona hu. Huwa jirrikonoxxi l-fatt li l-SMEs (1) u l-mikrointrapriżi ilhom diversi snin jiġu kkunsidrati b'mod aktar wiesa' fit-tfassil tat-testijiet tal-UE. Jinsab ukoll konxju tal-appoġġ tal-Parlament Ewropew u tal-Istati Membri sabiex il-ħtiġijiet ta’ dawn l-intrapriżi jiġu kkunsidrati b'mod aktar effikaċi. L-SBA jirrappreżenta bidla importanti fil-mentalitajiet Ewropej, billi jagħżel li tiġi żviluppata l-governanza bi sħubija bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-SMEs u lill-mikrointrapriżi.
1.2 L-SBA għall-Ewropa rivedut huwa stadju determinanti fir-rikonoxximent politiku tal-SMEs u l-aktar dak tal-mikrointrapriżi. L-ewwel nett, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Kunsill kif ukoll lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex iqiegħdu l-prinċipju fundamentali tiegħu “Aħseb l-ewwel fiż-żgħir” fil-qalba tad-deċiżjonijiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali. Jirrakkomanda wkoll lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jadottawh bħala l-bażi tal-politiki tagħhom favur l-SMEs kif ukoll tal-politiki ekonomiċi u industrijali tagħhom. Fl-aħħar nett, iqis li l-SBA għandu jieħu forma aktar vinkolanti, b'mod speċjali għall-istituzzjonijiet tal-UE.
1.3 L-SBA rivedut jikkonferma l-importanza dejjem tikber li qed tingħata lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju. Madankollu, l-implimentazzjoni tal-SBA u tal-prinċipju tiegħu “Aħseb l-ewwel fiż-żgħir” hija varjabbli jew saħansitra ineżistenti f'ċerti Stati Membri. Dan jgħodd ukoll fil-qafas tal-proċess leġislattiv u deċiżjonali tal-UE.
1.4 Il-KESE jqis li l-ħatra ta’ Rappreżentanti nazzjonali tal-SMEs (SME Envoys) għandha tgħin lill-Istati Membri japplikaw l-SBA. Il-KESE jirrakkomanda wkoll il-ħatra ta’ Rappreżentanti tal-SMEs fil-livell reġjonali.
1.5 Il-KESE huwa kuntent bil-proposti tal-abbozz ta’ qafas finanzjarju multiannwali maħsub biex joħloq programm ta’ “Kompetittività għall-SMEs” kif ukoll miżuri favur l-SMEs fl-aktar programmi importanti ta’ wara l-2013. Madankollu, jinnota li l-Kummissjoni, b'mod partikolari d-DĠ Intrapriża, m'għandhiex biżżejjed riżorsi umani biex tiżgura li l-SBA jiġi applikat b'mod effikaċi. Jitlob lill-istituzzjonijiet Ewropej jadottaw programm ta’ “Kompetittività għall-SMEs” li jkun immirat b'mod partikolari lejn l-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi u jistedinhom jallokaw ir-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa.
1.6 L-istadju li jmiss imbagħad ikun “Aġixxi l-ewwel għaż-żgħir”. L-SBA ma jistax ikollu s-suċċess mixtieq mingħajr ma tiġi stabbilita “governanza bi sħubija ġenwina b'diversi atturi u f'diversi livelli”. Hemm bżonn li jiġi ggarantit li l-imsieħba ekonomiċi u soċjali kif ukoll l-atturi pubbliċi u privati rappreżentattivi kollha jiġu involuti fid-diskussjonijiet politiċi u fil-proċess leġislattiv sa mill-bidu nett. Għaldaqstant, il-KESE jitlob li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-kategoriji differenti ta’ SMEs jieħdu sehem b'mod effettiv fil-proċess leġislattiv u deċiżjonali fil-livelli kollha.
1.7 Fl-aħħar nett, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tniedi mingħajr dewmien kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet Ewropej li jirrappreżentaw il-kategoriji differenti ta’ SMEs sabiex jiġu definiti l-miżuri operattivi li għandhom jittieħdu bi prijorità. Huwa neċessarju li l-KESE jistimola din il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-imsieħba ekonomiċi u soċjali fl-Istati Membri u fir-reġjuni.
2. Kummenti ġenerali
2.1 L-approċċ lejn ir-realtajiet tal-SMEs għadu ġenerali wisq
2.1.1 L-islogan “Aħseb l-ewwel fiż-żgħir” jiġi dejjem interpretat bħala “Aħseb l-ewwel fl-SMEs”, meta 92 % tal-intrapriżi huma mikrointrapriżi li joperaw fi swieq diversi ħafna. Għalhekk, dawn huma impjegaturi importanti li għandhom ikunu l-mira privileġġjata tal-SBA u tal-politiki tal-UE. Madankollu, dawn il-mikrointrapriżi jiffaċċjaw aktar diffikultajiet biex japplikaw il-politiki u l-miżuri leġislattivi Ewropej u b'hekk jistħoqqilhom jingħataw aktar attenzjoni kif ukoll approċċ adattat u ssemplifikat.
2.1.2 Il-miżuri li jirriżultaw mill-SBA għandhom jikkunsidraw ir-realtajiet tal-intrapriżi ż-żgħar, bħall-versatilità tad-diretturi fil-kompiti li jwettqu, it-trasferiment tal-ħiliet u l-fatt li dawn l-intrapriżi huma msejsa f'ambjent lokali. Għandu jitqies ukoll li biex jikkonformaw mal-ħafna dispożizzjonijiet Komunitarji l-SMEs jiddependu minn għadd ta’ persuni limitat ħafna, għall-kuntrarju tal-intrapriżi l-kbar li għandhom ħafna persuni speċjalizzati fis-servizzi tagħhom.
2.1.3 Ir-reviżjoni tal-SBA tafferma li r-realtajiet tal-kategoriji differenti ta’ SMEs għandhom jiġu kkunsidrati, skont id-daqs tagħhom, il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom u l-istruttura tagħhom (il-produzzjoni, il-kummerċ, il-professjonijiet liberali, eċċ) kif ukoll il-mod kif jaħdmu skont is-swieq. Il-KESE jaħseb li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi tal-familja u l-intrapriżi individwali kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali u reġjonali. Huwa jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw miżuri regolamentari, amministrattivi, fiskali u ta’ taħriġ immirati lejhom.
2.1.4 Madankollu, peress li l-valutazzjonijiet ta’ impatt għalissa għadhom immirati lejn l-SMEs b'mod ġenerali, huwa diffiċli li jinkiseb tagħrif preċiż dwar l-effetti, ir-restrizzjonijiet u l-benefiċċji tal-politiki u l-programmi tal-UE speċifiċi għal kull waħda minn dawn il-kategoriji. Sabiex dawn in-nuqqasijiet jingħelbu, it-twettiq ta’ analiżijiet u ta’ studji mmirati dwar dawn il-kategoriji differenti għandu jsir prijorità fil-programmi kollha tal-UE.
2.1.5 Il-politiki u l-programmi Ewropej, kif ukoll l-azzjonijiet tal-SBA, għandhom jappoġġjaw l-iżvilupp tal-kompetittività tal-intrapriżi kollha, mhux biss ta’ dawk li għandhom potenzjal qawwi. Jeħtieġ ukoll li tingħata għajnuna lil dawk il-95 % ta’ intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi li joperaw fi swieq lokali u li, irrispettivament mid-daqs tagħhom, joffru huma wkoll opportunitajiet kbar ta’ żvilupp u ta’ impjiegi ġodda fil-livell tagħhom. Madankollu, il-metodi statistiċi attwali bbażati fuq il-livell tal-fatturat (turnover) jipperikolaw ir-rwol soċjali u kulturali li jaqdu dawn l-intrapriżi ż-żgħar, l-iżjed fil-livell reġjonali u lokali. Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tikkkunsidra dan fl-analiżijiet tagħha u toħloq l-indikaturi rilevanti meħtieġa.
2.1.6 Il-KESE jinsab kuntent li l-SBA jsemmi d-dimensjoni internazzjonali tal-SMEs. Madankollu, jenfasizza li, għall-biċċa l-kbira tal-intrapriżi ż-żgħar, l-internazzjonalizzazzjoni fil-biċċa l-kbira tal-każijiet hija konsegwenza tal-iżvilupp tagħhom u mhux għan fih innifsu. L-Unjoni Ewropea għandha takkumpanjahom fl-attivitajiet tagħhom b'mod aktar attiv, b'mod partikolari billi tappoġġja l-inizjattivi fl-Istati Membri u billi tniedi mill-ġdid il-programmi ta’ kooperazzjoni INTERPRISE.
2.2 Il-politiki l-kbar tal-UE jikkunsidrawh tassew l-SBA?
2.2.1 Minkejja xi referenzi f'xi testijiet speċifiċi, bħall-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin differenti tagħha, l-SBA u l-prinċipji tiegħu ma jiġux ikkunsidrati tassew fit-tfassil tal-politiki l-kbar tal-UE. L-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi donnu għadhom jiġu mwarrbin jew sottovalutati waqt il-proċess leġislattiv. L-eżempji li ġejjin jikkonfermaw din l-affermazzjoni.
2.2.2 Fil-qafas tal-politika tal-innovazzjoni, il-prijorità tingħata lill-intrapriżi bi tkabbir qawwi. Din il-viżjoni ristretta ma tikkorrispondix mar-realtà tal-innovazzjoni fi ħdan l-intrapriżi ż-żgħar, li għandhom bżonn jiksbu servizzi ta’ akkumpanjament u għodod adattati għall-ispeċifiċitajiet tagħhom. Dan jgħodd ukoll għall-politika tal-enerġija. Fl-opinjoni tiegħu dwar il-politika tal-enerġija, l-SMEs u l-mikrointrapriżi (2), il-KESE enfasizza li din il-politika, li hija essenzjali għall-ġejjieni tal-UE, qatt ma daħlet fil-kwistjoni tal-implimentazzjoni tagħha fl-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi. Fl-aħħar nett, il-valutazzjonijiet ta’ impatt li jikkonċernaw il-miżuri mmirati lejn it-twettiq tas-suq intern ma jikkunsidrawx biżżejjed ir-realtà tal-intrapriżi ż-żgħar u l-problemi li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom fil-kummerċ transkonfinali jew fl-attivitajiet lokali tagħhom u f'dawk ibbażati fuq il-qrubija.
2.2.3 Il-KESE jitlob li l-proposti politiċi kollha marbuta mal-prijoritajiet tal-UE jieħdu l-prinċipju “Aħseb l-ewwel fiż-żgħir” bħala l-punt tat-tluq tagħhom. Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jikkunsidraw l-interessi tal-intrapriżi ż-żgħar u tal-mikrointrapriżi waqt l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija UE 2020 u dawk tal-Att dwar is-Suq Uniku.
2.2.4 F'dan ir-rigward, il-KESE bi pjaċir jinnota li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tnax-il xprun bħala stimolu għas-suq uniku titlob li, bħala l-ewwel inizjattiva ewlenija, jiddaħħlu dispożizzjonijiet biex jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs għall-kapital ta’ riskju; b'hekk tiġi indirizzata l-iktar problema urġenti li qed jiffaċċjaw l-SMEs: il-finanzjament. Il-Kumitat jitlob li din l-inizjattiva ewlenija ma titfassalx b'mod iżolat, iżda li tiġi komplementata b'dispożizzjonijiet oħra inklużi fil-qafas tar-reviżjoni tas-Small Business Act.
2.3 Elementi nieqsa mill-SBA: l-akkumpanjament tal-intrapriżi ż-żgħar u r-rwol tal-organizzazzjonijiet intermedji
2.3.1 L-SBA jsemmi l-bżonn tal-akkumpanjament għall-intrapriżi ż-żgħar. Il-KESE spiss insista fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-miżuri ta’ akkumpanjament u ta’ konsulenza għall-intrapriżi ż-żgħar, permezz ta’ servizzi adattati, mogħtija f'forom differenti mill-organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati. Huwa jisħaq ukoll fuq ir-rwol essenzjali tal-organizzazzjonijiet tal-intrapriżi, intermedjarji bejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi u l-intrapriżi, li jaqdu rwol ta’ konsulenza minn naħa lejn l-intrapriżi u min-naħa l-oħra lejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi.
2.3.2 Il-KESE jqis li l-appoġġ għal dan l-akkumpanjament mill-forom differenti ta’ SMEs u t-titjib tad-djalogu bejn l-SMEs u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi, fil-livelli kollha, huma tnejn mill-fatturi ewlenin tal-kompetittività tal-intrapriżi ż-żgħar. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn l-organizzazzjonijiet huma l-uniċi li jintervjenu direttament f'kull intrapriża, b'mod individwalizzat u adattat għall-ħtiġijiet partikolari. Huwa permezz tagħhom li l-miżuri leġislattivi jistgħu jiġu applikati mill-iżgħar intrapriżi, li l-intrapriżi jistgħu jibbenefikaw mill-finanzjamenti, speċjalment dawk tal-UE, u li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet politiċi jistgħu jsiru jafu x'inhuma l-ħtiġijiet ġenwini tagħhom sabiex jadattaw il-politiki tagħhom.
2.3.3 Għalhekk, il-KESE jitlob:
— |
li l-programmi tal-UE jkunu aċċessibbli aktar faċilment għal dawn l-organizzazzjonijiet ta’ SMEs sabiex ikunu jistgħu jwettqu azzjonijiet kollettivi; |
— |
li l-leġislazzjoni Ewropea tipprevedi mezzi ta’ għajnuna teknika li jippermettulhom iwettqu azzjonijiet ta’ informazzjoni, ta’ akkumpanjament u ta’ taħriġ; |
— |
li r-rwol tagħhom bħala punt ta’ waqfa waħda (one-stop shop) jiġi vvalutat u msaħħaħ, b'mod partikolari fil-qasam tal-informazzjoni, tal-proċess ta’ konformità u ta’ aċċess għall-programmi Ewropej. |
2.3.4 Fil-kuntest ta’ restrizzjonijiet baġitarji u minħabba l-ħtieġa li l-mezzi qed jiġu kkonċentrati fuq il-prijoritajiet, il-KESE jqis li l-appoġġ għall-konsulenza, għall-akkumpanjament, għall-informazzjoni u għat-taħriġ tal-SMEs, b'mod partikolari l-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi, huwa wieħed mill-prijoritajiet essenzjali. Huwa jitlob li l-programmi tal-UE jippromovu dan l-appoġġ u jagħtu l-appoġġ kollu neċessarju lill-organizzazzjonijiet intermedji li jirrappreżentaw il-kategoriji kollha ta’ SMEs.
3. Kummenti speċifiċi
3.1 L-aċċess għall-finanzi
3.1.1 Minn mindu l-kriżi ekonomika ggravat, l-aċċess tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) għall-finanzi qed isir dejjem iktar diffiċli. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-organizzazzjonijiet li jipprovdu lill-SMEs garanziji għall-overdrafts u l-kontrogaranzji saru kruċjali. Il-KESE jittama li l-Kummissjoni Ewropea ser tirrikonoxxi r-rwol importanti li jaqdu dawn l-organizzazzjonijiet bħala għodda fundamentali biex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-mikrointrapriżi u l-SMEs għall-finanzi.
3.1.2 L-istrumenti finanzjarji tal-UE għandhom jindirizzaw lill-SMEs kollha, inklużi l-iżgħar fosthom. Il-KESE jitlob it-tisħiħ tal-mekkaniżmi “ta' garanzija” sabiex ikomplu jindirizzaw lill-attivitajiet kollha tal-SMEs. Dan jikkonċerna b'mod speċjali lill -“Garanzija għall-SMEs”, li diġà tat xhieda tas-siwi tagħha u li għandha ssir l-ewwel pilastru tal-programm ta’ azzjoni dwar l-SMEs wara l-2013. Fl-aħħar nett, il-KESE jitlob li jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-organizzazzjonijiet finanzjarji mhux bankarji, bħall-organizzazzjonijiet ta’ garanzija mutwa, għal dawn l-istrumenti finanzjarji.
3.1.3 Il-KESE jqis li l-miżuri tal-Kumitat ta’ Basel (Basel III) ser jippermettu l-konsolidazzjoni meħtieġa tal-prattiki bankarji. Madankollu, jinsab preokkupat dwar l-impatt tagħhom li għandu mnejn jostakola l-aċċess tal-intrapriżi ż-żgħar għall-finanzjament bankarju u b'hekk inaqqas bil-kbir ir-riżorsi finanzjarji tal-SMEs u tal-ekonomija reali b'mod ġenerali. Huwa jitlob lill-istituzzjonijiet Ewropej, b'mod partikolari fil-qafas tar-regolamentazzjoni futura dwar l-adegwazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rekwiziti ta’ Kapital (CRD IV), sabiex jiżguraw li l-esiġenzi l-ġodda fir-rigward tal-banek ma jkollhom l-ebda konsegwenza fuq il-finanzjament tal-SMEs. Il-KESE jitlob li jiġu adottati miżuri li jippermettu lill-banek, speċjalment il-banek lokali u l-banek mutwi, kif ukoll l-istabbilimenti finanzjarji li joffru servizzi ta’ garanzija finanzjarja, li jkomplu jaqdu l-missjoni tagħhom ta’ finanzjament tal-ekonomija reali.
3.1.4 Il-formuli differenti ta’ kapital ta’ riskju jistgħu jkunu interessanti għall-intrapriżi, u fost affarijiet oħrajn anke innovattivi, jekk ikunu adattati għall-ħtiġijiet u r-realtajiet speċifiċi tagħhom. L-Unjoni Ewropea għandha tiffaċilita suq ta’ kapital ta’ riskju li jiffunzjona mingħajr xkiel. Madankollu, dawn il-formuli ma jistgħux jieħdu post strumenti oħra bħall-garanzija. L-intrapriżi ż-żgħar għandu jkollhom l-għażla tal-aktar strumenti adatti.
3.2 Lejn regolamentazzjoni intelliġenti
3.2.1 Il-KESE jenfasizza l-iżvilupp partikolarment pożittiv li tirrappreżenta l-integrazzjoni tat-Testijiet tal-SMEs fil-valutazzjonijiet tal-impatt, li saru jinkludu l-effetti soċjali u ambjentali. Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ dawn it-testijiet billi ġġegħilhom jinkludu dejjem aktar lill-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi. Apparti l-bżonn li jsiru analiżijiet u testijiet minn korpi totalment indipendenti, il-KESE jitlob li l-organizzazzjonijiet tal-SMEs jiġu kkonsultati fit-tħejjija tal-analiżijiet u li jibbenefikaw minn “dritt għal risposta” qabel ma tinħareġ il-pubblikazzjoni finali.
3.2.2 Bit-tama li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-SMEs, il-KESE jipproponi li l-prinċipju “Darba biss” (“Only once”) jiġi integrat mal-prinċipju “One in one out”, li jistabbilixxi li l-introduzzjoni ta’ piżijiet amministrattivi ġodda tmur id f'id mat-tneħħija tal-piżijiet li diġà jeżistu. Dan il-prinċipju għandu jiġi applikat kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak lokali.
3.2.3 Ir-rieda tal-SBA rivedut li japplika l-prinċipju “Aħseb l-ewwel fiż-żgħir” u l-prinċipju “Darba biss” b'mod aktar effikaċi hija ta’ min ifaħħarha. Issa l-problema tinsab fl-applikazzjoni effettiva tiegħu fil-livell nazzjonali u fi ħdan id-Direttorati Ġenerali kollha tal-Kummissjoni Ewropea. Għaldaqstant, il-KESE jagħti importanza partikolari:
— |
lit-twettiq ta’ valutazzjonijiet ta’ impatt ta’ kwalità li jikkunsidraw l-eteroġeneità tal-popolazzjoni tal-SMEs, u li jagħmlu dan b'mod indipendenti; |
— |
lir-rwol tar-Rappreżentant tal-SMEs tal-Kummissjoni, interfaċċja bejn il-Kummissjoni Ewropea u d-dinja tal-SMEs, li għandu jeżamina l-politiki kollha li jafu jolqtu lill-intrapriżi ż-żgħar, iwassal l-opinjoni tagħhom u, fejn ikun meħtieġ, imur kontra xi deċiżjonijiet li ma jkunux vantaġġużi għalihom. |
3.2.4 Għandha tingħata prijorità lill-proporzjonalità fl-implimentazzjoni tal-miżuri sabiex l-intrapriżi ż-żgħar ma jkollhomx għalfejn iwettqu formalitajiet li mhumiex assolutament neċessarji. Jekk dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fi ħdan l-Unjoni japplikaw b'mod rigoruż il-prinċipju fundamentali “Aħseb l-ewwel fiż-żgħir”, li ħadu impenn lejh, ma jkollhomx għalfejn jiġu previsti eżenzjonijiet.
3.2.5 Ir-rikonoxximent tad-differenzi bejn il-mikrointrapriżi mhux bilfors iwassal għall-ġeneralizzazzjoni tal-eżenzjoni tal-intrapriżi ż-żgħar minn ċerti formalitajiet. Jekk dawn l-eżenzjonijiet jirriżultaw neċessarji, għandhom jiġu nnegozjati mar-rappreżentanti tal-intrapriżi kkonċernati. Fil-każ kuntrarju, ikun hemm riskju li tirriżulta klassifikazzjoni negattiva bejn intrapriżi li japplikaw il-leġislazzjoni u dawk li ma japplikawhiex.
3.2.6 Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda:
— |
li l-prinċipju “Aħseb l-ewwel fiż-żgħir” u l-prinċipju “Darba biss” jiġu applikati fl-aspetti kollha tal-Istrateġija UE 2020; |
— |
li l-leġislazzjoni titfassal sa mill-bidu nett bi sħubija mar-rappreżentanti tal-intrapriżi ż-żgħar ikkonċernati; |
— |
li waqt l-implimentazzjoni ta’ din il-leġislazzjoni l-prinċipju tal-proporzjonalità jiġi applikat b'mod sistematiku; |
— |
li waqt it-traspożizzjoni jew l-applikazzjoni tat-testijiet tiġi evitata r-regolamentazzjoni nazzjonali u reġjonali żejda; |
— |
li r-Rappreżentant tal-SMEs tal-Kummissjoni jiġi involut fil-ħidma tal-Kumitat għall-Valutazzjonijiet tal-Impatt inkarigat sabiex jivverifika l-kwalità tal-valutazzjonijiet tal-impatt. |
3.3 Aċċess għall-kuntratti pubbliċi
3.3.1 L-SBA jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-SMEs għall-kuntratti pubbliċi. Sabiex dawn jitħeġġu jieħdu sehem fil-kuntratti pubbliċi, mhuwiex biżżejjed li jiġu ssemplifikati l-proċeduri iżda jeħtieġ ukoll li jinħolqu politiki vantaġġużi għall-SMEs fl-Istati Membri, u għalissa dan huwa l-każ f'uħud mill-Istati Membri biss.
3.3.2 Fil-fehma tal-KESE, hemm bżonn urġenti li l-“Kodiċi Ewropea ta’ prattiki tajbin” (3) dwar il-kuntratti pubbliċi tiġi stabbilita kompletament. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw politiki vantaġġużi biex jiġi ffaċilitat aċċess aktar effikaċi tal-SMEs u tal-mikrointrapriżi għall-kuntratti pubbliċi.
3.4 L-intraprenditorija u l-ħolqien tal-impjiegi
3.4.1 L-intrapriżi ż-żgħar jippreżentaw mod partikolari ta’ relazzjoni soċjali fi ħdan l-intrapriża u għandhom bżonn partikolarment kbir ta’ ħaddiema kwalifikati. Barra minn hekk, il-KESE jirrikonoxxi li l-impjegati jaqdu rwol essenzjali fl-iżvilupp tal-SMEs għax jistgħu jkunu sors ta’ innovazzjoni u jikkondividu l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-intrapriża. Ifakkar li l-intrapriżi ż-żgħar huma postijiet privileġġjati ta’ tagħlim u ta’ taħriġ vokazzjonali u li jaqdu rwol ċentrali għall-ksib tal-ħiliet u l-promozzjoni tal-għarfien.
3.4.2 Il-KESE jiddispjaċih li l-SBA jibqa' kważi sieket għalkollox dwar il-problemi relatati mas-suq tax-xogħol u tal-impjieg kif ukoll il-kwistjoni tal-ħiliet tal-impjegati u d-diretturi tal-intrapriżi, meta dawn il-problemi jolqtu l-kapaċità ta’ żvilupp tagħhom u l-potenzjal tagħhom li joħolqu impjiegi ġodda.
3.4.3 Il-KESE jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ l-intraprenditorija tan-nisa u jirrakkomanda li jinqasmu gwidi tal-prattiki tajbin li jinkludu l-inizjattivi adottati mill-Istati Membri kif ukoll dawk tal-organizzazzjonijiet tal-SMEs.
4. X'jista' jsir biex jiġi żgurat li l-SBA u l-prijoritajiet tiegħu jiġu kkunsidrati?
4.1 Tiġi żgurata l-governanza bi sħubija: ir-regola tal-governanza b'diversi atturi u f'diversi livelli
4.1.1 Il-Komunikazzjoni ssostni li governanza b'saħħitha hija essenzjali u li l-miżuri prijoritarji l-kbar tal-SBA “jistgħu jħallu impatt biss jekk ikunu bbażati fuq tmexxija soda tal-SMEs”. Il-politiki, il-programmi u l-leġislazzjoni tal-UE jistgħu biss jkunu effikaċi jekk jitfasslu u jiġu implimentati flimkien mal-organizzazzjonijiet intermedji rappreżentattivi fil-livelli kollha. Waħda mill-prijoritajiet essenzjali tal-SBA rivedut għandha tkun li jiggarantixxi din is-sħubija fil-proċess leġislattiv u/jew deċiżjonali fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali.
4.1.2 Il-KESE jqis li l-panels riveduti tal-SMEs fil-kuntest tal-Enterprise Europe Network jistgħu jkunu sorsi eċċellenti ta’ informazzjoni, iżda ma jiħdux post l-esperjenza u l-ħila tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-SMEs. Madankollu, il-proposta għal programm ta’ “Kompetittività għall-SMEs” tal-qafas finanzjarju multiannwali ma tipprevedix miżuri għal dawn l-organizzazzjonijiet u tenfasizza biss l-Enterprise Europe Network, meta b'xorti ħażina l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-kategoriji differenti tal-SMEs mhumiex ilkoll assoċjati magħha f'diversi Stati Membri. In-netwerk għandu jkun soġġett għal valutazzjoni fil-fond u għandhom jittejbu l-metodoloġija u r-regoli ta’ funzjonament tiegħu sabiex dan jippermetti l-parteċipazzjoni aħjar tal-organizzazzjonijiet tal-kategoriji differenti ta’ SMEs li jeżistu fl-Istati Membri.
4.2 Transizzjoni minn “Aħseb l-ewwel fiż-żgħir” għal “Aġixxi l-ewwel għaż-żgħir”
4.2.1 Il-KESE jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex:
— |
jikkoordinaw bejniethom biex iġiegħlu lil xulxin jintegraw l-SBA u l-prinċipju tiegħu “Aħseb l-ewwel fiż-żgħir” fid-deċiżjonijiet tagħhom f'forma aktar vinkolanti, u b'hekk iħeġġu lill-awtoritajiet nazzjonali u dawk lokali u reġjonali jaġixxu bl-istess mod; |
— |
jintroduċu prinċipju ta’ prekawzjoni, taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Ewropew tal-SMEs, fuq il-mudell tas-sistema ta’ “Office of advocacy” li jeżisti fl-SBA Amerikan;. din is-sistema tiggarantixxi li l-leġislazzjoni kollha li tolqot lill-intrapriżi ż-żgħar ma tmurx kontra l-interessi tagħhom. |
4.3 B'liema mezzi?
4.3.1 Is-suċċess tal-SBA rivedut u l-effikaċja tiegħu ser jiddependu mir-riżorsi umani u finanzjarji li ser jiġu allokati għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-KESE jinsab sodisfatt bil-proposta għall-programm ta’ “Kompetittività għall-SMEs” il-ġdid, li għandu jkollu l-prijoritajiet li ġejjin:
— |
is-segwitu u l-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-SBA fil-programmi u l-leġislazzjoni kollha tal-UE kif ukoll f'dawk tal-Istati Membri; |
— |
l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ “advocacy unit” sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-valutazzjonijiet ta’ impatt billi jiġu eżaminati l-effetti potenzjali tal-leġislazzjoni futura fuq l-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi; |
— |
il-ħolqien ta’ strumenti ta’ kompetittività, standardizzazzjoni, informazzjoni u kooperazzjoni, imfasslin skont il-prinċipju “Aħseb l-ewwel fiż-żgħir”; |
— |
l-aċċess għal strumenti finanzjarji ddedikati għall-iżvilupp tal-SMEs, b'mod partikolari l-“Garanzija għall-SMEs”; |
— |
l-appoġġ għall-attivitajiet ta’ akkumpanjament u konsulenza tal-organizzazzjonijiet ta’ SMEs u t-tisħiħ tal-governanza bbażata fuq is-sħubija mal-organizzazzjonijet rappreżentattivi; |
— |
l-analiżi statistika u ekonomika tal-kategoriji differenti ta’ SMEs b'kunsiderazzjoni tal-eteroġeneità tagħhom, it-twettiq ta’ studji u riċerka mmirati lejn dawn l-intrapriżi kif ukoll it-tixrid tal-prattiki tajbin tal-Istati Membri u r-reġjuni favur l-SMEs. |
4.3.2 Il-KESE jinsab imħasseb dwar in-numru ristrett ta’ persuni li jaħdmu fuq l-SMEs u l-SBA bħalissa fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej. Għalhekk, għandhom jiġu allokati biżżejjed riżorsi umani li jikkorrispondu mal-ambizzjonijiet tal-SBA, speċjalment fid-DĠ Intrapriża, għall-implimentazzjoni ta’ dan il-programm għall-SMEs u b'mod partikolari għall-monitoraġġ tiegħu.
4.3.3 Il-KESE jinsab kuntent bil-ħolqien ta’ Rappreżentanti tal-SMEs fil-livell nazzjonali li għandhom il-missjoni li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-SBA fl-Istati Membri u li jiżguraw li leħen l-SMEs u l-mikrointrapriżi jinstema' fil-politiki u l-leġislazzjoni nazzjonali. Madankollu, jemmen li l-effikaċja tal-mekkaniżmu ser tiddependi mill-kapaċità tar-Rappreżentant tal-SMEs li jinfluwenza l-għażliet politiċi u l-leġislazzjonijiet nazzjonali kif ukoll mill-kwalità tal-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet differenti tal-SMEs.
4.3.4 Il-KESE jisħaq fuq l-importanza tal-grupp konsultattiv bħala ċentru ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet Ewropej ta’ SMEs. Dan il-grupp konsultattiv jista' jservi bħala pjattaforma ta’ kooperazzjoni dwar il-proposti leġislattivi u l-programmi operattivi tad-Direttorati Ġenerali kollha tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb l-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi. Jinsab kuntent bl-approċċ ta’ bosta reġjuni li ħatru Rappreżentanti reġjonali tal-SMEs u jitlob li jitħeġġu inizjattivi bħal dawn.
5. Miżuri politiċi
5.1 Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex kull sena tippreżentalu stampa ċara tas-sitwazzjoni li:
— |
tenfasizza l-implimentazzjoni tal-SBA fi ħdan is-servizzi tagħha, fl-Istati Membri u fir-reġjuni; |
— |
tanalizza kemm il-prinċipji tal-SBA qed jiġu kkunsidrati fit-testijiet tal-UE adottati mill-Parlament u mill-Kunsill; |
— |
tagħti wkoll ħarsa lejn is-sitwazzjoni u l-progress miksub quddiem il-grupp konsultattiv. |
Dan ir-rapport għandu wkoll jiġi ppreżentat lill-Kunsill, lill-Parlament u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
5.2 Fl-aħħar nett, il-KESE jitlob lill-Kunsill biex kull sena jwaqqaf kunsill għall-Kompetittività speċjali għall-SMEs, il-mikrointrapriżi u l-SBA.
5.3 Abbażi tal-prinċipju tas-Summit Tripartitiku Soċjali għat-Tkabbir u x-Xogħol, li twaqqaf mill-Kunsill fis-6 ta’ Marzu 2003, il-KESE jipproponi li l-Kunsill jistabbilixxi djalogu ekonomiku li jsir darbtejn fis-sena matul il-Kunsill Kompetittività. Dan id-djalogu jista' jiġbor flimkien lir-rappreżentanti Ewropej, lill-SMEs, lill-ministri tal-industrija u lill-SMEs tat-Trojka, lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-KESE bħala rappreżentant tas-soċjetà ċivili, bil-għan li r-Rappreżentanti tal-SMEs u l-isfera politika jiġu involuti fl-ogħla livell biex jgħinu lill-SMEs jimplimentaw l-Istrateġija Ewropa 2020.
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Rakkomandazzjoni 2003/361 tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni ta’ SME, ĠU L 124/36, 20.05.2003 (mhux disponibbli bil-Malti).
(2) ĠU C 44, 11.02.2011, p. 118.
(3) http://ec.europa.eu/internal_market/publicprocurement/docs/sme_code_of_best_practices_en.pdf
ANNESS
għall-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
L-emenda li ġejja, li ġabret iktar minn kwart tal-voti, ġiet irrifjutata matul id-dibattitu (Artikolu 54(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):
Punt 1.7 (ġdid)
Żid punt ġdid wara punt 1.6:
“1.7 Barra minn hekk, jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jistabbilixxu prinċipju ta’ prekawzjoni fil-forma ta’ ‘office of advocacy’ li tiggarantixxi li l-liġijiet Ewropej li jolqtu lill-SMEs ma jmorrux kontra l-interess tagħhom u li dawn il-liġijiet iqisu b'mod prattiku r-realtajiet tal-SMEs.”
Riżultat tal-votazzjoni:
Voti favur |
: |
57 |
Voti kontra |
: |
66 |
Astensjonijiet |
: |
36 |
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/58 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Kunsill li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji”
COM(2011) 259 finali – 2011/0111 (CNS)
2011/C 376/10
Relatur Ġenerali: is-Sur Bernardo HERNÁNDEZ BATALLER
Nhar is-16 ta’ Ġunju 2011, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta’ ċerti prodotti industrijali fil-Gżejjer Kanarji
COM(2011) 259 finali – 2011/0111 (CNS).
Nhar l-20 ta’ Settembru 2011, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.
Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-474 Sessjoni Plenarja tiegħu tal-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tat-22 ta’ Settembru) li jaħtar lis-Sur Bernardo HERNÁNDEZ BATALLER bħala relatur ġenerali, u adotta din l-opinjoni b'132 vot favur u 5 voti kontra.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jappoġġja din il-proposta minħabba r-rilevanza soċjoekonomika tagħha u l-leġittimità ċara tal-Unjoni biex tadottaha, fid-dawl tan-natura esklużiva tal-kompetenzi tagħha fil-qasam doganali.
1.2 Barra minn hekk, il-proposta taffettwa biss numru determinat ta’ prodotti u oġġetti li diġà jibbenefikaw minn vantaġġi tariffarji b'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 704/2002 tal-25 ta’ Marzu 2002, u magħhom jiżdiedu biss erba' prodotti oħra (il-gomma u ċerti derivati tal-polimeru).
1.3 L-impożizzjoni ta’ kontrolli tal-użu aħħari b'konformità mad-dispożizzjonjiet tal-Kodiċi Doganali Komunitarju u d-dispożizzjonjiet ta’ implimentazzjoni tiegħu hija proċedura stabbilita f'dan il-kuntest u ma toħloqx piż amministrattiv supplimentari sinifikattiv għall-awtoritajiet reġjonali u lokali u għall-operaturi ekonomiċi.
1.4 Li tinżamm is-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti industrijali huwa meqjus ta’ benefiċċju għall-ekonomija tal-Gżejjer Kanarji, li batiet il-konsegwenzi tal-kriżi ħafna aktar minn reġjuni oħra fl-Unjoni u fir-Renju ta’ Spanja.
1.5 Il-KESE jtenni (1) li ż-żamma ta’ dawn l-arranġamenti ekonomiċi u fiskali speċifiċi hi indispensabbli sabiex ir-reġjuni ultraperiferiċi jiġu megħjuna jegħlbu d-diffikultajiet strutturali li jiffaċċjaw.
2. Introduzzjoni
2.1 Il-Gżejjer Kanarji għandhom superfiċje totali ta’ bejn wieħed u ieħor 7 542 km2 u jiffurmaw arċipelagu li jinsab fl-Oċean Atlantiku, ftit aktar minn 1 000 km 'l bogħod mill-eqreb punt tal-Peniżola Iberika. Flimkien mal-arċipelagi tal-Azores, il-Madeira, is-Salvajes u l-Kap Verde, il-Gżejjer Kanarji jagħmlu parti mir-reġjun bijoġeografiku msejjaħ Macaronesia, u huma fost l-hekk imsejħa reġjuni “ultraperiferiċi” minħabba, fost affarijiet oħra, li jinsabu 'l bogħod ħafna u huma insulari. Il-KESE kemm-il darba esprima l-fehma tiegħu dwar dawn ir-reġjuni (2).
2.1.1 Il-popolazzjoni attwali fil-Gżejjer Kanarji hija ta’ 2 118 519 abitant. L-aktar żewġ gżejjer popolati huma Tenerife (906 854 abitant) u l-Gran Canaria (845 676 abitant) (3), fejn joqogħdu 80 % tal-popolazzjoni. Dan l-indiċi għoli tal-popolazzjoni joħloq ċerti problemi soċjali relatati mar-rati għoljin tal-qgħad u tal-emigrazzjoni.
2.1.2 Minħabba li jinsabu 'l bogħod, l-operaturi ekonomiċi ta’ dawn il-Gżejjer jiffaċċjaw żvantaġġi ekonomiċi u kummerċjali li għandhom impatt negattiv fuq it-tendenzi demografiċi, l-impjieg u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali. B'mod partikolari, is-settur industrijali u dak tal-bini u l-industriji anċillari ġew affettwati bl-aħrax mill-kriżi ekonomika attwali, u b'hekk żdied il-qgħad, li huwa ogħla mill-medja nazzjonali ta’ Spanja. Dan joħloq ir-riskju li s-sitwazzjoni ekonomika ġenerali ssir aktar vulnerabbli minħabba n-natura volatili tat-turiżmu internazzjonali, li minnu l-gżejjer qed jiddependu dejjem aktar.
2.1.3 Kif diġà indika l-KESE (4), il-gżejjer għandhom il-karatteristika li jiffaċċjaw xi żvantaġġi permanenti li jiddistingwuhom b'mod ċar mir-reġjuni kontinentali. Dawn l-iżvantaġġi permanenti għandhom xi karatteristiċi komuni għalkemm l-iskala tagħhom tvarja, u jinkludu: l-iżolament mill-kontinent; l-ispejjeż addizzjonali għoljin tat-trasport bil-baħar u bl-ajru, tal-komunikazzjoni u tal-infrastruttura minħabba l-ostakli naturali u klimatiċi; id-dimensjoni limitata tal-art; ir-riżorsi limitati tas-sajd; id-disponibbiltà limitata tal-ilma; in-nuqqas ta’ sorsi tal-enerġija; it-tniġġis tal-baħar u tal-kosti; id-diffikultà fil-ġestjoni tal-iskart; it-tnaqqis tal-popolazzjoni, speċjalment taż-żgħażagħ; l-erożjoni tal-kosti; in-nuqqas ta’ ħaddiema speċjalizzati; in-nuqqas ta’ ambjent ekonomiku favorevoli għall-intrapriżi; u d-diffikultà fl-aċċess għall-edukazzjoni u s-servizzi tas-saħħa, fost affarijiet oħra.
2.1.4 Il-KESE diġà esprima ruħu (5) dwar il-kunċett tal-ispejjeż addizzjonali tar-reġjuni ultraperiferiċi, u stabbilixxa lista mhux magħluqa li tkopri mill-ispejjeż aktar għoljin tat-trasport tal-oġġetti, tal-materjali u tal-persuni sal-ispejjeż tal-ħżin, tar-reklutaġġ jew tal-installazzjoni, li wkoll huma ogħla.
2.1.5 Is-settur industrijali tal-Gżejjer Kanarji jipproduċi prinċipalment għas-suq lokali u jiltaqa' ma’ diffikultajiet kbar biex isib klijenti barranin. Din is-sitwazzjoni diffiċli hija kkważata l-aktar min-nuqqas ta’ mezzi tat-trasport u l-ispejjeż għoljin tat-trasport għax-xiri u d-distribuzzjoni tal-merkanzija. Dan għandu impatt negattiv fuq l-ispejjeż tal-manifattura tal-prodotti lesti, li jista' jwassal għal żieda fl-ispejjeż tal-manifattura meta mqabbla mal-ispejjeż tal-manifattura ta’ intrapriżi simili fuq il-peniżola.
3. Il-Gżejjer Kanarji u l-Unjoni Ewropea
3.1 Il-Gżejjer Kanarji saru parti mill-Unjoni Ewropea mal-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja fl-1986. L-Att tal-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall irrikonoxxa s-sitwazzjoni soċjoekonomika speċjali u diffiċli tal-arċipelagu. Minħabba d-diffikultajiet speċifiċi tagħhom, għall-ewwel il-Gżejjer Kanarji kienu esklużi miż-żona doganali Komunitarja, mill-politika kummerċjali komuni, mill-politika agrikola komuni u mill-politika komuni tas-sajd.
3.2 L-Unjoni Ewropea għarfet il-problemi partikolari u speċifiċi ta’ dan ir-reġjun u l-implikazzjonijiet tagħhom biex il-Gżejjer Kanarji jiġu integrati fl-Unjoni. Fl-aħħar snin ġew introdotti miżuri li, b'approċċ komprensiv u fid-dawl tal-fatt li dan hu reġjun insulari u ultraperiferiku, naqqsu bil-mod il-mod il-livell u l-impatt ta’ dawn l-eżenzjonijiet b'tali mod li r-reġjun ilu jagħmel parti integrali miż-żona dogali Komunitarja mill-31 ta’ Diċembru 2000, jiġifieri minn meta ddaħħlet b'mod sħiħ it-Tariffa Doganali Komuni (6).
3.3 Dan wassal għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1911/91 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Komunità għall-Gżejjer Kanarji (7), li ġie modifikat kemm-il darba. B'konformità ma’ dan ir-Regolament ġew żviluppati miżuri partikolari permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/314/KE li tistabblixxi programm ta’ għażliet speċifiċi għan-natura remota u insulari tal-Gżejjer Kanarji (Poseican) (8). B'dan il-programm kien possibbli li ssir il-modulazzjoni ta’ ċerti politiki komuni kif ukoll li jiġu adottati ċerti miżuri speċifiċi għall-Gżejjer Kanarji.
3.4 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 704/2002 tal-25 ta’ Marzu 2002 jissospendi temporanjament id-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti industrijali u jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti awtonomi tat-tariffi tal-Komunità fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħut lejn il-Gżejjer Kanarji. Skont dan ir-Regolament, is-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni għal ċerti prodotti kapitali li jintużaw b'mod kummerċjali jew industrijali ser tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011. Għal din ir-raġuni, il-proposta eżaminata hawnhekk qed titressaq qabel ma tiskadi din is-sospensjoni.
3.5 Mill-banda l-oħra, l-Artikolu 349 tat-TFUE jirrikonoxxi l-kundizzjoni ta’ reġjun ultraperiferiku li għandhom il-Gżejjer Kanarji, jikkunsidra s-sitwazzjoni strutturali soċjali u ekonomika tagħhom, u jirrikonoxxi l-bogħod, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima diffiċli tagħhom u d-dipendenza tagħhom minn ftit prodotti. Il-permanenza u l-kumbinazzjoni ta’ dawn il-fatturi jirrestrinġu bi kbir l-iżvilupp tagħhom. Għalhekk, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri speċifiċi b'rabta, fost oħrajn, mal-politiki doganali u tal-kummerċ, il-politika fiskali, iż-żoni liberi, il-politika agrikola u dik tas-sajd, il-kundizzjonijiet għall-forniment ta’ materja prima u oġġetti essenzjali għall-konsumatur, l-għajnuna mill-Istat u l-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-fondi strutturali u għall-programmi orizzontali tal-Unjoni.
4. Il-proposta għal Regolament tal-Kunsill
4.1 It-TFUE jippermetti li jittieħdu miżuri speċjali għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni sabiex jgħinuhom jegħlbu l-iżvantaġġi ekonomiċi li jiffaċċjaw minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Il-persistenza tal-kriżi ekonomika u finanzjarja aggravat il-problemi tal-ħolqien tal-impjieg u t-telf tal-kompetittività tal-Gżejjer Kanarji.
4.2 Konsegwentement, il-Gvern tar-Renju ta’ Spanja talab, permezz ta’ proposta għal Regolament, li tiġi estiża l-iskema attwali tas-sospensjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti lejn il-Gżejjer Kanarji. Din il-proposta tipprevedi li jiġu sospiżi wkoll id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal erba' prodotti ġodda.
4.3 Il-proposta hija maħsuba biex tkun koerenti mal-politiki l-oħra tal-Unjoni, partikolarment fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali, il-kompetizzjoni, l-intrapriżi, l-iżvilupp u r-relazzjonijiet esterni. Normalment, kull tant żmien jittieħdu miżuri ta’ dan it-tip sabiex jissaħħu l-operaturi ekonomiċi.
4.3.1 Bis-saħħa tas-sospensjoni termporanja tad-dazji, il-proposta tippermetti lill-operaturi ekonomiċi lokali tal-Gżejjer Kanarji li jimpurtaw ċertu ammont ta’ materja prima, partijiet, komponenti u prodotti kapitali mingħajr dazju fuqhom.
4.3.1.1 B'mod speċifiku, mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2021 ser jiġu sospiżi b'mod sħiħ id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjoni fil-Gżejjer Kanarji tal-prodotti kapitali għall-użu kummerċjali jew industrijali mniżżlin fl-Anness.
4.3.1.2 Dawn il-prodotti għandhom jintużaw mill-operaturi ekonomiċi li jinsabu fil-Gżejjer Kanarji għal perjodu ta’ mill-inqas 24 xahar wara li jiġu rilaxxati liberament fiċ-ċirkolazzjoni.
4.3.1.3 Barra minn hekk, mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2021 ser jiġu sospiżi b'mod sħiħ ukoll id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjoni fil-Gżejjer Kanarji ta’ materja prima, partijiet u komponenti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM elenkati fl-Anness II aġġornat u li jintużaw għat-trasformazzjoni industrijali jew għall-manutenzjoni fil-Gżejjer Kanarji.
4.3.2 Sabiex jiġi evitat kull użu abbużiv jew frodulenti jew kwalunkwe devjazzjoni tal-flussi kummerċjali tradizzjonali, huwa previst li jiġu stabbiliti kontrolli u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni biex jikkontrollaw l-użu aħħari tal-prodotti li jibbenefikaw mis-sospensjoni tad-dazju.
4.3.3 Il-materja prima, il-partijiet u l-komponenti jridu jintużaw għat-trasformazzjoni industrijali u għall-manutenzjoni fil-Gżejjer Kanarji sabiex jibbenefikaw mis-sospensjoni tad-dazji.
4.3.4 Barra minn hekk, il-prodotti kapitali jridu jintużaw mill-kumpaniji lokali fil-Gżejjer Kanarji għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel ma jkunu jistgħu jinbiegħu liberament lil kumpaniji oħra li jinsabu f'partijiet oħra tat-territorju doganali tal-Unjoni.
4.3.4.1 Sabiex tingħata perspettiva fit-tul lill-investituri u sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jilħqu l-livell ta’ attivitajiet industrijali u kummerċjali, is-sospensjoni tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għal ċerti prodotti mniżżlin fl-Anness II u fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 740/2002 ser tiġi estiża b'mod sħiħ għal perjodu ta’ 10 snin.
4.3.4.2 Sabiex jiġi żgurat li operaturi ekonomiċi stabbiliti fit-territorju tal-Gżejjer Kanarji biss jibbenefikaw minn dawn il-miżuri tariffarji, is-sospensjoni għandha tkun tiddependi mill-użu aħħari tal-prodotti b'konformità ma’ dak li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju; u f'każ li ssir devjazzjoni tal-kummerċ, il-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni li jippermettulha li temporanjament tirtira s-sospensjoni.
5. Kummenti ġenerali
5.1 Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta li jiġi modifikat ir-Regolament (KE) u jemmen li l-miżuri speċjali li fih jistgħu jiġu adottati mingħajr ma tiġi pperikolata bl-ebda mod l-integrità u l-koerenza tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, inklużi s-suq intern u l-politiki komuni.
5.2 Dawn ir-raġunijiet legali u ekonomiċi ġew ikkonfermati minn ċirkustanzi oħra, bħall-fatt li l-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji ma qajjem l-ebda oġġezzjoni għall-adozzjoni futura tal-miżuri inkwistjoni, u għall-fatt li t-tfassil ta’ dawn il-miżuri ma rrikjediex li ssir valutazzjoni tal-impatt minħabba n-natura universali tagħhom.
5.3 Il-Kummissjoni tibbaża l-proposta għal Regolament fuq l-Artikolu 349 tat-TFUE, filwaqt li l-kontenut integrali tal-miżuri jirreferi għall-politika doganali, li hija kompetenza esklużiva tal-UE. Għaldaqstant, id-dispożizzjoni li din il-proposta tintbagħat lill-parlamenti nazzjonali, li aktarx ġejja minn interpretazzjoni wiesgħa ħafna tal-Artikolu 2(1) tal-Protokoll Nru 1 anness mat-TUE u t-TFUE (dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea), hija wisq formalista.
5.4 Jidher li din iċ-ċirkustanza ser iddewwem l-adozzjoni tar-Regolament, li aktarx toħloq polemiki jew kontroversji interni li ta’ sikwit ikunu ta’ ħsara għall-interess ġenerali tal-UE jew għat-twettiq adegwat ta’ xi objettivi speċifiċi, bħall-protezzjoni tat-territorji u r-reġjuni ultraperiferiċi mill-kundizzjonijiet ekonomiċi ħżiena tagħhom.
5.5 Ikun tajjeb ukoll li jiġi definit b'mod kwantitattiv u kwalitattiv il-kunċett ta’ “devjazzjoni tal-kummerċ”. Dan jista' jagħti lill-Kummissjoni l-kompetenza li tirtira l-eżenzjonijiet tariffarji permezz ta’ atti implimentattivi.
5.6 Dan hu aktar u aktar neċessarju għaliex, biex jiġi apprezzat l-aspett kwantitattiv ta’ dawn id-devjazzjonijiet, hemm bżonn li jsiru analiżi ekonomiċi kumplessi tas-suq bil-għan li jinsab bilanċ reali bejn l-importazzjonijiet tal-prodotti rilevanti u l-ħtiġijiet li jkunu ġejjin mid-domanda tagħhom fil-kummerċ insulari.
5.7 B'mod simili, għandha tiġi ċċarata n-natura legali tal-atti li jistabbilixxu deċiżjoni definittiva dwar iż-żamma jew it-tneħħija tal-irtirar tal-iskema ta’ sospensjoni wara li jgħaddi l-perjodu ta’ 12-il xahar stabbilit fl-Artikolu 4(1) tal-proposta għal Regolament.
5.8 Billi huwa l-Kunsill li jadotta r-Regolament dwar is-sospensjoni temporanja permezz ta’ proċedura leġislattiva speċjali, jidher loġiku li jkun hu wkoll li jadotta din id-deċiżjoni definittiva, u b'hekk il-kompetenza mogħtija lill-Kummissjoni tiġi limitata għall-possibbiltà li tadotta l-atti dwar l-irtirar temporanju msemmi hawn fuq għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar.
5.9 Il-KESE jemmen li l-proposta tgħin biex tiġi garantita l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll biex il-Gżejjer Kanarji jikkompetu bl-istess opportunitajiet fl-Unjoni Ewropea kollha, billi tikkumpensa l-iżvantaġġi permanenti ta’ natura ġeografika, naturali, ekonomika, soċjali jew strutturali li għandhom.
5.10 Is-sospensjoni tad-dazji prevista hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità, fid-dawl tal-firxa tal-iżvantaġġi tal-Gżejjer Kanarji li jitkejlu f'termini tal-livell ta’ aċċessibbiltà, pożizzjoni ġeografika u, eventwalment, produttività. Il-KESE jaħseb li s-sospensjonijiet tad-dazji huma maħsuba biex jikkumpensaw l-ispejjeż addizzjonali marbutin mas-sitwazzjoni ta’ dawn il-Gżejjer u mhumiex fattur ta’ distorsjoni tas-suq, iżda għall-kuntrarju huma element ta’ bilanċ.
6. Kummenti speċifiċi
6.1 Billi l-aċċessibbiltà għall-kontinent Ewropew ma marritx għall-aħjar, l-istabbiliment tal-arranġamenti ekonomiċi u fiskali divrenzjati kien maħsub bħala strument li jiddinamizza l-ekonomija Kanarja u li jipprova jikkumpensa għal dawn l-iżvantaġġi strutturali li qed tiffaċċja.
6.2 Minħabba d-daqs tas-suq u l-intrapriżi tal-ekonomija Kanarja, ma kienx possibbli li jkun hemm politiki ta’ sinerġija bejn is-servizzi tal-materja prima fir-rigward tal-proċessi ta’ produzzjoni, it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni fis-suq intern tal-konsum u l-kapaċità tal-esportazzjoni, u b'hekk l-intrapriżi ma kellhomx il-possibbiltà li jġibu l-valur miżjud b'mod sostenibbli jew permezz ta’ spejjeż marġinali marbutin mad-domanda (sfruttament tal-ekonomiji tal-kobor).
6.3 Minħabba dawn il-fatturi kollha tal-insularità u l-ispejjeż addizzjonali, is-settur industrijali qed jitlef il-kompetittività tiegħu fil-kuntest tas-swieq l-oħra li, f'ambjent dejjem aktar globalizzat, qed jiksbu importanza akbar bis-saħħa tal-possibbiltà ta’ rilokazzjoni. B'konsegwenza ta’ dan, l-ekonomija Kanarja qed titlef settur li joħloq impjiegi stabbli bi kwalifiki għoljin u li jiffaċilita l-iżvilupp ta’ proċessi innovattivi.
6.4 Il-mekkaniżmi fiskali u doganali ppruvaw jikkumpensaw l-ispejjeż addizzjonali li jiffaċċja s-settur industrijali minħabba li jinsab f'reġjun ultraperiferiku. Studju reċenti jgħid li l-ispejjeż addizzjonali marbutin man-natura ultraperiferika tal-Gżejjer Kanarji jammontaw għal EUR 5 988 273 924, li 25 % minnhom trid terfagħhom l-industrija.
6.5 Is-settur industrijali tal-Gżejjer Kanarji jemmen li 32 % tal-ispejjeż addizzjonali ġejjin mill-hekk imsejħa “kapaċità produttiva mhux użata”, jiġifieri l-ispejjeż addizzjonali minħabba li ma jintużawx il-vantaġġi tal-ekonomiji tal-kobor peress li l-intrapriżi Kanarji joperaw f'suq lokali limitat u jsibuha diffiċli biex jiksbu aċċess għas-swieq esterni, billi 25 % tal-ispejjeż addizzjonali ġejjin mit-trasport u 28 % mill-ispejjeż addizzjoni tal-enerġija.
Brussell, 22 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 72.
(2) ĠU C 221, 17.9.2002, p. 37 (mhux disponibbli bil-Malti).
(3) Data mill-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika ta’ Spanja.
(4) ĠU C 268, 19.9.2000, p. 32 (mhux disponibbli bil-Malti).
(5) ĠU C 211, 19.8.2008, p. 72.
(6) Att tal-Adeżjoni, Protokoll Nru 2.
(7) ĠU L 171, 29.6.1991, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 14, Volum 1, p. 3-6 ).
(8) ĠU L 171, 29.6.1991, p. 5 (mhux disponibbli bil-Malti).
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/62 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) jiġi fdat b'ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija”
COM(2011) 288 finali – 2011/0135 (COD)
2011/C 376/11
Relatur: is-Sur McDONOGH
Nhar il-15 ta’ Ġunju 2011 u s-7 ta’ Ġunju rispettivament, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iddeċidew, b'konformità mal-Artikoli 114 u 118(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li permezz tiegħu l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) jiġi fdat b'ċerti kompiti relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż it-tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis-settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija
COM(2011) 288 finali – 2011/0135(COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-30 ta’ Awwissu 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru 2011), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'152 vot favur, vot wieħed kontra u erba' astensjonijiet.
1. Kummenti u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon il-Proposta mill-Kummissjoni dwar ir-Regolament li għandu l-għan li jsaħħaħ l-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija billi r-responsabbiltajiet tiegħu jiġu fdati lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI). Il-ħidma tal-Osservatorju hija vitali għas-sistema tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali tal-Ewropa u jeħtieġ aktar riżorsi biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. |
1.2 |
Il-Kumitat qed iħejji opinjoni separata dwar il-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni li tipproponi strateġija għal suq uniku għall-proprjetà intellettwali (1). Id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (DPI) huma fattur ewlieni għall-innovazzjoni teknoloġika u kummerċjali, li minnha ser tiddependi l-Ewropa għall-irkupru ekonomiku u t-tkabbir fil-futur (2). In-natura tal-governanza tad-DPI hija wkoll kruċjali sabiex il-kultura Ewropea u l-kwalità tal-ħajja li jgawdu ċ-ċittadini Ewropej jiffjorixxu. |
1.3 |
Il-Kumitat ma jemminx li l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv tista' tinkiseb mingħajr ma jinħoloq suq uniku ġenwin għall-proprjetà intellettwali. Il-Kumitat ilu snin isejjaħ għall-armonizzazzjoni tar-regoli Ewropej u nazzjonali sabiex jiġu promossi l-innovazzjoni, il-kreattività u l-benesseri taċ-ċittadini, filwaqt li fl-istess ħin jiġu appoġġjati inizjattivi li jwasslu biex ix-xogħlijiet, il-prodotti u s-servizzi jintlaħqu mill-akbar numru possibbli ta’ nies (3). |
1.4 |
B'mod ġenerali, il-Kumitat jaqbel mar-Regolament propost sabiex l-UASI jiġi fdat bil-kompiti u l-attivitajiet relatati mal-ġestjoni tal-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija, inklużi dawk li jikkonċernaw id-drittijiet tal-awtur, id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur u l-privattivi. Il-KESE jaqbel li l-proposta biex il-kompiti jiġu fdati lill-UASI, aġenzija eżistenti tal-UE, tippermetti lill-Osservatorju jibbenefika mill-għarfien espert dwar il-proprjetà intellettwali, ir-riżorsi u l-fondi eżistenti tal-UASI u jsir operattiv malajr. Il-Kumitat huwa wkoll kuntent li f'termini baġitarji dan joffri soluzzjoni kosteffiċjenti. |
1.5 |
Fil-prinċipju, il-Kumitat jaqbel mal-proposta li tiġi estiża l-firxa ta’ kompiti li għandu jwettaq l-UASI b'rabta mal-Osservatorju sabiex tinkludi l-edukazzjoni tal-pubbliku u tal-aġenziji tal-infurzar dwar l-importanza tad-DPI u kif l-aħjar li jiġu protetti, ir-riċerka dwar il-falsifikazzjoni u r-regolament dwar id-DPI, u t-titjib tal-iskambju tal-informazzjoni onlajn sabiex jissaħħaħ l-infurzar. |
1.6 |
Madankollu, il-Kumitat jemmen bi sħiħ li hu għandu jiġi inkluż fil-lista ta’ organizzazzjonijiet mistiedna għal-laqgħat tal-Osservatorju stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament. |
1.7 |
Il-Kumitat jitlob li jissemma fl-Artikolu 8 tar-Regolament, flimkien mal-Kunsill u l-Parlament, bħala wieħed minn dawk li jirċievu r-rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament. |
1.8 |
L-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali jaqdu rwol kruċjali fl-infurzar tad-DPI. Il-KESE jilqa' l-parir tal-Kummissjoni li huwa mifhum li l-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali huma inklużi fil-frażi “rappreżentanti minn amministrazzjonijiet pubbliċi, korpi u organizzazzjonijiet li jittrattaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali” (Artikolu 4.1) li huma mistiedna għal-laqgħat tal-Osservatorju. |
1.9 |
Ir-riżoluzzjoni malajr, ġusta u konsistenti tat-tilwim fir-rigward ta’ akkużi ta’ falsifikazzjoni jew piraterija żżid il-fiduċja fil-liġi dwar id-DPI u ttejjeb il-klima għall-infurzar. Għaldaqstant, il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni biex, fl-Artikolu 2, tinkariga speċifikament lill-UASI biex jgħin fit-titjib tal-għarfien u l-fehim tal-aqwa prattika rigward ir-riżoluzzjoni tat-tilwim dwar id-DPI billi tiġi inkluża enfasi fuq il-ġurisprudenza rilevanti tal-Istati Membri. Madankollu, ir-rikors lejn il-qrati responsabbli m'għandux jitfixkel. |
1.10 |
Il-Kumitat jinsab lest biex fiż-żmien xieraq jikkummenta b'mod aktar komplet dwar il-ġestjoni tad-drittijiet kollettivi fl-UE. Madankollu, l-UASI jista' jagħmel kontribut sinifikanti għat-titjib tal-klima għall-infurzar tad-drittijiet tal-awtur billi jiġbor l-informazzjoni fuq il-prattiki differenti tas-soċjetajiet ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur madwar l-UE. Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra tali enfasi fl-Artikolu 2 tar-Regolament. |
2. Kuntest
2.1 |
Id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali (DPI), li jinkludu privattivi, trade marks, disinji u indikazzjonijiet ġeografiċi, kif ukoll id-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati magħhom (għall-artisti, il-produtturi u x-xandara) huma l-pedament tal-ekonomija tal-UE u xprun prinċipali għal aktar tkabbir. |
2.2 |
Fl-2009, il-medja tal-valur tal-aqwa 10 marki fil-pajjiżi tal-UE kienet kważi 9 % tal-PDG. Fl-2006, l-industriji kreattivi bbażati fuq id-drittijiet tal-awtur, bħal dawk tas-softwer, il-pubblikazzjoni tal-kotba u l-gazzetti, il-mużika u l-films, ikkontribwixxew 3,3 % għall-PDG tal-UE u jinkludu madwar 1,4 miljun SME, li jirrappreżentaw 8,5 miljun impjieg. L-impjieg fl-industriji “fl-ekonomiji tal-għarfien” żdied b'24 % bejn l-1996 u l-2006 meta mqabbel mas-6 % f'industriji oħra. |
2.3 |
Diversi studji ppubblikati mill-industrija u minn organizzazzjonijiet internazzjonali jikkonfermaw it-tkabbir kostanti fil-kummerċ ta’ oġġetti ffalsifikati u li sfaw vittmi tal-piraterija u jikkonkludu li dan:
|
2.4 |
Fl-2009, il-Kunsill (9) u l-Kummissjoni (10) nedew Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija biex jittejjeb il-fehim dwar il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) (“l-Osservatorju”). |
2.5 |
L-Osservatorju huwa ċentru ta’ għarfien espert għall-ġbir, il-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ informazzjoni u data relatati ma’ kull ksur tad-DPI, u pjattaforma għall-kooperazzjoni bejn ir-rappreżentanti mill-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati biex jiġu skambjati l-ideat u l-għarfien espert dwar l-aqwa prattiki, jiġu żviluppati strateġiji konġunti ta’ infurzar u biex isiru rakkomandazzjonijiet lil dawk li jfasslu l-politika. |
2.6 |
Għalkemm hemm bżonn li l-Osservatorju jagħmel dejjem aktar, m'hemm l-ebda ambitu biex jiġi estiż il-mandat tiegħu u jiġu żviluppati l-attivitajiet operattivi tiegħu, li t-tnejn li huma jeħtieġu infrastruttura sostenibbli f'termini ta’ riżorsi umani, finanzjament u tagħmir tal-IT kif ukoll aċċess għall-għarfien espert neċessarju. |
2.7 |
Il-Kummissjoni pproponiet strateġija ġdida komprensiva dwar id-DPI (11) bħala parti mill-aġenda globali biex jiġu promossi t-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi fis-suq uniku u titjieb il-kompetittività tal-Ewropa fuq livell globali. L-Istrateġija hija element komplementari u importanti tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-Att dwar is-Suq Uniku (12), u l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa. |
2.8 |
F'Komunikazzjoni reċenti, li dwarha bħalissa l-Kumitat qed iħejji opinjoni separata, il-Kummissjoni tikkunsidra l-ħolqien ta’ suq uniku għall-proprjetà intellettwali (13). Fost l-ewwel riżultati ta’ din l-Istrateġija dwar id-DPI hemm il-proposta għal Regolament sabiex jissaħħaħ l-Osservatorju Ewropew tal-Falsifikazzjoni u l-Piraterija billi r-responsabbiltajiet tiegħu jiġu fdati lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI). Dan għandu jippermetti lill-Osservatorju jestendi l-ambitu tal-attivitajiet tiegħu u jibbenefika mill-għarfien espert dwar il-proprjetà intellettwali u l-evidenza b'saħħitha ta’ riżultati fit-trade marks u d-disinji tal-UASI. |
2.9 |
L-Artikolu 2 tar-Regolament propost jinkludi lista komprensiva ta’ kompiti u attivitajiet li għandhom jiġu fdati lill-UASI, li jinkludu t-tisħiħ tal-kapaċità ta’ infurzar madwar l-Unjoni, it-titjib tas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-impatt tal-ksur tad-DPI u t-trawwim ta’ klima ġenerali għal infurzar effettiv. |
2.10 |
Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt tad-diversi possibbiltajiet sabiex tiżdied il-kapaċità tal-Osservatorju li jilħaq il-bżonnijiet tal-Istrateġija l-ġdida dwar id-DPI (14). Hija kkonkludiet li l-aħjar għażla hija li l-Osservatorju jiġi trasferit fl-UASI, minħabba li dan tal-aħħar għandu l-finanzjament u l-istrutturi xierqa u ser ikun kapaċi jilħaq l-għanijiet tal-Osservatorju hekk kif ikun emendat ir-Regolament bażiku tiegħu. |
3. Kummenti
3.1 |
Il-Kumitat jgħaqqad id-diversi interessi ekonomiċi u soċjali fl-UE, inklużi l-atturi kollha tas-soċjetà ċivili, u permezz ta’ sintezzizzazzjoni tad-diversi perspettivi u esperjenzi tal-membri tagħha din l-istituzzjoni unika taqdi rwol kruċjali fil-kunsiderazzjoni u t-tfassil tal-politika. Barra minn hekk, il-KESE huwa konxju ħafna mill-protezzjoni tad-DPI u tul is-snin ħadem b'mod assidwu biex jgħin fit-tfassil tal-politika Ewropea dwar id-DPI. Għalhekk, il-Kumitat huwa sorpriż u diżappuntat ħafna li ġie eskluż mil-lista ta’ organizzazzjonijiet, mistiedna għal-laqgħat tal-Osservatorju kif propost fl-Artikolu 4 tar-Regolament. Din l-ommissjoni għandha tiġi rettifikata biex jiġi żgurat li l-KESE jista' jikkontribwixxi għall-ħidma tal-Osservatorju u l-għarfien li jiżviluppa. |
3.2 |
Il-kompożizzjoni tal-Osservatorju għandha tinkludi rappreżentanti minn bosta organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, it-trejdjunjins, l-organizzazzjonijiet tal-awturi u l-interessi tal-konsumatur. |
3.3 |
Il-Kumitat jemmen li għandu jissemma fl-Artikolu 8 tar-Regolament, flimkien mal-Kunsill u l-Parlament, bħala wieħed minn dawk li jirċievu r-rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament. |
3.4 |
Il-ħsara li ssir mill-ġestjoni u l-infurzar dgħajfin tad-DPI tinkludi l-finanzjament ta’ netwerks kriminali u terroristiċi. Il-ħasil tal-flus u l-falsifikazzjoni huma atti kriminali li jridu jiġu miġġielda b'mod vigoruż. Fil-ħidma tiegħu, l-Osservatorju għandu bżonn jinkludi studji dwar in-natura u l-iskala tal-imġiba kriminali. |
3.5 |
L-infurzar konsistenti tad-DPI jfisser li tiġi msaħħa u estiża l-kooperazzjoni amministrattiva ġenwina sabiex jiġu miġġielda l-falsifikazzjoni u l-piraterija, waqt li tiġi stabbilita sħubija vera għall-implimentazzjoni ta’ suq intern mingħajr fruntieri. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jinħoloq netwerk effiċjenti ta’ punti ta’ kuntatt fl-Unjoni Ewropea kollha. |
3.6 |
Iċ-ċittadini u l-intrapriżi f'kull Stat Membru għandhom bżonn ikunu jafu liema organizzazzjoni għandhom jikkuntattjaw għal informazzjoni u appoġġ fir-rigward tal-infurzar tad-DPI. L-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali għandhom jiġu promossi mill-Osservatorju bħala l-ewwel punt ta’ kuntatt fir-rigward tal-infurzar tad-DPI f'kull Stat Membru. |
3.7 |
B'kunsiderazzjoni mistħoqqa lejn il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali għandhom jiġu inklużi mill-Istati Membri fl-organizzazzjonijiet mistiedna għal-laqgħat tal-Osservatorju fl-Artikolu 4.1 propost tar-Regolament. L-involviment tagħhom isaħħaħ l-għarfien espert prattiku tal-Osservatorju u l-kapaċità ta’ infurzar madwar l-UE. |
3.8 |
L-aġenziji tal-infurzar u l-uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali kollha għandu jkollhom aċċess għal netwerk elettroniku għal skambju ta’ informazzjoni rapidu u effettiv dwar il-ksur tad-DPI. Il-ħolqien ta’ dan in-netwerk għandu jkun prijorità għall-Osservatorju. |
3.9 |
Sikwit ikun diffiċli biex jiġi solvut it-tilwim dwar is-sjieda tal-proprjetà intellettwali u akkużi ta’ falsifikazzjoni u piraterija. Skont l-Artikolu 2.2 tar-Regolament propost, l-UASI jista' jqabbel il-ġurisprudenza dwar it-tilwim dwar id-DPI u jgħin biex itejjeb ir-riżoluzzjoni tat-tilwim madwar l-UE mingħajr ma jfixkel ir-rikors lejn il-qrati kompetenti. |
3.10 |
B'mod partikolari, l-UASI għandu joffri appoġġ li jkun immirat speċifikament għall-intrapriżi u industriji żgħar u ta’ daqs medju (SMEs u SMIs) li ta’ spiss jisfaw vittmi tal-falsifikazzjoni, sabiex jassigura li huma infurmati aħjar bid-drittijiet tagħhom. Sabiex l-Istrateġija Ewropa 2020 tirnexxi, irridu niffukaw aktar fuq l-iżvilupp tan-negozji li jkunu għadhom kemm bdew u l-SMEs. |
3.11 |
Ir-regolament li permezz tiegħu l-UASI jiġi fdat b'ċerti kompiti relatati mad-DPI jinkludi l-intenzjoni li titjieb il-klima għall-infurzar tad-DPI madwar l-Unjoni u li tinġabar informazzjoni rilevanti, inkluża l-ġurisprudenza, li tista' tgħin biex jinkiseb dan il-għan. F'dan ir-rigward, huwa importanti li tinġabar l-informazzjoni mill-UASI dwar il-prattiki tas-soċjetajiet ta’ ġestjoni kollettiva u l-ġurisprudenza rilevanti dwar it-tilwim dwar id-drittijiet tal-awtur bil-għan li jiżdiedu l-fehim u l-kuxjenza dwar il-problemi li jinħolqu minħabba regolamentazzjoni mhux adatta. |
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) COM(2011) 287 finali, Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali.
(2) Ara: l-Istrateġija Ewropa 2020 (COM(2010) 2020 finali), l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011 (COM(2011) 11 finali), l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (COM(2010) 245 finali), l-Att dwar is-Suq Uniku (COM(2011) 206 finali) u l-Unjoni tal-Innovazzjoni (COM(2010) 546 finali).
(3) ĠU C 116, 28.4.1999, p. 35 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 155, 29.5.2001, p. 80 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 221, 7.8.2001, p. 20 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 32, 2.2.2004, p. 15 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 108, 30.4.2004, p. 23 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 324, 30.12.2006, p. 7 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 256, 27.10.2007, p. 3; ĠU C 182, 4.8.2009, p. 36; ĠU C 218, 11.9.2009, p. 8; ĠU C 228, 22.9.2009, p. 52; ĠU C 306, 16.12.2009, p. 7; ĠU C 18, 19.1.2011, p. 105; ĠU C 54, 19.2.2011, p. 58.
(4) TERA Consultants, Building a Digital Economy, Marzu 2010, http://www.iccwbo.org/bascap/id35360/index.html.
(5) Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali, Report on EU Customs enforcement of intellectual property rights - 2009,
http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/customs/customs_controls/counterfeit_piracy/statistics/statistics_2009.pdf
(6) Technopolis (2007), Effects of counterfeiting on EU SMEs, http://ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/industry/doc/Counterfeiting_Main%20Report_Final.pdf.
(7) Frontier Economics, (Mejju 2009), The impact of counterfeiting on Governments and Consumers, http://www.iccwbo.org/uploadedFiles/BASCAP/Pages/Impact%20of%20Counterfeiting%20on%20Governments%20and%20Consumers%20-%20final%20doc.pdf-%20Final%20doc.pdf.
(8) UNICRI, Counterfeiting: a global spread, 2008, http://counterfeiting.unicri.it/report2008.php.
(9) Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25.9.2008 (ĠU C 253, 4.10.2008, p. 1).
(10) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Settembru 2009: Li ssaħħaħ l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fis-suq intern, COM(2009) 467 finali.
(11) COM(2011) 287 finali, Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali.
(12) COM(2011) 206 finali, Is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja “Flimkien għal tkabbir ġdid”.
(13) COM(2011) 287 finali.
(14) SEC(2011) 612 finali, Impact assessment accompanying the proposal for a regulation entrusting the Office for Harmonisation … (mhux disponibbli bil-Malti).
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/66 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użijiet permessi ta’ xogħlijiet orfni”
COM(2011) 289 finali – 2011/0136 (COD)
2011/C 376/12
Relatur: is-Sur McDONOGH
Nhar il-15 ta’ Ġunju 2011 u t-7 ta’ Ġunju 2011 rispettivament, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew iddeċiedew, b'konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użijiet permessi ta’ xogħlijiet orfni
COM(2011) 289 finali – 2011/0136 (COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-30 ta’ Awwissu 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'131 voti favur, u 3 astensjonijiet.
1. Kummenti u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat jilqa' l-Proposta tal-Kummissjoni rigward id-Direttiva dwar l-użu tax-xogħlijiet orfni. It-tlestija b'suċċess tal-inizjattiva ser issaħħaħ l-iżvilupp tal-libreriji diġitali, bħall-Europeana (1), u l-istituzzjonijiet pubbliċi l-oħrajn b'missjoni ta’ interess pubbliku msemmijin fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva proposta, li permezz tagħhom iċ-ċittadini jkollhom aċċess għad-diversità u r-rikkezza tal-wirt kulturali Ewropew.
1.2 Il-Kumitat qed iħejji opinjoni separata dwar il-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni li tipproponi strateġija għall-ħolqien ta’ suq uniku għall-proprjetà intellettwali (2). Id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (DPI) huma fattur ewlieni li jippermetti l-innovazzjoni teknoloġika u kummerċjali, li minnha ser tiddependi l-Ewropa għall-irkupru ekonomiku u t-tkabbir fil-futur (3). In-natura tal-governanza tad-DPI hija wkoll kruċjali sabiex il-kultura Eworpea u l-kwalità tal-ħajja li jgawdu ċ-ċittadini Ewropej jiffjorixxu.
1.3 Il-Kumitat ma jemminx li l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv tista' tinkiseb mingħajr ma jinħoloq suq uniku ġenwin għall-proprjetà intellettwali. Il-Kumitat ilu snin twal isejjaħ għall-armonizzazzjoni tar-regoli Ewropej u nazzjonali sabiex jiġu promossi l-innovazzjoni, il-kreattività u l-benesseri taċ-ċittadini, filwaqt li fl-istess ħin jiġu appoġġjati l-inizjattivi biex ix-xogħlijiet, il-prodotti u s-servizzi jintlaħqu mill-akbar numru possibbli ta’ nies (4).
1.4 Il-Kumitat, b'mod ġenerali, jaqbel mad-Direttiva proposta għal qafas legali li jiżgura l-aċċess onlajn transkonfinali legali għal xogħlijiet orfni (5). Fl-opinjoni tiegħu dwar l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (6), il-KESE approva bis-sħiħ l-azzjonijiet, bħall-implimentazzjoni ta’ dan il-qafas, li jindirizzaw il-problemi tal-frammentazzjoni kulturali u ekonomika fis-Suq Uniku.
1.5 Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ id-diġitalizzazzjoni u t-tixrid wiesa' tal-wirt kulturali Ewropew (7). Jemmen li d-disponibbiltà ta’ dan il-materjal onlajn hija element importanti fl-iżvilupp tal-ekonomija tal-għarfien fl-Ewropa u li hi essenzjali sabiex iċ-ċittadini jkollhom ħajja kulturali rikka u diversa. Għalhekk, il-Kumitat huwa kuntent li l-Kummissjoni qed tipproponi Direttiva li ser tindirizza l-problema partikolari tax-xogħlijiet orfni.
1.6 Il-Kumitat jirrikonoxxi li hemm bżonn Direttiva għaliex huma ftit ħafna l-Istati Membri li implimentaw leġislazzjoni dwar ix-xogħlijiet orfni, u kull leġislazzjoni nazzjonali li teżisti tillimita l-aċċess taċ-ċittadini li huma residenti fit-territorju nazzjonali tagħhom.
1.7 Fil-prinċipju, il-Kumitat jaqbel mal-approċċ b'erba' pilastri propost fid-Direttiva:
— |
l-istabbiliment ta’ regoli biex jiġu identifikati x-xogħlijiet orfni permezz ta’ tiftix diliġenti tad-detentur tad-dritt tal-awtur; |
— |
ir-rikonoxximent ta’ xogħol orfni jekk fit-tfittxija ma jiġix stabbilit detentur tad-dritt tal-awtur; |
— |
l-istabbiliment tal-użijiet li jistgħu jsiru mix-xogħlijiet orfni, inkluż it-tixrid tagħhom fl-Istati Membri kollha; |
— |
ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ xogħol orfni fl-Istati Membri kollha. |
1.8 Sabiex jiġu ffaċilitati t-tiftix effiċjenti tas-sidien tad-dritt tal-awtur u t-tixrid wiesa' tax-xogħlijiet orfni, huwa essenzjali għal kull settur li jkun hemm bażijiet tad-data u reġistri onlajn tad-drittijiet, bħall-għodda li teżisti fis-settur tal-pubblikazzjoni tal-kotba (8). Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffaċilita l-ħidma tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi fl-iżvilupp ta’ dawn l-għodod.
1.9 Il-KESE huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom iżommu reġistru tal-bażijiet tad-data f'pajjiżhom li huma approvati uffiċjalment sabiex jiġu rreġistrati r-riżultati tat-tiftix diliġenti mwettaq fit-territorju tagħhom, hekk kif mitlub fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva. Dawn ir-reġistri jgħinu lill-istituzzjonijiet f'pajjiżi oħra tal-UE jifhmu li s-sorsi huma fdati f'livell uffiċjali.
1.10 Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-importanza tal-mużika tradizzjonali, l-istorja orali, ir-ritratti u x-xogħlijiet ċinematografiċi għall-wirt kulturali tal-UE, u jitlob li r-reġistrazzjonijiet u l-immaġnijiet ta’ dan it-tip li jinsabu fl-arkivji tal-istituzzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 1(1) jiġu ttrattati bl-istess mod fl-identifikazzjoni u l-pubblikazzjoni tax-xogħlijiet orfni. Il-Kumitat jinnota li l-Artikolu 11 tad-Direttiva jipprevedi l-possibbiltà li fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jiġi inkluż materjal protett li bħalissa mhux inkluż, b'mod partikolari l-fonogrammi u r-ritratti waħedhom, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludihom mill-aktar fis possibbli.
1.11 Il-Kumitat jilqa' wkoll l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tikkonkludi Memorandum ta’ Qbil bejn il-libreriji, il-pubblikaturi, l-awturi u s-soċjetajiet kollettriċi għall-iffaċilitar tas-soluzzjonijiet għall-ħruġ tal-liċenzji sabiex il-kotba li m'għadhomx kummerċjalment disponibbli jiġu diġitalizzati u jkunu disponibbli (9).
2. Kuntest
2.1 Il-Kummissjoni pproponiet strateġija għad-DPI (10) bħala parti minn aġenda globali biex jitħeġġu t-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi fis-Suq Uniku u biex tittejjeb il-kompetittività tal-Ewropa f'livell dinji. Din l-istrateġija hija element komplementari u importanti tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-Att dwar is-Suq Uniku (11) u l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.
2.2 F'Komunikazzjoni reċenti, li dwarha bħalissa qed titħejja opinjoni separata tal-Kumitat, il-Kummissjoni tikkunsidra l-ħolqien ta’ suq uniku għall-proprjetà intellettwali (12). Fost l-ewwel riżultati ta’ din l-istrateġija għad-DPI nsibu d-Direttiva proposta li tiffaċilita l-permessi għall-użu tax-xogħlijiet orfni, li ser tippermetti li ħafna xogħlijiet kulturali jkunu aċċessibbli onlajn f'kull Stat Membru. B'hekk jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-libreriji diġitali Ewropej li jippreservaw u jxerrdu l-wirt kulturali u intellettwali għani tal-Ewropa.
2.3 Id-diġitalizzazzjoni u t-tixrid tax-xogħlijiet orfni joħolqu sfida kulturali u ekonomika partikolari. Il-fatt li d-detentur tad-dritt ma jkunx magħruf ifisser li l-utenti ma jkunux jistgħu jiksbu l-awtorizzazzjoni meħtieġa, pereżempju ktieb ma jkunx jista' jiġi diġitalizzat. Ix-xogħlijiet orfni jirrappreżentaw parti sostanzjali mill-kollezzjonijiet tal-istituzzjonijiet kulturali Ewropej; pereżempju l-British Library tistma li 40 % tal-kollezzjonijiet tagħha koperti mid-drittijiet tal-awtur – b'total ta’ 150 miljun – huma xogħlijiet orfni.
2.4 Il-Kummissjoni issa qed tipproponi Direttiva li tipprovdi regoli komuni fl-Istati Membri kollha dwar kif jiġu ttrattati dawn ix-xogħlijiet, sabiex tiġi ffaċilitata d-diġitalizzazzjoni fuq skala kbira tal-proġetti meħtieġa mill-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.
2.5 Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-impatt u kkunsidrat sitt possibbiltajiet differenti biex tiġi indirizzata l-inizjattiva tax-xogħlijiet orfni (13). Hi kkonkludiet li l-aħjar approċċ għandu jkun ibbażat fuq ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus tax-xogħlijiet orfni mill-Istati Membri. B'hekk il-libreriji u l-benefiċjarji l-oħra msemmijin fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva proposta jkollhom iċ-ċertezza legali li xogħol partikolari għandu “l-istatus ta’ orfni”. Barra minn hekk, ir-rikonoxximent reċiproku jiżgura li x-xogħlijiet orfni miġbura f'librerija diġitali jkunu disponibbli għaċ-ċittadini fl-Ewropa kollha.
2.6 Id-Direttiva tissejjes fuq erba' pilastri:
i. |
L-ewwel nett, sabiex jiġi stabbilit l-istatus ta’ “xogħol orfni”, il-libreriji, l-istabbilimenti edukattivi, il-mużewijiet jew l-arkivji, l-istituzzjonijiet tal-wirt ċinematografiku u l-organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku jridu jwettqu tiftix diliġenti minn qabel fl-Istat Membru fejn ix-xogħol ikun ġie ppubblikat għall-ewwel darba, skont l-esiġenzi speċifikati fid-Direttiva proposta. |
ii. |
Meta t-tiftix diliġenti jistabbilixxi “l-istatus ta’ orfni” ta’ xogħol, ix-xogħol involut jitqies bħala xogħol orfni fl-UE kollha, u b'hekk tiġi evitata l-ħtieġa ta’ aktar minn tfittxija diliġenti waħda. |
iii. |
Abbażi ta’ dan, ikun possibbli li x-xogħlijiet orfni jkunu disponibbli onlajn għal għanijiet kulturali u edukattivi mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel sakemm is-sid tax-xogħol ma jtemmx l-istatus ta’ orfni. Meta jiġri dan, id-detenturi tad-drittijiet li jippreżentaw ruħhom biex jikklejmjaw xogħlijiethom għandhom jiġu remunerati u din ir-remunerazzjoni għandha tikkunsidra t-tip ta’ xogħol u l-użu kkonċernat. |
iv. |
Ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta’ xogħol orfni fl-Istati Membri kollha. |
3. Kummenti
3.1 Il-Kumitat jemmen li huwa importanti li l-inizjattivi ta’ politika kollha dwar id-DPI jibbilanċjaw id-drittijiet tal-kreaturi u tas-sidien mal-interessi tal-utenti u l-konsumaturi finali sabiex ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jintlaħqu mill-akbar numru ta’ nies u f'kull Stat Membru.
3.2 Sabiex jiġi ffaċilitat it-tiftix tad-DPI, il-Kummissjoni tista' tippubblika u taġġorna regolarment il-lista tal-istituzzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva li huma responsabbli għall-ġestjoni tax-xogħlijiet orfni.
3.3 Barra minn hekk, dawn l-istituzzjonijiet għandhom bżonn ikunu jafu li s-sorsi tar-reġistrazzjonijiet tat-tiftix diliġenti f'pajjiż ieħor tal-UE huma fdati f'livell uffiċjali. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom iżommu reġistru tal-bażijiet tad-data f'pajjiżhom li huma approvati uffiċjalment sabiex jiġu rreġistrati r-riżultati tat-tiftix diliġenti mwettaq fit-territorju tagħhom, hekk kif mitlub fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva.
3.4 Il-Kumitat jinnota li l-Artikolu 11 tad-Direttiva jipprevedi l-possibbiltà li fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jiġi inkluż materjal protett li bħalissa mhux inkluż, b'mod partikolari l-fongrammi u r-ritratti waħedhom. Minkejja din id-dispożizzjoni ta’ reviżjoni, issa għandha tingħata prova tal-ħtieġa li dawn l-artefatti kulturali jiġu ppubblikati kmieni.
3.4.1 Il-mużika tradizzjonali u l-istorja orali huma importanti ħafna għall-wirt kulturali tal-Ewropa u madwar l-UE jeżisti arkivju għani ta’ materjal reġistrat, mhux biss fl-organizzazzjonijiet tax-xandir pubbliku iżda wkoll fl-istituzzjonijiet l-oħra msemmijin fl-Artikolu 1(1). Dan il-materjal awdjo u awdjoviżiv kollu għandu jkun soġġett għall-istess regoli ta’ tiftix, klassifikazzjoni u użu bħax-xogħlijiet l-oħra mniżżlin fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva.
3.4.2 B'mod simili, il-materjal fotografiku u ċinematografiku huwa sors ta’ informazzjoni partikolarment għani għall-għarfien u l-fehim taċ-ċivilizzazzjoni Ewropea; u fejn ix-xogħlijiet ta’ dan it-tip jistgħu jiġu kklassifikati bħala xogħlijiet orfni, għandu jsir kull sforz sabiex dan il-materjal jinħeles mill-arkivji mistura tal-istituzzjonijiet pubbliċi.
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) L-Europeana tippermetti lin-nies jesploraw ir-riżorsi diġitali tal-mużewijiet, il-libreriji, l-arkivji u l-kollezzjonijiet awdjoviżivi tal-Ewropa. Il-proġett huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea u tnieda fl-2008 bil-għan li l-wirt kulturali u xjentifiku Ewropew isir aċċessibbli għall-pubbliku. Ara: www.europeana.eu.
(2) COM(2011) 287 finali, Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali;
(3) Ara: l-Istrateġija Ewropa 2020 (COM(2010) 2020 finali), l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2011 (COM(2011) 11 finali), l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (COM(2010) 245 finali), l-Att dwar is-Suq Uniku (COM(2011) 206 finali) u l-Unjoni tal-Innovazzjoni (COM(2010) 546 finali).
(4) ĠU C 116, 28.4.1999, p. 35 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 155, 29.5.2001, p. 80 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 221, 7.8.2001, p. 20 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 32, 2.2.2004, p. 15 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 108, 30.4.2004, p. 23 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 324, 30.12.2006, p. 7 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 256, 27.10.2007, p. 3; ĠU C 182, 4.8.2009, p. 36; ĠU C 218, 11.9.2009, p. 8; ĠU C 228, 22.9.2009, p. 52; ĠU C 306, 16.12.2009, p. 7; ĠU C 18, 19.1.2011, p. 105; ĠU C 54, 19.2.2011, p. 58.
(5) Ix-xogħlijiet orfni huma xogħlijiet bħal kotba jew artikli ta’ gazzetti jew rivisti li huma protetti bid-dritt tal-awtur iżda li d-detenturi tad-dritt tal-awtur tagħhom ma jkunux jistgħu jiġu lokalizzati sabiex jinkisbu l-permessi tad-dritt tal-awtur. Dawn jinkludu x-xogħlijiet ċinematografiċi jew awdjoviżivi. Ix-xogħlijiet orfni jinsabu fil-kollezzjonijiet miżmuma fil-libreriji Ewropej.
(6) ĠU C 54, 19.2.2011, p. 58.
(7) ĠU C 324, 30.12.2006, p. 7 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 182, 4.8.2009, p. 36; ĠU C 228, 22.9.2009, p. 52; ĠU C 18, 19.1.2011, p. 105; ĠU C 54, 19.2.2011, p. 58.
(8) ARROW, Accessible Registries of Rights Information and Orphan Works towards Europeana (Reġistri Aċċessibbli ta’ Informazzjoni dwar id-Drittijiet u x-Xogħlijiet Orfni lejn l-Europeana), huwa proġett ta’ konsorzju ta’ libreriji nazzjonali Ewropej, pubblikaturi u organizzazzjonijiet amministrattivi kollettivi, li jirrappreżenta wkoll lill-kittieba permezz tal-assoċjazzjonijiet Ewropej u l-organizzazzjonijiet nazzjonali ewlenin tagħhom, ara: www.arrow-net.eu.
(9) Ara IP/11/630, Brussell, 24 ta’ Mejju 2011.
(10) COM(2011) 287 finali, Suq Uniku għad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali.
(11) COM(2011) 206 finali, L-Att dwar is-Suq Uniku – Tnax-il xprun sabiex jiġi stimulat it-tkabbir u r-rinfurzar tal-fiduċja – “Flimkien għal tkabbir ġdid”.
(12) COM(2011) 287 finali.
(13) SEC(2011) 615 finali, “Impact assessment on the cross-border online access to orphan works” (Valutazzjoni tal-impatt dwar l-aċċess onlajn transkonfinali għal xogħlijiet orfni).
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/69 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”
COM(2011) 315 finali – 2011/0150 (COD)
2011/C 376/13
Relatur: is-Sur PEZZINI
Nhar l-24 ta’ Ġunju 2011, il-Kunsill u nhar it-23 ta’ Ġunju 2011, il-Parlament Ewropew, iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
COM(2011) 315 finali – 2011/0150(COD).
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-30 ta’ Awwissu 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’121 vot favur, 2 voti kontra u 5 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni li għandha l-għan li tirrevedi s-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni, sabiex jiġi ppreservat l-għadd ta’ elementi ta’ suċċess tagħha, jiġu korretti d-difetti u biex jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn id-dimensjonijiet: dik internazzjonali, dik Ewropea u dik nazzjonali, filwaqt li jiġu assigurati livelli ta’ eċċellenza kwalitattivi fil-livell dinji.
1.2 Il-Kumitat huwa konvint mill-ħtieġa li jinħoloq qafas leġislattiv u regolamentari Komunitarju, li jkun flessibbli u dinamiku, sabiex jiġi ottimizzat il-valur miżjud tal-istandardizzazzjoni teknika Ewropea, bil-għan li tappoġġja l-kompetittività, l-innovazzjoni u t-tkabbir.
1.3 Il-Kumitat itenni l-importanza tal-istandardizzazzjoni Ewropea għall-funzjonament u t-tisħiħ tas-suq intern, b’mod partikolari fis-setturi tas-saħħa, is-sigurtà, tal-protezzjoni tal-ambjent, il-konsumaturi u l-interoperabbiltà, setturi li fil-preżent dejjem qed jirreferu iktar għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT).
1.4 Il-Kumitat iqis li huwa fundamentali li r-ritmi u l-pass tat-tħejjija tal-istandards ikunu adegwati, u li l-kamp ta’ azzjoni jiġi amplifikat għas-setturi tas-servizzi u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, dejjem b’attenzjoni partikolari għall-objettivi ta’ kwalità, sigurtà u r-rata ta’ produzzjoni tal-istandards, bl-użu ta’ pjattaformi ta’ konsultazzjoni fuq l-internet, u ta’ skambju ta’ informazzjoni onlajn.
1.5 Skont il-KESE, l-ispeċifikazzjonijiet adottati minn forum u/jew konsorzji industrijali internazzjonali fis-settur tal-ICT għandhom jiġu aċċettati biss wara proċess ta’ approvazzjoni mill-Korpi Ewropej tal-Istandardizzazzjoni (ESOs), bil-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-SMEs, konsumaturi, operaturi tal-ambjent, ħaddiema u organizzazzjonijiet li għandhom interessi soċjali kbar.
1.6 Il-KESE japprova s-semplifikazzjoni tas-sistemi ta’ finanzjament, mibnija fuq bażi legali adegwata, tal-ESOs, tal-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u l-korpi l-oħra inkarigati li jwettqu l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni f’kollaborazzjoni, kif ukoll tal-korpi Ewropej li jirrappreżentaw il-partijiet interessati.
1.7 Il-KESE jirrakkomanda li jitħejja dokument komuni ta’ programmazzjoni li jippermetti li tiġi garantita l-koerenza, il-koordinazzjoni u l-korrispondenza għall-objettivi tal-ġejjieni tas-suq. Minn din il-perspettiva jeħtieġ li l-partijiet interessati kollha fil-programmazzjoni annwali jieħdu sehem fit-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma tal-ESOs, il-korpi l-oħra tal-iżvilupp ta’ tekniki settorjali speċifiċi (ICT), is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u l-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni.
1.8 Il-Kumitat jenfasizza wkoll l-importanza li, fi żmien qasir, ikunu disponibbli standards tekniċi aġġornati fis-settur tas-servizzi, li ser ikompli jiżviluppa bħala element determinanti u innovattiv tal-ekonomija għall-2020. Fl-istess waqt, jirrimarka li għandha titqies in-natura speċifika tas-servizzi u li l-mudell tal-istandardizzazzjoni tal-prodotti ma jistax jiġi kkuppjat b’mod awtomatiku. Aktar żvilupp tal-istandards fil-qasam tas-servizzi jrid jikkunsidra l-ħtiġijiet tas-suq u tas-soċjetà.
1.9 Il-KESE jqis li huwa importanti li jiġi żgurat qafas stabbli ta’ programmar finanzjarju multiannwali għas-sistema ta’ standardizzazzjoni Ewropea, u huwa mħasseb li l-approprjazzjonijiet baġitarji għal dan il-għan huma proposti mill-Kummissjoni biss għall-2013.
1.10 Il-Kumitat jirrakkomanda l-akbar interazzjoni possibbli bejn il-proċessi tekniċi ta’ standardizzazzjoni u l-programmi Ewropej għar-riċerka u l-innovazzjoni, sabiex ikunu żgurati l-applikazzjoni rapida tat-teknoloġiji l-ġodda u l-vantaġġi kompetittivi mistennija għall-ekonomija Ewropea fis-suq globali.
1.11 Il-KESE jirrakkomanda rabtiet mill-qrib bejn l-ESOs u l-Uffiċċji tal-Brevetti, li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR).
1.12 Il-Kumitat jitlob li r-regoli l-ġodda jipprovdu malajr it-tisħiħ tal-pożizzjoni Ewropea fil-kuntest tal-istandardizzazzjoni internazzjonali, sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u tiżdied il-kompetittività Ewropea.
2. Introduzzjoni
2.1 Il-Kumitat dejjem enfasizza r-rwol essenzjali tal-istandardizzazzjoni teknika, bħala appoġġ għal:
— |
il-kwalità tal-prodotti u s-servizzi Ewropej, |
— |
il-kompetittività tagħhom fis-suq intern u f’dak globali, |
— |
il-ħarsien tal-konsumatur, |
— |
it-titjib tal-istandards soċjali u ambjentali. |
2.2 Il-Kumitat dejjem kien favur użu aktar fil-wisa’ tal-istandardizzazzjoni Ewropea fil-politiki u l-leġislazzjoni tal-Unjoni, sabiex, b’konformità mal-bżonnijiet kemm tas-soċjetà kif ukoll tal-intrapriżi, tiġi estiża l-espansjoni tal-istandardizzazzjoni teknika f’oqsma ġodda bħalma huma s-servizzi, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, it-trasport, il-ħarsien tal-konsumatur, u r-rispett għall-ambjent (1).
2.3 Il-Kumitat ħa wkoll l-opportunità biex jenfasizza li l-istandardizzazzjoni Ewropea hija essenzjali għall-funzjonament u l-konsolidazzjoni tas-suq intern, b’mod partikolari permezz tad-direttivi tal-approċċ il-ġdid fis-setturi (2).
2.4 Fl-Opinjoni riċenti tiegħu, “Lejn Att dwar is-Suq Uniku”, il-Kumitat tenna li l-“istandards huma mezz importanti biex jinbena s-Suq Uniku”. Fl-istess ħin, il-Kumitat “jenfasizza l-importanza ta’ parteċipazzjoni akbar tal-konsumaturi u l-SMEs, filwaqt li jiġi żgurat b’mod kontinwu u sostenibbli li l-fatturi ta’ spiża li jillimitaw il-parteċipazzjoni tagħhom f’dan il-proċess jingħelbu. L-istandards m’għandhomx jiġu ddettati minn atturi speċifiċi. L-istandards tal-UE għandhom jaqdu rwol ferm akbar fil-kummerċ globali u għandhom jiġu promossi fin-negozjati kummerċjali li jmiss fil-livell bilaterali u multilaterali. (3)”
2.5 L-istandardizzazzjoni teknika għandha rwol ta’ importanza fundamentali fil-funzjonament tas-suq intern u fil-kompetittività internazzjonali ta’ prodotti u servizzi bħala strument strateġiku li jiggarantixxi l-kwalità tal-prodotti u s-servizzi, l-interoperabbiltà tan-netwerk u s-sistemi, livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur u l-ambjent kif ukoll livelli ogħla ta’ innovazzjoni u ta’ inklużjoni soċjali.
2.6 Sabiex dan ir-rwol ikun effikaċi bis-sħiħ, jeħtieġ, fost oħrajn, li:
— |
il-proċess ta’ standardizzazzjoni teknika Ewropea tkun tista’ twieġeb malajr għall-ħtiġijiet tal-leġislatur – fuq inizjattiva tal-Kummissjoni – u ta’ dinja produttiva li qed tinbidel malajr, fejn it-tul tal-ħajja u ċ-ċikli ta’ żvilupp tal-prodotti dejjem qed isiru iqsar, u b’hekk jeħtieġu li jkunu aktar rapidi u flessibbli sabiex jindirizzaw l-isfidi tal-ġejjieni; |
— |
l-istandards tekniċi jkunu kapaċi jsegwu r-ritmi mgħaġġlin tal-iżvilupp teknoloġika, għax jekk le jsiru inutli, u jkopru setturi dejjem usa’ – b’mod partikolari t-teknoloġiji tal-informazzjoni u s-servizzi – billi jassiguraw il-kwantità, il-veloċità u l-kwalità fit-tħejjija tal-istandards stess; anki permezz ta’ pjattaformi ta’ konsultazzjoni fuq l-internet, il-proċess ta’ tħejjija u l-applikazzjoni tal-istandards jeħtieġ li jkun kapaċi jadatta għall-esiġenzi tal-intrapriżi żgħar u medji, u mhux bil-maqlub, billi jkunu żgurati livelli għolja ta’ rappreżentazzjoni u parteċipazzjoni fil-proċess ta’ standardizzazzjoni, b’mod partikolari fil-livell Ewropew filwaqt li jinżamm bilanċ bejn id-delegazzjonijiet nazzjonali peress li, b’mod ġenerali, ir-relazzjoni bejn l-SMEs u l-istandards tekniċi hija diffiċli u kumplessa; |
— |
jiġu assigurati livelli ogħla u usa’ ta’ leġittimizzazzjoni u kunsens permezz ta’ proċess ta’ kooperazzjoni fuq bażi volontarja, miftuħa u trasparenti fejn l-industrija, l-SMEs, l-awtoritajiet pubbliċi u partijiet interessati oħra tas-soċjetà ċivili jkunu jistgħu jieħdu azzjoni flimkien b’opportunitajiet ugwali ta’ aċċess: l-istandards jirreferu, ta’ spiss, għas-sigurtà u l-benessri taċ-ċittadini, għall-effiċjenza tan-netwerks, għall-ambjent u għas-setturi l-oħra ta’ importanza pubblika. Għaldaqstant, dawn is-setturi għandu jkollhom rappreżentanza u influwenza adatta; |
— |
is-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni għandha tirrisspondi għall-bżonn li jiġu garantiti l-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà sħiħa tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-ICT, permezz ta’ standards Ewropej ta’ riferiment approvati; |
— |
is-sistema Ewropea ta’ standardizzazzjoni tkun tista’ tibbenefika minn appoġġji finanzjarji semplifikati u adegwati sabiex tkun assigurata l-parteċipazzjoni sħiħa tal-partijiet interessati kollha fit-tħejjija tal-istandards, bl-inklużjoni awtomatika tad-dimensjoni ta’ standardizzazzjoni fil-programmi ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni pubblika, biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-Istrateġija Ewropa 2020; |
— |
jiġu integrati, ladarba jiġi assigurat livell ta’ trasparenza, ftuħ u parteċipazzjoni bilanċjata tal-partijiet interessati kollha, l-istandards prodotti mill-forum u konsorzji tal-ICT rikonoxxuti fil-livell dinji, u verifikati mill-korpi Ewropej tal-istadardizzazzjoni (ESOs) – CEN, CENELEC, ETSI (4), sabiex issir referenza fil-leġislazzjoni Ewropea, fil-qasam tal-akkwisti; |
— |
is-sistema tal-iskambju tal-informazzjoni bejn il-korpi u l-istrutturi kollha tal-istandardizzazzjoni fl-Ewropa tissaħħaħ adegwatament u li jiġi garantit aċċess ekwu għall-istandardizzazzjonijiet lill-partijiet interessati kollha. |
2.7 Fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju, jeħtieġ li nfakkru li d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE – li dwarha l-Kumitat kien ta l-opinjoni tiegħu – diġà tistabbilixxi r-regoli dwar il-kontribut tal-UE għall-finanzjament tal-istandardizzazzjoni Ewropea, sabiex jiġi garantit li l-istandards Ewropej u prodotti oħra tal-istandardizzazzjoni Ewropea jitfasslu u jiġu riveduti b’konformità mal-objettivi, il-leġislazzjoni u l-politiki tal-Unjoni: l-istess dispożizzjonijiet għandhom japplikaw għall-korpi li, minkejja li mhumiex rikonoxxuti bħala korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni fl-ambitu tar-Regolament preżenti, ingħataw il-kompitu li jwettqu ħidma preliminari bħala appoġġ għall-istandardizzazzjoni Ewropea.
2.8 Fid-dawl tal-ambitu wiesa’ ħafna tal-istandardizzazzjoni Ewropea fl-appoġġ tal-politika u l-leġislazzjoni tal-Unjoni u tat-tipi differenti ta’ attivitajiet tal-istandardizzazzjoni, jinħtieġ li jkun hemm arranġamenti differenti għall-finanzjament.
3. Il-proposti tal-Kummissjoni
3.1 Il-proposta hija maħsuba biex tissodisfa l-ħtiġijiet li ġejjin;
— |
sabiex tiggarantixxi appoġġ sinifikanti tas-suq intern tal-prodotti u s-servizzi, u sabiex tevita l-ħolqien ta’ ostakli għall-kummerċ intern tal-UE, l-adozzjoni ta’ standards Ewropej mill-ESOs għandha tikkonċerna kemm il-prodotti kif ukoll is-servizzi u għandha tkompli tibbenefika mill-kofinanzjament Komunitarju; il-proċess tat-tħejjija tal-istandards Ewropej għandu jitħaffef u jżomm mal-pass taċ-ċikli tal-iżvilupp tal-prodotti li kull ma jmorru dejjem iżidu fil-ħeffa; |
— |
peress li standard huwa r-riżultat ta’ kunsens milħuq minn dawk li jipparteċipaw fl-iżvilupp tiegħu, il-proċess ta’ standardizzazzjoni għandu jkun leġittimu permezz tal-involviment ta’ gruppi tas-soċjetà ċivili interessati, bħalma huma l-partijiet soċjali, l-SMEs, il-konsumaturi u l-ambjentalisti; |
— |
biex ikollhom disponibbli standards sabiex jiżguraw l-interoperabbilità bejn is-servizzi u l-applikazzjonijiet fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u komunikazzjoni, l-standards tal-ICT għandhom ikunu rikonoxxuti formalment, anki jekk dawn jitfasslu barra mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni ESOs, minn forums u konsorzji speċjalizzati. |
3.2 Għal dan il-għan, il-proposta tipprovdi – apparti mill-emendi għad-direttivi 89/686/KEE u 93/15/KEE, 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE – għar-reviżjoni u l-fużjoni, b’mod partikolari, ta’ direttivi u deċiżjonijiet.
3.3 Il-leġislazzjoni l-ġdida proposta – permezz tal-istrument ta’ regolament sabiex jiżgura applikazzjoni uniformi – timmira lejn:
— |
trasparenza u kooperazzjoni akbar bejn il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni (NSBs), l-ESOs u l-Kummissjoni; |
— |
rikonoxximent tal-użu tal-istandards ICT (ħardwer, softwer, u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni) anki jekk dawn ġew żviluppati minn korpi oħra, sakemm ikunu konsistenti mal-prinċipji TBT/WTO (Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ/Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ) u mal-ħtieġa ta’ interoperabbiltà Ewropea; |
— |
ippjanar annwali tal-prijoritajiet għal standardizzazzjoni fl-UE, u tal-mandati tal-Kummissjoni; |
— |
rappreżentanza miżjuda tal-SMEs, b’appoġġ finanzjarju mill-UE, iżda wkoll tal-konsumaturi, ambjentalisti u rappreżentanti ta’ interessi soċjali, ukoll għall-attivitajiet anċillarji/preparatorji; |
— |
miżuri għat-tħaffif fit-tħejjija tal-istandards tekniċi Ewropej fuq talba mill-Kummissjoni, b’appoġġ finanzjarju għall-ħidma tal-ESOs ta’ riċerka attiva għall-kunsens; |
— |
inċentivi li jinkludu wkoll il-promozzjoni ta’ standards tekniċi Ewropej fil-livell internazzjonali u ta’ programmi ta’ assistenza teknika u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi; |
— |
il-promozzjoni tal-istandardizzazzjoni Ewropea u internazzjonali tinkludi l-faċilità għall-intrapriżi biex jittraduċu fil-lingwi uffiċjali tal-UE, sabiex jitjiebu l-koeżjoni u l-aċċess; |
— |
jiżdiedu l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni fis-servizzi li jappoġġjaw suq intern kompetittiv, filwaqt li jiġu evitati standards nazzjonali multipli, fuq mandat mill-Kummissjoni; |
— |
tnaqqis fil-burokrazija amministrattiva permezz tal-ħlas ta’ pagamenti fissi mingħajr ma ssir verifika tal-ispejjeż reali; |
— |
l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ prestazzjoni bbażata fuq indikaturi u objettivi dwar ir-riżultat u l-impatt, li jkun hemm qbil dwarhom għal effiċjenza u ħeffa akbar tar-riżultati u tal-proċessi sabiex dawn jinkisbu; |
— |
rapport annwali lill-Kummissjoni mill-ESOs, b’mod speċjali dwar aspetti finanzjarji, it-trasparenza, il-veloċità, is-semplifikazzjoni, il-kapaċità ta’ involviment u l-kwalità tal-proċess. |
4. Kummenti ġenerali
4.1 Il-Kumitat jappoġġja l-miri tal-proposta tal-Kummissjoni, anki minħabba li proċess Ewropew ta’ standardizzazzjoni rapidu, effikaċi u inklużiv jirrappreżenta mhux biss element determinanti tal-arkitettura tas-suq uniku, li huwa l-qofol tal-integrazzjoni Ewropea u tal-Istrateġija Ewropa 2020 li hija maħsuba biex twettaqha, iżda wkoll, u fuq kollox, element ta’ bażi tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u strument li jagħti spinta ’l quddiem lill-innovazzjoni.
4.2 Fil-fehma tal-KESE jeħtieġ li l-korpi tal-istandardizzazzjoni jiġu mħeġġa biex fil-programmi ta’ ħidma jivvalutaw il-politiki tagħhom fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR), b’attenzjoni akbar fuq il-promozzjoni tal-innovazzjoni u relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-Uffiċċji tal-Brevetti, b’mod speċjali dak Ewropew fi Munich, sabiex il-kwistjonijiet ta’ proprjetà intellettwali jitqiesu mill-bidu nett, biex b’hekk tkun żgurata kwalità aħjar kemm tal-brevetti kif ukoll tal-istandards infushom.
4.3 Għaldaqstant il-KESE japprova l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tirrevedi s-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni, biex tippreserva l-għadd ta’ aspetti ta’ suċċess tagħha u tikkoreġi n-nuqqasijiet, biex tikseb bilanċ tajjeb bejn id-dimensjoni Ewropea u dik nazzjonali u biex twieġeb għall-esiġenza u l-istennijiet il-ġodda tal-intrapriżi, il-konsumaturi, l-imsieħba soċjali u s-soċjetà Ewropea bħala entità sħiħa.
4.4 Il-Kumitat iqis li huwa fundamentali li r-ritmi u l-pass tat-tħejjija tal-istandards ikunu adegwati, u li l-kamp ta’ azzjoni jiġi amplifikat għas-setturi tas-servizzi u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, bil-kundizzjoni li dawn l-azzjonijiet jissalvagwardjaw l-objettivi ta’ kwalità tal-istandards u li t-twessigħ għas-setturi ta’ tħejjija tal-istandards, apparti l-ESOs, iseħħ bl-istess garanziji ta’ trasparenza u ta’ parteċipazzjoni li dawn tal-aħħar huma marbutin magħhom.
4.4.1 Għal dan il-għan, il-Kumitat iqis li huwa essenzjali li l-ESOs u l-Kummissjoni jwettqu kontrolli ta’ prevenzjoni sabiex ikun żgurat li l-ispeċifikazzjonijiet adotti minn forums u/jew konsorzji industrijali internazzjonali, li għandhom jintużaw bħala riferiment fl-akkwist pubbliku, ikunu tfasslu b’mod newtrali, ekwu u trasparenti, bil-parteċipazzjoni adatta tar-rappreżentanti tal-SMEs, il-konsumaturi l-ambjentalisti, il-ħaddiema u l-organizzazzjonijiet li għandhom interessi soċjali kbar.
4.4.2 Il-KESE jirrakkomanda li din il-parteċipazzjoni miżjuda meħtieġa ma ttaqqalx il-proċeduri u r-ritmi tat-tħejjija tal-istandards b’mod kunsenwali; anzi dawn għandhom jitnaqqsu sew permezz ta’ rikors għal pjattaformi ta’ konsultazzjoni fuq l-internet, u ta’ skambju ta’ informazzjoni onlajn (5).
4.5 Bl-istess mod, il-Kumitat jitlob li r-regolament jipprevedi t-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ tbassir multiannwali dwar l-istandardizzazzjoni fl-Ewropa sabiex tingħata risposta aktar effikaċi u koordinata lill-politiki globali, meħtieġa biex jindirizzaw il-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp ta’ Smart Grids, l-enerġiji rinnovabbli u t-trażmissjoni tagħhom, u l-isfidi urġenti ambjentali u soċjali.
4.6 Il-KESE huwa tal-fehma li sabiex tiġi promossa u faċilitata l-parteċipazzjoni effettiva għall-proċess ta’ standardizzazzjoni tal-partijiet interessati kollha, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak nazzjonali, għandhom jiġu promossi programmi ta’ formazzjoni u jittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni l-aktar dgħajfa, li attwalment ma jħaddmux segretarjati ta’ kumitati tekniċi, ikunu jistgħu jassumu rwol aktar attiv fil-proċess ta’ standardizzazzjoni.
4.7 It-twaqqif ta’ programmi ta’ ħidma annwali mill-ESOs, il-korpi l-oħra tal-iżvilupp ta’ tekniki settorjali speċifiċi (ICT), is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni, u l-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni, jista’ jkun miżura effikaċi sabiex ikunu assigurati ritmi, pass u volumi ta’ produzzjoni ta’ standardizzazzjoni ta’ kwalità, bil-kundizzjoni li jiġi assigurat qafas ta’ koerenza u koordinazzjoni kif ukoll parteċipazzjoni effettiva tal-partijiet interessati kollha fil-programm annwali.
4.8 Il-KESE japprova s-semplifikazzjoni tas-sistemi ta’ finanzjament,mibnija fuq bażi legali adegwata, tal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni, tal-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u l-korpi l-oħra inkarigati li jwettqu l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni f’kollaborazzjoni, kif ukoll lill-organizzazzjonijiet Ewropej ta’ rappreżentanza tal-partijiet interessati msemmija fl-Anness III.
4.8.1 Il-KESE huwa mħasseb li l-approprjazzjonijiet baġitarji għal din il-kwistjoni huma proposti mill-Kummissjoni biss għall-2013, u jemmen li huwa importanti li jiġi assigurat qafas stabbli ta’ programmazzjoni multiannwali ta’ finanzjamenti, li jibda mill-iktar fis possibbli.
4.9 F’dak li jirrigwarda l-produzzjoni ta’ standards Ewropej armonizzati, li jiggarantixxu li l-prodotti jissodisfaw il-preskrizzjonijiet fundamentali stabbiliti mil-leġislazzjoni tal-UE, fin-nuqqas ta’ standards armonizzati, in-negozji ma jkunux jistgħu jużaw l-istandard relevanti biex jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità u jridu juru konformità mar-rekwiżiti essenzjali skont il-modulu ta’ stima għall-konformità stabbilit fil-leġislazzjoni applikabbli tal-UE. F’kull każ, in-negozji ma jistgħux jiffrankaw l-ispejjeż minħabba l-framentazzjoni tas-suq intern jew minħabba l-proċeduri għall-istima tal-konformità (6).
4.9.1 Dwar dan il-punt, il-Kumitat jemmen li l-produzzjoni u l-użu tagħhom għandhom jingħataw inċentiv akbar fuq bażi volontarja sabiex jiġu garantiti livelli dejjem ogħla tas-sigurtà tal-prodotti.
4.10 Il-Kumitat iqis li r-regolament propost għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jħeġġu t-traspożizzjoni fil-livell internazzjonali tal-istandards tekniċi adottati mis-sistema Ewropea tal-istandardizzazzjoni u li jsaħħu r-rwol tal-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u tal-ESOs fil-korpi internazzjonali tal-istandardizzazzjoni. Dan jista’ jsir permezz ta’ inizjattivi kkoordinati Ewropej li jsaħħu l-kompetittività internazzjonali u l-innovazzjoni tal-Unjoni.
5. Kummenti speċifiċi
5.1 Skont il-Kumitat, kien ikun opportun li fl-Anness 1 jiġu elenkati l-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni rikonoxxuti.
5.2 Huwa importanti li jkun hemm distinzjoni bejn l-“ispeċifikazzjonijiet tekniċi” tal-istandards formali: il-KESE jipproponi li fil-Premessa 19 jiġu miżjuda “standards u speċifikazzjonijiet tekniċi” rilevanti u li jinbidel it-tqegħid tal-kliem minn “standards” għal “speċifikazzjonijiet tekniċi” fil-Premessi 20 u 22.
5.3 Fl-Artikolu 2 jeħtieġ li jiġi ppreċiżat li “speċifikazzjoni teknika, ‘approvata minn korp rikonoxxut ta’ attività ta’ standardizzazzjoni’ għal applikazzjoni…” u għandu jiżdied punt 9 ġdid: (9) “Korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni”, korp imsemmi fl-Anness II.
5.4 Fl-Artikolu 3, il-KESE huwa tal-fehma li l-NSBs għandhom ikunu jistgħu jesprimu l-objezzjonijiet tagħhom anki jekk ma jistgħux jopponu għall-programmi ta’ ħidma Ewropej, u għalhekk jipproponi li l-punt 5 jiġi modifikat kif ġej: “Il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni ma jistgħux joġġezzjonaw għal suġġett ta’ standardizzazzjoni fil-programm tagħhom tax-xogħol milli jiġi diskuss fil-livell Ewropew b’mod konformi mar-regoli stabbiliti mill-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni u jimpenjaw ruħhom li ma jieħdu l-ebda azzjoni li tista’ tippreġudika deċiżjoni f’dan ir-rigward”.
5.4.1 Il-KESE jipproponi wkoll li jiżdied punt 6 ġdid, kif ġej: “L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li, matul it-tħejjija ta’ standard Ewropew li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 7, il-korpi tagħhom ta’ standardizzazzjoni ma jieħdu l-ebda azzjoni li tista’ tippreġudika l-armonizzazzjoni maħsuba u, b’mod partikolari, li ma jippubblikaw, fil-qasam involut fil-kwistjoni, l-ebda standard nazzjonali ġdid jew rivedut li ma jkunx konformi ma’ standard Ewropew eżistenti”.
5.5 Fl-Artikolu 7, il-KESE jipproponi li wara l-punt 3 jiżdied punt 3.1 ġdid, kif ġej: “3.1 Fil-każ li jkun hemm talba għal standard armonizzat, dan għandu jiġi formalizzat minn ftehim bejn il-Kummissjoni u l-korp Ewropew tal-istandardizzazzjoni rilevanti”.
5.5.1 Il-KESE jemmen li l-proposta li l-ESO jkollhom biss xahar biex jirrispondu għat-talba tal-Kummissjoni potenzjalment tista’ tillimita l-konsultazzjoni tal-partijiet interessati. Il-KESE jirrakkomanda tliet xhur.
5.6 Fl-Artikolu 9, il-KESE jipproponi li jiġi modifikat is-sottotitlu: “Rikonoxximent għall-akkwist pubbliku tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fil-qasam tal-ICT” u biex fl-ewwel sentenza tal-artikolu jiżdied dan li ġej: “Fuq proposta … jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, fis-settur tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tista’…”.
5.7 Fl-Artikolu 16, il-KESE jipproponi li jiżdied punt a1) kif ġej:
“a1) |
tiġi aġġornata l-lista tal-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni mniżżlin fl-Anness I fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 21”. |
u li l-punt b) jinbidel kif ġej:
“b) |
tadatta l-kriterji għar-rikonoxximent tal-‘ispeċifikazzjonijiet tekniċi’ fil-qasam tal-ICT għall-finijiet ta’ akkwist pubbliku għall-iżviluppi tekniċi”. |
5.8 Fl-Artikolu 17, il-KESE jipproponi li jiżdied dan li ġej mal-punt 2:
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mill-1 ta’ Jannar 2013. “Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar x’sar fir-rigward tas-setgħat delegati u għandha tressqu flimkien mar-rapport previst fl-Artikolu 19 paragrafu 3.”
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) ĠU C 110, 9.5.2006, p. 14.
(2) Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.
(3) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 47.
(4) ETSI: l-istitut Ewropew tal-istandards tat-telekomunikazzjonijiet huwa korp tal-istandardizzazzjoni tal-UE indipendenti li ma jagħmilx profitt fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet.
(5) Kif diġa jiġri fl-ISO u l-IES, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi “huma riżultati tanġibbli li l-kunsens għalihom ma kienx suffiċjenti għall-istatus ta’ standards Internazzjonali”.
(6) COM (2011) 315 Memorandum ta’ Spjegazzjoni, punt 1 u premessi 18 u 36.
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/74 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea”
COM(2010) 573 finali
2011/C 376/14
Relatur: is-Sinjura BISCHOFF
Korelatur: is-Sur PÎRVULESCU
Nhar id-19 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
COM (2010) 573 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-31 ta’ Awwissu 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'158 vot favur, 3 voti kontra u 4 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Il-KESE:
1.1 |
iqis li l-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-kultura tad-drittijiet fundamentali fil-livell tal-UE, speċjalment bi proċeduri ta’ monitoraġġ biex tiżgura li l-proposti leġiżlattivi tagħha u l-proċess leġisattiv kollu, kif ukoll l-atti kollha li tadotta, ikunu kompatibbli mal-Karta u jiġu osservati fl-Istati Membri. Peress li kien hemm każijiet ta’ ksur serju tal-Karta, hemm ħtieġa urġenti li tiġi stabbilita strateġija ta’ monitoraġġ u li tittieħed azzjoni mill-aktar fis, |
1.2 |
jenfasizza l-obbligu legalment vinkolanti li jiġu promossi d-drittijiet fundamentali, liema obbligu għandu jsir wieħed mill-iktar elementi importanti tal-istrateġija ta’ implimentazzjoni, fost l-oħrajn permezz ta’ inizjattivi ġodda u mmirati; jenfasizza n-natura dinamika tad-drittijiet fundamentali li huma d-dawl tas-soċjetajiet tagħna u l-karatteristika tal-Unjoni Ewropea (1), |
1.3 |
iqis li d-drittijiet soċjali fundamentali huma “indiviżibbli” mid-drittijiet ċivili u politiċi u għalhekk jirrikjedu attenzjoni strateġika speċjali; jemmen li b'hekk it-testi tad-dokumenti rilevanti eżistenti huma diġà vinkolanti u għandhom jiġu promossi, |
1.4 |
jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-ugwaljanza, b'mod partikolari bejn l-irġiel u n-nisa, u li jiġu indirizzati b'mod speċifiku l-gruppi vulnerabbli kollha, |
1.5 |
jenfasizza li, fil-livell tal-UE, l-obbligi tal-Karta japplikaw għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha, |
1.6 |
iħeġġeġ lill-Istati Membri biex joħolqu kultura bbażata fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-livelli governattivi kollha u fl-isferi politiċi u leġiżlattivi kollha u biex jeżaminaw u jidentifikaw l-impatt speċifiku fuq id-drittijiet fundamentali matul il-proċess ta’ traspożizzjoni, |
1.7 |
huwa mħasseb ħafna dwar it-tixrid ta’ ċerti attitudnijiet politiċi li jistgħu jwasslu, u f'ċerti każijiet effettivament iwasslu, għal tfixkil fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, |
1.8 |
iħeġġeġ bis-sħiħ lill-Kummissjoni biex taġixxi b'mod effettiv fir-rwol tagħha ta’ gwardjan tat-Trattati u biex tuża l-proċedura ta’ ksur mingħajr ma tqis il-kunsiderazzjonijiet politiċi, |
1.9 |
jipproponi iktar miżuri u attivitajiet promozzjonali biex titjieb l-effettività tal-istrateġija ta’ implimentazzjoni tad-drittijiet fundamentali, |
1.10 |
jistieden lill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-UE u lill-Istati Membri kollha involuti fil-promulgazzjoni tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-Kummissjoni, biex jippromovu bis-sħiħ l-aspett parteċipattiv tas-soċjetà ċivili. |
2. Preżentazzjoni u sfond
2.1 L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li jispjega l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Karta fl-ambjent legali l-ġdid li ilu jeżisti sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. L-għan tal-politika tal-Kummissjoni hu li d-drittijiet fundamentali pprovduti fil-Karta jsiru effettivi kemm jista' jkun.
2.2 L-ewwel parti tal-komunikazzjoni tiffoka fuq il-fatt li l-Unjoni Ewropea qed tħabrek biex tkun impekkabbli u eżemplari f'dan ir-rigward u li, għaldaqstant, il-Karta trid isservi bħala kumpass għall-politiki tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tagħhom mill-Istati Membri f'kull stadju tal-proċedura.
2.2.1 L-ewwel nett, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-kultura tad-drittijiet fundamentali tal-Kummissjoni, speċjalment bi proċeduri ta’ monitoraġġ biex tiżgura li l-proposti leġiżlattivi tagħha u l-atti li tadotta jkunu kompatibbli mal-Karta. It-tieni nett, il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull wieħed mill-atti tal-proċess leġiżlattiv josserva d-dispożizzjonijiet tal-Karta. Dan ifisser li kwalunkwe emenda li ssir minn xi wieħed mill-koleġiżlaturi, kif ukoll id-djalogu interistituzzjonali, għandhom ukoll ikunu konformi mal-Karta.
2.2.2 Finalment, jeħtieġ jiġi żgurat li l-Istati Membri jirrispettaw il-Karta meta jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni.
2.3 It-tieni parti tal-komunikazzjoni tiddiskuti l-ħtieġa li l-pubbliku jiġi pprovdut b'informazzjoni aħjar. Biex dan l-għan jinkiseb, huma meħtieġa miżuri ta’ komunikazzjoni mmirati li huma adattati għal diversi sitwazzjonijiet speċifiċi.
2.4 It-tielet sezzjoni tad-dokument tal-Kummissjoni tiffoka fuq rapport annwali dwar l-applikazzjoni tal-Karta, u l-ewwel rapport ta’ dan it-tip għadu kif ġie adottat mill-Kummissjoni (2). Ir-rapport għandu żewġ għanijiet: min-naħa li jivvaluta l-progress b'mod trasparenti, kontinwu u konsistenti, u min-naħa l-oħra li jippermetti skambju annwali ta’ fehmiet mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill.
3. Kummenti ġenerali
3.1 Il-KESE jagħti importanza assoluta lid-drittijiet fundamentali. Huwa jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni “Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea”. Il-KESE jqis dan l-approċċ bħala kontribut importanti għall-kunċett taċ-ċittadinanza tal-UE għal kull min jgħix fl-UE.
3.1.1 Il-prinċipji li jinsabu fl-istrateġija huma importanti ħafna u l-KESE jagħti importanza speċifika lill-prinċipji tal-effettività, l-universalità u l-indiviżibbiltà kif ukoll lil dawk tal-viżibbiltà u l-prevedibbiltà. Madankollu, il-KESE huwa tal-fehma li diversi aspetti importanti ġew injorati jew ma ġewx diskussi daqshekk fid-dettall, u għalhekk hemm bżonn titjib f'dan ir-rigward.
3.1.2 Madankollu, tajjeb jiġu enfasizzati numru ta’ prinċipji oħrajn. Kif osserva f'opinjonijiet preċedenti, “il-KESE jipprova jiżgura l-konsistenza globali u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, flimkien mat-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni, indipendentement mill-kategorija professjonali tal-ħaddiema immigranti.” (3) Barra minn hekk, il-liġi tal-UE ma għandhiex tikkostitwixxi miżuri li jnaqqsu l-livell diġà miksub fl-implimentazzjoni tal-prinċipji (4). Għandhom jiġu previsti l-miżuri kollha possibbli biex il-gvernijiet tal-Polonja, ir-Renju Unit u r-Repubblika Ċeka jirtiraw mill-protokolli ta’ esklużjoni (opt-out) u jadottaw dawk ta’ parteċipazzjoni (opt in) għal applikazzjoni ġenerali tal-Karta.
3.1.3 Il-Kumitat jilqa' bi pjaċir id-diversi elementi addizzjonali inklużi fl-istrateġija li huma relatati ma’ atti leġiżlattivi. B'mod partikolari, il-KESE jappoġġja n-natura “eżemplari” tal-UE fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, anki fir-rigward tal-politiki esterni tagħha, b'mod partikolari dawk kummerċjali. B'mod ġenerali, l-UE m'għandhiex biss tkun eżempju, iżda għandha wkoll tkun promotur attiv tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem – dawk ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali – u għandha tuża l-pożizzjoni vantaġġuża tagħha fil-livell internazzjonali biex tippromovi dan.
3.1.4 Il-KESE jilqa' bi pjaċir l-impenn tal-Kummissjoni u tal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE biex jirrevedu bir-reqqa l-proċeduri leġiżlattivi u ta’ ħidma tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-istima tal-impatt u l-korpi rilevanti, biex b'hekk jiżguraw li l-kontribut tagħhom ikun konformi mal-prinċipji u l-kontenut speċifiku tal-Karta. Madankollu, jekk irridu niżguraw il-protezzjoni u l-promozzjoni effettivi tad-drittijiet fundamentali, huwa importanti ħafna li niffukaw fuq l-implimentazzjoni u l-attitudnijiet proattivi min-naħa tal-Istati Membri. Rigward il-klawżola soċjali orizzontali (Artikolu 9 tat-TFUE) u d-drittijiet soċjali fundamentali, il-valutazzjoni tal-impatt jiġi ezaminat iżjed fil-fond f'opinjoni oħra tal-KESE (5).
3.2 Perikli ġodda: il-kriżi u l-lakuni fil-qasam tas-sigurtà
3.2.1 L-istrateġija tal-Kummissjoni ma tirreaġixxix għat-theddid għall-implimentazzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali minħabba varjetà ta’ perikli ġodda sinifikattivi. Għalhekk, l-istrateġija għandha tikkunsidra dawn l-iżviluppi u tistabbilixxi rispons koerenti u komprensiv.
3.2.2 F'dan ir-rigward, il-KESE diġà enfasizza li “(f)i żmien ta’ kriżi ekonomika u finanzjarja, huwa importanti li tissaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati, l-aġenti ekonomiċi, u ċ-ċittadini u r-rispett tad-dinjità u d-drittijiet taċ-ċittadini”. (6)“Barra minn hekk, il-KESE għandu d-dubji tiegħu, f'dan il-perijodu ta’ kriżi, dwar ir-riżorsi baġitarji li l-Istati Membri tal-Unjoni għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom u dwar il-livell ta’ dawn ir-riżorsi li huma lesti joħorġu, fuq livell nazzjonali u Ewropew, sabiex il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem … ikun effettiv. (7)”
3.2.3 Il-KESE, fl-opinjoni reċenti tiegħu dwar il-politika tal-UE kontra t-terroriżmu, qasam ta’ politika li jinvolvi numru sostanzjali ta’ drittijiet fundamentali (id-dinjità tal-bniedem, il-protezzjoni mit-tortura, il-protezzjoni tad-data, il-prinċipju tan-non-refoulement), identifika d-diffikultajiet prattiċi tar-razzjonalizzar tal-prinċipju tad-drittijiet fundamentali matul il-proċess tal-formulazzjoni u tal-ħolqien tal-politika. Il-KESE jilqa' bi pjaċir il-fatt li r-rispett tad-drittijiet fundamentali llum il-ġurnata sar prijorità orizzontali f'dan il-qasam ferm sensittiv. Madankollu, l-impenn tal-Kummissjoni li tirrispetta d-drittijiet fundamentali għandu jkun akkumpanjat minn impenn simili min-naħa tal-gvernijiet nazzjonali. Barra minn hekk, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali m'għandhiex tkun limitata għat-tfassil u t-tħejjija tal-istrumenti, iżda għandha tinkludi wkoll l-implimentazzjoni tagħhom (8).
3.3 Dimensjoni ġdida kruċjali: L-obbligu legalment vinkolanti li jiġu promossi d-drittijiet fundamentali.
3.3.1 Issa l-Kummissjoni għandha tindirizza mhix biss kif għandhom jiġu protetti bl-aħjar mod id-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha, iżda kif għandhom jiġu promossi bl-aħjar mod id-drittijiet fundamentali permezz ta’ inizjattivi ġodda mmirati.
3.3.2 Fl-Artikolu 51(1), il-Karta tistabbilixxi wkoll l-obbligu tal-“promozzjoni tal-applikazzjoni” tad-drittijiet fundamentali. Dan l-element huwa importanti immens għall-KESE. Il-KESE josserva li, filwaqt li l-Kummissjoni f'ċerti aspetti tirreferi għall-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, hija ma tenfasizzax l-importanza strateġika ta’ dan l-obbligu. L-istrateġija għandha tattribwixxi tal-inqas l-istess livell ta’ orjentazzjoni strateġika lil dan l-aspett li hija tattribwixxi lill-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali.
3.4 Id-drittijiet soċjali fundamentali huma “indiviżibbli” mid-drittijiet ċivili u politiċi u għalhekk jeħtieġu attenzjoni strateġika speċjali.
3.4.1 Filwaqt li jfakkar l-importanza tan-natura indiviżibbli tad-drittijiet fundamentali espressa fil-Komunikazzjoni nnifisha u enfasizzata f'diversi opinjonijiet (9) il-KESE jinnota n-nuqqas ta’ approċċ strateġiku fir-rigward tad-drittijiet soċjali fundamentali.
3.4.2 Meta nikkunsidraw l-importanza partikolari tad-drittijiet soċjali fundamentali (10) u l-istorja twila tal-iżviluppi fi ħdan l-UE, inqisu li dan huwa inaċċettabbli. L-iżvilupp tal-Karta legalment vinkolanti, liema Karta bdiet bħala l-“Karta tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema” (1989) u kienet tinkludi kontributi mill-KESE (11) seħħ ukoll fir-rigward tal-Karta Soċjali Ewropea, li permezz tat-Trattat ta’ Amsterdam ġiet inkorporata fil-liġi primarja tal-UE (12). Dan jindika li d-drittijiet soċjali fundamentali, b'mod partikolari fl-iktar forma “innovattiva” tagħhom fil-parti tal-Karta intitolata “Solidarjetà” (fejn is-solidarjetà ġiet rikonoxxuta bħala waħda mill-valuri tal-Unjoni), jeħtieġu attenzjoni speċjali u strateġika.
3.4.3 Il-KESE diġà enfasizza wkoll ir-rwol speċifiku tas-servizzi pubbliċi biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali (13). Barra minn hekk, il-Kumitat jenfasizza l-importanza tad-drittijiet u l-prinċipji tat-“tielet ġenerazzjoni” inklużi fil-Karta, b'mod partikolari l-protezzjoni tal-ambjent u tal-konsumaturi. Dawn id-drittijiet u l-prinċipji għandhom jiġu osservati u promossi b'mod konsistenti, anke meta tkun qed tiġi mfassla u implimentata l-politika esterna u kummerċjali.
3.4.4 Rigward il-prinċipju tal-ugwaljanza tal-valuri tad-drittijiet soċjali fundamentali vis-à-vis il-libertajiet ekonomiċi, il-KESE huwa tal-opinjoni li l-liġi primarja b'mod partikolari għandha tiżgura dan l-approċċ. Il-KESE jinnota li t-tielet premessa tal-preambolu u speċifikament l-Artikolu 151 tat-TFUE huma intiżi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol “sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla it-titjib”. Huwa jitlob espressament li “Protokoll tal-Progress Soċjali” jiddaħħal fit-Trattati sabiex il-prinċipju tal-ugwaljanza jiġi ankrat mad-drittijiet soċjali u l-libertajiet ekonomiċi u b'hekk jiġi ċċarat li la l-libertà ekonomika u lanqas ir-regoli tal-kompetizzjoni m'għandu jkollhom prijorità fuq id-drittijiet soċjali. Barra minn hekk, fil-protokoll għandu jiġi definit b'mod ċar l-impatt tal-għan tal-Unjoni li jinkiseb progress soċjali (14).
3.5 Għandha tiġi żgurata l-ugwaljanza, b'mod partikolari bejn l-irġiel u n-nisa, u l-gruppi vulnerabbli kollha għandhom jiġu indirizzati b'mod speċifiku.
3.5.1 Bħalma d-drittijiet (soċjali) fundamentali kollha għandhom jiġu indirizzati individwalment, huwa daqstant ieħor importanti li jiġu eżaminati u żgurati l-applikazzjoni u l-promozzjoni tagħhom fir-rigward tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza. Dan huwa partikolarment importanti fir-rigward tal-kwistjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, li diġà ġiet rikonoxxuta fl-għanijiet tal-Unjoni u fl-Artikolu 23 tal-Karta. Barra minn hekk, l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għandha tiġi adottata fl-attivitajiet kollha.
3.5.2 Il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali għandha tindirizza b'mod speċifiku lill-gruppi vulnerabbli. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-aħħar opinjoni tiegħu dwar din il-kwistjoni (15) u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet tax-xogħol u dawk soċjali, b'mod partikolari d-dritt li jsiru strajkijiet (16). Barra minn hekk, il-Kumitat jenfasizza l-importanza tal-“Forum Ewropew dwar l-Integrazzjoni”.
3.5.3 Il-KESE jqis id-drittijiet tal-bniedem bħala drittijiet universali u indiviżibbli li għandhom jiġu protetti u garantiti għal kulħadd, mhux biss għaċ-ċittadini tal-UE. “Ewropa li tħaddan id-drittijiet u l-ġustizzja” ma tistax tkun limitata biss għan-nies ta’ nazzjonalità ta’ xi Stat Membru tal-UE, iżda għandha tkopri lil kull min jgħix fit-territorju tal-UE. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-ambitu personali taż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja tal-UE ma tkunx kompatibbli mal-valuri u l-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, it-trattament ugwali u s-solidarjetà li fuqhom issejset l-Unjoni Ewropea (17). L-UE għandha tiżgura li tkun proattiva fis-salvagwardjar tad-drittijiet fundamentali ta’ kull individwu, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu jew tagħha.
3.5.4 In-natura dinamika tad-drittijiet fundamentali għandha tiġi affermata u d-drittijiet għandhom jibbenefikaw minn mezzi ta’ protezzjoni ġodda li jikkorrespondu mal-iżviluppi soċjali. Hekk kif diġà stqarr, il-KESE jemmen li, fil-qafas tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, is-soċjetà diġitali, pereżempju, għandha ħtiġijiet ta’ protezzjoni speċifiċi li jistgħu jiġu koperti minn testi ġodda (18).
3.5.5 Iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar il-minoranzi etniċi, speċjalment ir-Roma, qed ikunu fil-mira ta’ azzjoni min-naħa tal-gvernijiet u l-pulizija. Ir-reazzjoni tal-Kummissjoni għall-miżuri ta’ ċerti Stati Membri tal-UE, kif enfasizzati fir-Rapport tal-2010, kienet f'waqtha iżda fl-aħħar mill-aħħar ineffettiva. Gruppi ta’ Roma tkeċċew, filwaqt li l-Karta tipprojbixxi b'mod espliċitu kwalunkwe tkeċċija kollettiva. L-UE għandha tiżgura li l-Istati Membri ma jkomplux isegwu dawn it-tipi ta’ politiki.
3.6 Għandha titjieb l-importanza strateġika tal-atti mhux leġiżlattivi.
3.6.1 Il-Komunikazzjoni ma tantx tagħmel referenza għall-atti mhux leġiżlattivi. Meta jitqies l-ambitu estensiv tal-attivitajiet politiċi u finanzjarji tal-UE, b'mod partikolari fil-każ tal-Kummissjoni, dan l-aspett importanti jeħtieġ approċċ strateġiku sabiex jikkonforma mal-obbligi tal-Karta f'dawn l-oqsma, anke f'oqsma ta’ politika sensittivi bħall-kummerċ li jinvolvi pajjiżi terzi. L-istrateġija għandha tkopri wkoll il-possibbiltà ta’ ommissjonijiet u kondotta (ħażina).
3.7 Fil-livell tal-UE, l-obbligi tal-Karta japplikaw għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi kollha, li kollha kemm huma għandhom il-qasam ta’ responsabbiltà speċifiku tagħhom.
3.7.1 Il-KESE jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-Kummissjoni tirreferi għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni f'diversi okkażjonijiet. Madankollu, dan l-aspett mhux meqjus b'mod sistematiku. Ta' min jinnota li l-qafas istituzzjonali tal-Unjoni huwa definit fl-Artikolu 13(1) tat-TUE u li huwa “maħsub sabiex jippromwovi l-valuri tagħha, isegwi l-objettivi tagħha, iservi l-interessi tagħha, dawk taċ-ċittadini tagħha u dawk tal-Istati Membri, kif ukoll sabiex jassigura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kontinwità tal-politika u tal-azzjonijiet tagħha”. Il-Kummisjoni – bħala l-gwardjan tat-Trattati – għandha tiżgura approċċ konsistenti u effettiv. Min-naħa l-oħra, il-KESE jqis li r-rwol speċifiku tiegħu fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali huwa dak ta’ gwardjan tal-valuri tal-Unjoni.
3.7.2 Hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li, b'mod speċifiku, tissorvelja u tiżgura li l-aġenziji u l-korpi kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha jirrispettaw u jippromovu d-drittijiet fundamentali. B'mod partikolari, dan japplika għall-OLAF, il-FRONTEX eċċ. Il-KESE esprima t-tħassib tiegħu fir-rigward ta’ din l-aħħar aġenzija fl-opinjonijiet reċenti tiegħu. Il-Kumitat jinsab imħasseb dwar sensiela ta’ prattiki min-naħa tal-gvernijiet tal-Istati Membri u tal-aġenzija FRONTEX fir-rigward tat-tkeċċija ta’ persuni li jista' jkollhom bżonn protezzjoni internazzjonali (19). Dawn l-operazzjonijiet, li żdiedu fil-frekwenza u l-iskala tagħhom, għandhom jitwettqu f'kondizzjonijiet ta’ trasparenza u responsabbiltà assoluti. Il-Kumitat jirrakkomanda li l-FRONTEX u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil jaħdmu id f'id biex jipprevjenu b'mod effettiv kwalunkwe tip ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem. It-tkeċċija ta’ persuni lejn pajjiżi jew żoni fejn is-sikurezza tagħhom hija mhedda tikkostitwixxi ksur evidenti tal-prinċipju tan-non-refoulement. Barra minn hekk, il-KESE ssuġġerixxa wkoll li l-persunal tal-FRONTEX għandu jingħata taħriġ speċjali biex jiġi żgurat standard ogħla ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali (20).
3.7.3 L-istituzzjonijiet l-oħra kollha xorta għandhom jiddedikaw parti sostanzjali mill-attivitajiet tagħhom għall-iżvilupp ta’ strateġija koerenti u effettiva għar-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali, u għandhom jikkunsidraw titjib tat-testi li diġà ġew adottati (21) f'konformità ma’ din l-opinjoni. B'mod partikolari, il-Kunsill għandu jieħu r-rwol speċifiku tiegħu b'mod serju ladarba huwa l-pjattaforma tal-Istati Membri għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali.
3.8 Fil-livell tal-Istati Membri
3.8.1 Ladarba d-drittijiet fundamentali huma prerekwiżit u impenn ewlieni għas-sħubija fl-UE, l-Istati Membri għandhom rwol importanti li jiżguraw li d-drittijiet fundamentali jsiru effettivi. Għalhekk, il-KESE jilqa' bi pjaċir l-intenzjoni tal-Kummissjoni li taħdem għal strateġija ta’ prevenzjoni, filwaqt li tiżgura li l-Istati Membri jirrispettaw il-Karta meta jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni. Jeħtieġ li tinħoloq kultura bbażata fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-livelli governattivi kollha u fl-isferi politiċi u leġiżlattivi kollha, u li jiġi eżaminat u identifikat l-impatt speċifiku fuq id-drittijiet fundamentali matul il-proċess ta’ traspożizzjoni. Madankollu, sabiex ma jinħolqux tamiet foloz, għandu jiġi enfasizzat li l-Istati Membri – għalkemm huma xorta jibqgħu marbuta fuq gradi differenti minn atti internazzjonali importanti li rratifikaw dwar il-protezzjoni tad-drittijiet – huma obbligati jipproteġu u jippromovu d-drittijiet u l-prinċipji tal-Karta unikament fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE.
3.8.2 Il-KESE jħeġġeġ bis-sħiħ lill-Kummissjoni biex taġixxi b'mod effettiv fir-rwol tagħha ta’ gwardjan tat-Trattati u biex tuża l-proċedura ta’ ksur mingħajr ma tqis kunsiderazzjonijiet politiċi. Fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, il-proċedura attwali hija kajmana wisq u kompletament inadegwata. Meta jitqiesu l-importanza ta’ dan il-qasam u r-riskji possibbli għall-ħajja, is-sigurtà, il-benessri u d-dinjità tal-individwi, l-azzjoni tal-UE għandha tkun pronta, fil-ħin u deċiżiva, u hija għandha tuża kwalunkwe setgħat istituzzjonali mogħtija mingħajr dewmien.
3.8.3 Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tevita li, fil-proċeduri ta’ ksur, tagħti prijorità lil każijiet li jirrigwardaw kwistjonijiet ta’ prinċipju jew li għandhom impatt negattiv partikolarment mifrux fuq iċ-ċittadini tal-UE. Id-drittijiet kollha li jinsabu fil-Karta, b'mod partikolari d-drittijiet soċjali, għandhom l-istess importanza u l-ebda istituzzjoni, inkluża l-Kummissjoni Ewropea, ma għandha d-dritt jew il-kapaċità li tagħti prijorità lil ċerti drittijiet.
3.8.4 Fl-opinjoni tal-KESE, “opt-outs” individwali għall-Istati Membri huma inaċċettabbli, peress li tali eżenzjonijiet jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet fejn il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini u tal-ħaddiema inklużi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jew l-infurzar ta’ dawn id-drittijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu affettwati serjament. Il-Kummissjoni, kif ukoll l-istituzzjonijiet l-oħra kollha tal-UE, għandhom jeżaminaw il-possibilità li jħeġġu lil dawk il-pajjiżi li għadhom ma jaderixxux mal-Karta biex jaċċettaw kompletament l-obbligi kollha li jirriżultaw minn dan l-istrument ta’ drittijiet fundamentali u biex jirrapportaw annwalment dwar il-miżuri meħuda f'dan ir-rigward, kif ukoll dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri kkonċernati biex jimplimentaw b'mod effettiv id-drittijiet fundamentali stipulati fil-Karta.
3.9 Ir-rwol ta’ obbligi internazzjonali oħrajn huwa sottovalutat.
3.9.1 Il-Komunikazzjoni tagħmel għadd ta’ referenzi għal obbligi internazzjonali oħrajn. Għal darba oħra, dan ma twettaqx b'mod komprensiv. Għalhekk hemm ukoll il-ħtieġa ta’ approċċ strateġiku. Dan huwa rikjest b'mod partikolari mill-Artikolu 53 tal-Karta tal-UE bħala livell minimu ta’ protezzjoni fir-rigward tal-Konvenzjonijiet tan-NU, il-Karta Soċjali Ewropea (Riveduta) u, l-aħħar iżda mhux l-inqas, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kif enfasizzat fl-Artikolu 52(3). Fil-prinċipju, l-istess japplika għall-ġurisprudenza ta’ korpi internazzjonali oħrajn, b'mod partikolari l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, bħala livell minimu ta’ protezzjoni.
3.10 Miżuri oħrajn
3.10.1 Il-KESE enfasizza l-importanza ta’ miżuri ta’ infurzar effettivi (22). Ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi rinfurzat fir-rigward tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-Karta, u anke fir-rigward tal-protokolli rilevanti. Bmod partikolari, il-ġurisprudenza tagħha għandha ssir pubblika, anke fir-rigward tal-protokolli rilevanti.
3.10.2 Bil-għan li d-drittijiet tal-bniedem jiġu protetti bmod effettiv, l-istandards kostituzzjonali kollha għandhom jiġu żviluppati u rispettati bis-sħiħ fl-Istati Membri kollha u għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fir-rapporti regolari. Dan jinkludi wkoll bmod partikolari l-awtorità tal-qrati li jressqu l-istandards legali u l-miżuri tal-amministrazzjoni statali qudddiem korp ġudizzjarju ogħla biex jiġi ċċekkjat jekk ikunux inkisru d-drittijiet fundamentali jew tal-bniedem. Bl-istess mod, għandu jiġi garantit id-dritt taċ-ċittadini li jikkritikaw il-każijiet ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali quddiem il-qrati nazzjonali u Ewropej kompetenti.
3.10.3 Jeħtieġ li r-riżorsi kollha meħtieġa jiġu attribwiti lill-istrutturi rilevanti. Primarjament dan jirrigwarda lill-KESE nnifsu, lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet l-oħra kollha tal-UE. Il-Komunikazzjoni mhijiex speċifika ftermini ta’ miżuri istituzzjonali speċifiċi ta’ titjib tal-kapaċità. Il-proċess li bih l-azzjoni tal-UE tipproteġi d-drittijiet fundamentali u ssaħħaħ il-proċess leġiżlattiv u politiku jeħtieġ iż-żmien u riżorsi sinifikanti (pereżempju taħriġ tal-persunal). Il-Komunikazzjoni turi li mhemm l-ebda pjan konkret ta’ tranżizzjoni għal dan l-istadju. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li – mingħajr impenn ċar u bsaħħtu għall-bini ta’ kapaċitajiet – il-maġġoranza tal-għanijiet ta’ din il-politika se jiddgħajfu bi kbir, tal-inqas fuq perjodu qasir ta’ żmien. Dan japplika għall-Kummissjoni nnifisha (23) kif ukoll għall-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali (FRA – Fundamental Rights Agency), pereżempju (24). Għalhekk, l-FRA b'mod partikolari għandha tissaħħaħ u tiġi inkorporata fil-miżuri ta’ sinerġija kollha. Barra minn hekk, għandu jiġi ppjanat li l-Kumitati Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Ombudsmen u d-difensuri l-oħra kollha tad-drittijiet tal-bniedem jkunu involuti b'mod attiv.
3.11 Attivitajiet promozzjonali
3.11.1 L-Unjoni għandha taħdem biex issaħħaħ il-qafas legali tad-drittijiet soċjali fundamentali. Dan se jkun jirrikjedi l-adeżjoni tal-UE mal-Karta Soċjali Ewropea Riveduta u l-Protokolli tagħha. Fir-rigward tal-Istati Membri, l-Unjoni għandha tirrakkomanda r-ratifika tal-istrumenti rilevanti kollha tad-drittijiet (soċjali) fundamentali (inklużi protokolli li jemendaw u protokolli addizzjonali/fakultattivi). Meta jidher li ma tkunx tista' ssir ratifika min-naħa tal-UE, il-mezzi kollha għandhom jiġu esplorati u użati biex il-kontenut tagħhom isir legalment vinkolanti.
3.11.2 Integrazzjoni tfisser li kull unità amministrattiva mhux biss se tintalab tiskrutinizza attivitajiet regolari (speċjalment leġiżlattivi) iżda se tkun mistennija tipproponi miżuri konkreti ta’ promozzjoni annwalment. Barra minn hekk, ic-“Check-List” tad-Drittijiet Fundamentali għandha tiġi żviluppata iżjed, u għandhom jiġu kkunsidrati b'mod partikolari l-obbligu tal-“promozzjoni”, l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-iżvilupp sostenibbli.
3.11.3 Il-Kummissjoni għandha tniedi iktar proġetti. Dawn il-proġetti għandhom ikopru wkoll il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem. Għandhom jitjiebu kemm il-kooperazzjoni interna kif ukoll dik esterna. Il-KESE jirreferi għall-opinjoni tiegħu li fiha jitlob li d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali jingħataw iktar importanza fil-politiki tal-Unjoni Ewropea bl-użu ta’ strumenti ġeografiċi u tematiċi disponibbli, inkluż l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem bħala strument kumplimentari, li żgura li d-djalogu soċjali kien rikonoxxut bħala prijorità (25). Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha titlob pariri mingħand organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.
3.11.4 Il-KESE jinsab imħasseb dwar il-livell baxx ta’ għarfien pubbliku dwar il-Karta u d-drittijiet fundamentali. Hemm il-ħtieġa ta’ sforz kbir biex titjieb il-viżibbiltà. Il-Karta hija dokument prinċipali u l-kontenut tagħha għandu jiġi ppubbliċizzat u jkun punt ta’ referenza għall-maġġoranza assoluta tal-Ewropej. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex taffronta din l-isfida. F'dan ir-rigward, il-komunikazzjoni mal-pubbliku m'għandhiex tiffoka fuq it-tixrid tar-rapporti, iżda pjuttost fuq it-teħid ta’ miżuri attivi biex jiġi żgurat li l-Karta ssir dokument ta’ referenza għal kull ċittadin tal-UE.
3.11.5 Filwaqt li l-KESE jilqa' bi pjaċir l-attivitajiet kollha mmirati lejn it-taħriġ speċifiku tal-gruppi interessati kollha, inklużi dawk l-attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri – u li għandhom l-għan li jipprovdu lill-pubbliku b'informazzjoni aħjar, dan huwa biss aspett wieħed biss tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni meħtieġa. Huwa importanti ħafna li wieħed ikun kapaċi jikkomunika direttament mal-pubbliku. Dan iktar u iktar japplika meta jitqiesu l-esperjenzi tas-SOLVIT, li għalih il-Kummissjoni tirreferi biex b'mod attiv tfittex informazzjoni, inkluża dik mingħand il-partijiet interessati rilevanti. Għandu jittieħed l-istess approċċ fir-rigward tad-drittijiet fundamentali inġenerali u d-drittijiet soċjali b'mod partikolari.
3.12 “It-test tal-istress”
3.12.1 L-effikaċja tad-drittijiet fundamentali għandha tintwera fil-prattika, b'mod partikolari fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika jew fejn ikun hemm pressjoni politika qawwija. Il-KESE huwa mħasseb l-iktar dwar it-tixrid ta’ ċerti attitudnijiet politiċi li jistgħu jwasslu, u f'ċerti każijiet effettivament iwasslu, għal ksur serju kif ukoll għal tfixkil fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali.
3.12.2 Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea diġà ttrattat kwistjonijiet importanti dwar id-drittijiet fundamentali billi invalidat leġiżlazzjoni sekondarja pereżempju fir-rigward tan-nondiskriminazzjoni (26) u l-protezzjoni tad-data (27) jew billi pprekludiet leġiżlazzjoni nazzjonali milli timponi sentenza ta’ ħabs fuq “ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin f'pajjiż illegalment” (28).
3.12.3 Barra minn hekk, il-KESE jinsab imħasseb dwar it-tkeċċija tal-massa tar-Roma, it-trattament ta’ persuni ġejjin mill-Afrika ta’ Fuq li ma jkollhomx id-dokumenti meħtieġa, ir-restrizzjonijiet tal-libertà tal-espressjoni, speċjalment fil-midja, eċċ. Il-leġiżlazzjoni kollha li tippermetti l-esklużjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fir-rigward tad-drittijiet (soċjali) fundamentali (pereżempju, id-dritt għal limitu tan-numru massimu ta’ sigħat ta’ xogħol) se jkollha tiġi riveduta b'mod speċifiku.
3.12.4 Il-kriżi finanzjarja u ekonomika qed tagħmel pressjoni konsiderevoli fuq id-drittijiet soċjali fundamentali. Il-patti, il-pjani ta’ rkupru u l-miżuri l-oħra kollha tal-UE u/jew tal-Istati Membri bl-ebda mod m'għandhom imorru kontra d-drittijiet (soċjali) fundamentali, bħal pereżempju d-dritt għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni, għan-negozjar kollettiv u għall-azzjoni kollettiva bl-awtonomija sħiħa tal-imsieħba soċjali, kif ukoll għas-servizzi pubbliċi u soċjali, iżda għall-kuntrarju għandhom jirrispettawhom u jippromovuhom.
3.13 Soċjetà ċivili: l-aspett parteċipattiv għandu jissaħħaħ bil-qawwa.
3.13.1 B'mod ġenerali, l-istrateġija tirreferi għall-ħtieġa li jiġu kkunsidrati l-fehmiet tal-partijiet interessati. F'ħafna opinjonijiet, il-KESE enfasizza dan l-aspett importanti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali (29). Jidher li t-terminu “partijiet interessati” huwa wiesa' biżżejjed biex iħaddan l-entitajiet kollha. Madankollu, għall-KESE huwa ta’ importanza assoluta li r-rwol tiegħu ta’ korp konsultattiv ikun ikkunsidrat b'mod espliċitu. L-istess japplika għall-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE (l-Artikolu 152 tat-TFUE).
3.13.2 L-individwi b'mod partikolari u s-soċjetà ċivili b'mod ġenerali huma dawk li l-aktar jiġu affettwati mill-implimentazzjoni tad-drittijiet fundamentali. Il-partijiet interessati għandhom jingħataw rwol viżibbli. Għalhekk għandhom ikunu involuti b'mod regolari, sħiħ u effettiv f'dan il-proċess.
3.13.3 B'mod partikolari, il-KESE għandu jkun involut u kkonsultat b'mod regolari u fil-ħin, partikolarment fir-rigward tar-rapport annwali li għandu jitħejja mill-Kummissjoni. Bħala gwardjan tal-valuri tal-UE u rappreżentant tas-soċjetà ċivili organizzata, il-Kumitat qiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex jikkomunika mas-soċjetà ċivili.
3.13.4 Il-KESE ser ifassal kull sena opinjoni dwar l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (b'kunsiderazzjoni speċjali tad-drittijiet fundamentali soċjali), tal-klawżoli orizzontali soċjali (l-Artikoli 8, 9 u 10 tat-TFUE), tad-dispożizzjonijiet l-oħra li għandhom x'jaqsmu mal-politika soċjali fit-Trattat ta’ Lisbona (b'mod partikolari l-Artikoli 145 sa 166 u 168 tat-TFUE), kif ukoll tal-liġi sekondarja u miżuri legali u ta’ politika oħra mill-aspett tar-rispett u l-promozzjoni tal-għanijiet u l-miri stabbiliti. B'hekk huwa ser jeżamina u jevalwa kemm dawn qed jagħtu kontribut għall-iżvilupp tad-drittijiet fundamentali u tal-politika soċjali fl-UE. L-opinjoni ser tinkludi wkoll, fejn ikun hemm bżonn, rakkomandazzjonijiet dwar kif permezz ta’ miżuri konkreti, l-għanijiet u l-miri jistgħu jintlaħqu aħjar.
Barra mill-imsieħba soċjali u r-rappreżentanti ta’ interessi diversi, ogranizzazzjonijiet kbar u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili mis-settur soċjali jistgħu jippreżentaw l-opinjonijiet u r-rapporti tagħhom matul konsultazzjoni li għandha tiġi organizzata qabel ma titfassal l-opinjoni. Dawn l-opinjonijiet annwali tal-KESE ser jiġu komunikati u spjegati lir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE b'mod partikolari l-Kunsill Ewropew, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew.
Ser jiġu organizzati wkoll konferenzi dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni effettiva tal-Karta. Permezz ta’ dawn il-konferenzi għandhom jissaħħu l-kuntatti mal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali.
3.13.5 Ir-Rapport Annwali huwa għodda utli għall-valutazzjoni tal-progress tal-politika. L-aċċess għal dan ir-rapport għandu jkun faċli. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-FRA biex jieħdu l-opportunità jinvolvu lis-soċjetà ċivili fit-tħejjija tar-rapport, u biex ikunu lesti jilqgħu reviżjonijiet indipendenti tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-livell tal-UE u lil hinn mill-fruntieri tal-UE. Il-Kumitat, bħala rappreżentant tas-soċjetà ċivili organizzata, huwa lest li jiffaċilita l-proċess u li jikkontribwixxi għar-reviżjoni annwali. Ir-Rapport Annwali għandu jieħu f'kunsiderazzjoni s-sitwazzjonijiet li, għal raġunijiet differenti, ma jkunux is-suġġett ta’ petizzjonijiet jew ta’ kawżi fil-qrati. F'dan ir-rigward, ir-rapport għandu jilqa' b'sodisfazzjon – u għandu wkoll ikun ibbażat fuq – il-kontribuzzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet differenti li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.
3.13.6 Għalkemm il-KESE jirrikonoxxi l-importanza tar-Rapport Annwali, huwa jħoss li l-ewwel rapport annwali ma jiffukax b'mod konsistenti fuq id-drittijiet fundamentali kollha li hemm fil-Karta. Ir-Rapport jenfasizza numru ta’ oqsma ewlenin fit-taqsima dwar “L-iktar żviluppi importanti”, iżda l-kriterji tal-għażla mhumiex ċari. Dan l-approċċ selettiv ma jgħinx biex jiġu identifikati nuqqasijiet fl-implimentazzjoni u agħar minn hekk jista' jindika li wħud mid-drittijiet fundamentali qed jingħataw iktar prijorità minn oħrajn.
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Opinjoni tal-KESE dwar “Ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi u l-promozzjoni internazzjonali tal-Mudell Soċjali Ewropew”, ĠU C 51/20, 17.2.2011.
(2) COM(2011)160 finali, adottata fit-30.3.2011.
(3) L-opinjoni tal-KESE dwar “Id-drittijiet fundamentali fil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni”, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 29 punt 4.2.3.
(4) L-opinjoni tal-KESE “Lejn Karta Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali”, ĠU C C 367, 20.12.2000, p. 26 punt 3.1.3 (mhux disponibbli bil-Malti).
(5) L-opinjoni tal-KESE dwar “It-tisħiħ tal-koeżjoni tal-UE u l-koordinazzjoni tal-politika soċjali tal-UE”, (għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU).
(6) L-opinjoni tal-KESE dwar “Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini”, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 80 punt 4.2.4.2.
(7) L-opinjoni tal-KESE dwar ‘Id-drittijiet fundamentali fil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni’, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 29 punt 4.3.4.
(8) L-opinjoni tal-KESE dwar “Il-Politika tal-UE kontra t-Terroriżmu”, (għadha ma ġietx ippubblikata fil-ĠU) - SOC/388 punti 4.5.1-4.5.2.
(9) L-opinjoni tal-KESE dwar “Lejn Karta Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali”, ĠU C C 367, 20.12.2000 p. 26 punt 3.1.1; l-opinjoni tal-KESE dwar “L-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali”, ĠU C 88, 11.4.2006, p. 37 punt 2.1; l-opinjoni tal-KESE dwar “Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini”, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 80 punt 3.5.
(10) L-opinjoni tal-KESE dwar “Lejn Karta Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali”, ĠU C 367, 20.12.2000 p. 26 punt.3.1.3.
(11) Opinjoni tal-KESE dwar “Id-drittijiet soċjali bażiċi tal-Komunità”ĠU C 126, 23.5.1989, p. 4 (mhux disponibbli bil-Malti).
(12) Il-ħames premessa tat-TUE u l-Artikolu 151(1) tat-TFUE.
(13) L-opinjoni tal-KESE dwar “Id-drittijiet fundamentali fil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni”, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 29 punt 4.3.4.
(14) L-opinjoni tal-KESE dwar l-“Aġenda soċjali”, ĠU C 182, 04.08.2009, p. 65 u l-opinjoni dwar “Id-dimensjoni soċjali tas-suq intern”, ĠU C 44, 11.02.2011, p. 90.
(15) L-opinjoni tal-KESE dwar “Id-drittijiet fundamentali fil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni”, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 29.
(16) L-opinjoni tal-KESE dwar “Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini”, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 80 punt 4.1.9.
(17) L-opinjoni tal-KESE dwar “Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini”, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 80 punt 3.5.
(18) Opinjoni tal-KESE dwar “It-tisħiħ tal-kultura diġitali, il-kompetenzi diġitali u l-inklużjoni diġitali”, ĠU C 318, 29.10.2011, p. 9 punt 7.
(19) L-opinjoni tal-KESE dwar “Il-valur miżjud ta’ sistema Ewropea komuni tal-asil”, ĠU C 44, 11.2.2011 p. 17 punt 4.19.
(20) L-opinjoni tal-KESE dwar “Standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali”, ĠU C 18, 19.1.2011 p. 85 punt 4.2.1.9.
(21) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2010; il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 u l-25 ta’ Frar 2011.
(22) L-opinjoni tal-KESE dwar “Lejn Karta Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali”, ĠU C 367, 20.12.2000 p. 26 punti 3.1.4 u 3.3.3 (mhux disponibbli bil-Malti).
(23) L-opinjoni tal-KESE dwar “Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini”, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 80 punt 1.4; l-opinjoni tal-KESE dwar “Id-drittijiet fundamentali fil-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-immigrazzjoni”, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 29 punt 2.15.
(24) L-opinjoni tal-KESE dwar “Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini”, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 80 punt 3.7; l-opinjoni tal-KESE dwar “L-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali”, ĠU C 88, 11.4.2006 p. 37.
(25) L-opinjoni tal-KESE dwar “L-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)” (opinjoni fuq inizjattiva tiegħu stess), punti 1.1 u 1.2.
(26) Sentenza (Awla Magna) 1 ta’ Marzu 2011 - Kawża C-236/09 - Association belge des Consommateurs Test-Achats ASBL (is-sess bħala fattur li jitqies fl-istima tar-riskji tal-assigurazzjoni).
(27) Sentenza (Awla Magna) 9 ta’ Novembru 2010 - Kawżi C-92/09 u C-93/09 - Volker und Markus Schecke (l-ipproċessar ta’ data personali fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarji tal-għajnuna agrikola).
(28) Sentenza (Awla Magna) 28 ta’ April 2011 - Kawża C-61/11 PPU - El Dridi (leġiżlazzjoni li “tipprovdi għall-applikazzjoni ta’ piena ta’ ħabs għal ċittadin ta’ pajjiż terz b'residenza irregolari sempliċement minħabba l-fatt li dan, bi ksur ta’ ordni li jħalli t-territorju ta’ dan l-Istat f'terminu stabbilit, baqa' fuq l-imsemmi territorju mingħajr motivazzjoni ġustifikata”.)
(29) L-opinjoni tal-KESE dwar “Lejn Karta Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali”, ĠU C 367, 20.12.2000 p. 26 punt 3.4; l-opinjoni tal-KESE dwar “Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għas-servizz taċ-ċittadini”, ĠU C 128, 18.5.2010, p. 80 punt 4.3.
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/81 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli”
COM(2010) 636 finali
2011/C 376/15
Relatur: is-Sur VARDAKASTANIS
Nhar it-13 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020: Impenn mill-Ġdid għal Ewropa Mingħajr Ostakoli
COM (2010) 636 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-31 ta’ Awwissu 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru 2011), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’151 vot favur, l-ebda (0) vot kontra u 5 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE jilqa’ l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020 bħala strument politiku attiv biex tiġi implimentata l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u l-impenji li nħolqu mill-konklużjoni tal-Konvenzjoni. Din hija konferma formali mill-UE tal-Konvenzjoni tan-NU u rikonoxximent tal-istatus legali vinkolanti tagħha. Il-KESE jappella lill-UE biex tieħu l-passi li jmiss, li huma importanti bl-istess mod, tar-ratifika tal-Protokoll Fakultattiv u biex jiġi żgurat li l-leġislazzjoni sekondarja eżistenti u futura tirrispetta din il-Konvenzjoni. Il-KESE jemmen li din il-Konvenzjoni tistabbilixxi qafas ċar li jippermetti lill-persuni b’diżabilitajiet jikkontribwixxu għat-twettiq tal-potenzjal tagħhom jekk il-parteċipazzjoni u l-involviment ikunu garantiti.
1.2 Il-KESE jipproponi li tinħoloq rabta bejn l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità u l-Istrateġija Ewropa 2020. L-Istati Membri għandhom jinkludu miri speċifiċi għall-persuni b’diżabilità fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom sabiex ikejlu l-faqar, ir-rati ta’ impjieg u l-edukazzjoni.
1.3 Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea għal direttiva (1) kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 19 tat-TFUE (2). Huwa jappella lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew biex, sakemm l-artikoli dwar l-għoti ta’ status ta’ diżabilità jiġu emendati biex jikkonformaw mal-Konvenzjoni tan-NU, jadottaw leġislazzjoni b’saħħitha u adatta li testendi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilitajiet lil hinn mill-qasam tal-impjieg.
1.4 Il-KESE jenfasizza l-valur miżjud tal-konsultazzjoni u l-involviment attiv tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità meta jiġu żviluppati u implimentati l-liġijiet u l-politiki relatati mal-Artikolu 4(3) tal-Konvenzjoni u l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TEU). Anke l-imsieħba soċjali jistgħu jaqdu rwol importanti u jintegraw iżjed il-kunsiderazzjonijiet tad-diżabilità fin-negozjati tagħhom. Il-KESE jappella għall-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas dwar is-Swieq tax-Xogħol Inklużivi, konkluż mill-Imsieħba Soċjali Ewropej fil-25 ta’ Marzu 2010, u jitlob li l-Istati Membri jadottaw miżuri finanzjarji speċifiċi biex jippromovu n-negozjar kollettiv fil-kwistjonijiet ta’ diżabilità. Huwa josserva li l-politiki tal-impjieg għall-persuni b’diżabilità għandhom jiffokaw fuq l-integrazzjoni tal-ħajja (life streaming) kollha kemm hi, u b’mod partikolari fuq it-tagħlim tul il-ħajja, ir-reklutaġġ, il-kontinwità fl-impjieg u l-impjieg mill-ġdid, filwaqt li tinżamm applikazzjoni pożittiva tal-leġislazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat. Huwa jilqa’ wkoll u jħeġġeġ l-azzjonijiet konġunti tat-trejdjunjins u l-assoċjazzjonijiet, bħall-konferenza konġunta tal-KETU/EDF.
1.5 Il-KESE huwa tal-fehma li Ewropa mingħajr ostakli trid tinkiseb bl-adozzjoni ta’ Att Ewropew għall-Aċċessibbiltà, jiġifieri leġislazzjoni vinkolanti b’saħħitha li tiżgura li l-persuni b’diżabilità jkollhom id-drittijiet tagħhom għall-moviment ħieles u l-aċċess għall-prodotti, għas-servizzi u għall-ambjent mibni. Għandhom jiġu identifikati mekkaniżmi ta’ infurzar u monitoraġġ adatti u effettivi kemm fil-livell Ewropew kif ukoll fil-livell nazzjonali.
1.6 L-inklużjoni tal-aċċessibbiltà ser tikkontribwixxi għall-kompetittività u l-irkupru ekonomiku tal-UE billi toħloq swieq ġodda għall-prodotti u s-servizzi assistivi u impjiegi ġodda. Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-Istrateġija li sal-2015 tiġi żgurata aċċessibbiltà sħiħa għas-siti tal-internet tas-settur pubbliku u s-siti tal-internet li jipprovdu servizzi fundamentali għall-pubbliku.
1.7 Il-KESE jemmen li l-Karta Ewropea tal-Mobbiltà tkun għodda konkreta u effettiva għall-promozzjoni tal-moviment ħieles tal-persuni b’diżabilità billi tagħtihom l-aċċess għas-servizzi fl-UE. L-implimentazzjoni tal-Istrateġija għandha twassal għall-adozzjoni tal-Karta Ewropea tal-Mobbiltà li tista’ tintuża fl-Istati Membri kollha.
1.8 Il-KESE jappella sabiex id-dinjità tal-bniedem u l-ugwaljanza jiġu rispettati fit-tfassil tal-politiki tal-UE. Huwa jitlob li titqajjem kuxjenza fis-soċjetà, inkluż fost il-familji, dwar il-persuni b’diżabilità, ir-rispett għad-drittijiet tagħhom u li jiġu miġġielda l-istereotipi tal-persuni b’diżabilità fl-impjieg, l-edukazzjoni u oqsma oħra. Il-KESE jemmen fil-valur miżjud tal-miżuri tal-UE biex jingħelbu d-disparitajiet fis-sitwazzjonijiet li jiffaċċjaw il-persuni b’diżabilitajiet fl-Istati Membri, inkluż it-tħeġġiġ tal-korpi kollha tal-mezzi tax-xandir biex jippromovu l-għarfien dwar il-kapaċitajiet u l-kontributi tal-persuni b’diżabilità. Il-KESE jirrakkomanda li jinħolqu indikaturi tad-diżabilità biex tinġabar dejta konsistenti fl-oqsma kollha tal-ħajja ta’ persuna u għall-monitoraġġ tal-għadd ta’ ċittadini b’diżabilitajiet bil-għan li jinkisbu l-għanijiet tal-Ewropa 2020 għat-tnaqqis tar-rati tat-tluq bikri mill-iskola, il-faqar u l-qgħad.
1.9 Il-KESE jemmen li hemm bżonn Kumitat Ewropew għad-Diżabilità biex jipprovdi tmexxija strutturata għall-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità u biex jaġixxi bħala mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni u monitoraġġ aktar b’saħħtu u effiċjenti tal-implimentazzjoni Ewropea u nazzjonali tal-Konvenzjoni skont l-Artikolu 33(1) tal-istess Konvenzjoni. Il-KESE ser jivvaluta u jevalwa l-implimentazzjoni b’mod kostanti.
1.10 Il-KESE jiddispjaċih għall-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-ħajja tal-persuni b’diżabilitajiet u l-kapaċità tagħhom li jaċċessaw id-drittijiet tagħhom. Huwa jħeġġeġ li jiġu appoġġjati l-persuni b’diżabilitajiet fi żminijiet ta’ kriżi u jwissi kontra kwalunkwe tnaqqis fl-infiq soċjali minħabba miżuri ta’ awsterità. Il-fondi strutturali Ewropej u strumenti finanzjarji oħra għandhom jintużaw għal dan il-għan u biex tiġi ffinanzjata l-implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Konvenzjoni tan-NU. Hemm bżonn mekkaniżmi oħra, pereżempju dawk relatati mal-Fondi Strutturali bħall-allokazzjoni diretta tal-fondi (ringfencing) għal miżuri mmirati lejn il-persuni b’diżabilità u gruppi vulnerabbli oħra. Il-politika ta’ koeżjoni futura għandha tikkonforma mal-Konvenzjoni tan-NU. L-Artikolu 16 tar-regolament attwali għandu jiġi implimentat b’mod effettiv.
1.11 Il-KESE jiddikjara li kulħadd, inkluż il-persuni b’diżabilitajiet psikosoċjali, persuni fi bżonn ta’ appoġġ iktar intensiv, it-tfal u n-nisa b’diżabilitajiet, għandu jgawdi d-drittijiet kollha tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fuq bażi ugwali mal-oħrajn. Huwa jagħraf u jippromovi d-dritt għal għajxien indipendenti u jħeġġeġ il-bżonn li tiġi appoġġjata t-transizzjoni mill-kura istituzzjonali għall-kura bbażata fil-komunità.
1.12 Il-KESE jirrakkomanda li l-Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) futur tal-2014-2020 jagħraf l-istatus legali tal-Istrateġija u l-Konvenzjoni tan-NU fl-UE u jippermetti l-finanzjament tal-inkorporazzjoni u l-implimentazzjoni tiegħu. Il-QFM għandu jwettaq l-għanijiet ġenerali tal-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilitajiet u għandu jinvesti fil-promozzjoni tal-antidiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà.
2. Daħla
2.1 Il-Komunikazzjoni adottata mill-Kummissjoni Ewropea f’Novembru 2010, tirrappreżenta strument ta’ politika fundamentali għall-persuni b’diżabilitajiet. L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità tidentifika tmien oqsma prinċipali: l-aċċessibbiltà, il-parteċipazzjoni, l-ugwaljanza, l-impjieg, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa, u l-azzjonijiet esterni. Għal kull qasam hemm azzjonijiet prinċipali ppjanati għall-perjodu 2010-2015, u wara hemm inizjattivi ġodda li ser jitfasslu u l-istrateġija tiġi riveduta. Din l-Istrateġija għandha l-għan li timplimenta l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u li tiddetermina l-mekkaniżmu għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni fil-politika tal-UE, inkluż fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE. Hija tidentifika wkoll l-appoġġ meħtieġ għall-finanzjament, ir-riċerka, is-sensibilizzazzjoni, l-istatistika u l-ġbir tad-dejta. Il-Komunikazzjoni hija akkumpanjata minn żewġ dokumenti importanti: il-lista ta’ azzjonijiet konkreti ppjanati għall-2010-2015 (3); u dokument ta’ ħidma (4) li jispjega l-istrateġija fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-NU.
2.2 Il-KESE jappella għall-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni tan-NU permezz tar-reviżjoni u l-iżvilupp tal-leġislazzjoni Ewropea.
2.3 Il-KESE huwa tal-fehma li l-politiki tal-UE għandhom jirriflettu l-bidla fl-approċċ introdotta mill-Konvenzjoni tan-NU minn perspettiva medika għal waħda tad-drittijiet tal-bniedem u jieħu l-impenn li japplika l-approċċ tal-mudell soċjali għad-diżabilità.
2.4 Il-KESE jirrakkomanda li tiġi adottata l-istqarrija tal-Konvenzjoni tan-NU li l-persuni b’diżabilità jinkludu dawk li, fuq perjodu twil, għandhom limitazzjonijiet fiżiċi, mentali, intellettwali jew fis-sensi li, flimkien ma’ diversi ostakli, jistgħu jxekklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor (5).
2.5 Il-KESE jemmen bis-sħiħ li kull bniedem għandu d-dritt għall-ħajja u jenfasizza li l-persuni b’diżabilità jaqsmu dan id-dritt fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor.
2.6 Il-KESE jiddenunzja ċ-ċirkostanzi diffiċli tal-persuni b’diżabilità, li huma soġġetti għal diversi tipi ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru, tar-razza, tal-kulur, tal-oriġini etnika jew soċjali, tal-fattizzi ġenetiċi, tal-lingwa, tar-reliġjon jew twemmin, tal-opinjoni politika jew opinjoni oħra, tal-appartenenza għal minoranza nazzjonali, tal-proprjetà, tat-twelid, tal-età, tal-orjentazzjoni sesswali jew ta’ kwalunkwe status ieħor.
2.7 Il-KESE jirrikonoxxi li l-persuni b’diżabilità jirrappreżentaw madwar 16 % tal-popolazzjoni tal-UE, jiġifieri 80 miljun persuna. Il-KESE jirrikonoxxi li l-persuni b’diżabilità jirrappreżentaw ukoll wieħed minn kull sitt persuni tal-popolazzjoni ħaddiema fl-UE u li 75 % minnhom, li jistgħu jeħtieġu appoġġ intensiv, m’għandhomx aċċess għall-impjieg. 38 % tal-persuni b’diżabilità bejn l-età ta’ 16 u 34 sena jaqilgħu 36 % inqas minn persuni li m’għandhomx diżabilità (6).
2.8 Il-KESE jġedded l-impenn tiegħu li jippromovi l-ugwaljanza u l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilitajiet kif wera f’opinjonijiet preċedenti (7), kemm fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija u tal-Konvenzjoni tan-NU kif ukoll fl-azzjonijiet esterni tal-UE.
2.9 Il-KESE jappella għal miżuri effettivi biex jiġi miġġieled it-tluq bikri mill-iskola, meta jitqies il-fatt li l-persuni b’diżabilità għandhom darbtejn inqas ċans li jaslu sal-edukazzjoni terzjarja minn persuni oħra.
2.10 Il-KESE jħeġġeġ ir-reviżjoni tad-Direttiva 2000/78/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament indaqs fl-impjieg u l-okkupazzjoni sabiex tikkonforma mal-Konvenzjoni tan-NU. Fil-fatt, skont il-Konvenzjoni, fl-applikazzjoni u t-transpożizzjoni tad-direttiva, iċ-ċaħda ta’ akkomodazzjoni raġonevoli għandha tiġi kkunsidrata bħala diskriminazzjoni. Il-KESE jitlob lill-Istati Membri biex jimplimentaw id-direttiva b’mod korrett u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex timmonitorja b’mod adegwat l-applikazzjoni tagħha.
2.11 Il-KESE jappoġġja l-użu tal-Fondi Strutturali għall-irkupru ekonomiku u l-bini tal-koeżjoni soċjali (8). Ir-regolamentazzjoni futura għandha żżomm in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà bħala prinċipji orizzontali u tirrikonoxxi l-valur miżjud tal-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità f’kull stadju tal-proċess (it-tfassil, l-implimentazzjoni, il-ġestjoni, il-valutazzjoni u l-monitoraġġ). Id-dispożizzjonijiet tan-nondiskriminazzjoni u l-aċċessibbiltà għandhom jissaħħu bħala kriterji fir-regolament. L-Artikolu 16 tar-regolament attwali għandu jissaħħaħ u l-implimentazzjoni u t-tisħiħ tiegħu għandhom jiġu ggarantiti mill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri.
2.12 Għandhom jiġu eżaminati (9) wkoll mekkaniżmi adatti għall-għajnuna finanzjarja, bħall-allokazzjoni diretta tal-fondi (ringfencing) għall-miżuri mmirati lejn il-persuni b’diżabilità (10) u gruppi vulnerabbli oħra sabiex il-politika ta’ koeżjoni tiffoka fuq prijoritajiet rilevanti (11). Il-KESE diġà rrakkomanda li l-fondi jkunu mmirati lejn objettivi speċifi relatati mal-inklużjoni soċjali (12). Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-għajnuna meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Konvenzjoni tan-NU u l-Istrateġija, l-inklużjoni soċjali tal-persuni b’diżabilitajiet għandha tiġi inkorporata, kollha kemm hi, bħala kategorija ta’ nfiq.
2.13 Il-KESE jistqarr li t-tfal b’diżabilitajiet għandhom igawdu d-drittijiet kollha tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fuq bażi ugwali mal-oħrajn u jfakkar fil-Konvenzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal u l-obbligi li din iġġib magħha.
2.14 Il-KESE jħeġġeġ transizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-komunità sabiex jiġu rispettati d-drittijiet tal-persuni b’diżabilitajiet li jgħixu b’mod indipendenti. Il-fondi Ewropej m’għandhomx jintużaw biex jikkonvertu jew jirrinnovaw l-istituzzjonijiet, iżda minflok biex jiġi ffinanzjat il-proċess ta’ transizzjoni mill-kura istituzzjonali għall-kura bbażata fil-komunità, inkluż il-konverżjoni tal-istituzzjonijiet f’servizzi bbażati fil-komunità. Huwa jisħaq fuq il-bżonn li jiġu promossi standards ta’ għajxien adegwati u t-tixjiħ attiv.
3. Valutazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010 - 2020
3.1 Il-KESE jqis li l-Istrateġija tirrifletti parzjalment l-ambizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU u jemmen li l-oqmsa ta’ azzjoni tal-Istrateġija huma rilevanti u għandhom jissaħħu fid-dawl tal-Konvenzjoni.
3.2 Il-KESE jiddispjaċih li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa mhijiex kwistjoni trasversali fl-Istrateġija. Huwa jappella għall-analiżi statistika tad-data relatata mad-diżabilità skont il-ġeneru u li l-istatistika tal-ġeneru tinkludi n-nisa b’diżabilità. Il-KESE jirrakkomanda li jinħolqu baġits tal-ġeneru fl-istrumenti finanzjarji tal-UE relatati mad-diżabilità. L-integrazzjoni tal-ġeneru għandha tiġi żgurata meta tiġi implimentata din l-Istrateġija.
3.3 Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Istrateġija tindirizza n-nuqqas ta’ dejta relatata mad-diżabilità u jappella biex jiġu żviluppati indikaturi li jkejlu r-rati ta’ impjieg u faqar tal-persuni b’diżabilità u l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni.
3.4 Filwaqt li jagħraf l-importanza tal-prevenzjoni, kif hija indirizzata fl-Istrateġija fit-taqsima dwar is-saħħa, il-KESE jinnota li l-Istrateġija aħjar tiffoka fuq l-affermazzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità milli li tħallathom mal-prevenzjoni.
3.5 Il-KESE jilqa’ l-impenn qawwi tal-Istrateġija għall-aċċessibbiltà u l-impatt pożittiv tagħha fuq is-soċjetà (pereżempju l-persuni mdaħħla fl-età u l-persuni b’mobbiltà mnaqqsa). Negozji aċċessibbli jattiraw aktar klijenti (15 % tal-konsumaturi). Prodotti ġodda joħolqu aktar swieq u huma sors ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli (13). Il-KESE jfakkar fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-UE, “l-aċċessibbiltà tirrappreżenta xejn inqas mis-sisien ta’ soċjetà inklużiva bbażata fuq in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni” (14).
3.6 Il-KESE jappoġġja l-użu tal-Fondi Strutturali biex tiġi pprovduta għajnuna finanzjarja adegwata għall-Istrateġija. B’mod partikolari, huwa jissuġġerixxi li jsir użu iktar effettiv tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fil-promozzjoni tal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-ksib ta’ livell għoli ta’ aċċessibbiltà fl-Ewropa.
3.7 Il-KESE jemmen li din l-Istrateġija għandha tħeġġeġ iktar stil ta’ ħajja indipendenti għall-persuni b’diżabilità permezz tal-kura bbażata fil-komunità u d-deistituzzjonalizzazzjoni. Il-fondi Ewropej għandhom jiġu investiti fil-promozzjoni tal-kura bbażata fil-komunità u biex jiġi żgurat li tali kura tkun ta’ standard adatt.
3.8 Il-KESE josserva (13) li l-inklużjoni attiva għandha tkun marbuta mas-suq tax-xogħol u tipprovdi livell adegwat ta’ dħul u aċċess għal servizzi soċjali ta’ kwalità għolja, riflessi f’titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien anke għal dawk li jinsabu ’l bogħod mis-suq tax-xogħol (15).
3.9 Il-KESE huwa tal-fehma li l-UE, bħala l-ikbar donatur tal-għajnuna esterna fid-dinja, għandha tmexxi billi tagħti l-eżempju u tippromovi l-integrazzjoni tad-diżabilità fil-ħidma ta’ kooperazzjoni tagħha.
3.10 Il-KESE jippromovi suq uniku inklużiv u jappella biex ikun hemm kunsiderazzjonijiet soċjali obbligatorji fl-akkwist pubbliku, b’mod speċjali fil-promozzjoni tal-aċċessibbiltà, permezz tal-adozzjoni ta’ Att Ewropew ta’ Aċċessibbiltà ambizzjuż, u l-promozzjoni tal-impjieg, in-non-diskriminazzjoni u l-kwalità tas-servizzi soċjali. Huwa jilqa’ l-mandat ta’ standardizzazzjoni 473 (16) Ewropew u jappella għal standards ta’ aċċessibbiltà obbligatorji bħala appoġġ għal-leġislazzjoni fl-akkwist pubbliku, billi bħala eżempju tittieħed il-leġislazzjoni (17) tal-aċċessibbiltà Amerikana. Il-KESE jagħraf l-importanza tad-djalogu bejn l-istituzzjonijiet, l-industrija u s-soċjetà ċivili fid-definizzjoni ta’ dawn l-istandards (18). Madankollu, minħabba s-suċċess limitat fil-prattika, hemm bżonn ta’ mekkaniżmu legalment vinkolanti u iktar strutturat fil-futur.
3.11 Il-KESE jħeġġeġ lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni biex ikunu ambizzjużi fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilitajiet u biex jiżguraw l-implimentazzjoni adatta tal-Konvenzjoni tan-NU fl-Unjoni Ewropea.
4. Implimentazzjoni u governanza
4.1 Il-KESE jappella għat-tmexxija strutturata tal-Istrateġija permezz ta’ Kumitat Ewropew għad-Diżabilità, bħala mod konkret biex jissaħħaħ il-Grupp ta’ Livell Għoli għad-Diżabilità eżistenti u biex jaġixxi bħala mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Konvenzjoni skont l-Artikolu 33(1) tal-Konvenzjoni tan-NU.
4.2 Il-KESE jemmen li hemm bżonn kumitati tad-diżabilità biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni tal-Istrateġija u l-Konvenzjoni tan-NU fil-livell nazzjonali. Il-kumitat nazzjonali għandu jiżgura l-involviment tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilitajiet fil-proċess ta’ koordinazzjoni u jagħmel kuntatt mal-punti fokali nazzjonali u l-atturi Ewropej relatati.
4.3 Il-KESE jemmen li l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ewropew tad-Diżabilità għandha tiżgura l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-persuni b’diżabilità u l-konsultazzjoni mal-KESE, partijiet interessati oħra u organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilitajiet.
4.4 Il-KESE jieħu l-impenn li jaqdi rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU bħala l-ewwel trattat internazzjonali ta’ dritt tal-bniedem ratifikat mill-UE. Huwa jippromovi l-implimentazzjoni interna tal-Istrateġija u l-Konvenzjoni tan-NU. Barra minn hekk, huwa ser iqajjem kuxjenza billi jorganizza avvenimenti bħal konferenza ta’ livell għoli dwar il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persuni b’diżabilitajiet.
4.5 Il-KESE jappella biex jiġu kkunsidrati l-Artikoli 33(1) u 33(2) tal-Konvenzjoni tan-NU, li għandhom jiġu implimentati mingħajr dewmien mhux meħtieġ u f’kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persuni b’diżabilità. Il-KESE jenfasizza l-importanza li l-punt fokali jitqiegħed taħt ir-responsabbiltà diretta tas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni u li jiġu żgurati l-indipendenza sħiħa u l-pluraliżmu tal-mekkaniżmu tal-monitoraġġ.
4.6 Il-KESE jfakkar fl-obbligu li jiġu involuti l-persuni b’diżabilità u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Konvenzjoni, inkluża l-Istrateġija, skont l-Artikolu 33(3) tal-Konvenzjoni u l-Artikolu 11 tat-TUE.
4.7 Il-KESE jikkunsidra li huwa importanti li tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tal-miżuri nazzjonali taħt l-Istrateġija li għandhom jinkisbu sal-2015 billi jiġi żgurat li l-Istati Membri jressqu rapporti ta’ progress. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrapporta wkoll dwar il-kisbiet fil-livell Ewropew. L-implimentazzjoni tal-Istrateġija għandha tiġi abbinata ma’ dik tal-Istrateġija Ewropa 2020. L-Istati Membri għandhom jinkludu miri speċifiċi għall-persuni b’diżabilità fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma tagħhom sabiex ikejlu l-faqar, ir-rati ta’ impjieg u l-edukazzjoni.
4.8 Il-programmi ta’ finanzjament futuri tal-Kummissjoni Ewropea li ser jissostitwixxu l-programm PROGRESS għandhom jappoġġjaw il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità li jirrappreżentaw kemm diżabilità multipla kif ukoll limitazzjonijiet speċifiċi. Dan jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni.
4.9 Il-KESE jappella lill-partijiet interessati rilevanti, pereżempju t-trejdjunjins, min iħaddem, il-provvedituri tas-servizzi, l-atturi tal-ekonomija soċjali u l-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità biex jieħdu sehem attiv fl-applikazzjoni tal-Istrateġija, fl-ambitu tar-responsabbiltajiet u r-rwoli tagħhom.
4.10 Il-KESE jemmen li l-atturi tal-ekonomija soċjali għandhom rwol importanti x’jaqdu fit-titjib tas-sitwazzjoni tal-ħajja u l-opportunitajiet tal-persuni żvantaġġjati biex ikollhom aċċess għall-impjieg u l-prodotti u s-servizzi.
4.11 Il-KESE jistieden lit-trejdjunjins u lil min iħaddem biex jinkludu klawsoli relatati speċifikament mad-diżabilità fin-negozjati kollettivi għall-promozzjoni ta’ swieq tax-xogħol inklużivi u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri finanzjarji speċifiċi biex jappoġġjaw in-negozjati.
4.12 Il-KESE jemmen li din l-Istrateġija għandha tħeġġeġ iktar kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet nazzjonali tal-persuni b’diżabilità u l-kunsilli ekonomiċi u soċjali nazzjonali biex l-Istrateġija tinxtered iktar fil-livell nazzjonali.
4.13 Il-KESE jappella biex il-bżonnijiet tal-persuni li jeħtieġu appoġġ intensiv u l-persuni b’diżabilità psikosoċjali jiġu integrati fl-oqsma kollha tal-Istrateġija.
5. Reviżjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità fl-2015 u l-qafas il-ġdid wara l-2020
5.1 Il-KESE jirrakkomanda valutazzjoni bir-reqqa tal-Istrateġija u lista ambizzjuża ta’ miżuri wara l-2015 biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u tiġi żgurata l-ugwaljanza fl-UE.
5.2 Il-KESE jirrakkomanda li tiġi valutata l-leġislazzjoni attwali tal-UE u li b’mod sistematiku jiddaħħlu l-prinċipji tal-Konvenzjoni fil-leġislazzjoni u l-politiki ġodda tal-UE.
5.3 Il-KESE qed jippromovi valutazzjoni komprensiva tal-Istrateġija sal-2013 biex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni u biex jiġu koperti, fost affarijiet oħra, oqsma bħad-dritt għall-ħajja u r-rikonoxximent quddiem il-liġi.
5.4 Il-KESE jqis li l-għanijiet ewlenin tal-Istrateġija huma l-ugwaljanza fl-impjieg, l-edukazzjoni, il-moviment liberu tal-ħaddiema u oqsma rilevanti oħra tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità.
5.5 Il-KESE jtenni li hemm bżonn li jiġi kkonsultat qabel ma jitressaq ir-rapport ta’ implimentazzjoni tal-UE quddiem il-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità.
5.6 Il-KESE jfakkar fl-importanza ta’ dejta konsistenti għall-iżviluppi ta’ politika u għal valutazzjoni adegwata tal-Istrateġija u jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ indikaturi speċifikament għad-diżabilità fil-livell tal-UE.
L-ewwel Proposti għal lista ġdida ta’ azzjonijiet tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità wara l-2015
5.7 Il-KESE beħsiebu jimmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-Att Ewropew tal-Aċċessibbiltà fl-Istati Membri wara l-adozzjoni tal-proposta leġislattiva tal-Kummissjoni Ewropea mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill bħala leġislazzjoni vinkolanti. Il-KESE jappella għal pjan konkret biex l-istituzzjonijiet kollha tal-UE (l-infrastrutturi, il-proċeduri ta’ reklutaġġ, il-laqgħat, is-siti elettroniċi u l-informazzjoni) ikunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità.
5.8 Il-KESE jisħaq fuq l-importanza li jiġu emendati l-artikoli relatati mad-diżabilità fil-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal direttiva kontra d-diskriminazzjoni sabiex ikunu konformi mal-Konvenzjoni tan-NU u jappella lill-Istati Membri biex b’mod konsistenti jadottaw leġislazzjoni Ewropea b’saħħitha li testendi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilitajiet lil hinn mill-qasam tal-impjieg.
5.9 Il-KESE jemmen li l-lista l-ġdida ta’ miżuri wara l-2015 għandha tinkludi miżuri li jindirizzaw is-sitwazzjoni partikolari tal-persuni b’diżabilitajiet psikosoċjali, in-nisa u l-bniet, it-tfal u l-persuni mdaħħla fiż-żmien b’diżabilitajiet kif ukoll il-persuni li jeħtieġu appoġġ intensiv.
5.10 Il-KESE jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat li l-persuni b’diżabilitajiet ikunu jistgħu jibbenefikaw għalkollox mill-moviment ħieles. Il-KESE jirrakkomanda l-adozzjoni tal-Karta Ewropea tal-Mobbiltà bbażata fuq ir-rikonoxximent reċiproku tal-benefiċċji mhux finanzjarji tad-diżabilità fil-pajjiżi tal-UE bħala għodda għall-promozzjoni tal-moviment ħieles tal-persuni b’diżabilità billi tippermettilhom jivvjaġġjaw fl-UE l-istess bħaċ-ċittadini l-oħra tal-UE. Ibbażat fuq l-eżempju tal-Karta tal-Ipparkjar, l-għan tal-Karta tal-Mobbiltà għandu jkun li tiżgura l-aċċess għad-diversi benefiċċji offruti mill-ħafna istituzzjonijiet pubbliċi u privati, pereżempju, l-aċċess għat-trasport pubbliku, għall-mużewijiet, eċċ. Il-KESE jistenna proposti konkreti għat-tneħħija tal-ostakli għall-portabbiltà tal-benefiċċji tad-diżabilità u s-servizzi speċifiċi tal-appoġġ, pereżempju l-għajnuna pubblika u t-teknoloġija assistiva.
5.11 Il-KESE jipproponi li jinħoloq Osservatorju tad-Diżabilità biex tiġi analizzata s-sitwazzjoni tal-persuni b’diżabilità fl-UE, biex isir skambju tal-aħjar prattika u biex jiġu appoġġjati l-iżviluppi ta’ politika.
5.12 Il-KESE jappella biex fl-Istati Membri jiġi żviluppat u implimentat qafas ta’ kwalità Ewropew li jkun legalment vinkolanti għas-servizzi bbażati fil-komunità.
5.13 Il-KESE jħeġġeġ li l-edukazzjoni regolari tkun inklużiva. Huwa jissuġġerixxi t-tagħlim tal-lingwa tas-sinjali fl-iskejjel primarji, ir-reklutaġġ ta’ għalliema kwalifikati fl-użu tal-Braille u modi oħra adatti għall-appoġġ ta’ studenti b’diżabilità.
5.14 Il-KESE jappella għall-iżvilupp ta’ sistema komuni Ewropea ta’ valutazzjoni tad-diżabilità bbażata fuq approċċ tad-drittijiet tal-bniedem (19).
5.15 Il-KESE jissuġġerixxi l-promozzjoni ta’ rikonoxximent ugwali quddiem il-liġi għall-persuni b’diżabilità. Il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea u l-qrati nazzjonali jridu jkunu aċċessibbli u jieħdu l-miżuri kollha adatti biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni.
5.16 Il-KESE jfakkar li d-dritt tal-vot huwa dritt tal-bniedem inaljenabbli, rikonoxxut mill-Konvenzjoni tan-NU għall-persuni kollha b’diżabilità. Huwa jfakkar lil kull istituzzjoni kkonċernata li r-rekwiżiti tal-età u ċ-ċittadinanza waħedhom jistgħu jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ persuna biex tivvota u toħroġ għall-elezzjoni. Il-KESE, bil-qawwa u biċ-ċar jirrifjuta l-idea tar-restrizzjoni tad-dritt tal-vot jew li wieħed joħroġ għall-elezzjoni fuq il-bażi ta’ diżabilità, kemm jekk b’ordni tal-qorti jew b’mezzi oħra. Il-KESE jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex ineħħu l-liġijiet diskriminatorji tal-kurazija biex il-persuni kollha li għandhom diżabilità jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet politiċi tagħhom fuq l-istess livell bħaċ-ċittadini l-oħra. Huwa jinnota li akkomodazzjoni raġonevoli fir-rigward tal-proċeduri, faċilitajiet u materjali ta’ votazzjoni hija indispensabbli biex jiġi ggarantit id-dritt tal-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet nazzjonali u tal-Parlament Ewropew.
5.17 Il-KESE jappella biex tingħata prova ta’ kemm l-istrumenti ta’ politika eżistenti qed ikunu effettivi biex itejbu s-sitwazzjoni tal-persuni b’diżabilità. Huwa jissuġġerixxi li dan isir billi jiġu ffinanzjati proġetti, studji u riċerka tal-UE.
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) COM(2008) 426 finali.
(2) TFUE: Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Artikolu 19(1) “Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati u fil-limiti tal-poteri mogħtija minnu lill-Unjoni, il-Kunsill, li jaġixxi unanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u blapprovazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jieħu l-azzjoni xierqa sabiex jiġġieled id-diskriminazzjoni li tkun ibbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-disabbiltà, l-età jew it-tendenzi sesswali.”
(3) SEC(2010) 1324 finali.
(4) SEC(2010) 1323 finali.
(5) Art. 1 CRPD: http://www.un.org/disabilities/default.asp?id=261.
(6) http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/statistics/themes.
(7) ĠU C 354, 28.12.2010, p. 8–15.
(8) ĠU C 132, 3.5.2011, p. 8–14.
(9) Idem.
(10) COM (2010) 636 finali.
(11) ĠU C 234, 22.9.2005, p. 27-31; ĠU C 162, 25.6.2008, p. 92–95; ĠU C 354, 28.12.2010, p. 8–15; COM(2010) 636 finali.
(12) ĠU C 120, 16.5.2008, p. 73–81; punt 4.5.2.
(13) ĠU C 354, 28.12.2010, p. 8–15.
(14) Riżoluzzjoni tal-Kunsill (2008/C 75/01).
(15) EUROFOUND.
(16) M/473 – Mandat ta’ standardizzazzjoni għal CEN, CENELEC u ETSI biex jinkludu “Disinn għal Kulħadd” fl-inizjattivi ta’ standardizzazzjoni rilevanti.
(17) ĠU C 354, 28.12.2010, p. 8-15. L-Att tal-Persuni b’Diżabilità tal-Amerka huwa qafas leġislattiv li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni kontra l-persuni b’diżabilitajiet fl-impjieg, fit-trasportazzjoni, fid-djar tal-gvern, fil-komunikazzjonijiet u fl-attivitajiet tal-gvern. Dan l-Att jistabbilixxi wkoll il-ħtiġijiet għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni.
(18) Ara l-istandards li diġà qed jiġu implimentati taħt il-mandati 376 u 420 kif ukoll is-sit elettroniku:
http://cms.horus.be/files/99909/MediaArchive/M420%20Mandate%20Access%20Built%20Environment.pdf.
(19) Sistema komuni ta’ valutazzjoni tad-diżabilità bbażata fuq id-drittijiet stabbiliti fil-Konvenzjoni permezz tar-reviżjoni tal-Klassifika Internazzjonali għall-Iffunzjonar, id-Diżabilità u s-Saħħa.
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/87 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tar-reġimi matrimonjali”
COM(2011) 126 finali – 2011/0059 (CNS)
u il-“Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati”
COM(2011) 127 finali – 2011/0060 (CNS)
2011/C 376/16
Relatur: is-Sur PEZZINI
Nhar is-26 ta’ April 2011, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
|
il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tar-reġimi matrimonjali COM(2011) 126 finali – 2011/0059 (CNS) u |
|
il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati COM(2011) 127 finali – 2011/0060 (CNS). |
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar dan is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar il-31 ta’ Awwissu 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'156 voti favur, 3 voti kontra u 6 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-KESE huwa tal-istess fehma tal-Kummissjoni li hemm bżonn li jiġu eliminati n-nuqqas ta’ ċertezza legali u d-diskriminazzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta’ proprjetà tal-koppji internazzjonali. Huwa jqis adatt li jiġi adottat pakkett leġislattiv magħmul minn żewġ regoli separati dwar ir-reġimi matrimonjali tal-koppji miżżewġa u reġistrati.
1.2 Il-KESE jemmen li kwalunkwe leġislazzjoni fil-qasam għandha tkun ibbażata fuq iċ-ċertezza legali, il-previdibbiltà, is-semplifikazzjoni kif ukoll l-aċċess rapidu għall-ġustizzja, soluzzjonijiet ġusti, spejjeż affordabbli u perjodi ta’ żmien qosra, u tippermetti eċċezzjonijiet biss għal raġunijiet ta’ politika pubblika.
1.3 Il-KESE jqis importanti li kwalunkwe leġislazzjoni proposta tistabbilixxi salvagwardji ċari u trasparenti mhux biss fejn jidħlu r-reġimi patrimonjali tal-koppji miżżewġa u reġistrati iżda anki l-interessi tat-terzi partijiet. B'riżultat ta’ dan, l-għażla tal-leġislazzjoni applikabbli u l-kompetenzi ġuridiċi għandha ssir bilfors fil-mument li l-unjoni ssir kuntrattwali.
1.4 Il-KESE jistaqsi jekk hux possibbli f'dan ir-rigward li jiġi adottat reġim Ewropew addizzjonali u fakultattiv, ir-“reġim 28”, li jipprovdi salvagwardji ugwali għall-koppji internazzjonali fir-rigward tar-reġimi matrimonjali u l-effetti patrimonjali.
1.4.1 Dan jiffaċilita wkoll l-użu tal-arbitraġġ li jivvalida l-ftehimiet bonarji.
1.5 Il-KESE jisħaq mill-ġdid fuq l-importanza li tiġi żgurata l-eżegwibbiltà immedjata tad-deċiżjonijiet mingħajr ma jinħolqu iktar proċeduri, anki proċeduri semplifikati, sabiex jinqatgħu l-ispejjeż u d-dewmien għaċ-ċittadini, u l-burokrazija eċċessiva għas-sistemi ġudizzjarji.
1.6 Il-KESE jirrakkomanda li tiġi introdotta sistema ta’ informazzjoni u taħriġ għall-persunal rilevanti tal-qrati, għall-avukati fil-prattika u l-pubbliku billi jitwaqqfu portal interattiv u fuq l-internet bil-lingwi uffiċjali kollha u sistema għall-iskambju tal-għarfien professjonali u l-kompetenzi.
1.7 Il-KESE jsejjaħ għat-twaqqif ta’ netwerk Ewropew ta’ assistenza teknika u legali nazzjonali mingħajr ħlas, imwaqqaf taħt l-awtorità tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali sabiex jiżgura li l-koppji kollha jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod konxju u infurmat.
1.8 Il-KESE jenfasizza l-importanza li l-proċeduri differenti relatati mas-suċċessjoni, id-divorzju, is-separazzjoni legali u x-xoljiment tar-reġim matrimonjali jitressqu quddiem l-istess qorti.
1.9 Fl-aħħarnett il-KESE jirrakkomanda bis-sħiħ li tiġi żgurata konsistenza totali bejn il-leġislazzjoni fis-seħħ u l-leġislazzjoni li qed tiġi emendata jew preparata għal qafas omoġenju u semplifikat tar-reġimi matrimonjali li jista' jaċċessa kull ċittadin tal-UE.
2. Il-qafas legali attwali
2.1 Il-Kumitat jemmen li huwa importanti ħafna li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jiċċaqalqu bejn Stat Membru u ieħor b'mod ħieles sabiex ikunu jistgħu jgħixu, jibnu familji u jakkwistaw proprjetà fl-UE mingħajr ostaklu jew inċertezza.
2.2 It-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikonoxxu d-dritt tal-moviment liberu tal-persuni u tar-residenza, l-aċċess għall-ġustizzja u r-rispett lejn id-drittijiet fundamentali prinċipalment id-dritt għall-proprjetà, l-ugwaljanza quddiem il-liġi, il-prinċipju ta’ kontra d-diskriminazzjoni, id-dritt għall-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta’ familja skont il-liġijiet nazzjonali u d-dritt għal proċess imparzjali.
2.3 Iż-żieda fil-mobbiltà taċ-ċittadini fl-UE ġabet magħha iktar żwiġijiet u sħubijiet “internazzjonali” u bejn ċittadini ta’ Stati Membri differenti jew li jgħixu fi Stat Membru li mhumiex ċittadini tiegħu.
2.4 Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza tal-kapaċità li dawn id-drittijiet jiġu eżerċitati b'mod sħiħ f'żona mingħajr fruntieri interni fil-każ ta’ koppji miżżewġa jew reġistrati magħmula minn ċittadini ta’ Stati Membri differenti li jistgħu wkoll jgħixu fi Stat Membru li mhumiex ċittadini tiegħu. Is-sitwazzjoni ħafna drabi tista' tirriżulta fl-akkwist ta’ proprjetà mobbli jew immobbli f'iktar minn pajjiż wieħed fl-UE.
2.5 Attwalment fl-Ewropa jeżistu madwar 16-il miljun koppja internazzjonali. Fl-2007, 13 % (310 000) mill-2,4 miljun żwieġ ġdid kellhom dimensjoni internazzjonali. B'mod simili 41 000 mill-211 000 sħubijiet reġistrati fl-UE kienu koppji internazzjonali.
2.6 Iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess huwa permess f'ħames pajjiżi (il-Pajjiżi l-Baxxi sa mill-2001, il-Belġju sa mill-2003, Spanja sa mill-2005, l-Isvezja sa mill-2009 u l-Portugall sa mill-2010) filwaqt li s-“sħubija reġistrata” hija istituzzjoni legali iktar reċenti rikonoxxuta f'14-il Stat Membru (1). Dawn l-14-il pajjiż jippermettu sħubijiet reġistrati bejn persuni tal-istess sess iżda l-Belġju, Franza, il-Lussemburgu u l-Pajjiżi l-Baxxi biss jippermettu kemm sħubijiet reġistrati bejn persuni tal-istess sess kif ukoll bejn persuni tas-sess oppost.
2.7 Meta fl-2006, il-Kummissjoni kkonsultat lill-KESE dwar il-Green Paper dwar ir-regoli dwar il-kunflitti tal-liġijiet fil-qasam tar-reġim matrimonjali, il-KESE appoġġja bis-sħiħ (2) l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, li estenda l-ġuriżdizzjoni u r-regoli dwar il-liġi applikabbli fi kwistonijiet matrimonjali u ssuġġerixxa li l-emendi għandhom jissupplimentaw, fuq dawn il-punti, regolament dwar ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet legali dwar kwistjonijiet matrimonjali u l-kustodja tat-tfal. Il-KESE diġà fassal opinjoni dettaljata dwar il-kompetenza u l-liġi applikabbli fil-kwistjonijiet matrimonjali, meta ġiet ippubblikata l-Green Paper dwar id-Divorzju (3).
2.8 Il-Kumitat ikkunsidra wkoll ikunx rakkomandabbli li l-kwistjoni tad-distribuzzjoni tal-assi komuni (bini, għamara u drittijiet ta’ proprjetà oħra) tiġi indirizzata separatament billi l-iskop tar-rationae personaea ta’ din id-distribuzzjoni jiġi estiż għall-koppji mhux miżżewwġa (li jista' wkoll ikollhom it-tfal bejniethom).
2.9 Kien ikun iktar loġiku li l-konsegwenzi tax-xoljiment ta’ żwieġ u l-konsegwenzi tas-separazzjoni ta’ koppja mhux miżżewwġa u fi sħubija reġistrata jiġu indirizzati fl-istess qafas regolatorju.
2.10 Dan żgur kien iġib miegħu iktar ċarezza u fehim tal-liġi applikabbli u kien jiffaċilita wkoll ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet legali li ħafna drabi jirregolaw il-kundizzjonijiet kollha u l-konsegwenzi ta’ divorzju f'ġudizzju wieħed u finali.
2.11 Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi taż-żwieġ u tas-sħubija reġistrata, u minħabba l-konsegwenzi ġuridiċi differenti li jirriżultaw minn dawn il-forom ta’ unjoni, il-KESE jabel li hemm bżonn ta’ żewġ strumenti legali separati, wieħed relatat mal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tar-reġimi matrimonjali u l-ieħor relatat mal-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tal-effetti tas-sħubijiet reġistrati fuq il-proprjetà.
2.12 Il-KESE jikkunisdra jkunx adegwat ukoll li jiġi introdott strument uniku u integrat fil-forma ta’ reġim Ewropew addizzjonali u fakultattiv (ir-“reġim 28”) (4) li l-koppji miżżewwġa jew fi sħubija reġistrata jkunu jistgħu jagħżlu b'mod ħieles u mingħajr diskriminazzjoni. Il-ftehim bejn Franza u l-Ġermanja li jwaqqaf reġim matrimonjali komuni (5) jista' jservi ta’ bażi għal reflessjoni f'dan ir-rigward.
2.12.1 L-aspetti patrimonjali taż-żwiġijiet u s-sħubijiet reġistrati ħafna drabi jiġu trattati b'“mod mhux kontenzjuż”. F'każ bħal dan, fil-fehma tal-KESE, ikun opportun li r-reġim 28 jinkludi klawżoli li jirrikonoxxu l-validità tal-ftehimiet bonarji ta’ arbitraġġ (6) li għandhom vantaġġi sinifikanti għaċ-ċittadini tal-UE.
2.13 Il-KESE jemmen li dawn iż-żewġ strumenti għandhom jiżguraw:
— |
il-previdibbiltà u ċ-ċertezza legali tal-liġi applikabbli permezz ta’ regoli ċari u uniformi; |
— |
il-konsistenza tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-kwistjonijiet ċivili b'mod partikolari l-liġi tal-familja; |
— |
ir-rikonoxximent awtomatiku tad-deċiżjonijiet u l-eżekuzzjoni permezz ta’ proċedura uniformi semplifikata li tiżgura ċ-ċirkulazzjoni ta’ ġudizzji mingħajr exequatur b'rabta mar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet; |
— |
l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni u l-liġi applikabbi permezz ta’ awtorità ġudizzjarja unika għall-aspetti kollha tas-sitwazzjoni tal-koppja li għandha tintalab tagħmel l-għażla tagħha; |
— |
id-definizzjoni ta’ qafas legali konsistenti, strutturat u faċli jiġi aċċessat, li jgħaqqad u jarmonizza t-terminoloġija użata għat-temi u l-kunċetti kollha u r-rekwiżiti rigward regoli simili għat-temi kollha (eż, lis pendens [proċeduri paralleli], klawżola ta’ ġuriżdizzjoni eċċ.). |
3. Il-proposti tal-Kummissjoni
3.1 Fir-“Rapport tal-2010 dwar iċ-ċittadinanza tal-Unjoni: It-tneħħija tal-ostakoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni” (7), il-Kummissjoni identifikat l-inċertezza fir-rigward tad-drittijiet ta’ proprjetà tal-koppji internazzjonali bħala wieħed mill-ostakoli ewlenin li ċ-ċittadini tal-UE jsibu fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum huma u jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.
3.2 Il-proposti tal-Kummissjoni huma bbażati fuq Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
3.3 Il-Kummissjoni preżentat żewġ inizjattivi lill-Kunsill dwar il-liġi applikabbi għad-drittijiet tal-proprjetà tal-koppji internazzjonali. L-ewwel waħda tikkonċerna l-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tar-reġimi matrimonjali u t-tieni waħda tkopri l-istess kwistjonijiet relatati mal-effetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati.
3.4 Il-proposta tal-Kummissjoni tfittex li tirrikonċilja d-differenzi bejn is-sistemi legali differenti tal-UE sabiex tiffaċilita l-ħajja tal-koppji internazzjonali mingħajr ma tarmonizza jew tbiddel id-dritt sostantiv tal-Istati Membri dwar kwistonijiet matrimonjali jew sħubijiet reġistrati. L-għan huwa li:
— |
l-koppji internazzjonali miżżewġa jkunu jistgħu jagħżlu l-liġi li għandha tapplika għall-proprjetà komuni tagħhom wara l-mewt ta’ persuna mill-koppja, jew divorzju; |
— |
tiżdied iċ-ċertezza legali għas-sħubijiet reġistrati b'dimensjoni internazzjonali billi tiġi applikata – bħala regola ġenerali – il-liġi tal-Istat tar-reġistrazzjoni għall-proprjetà tal-koppji reġistrati; |
— |
tiżdied iċ-ċertezza legali għall-koppji internazzjonali (miżżewġin jew reġistrati) billi jiġi stabbilit sett ta’ regoli konsistenti sabiex tintgħażel il-ġuriżdizzjoni legali u l-liġi applikabbli abbażi ta’ kriterji oġġettivi skont l-ordni ta’ preċedenza; |
— |
tiżdied il-previdibbiltà għall-koppji internazzjoni billi jiġu semplifikati l-proċeduri ta’ rikonoxximent tad-deċiżjonijiet u strumenti fl-UE kollha billi ċ-ċittadini jkun jista' jkollhom bosta proċeduri trattati mill-istess qorti. |
3.5 Dawn il-proposti jipprevedu wkoll l-iżvilupp ta’ sit tal-internet dwar ir-reġistri eżistenti dwar kwistjonijiet ta’ reġimi matrimonjali u regoli nazzjonali fil-qafas tan-netwerk ġudizzajrju Ewropew dwar kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.
3.6 Il-proposti għandhom jiġu approvati unanimament mill-Kunsill tal-Ministri tal-UE wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.
4. Kummenti ġenerali
4.1 Il-KESE jemmen li l-għażla tar-regoli applikabbli għall-koppji miżżewġa għandha ssir malli jiżżewġu sabiex tiġi evitata l-għażla ta’ liġi li m'għandha l-ebda rabta legali maż-żwieġ. Minflok, fejn jidħlu żwiġijiet eżistenti, fl-assenza ta’ għażla, tista' titfassal lista ta’ kriterji oġġettivi sabiex tiġi determinata l-liġi applikabbli b'konformità mas-sistema adottata fir-Regolament reċenti Ruma III (8).
4.1.1 Il-KESE jemmen li l-introduzzjoni ta’ regoli li jagħtu lill-koppji miżżewġa għażla limitata tal-liġi applikabbli ser iżżid iċ-ċertezza legali filwaqt li lill-partijiet interessati tagħtihom ftit libertà fl-għażla tal-liġi li tapplika għall-proprjetà tagħhom u fl-istess ħin tħares l-interess tal-partijiet terzi.
4.1.2 Fil-każ ta’ sħubijiet reġistrati, il-liġi applikabbli hija l-liġi tal-Istat tar-reġistrazzjoni.
4.1.3 Il-KESE jenfasizza l-bżonn ta’ sistema ċara u adegwata ta’ informazzjoni dwar l-għażla tal-liġi applikabbli b'konformità mar-Regolament tal-UE Nru 1259/2010 u mal-proposta mfassla fil-COM(2011) 126 sabiex il-koppji jifhmu sew il-liġijiet tad-divorzju u r-regoli dwar ir-relazzjonijiet patrimonjali.
4.1.4 Il-KESE jqis li ċ-ċertezza legali għandha tkun prijorità. Għalhekk huwa jqajjem tħassib dwar jekk hux ser ikun possibbli li l-għażla tal-liġi li tagħmel il-koppja tiġi rispettata wkoll għall-proprjeta, jekk jagħżlu l-liġi ta’ pajjiż li ma jkunx il-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà tagħhom.
4.1.4.1 Il-KESE jemmen li sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali u fl-istess waqt id-dritt tal-koppja li jissalvagwardjaw il-valur tal-proprjetà mobbli u immobbli tagħhom, ikun utli li ssir evalwazzjoni ġusta tal-patrimonju hekk kif iseħħ iż-żwieġ u matul is-separazzjoni jew id-divorzju.
4.1.4.2 Il-KESE jitlob li l-atti dwar il-beni patrimonjali jindikaw ir-reġim li japplika għall-koppja. Dan importanti li jsir b'mod partikolari jekk fost il-beni jkun hemm titoli u ishma, assigurazzjonijiet tal-ħajja, fondi tal-pensjonijiet u oħrajn.
4.1.5 Il-KESE jikkunsidra x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi għall-partijiet terzi meta l-għażla tal-liġi applikabbli għar-reġimi patrimonjali ma tikkorrispondix ma’ dik tal-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà u anki meta din tkun barra mill-UE.
4.2 Il-KESE jqis li huwa importanti li jiġu eliminati l-problemi assoċjati mar-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet u l-istrumenti billi jsir progress fejn jidħlu tnaqqis ta’ spejjeż u żmien biex jiġu rikonoxxuti d-deċiżjonijiet u li tiġi evitata l-possibbiltà ta’ applikazzjonijiet fi qrati fi Stati Membri differenti.
4.3 Ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni fir-rigward tax-xoljiment tar-reġimi patrimonjali jestendu l-ġuriżdizzjoni tal-qorti li titratta d-divorzju u suċċessjoni għal kwistjonijiet relatati max-xoljiment tar-reġim patrimonjali. Dan joffri iktar ċertezza legali għax il-ġuriżdizzjoni li titratta d-divorzji jew is-suċċessjoni tittratta wkoll il-likwidazzjoni tar-reġim patrimonjali.
4.3.1 Il-KESE jinsab imħasseb dwar iż-żmien li ser ikollhom bżonn l-Istati Membri sabiex jadattaw il-liġi domestika tagħhom u d-data li fiha ser jidħlu fis-seħħ ir-regoli dwar ir-reġimi patrimonjali.
4.4 Il-KESE jqis li huwa essenzjali li jiġi garantit il-moviment ħieles tad-deċiżjonijiet u l-istrumenti permezz tar-rikonoxximent awtomatiku tagħhom fl-UE kollha u li jiġu infurzati permezz ta’ proċeduri semplifikati uniformi billi dan jiżgura l-konsistenza li hemm bżonn fil-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-kwistjonijiet ċivili.
4.5 Il-KESE jemmen li l-għan ġenerali għandu jkun li jitwaqqaf qafas legali konsistenti, strutturat u faċli jiġi aċċessat. Huwa jqis li sabiex dan ikun jista' jseħħ, hemm bżonn li t-terminoloġija tiġi armonizzata u użata għat-temi u l-kunċetti kollha u r-rekwiżiti rigward regoli simili għat-temi kollha (eż, lis pendens [proċeduri paralleli], klawżola ta’ ġuriżdizzjoni, ir-residenza abitwali eċċ.)
4.6 Il-KESE jqis li huwa importanti wkoll li jiġi permess ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet kif ukoll taċ-ċirkulazzjoni ħielsa tad-deċiżjonijiet mingħajr exequatur fis-suq intern, b'konformità mal-emendi proposti (9) għar-regoli dwar il-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 mingħajr eċċezzjonijiet ħlief għal raġunijiet ta politika pubblika u b'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.
4.7 Il-KESE jaqbel li l-proċeduri differenti, jiġifieri d-divorzju, is-separazzjoni legali u x-xoljiment tar-reġim matrimonjali għandhom jitressqu quddiem l-istess qorti. Il-qrati kompetenti huma dawk identifikati fir-Regolament Brussell IIa.
4.7.1 Il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu evitati l-proċeduri paralleli u l-applikazzjoni ta’ drittijiet sostantivi differenti għall-proprjetà ta’ koppji miżżewġa jew reġistrati.
4.8 Il-KESE jenfasizza kemm hu importanti li l-azzjoni tal-UE tipprovdi taħriġ lill-qrati kompetenti u lill-avukati fil-prattika li jkollhom japplikaw il-qafas regolatorju ġdid għar-reġimi patrimonjali tal-koppji miżżewġa u reġistrati.
4.9 Il-koppji miżżewġa u reġistrati għandhom jingħataw l-informazzjoni adegwata dwar il-konsegwenzi tal-għażla tal-liġi li tapplika għall-proprjetà tagħhom f'każijiet fejn tiġi trasferita, speċjalment jekk il-liġi magħżula hija differenti minn dik tal-pajjiż fejn tinsab il-proprjetà.
4.10 B'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-24 u l-25 ta’ Frar 2011, “ir-rispett għad-drittijiet fundamentali għandu jitqies ukoll meta jiġu abbozzati atti legali li mhumiex soġġetti għal proċedura leġiżlattiva” (10). Il-Kumitat iqis li l-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tista' u għandha taqdi rwol attiv fejn tidħol l-assistenza teknika u ġuridika li tingħata lill-koppji sabiex tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod effikaċi.
5. Kummenti partikolari
5.1 Regoli proposti dwar ir-reġimi matrimonjali
5.1.1 Il-KESE jaqbel li l-kunċett ta’ reġim matrimonjali għandu jiġbor fih kunsiderazzjonijiet tal-ġestjoni ta’ kuljum tal-proprjetà u x-xoljiment tal-proprjetà u li m'għandux jolqot in-natura tad-drittijiet in rem fuq il-beni, il-kwalifika tal-proprjetà u tad-drittijiet u d-determinazzjoni tal-prerogattivi tad-detentur ta’ dawn id-drittijiet, bl-eċċezzjonijiet biss għal raġunijiet ta’ politika pubblika prevista fil-leġislazzjoni tal-Istati Membri.
5.1.2 Il-KESE huwa serjament imħasseb dwar il-bżonn li tiġi żgurata konsistenza fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni bejn ir-regoli applikabbli taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 1259/2010 (divorzju u separazzjoni legali) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) 2201/2003 (kwistjonijiet matrimonjali) u r-regoli stabbiliti fil-proposta għal regolament dwar ir-reġimi matrimonjali (ara Kapitolu II, Artikli 4 u 5 u Kapitolu III, Artikoli 15-18).
5.1.2.1 Il-KESE jemmen li differenza bejn ir-regoli f'diversi każijiet, meta tkun għad-diskrezzjoni tal-partijiet, tista' tirriżulta f'kumplessitajiet mhux xierqa u twassal għal kunflitti ta’ ġuriżdizzjoni u l-konsegwenzi tagħhom, b'żieda sinifikanti fl-ispejjeż u d-dewmien. Il-Kumitat jemmen li huwa adegwat li l-kompetenza ġudizzjarja tiġi determinata hekk kif iseħħ iż-żwieġ.
5.1.3 Il-prinċipju tar-rikonoxximent mutwu b'rispett lejn iċ-ċirkolazzjoni libera ta’ deċiżjonijiet, ta’ atti awtentiċi u ta’ tranżazzjonijiet ġudizzjarji fir-rigward tar-reġimi matrimonjali għandha teskludi l-possibbiltà ta’ iktar proċeduri bħal dawk proposti. Kwalunkwe tip ta’ proċeduri exequator (ara r-Regolamenti Brussell I u Brussell II) ser iżidu l-ispejjeż u d-dewmien.
5.1.4 Il-KESE jemmen li f'Artikolu 4 taż-żewġ regolamenti għandu jiġi eskluż il-bżonn ta’ ftehim min-naħa tal-partijiet sabiex il-kompetenza tal-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tkun qed tittratta x-xoljiment jew l-annullament tkun tista' tiġi estiża għall-effetti patrimonjali ta’ dawn l-atti.
5.2 Regoli proposti dwar ir-reġimi patrimonjali ta’ msieħba reġistrati
5.2.1 Il-KESE jemmen li huwa indispensabbli li jitqiesu l-karatteristiċi differenti li jiddistingwu s-sħubijiet reġistrati sabiex jiġu determinati l-konsegwenzi legali għall-imsieħba reġistrati b'kunsiderazzjoni speċifika tal-aspetti relatati mal-beni għall-imsieħba u l-partijiet terzi.
5.2.2 Il-KESE huwa mħasseb fir-rigward tal-fatt li l-proposti stabbiliti fil-COM(2011) 127 (sħubijiet reġistrati) jistgħu ma jkunux kompatibbli mal-liġijiet tal-pajjiż fejn jinsabu l-beni.
5.2.3 Fid-dawl tad-differenzi bejn is-sistemi fil-pajjiżi li jippermettu s-sħubijiet reġistrati, bil-għan li jiżdiedu l-garananziji tad-drittijiet tal-persuni fi sħubija reġistrata u dawk tal-partijiet terżi, ikun adegwat li jiġu armonizzati s-sistemi ta’ informazzjoni, il-proċeduri ta’ pubblikazzjoni u l-eżegwibbiltà ta’ drittijiet relatati mal-proprjetà tal-koppji nfushom b'mod speċjali jekk il-proprjetà tinsab f'pajjiżi li ma jirrikonoxxux sħubijiet bħal dawn.
5.3 Aċċess għal informazzjoni dwar reġimi patrimonjali fl-Istati Membri
5.3.1 Il-KESE jenfasizza kemm hu importanti li jiġi żgurat aċċess adegwat għall-informazzjoni primarjament għall-koppji miżżewġa u l-koppji reġistrati iżda anki għall-qrati b'ġuriżdizzjoni u l-avukati fil-prattika billi jiġu provduti linji gwida prattiċi fil-lingwi tal-UE u billi jiġi żviluppat portal tal-internet fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.
5.3.2 Il-KESE jqis li huwa assolutament neċessarju li jiġi żviluppat programm ta’ taħriġ għall-uffiċjali tal-qorti, l-avukati fil-prattika u l-utenti tal-liġi u skambji tal-esperjenza sabiex jiġi żgurat li l-professjonjalità u l-għarfien fir-rigward tas-sistemi legali nazzjonali rilevanti, ikunu mifruxa sew.
5.3.3 Il-KESE jsejjaħ għat-twaqqif ta’ netwerk Ewropew ta’ punti nazzjonali ta’ assistenza teknika u legali li taqa' taħt l-awtorità tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali sabiex tiżgura li l-koppji kollha miżżewġa jew fi sħubija reġistrata jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom mingħajr ħlas u b'mod infurmat fir-rigward tad-drittijiet tagħhom fejn jidħlu reġimi matrimonjali.
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) L-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovenja, l-Isvezja u r-Renju Unit.
(2) ĠU C 325, 4.5.2010, p. 71.
(4) ĠU C 21, 21.01.2011, p. 26.
(5) Ara Franza – il-Kunsill tal-Ministri tat-23 ta’ Marzu 2011.
(6) Proposta tal-Ministeru Taljan tal-Ġustizzja kif ukoll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza West Tankers, Każ C-185/07, punt 26, dwar il-validità tal-klawżoli ta’ arbitraġġ.
(7) Adottat fis-27 ta’ Ottubru 2010.
(8) Ara r-Regolament tal-UE Nru 1259/2010, 20.12.2010, ĠU L 343/10, 29.12.2010 p. 10.
(9) Ara COM(2010) 748 finali.
(10) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-iżgurar ta’ implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, 24-25 ta’ Frar 2011.
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/92 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar il-gvern elettroniku 2011-2015 – L-użu tal-ICT għall-promozzjoni ta’ gvern intelliġenti, sostenibbli u innovattiv”
COM(2010) 743 finali
u l-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn l-interoperabbiltà għas-servizzi pubbliċi Ewropej”
COM(2010) 744 finali
2011/C 376/17
Relatur: is-Sur HENCKS
Nhar il-15 u s-16 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
|
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar il-gvern elettroniku 2011-2015 – L-użu tal-ICT għall-promozzjoni ta’ gvern intelliġenti, sostenibbli u innovattiv COM(2010) 743 finali, u |
|
l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn l-interoperabbiltà għas-servizzi pubbliċi Ewropej COM(2010) 744 finali. |
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Transport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-7 ta’ Settembru 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tal-21 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'161 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 8 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-pjan ta’ azzjoni ikkonċernat irriżulta minn talba li saret matul il-Konferenza Ministerjali ta’ Malmö fl-2009 dwar il-gvern elettroniku fejn il-ministri tal-UE impenjaw ruħhom li jippromovu servizzi pubbliċi transkonfinali onlajn li jkunu iktar aċċessibbli, interattivi u personalizzati. Ittieħdu impenji oħra wkoll fil-qafas tal-Aġenda Diġitali u l-Istrateġija Ewropa 2020.
1.2 Peress li l-uniku kompetenza tal-Kummissjoni fil-qasam hi dik li tipproponi l-kundizzjonijiet u l-azzjonijiet għall-iżvilupp armonjuż tat-transazzjonijiet transkonfinali tal-gvern elettroniku fl-Ewropa, il-KESE jixtieq jenfasizza l-fatt li fl-aħħar mill-aħħar ser tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiżguraw ir-rispett lejn l-impenji li ttieħdu f'Malmö.
1.3 Biex tiġi evitata l-konfużjoni ma’ xi tip ta’ servizz ieħor, il-KESE jipproponi li f'dan il-każ jintuża t-terminu “servizzi pubbliċi transkonfinali tal-gvern elettroniku” Ewropej minflok “servizzi pubbliċi Ewropej”.
1.4 Il-KESE jappoġġja l-pjan ta’ azzjoni ppreżentat mill-Kummissjoni għal gvern elettroniku sostenibbli u innovattiv, li jwitti t-triq għal servizzi iktar personalizzati u interattivi u li jqis iktar il-ħtiġijiet u l-istennijiet tal-utenti li huma mħeġġa jkollhom rwol ikbar f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni tas-servizzi pubbliċi onlajn.
1.5 Il-promozzjoni tal-gvern elettroniku għandha ssir flimkien ma’ riforma fil-gvern u fir-relazzjonijiet tiegħu mal-utenti, b'mod partikolari permezz ta’ għajnuna lill-utenti biex ikunu jistgħu jwettqu l-proċeduri relatati mal-gvern elettroniku.
1.6 L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha għall-inklużjoni tal-pubbliku kollu, inklużi l-persuni żvantaġġati, fis-soċjetà diġitali, b'konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020 u Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.
1.7 F'dak li jirrigwarda l-interoperabbiltà, il-firma u l-identifikazzjoni elettroniċi, ħafna drabi l-ostakli jinħolqu minħabba n-nuqqas ta’ bażi legali transkonfinali, minħabba differenzi fil-liġijiet nazzjonali u minħabba li jiġu adottati soluzzjonijiet mill-Istati Membri li ma jkunux kompatibbli ma’ xulxin. Hemm bżonn ta’ governanza multilaterali effettiva tas-sistemi li tkun ibbażata fuq in-nies u li jkollha r-riżorsi adegwati.
1.8 Il-KESE jappoġġja, fil-kuntest Ewropew tal-interoperabbiltà, l-iżvilupp ta’ viżjoni li tinkludi interfaċċi komuni u jesprimi ruħu favur pjattaforma għall-iskambju ta’ informazzjoni, esperjenzi, kodiċijiet ibbażati fuq softwer ta’ sors liberu u miftuħ li jippermetti korrezzjonijiet u modifikazzjonijiet u fuq kollox format tad-data miftuħ għall-interoperabbiltà. L-esperjenza li kisbu ċerti amministrazzjonijiet (pereżempju d-dwani) għandha tintuża sabiex tinħoloq l-interoperabbiltà teknika, semantika u organizzazzjonali tas-sistemi qabel ma’ dawn jingħaqqdu flimkien, għax dan jiggarantixxi l-implimentazzjoni tal-ftehimiet u l-istabbiltà funzjonali permezz tat-twaqqif ta’ regoli komuni u bażijiet legali sodi.
1.9 Illum il-ġurnata l-interoperabbiltà hija meqjusa bħala essenzjali iżda għas-servizzi fejn hija utli biss. Ir-realizzazzjoni tal-interoperabbiltà hija kumplessa ħafna u titlob l-integrazzjoni ta’ bosta azzjonijiet u miżuri tekniċi biex tiġi garantita s-sigurtà tat-transazzjonijiet għaċ-ċittadini. Apparti minn hekk hija wkoll kunċett li qed jevolvi.
1.10 Qabel ma jipproċedu bl-iskambju tad-data, jeħtieġ li l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri jitħeġġu jwettqu eżami analitiku sabiex tkun biss id-data utli għat-transizzjoni li titpoġġa onlajn u dan jiżgura rispett lejn it-testi eżistenti.
1.11 Id-data personali taċ-ċittadini, tal-intrapriżi u tal-organizzazzjonijiet bi sħubija kif ukoll “id-dritt li din id-data tintesa” jeħtieġ li jiġu rispettati. Is-sigurtà tad-data għandha tiġi żgurata fil-livell Ewropew u min-naħa tat-transazzjonijiet fil-livell tas-servers, tas-softwer, il-ħżin, it-transazzjonijiet eċċ. L-ipoteżi tal-użu mill-ġdid tad-data minn parijiet terzi għandha tkun sottomessa għall-istess regoli u eżiġenzi.
2. Il-promozzjoni tal-gvern elettroniku
2.1 Mill-1993 'l hawn, l-Unjoni impenjat ruħha li tikkoordina l-azzjoni tal-Istati Membri bil-għan li tiffaċilita l-konverġenza diġitali u tindirizza l-isfidi relatati mas-soċjetà tal-informazzjoni (programmi IDA IDAI, IDAII, IDABC, ISA) (1), u b'hekk jinħoloq spazju uniku Ewropew li joffri komunikazzjoni ta’ veloċità għolja li tkun affordabbli u sigura, kif ukoll kontenut ta’ kwalità, diversifikat u li jkun adattat għall-ħtiġijiet tal-utenti.
2.2 Għalhekk, l-Unjoni adottat il-linji politiċi rilevanti f'diversi komunikazzjonijiet u pjani ta’ azzjoni li wħud minnhom għandhom l-għan li jaċċelleraw l-istabbiliment tal-gvern elettroniku filwaqt li jibbażaw ruħhom fuq ħames prijoritajiet:
— |
aċċess għal kulħadd; |
— |
iktar effiċjenza; |
— |
servizzi onlajn li jkollhom impatt kbir; |
— |
l-istabbiliment ta’ għodda ta’ attivazzjoni; |
— |
iktar parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess demokratiku tat-teħid tad-deċiżjonijiet. |
2.3 Il-pjan ta’ azzjoni ġdid jagħmel parti integrali mill-aġenda diġitali. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha għall-inklużjoni tal-pubbliku kollu, inklużi l-persuni żvantaġġati, fis-soċjetà diġitali b'konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.
3. L-inizjattivi l-ġodda tal-Kummissjoni
3.1 Fil-ħames Konferenza Ministerjali dwar il-gvern elettroniku ta’ Malmö fl-2009, il-ministri tal-UE impenjaw ruħhom li jistimulaw il-kompetittività tal-Ewropa permezz ta’ ffrankar ta’ ħin u flus li jista' jwassal għal servizzi pubbliċi onlajn iktar aċċessibbli, interattivi u personalizzati.
3.2 Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi pjan ta’ azzjoni ġdid għall-gvern elettroniku li għandu l-għan li jirrispondi b'mod konkret għat-talba li saret fil-Konferenza ta’ Malmö u li jagħti kontribut biex jintlaħqu żewġ objettivi prinċipali tal-Istrateġija Diġitali tal-Ewropa u li skontha l-Istati Membri għandhom jallinjaw l-oqfsa nazzjonali għall-interoperabbiltà tagħhom mal-oqfsa Ewropej applikabbli sal-2013, u bl-istess mod l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom iħeġġu s-servizzi tal-gvern elettroniku sabiex minn issa sal-2015,50 % taċ-ċittadini u 80 % tal-intrapriżi jkunu qed jużaw is-servizzi tal-gvern elettroniku.
3.3 L-40 miżura tal-Pjan ta’ Azzjoni 2011-2015 jikkonċernaw erba' oqsma:
A. |
|
B. |
|
C. |
|
D. |
|
3.4 Konkretament, dan il-Pjan ta’ Azzjoni jinkludi dawn il-miżuri li ġejjin:
— |
isir sforz biex ċerta informazzjoni pprovduta lill-gvern tkun tista' tiġi rreġistrata darba biss u b'mod sigur (u ma jkunx hemm bżonn li l-istess informazzjoni tingħata ripetutament lil entitajiet governattivi differenti); |
— |
jitwessa' l-użu ta’ sistemi ta’ identifikazzjoni elettronika (“eID”) għall-UE kollha biex jiġu ffaċilitati ċerti formalitajiet ta’ natura transkonfinali, bħall-ftuħ ta’ negozju barra mill-pajjiż, iċ-ċaqliq f'pajjiż ieħor għal skopijiet ta’ residenza jew ta’ xogħol, it-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni f'pajjiż ieħor jew l-iskrizzjoni fi skola jew università barra mill-pajjiż; |
— |
il-possibbiltà li ċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jsegwu f'ħin reali l-ipproċessar tal-fajl tagħhom mill-gvern, filwaqt li jissaħħu t-trasparenza u l-ftuħ; |
— |
personalizzazzjoni tas-servizzi bil-għan li jkunu jistgħu jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-utenti, pereżempju billi tiġi żgurata t-trażmissjoni sigura u rapida tal-informazzjoni b'mod elettroniku; |
— |
il-possibilità li d-data tkun tista' terġa' tintuża minn partijiet terzi, biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ servizzi pubbliċi ġodda. |
4. Kummenti ġenerali
Il-KESE japprova l-ħtieġa assoluta li jiġu promossi gvern elettroniku sostenibbli u innovattiv kif ukoll interoperabbiltà transkonfinali mingħajr ostakli.
4.1 F'dan il-kuntest huwa jfakkar li l-kompitu ewlieni tal-Kummissjoni huwa li toħloq kundizzjonijiet iktar adegwati għall-iżvilupp tat-tranżazzjonijiet relatati mas-servizzi tal-gvern elettroniku u b'mod partikolari prekundizzjonijiet bħalma huma l-interoperabbiltà, il-firma u l-identifikazzjoni elettroniċi, u li tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri, peress li l-gvernijiet tal-Istati Membri li ħadu impenn politiku permezz tad-Dikjarazzjoni ta’ Malmö jaqdu rwol ċentrali fl-implimentazzjoni tal-miżuri adottati.
4.2 Il-KESE l-ewwel nett jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-kunċett ta’ “servizzi pubbliċi Ewropej” użat mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tagħha dwar l-interoperabbiltà mhuwiex adegwat u jagħti lok għal diżgwid. Fl-opinjoni tiegħu “Is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali: kif għandhom jinqasmu l-kompetenzi bejn l-UE u l-Istati Membri?” (2), il-KESE irrefera għas-servizzi pubbliċi li ma jistgħux jingħataw fil-livelli nazzjonali jew lokali u li jistgħu jitqiesu bħala servizzi Komunitarji ta’ interess ġenerali. Is-servizzi transkonfinali tal-gvern elettroniku, anki jekk għandhom dimensjoni Ewropea peress li huma servizzi transkonfinali, huma xorta għandhom natura totalment differenti mis-servizzi li jistgħu jiġu kwalifikati bħala servizzi pubbliċi Ewropej.
4.3 Il-KESE jappoġġja l-istrateġija l-ġdida li tikkonsisti f'bidla minn approċċ iktar ġenerali, ta’ natura pjuttost universali, għal approċċ iktar personalizzat li jwitti t-triq għal servizzi pubbliċi iktar interattivi u li jqis iktar il-ħtiġijiet u l-istennijiet tal-utenti. Dan l-approċċ huwa bbażat fuq ġenerazzjoni ġdida ta’ servizzi elettroniċi pubbliċi miftuħa, flessibbli u kontinwi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew.
4.4 Il-KESE jifraħ lill-Kummissjoni għall-impenn tagħha biex tippermetti li eventwalment l-utenti (ċittadini, negozji, NGOs kif ukoll strutturi formali ta’ djalogu rikonoxxuti mill-Kummissjoni) ikollhom rwol iktar attiv f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni ta’ servizzi pubbliċi onlajn li jkunu adattati għall-ħtiġijiet tagħhom.
4.5 Il-KESE għalhekk jappoġġja l-pjan ta’ azzjoni l-ġdid ippreżentat mill-Kummissjoni li joffri lill-partijiet kollha interessati l-possibilità li jieħdu vantaġġ minn dawn is-servizzi pubbliċi iktar rapidi u ta’ kwalità aħjar u ser jgħin lill-amministrazzjonijiet pubbliċi biex jirrevedu l-approċċ tagħhom lejn is-servizz pprovdut u l-proċeduri interni tagħhom bil-għan li huma jkunu jistgħu jirrispondu aħjar għall-eżiġenzi l-ġodda ta’ rapidità, disponibbiltà u sempliċità.
4.6 Madankollu, għad hemm l-impressjoni li ħafna drabi l-utenti mhumiex verament fiċ-ċentru tal-preokkupazzjonijiet tal-gvern, iżda li għall-kuntrarju l-gvern elettroniku huwa organizzat skont l-istruttura interna tal-gvern, u mhux abbażi tal-ħtiġijiet tal-persuni li jagħmlu użu mis-servizz, u dan jissarraf fi problemi ta’ aċċessibilità għall-utenti, nuqqas ta’ viżibilità u nuqqas ta’ omoġeneità fit-tfassil.
4.7 Il-KESE jiddispjaċih li l-kwistjonijiet tal-ħarsien tad-data u l-ipproċessar tad-data ma ġewx indirizzati mill-Kummissjoni. Ir-regolament rilevanti tal-2001 għandu jiġi implimentat bis-sħiħ u m'għandux ikun hemm skambju tal-ebda data privata taċ-ċittadini mingħajr il-garanzija assoluta tal-kunfidenzjalità, tad-dritt li din id-data tintesa u li jiġu imposti l-eżiġenzi bil-garanzija sabiex tiġi żgurata l-konformità. Il-KESE jesprimi r-riservi tiegħu dwar l-użu mill-ġdid tad-data minn terzi partijiet.
4.8 L-importanza tal-kwistjonijiet tekniċi u tal-IT m'għandhiex tiġi minimalizzata għax dawn il-kwistjonijiet jagħmlu parti minn kemm tirnexxi l-interoperabbiltà u s-sigurtà tad-data: l-interoperabbiltà tal-organizzazzjonijiet fil-livell tekniku, semantiku u organizattiv. Il-gvern elettroniku għandu jwettaq ristrutturar tal-amministrazzjoni u r-relazzjonijiet tiegħu mal-utenti; dan jista' biss jagħti riżultati sodisfaċenti lill-partijiet kollha jekk dawn jarawh bħala għodda ta’ bidla, li tinkludi fiha taħriġ, monitoraġġ individwali u kollettiv u komunikazzjoni, u mhux bħala skop fih innifsu. Għalhekk dan m'għandux iwassal għas-sostituzzjoni tar-riżorsi umani b'għodda tal-informatika, iżda għandu jagħti iktar ċans lill-bnedmin biex jiddedikaw ruħhom għal kompiti ta’ iktar valur miżjud, inkluż għajnuna liċ-ċittadini sabiex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-gvern elettroniku u jitgħallmu jużawh (3), b'mod partikolari fid-dawl tal-osservazzjoni tal-Kummissjoni li l-użu tas-servizzi transkonfinali tal-gvern elettroniku huwa rari u li anki fejn jiġi propost, il-maġġoranza tal-Ewropej iżommu lura milli jużawhom.
4.9 It-tħeġġiġ tal-użu tas-servizzi tal-gvern elettroniku ma jistax jinfired mill-problemi ta’ konnessjoni, ħiliet elettroniċi u inklużjoni elettronika. (3)
4.10 Għalkemm huwa minnu li jeżisti għadd kbir ta’ servizzi tal-gvern elettroniku ta’ kwalità għolja u li dejjem titjieb maż-żmien, madankollu l-KESE jesprimi r-riservi tiegħu fir-rigward tal-valutazzjoni komparattiva tal-gvern elettroniku mressqa mill-Kummissjoni li hija bbażata fuq l-analiżi ta’ numru wisq limitat ta’ servizzi u għalhekk ma tistax tkun rappreżentattiva. Għalhekk, ir-rata ta’ disponibbiltà ta’ 100 % ta’ servizzi onlajn li ġiet irreġistrata fil-Portugall tibqa' 'l bogħod mir-realtà. Importanti li ninnutaw ukoll li mhux is-servizzi amministrattivi kollha jirrikjedu l-interoperabbiltà transkonfinali.
4.11 Huwa importanti li jiġi evitat madanakollu li l-qasma diġitali ssir qasma amministrattiva. Waħda mir-raġunijiet għalfejn iċ-ċittadini jżommu lura milli jużaw is-servizzi tal-gvern elettroniku hija ċertament in-nuqqas ta’ fiduċja fir-rigward tas-sigurtà u l-protezzjoni tad-data. Il-KESE jqis għalhekk li huwa indispensabbli li jiġi stabbilit monitoraġġ demokratiku reali tal-metodi u tal-użu tad-data u li jiġi involut il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Mingħajr dan, l-użu mill-ġdid tad-data minn terzi partijiet ma tkunx favorevoli hekk kif saħqet il-Kummissjoni, bil-għan li jinħolqu servizzi ġodda tal-gvern elettroniku. Il-KESE jqis li l-ħolqien ta’ kumitat konsultattiv dwar il-gvern elettroniku, li jiġbor fih ir-rappreżentanti tal-Unjoni, tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tal-imsieħba soċjali u l-utenti huwa indispensabbli.
4.12 Il-KESE jfakkar f'dan il-kuntest li huwa fundamentali li jkun hemm kodiċi (fis-sens ta’ għadd ta’ regoli vinkolanti) ta’ liġijiet għall-utenti tas-servizzi elettroniċi, liema kodiċi għandu jiġi nnegozjat mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.
4.13 F'dak li jirrigwarda l-akkwist pubbliku (li jirrappreżenta madwar 18 % tal-PDG tal-UE f'oġġetti, servizzi u xogħlijiet u li jikkostitwixxi wieħed mit-12-il punti ewlenin tal-Att dwar is-Suq Uniku), id-disponibbiltà tal-akkwist elettroniku pubbliku laħqet madwar 60 % fl-Unjoni, u b'hekk għadha lura milli tilħaq l-għan ta’ 100 % li ġie stabbilit għall-2010 fl-ewwel pjan ta’ azzjoni i2010.
4.14 Fl-opinjoni tiegħu (4) dwar il-Green Paper dwar l-espansjoni tal-użu tal-Akkwist-e fl-UE, il-KESE rrakkomanda li jiġi introdott mekkaniżmu tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni bil-għan li jeżamina l-progress li jkun sar, l-ostakli li jinqalgħu, il-miżuri korrettivi adottati matul l-introduzzjoni tal-proċedura tal-akkwist elettroniku tas-swieq pubbliċi fl-Istati Membri.
4.15 Fl-istess opinjoni, il-KESE żied jgħid li fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-akkwist elettroniku, l-Istati Membri għandhom jitħeġġu jfittxu soluzzjonijiet innovattivi sabiex isolvu l-problemi relatati mal-proċeduri kummerċjali u l-kwistjonijiet lingwistiċi filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea, billi tassumi rwol ta’ mexxej, għandha tkun ta’ eżempju billi tadotta l-akkwist elettroniku fl-istituzzjonijiet kollha tagħha.
4.16 Għalkemm l-interoperabbiltà, il-firma u l-identifikazzjoni elettroniċi huma mezz effikaċi biex jippromovu l-iżvilupp tas-servizzi transkonfinali tal-gvern elettroniku, ħafna drabi dawn jiġu ostakolati min-nuqqas ta’ bażi legali transkonfinali u intersettorjali li tkun tista' tiġi applikata għall-interoperabbiltà, kif ukoll minn differenzi fil-liġijiet nazzjonali u minn soluzzjonijiet magħżula mill-Istati Membri li jkunu inkompatibbli ma’ xulxin.
4.17 Biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ infrastrutturi, arkitetturi u linji gwida komuni li jistgħu jimmultiplikaw in-numru ta’ soluzzjonijiet li mhumiex interoperabbli, għandhom jiġu żviluppati viżjoni u standards komuni.
4.18 Il-KESE jappoġġja lill-Kummissjoni fl-attivitajiet tagħha tal-interoperabbiltà fl-oqsma tal-iskambju fiduċjuż ta’ informazzjoni, tal-arkitettura tal-interoperabbiltà u tal-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tal-ICT tal-istrumenti leġislattivi ġodda tal-UE, dan kollu fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea tal-Interoperabbiltà (EIS - European Interoperability Strategy).
4.19 Bl-istess mod, il-KESE japprova l-idea li l-Qafas Ewropew tal-Interoperabbiltà (EIF - European Interoperabilty Framework) jieħu ħsieb jispeċifika, flimkien mal-organizzazzjonijiet li jixtiequ jikkollaboraw biex jipprovdu b'mod konġunt is-servizzi pubbliċi onlajn, l-elementi komuni bħall-vokabolarju, il-kunċetti, il-prinċipji, il-linji gwida, l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet u l-prassi, billi jiġi promoss il-multilingwiżmu u billi dawn l-elementi jiġu aġġornati kuljum.
4.20 Fl-istabbiliment tas-servizzi onlajn transkonfinali, l-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jibbażaw il-ftheimiet tal-interoperabbiltà fuq speċifikazzjonijiet formalizzati eżistenti, jew, jekk dawn ma jeżistux, jikkooperaw ma’ komunitajiet li jaħdmu fl-istess oqsma. L-amministrazzjonijiet pubbliċi għandhom jużaw approċċ strutturat, trasparenti u oġġettiv għall-valutazzjoni u l-għażla ta’ speċifikazzjonijiet formalizzati.
4.21 Il-KESE jappoġġja lill-Kummissjoni fl-intenzjoni tagħha li fi ftit żmien ieħor tippubblika komunikazzjoni bħala gwida għar-rabta bejn l-istandardizzazzjoni tal-ICT u l-akkwist pubbliku, li tkun indirizzata lill-awtoritajiet pubbliċi, billi jidher li dan huwa metodu tajjeb għat-twessigħ tal-aċċess għall-kuntratti pubbliċi u l-iffaċilitar tal-formalitajiet amministrattivi li jirriżultaw miż-żewġ naħat.
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) ĠU C 249, 13.9.1993, p. 6; ĠU C 214, 10.7.1998, p. 33; ĠU C 80. 03.4.2002, p. 21; ĠU C 80, 30.3.2004, p. 83; ĠU C 218, 11.9.2009, p. 36.
(2) ĠU C 128,18.5.2010, p. 65.
(3) ĠU C 318, 29.10.2011, p. 9.
(4) ĠU C 318, 29.10.2011, p. 99.
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/97 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020”
COM(2011) 21 finali
2011/C 376/18
Relatur: is-Sur RIBBE
Nhar is-26 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020
COM(2011) 21 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Settembru 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tat-22 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’120 vot favur, 13-il vot kontra u 10 astensjonijiet.
1. Sommarju
1.1 Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva ewlenija “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza” iżda jikkunsidra li mhijiex konkreta biżżejjed. Meta wieħed iqis id-dimensjoni globali tal-kwistjonijiet ambjentali ewlenin, il-Kumitat jirreferi għall-proposti li ressaq għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fl-2012 u għall-ħidma li wettaq dwar il-Pjan Direzzjonali għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050 (1).
1.2 Huwa jistenna mill-Kummissjoni li fl-għoxrin inizjattiva individwali mħabbra jiġi deskritt bir-reqqa:
— |
x’inhu intiż b’effiċjenza fl-użu tar-riżorsi; |
— |
x’jista’ jinkiseb bit-titjib teknoloġiku; |
— |
f’liema setturi għandha ssir “ir-riforma strutturali”, x’xeħta għandha tieħu u b’liema għodda għandha tintlaħaq; |
— |
liema bidliet fl-imġiba huma kkunsidrati bħala meħtieġa fost il-produtturi u l-konsumaturi u kif dawn il-bidliet jistgħu jiġu aċċellerati. |
1.3 M’hemm l-ebda dubju li bl-Istrateġija UE 2020 għandu jitpoġġa pedament deċiżiv għal ekonomija sostenibbli u b’hekk effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. Madankollu, separazzjoni tal-kompiti bejn l-istrateġija għas-sostenibbiltà u l-Istrateġija UE 2020 għadha siewja.
1.4 Il-KESE ma jistax jifhem għaliex l-inizjattiva għal użu effiċjenti tar-riżorsi għandha tiġi inkluża fl-Istrateġija UE 2020. Huwa jaraha pjuttost bħala konkretizzazzjoni tal-istrateġija għas-sostenibbiltà adottata fl-2001 u riveduta fl-2006; diġà minħabba l-fatt li l-iskadenza f’termini ta’ objettivi tmur ferm lil hinn mill-2020. Il-KESE huwa favur tnedija mill-ġdid tal-istrateġija għas-sostenibbiltà, li fil-fehma tiegħu ġiet traskurata mill-Kummissjoni.
2. Kummenti preliminari
2.1 Ftit qabel ma l-Kummissjoni talbet lill-KESE jerġa’ jaħdem fuq din l-opinjoni dwar “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza”, il-Bureau tal-Kumitat kien iddeċieda li jfassal opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar is-sitwazzjoni tal-istrateġija għas-sostenibbiltà tal-UE.
2.2 Il-korpi tal-KESE ddeċidew li jiġbru ż-żewġ temi f’din l-opinjoni.
3. Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020
3.1 Il-Komunikazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020” hija waħda mis-seba’ inizjattivi ewlenin li l-Kummissjoni inkludiet fl-Istrateġija UE 2020.
3.2 F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni – mhux għall-ewwel darba – tippreżenta l-fatt li l-użu intensiv li qed isir bħalissa mir-riżorsi mhux biss jitfa’ pressjoni ekoloġika eċċessiva fuq id-dinja, iżda wkoll qed jhedded is-sigurtà tal-provvista, speċjalment billi l-pajjiżi emerġenti u dawk li qed jiżviluppaw jaspiraw għal benesseri komparabbli – benesseri bbażat fuq mudelli ta’ produzzjoni u ta’ konsum mhux sostenibbli.
3.3 Fil-qafas ta’ din l-inizjattiva ewlenija, matul is-sena 2011 hija ppjanata l-pubblikazzjoni ta’ mhux inqas minn għoxrin inizjattiva individwali, maħsuba biex jikkontribwixxu għall-bini ta’ Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza. Skont il-Kummissjoni, biex dan jirnexxi, “jeħtieġ li nwettqu titjib teknoloġiku, ngħaddu minn tranżizzjoni sinifikanti fis-sistemi tal-enerġija, industrijali, tal-biedja u tat-trasport, u bidliet fi mġibitna bħala produtturi u konsumaturi”.
3.4 Il-Kummissjoni tispjega li għandna “niżviluppaw prodotti u servizzi ġodda u li nsibu modi ġodda biex innaqqsu l-inputs” u li, biex dan isir, għandhom jittieħdu miżuri kkoordinati li jkollhom piż politiku.
3.5 Qabelxejn, però, għandha “ssir analiżi koerenti tar-raġunijiet għaliex xi riżorsi mhumiex użati effiċjentement”, sabiex imbagħad jitwettaq approċċ “kumpless u magħmul minn partijiet li jillokkjaw f’xulxin, […] b’taħlita ta’ linji politiċi li tagħmel l-aħjar użu mis-sinerġiji u li tindirizza l-kompromessi bejn oqsma u linji politiċi differenti”.
3.6 L-għan globali ta’ din l-inizjattiva ewlenija huwa li “nsawru ftehima dwar il-viżjoni għal medda twila ta’ żmien” li tkompli sal-2050 u li turi kif għandha tkun ekonomija li tipproduċi livell baxx ta’ emissjonijiet, kif tista’ ssir bidla fis-sistema tal-enerġija u t-trasport u kif jista’ jirnexxi li “t-tkabbir ekonomiku jiġi ddiżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi”.
4. Kummenti ġenerali dwar l-inizjattiva ewlenija “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza” u r-relazzjoni tagħha mal-istrateġija għas-sostenibbiltà
4.1 Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni, li huwa jqis bħala element importanti, jew saħansitra ċentrali, tal-istrateġija għal żvilupp sostenibbli, iżda li madankollu ma tistax tissostitwixxiha.
4.2 Jaqbel mal-Kummissjoni li fil-qafas tal-Istrateġija UE 2020 għandhom jingħataw bidu l-iżviluppi li se jiżvolġu sal-2050 u lil hinn. Madankollu, jistaqsi lilu nnifsu għaliex il-Kummissjoni tgħaqqad l-inizjattiva ewlenija “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza” mal-Istrateġija UE 2020 u ma tikkomunikahiex – ħaġa li tagħmel ħafna sens – bħala konkretizzazzjoni tal-istrateġija għas-sostenibbiltà. Il-fatt biss li l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni aktar ta’ spiss titkellem dwar l-2050 milli dwar l-2020 juri li qed tittratta ħidma fuq medda ta’ żmien twil.
4.3 L-istqarrija tal-Kummissjoni dwar il-fatt li hemm bżonn ta’ titjib teknoloġiku, ristrutturar fundamentali tas-sistemi tal-enerġija, l-industrija, il-biedja u t-traffiku, kif ukoll bidla fl-imġiba tal-produtturi u l-konsumaturi, taqbel mal-pożizzjoni tal-KESE, li huwa kien ressaq fl-opinjoni esploratorja tiegħu tat-28 ta’ April 2004 dwar “Valutazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Iżvilupp Sostenibbli”. Iżda l-KESE diġà rrefera kemm-il darba għall-fatt li sabiex il-politika għall-iżvilupp sostenibbli tkun ta’ suċċess jeħtieġ li jiġi speċifikat liema tibdil huwa meħtieġ u kif dan jista’ jiġi implimentat.
4.4 Huwa preċiżament dak li l-Komunikazzjoni ma tgħidx. Il-Komunikazzjoni tinqara tajjeb, iżda l-kontenut mhuwiex konkret ħafna. Għaldaqstant, il-KESE jqis li huwa assolutament neċessarju li l-għoxrin inizjattiva individwali li għandhom jiġu ppreżentati jiddeskrivu fid-dettall x’għandu jinbidel, b’liema mod, fejn eżatt huwa mistenni li wieħed iħabbat wiċċu ma’ reżistenzi u kif, b’liema miżuri konkreti, dawn ir-reżistenzi jistgħu jingħelbu.
4.5 Il-KESE jqis li l-istruttura użata mill-Kummissjoni:
— |
titjib teknoloġiku, |
— |
riformi strutturali fundamentali u |
— |
bidla fl-imġiba tal-produtturi u l-konsumaturi |
hija siewja ħafna. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tagħmilha ċara x’jista’ jsir permezz tat-titjib teknoloġiku, fejn jinsabu l-limiti ta’ dan u fl-aħħar għaliex hemm bżonn ta’ ristrutturar fundamentali f’ċerti oqsma tal-ħajja u tal-ekonomija.
4.6 Iżda qabel jeħtieġ effettivament li ssir l-analiżi kruċjali korrispondenti tar-raġuni għaliex illum il-ġurnata għad għandna ġestjoni tant ineffiċjenti tar-riżorsi. Din l-analiżi preċiżament hija nieqsa mill-Komunikazzjoni.
4.7 Il-KESE jaqbel b’mod limitat ferm mal-argument tal-Kummissjoni li l-ineffiċjenza fl-użu tar-riżorsi tirriżulta min-nuqqas ta’ informazzjoni dwar kemm tiswa lis-soċjetà fir-realtà. Wara kollox, il-prezz tat-tibdil fil-klima li qed jheddidna kif ukoll dak tat-telf tal-bijodiversità ġie deskritt b’mod impressjonanti fl-hekk imsejjaħ “rapport Stern” u fir-“rapport TEEB” rispettivament. Madankollu, għadha ma saritx bidla fundamentali.
4.8 Ir-raġunijiet tal-ineffiċjenza attwali huma pjuttost li:
a) |
għad m’hemmx kunsens soċjali dwar il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali (x’inhu effiċjenti/x’mhuwiex? Kemm hi tassew sostenibbli llum l-imġiba tagħna/ ta’ ċerti oqsma tal-ekonomija?); |
b) |
għand m’hemmx ċertezza dwar x’inhu l-iżvilupp sostenibbli, x’inhi eżattament “l-ekonomija ekoloġika” jew “ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi” fil-prattika. M’hemmx stqarrija jew definizzjoni ġenerali ta’ xi jfisser dan kollu għal oqsma ta’ politika individwali; |
c) |
skont l-interess ta’ dak li jkun, ivarjaw għalkollox l-ideat dwar x’għandu jinbidel konkretament kemm mil-lat kwantitattiv kif ukoll minn dak kwalitattiv, f’liema aspetti għandhom ikunu differenti l-żviluppi futuri minn dawk tal-lum u x’impatt se jkollhom fuq il-ħajja u l-ġestjoni ta’ kuljum. |
4.9 Il-Kummissjoni għandha raġun tikteb fil-Komunikazzjoni tagħha li ekonomija mhux sostenibbli llum qiegħda twassal għal ġid li jibbenefikaw minnu ħafna persuni (iżda li oħrajn huma esklużi minnu). L-effetti negattivi ta’ din l-ekonomoija mhux sostenibbli se jolqtu bis-sħiħ biss lill-ġenerazzjonijiet futuri, li jkollhom iġorru l-piż tagħha.
4.10 Kemm għall-politiċi, kemm għall-ekonomija kif ukoll għas-soċjetà ċivili, huwa diffiċli li jirrikonoxxu din is-sitwazzjoni u li jisiltu minnha l-konsegwenzi meħtieġa. Din is-sitwazzjoni tkompli tiggrava minħabba li kważi ħadd ma jista’ jġib quddiem għajnejh kif jista’ jiġi żgurat “benesseri ġdid” filwaqt li nużaw pereżempju għaxar darbiet inqas enerġija. Dawn l-inċertezzi qed iwasslu għal biżgħat u preokkupazzjonijiet li jridu jiġu ttrattati b’ħafna sensittività (2).
Titjib tekniku, ristrutturar fundamentali u bidla fl-imġiba
4.11 Meta mqabbla mal-miri l-ġodda stabbiliti fl-inizjattiva ewlenija “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza” (tnaqqis ta’ bejn 80 % u 95 % tal-emissjonijiet tas-CO2), il-miri kwantitattivi stabbiliti s’issa fl-UE, pereżempju t-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 b’20 % sal-2020, jidhru faċli biex jintlaħqu. Fil-fatt, fid-dawl tal-ineffiċjenza li għadha tikkaratterizza s-sistema tal-lum u meta wieħed jikkunsidra teknoloġiji ġodda li jipprovdu ottimizzazzjoni teknika, huwa relattivament faċli li wieħed jiffranka 20 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. Iżda saħansitra rigward l-mira attwali, li bla dubju ta’ xejn għadha insuffiċjenti, kien u għad hemm min “iwissi” li bil-miżuri u t-titjib tekniku tiġi kompromessa l-“kompetittività tal-ekonomija”. Ir-riżultat huwa li llum lanqas dak li fil-parti l-kbira tiegħu jista’ jsir bis-saħħa ta’ titjib tekniku u mingħajr ma niċċaħħdu mill-konsum mhu qed jiġi implimentat b’mod konsistenti. Huwa ċar li r-reżistenza kontra miżuri iktar żviluppati (riformi strutturali fundamentali) ser tkun saħansitra ikbar.
4.12 Il-KESE jħoss il-ħtieġa li b’mod ċar ħafna jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-titjib tekniku fil-qasam tal-effiċjenza huwa bla dubju ta’ importanza kbira sabiex jintlaħqu l-miri. Iżda lanqas l-aktar tekniki effiċjenti fl-użu tar-riżorsi ma jistgħu awtomatikament jitqiesu bħala sostenibbli. Biex nagħtu eżempju wieħed biss: l-industrija Ġermaniża tal-karozzi, li rnexxielha tipprevjeni l-valuri limiti stretti previsti mill-Kummissjoni (120 g CO2/km), hija kburija bl-iżviluppi tekniċi l-ġodda tagħha. L-Audi, pereżempju, tiftaħar li l-A 7 l-ġdida (kapaċità ta’ 2,7 l) bil-qawwa tagħha ta’ 180 HP tikkonsma madwar 6,8 l diżil “biss” għal kull mitt kilometru (jiġifieri emissjonijiet ta’ 180 g CO2/km). Jekk wieħed iqabbel dan mal-valuri tal-emissjonijiet li fil-passat kienu jikkaratterizzaw il-klassi rilevanti ta’ vetturi, dażgur li sar progress kbir fir-rigward tal-effiċjenza. L-Audi A 7 la hija sostenibbli u lanqas effiċjenti fl-użu tar-riżorsi! Mhix espressjoni ta’ “ekonomija ekoloġika”; anzi, hija prova tajba tal-fatt li r-riżorsi skarsi jistgħu jiġu eżawriti anki jekk nużaw tekniki taparsi effiċjenti u li għalhekk tinħtieġ politika ġdida għalkollox dwar il-mobbiltà tal-bniedem u tal-merkanzija.
4.13 Il-KESE jiddispjaċih li fl-inizjattiva ewlenija tagħha l-Kummissjoni tittratta biss fil-marġni u fi ftit sentenzi l-kwistjoni tant kruċjali li l-mudell ta’ benesseri adottat mis-soċjetà tal-Punent illum huwa bbażat wisq bil-qawwa fuq l-użu ta’ enerġiji rħas u implimentazzjoni u pproċessar sikwit ineffiċjenti tal-materjali.
4.14 L-inizjattiva ewlenija “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza”, jew aħjar strateġija reattiva għas-sostenibbiltà, għandha tittratta dan is-suġġett f’ħafna iktar dettall. Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni jissemmew f’ċerti punti “l-interessi attwali” li jxekklu approċċ effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, iżda dawn la huma deskritti b’mod ċar u lanqas mhu speċifikat kif il-politika għandha tindirizzahom.
4.15 Kemm hu diffiċli l-indirizzar ta’ tali prijoritajiet jidher bħalissa fil-Ġermanja, fejn qed titwettaq ħidma fuq modernizzazzjoni kbira tal-industrija tal-enerġija, mingħajr ma titpoġġa fid-dubju l-mira tat-tnaqqis tas-CO2.
Tibdil fundamentali
4.16 Il-biċċa xogħol kbira li rridu nwettqu hija d-deskrizzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-riformi strutturali fundamentali, ta’ ekonomija “ġdida” u konsegwentement ta’ kompetittività ġdida tal-ekonomija (anke fil-livell dinji). Iż-żminijiet li fihom kienu disponibbli enerġiji u materja prima bi prezz baxx qed joqorbu lejn tmiemhom minħabba l-isfruttament żejjed, u aħna għandna l-obbligu, anki għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet futuri, li nitgħallmu naqsmu dawn ir-riżorsi ambjentali skarsi. Għalhekk, il-politika jmissha tagħmilha ħafna aktar ċara li fil-fatt il-kompetittività ta’ ekonomija bbażata fuq enerġiji rħas u sfruttament żejjed tar-riżorsi naturali, u li jirnexxilha wkoll testernalizza l-ispejjeż ambjentali, fuq perjodu fit-tul xejn mhi vijabbli. Fil-livell soċjopolitiku, m’għandhiex tkun kwistjoni ta’ benefiċċji, iżda tar-riforma ta’ tali ekonomija.
4.17 L-inizjattiva ewlenija “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza” tista’ tagħti kontribut siewi iżda waħedha ma tistax tilħaq dan l-għan waħedha. Dan għax il-kwistjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi ma tindirizzax aspetti oħra tas-sostenibbiltà. Huwa għalhekk li ġiet żviluppata l-istrateġija għas-sostenibbiltà, li tiddeskrivi u tintroduċi r-riformi strutturali soċjali u ekonomiċi fl-Ewropa u r-rabta tagħhom mal-ġustizzja għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin u l-qsim ġust tar-riżorsi.
4.18 L-inizjattiva ewlenija “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza” lanqas mhi kapaċi tiddefinixxi t-terminu “effiċjenza fl-użu tar-riżorsi”. Dan huwa nuqqas addizzjonali li jinnota l-KESE. Tkun ħaġa tajba jekk għall-prodotti, l-imġiba u l-oqsma differenti jiġi speċifikat l-approċċ tekniku li juża r-riżorsi bl-iktar mod effiċjenti fil-qafas tal-prinċipju tat-top runner. Bil-kategorizzazzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija pereżempju tal-friġġijiet, il-Kummissjoni diġà ħadet l-ewwel pass f’din id-direzzjoni.
4.19 M’hemmx dubju li l-implimentazzjoni ta’ strutturi effiċjenti fl-użu tar-riżorsi tirrikjedi l-użu ta’ strumenti differenti. Wieħed minnhom huwa l-ipprezzar tal-prodotti, li skont il-Kummissjoni ser jaqdi rwol importanti. L-istqarrija tagħha, li wieħed għandu jagħmel enfasi ikbar biex jinstabu “l-prezzijiet tajbin u li jsiru trasparenti għall-konsumaturi … sabiex il-prezzijiet ikunu jirriflettu l-kostijiet kollha tal-użu tar-riżorsi”, hija tajba. Iżda din l-istqarrija mhijiex kisba ġdida tal-2011. U lanqs mhu ġdid li l-KESE dejjem talab l-“internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni” korrispondenti. Iżda mhux qed tittieħed biżżejjed azzjoni, u dan hu dovut mhux biss għall-Kummissjoni u l-Istati Membri, iżda wkoll għar-reżistenza minn oqsma tal-ekonomija li ma jibbenefikawx minnha – bil-kontra, jiġu affettwati b’mod “negattiv” mit-tranżizzjoni sinifikanti mitluba. Il-politiċi għandu jirnexxilhom jegħlbu dawn ir-reżistenzi waħda wara l-oħra.
4.20 Sabiex dan ikun jista’ jsir, tkun ħaġa tassew importanti li jiġi spjegat b’liema mod wieħed beħsiebu jaħdem biex “jinstabu l-prezzijiet tajbin” u biex dawn “isiru trasparenti għall-konsumaturi”. L-istrateġija ma tagħti l-ebda indikazzjoni f’dan ir-rigward.
5. Rabta bejn il-politika u s-soċjetà ċivili, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, l-Ewropa 2020 u s-sostenibbiltà. Jew il-ħtieġa ta’ governanza tajba
5.1 Liema huma r-raġunijiet għaliex s’issa ma wasalniex għal progress sostanzjali fl-istabbiliment ta’ “ekonomija ekoloġika” jew it-tranżizzjoni lejn ekonomija li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti? Il-KESE diġà pprovda xi tweġibiet għal dan.
5.2 Bil-mod, anzi bil-mod ħafna, qed nirrealizzaw li t-tibdiliet fis-sistema ekonomika tal-lum għandhom, fil-fatt, ikunu radikali (ara t-terminu “tranżizzjoni sinifikanti”) biex wieħed ikun jista’ jitkellem dwar żvilupp sostenibbli ġenwin. Il-KESE jinsab sodisfatt li, fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni jissemmew xi numri konkreti, pereżempju li sal-2050 għandna nnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fl-UE b’persentaġġ ta’ bejn 80 % u 95 %. Meta ssemmew għall-ewwel darba dawn il-valuri mira, il-President tal-Kummissjoni tal-UE, is-Sur Barroso, tkellem dwar “rivoluzzjoni industrijali ġdida” li għandna niffaċċjaw jew inwettqu.
5.3 Fil-qafas tad-diskussjoni attwali, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fil-fehma tiegħu jmissu ilu li sar dibattitu fundamentali dwar il-kunċett tat-tkabbir. Il-Kummissjoni u l-Kunsill jafu bl-opinjonijiet korrispondenti tal-Kumitat dwar “Lil hinn mill-PDG”. Huwa ċar li l-formula ekonomika ta’ dari li “tkabbir ifisser ġid” m’għadhiex taħdem illum.
5.4 Fil-qafas tal-inizjattiva ewlenija “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza” kif ukoll tal-Istrateġija UE 2020, dan il-punt mhux qed jiġi enfasizzat biżżejjed. Bil-kontra: wieħed jieħu l-impressjoni li t-tkabbir huwa valur fih innifsu.
5.5 Fl-Istrateġija UE 2020 naqraw li tliet prijoritajiet jinsabu “fil-qalba tal-Ewropa 2020”:
— |
“Tkabbir intelliġenti – l-iżvilupp ta’ ekonomija msejsa fuq l-għarfien u l-innovazzjoni; |
— |
Tkabbir sostenibbli – il-promozzjoni ta’ ekonomija aktar effiċjenti fl-użu ta’ riżorsi, aktar ekoloġika u aktar kompetittiva; |
— |
Tkabbir inklużiv – il-promozzjoni ta’ ekonomija b’rata għolja ta’nies b’impjieg li tikseb koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. |
Dawn it-tliet prijoritajiet isaħħu lil xulxin; huma joffru viżjoni tal-ekonomija soċjali tas-suq għas-seklu 21.”
5.6 Il-KESE jistaqsi liema sinjal qegħdin jagħtu l-Kummissjoni u l-Kunsill billi jqiegħdu l-kliem b’dan il-mod. Is-soċjetà għandha tinterpreta li dari kien hemm żvilupp li ma kienx ibbażat fuq l-għarfien u l-innovazzjoni? Mhux dejjem il-politika kienet timmira biex tippromovi rata għolja ta’ impjiegi u l-koeżjoni soċjali u territorjali? U dawn id-diversi “filosofiji tat-tkabbir” awtomatikament iwasslu għal żvilupp sostenibbli? Jekk iva, għaliex il-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew m’għadhomx jużaw it-terminu “sostenibbiltà”, u għaliex qed tiġi deskritta l-viżjoni ta’ “ekonomija soċjali tas-suq għas-seklu 21” u mhux, pereżempju, dik ta’ “ekonomija tas-suq soċjali u ekoloġika”?
5.7 Il-Kummissjoni taf tajjeb ħafna li, pereżempju, il-ħarsien konsistenti tar-riżorsi fil-fatt jista’ jkun li jikkontribwixxi mhux għaż-żieda, iżda għat-tnaqqis tal-prodott domestiku gross. Jekk bis-saħħa tal-projbizzjoni imposta tal-bejgħ tagħhom, il-bozoz konvenzjonali kollha jkunu ssostitwiti b’bozoz li jiffrankaw l-enerġija, u jekk il-bini jiġi iżolat kif meħtieġ u jiġu applikati l-miżuri kollha għall-iffrankar tal-enerġija, il-konsum tal-enerġija pereżempju ser jonqos b’mod drastiku, u miegħu l-PDG. Għaldaqstant, il-KESE għal darba oħra jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li:
— |
tinħtieġ definizzjoni ġdida ta’ x’inhu “tkabbir”, u |
— |
l-PDG mhux unità li tipprovdi informazzjoni dwar il-hena, il-ġid, is-sitwazzjoni ambjentali, is-saħħa jew il-ġustizzja soċjali. |
Ir-“rivoluzzjoni” industrijali l-ġdida – rivoluzzjoni tar-responsabbiltà
5.8 Meta l-President tal-Kummissjoni, is-Sur Barroso, jitkellem dwar “rivoluzzjoni industrijali ġdida”, bla dubju għandu raġun fejn tidħol ir-radikalità tat-tibdiliet potenzjali. Il-ġejjieni jitlob mudell ġdid ta’ produzzjoni u ta’ konsum. Barroso jaf li, fil-livell soċjopolitiku, il-kunċett ta’ “rivoluzzjoni” huwa kompletament mhux f’postu u jista’ jbeżza’. Ir-rivoluzzjonijiet jingħataw bidu minn maġġoranzi maħqura li jkunu jridu jbiddlu xi sitwazzjoni inaċċettabbli malajr u b’mod permanenti fil-konfront tal-“ħakkiema”.
5.9 Iżda d-dibattitu dwar l-iżvilupp sostenibbli jew l-użu effiċjenti tar-riżorsi ma jinkludix tali sitwazzjoni. Ma nistgħux nimmaġinaw maġġoranza maħqura li tirribella kontra xi strutturi ta’ ħakma. Pjuttost: ma tantx hi ħażina l-ħajja f’soċjetà li kull sena tikkonsma l-ammont ta’ żejt li nħoloq f’madwar ħames miljun sena u li teqred għaxart elef darba aktar speċijiet fis-sena milli teqred l-evoluzzjoni.
5.10 B’hekk, il-kompitu tagħna hu li nittrattaw il-kwistjoni kif fost il-bnedmin li jgħixu llum jista’ jiġi żviluppat sens kollettiv ta’ responsabbiltà lejn il-ġenerazzjonijiet futuri u kif tista’ tinħoloq il-pressjoni li twassal għal tibdiliet ġenwini li, jekk ikun hemm bżonn, jistgħu jfissru anki li niċċaħħdu.
5.11 Hawn huwa kruċjali li s-soċjetà ċivili u l-ekonomija jkunu integrati biżżejjed fil-proċess sa mill-bidu nett. Kien preċiżament dan il-kompitu tal-istrateġija għas-sostenibbiltà tal-UE, adottata fl-2001 f’Göteborg.
Dwar il-qagħda tal-istrateġija għas-sostenibbiltà fl-UE
5.12 Il-KESE ilu bosta snin jakkumpanja b’attenzjoni kbira u impenn l-istrateġija tal-UE għal żvilupp sostenibbli, li ġiet adottata mill-Kunsill Ewropew fis-sena 2001. Mill-bidu nett, il-KESE talab li din l-istrateġija fit-tul tingħata l-ikbar attenzjoni.
5.13 Il-KESE dejjem (u ta’ spiss) talab li l-istrateġija għal żvilupp sostenibbli tipprovdi linji gwida ċari, u b’hekk miri kwalitattivi u kwantitattivi, liċ-ċittadini, lill-ekonomija u lill-assoċjazzjonijiet, iżda anki lill-politiċi. Ikun xieraq li sservi ta’ orjentament għad-deċiżjonijiet li jkollhom jittieħdu fuq medda ta’ żmien qasir u medju u li l-oqsma ta’ politika kollha tal-UE jkunu indirizzati lejn il-viżjonijiet fil-mira tal-istrateġija għal żvilupp sostenibbli.
5.14 Daqstant ta’ spiss, però, il-KESE ddispjaċieh li, fil-fehma tiegħu, l-istrateġija għal żvilupp sostenibbli mhux biss hija fformulata b’mod vag iżżejjed, iżda li anki mil-lat politiku mhux qed tingħata l-attenzjoni li jixirqilha.
5.15 Il-KESE kien laqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kunsill Ewropew kien assenjalu rwol partikolari fl-istrateġija għal żvilupp sostenibbli riveduta tal-2006, jiġifieri li b’mod espliċitu jipprovdi kontribut għar-rapporti ta’ progress li l-Kummissjoni tal-UE għandha tħejji kull sentejn. Fl-2007 u l-2009, il-Kummissjoni ppubblikat rapporti ta’ progress rilevanti, li l-KESE kkumenta fuqhom u vvalutahom wara, iżda oriġinarjament il-Kummissjoni ma talbitx il-kontributi mitluba mill-KESE qabel ma tħejjew dawn ir-rapporti.
5.16 Jekk iċ-ċiklu ta’ sentejn deċiż mill-Kunsill Ewropew jinżamm, ir-rapport ta’ progress li jmiss għandu jiġi ppubblikat din is-sena, iżda kollox jindika li dan mhux se jsir. S’issa ma ntalab l-ebda kontribut tal-KESE mill-Kummissjoni.
5.17 Il-“Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2011” (3) ma fihx indikazzjoni li l-Kummissjoni se tippreżenta tali rapport interim; fil-51 faċċata tad-dokument lanqas biss tissemma l-istrateġija għas-sostenibbiltà. Isir riferiment għal ammont inkredibbli ta’ strateġiji differenti tal-UE, iżda mhux għall-istrateġija għal żvilupp sostenibbli. Il-KESE jinnota dan b’dispjaċir kbir.
5.18 Ta’ min jinnota li l-istrateġija għal żvilupp sostenibbli ma tantx għadha tissemma – ftit wisq, fil-fehma tal-KESE. Ħafna mill-wegħdiet politiċi li saru fil-qafas tal-istrateġija għal żvilupp sostenibbli, bħal pereżempju dwar il-preżentazzjoni ta’ lista tas-sussidji li huma ta’ ħsara għall-ambjent, ma nżammux. L-attivitajiet politiċi ta’ kuljum iduru biss madwar l-Istrateġija UE 2020, li min-naħa tagħha ma tinkludi l-ebda rabta effettiva mal-istrateġija għal żvilupp sostenibbli.
5.19 Il-fatt li l-istrateġija għal żvilupp sostenibbli kważi m’għadhiex qed tiġi diskussa u kkomunikata politikament jibgħat sinjal mill-agħar lis-soċjetà ċivili. Il-KESE jistaqsi lilu nnifsu x’inhi r-raġuni ta’ dan u għal liema interpretazzjoni għandha tasal is-soċjetà. Il-Kummissjoni għandha tkun konxja tal-fatt li qed tingħata l-impressjoni li l-għadd kbir ta’ kriżijiet (4) matul dawn l-aħħar xhur u snin talbu tali konċentrazzjoni esklużiva mill-politiċi li l-viżjoni politika fit-tul twarrbet għalkollox.
5.20 Fl-istess ħin, però, aktar u aktar nies jistaqsu lilhom innifishom – u b’kull dritt, kif iqis il-KESE – jekk dawn il-kriżijiet li qed jakkumulaw f’oqsma politiċi differenti ħafna bejniethom humiex forsi a) marbuta ma’ xulxin u b) espressjoni jew konsegwenza ta’ ġestjoni mhux sostenibbli.
5.21 Ir-rapport tal-Presidenza tal-Kunsill “Analiżi tal-2009 tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għal Żvilupp Sostenibbli” (5) fil-fatt jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-Kunsill huwa konxju li dan qiegħed iseħħ. “F’ħafna rispetti l-iżviluppi tal-lum mhumiex sostenibbli; qed jinqabżu l-limiti ta’ dak li għalih tista’ tirreżisti d-dinja, u jinsab taħt pressjoni l-kapital soċjali u ekonomiku. Għalkemm diversi drabi ġie osservat li jinħtieġu tibdiliet, ir-riżultati huma limitati.” Fl-essenza tiegħu, ir-rapport huwa appell favur l-istrateġija għal żvilupp sostenibbli, li “hija kunċett […] fit-tul u tifforma qafas politiku usa’ għall-orjentament tal-miżuri u strateġiji kollha tal-UE. […] Il-problema hija li għandu jiġi ggarantit li l-istrateġija għall-iżvilupp sostenibbli verament tinfluwenza l-miżuri tal-UE […] u tiżgura l-koerenza bejn l-għanijiet fuq medda ta’ żmien qasir u dawk fuq medda ta’ żmien twil u bejn is-setturi individwali.”
5.22 Il-qafas politiku mitlub mill-KESE u wkoll mill-Kunsill, li għandu jifforma l-istrateġija tal-UE għas-sostenibbiltà, bħalissa jeżisti biss bħala stqarrija f’dokumenti antiki u f’xi diskorsi, iżda mhux fir-realtà politika. La l-inizjattiva ewlenija “Ewropa li tuża r-riżorsi b’effiċjenza” u lanqas l-Istrateġija UE 2020 ma jistgħu jimlew dan in-nuqqas.
5.23 Il-KESE jara l-periklu kbir li ċ-ċittadini jitilfu l-perspettiva. Mhux biss għax m’għadu xejn ċar għalih liema strateġija teżisti u torbot bħalissa, iżda wkoll għax it-termini użati mhumiex ċari. L-Istrateġija UE 2020 titkellem kontinwament dwar diversi forom ta’ tkabbir, iżda m’għadhomx preżenti t-termini “sostenibbiltà” jew “żvilupp sostenibbli”.
5.24 Għalhekk il-KESE jemmen li jkun siewi li l-Kummissjoni minn banda tispjega kemm jista’ jkun malajr u b’mod kemm jista’ jkun ċar kif l-Istrateġija UE 2020 u l-istrateġija għas-sostenibbiltà huma marbutin bejniethom. Itenni li jemmen li l-istrateġija għas-sostenibbiltà għandha tiġi attivata mill-ġdid u li l-Istrateġija UE 2020 għandha tiġi kkunsidrata bħala element kruċjali biex titwitta t-triq għal riforma strutturali tal-oqsma ekonomiċi ċentrali.
Brussell, 22 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Opinjoni tal-KESE dwar “Rio+20: lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar – Kontribut tas-soċjetà ċivili organizzata Ewropea” u Opinjoni tal-KESE dwar “Pjan Direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050” (ara l-paġna 110 tal-ħarġa attwali tal-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Fl-opinjoni esploratorja tiegħu dwar “L-evalwazzjoni tal-istrateġija tal-UE favur l-iżvilupp sostenibbli” (ara l-paġni 22-37 tal-ĠU C 117, 30.4.2004, mhux disponibbli bil-Malti), il-KESE diġà kien ġibed l-attenzjoni preċiżament għal dan, u mingħajr suċċess kien talab lill-Kummissjoni biex tagħti importanza partikolari lil dan il-fatt.
(3) COM(2010) 623 finali, 30.5.2007.
(4) Il-kriżi finanzjarja/tal-euro, il-kriżi tal-enerġija, il-kriżi tal-klima, il-kriżi tal-bijodiversità, il-problema tal-ġuħ fid-dinja.
(5) Ara d-dokument tal-Kunsill 16818/09, 1.12.2009 [mhux disponibbli bil-Malti].
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/102 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Rio+20: lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar”
COM(2011) 363 finali
Kontribut tas-soċjetà ċivili organizzata Ewropea
2011/C 376/19
Relatur: is-Sur WILMS
Nhar l-20 ta’ Ġunju 2011, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Rio+20: lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar
COM(2011) 363 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Settembru 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tat-22 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'141 vot favur, 2 voti kontra u 11-il astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Fil-fehma tal-KESE, il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li ser issir f'Rio fl-2012 trid tibgħat messaġġ ċar lill-komunità dinjija, bi proposti speċifiċi għat-tranżizzjoni lejn ordni ekonomiku msejjes fuq tkabbir ekonomiku kwalitattiv, li jikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar u l-inġustizzja soċjali u li fl-istess ħin iħares l-ambjent naturali għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. |
1.2 |
Il-Kumitat jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (1) bħala punt ta’ tluq importanti għal analiżi u pożizzjoni komuni tal-istituzzjonijiet tal-EU bi tħejjija għall-Konferenza Rio+20. F'dan il-kuntest, il-Kumitat jirreferi għall-ħidma tiegħu dwar l-inizjattiva ewlenija marbuta mal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u għall-Pjan Direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050 (2). Fuq dan l-isfond il-Kumitat jixtieq jistabbilixxi l-punti prinċipali li ġejjin. |
1.3 |
Il-Kumitat huwa persważ li t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli trid tkun integrata fi strateġija komprensiva tal-iżvilupp sostenibbli u li għandha tkun organizzata b'mod ġust. Il-Kumitat jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni tindirizza d-dimensjoni soċjali tal-iżvilupp sostenibbli. Il-Kumitat jixtieq li dan l-approċċ jingħata enfasi ikbar. Il-prerekwiżiti bażiċi għal dan huma: il-koeżjoni soċjali, is-sens ta’ ġustizzja, inkluż bejn il-ġenerazzjonijiet, ridistribuzzjoni ġusta u t-tiftix ta’ soluzzjonijiet għall-problemi soċjali bħaż-żieda fl-inugwaljanza, in-nuqqas ta’ aċċess għal firxa sħiħa ta’ riżorsi, il-faqar u l-qgħad. |
1.4 |
Huwa jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet ta’ politika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-impjiegi ekoloġiċi u jenfasizza b'mod partikolari l-bżonn ta’ kooperazzjoni attiva min-naħa tal-imsieħba soċjali fil-proċess ta’ tranżizzjoni tal-ambjent tax-xogħol. Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-inizjattiva tan-Nazzjonijiet Uniti għal protezzjoni soċjali bażika (Social Protection Floor Initiative) li għandha l-għan li tipprovdi firxa bażika ta’ drittijiet u trasferimenti soċjali u l-forniment ta’ livell bażiku ta’ prodotti u servizzi soċjali li jkunu aċċessibbli għal kulħadd. |
1.5 |
Il-Kumitat jilqa' l-fatt li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tfasslet mill-Kummissarji responsabbli għall-ambjent u l-iżvilupp flimkien. Permezz ta’ dan ġiet enfasizzata r-rabta bejn l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli u l-għajnuna għall-iżvilupp. Il-Kumitat huwa favur il-fatt li d-definizzjoni l-ġdida tal-politika tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE titmexxa mill-kunċett tal-iżvilupp sostenibbli u li dan jiġi applikat ukoll għall-allokazzjoni tal-ħlasijiet ta’ għajnuna u t-tfassil tal-proġetti lokali ta’ għajnuna għall-iżvilupp. |
1.6 |
Il-KESE jikkundanna bil-qawwa kollha l-fatt li biljun mara u raġel jbatu l-ġuħ fi nħawi differenti tad-dinja u, b'mod partikolari, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw – sitwazzjoni li tmur totalment kontra l-objettiv li jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. Il-Kumitat jemmen li l-garanzija tal-aċċess għar-riżorsi, l-ikel u l-enerġija għandha tkun inkluża fil-punti prijoritarji tal-aġenda globali tas-sostenibbiltà. L-implimentazzjoni ta’ dawn l-objettivi tiddependi mill-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politika fil-livell lokali u nazzjonali. Ir-rwol tan-nisa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għandu jiġi enfasizzat ukoll hawn. |
1.7 |
Il-Kumitat huwa konvint li hemm bżonn ta’ miżuri politiċi fil-livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u lokali b'firxa wiesgħa ta’ strumenti politiċi, sabiex issir tranżizzjoni lejn “ekonomija ekoloġika”. Dan jinkludi b'mod partikolari miżuri li jiggarantixxu li l-prezzijiet tas-suq jirriflettu kif jixraq l-ispejjeż ekoloġiċi, kif ukoll l-ekoloġizzazzjoni tal-politika finanzjarja, ibbażata fuq it-tassazzjoni tal-konsum tar-riżorsi minflok fuq ix-xogħol. Il-programmi ta’ ħlas pubbliċi għandhom jikkonċentraw fuq il-promozzjoni tal-investimenti fit-teknoloġiji u l-proġetti sostenibbli u t-tneħħija ta’ sussidji li huma ta’ ħsara għall-ambjent, filwaqt li jikkunsidraw il-konsegwenzi soċjali kif jixraq. L-akkwist pubbliku għandu jintuża biex jiġu appoġġjati prodotti u servizzi li jirrispettaw iktar l-ambjent. Għandhom jittieħdu miżuri għal appoġġ reċiproku mtejjeb tal-kummerċ dinji u l-iżvilupp sostenibbli. |
1.8 |
Biex jitkejjel il-progress lejn is-sostenibbiltà għandhom jiġu stabbiliti parametri ċari. Għandhom jiġu żviluppati metodi biex jitkejjel il-progress ekonomiku lil hinn mill-PGD sabiex jittejbu l-benesseri tal-persuni u l-kwalità tal-ħajja bil-konsiderazzjoni tal-ġlieda kontra l-faqar, il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u ż-żamma ta’ ambjent naturali. Bil-konsiderazzjoni tal-opinjoni tiegħu “Lil hinn mill-PGD – Indikaturi għal żvilupp sostenibbli” (3), il-KESE għandu l-għan li jesprimi, qabel il-Konferenza Rio+20, il-viżjoni tiegħu dwar kif is-soċjetà ċivili tista' tkun involuta fl-iżvilupp ta’ dawn l-indikaturi. |
1.9 |
Fuq dan l-isfond, waqt il-Konferenza Rio+20 għandu jingħata l-mandat ta’ “ekonomija ekoloġika” li jiġi segwit bir-reqqa min-Nazzjonijiet Uniti. Dan il-mandat għandu jkopri sitt punti ewlenin:
|
1.10 |
Ir-riżultati tal-ħidma fuq il-bażi tal-mandat imsemmi għandhom jintużaw sabiex jitfasslu pjani ta’ azzjoni u strateġiji fil-livell nazzjonali għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika bil-konsiderazzjoni tal-karatteristiċi nazzjonali kkonċernati. |
1.11 |
Il-governanza fil-livell internazzjonali u tan-Nazzjonijiet Uniti fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli u l-ambjent teħtieġ b'mod urġenti integrazzjoni aħjar u tisħiħ, sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa mill-komunità dinjija għal żvilupp sostenibbli. Il-Konferenza Rio+20 għandha tintuża għall-ħolqien ta’ qafas istituzzjonali sod fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti. L-UNEP għandha tissaħħaħ u tiġi żviluppata mil-lat istituzzjonali. Barra minn hekk, il-Kumitat huwa tal-fehma li l-kunċett ta’ Kunsill għall-Iżvilupp Sostenibbli, li jiġbor fih mexxejja mill-pajjiżi tan-Nazzjonijiet Uniti u li jaqa' direttament taħt l-Assemblea Ġenerali, huwa adatt biex jiġu ffaċċjati l-isfidi marbutin mal-passi meħtieġa għal żvilupp sostenibbli u għall-introduzzjoni ta’ ekonomija ekoloġika. |
1.12 |
Tranżizzjoni tajba għal ekonomija sostenibbli titlob li din tiġi aċċettata u appoġġjata mis-soċjetà ċivili. Għalhekk il-Kumitat huwa totalment favur li r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jiġu inklużi b'mod attiv fit-tħejjija u s-segwitu tal-Konferenza Rio+20 u li jiġi ggarantit li jkunu jistgħu jsemmgħu leħinhom b'mod effettiv fin-negozjati tal-konferenza u fl-implimentazzjoni tar-riżultati. Għandha ssir reviżjoni kritika tal-forom ta’ parteċipazzjoni li ntużaw s'issa sabiex jinstab jekk dawn kinux effiċjenti. Il-Kumitat jappoġġja dan il-proċess bi tħejjija għall-Konferenza Rio+20 bl-organizzazzjoni ta’ konferenzi oħra mas-soċjetà ċivili kif ukoll permezz ta’ konsultazzjonijiet mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili Ewropea u ta’ reġjuni dinjija oħra. |
1.13 |
Il-governanza fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli għandha tissaħħaħ fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll fit-tmexxija tal-intrapriżi. Dan jitlob kontribut effettiv u ggarantit istituzzjonalment min-naħa tas-soċjetà ċivili fir-rigward ta’ temi u proġetti li huma importanti għall-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija u l-iżvilupp sostenibbli, permezz ta’ proċessi demokratiċi u l-istabbiliment ta’ strutturi ta’ djalogu. L-Ewropa għandha tressaq l-esperjenzi pożittivi tagħha fl-involviment tal-pubbliku fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali u l-aċċess għal approċċi fuq il-bażi tal-hekk imsejjaħ ftehim ta’ Aarhus fid-diskussjoni dwar is-Summit ta’ Rio+20 u tinsisti fuq l-inklużjoni ta’ strutturi ta’ dan it-tip fil-livell globali. |
1.14 |
Sabiex is-sostenibbiltà fuq perjodu twil tingħata kredibbiltà ikbar u awtorità legali, il-Kumitat jappoġġja l-inizjattiva tal-World Future Council, li fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti u dak nazzjonali tinħoloq il-pożizzjoni ta’ “ombudsman għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin”. |
1.15 |
L-UE u l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-biċċa tagħhom fir-rigward tal-isfidi kollha marbuta mal-iżvilupp sostenibbli u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika. Il-KESE huwa konvint li l-pożizzjoni tal-UE fin-negozjati ta’ Rio +20 tissaħħaħ jekk tirrifletti bis-sħiħ ir-responsabbiltà storika tagħha u tagħti lilha nnifisha miri ambizzjużi favur l-iżvilupp sostenibbli. Diġà għamlet dan f'ċerti oqsma, iżda f'xi wħud mill-oħrajn hemm ferm iżjed xi jsir, u f'ċerti każijiet il-ħidma għadha trid tibda. Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew b'urġenza, jappoġġjaw bis-sħiħ l-objettivi attwali għall-emissjonijiet sal-2020 u jivverifikaw jekk l-objettiv ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet stabbilit għall-2020 għandux jiżdied għal 25 % sabiex l-objettivi futuri jkunu jistgħu jintlaħqu b'mod kosteffettiv u sabiex titwitta t-triq għal negozjati globali addizzjonali. Barra minn hekk, il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jintlaħaq l-għan li l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tiżdied b'20 % sal-2020 għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri b'mod urġenti. B'mod ġenerali, l-UE għandha tirrifletti dwar l-implikazzjonijiet tal-politika favur tranżizzjoni lejn ekonomija iżjed ekoloġika għal żvilupp iżjed sostenibbli fid-definizzjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali ġdid u fit-tfassil tal-politiki ewlenin tagħha, bħall-politika agrikola, ta’ koeżjoni, tal-kummerċ u tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni iżjed b'saħħitha tal-Istrateġija Ewropa 2020. Wara l-Konferenza Rio+20 l-UE għandha tirrevedi l-istrateġija tagħha dwar is-sostenibbiltà. |
2. Sfond
2.1 |
Fl-24 ta’ Diċembru 2009, l-Assemblea Ġenerali tan-NU (AĠ) adottat riżoluzzjoni biex issir Konferenza dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (UNCSD) f'Rio fl-2012. |
2.2 |
Fl-2010 l-KESE kkumenta dwar l-approċċ tal-UE fir-rigward ta’ dan l-avveniment importanti u f'Settembru 2010 ħareġ l-ewwel opinjoni tiegħu dwar it-tema (4). Minn dak iż-żmien ġew organizzati laqgħat f'New York u postijiet oħra u l-Kummissjoni Ewropea ħejjiet Komunikazzjoni (COM(2011) 363 finali) dwar linji gwida possibbli tal-UE għan-negozjati fis-Summit Rio+20. Fuq il-bażi ta’ diskussjonijiet wiesgħa mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili organizzata, il-KESE qiegħed ikompli jiżviluppa l-pożizzjoni tiegħu b'din l-opinjoni u jinsisti li għadd ta’ punti għandhom jiġu adottati bħala elementi ewlenin tal-istrateġija ta’ negozjar tal-UE għas-Summit ta’ Rio+20. |
2.3 |
Ir-riżoluzzjoni tal-AĠ ddeċidiet li l-Konferenza għandu jkollha tliet għanijiet:
|
2.4 |
Sitwazzjoni attwali: Għalkemm sar progress dwar ċerti aspetti tal-iżvilupp sostenibbli tul dawn l-aħħar għoxrin sena, ħafna kwistjonijiet qed isiru iżjed diffiċli:
|
2.5 |
Sfidi ġodda u futuri: Il-popolazzjoni dinjija li kulma jmur qed tiżdied u t-tkabbir kontinwu fl-istennijiet b'rabta mal-istandards tal-għajxien u l-konsum tal-materja prima qed jibdew ipoġġu pressjoni fuq il-provvisti dinjija tal-ikel, l-enerġija u riżorsi naturali oħra. Il-konsegwenza ta’ dan hija żieda fil-prezzijiet kif ukoll problemi soċjali u politiċi serji. |
2.6 |
Waħda mill-ikbar sfidi ġodda tas-seklu li ġej hija ż-żamma jew il-kisba ta’ sigurtà adegwata tal-provvista tal-ikel, is-sigurtà tal-enerġija u s-sigurtà tar-riżorsi għal kulħadd f'dinja b'popolazzjoni li kulma jmur qed tiżdied u b'riżorsi dejjem iżjed skarsi. Għalhekk hemm bżonn ta’ tkabbir ekonomiku kwalitattiv, li jgħin biex jiġu miġġielda l-faqar u l-inġustizzja soċjali u fl-istess ħin tinżamm il-bażi naturali tal-għajxien għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. It-twaqqif ta’ strutturi istituzzjonali u qafas intellettwali għall-ġestjoni ta’ din l-isfida huwa waħda mill-kwistjonijiet prinċipali tas-Summit dinji tal-2012. |
2.7 |
Il-kriżi finanzjarja u ekonomika kienet fuq moħħ il-mexxejja politiċi u l-ministri tal-finanzi u l-ekonomija tul dawn l-aħħar tliet snin. Iżda dawn il-kwistjonijiet urġenti fuq perjodu qasir ta’ żmien m'għandhomx jitħallew jaljenawna minn dawn il-problemi emerġenti fl-ekonomija reali tad-dinja u l-bżonn urġenti li l-ekonomiji tad-dinja jmorru f'direzzjoni iżjed sostenibbli, ġusta u ekoloġika. It-tranżizzjoni nnifisha lejn l-ekonomija ekoloġika għandha tkun sors ewlieni ta’ investiment ġdid u impjiegi ġodda, u għandha toħloq aktar ekwità, koeżjoni, stabbiltà u reżistenza għall-kriżijiet. Tista' tagħti kontribut biex jiġu solvuti d-diffikultajiet ekonomiċi attwali. |
2.8 |
Impenn politiku mġedded: Il-Konferenza Rio+20 tipprovdi opportunità vitali biex jinħoloq qafas għal din it-trasformazzjoni, u biex jiġi stabbilit il-livell għoli ta’ impenn politiku biex din il-bidla ssir realtà. Huwa importanti ħafna li l-Kapijiet tal-Gvern stess jindirizzaw il-kwistjonijiet, jipparteċipaw fil-Konferenza u jiggarantixxu s-segwitu tagħha. Billi l-bidla tal-ekonomija hija t-tema prinċipali tal-Konferenza, għandhom ukoll jieħdu sehem fiha l-Ministri tal-Finanzi, l-Ambjent u l-Iżvilupp. |
2.9 |
L-iżvilupp sostenibbli jiddependi mill-inizjattivi u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili. Jeħtieġ li s-soċjetà ċivili tkun involuta b'mod dirett kemm fit-tħejjija għas-Summit kif ukoll fis-segwitu u l-implimentazzjoni tiegħu. Għandhom jiġu stabbiliti forums fil-livell nazzjonali u internazzjonali bil-għan li jiffaċilitaw id-djalogu bejn il-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili, u bejn is-soċjetà ċivili u dawk responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet politiċi dwar kwistjonijiet marbuta mal-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija u l-iżvilupp sostenibbli. |
2.10 |
Ir-riżoluzzjoni tal-AĠ tiddetermina żewġ temi speċifiċi:
|
2.11 |
Mhux ser ikun possibbli li jintlaħaq ftehim dwar kulma jrid isir fid-dinja bil-għan li l-ekonomija globali ssir iżjed ekoloġika u jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli b'mod iżjed effettiv f'laqgħa waħda tas-Summit. Għalhekk il-Kumitat jissuġġerixxi li l-Konferenza tistabbilixxi qafas istituzzjonali sod fi ħdan is-sistema tan-NU għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Konferenza, li jkollu r-responsabbiltà li jippromovi l-iżvilupp sostenibbli fid-dinja, u jippromovi programm ta’ azzjonijiet għall-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija globali fis-snin ta’ wara. |
3. Il-qafas istituzzjonali – Kunsill ġdid dwar l-Iżvilupp Sostenibbli
3.1 |
Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli ilha fdata bir-responsabbiltà li tissorvelja l-progress fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli fid-dinja għal dawn l-aħħar 19-il sena. Iżda fl-għamla attwali tagħha l-Kummissjoni tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli m'għadhiex produttiva. Għamlet analiżi tajba tal-problemi, iżda ma rnexxilhiex issarraf din l-analiżi f'azzjoni konkreta. Hemm bżonn ta’ struttura iżjed b'saħħitha fi ħdan is-sistema tan-NU biex tindirizza l-iżjed kwistjonijiet importanti marbuta mas-sostenibbiltà fil-livell globali b'mod iżjed effettiv. |
3.2 |
Fost id-diversi possibbiltajiet biex tissaħħaħ l-istruttura istituzzjonali fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti, il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-kunċett li jinħoloq Kunsill ġdid dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, li jaqa' direttament taħt l-awtorità tal-Assemblea Ġenerali u jintegra u jsaħħaħ il-ħidma li qed issir bħalissa separatament fi ħdan il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (ECOSOC) u l-Kummissjoni dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU. |
3.3 |
Il-pajjiżi kollha tad-dinja għandhom jissieħbu f'dan il-Kunsill u jkunu rappreżentati mill-mexxejja politiċi tagħhom. Il-Kunsill għandu jkun fdat bl-inkarigu li jippromovi azzjoni globali dwar kull aspett tal-iżvilupp sostenibbli, jippromovi t-tranżizzjoni lejn ekonomija iżjed ekoloġika u jniedi azzjoni dwar kwistjonijiet ġodda u emerġenti bħas-sigurtà tal-provvista tal-ikel u s-sigurtà tal-enerġija. |
3.4 |
Il-Kunsill il-ġdid għandu jistabbilixxi rabtiet mill-qrib mal-Bank Dinji u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), li għandhom jingħataw missjoni ġdida bil-għan li jpoġġu l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fil-qalba tal-missjoni tagħhom. |
3.5 |
Il-programm ambjentali (UNEP) u l-programm għall-iżvilupp (UNDP) tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jissaħħu sabiex flimkien ikunu jistgħu jfasslu kontributi iktar b'saħħithom dwar id-dimensjoni ambjentali u dik tal-iżvilupp tal-kunċett tal-iżvilupp sostenibbli. |
3.6 |
Il-governanza nazzjonali: B'mod parallel għall-ħolqien ta’ strutturi bis-setgħa li jieħdu azzjoni fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti, il-mexxejja politiċi għandhom ukoll jużaw is-Summit Dinji biex isaħħu l-mekkaniżmi nazzjonali tagħhom stess għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli. |
3.7 |
L-istrateġiji nazzjonali għall-iżvilupp sostenibbli jridu jitnedew mill-ġdid u jiġu aġġornati permezz tal-koinvolġiment u l-appoġġ sħiħ tal-intrapriżi u l-partijiet kollha tas-soċjetà ċivili. Korpi konsultattivi bħall-kunsilli għall-iżvilupp sostenibbli għandhom jiġu pprovduti r-riżorsi adatti sabiex ikunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom ta’ fabbrika tal-ideat u mutur tal-progress. |
3.8 |
Il-governanza fil-livell reġjonali u lokali: Hemm ħafna eżempji eċċellenti fid-dinja ta’ dak li l-awtoritajiet ikkonċernati jistgħu jiksbu. Is-Summit għandu jixħet dawl fuq l-aħjar eżempji u jimpenja lill-gvernijiet nazzjonali jawtorizzaw u jappoġġjaw il-gvernijiet reġjonali u lokali tagħhom biex jagħmlu avvanzi addizzjonali. |
3.9 |
Ir-rwol tal-intrapriżi u tal-imsieħba soċjali: Fuq il-bażi tal-aħjar eżempji ta’ prattika tajba, wasal iż-żmien li l-aħjar prattiki fil-qasam tas-sostenibbiltà jiġu imposti b'mod aktar wiesa' billi tinħoloq konvenzjoni qafas dwar ir-responsabbiltà korporattiva fil-qasam tas-sostenibbiltà u konvenzjoni qafas dwar ir-responsabbiltà fuq il-bażi tal-ISO26000. In-negozjati biex dan l-għan jintlaħaq għandhom jitnedew fis-Summit. L-imsieħba soċjali għandhom jiġu involuti bis-sħiħ f'dan il-proċess. |
3.10 |
Ir-rwol tas-soċjetà ċivili: It-tranżizzjoni lejn sistema ekonomika sostenibbli tista' biss tkun ta’ suċċess jekk is-soċjetà ċivili tkun inkluża f'dan il-proċess b'mod attiv. Dan jitlob proċessi demokratiċi bħall-introduzzjoni ta’ strutturi ta’ djalogu bejn is-soċjetà ċivili u l-mexxejja politiċi. Barra minn hekk, kull pajjiż għandu jipprovdi informazzjoni fuq skala wiesgħa dwar l-ambjent, il-progress lejn ekonomija iżjed ekoloġika u aspetti oħra marbuta mal-iżvilupp sostenibbli, bil-għan li d-dibattiti pubbliċi dwar il-kwistjonijiet prinċipali jkunu iżjed infurmati. Fl-Ewropa, il-Konvenzjoni tal-1998 dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus) irnexxielha testendi u tintegra d-drittijiet pubbliċi tal-aċċess għall-informazzjoni, u tippromovi l-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja. Is-Summit għandu jħeġġeġ l-inizjattivi li jiġu stabbiliti konvenzjonijiet simili fir-reġjuni kollha tad-dinja, u l-Kunsill il-ġdid għandu jingħata l-mandat biex jilħaq dan l-għan fi ħdan qafas globali. |
3.11 |
Ombudsman għall-ġenerazzjonijiet futuri: Il-bżonnijiet tal-ġenerazzjonijiet futuri huma element vitali tal-iżvilupp sostenibbli, iżda mhumiex rappreżentati fil-proċessi rilevanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet. Sabiex is-sostenibbiltà fuq perjodu twil tingħata kredibbiltà ikbar u awtorità legali, il-Kumitat jappoġġja l-inizjattiva tal-World Future Council (5), li fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti u dak nazzjonali tinħoloq il-pożizzjoni ta’ “ombudsman għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin”. |
4. Ekonomija ekoloġika
4.1 |
Attwalment, il-funzjonament tal-ekonomija globali ma jipproduċix żvilupp sostenibbli. Mil-lat tal-ambjent, iħeġġeġ konsum eċċessiv tar-riżorsi naturali, iwassal għat-tniġġis tal-ambjent, u jonqos milli jippreveni t-tibdil fil-klima, filwaqt li mil-lat soċjali, iwassal għall-qgħad, il-faqar, saħħa dgħajfa u nuqqas ta’ edukazzjoni fuq skala wiesgħa. |
4.2 |
L-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija globali tfisser li jinstab mod ta’ funzjonament ġdid bil-għan li jkun hemm riżultati iżjed sostenibbli. Ċerti għanijiet ekonomiċi oħra jridu jiġu vvalutati mill-ġdid mil-lat tal-kontribut tagħhom għall-iżilupp sostenibbli. L-għodod kollha tal-ġestjoni ekonomika jridu jiġu stabbiliti mill-ġdid biex imexxu l-ekonomija f'direzzjoni iżjed sostenibbli. |
4.3 |
It-tkabbir ekonomiku s'issa kien kundizzjoni importanti tal-iżvilupp ekonomiku biex jittejjeb l-istandard ta’ għajxien globali. Dan għandu jibqa' objettiv ċentrali fil-ġejjieni wkoll, b'mod speċjali għall-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, fejn għad iridu jinħolqu kundizzjonijiet ta’ għajxien deċenti għal kulħadd. Ekonomija ekoloġika jkollha l-għan li tissepara t-tkabbir ekonomiku mill-konsegwenzi ambjentali negattivi. Għandha tkun element ta’ strateġija għall-iżvilupp sostenibbli, immirata lejn tkabbir ekonomiku kwalitattiv, li jgħin biex jinqerdu l-faqar u l-inġustizzja soċjali u li fl-istess ħin iħares l-ambjent naturali għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Il-bidla għal ekonomija ekoloġika għandha tikkunsidra l-prinċipji bażiċi tal-ġustizzja, il-kooperazzjoni u r-responsabbiltà komuni iżda divrenzjata. |
4.4 |
Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li t-taħditiet fil-livell internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima issa qed jikkunsidraw id-dimensjoni soċjali u dik tax-xogħol deċenti b'rabta mat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju b'konformità mal-perspettiva kondiviża favur azzjoni globali fit-tul tal-Ftehim ta’ Cancun. Huwa jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet ta’ politika tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar l-impjiegi ekoloġiċi u jenfasizza b'mod partikolari l-bżonn ta’ kooperazzjoni attiva min-naħa tal-imsieħba soċjali fil-proċess ta’ tranżizzjoni tal-ambjent tax-xogħol. |
4.5 |
Dan huwa kompitu kbir ħafna li jrid jitwettaq f'ħafna oqsma differenti:
|
4.6 |
Il-Konferenza ta’ Rio għandha tqanqal impenn politiku ġdid għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika fid-dinja. Il-parteċipanti tal-konferenza għandhom jistabbilixxu l-prinċipji għal tranżizzjoni lejn ekonomija rispettuża tal-ambjent. Barra minn hekk għandha tagħti l-mandat lill-korpi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti biex jiżviluppaw programm ta’ ħidma msejjes fuq l-azzjoni dwar kwistjonijiet prinċipali favur l-avvanz tal-iżvilupp sostenibbli fid-dinja. |
4.7 |
Mandat għal “ekonomija ekoloġika” għall-korpi tan-Nazzjonijiet Uniti: Il-Kumitat jipproponi sitt pilastri jew punti ewlenin għal mandat għat-tkomplija tal-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti għall-iżvilupp sostenibbli:
|
4.8 |
L-UE u l-Istati Membri akkumulaw esperjenza wiesgħa fl-użu ta’ strumenti ta’ politika għall-promozzjoni tas-sostenibbiltà. Għalhekk l-UE għandha tuża dawn l-esperjenzi b'mod attiv fil-livell internazzjonali. |
4.9 |
Kejl tal-progress fit-triq lejn ekonomija iżjed ekoloġika: Għandhom jiġu stabbiliti parametri li jagħtu indikazzjoni ċara ta’ kemm qed jagħmlu progress il-pajjiżi, l-intrapriżi u organizzazzjonijiet oħra bil-għan li jkun hemm livell ogħla ta’ sostenibbiltà. Għandhom jiġu żviluppati metodi biex jitkejjel il-progress ekonomiku lil hinn mill-PGD sabiex jittejbu l-benesseri tal-persuni u l-kwalità tal-ħajja bil-konsiderazzjoni tal-ġlieda kontra l-faqar, il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u ż-żamma ta’ ambjent naturali. B'mod partikolari jridu jiġu stabbiliti metodi biex titkejjel l-integrazzjoni ta’ diversi tipi ta’ kapital naturali fil-ħamrija, l-ilma, l-arja u l-ekosistemi rispettivi permezz tal-attività ekonomika. |
4.10 |
Fis-Summit għandha ssir aġenda għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ kejl tal-progress fit-triq lejn sistemi ekonomiċi ekoloġiċi. |
4.11 |
Bl-opinjoni “Lil hinn mill-GDP – Indikaturi għal żvilupp sostenibbli” (6) il-KESE kien diġà ressaq riflessjonijiet dwar il-limiti tal-PDG, modifiki u żidiet potenzjali dwar dan kif ukoll dwar il-bżonn li jitfasslu kriterji ġodda li bihom ikunu jistgħu jiġu stabbiliti indikaturi addizzjonali tal-benesseri u s-sostenibbiltà (ekonomika, soċjali u ekoloġika). Il-KESE għandu l-intenzjoni li, qabel il-Konferenza Rio+20, iressaq il-pożizzjoni tiegħu dwar kif is-soċjetà ċivili għandha tiġi assoċjata fl-iżvilupp ta’ dawn l-indikaturi. |
4.12 |
Miżuri regolatorji: Fl-UE l-istandards tal-effiċjenza għal bosta tipi differenti ta’ prodotti u proċessi (b'mod partikolari, l-istandards tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija) ingħataw spinta kontinwa 'l fuq permezz tat-tisħiħ gradwali tal-istandards minimi tul is-snin. L-UE għandha tipproponi mekkaniżmi simili biex l-istess proċess ikun promoss fil-livell internazzjonali. Jista' wkoll ikun siewi li jiġu żviluppati inizjattivi internazzjonali ġodda għall-ġestjoni tal-prodotti kimiċi kif ukoll għar-regolazzjoni tal-konsegwenzi tat-teknoloġiji fil-proċess ta’ żvilupp, bħal pereżempju n-nanoteknoloġiji. |
4.13 |
Edukazzjoni dwar is-sostenibbiltà u skambju tal-informazzjoni: Hemm għadd ta’ pajjiżi, reġjuni, bliet, intrapriżi, eċċ., li diġà taw xhieda fil-prattika tas-suċċess tat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà. |
4.14 |
L-Ewropa ħabirket ħafna biex tippromovi l-edukazzjoni dwar is-sostenibbiltà, u biex ixxerred l-informazzjoni dwar l-aħjar prattiki u inizjattivi ġodda fil-qasam tas-sostenibbiltà. L-esperjenzi f'dan il-qasam għandhom jikkontribwixxu għad-dibattitu internazzjonali dwar strumenti għal ekonomija ekoloġika. |
4.15 |
Miżuri fiskali: Is-Summit għandu jagħti impuls ikbar lill-isforzi nazzjonali u internazzjonali bil-għan li l-bażi fiskali tkun iżjed ekoloġika, billi jiġu eliminati s-sussidji perversi u billi titfassal politika fiskali li tiffaċilita l-ħolqien tal-impjiegi u timpedixxi t-tniġġis u l-konsum tal-karburanti fossili u riżorsi naturali oħrajn. Iż-żmien huwa propizju wkoll biex titnieda inizjattiva ġdida, li dwarha jintlaħaq ftehim globali, biex jiġu ntaxxati t-tranżazzjonijiet finanzjarji, u biex il-fondi jintużaw biex jiġu ffinanzjati investimenti fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli. |
4.16 |
Investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp: Il-korpi responsabbli tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jiġu inkarigati li jidentifikaw f'liema oqsma tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u strumenti għal ekonomija ekoloġika jkun utli li jittieħdu għadd ta’ inizjattivi ta’ riċerka u żvilupp fi ħdan il-kooperazzjoni internazzjonali. Huwa importanti li jiġu adottati minnufih teknoloġiji ġodda iżjed ekoloġiċi fid-dinja kollha. Il-Kunsill il-ġdid għandu jkun speċifikament fdat bl-inkarigu li jidentifika kull ostaklu għat-trasferiment rapidu ta’ din ix-xorta ta’ teknoloġiji u li jiżviluppa modi kif jegħlibhom. |
4.17 |
Il-programmi tal-akkwist pubbliku jistgħu jkunu strument b'saħħtu biex il-produtturi jiġu orjentati lejn prodotti u servizzi iżjed ekoloġiċi. L-Ewropa għandha esperjenza bl-applikazzjoni ta’ programmi tal-akkwist pubbliku “ekoloġiku” filwaqt li tirrispetta l-prinċipji tal-kummerċ ħieles f'qafas Ewropew. Il-korpi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti b'mod partikolari għandhom jiġu inkarigati li jippromovu l-aħjar prattika f'dan il-qasam. |
4.18 |
Flussi ta’ investiment – Global Deal ġdid: Skont stimi affidabbli, l-investiment globali meħtieġ fis-settur tal-enerġija biss sabiex tinkiseb ekonomija b'livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fl-40 sena li ġejjin huwa ta’ biljuni ta’ euro. Aspetti oħra tat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà wkoll ser ikollhom bżonn somom kbar ħafna. Il-korpi responsabbli tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jipprovdu forum għall-monitoraġġ tal-flussi globali ewlenin tal-investiment, u għandhom jidentifikaw fejn għandhom bżonn jiżdiedu jew jinbidlu biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà. |
4.19 |
Il-kapaċità li ssir din it-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà tvarja b'mod sostanzjali bejn il-pajjiżi mil-lat tar-riżorsi naturali, ekonomiċi u umani. Waħda mill-iżjed sfidi importanti għas-Summit tal-2012 hija kif ftehim globali jsir iżjed konkret u fuq skala ikbar bil-għan li jiġu mobilizzati riżorsi pubbliċi u privati għat-tisħiħ tal-kapaċità, it-trasferiment tat-teknoloġija u programmi ta’ investiment sostenibbli biex jiġu megħjuna l-pajjiżi l-inqas żviluppati u pajjiżi oħra li qed jiżviluppaw biex ilaħħqu mat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà b'mod ekwu. Il-korpi responsabbli tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jkollhom mandat biex jissorveljaw il-progress fl-impenji finanzjarji u oħrajn bil-għan li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu megħjuna fit-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà. |
5. Miri fis-setturi ewlenin
5.1 |
Il-kunċett ta’ ekonomija iżjed ekoloġika ser jolqot lis-setturi ekonomiċi prinċipali kollha. F'kull settur, ser ikun hemm bżonn li jiġi promoss livell ogħla ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija u riżorsi naturali oħra, jitnaqqas l-impatt tat-tniġġis u l-produzzjoni tal-iskart, tingħata importanza ikbar lill-ambjent naturali u l-bijodiversità u jiġu żgurati l-ekwità u l-ġustizzja. |
5.2 |
Attwalment, l-għanijiet internazzjonali fil-qasam tal-iżvilupp jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. Il-Kumitat huwa tal-fehma li meta ssir reviżjoni tagħhom fl-2015, għandu jiġi stabbilit sett ġdid ta’ għanijiet internazzjonali fil-qasam tal-iżvilupp għall-perjodu li jmiss, b'enfasi ikbar fuq l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli. Is-Summit ta’ Rio għandu jadotta dan kollu bħala għan ġenerali u għandu jagħti mandat lill-Kunsill il-ġdid biex iwettqu permezz ta’ proposti speċifiċi fl-oqsma tematiċi ewlenin. Il-punti li ġejjin janalizzaw fil-qosor il-prijoritajiet f'xi wħud mis-setturi ewlenin. |
5.3 |
Settur tal-enerġija: L-ikbar sfida fi ħdan il-proġett kollu marbut ma’ ekonomija iżjed ekoloġika hija li s-settur tal-enerġija jsir iżjed ekoloġiku. |
5.4 |
It-tranżizzjoni lejn ekonomija iżjed ekoloġika teħtieġ bidla radikali tas-settur tal-enerġija – mill-karburanti fossili lejn sorsi ta’ enerġija b'livelli baxxi ta’ karbonju jew mingħajru, bħas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fl-istess ħin, bil-għan li din it-tranżizzjoni tkun ġestita b'mod iżjed ekonomiku u effiċjenti, jinħtieġ sforz kbir fis-setturi kollha biex l-enerġija tintuża b'mod iżjed effiċjenti, u b'hekk jiġu limitati jew jitnaqqsu ż-żidiet fid-domanda globali għall-enerġija globali totali. |
5.5 |
L-aċċess għal servizzi tal-enerġija nodfa, bi prezz raġonevoli u moderni huwa essenzjali sabiex jiġi promoss żvilupp soċjali u ekonomiku fit-tul u biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. Skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, iktar minn 1,4 biljun persuna fid-dinja m'għandhomx aċċess għall-elettriku. Biljun ieħor għandhom aċċess biss għal netwerks tal-elettriku mhux affidabbli. Reċentement, l-Assemblea Ġenerali tan-NU tat lill-2012 it-titolu ta’ “Sena Internazzjonali għall-Enerġija Sostenibbli għal Kulħadd” – u tat l-opportunità tant meħtieġa biex wieħed jagħti iktar attenzjoni internazzjonali lill-faqar fl-enerġija, kif ukoll is-soluzzjonijiet bi prezz raġonevoli u mudelli tan-negozju li diġà jeżistu u li jistgħu jiġu implimentati fuq skala globali. Il-KESE kien involut b'mod attiv fid-dibattitu dwar l-iżvilupp u l-enerġija sostenibbli u ser ikompli jikkontribwixxi għal din it-tema importanti. |
5.6 |
Ħafna nies għad m'għandhomx aċċess suffiċjenti għall-enerġija (faqar fl-enerġija). It-tranżizzjoni lejn forom tal-provvista tal-enerġija iktar rispettużi tal-ambjent għandu jkollha l-għan ewlieni li tipprovdi enerġija suffiċjenti bi prezz raġonevoli lill-gruppi foqra tal-popolazzjoni. |
5.7 |
Agrikoltura, diversità bijoloġika u ambjent naturali: Il-KESE jikkundanna bil-qawwa kollha l-fatt li biljun mara u raġel jbatu l-ġuħ fi nħawi differenti tad-dinja u, b'mod partikolari, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw – sitwazzjoni li tmur totalment kontra l-għan li jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millennju. |
5.8 |
Il-KESE jitlob lill-komunità internazzjonali tirrikonoxxi d-dritt għall-ikel fil-livell internazzjonali u nazzjonali, ittejjeb id-dritt għas-sjieda tal-art u l-aċċess għall-art u għall-ilma u li tikkontrolla l-bejgħ massiv tal-art minn atturi statali u investituri privati fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (“land grabbing”). |
5.9 |
Is-settur agrikolu f'ħafna partijiet tad-dinja għandu jiġi kkunsidrat mill-ġdid mill-perspettiva ta’ ekonomija ekoloġika, l-iżgurar ta’ sigurtà tal-ikel lil kulħadd, iż-żamma tal-kapital naturali tal-art u d-diversità tagħha, u minn dik tal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi f'dan is-settur. Hemm bżonn partikolari li r-riżorsi tal-ilma jiġu ġestiti u kkonservati aħjar. Hemm bżonn ta’ miri ġodda f'dawn l-oqsma. |
5.10 |
Il-KESE jemmen li s-soluzzjoni għal agrikoltura sostenibbli – kullimkien u fuq skala suffiċjenti – tinsab fi produzzjoni tal-ikel ta’ kwalità għolja, varjata skont ir-reġjuni u rispettuża tal-ambjent, li tħares liż-żoni rurali, tissalvagwardja d-diversità u l-ispeċifiċità tal-prodotti kkonċernati u tippromovi l-pajsaġġi u ż-żoni rurali Ewropej li huma diversi u rikki fl-ispeċijiet. (7) Għad li hemm bżonn bijodiversità ikbar fid-dinja kollha, in-numru tal-ispeċijiet qed ikompli jonqos.Il-forestrija, l-estrazzjoni mill-minjieri, l-industrija u, mhux l-inqas, iż-żieda fil-popolazzjoni lkoll jheddu l-bijodiversità. |
5.11 |
Għandhom jiġu introdotti miżuri effettivi għal swieq tal-agrikoltura aħjar u trasparenti. Il-volatilità u ż-żieda inaċċettabbli fil-prezz tal-ikel għandhom jiġu miġġielda. L-użu ta’ riżorsi rinnovabbli fil-produzzjoni tal-enerġija m'għandux isir bi ħsara għall-provvista globali tal-ikel. Il-provvista sikura tal-ikel għandha tiġi ggarantita billi jinżammu l-istokkijiet fil-livell reġjonali. Barra minn hekk, hemm bżonn li nimmiraw lejn iktar użu tal-bijomassa residwa mill-agrikoltura u l-produzzjoni tal-ikel. |
5.12 |
Id-drittijiet tal-ħaddiema agrikoli għandhom jiġu ggarantiti permezz tal-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet eżistenti tal-ILO. Il-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-proġetti tas-sostenibbiltà fil-livell lokali u nazzjonali hija essenzjali. Ir-rwol tan-nisa fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jistħoqqlu enfasi partikolari. |
5.13 |
L-ambjent marittimu: L-ambjent marittimu huwa taħt pressjoni kbira mit-tniġġis, is-sajd eċċessiv u l-użu eċċessiv ta’ riżorsi marittimi oħra. Il-parteċipanti fil-konferenza għandhom jinkarigaw lill-korpi kompetenti tan-Nazzjonijiet Uniti bl-introduzzjoni ta’ proċess internazzjonali ġdid sabiex il-mekkaniżmi attwali għall-protezzjoni tal-ambjent marittimu jissaħħu u jiġu kkoordinati u sabiex l-istokkijiet tal-ħut u riżorsi marittimi oħra jitħarsu b'mod iktar effettiv milli bir-regoli attwali. |
6. Nerfgħu r-responsabbiltà
6.1 |
Bil-għan li taqdi dan ir-rwol b'mod konvinċenti, l-UE għandha wkoll bżonn torganizza l-ideat tagħha stess fir-rigward tal-approċċ għas-sostenibbiltà. |
6.2 |
L-Istati Membri u l-UE għandhom:
|
Pjan ta’ Azzjoni
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew impenja ruħu li jkun involut b'mod attiv fil-proċess ta’ tħejjija tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-iżvilupp sostenibbli li ser issir f'Rio fl-2012. Waqt it-tfassil ta’ din l-opinjoni saru seduti fit-23 ta’ Marzu 2011 u fis-7 ta’ Lulju 2011.
— |
Ladarba tiġi adottata din l-opinjoni, ir-relatur ser ifittex li jressaq il-pożizzjoni tal-KESE fid-djalogu internazzjonali dwar l-istabbiliment ta’ pożizzjoni komuni tal-UE. |
— |
Fuq il-bażi tal-opinjoni adottata, il-KESE ser ikompli jiżviluppa djalogu mas-soċjetà ċivili organizzata Ewropea. Hemm pjani għal laqgħat konġunti mal-Grupp ta’ Kuntatt, mar-rappreżentanti tal-KES nazzjonali kif ukoll ma’ oganizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili u netwerks li huma wkoll fil-proċess li jistabbilixxu l-pożizzjonijiet tagħhom għall-Konferenza Rio+20. Il-konferenza kbira tal-KESE ppjanata għall-bidu tal-2012 ser tirrappreżenta pass addizzjonali f'dan il-proċess ta’ diskussjoni mas-soċjetà ċivili. |
— |
Lil hinn mid-djalogu fi ħdan l-Ewropa, il-KESE qiegħed jittratta t-tema tal-Konferenza Rio+20 fil-kuntest tar-relazzjonijiet tiegħu mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili organizzata f'partijiet oħra tad-dinja, b'mod partikolari l-Brażil, li qiegħed jorganizza l-konferenza, iċ-Ċina u l-Afrika t'Isfel. Ir-relatur ser jaqdi rwol attiv f'dan id-djalogu sabiex jistabbilixxi prijoritajiet konġunti fl-objettivi tas-soċjetà ċivili organizzata minn diversi partijiet tad-dinja u sabiex jippreżenta dawn il-pożizzjonijiet f'Rio de Janeiro f'Ġunju 2012. Ir-relatur ser jirrappreżenta wkoll lill-KESE fil-process ta’ diskussjonijiet marbut mal-Konferenza Rio+20 fi ħdan l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Kunsilli Ekonomiċi u Soċjali u Istituzzjonijiet Simili (AICESIS). Huwa ppjanat li s-sena d-dieħla, flimkien mal-konferenza nnifisha, tiġi organizzata sensiela ta’ laqgħat mal-imsieħba internazzjonali tagħna. |
Brussell, 22 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) COM(2011) 363 finali.
(2) Ara l-paġni 110 f'dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU C 100, 30.4.2009, p. 53.
(4) Opinjoni tal-KESE dwar “Fit-triq lejn is-Summit dinji għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-2012”, ĠU C 48, 15.2.2011, p. 65.
(5) http://www.futurejustice.org/action-the-campaign/?section=full#21
(6) ĠU C 100, 30.4.2009, p. 53.
(7) Opinjoni tal-KESE “Riforma tal-PAK tal-2013”, ĠU 1 C 354, 28.12.2010, p. 35.
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/110 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan Direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050”
COM(2011) 112 finali
2011/C 376/20
Relatur: is-Sur ADAMS
Korelatur: is-Sur ZBOŘIL
Nhar it-8 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan Direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050
COM(2011) 112 finali.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Agrikolu u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar is-6 ta’ Settembru 2011.
Matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Settembru 2011 (seduta tat-22 ta’ Settembru), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'119-il vot favur, 3 voti kontra u 2 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 Il-Kumitat jilqa' l-Pjan Direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050 bħala viżjoni għal strateġija futura u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej kollha jikkunsidrawh b'mod sħiħ bħala gwida għall-azzjonijiet u l-iżviluppi ta’ politika meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet għall-2050. F'dan il-kuntest, il-Kumitat jirreferi għall-ħidma tiegħu dwar l-inizjattiva ewlenija dwar l-effiċjenza tar-riżorsi u l-proposti tiegħu għall-Konferenza tan-NU dwar l-iżvilupp sostenibbli fl-2012 (1).
1.2 Il-Kumitat iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Parlament sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-miri kollha eżistenti relatati mal-karbonju għall-2020 u sabiex jerġgħu jikkunsidraw il-possibbiltà li jsaħħu l-mira tal-2020 għal tnaqqis ta’ 25 % tal-gassijiet b'effett ta’ serra bbażat fuq il-progress li sar matul in-negozjati tal-COP 17 u l-iżvilupp ekonomiku mistenni fil-Komunità fit-triq lejn it-tnaqqis miftiehem ta’ 80-95 % sal-2050.
1.3 Il-Kumitat iħeġġeġ lill-UE sabiex tadotta miri indikattivi għal tnaqqis ta’ 40 % tal-gassijiet b'effett ta’ serra sal-2030 u 60 % sal-2040 u sabiex issegwi dan il-pass b'politiki legalment vinkolanti li jwasslu sabiex jinkiseb dan it-tnaqqis. Hemm bżonn ta’ miri indikattivi fuq perjodu twil bħala benchmarks li jagħtu sens ta’ previdibbiltà u stabbiltà lill-investituri u lil dawk li huma responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet.
1.4 Il-Kumitat jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tressaq pakkett komprensiv ġdid ta’ miżuri li jservu ta’ inċentiv għall-investiment ġdid u kbir li hemm bżonn sabiex jinkisbu dawn il-miri ġodda. Il-pakkett għandu jinkludi t-tisħiħ tal-Iskema Ewropea għall-Iskambju tal-Emissjonijiet (ETS – European Emissions Trading System) bħala għodda għall-iffrankar tal-ispejjeż li tiggwida d-deċiżjonijiet ta’ investiment li jittieħdu u miżuri oħra li:
— |
jippromovu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fis-setturi kollha; |
— |
iżidu s-sensibilità tal-konsumaturi u l-kapaċità tagħhom li jużaw il-poter tal-akkwist tagħhom sabiex jiffavorixxu oġġetti u servizzi b'livell baxx ta’ karbonju; |
— |
jappoġġjaw investiment fl-infrastruttura li ser ikun hemm bżonn; |
— |
jippromovu t-taħriġ u l-bini tal-kapaċità fis-setturi prinċipali. |
1.5 Il-Kumitat iħeġġeġ il-bżonn ta’ politika industrijali attiva u riċerka u żvilupp ikkoordinat sabiex jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Huwa jappoġġja l-proposta għal pjani direzzjonali bħala viżjoni strateġika li tiggwida l-proċess ta’ tranżizzjoni, b'mod partikolari b'relazzjoni mal-produzzjoni tal-enerġija, it-trasport, il-kostruzzjoni u d-djar, l-agrikoltura u l-ġestjoni tal-iskart.
1.6 Huwa essenzjali li s-soċjetà ċivili tkun involuta b'mod sħiħ permezz ta’ djalogu strutturat u permanenti dwar il-pjani strateġiċi partikolari.
2. Il-Pjan Direzzjonali
2.1 Il-Pjan Direzzjonali 2050 jissuġġerixxi azzjoni li tkun tista' tippermetti lill-UE li tnaqqas il-gassijiet b'effett ta’ serra b'konformità mal-mira miftiehma ta’ tnaqqis ta’ 80 % sa 95 % mil-livelli tal-1990, azzjoni li fi Frar 2011 reġgħet ġiet ikkonfermata mill-Kunsill bħala għan tal-UE.
2.2 Sabiex dan ikun jista' jseħħ, il-Pjan Direzzjonali jipproponi ppjanar għal tnaqqis ta’ 80 % fl-emissjonijiet domestiċi ta’ gassijiet b'effett ta’ serra, li jimplika li l-mira iktar għolja ta’ 95 % ser ikollha tiġi mix-xiri ta’ kumpens fis-suq globali tal-karbonju. It-tnaqqis tal-emissjonijiet domestiċi ta’ 40 % u 60 % inqas mil-livelli tal-1990 huwa l-iktar perkors kosteffettiv sal-2030 u 2040 u f'dan il-kuntest tnaqqis ta’ 25 % sal-2020 huwa meqjus parti minn din il-progressjoni.
2.3 Fis-settur tal-enerġija, il-Pjan Direzzjonali jipproponi li t-teknoloġiji b'livell baxx ta’ karbonju għandhom ikopru 100 % tal-provvista tal-elettriku sal-2050. Dan ser jirrikjedi investimenti kbar fl-enerġiji rinnovabbli u fl-iżvilupp ta’ sistemi ta’ netwerks intelliġenti fl-Ewropa kollha mmexxija minn sistema msaħħa tal-ETS.
2.4 Fil-qasam tat-trasport, huwa ppjanat tnaqqis ta’ 60 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta’ serra sal-2050. Il-Pjan Direzzjonali jissuġġerixxi li jsir iktar żvilupp fil-qasam tal-bijokarburanti b'mod partikolari fis-setturi tal-avjazzjoni u l-vetturi tqal. Huwa jinnota wkoll li s-sigurtà tal-ikel u l-problemi ambjentali huma marbuta mal-iżvilupp tal-karburanti u jenfasizza kemm hu importanti li jiġu żviluppati iktar bijokarburanti sostenibbli tat-tieni u t-tielet ġenerazzjoni.
2.5 Fejn jidħol l-ambjent mibni, il-Pjan Direzzjonali jenfasizza l-importanza tal-infurzar rapidu ta’ standards ta’ kważi mingħajr emissjonijiet tal-karbonju għall-bini l-ġdid u l-isfida li tiġi aġġornata l-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini li jeżisti.
2.6 Fil-qasam tal-industrija, huma ppjanati żidiet fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tranżizzjoni lejn modi ta’ produzzjoni li jużaw inqas enerġija. Ser ikun hemm bżonn ta’ soluzzjonijiet speċifiċi għall-industrija u ta’ aktar pjani direzzjonali speċifiċi għas-settur. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-miżuri li jittieħdu sabiex jitnaqqas il-karbonju ma jwasslux biex l-industriji li jużaw ħafna enerġija jirrilokaw f'pajjiżi fid-dinja li għandhom inqas regolamenti fil-qasam (rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju).
2.7 Fis-settur tal-agrikoltura u l-foresti hemm bżonn ta’ żieda fl-effiċjenza tal-enerġija u prattiki li jtejbu l-kapaċità tal-art maħduma għas-sekwestru u ż-żamma tal-karbonju. Il-Pjan Direzzjonali jsemmi wkoll il-bijomassa bħala sors li jista' jkun sostenibbli sakemm jiġu vvalutati l-impatti involuti kollha tagħha. B'mod ġenerali, għandhom jinsabu soluzzjonijiet għar-rikonċiljazzjoni bejn it-talba dejjem tiżdied għall-ikel jew il-bijomassa u l-għanijiet tal-politika dwar il-klima.
2.8 Sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet kollha ser ikun hemm bżonn ta’ investiment pubbliku u privat addizzjonali ta’ madwar EUR 270 biljun matul l-40 sena li ġejjin. Dan jirrappreżenta 1,5 % tal-PDG tal-UE jew 8 % tal-livell attwali ta’ investiment li huma ħafna inqas minn dawk li qed jinkisbu f'xi ekonomiji emerġenti li qed jieħdu impenn serju favur ekonomija b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.
2.9 Riżorsi pubbliċi addizzjonali sabiex jiġi finanzjat dan l-investiment jistgħu jinġabru mid-dħul tal-irkant li jmiss tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-ETS. Il-programmi kollha ta’ investiment pubbliku għandhom jintużaw ukoll b'mod iktar sistematiku sabiex iħeġġu fondi addizzjonali mis-settur privat.
2.10 Benefiċċji oħra tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju jinkludu t-tnaqqis tad-dipendenza mill-importazzjonijiet tal-karburanti fossili, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u t-tijib tal-kwalità tal-arja u s-saħħa.
2.11 Il-komunikazzjoni ma tipproponix politiki u miżuri speċifiċi ġodda. Hija tindika bosta oqsma li jirrikjedu strateġiji jew inizjattivi ta’ politiki ġodda fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali sabiex isseħħ it-tranżizzjoni meħtieġa matul l-40 sena li ġejjin. Il-Pjan Direzzjonali 2050 juri bidla importanti minn miri vinkolanti ġodda għal miżuri. Huwa jniedi dibattitu mal-Istati Membri tal-UE fejn ser tittieħed deċiżjoni dwar miri ġodda. Għandna quddiemna deċiżjoni politika kruċjali: miri minn fuq għal isfel jew politika tal-innovazzjoni teknoloġika minn isfel għal fuq.
3. Kummenti ġenerali
3.1 Il-Pjan Direzzjonali huwa bbażat fuq mudelli ekonomiċi partikolari li juru l-iktar metodi kosteffettivi sabiex jintlaħqu l-miri tal-2050 fir-rigward tat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta’ serra. Sabiex tinħoloq kunfidenza sħiħa fil-metodoloġija, hemm bżonn li tkun disponibbli iktar informazzjoni dwar il-ħolqien tal-mudelli ekonomiċi, id-data li tintuża fihom u t-testijiet tas-sensittività li huma applikati. Madanakollu l-metodoloġija tidher li hija diġà robusta biżżejjed biex tappoġġja l-konklużjoni prinċipali li l-livell tal-investimenti jrid jogħla b'mod sostanzjali sabiex tinħoloq ekonomija b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju sal-2050.
3.2 B'mod partikolari l-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ il-konklużjoni tal-Pjan Direzzjonali li l-progress bikri huwa importanti ħafna għall-kosteffettività. Il-progress bikri jista' jaċċellera l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, inaqqas il-prezzijiet tagħhom, jevita investiment ġdid kbir u ta’ ħela f'impjanti temporanji li jużaw ħafna karbonju u jiġġenera l-ispinta ekonomika li hemm bżonn għall-bidliet meħtieġa.
3.3 Pjan Direzzjonali huwa utli sakemm iservi ta’ gwida li tmexxi l-azzjoni. L-isfida ewlenija ta’ dan il-Pjan Direzzjonali hija kemm ser jirnexxilu jsir parti integrali mit-tfassil tal-politiki u t-teħid tad-deċiżjonijijiet mill-partijiet prinċipali Ewropej involuti – fil-gvernijiet, fis-settur tal-enerġija u f'setturi industrijali kruċjali oħra u fl-għażliet personali tal-konsumaturi.
3.4 Bidla politika, ekonomika u teknoloġika fil-futur ser tirrikjedi ftit flessibbiltà fit-triq preċiża li tkun intgħażlet, iżda din m'għandhiex tittieħed bħala skuża għal nuqqas ta’ deċiżjoni u dewmien. Il-Pjan Direzzjonali għandu jibni kunsens fost l-atturi prinċipali kollha dwar in-natura u r-ritmu tal-progress meħtieġ u l-espansjoni meħtieġa fl-iskala tal-investiment. Jeħtieġ li tingħata prijorità partikolari lill-investimenti li ser itejbu s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Ewropa, fid-dawl tal-inċertezzi fir-rigward ta’ ħafna mis-sorsi eżistenti tal-enerġija fl-Ewropa fis-snin li ġejjin.
3.5 Il-Pjan Direzzjonali għandu jissensibilizza lill-pubbliku ġenerali u lill-konsumaturi dwar il-bżonn ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u r-rwol li ser ikollu jaqdi kulħadd. Huwa kruċjali li din għandha tkun “tranżizzjoni ġusta”, li tkun ġusta għal kulħadd u tgħin lil kulħadd jadatta għall-bidliet li ser ikun hemm bżonn.
3.6 Għadd ta’ pajjiżi oħra (inklużi ċ-Ċina, l-Istati Uniti, il-Korea t'Isfel, eċċ.) qed jagħmlu sforz kbir ħafna favur l-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġiji b'livell baxx ta’ karbonju sabiex isiru mexxejja fil-kamp tat-teknoloġija u jiksbu vantaġġ kompetittiv f'dan is-settur ġdid ta’ tkabbir industrijali. Jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea tagħmel l-istess sforz sabiex ma taqax lura f'din it-tellieqa tant kompetittiva għat-tmexxija fil-qasam tat-teknoloġiji iktar ekoloġiċi u li jużaw inqas karbonju.
3.7 Il-miri li jeżistu ta’ 20-20-20 għall-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju li għandhom jinkisbu sal-2020 diġà jistabbilixxu mira għall-UE għal dik is-sena u huwa importanti li dawn il-miri kollha jintlaħqu. Il-Kumitat mill-ġdid iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Parlament u lill-Kummissjoni sabiex jirrevedu malajr il-possibbiltà li jsaħħu l-mira tal-2020 għal tnaqqis ta’ mill-inqas 25 % fil-gassijiet b'effett ta’ serra sal-2020 ibbażat fuq il-progress li sar matul in-negozjati tal-COP 17 u l-iżvilupp ekonomiku mistenni fil-Komunità fit-triq lejn it-tnaqqis ta’ 80 % stabbilit għall-2050.
3.8 Naturalment nilqgħu ukoll xenarju fejn dan il-pass isir flimkien ma’ progress lejn ftehim ġenerali dwar sett ġdid ta’ miri fil-proċess internazzjonali ta’ negozjati dwar it-tibdil fil-klima. Iżda l-assenza ta’ ftehim ġenerali bħal dan m'għandhiex tittieħed bħala raġuni biex tiġi posposta l-azzjoni li għandha twettaq issa l-UE sabiex tilħaq il-mira fuq perjodu twil tagħha tal-2020, sabiex ittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tagħha u sabiex iżżomm il-pożizzjoni kompetittiva tagħha fit-tellieqa tat-teknoloġija ambjentali.
3.9 Il-Kumitat iħeġġeġ ukoll lill-UE sabiex tadotta malajr miri indikattivi għal tnaqqis ta’ 40 % tal-gassijiet b'effett ta’ serra sal-2030 u 60 % sal-2040 sabiex tipprovdi linji gwida previdibbli lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet relatati mal-investiment fis-settur tal-enerġija u setturi prinċipali oħra.
3.10 L-investiment ġdid meħtieġ ta’ EUR 270 biljun fis-sena hija somma kbira iżda billi din tammonta biss għal 1,5 % tal-PDG tal-UE, hija somma possibbli sakemm is-sinjali fiskali u sinjali qafas oħra jiġu stabbiliti b'mod pożittiv u jinżammu. Il-Kumitat jemmen bis-sħiħ fil-bżonn ta'qafas stabbli u previdibbli sabiex jagħti sigurtà adegwata għat-tipi ta’ investiment li ser ikun hemm bżonn.
3.11 Il-miri tal-Pjan Direzzjonali ser jirrikjedu kemm il-ġibda tas-suq (jiġifieri suq tal-enerġija tal-UE integrat u kompetittiv, in-netwerk ta’ infrastruttura meħtieġ u l-ipprezzar tal-karbonju) u l-ispinta favur it-teknoloġija, (jiġifieri appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u l-użu bikri hekk kif spjegat fil-Pjan SET (2)). L-appoġġ għall-użu bikri u mifrux ta’ teknoloġiji b'livell baxx ta’ karbonju ġodda u rivoluzzjonarji huwa partikolarment importanti sabiex tiġi aċċellerata l-kurva tat-tagħlim u r-rata tal-użu. L-impenji baġitarji li ttieħdu qabel fil-qasam għandhom jinżammu.
3.12 Il-bridge financing għandu importanza partikolari sabiex jiżgura li t-teknoloġiji l-ġodda b'valur miżjud Ewropew għoli u rati ekonomiċi pożittivi ta’ dħul fil-perjodu fit-tul ma jispiċċawx fix-xejn matul l-istadji bikrija tal-iżvilupp. L-UE għandha:
— |
tipprovdi appoġġ finanzjarju għat-teknoloġiji tal-Pjan SET permezz ta’ kombinazzjonijiet strutturati ta’ għotjiet u self; |
— |
tiżgura li r-regoli tal-akkwist jikkonformaw mal-għanijiet tal-Pjan SET; |
— |
tiżgura li l-Fondi ta’ Koeżjoni u l-Fondi Strutturali joperaw ukoll b'mod konsistenti sabiex jappoġġjaw l-għanijiet għal livell baxx ta’ karbonju fl-infrastruttura u proġetti oħra. |
3.13 Il-Pjan Direzzjonali jenfasizza ħafna l-iskema tal-UE għall-iskambju ta’ emissjonijiet (ETS – European Carbon Trading system) bħala mezz ta’ kif isiru l-bidliet u l-investiment li hemm bżonn. Il-ħsieb wara l-ETS kien li din issir skema li tistabblixxi tendenza u li ssir parti minn sistema internazzjonali ta’ limitu u skambju (cap-and-trade) li twaqqaf limitu fuq l-emissjonijiet globali tal-karbonju li jkompli jonqos b'mod konsistenti b'konformità mal-mira ta’ 2 °C. L-għan kien li jitwaqqaf prezz globali għall-iskambju tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-suq globali li, ladarba jiġi stabbilit tajjeb, jista' jservi bħala strument ewlieni biex iġib miegħu t-tranżizzjoni li hemm bżonn fil-futur fl-ivestiment fit-teknoloġiji b'livell baxx ta’ karbonju. Madankollu, peress li topera waħedha, is-sistema preżenti ta’ skambju tal-Ewropa mhix toħloq l-istimolu li hemm bżonn għal espansjoni kbira ħafna tal-investiment ġdid u iktar ekoloġiku anki fl-Ewropa stess.
3.14 Il-Kumitat jirrakkomanda għalhekk lill-Kummissjoni li tikkunsidra tressaq pakkett komprensiv ġdid ta’ miżuri li jġibu l-bidla rapida li hemm bżonn fil-prijoritajiet tal-investiment. Il-pakkett għandu bla dunju jinkludi r-riforma u t-tisħiħ tal-ETS (li issa għandu jitqies bħala miżura Ewropea iktar milli prekursur globali) bl-għan partikolari li jinġabru fondi sostanzjali biex jiġu appoġġjati r-riċerka u l-iżvilupp u l-użu ta’ teknoloġija ġdida u l-infrastruttura li tappoġġjaha. Huwa għandu jinkludi wkoll firxa ta’ miżuri oħra fiskali, regolatorji u orjentati lejn il-konsumatur.
3.15 Pakkett inklużiv
a)
Il-Kumitat jirrakkomanda li ssir reviżjoni mifruxa tal-ETS. Huma partikularment importanti erba' oqsma:
— |
iridu jinstabu modi li jagħtu spinta lill-kapaċità tas-sistema li tappoġġja l-innovazzjoni u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda b'livell baxx ta’ karbonju kif identifikati fil-Pjan SET, bl-użu tad-dħul mill-irkantar tal-kwoti tal-karbonju sabiex jiġu sostnuti r-riċerka u l-iżvilupp, id-demostrazzjoni u l-użu bikri; |
— |
trid tiġi indirizzata l-problema potenzjali tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta’ karbonju, fi kliem ieħor ir-rilokazzjoni tal-industrija (partikolarment dik li tuża ħafna l-karbonju) barra l-UE. Minħabba n-nuqqas li jsir kumpens globali għall-emissjonijiet tal-karbonju fis-suq, issa jistgħu jiġu ġġustifikati l-aġġustamenti tal-prezzijiet fil-fruntieri. Sakemm ma jeżistix suq tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-Kummissjoni għandha tieħu aktar passi biex tiżgura l-kompetittività tal-industriji li huma tassew milqutin mill-emissjonijiet tal-karbonju; |
— |
għandha tiġi riveduta l-kopertura fis-settur. (F'opinjonijiet preċedenti, il-Kumitat laqa' l-fatt li l-ETS ġiet estiża għas-settur tal-avjazzjoni u ħeġġeġ li din tiġi estiża wkoll għas-settur marittimu); |
— |
il-mekkaniżmi internazzjonali ta’ kumpens għall-promozzjoni tat-tnaqqis kosteffiċjenti tal-emissjonijiet fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, u għandhom jiġu limitati u estiżi (mingħajr ma jingħataw skużi biex jitnaqqas l-isforz għall-ksib ta’ miri nazzjonali ta’ tnaqqis). |
b)
Xi setturi, bħal dak tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, mhumiex sensittivi ħafna għall-indikaturi tal-prezzijiet. Hemm bżonn ta’ miżuri Ewropej aktar ibsin sabiex jiġu imposti u inforzati standards ogħla fl-użu effiċjenti tal-enerġija għad-djar u bini ieħor, karozzi u vetturi oħra, u tipi differenti ta’ prodotti tal-konsumatur. Il-Kumitat iħeġġeġ segwitu vigoruż tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza Enerġetika (COM(2011) 109 finali) wara valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt.
c)
Jeħtieġ li l-konsumaturi jiġu motivati jagħtu kontribut proattiv fil-ħolqien ta’ soċjetà b'livell baxx ta’ karbonju premezz tax-xiri ta’ oġġetti u servizzi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, billi:
— |
tittejjeb il-kredibbiltà tal-inizjattivi tat-tikkettar ekoloġiku u l-armonizzar tal-istandards tagħhom; |
— |
titħeġġeġ id-disponibbiltà ta’ prodotti effiċjenti u sostenibbli għall-konsumatur; |
— |
jittejjeb is-suq intern tal-enerġija fl-UE kollha. |
Il-konsumaturi jridu jkunu konvinti mir-rwol tagħhom f'futur ikkaratterizzat minn livell iktar baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u għandhom jitħeġġu sħubijiet ta’ kooperazzjoni mas-settur pubbliku.
d)
L-infrastruttura li tappoġġja t-teknoloġiji ġodda b'livell baxx tal-karbonju u tiżgura l-interoperabbiltà, bħan-netwerks intelliġenti ġodda għall-provvista tal-enerġija, ser tkun teħtieġ investiment kbir mill-Ewropa kollha sabiex jiġu żgurati l-konsistenza tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-aħjar livell ta’ kondiviżjoni tal-enerġija. Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni li twettaq studju ta’ segwitu dwar l-għażliet disponibbli għall-iżvilupp tal-infrastruttura fuq skala Ewropea sabiex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, kif ukoll dwar l-investimenti u l-istrutturi istituzzjonali relatati.
e)
Huwa importanti ħafna li jiġi analizzat u vvalutat minn qabel l-impatt soċjali tal-espansjoni u l-kontrazzjoni fis-setturi kollha milqutin mit-tranżizzjoni lejn skemi b'emissjonijiet aktar baxxi tal-karbonju u għandu jkun hemm għodod u miżuri settorjali komprensivi sabiex jinħolqu l-kompetenzi u l-kapaċitajiet neċessarji u sabiex jiġu offruti taħriġ mill-ġdid jew assistenza oħra lil dawk li qegħdin jabbandunaw l-ekonomija antika bbażata fuq il-karbonju, biex b'hekk jinħoloq ristrutturar soċjali ġust.
f)
Ir-riformi fiskali newtrali maħsuba sabiex iżidu l-ammont ta’ taxxi fuq il-karburanti li jiġġeneraw l-emissjonijiet tal-karbonju (u riżorsi naturali oħra) filwaqt li jinkoraġġixxu l-impjieg u t-titjib tas-sigurtà soċjali jaqdu rwol kruċjali biex jiggwidaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Il-klima politika għadha wisq probabbli mhix matura biżżejjed biex tagħti spinta lill-proposta ta’ qabel għal taxxa fuq il-karbonju mifruxa fl-Ewropa kollha iżda għandu jsir kull sforz sabiex din ir-riforma titħeġġeġ fil-livell nazzjonali. Il-Kumitat jilqa' wkoll il-proposta reċenti għal taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji u jħeġġeġ li d-dħul jintuża għall-investiment f'ekonomija b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.
4. Kummenti dwar setturi speċifiċi
4.1 Is-settur tal-enerġija. Il-prezz tas-sorsi rinnovabbli tal-enerġija baqa' nieżel matul dawn l-aħħar snin. Issa jeħtieġ li l-investiment jogħla sabiex il-prezz tagħhom isir kompetittiv u affordabbli. Fl-istess waqt jeħtieġ li tinżamm l-istess tagħbija bażi jew jiġu żviluppati sistemi ta’ ħżin u distribuzzjoni sabiex jingħelbu l-problemi tal-provvista irregolari tal-enerġija mir-riħ u tal-enerġija fotovoltajka.
4.2 Huwa essenzjali wkoll li jiġi żviluppat il-kunċett ta’ netwerk intelliġenti fuq skala Ewropea sabiex tkun possibbli integrazzjoni aktar estensiva tas-sorsi rinnovabbli. Il-kapaċità attwali tan-netwerk tal-elettriku Ewropew li tassorbixxi sorsi rinnovabbli intermittenti hija limitata u s-sistema teħtieġ li żżomm provvista ta’ tagħbija bażi adegwata minn sorsi mhux rinnovabbli (inkluż in-nukleari). Ser ikun hemm bżonn ta’ żvilupp estensiv ta’ sistemi integrati ta’ netwerks intelliġenti (inkluż sabiex tiġi ġestita d-domanda tas-settur industrijali u domestiku) u l-kapaċità ta’ ħżin fuq skala kbira tar-riżorsi tal-enerġija aċċessibbli faċilment (batteriji, ħżin idroelettriku, eċċ.). Jekk il-karburanti nukleari u fossili flimkien mal-qbid u l-ħżin tad-dijossidu tal-karbonju ser ikunu parti mis-soluzzjoni, dan irid jiġi indirizzat każ b'każ jew pajjiż b'pajjiż, b'mod miftuħ u ddeterminat. Il-KESE jistenna l-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050 sabiex janalizza dawn l-għażliet f'aktar dettall u jantiċipa koordinazzjoni akbar fil-qasam tal-produzzjoni u t-trażmissjoni tal-enerġija fl-Ewropa.
4.3 Investiment f'teknoloġiji b'livell baxx ta’ karbonju jista' jfisser li r-rata tal-investiment tiżdied lil hinn minn dak li s-suq iqis profitabbli. Dan ikun jeħtieġ fondi pubbliċi speċjalment għad-dimostrazzjoni u l-użu bkri. Hemm bżonn li jiġi żviluppat aktar il-Pjan SET għall-ekonomija b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.
4.4 Is-settur tat-trasport. Il-Kumitat jappoġġja l-perspettiva tal-Komunikazzjoni dwar it-tranżizzjoni meħtieġa fis-settur tat-trasport. Hemm bżonn li l-prestazzjoni tal-karbonju tat-teknoloġiji eżistenti tiġi ottimizzata. Jeħtieġ li jiġu promossi teknoloġiji ġodda bħall-elettrifikazzjoni tat-trasport tat-triq hekk kif jagħmlu l-bijokarburanti tat-tielet ġenerazzjoni li jnaqqsu l-emissjonijiet minn vetturi utilitarji eżistenti u li jippermettu t-trasport bil-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet tal-karbonju. Jeħtieġ li titħeġġeġ il-bidla modali lejn trasport pubbliku effiċjenti u t-trasport mhux motorizzat. L-UE u l-Istati Membri għandhom jużaw l-infiq pubbliku, il-politiki fiskali u l-mezzi regolatorji sabiex jagħtu spinta lil dawn il-bidliet. L-UE għandha taqdi rwol qawwi ta’ koordinazzjoni, toħloq l-inċentivi u tistabbilixxi miri u skedi għal uħud mill-bidliet speċifiċi meħtieġa.
4.5 Fir-rigward tal-karozzi u vetturi oħra tat-triq, l-istandards tal-emissjonijiet urew li kienu effettivi ħafna biex inaqqsu l-emissjonijiet. L-istandards ta’ emissjonijiet legalment vinkolanti jipprovdu l-ogħla ċertezza possibbli għall-industrija tal-karozzi u l-fornituri tagħha. F'opinjonijiet preċedenti, il-Kumitat kkumenta dwar l-istandards li qegħdin jiżdiedu gradwalment għall-effiċjenza fil-konsum tal-karburanti għall-vetturi tat-triq u ħeġġeġ li jsir progress aktar rapidu f'dan il-qasam (3). Il-KESE jtenni dawn ir-rakkomandazzjonijiet.
4.6 Il-KESE jinnota li hemm limiti fiżiċi għall-possibbiltà li titjieb l-effiċjenza tal-magni b'kombustjoni interna u jissuġġerixxi lill-Kummissjoni tuża l-perspettiva fit-tul tal-Pjan Direzzjonali għall-emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u l-bżonn assolut li jitnaqqsu l-emissjonijiet mis-settur tal-vetturi tat-triq sabiex titwettaq azzjoni li fi żmien qasir twassal għall-iżvilupp u l-użu ta’ vetturi li jużaw l-idroġenu jew l-elettriku prodott b'mod aktar nadif mingħajr ebda emissjoni ta’ karbonju.
4.7 Il-Kumitat għandu dubji kontinwi dwar il-livell ta’ dipendenza li tista' jew għandha titpoġġa fuq l-iżvilupp tal-bijokarburanti u jemmen li l-Komunikazzjoni tagħmel tajjeb li tipprevedi limitazzjoni fuq l-użu tal-bijokarburanti għal partijiet speċjalizzati tas-settur tat-trasport li jsibuha diffiċli li jużaw l-elettriku u li din il-limitazzjoni tiġi implimentata sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-istokk eżistenti ta’ vetturi. Għal dan il-għan, għandhom jiżdiedu wkoll l-isforzi sabiex jiġu żviluppati aktar bijokarburanti tat-tieni u t-tielet ġenerazzjoni effiċjenti fl-emissjonijiet ta’ karbonju.
4.8 L-ambjent mibni. Il-promozzjoni ta’ djar u bini ieħor b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju kellha progress dgħajjef ħafna. Fis-settur tad-djar, ir-rata ta’ sostituzzjoni hija baxxa ħafna, għalhekk l-isfida prinċipali f'dan is-settur hija li jiġu identifikati u implimentati programmi fuq skala kbira sabiex titjieb il-prestazzjoni tal-enerġija fid-djar eżistenti. Il-Kumitat jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tipproċedi mill-aktar fis possibbli fid-direzzjonijiet li ġejjin:
— |
timponi standards ta’ mingħajr emissjonijiet ta’ karbonju, meta dan ikun fattibbli, għall kull bini ġdid kemm pubbliku kif ukoll privat, u kemm għad-djar kif ukoll għal tip ta’ bini ieħor, dejjem skont il-varjazzjonijiet fil-klima; |
— |
timponi miri kwantifikati u programmi sabiex titjieb il-prestazzjoni tal-enerġija ta’ kull tip ta’ bini eżistenti, sa kemm dan ikun fattibbli. |
4.9 L-industrija. F'dan is-settur, il-Pjan Direzzjonali għandu juri b'mod ċar l-implikazzjonijiet politiċi tal-perkors propost għall-industrija Ewropea waqt li jitqiesu l-impatti potenzjali fuq il-kompetittività u l-impjieg. Il-miri attwali għandhom jiġu soġġetti għal valutazzjoni sħiħa li tiffoka fuq l-industrija, settur b'settur. Għal xi proċessi industrijali (bħall-produzzjoni tal-azzar u tas-siment, eċċ.), l-emissjonijiet ta’ karbonju huma parti intrinsika tal-proċessi kimiċi involuti. Għalhekk jista' jkun hemm limiti fundamentali għat-tnaqqis possibbli tal-kwantità tal-gassijiet b'effett ta’ serra f'dawn is-setturi, sakemm ma tkunx possibbli s-sostituzzjoni fuq skala kbira ta’ prodotti ġodda jew metodi ġodda għall-qbid tal-karbonju. B'riżultat ta’ dan, kull settur industrijali differenti jeħtieġ analiżi speċifika u l-Pjan Direzzjonali tiegħu dwar kif jista' jnaqqas aktar l-emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett ta’ serra.
4.10 Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni tikkjarifika jekk il-Pjan Direzzjonali jipprevedix analiżi u tnaqqis ippjanat fil-karbonju inkorporat (jew esternalizzat). L-emissjonijiet globali li ġejjin mill-produzzjoni ta’ oġġetti esportati żdiedu minn 4,3 gigatunnellati ta’ CO2 fl-1990 (20 % tal-emissjonijiet globali) għal 7,8 gigatunnellati ta’ CO2 fl-2008 (26 %). Dak li jidher bħala t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ karbonju fl-Istati Membri jistgħu jiġi kontrobilanċjat bl-importazzjonijiet ta’ prodotti li qabel kienu jiġu ffabbrikati fl-UE. Kwalunkwe kontroll effettiv f'dan il-qasam ikun jinvolvi taħlita ta’ taxxi jew kontrolli fil-fruntieri kif ukoll bidla fil-mudelli interni tal-konsum – żewġ setturi sensittivi ħafna.
4.11 L-agrikoltura u l-forestrija. Il-Kumitat jaqbel li fir-reviżjoni li jmiss tal-PAK għandha tingħata attenzjoni lill-promozzjoni ta’ prattiki agrikoli effiċjenti mil-lat tal-enerġija u b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, waqt li jinkiseb vantaġġ mit-tnaqqis ta’ 20 % miksub (1990-2006). Għandha titħeġġeġ u tiġi inċentivata l-ġestjoni tal-art u l-forestrija bil-għan li timmassimizza l-assorbiment u ż-żamma tal-karbonju. Għandu jingħata appoġġ lill-bdiewa li jipparteċipaw f'katini ta’ provvista qosra u lokali. Dan is-settur joffri potenzjal qawwi sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karburanti fossili u mill-materjali li mhumiex rinnovabbli. Madankollu, fis-settur tal-agrikoltura jidher ċar li jeżistu kunflitti bejn l-għanijiet, jiġifieri l-bżonn li minn naħa tiżdied il-produzzjoni, u min-naħa l-oħra l-ħtieġa li aktar karbonju jiġi sekwestrat fil-ħamrija u l-bijomassa. Għad m'hemmx soluzzjoni għal dan il-kunflitt. Fil-fehma tagħna, it-talba dinjija dejjem tiżdied għall-ikel b'użu intensiv tas-CO2 u l-użu dejjem akbar tal-bijomassa jmorru għalkollox kontra l-ideat li jonqos l-użu tal-fertilizzanti, li jiżdied is-sekwestru tal-karbonju, li jiġi evitat il-ħrit tal-artijiet mimlija ħaxix, eċċ. Il-miżuri proposti ma jsolvux din il-kontradizzjoni.
4.12 L-iskart. L-istrateġija Ewropea għar-rimi tal-iskart tkompli tati prijorità lit-tnaqqis tal-iskart, lit-tħeġġiġ tal-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ u l-minimizzazzjoni tat-tniġġis u d-degradazzjoni tal-art. Il-Kumitat jissuġġerixxi wkoll lill-Kummissjoni li, apparti milli tanalizza metodi differenti tar-rimi tal-iskart, tiffoka wkoll fuq il-kontribut li jistgħu jagħtu l-ġestjoni u t-trattament tal-iskart għal ekonomija iktar sostenibbli u b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. B'mod partikolari, għandhom jiġu esplorati l-użu tal-iskart bħala karburant rinnovabbli u l-irkupru tal-gass mill-miżbla (metanu).
Brussell, 22 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Opinjoni tal-KESE dwar “Pjan Direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050” u Opinjoni tal-KESE dwar “Rio+20: lejn l-ekonomija ekoloġika u governanza aħjar – Kontribut tas-soċjetà ċivili organizzata Ewropea” (ara l-paġna 102 tal-ħarġa attwali tal-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija. http://ec.europa.eu/energy/technology/set_plan/set_plan_en.htm.
(3) ĠU C 44, 16.2.2008; p. 53-56.
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/116 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni”
COM(2011) 336 finali – 2011/0147 (COD)
2011/C 376/21
Nhar l-14 u d-19 ta’ Lulju 2011 rispettivament, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, b'konformità mal-Artikolu 175(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iddeċidew li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
COM(2011) 336 finali – 2011/0147 (COD)
Peress li l-proposta kkonċernata testendi d-deroga temporanja introdotta mir-Regolament (KE) Nru 546/2009, li dwarha l-Kumitat diġà esprima ruħu fl-opinjoni tiegħu CESE 627/2009, adottata fl-24 ta’ Marzu 2009 (1), il-Kumitat, matul l-474 sessjoni plenarja tiegħu tal-21 u t-22 ta’ Settemrbu (seduta tal-21 ta’ Settembru 2011) iddeċieda, b’ 160 vot favur, 2 voti kontra u 12-il astensjoni, li ma jipproċedix bit-tfassil ta’ opinjoni ġdida dwar il-kwistjoni, iżda li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li kien ħa fid-dokument imsemmi.
Brussell, 21 ta’ Settembru 2011.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Staffan NILSSON
(1) Opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – (COM(2008) 867 finali – COD 2008/0267 - ĠU C 228, 22.09.2009, p. 103.