ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.326.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 326

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
10 ta' Novembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2011/C 326/01

Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet

1

2011/C 326/02

Ir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, mid-disa’ u mill-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni

251

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

10.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


Image

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1) u (4) tat-TFUE u l-Artikoli 129 u 143 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-Artikoli 139 u 156 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-10 Fond Ewropew għall-Iżvilupp

il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea, fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Settembru 2011, adottat

IR-RAPPORTI ANNWALI

tagħha għas-sena finanzjarja 2010.

Ir-rapporti, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet għall-osservazzjonijiet tal-Qorti, intbagħtu lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħra.

Il-Membri tal-Qorti tal-Awdituri huma:

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA (President), David BOSTOCK, Morten Louis LEVYSOHN, Ioannis SARMAS, Igors LUDBORŽS, Jan KINŠT, Kersti KALJULAID, Massimo VARI, Juan RAMALLO, Olavi ALA-NISSILÄ, Karel PINXTEN, Ovidiu ISPIR, Nadejda SANDOLOVA, Michel CRETIN, Harald NOACK, Henri GRETHEN, Eoin O'SHEA, Szabolcs FAZAKAS, Louis GALEA, Ladislav BALKO, Augustyn KUBIK, Milan Martin CVIKL, Rasa BUDBERGYTĖ, Lazaros S. LAZAROU, Gijs DE VRIES, Harald WÖGERBAUER, Hans Gustaf WESSBERG.

IR-RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

2011/C 326/01

WERREJ

Introduzzjoni ġenerali

Kapitolu 1 —

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni u l-informazzjoni ta’ sostenn

Kapitolu 2 —

Dħul

Kapitolu 3 —

L-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali

Kapitolu 4 —

Il-Koeżjoni, l-Enerġija u t-Trasport

Kapitolu 5 —

L-Għajnuna esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir

Kapitolu 6 —

Ir-Riċerka u Politiki Interni oħra

Kapitolu 7 —

In-nefqa amministrattiva u nefqa oħra

Kapitolu 8 —

L-ilħuq tar-riżultati mill-baġit tal-UE

Anness —

Informazzjoni finanzjarja dwar il-baġit ġenerali

INTRODUZZJONI ĠENERALI

0.1.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-istituzzjoni mwaqqfa bit-Trattat biex twettaq il-verifika tal-finanzi tal-Unjoni Ewropea (UE). Bħala l-awditur estern tal-UE hija taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni u tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE. Aktar informazzjoni dwar il-Qorti tista’ tinstab fir-rapport ta’ attività annwali tagħha li, flimkien mar-rapporti speċjali tagħha dwar programmi ta’ nfiq tal-UE u dħul u l-opinjonijiet tagħha dwar leġiżlazzjoni ġdida jew emendata, huwa disponibbli fuq il-websajt tal-Qorti: www.eca.europa.eu.

0.2.

Dan huwa l-34 rapport annwali tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Dan ikopri s-sena finanzjarja 2010. Rapport annwali separat ikopri l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.

0.3.

Il-baġit ġenerali tal-UE huwa deċiż kull sena mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Ir-rapport annwali tal-Qorti, flimkien mar-rapporti speċjali tagħha, jagħti bażi għall-proċedura ta’ kwittanza, li fiha l-Parlament Ewropew jiddeċiedi jekk il-Kummissjoni Ewropea tkunx wettqet ir-responsabbiltajiet tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit b’mod sodisfaċenti. Il-Qorti tibgħat ir-rapport annwali tagħha lill-parlamenti nazzjonali fl-istess ħin li tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

0.4.

Il-parti ċentrali tar-rapport annwali hija d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti (id-“DAS”) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali tal-UE u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet (imsemmija fir-rapport bħala “regolarità ta’ tranżazzjonijiet”). Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni stess tibda r-rapport; il-materjal ta’ wara jirrapporta prinċipalment dwar ix-xogħol ta’ verifika li fuqu hi bbażata d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni.

Il-Kapitolu 1 jinkludi d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u taqsira tar-riżultati tal-verifika tal-Qorti dwar l-affidabbiltà ta’ kontijiet u dwar ir-regolarità ta’ tranżazzjonijiet, u rapport fil-qosor dwar il-ġestjoni tal-baġit fl-2010;

Il-Kapitoli 2 sa 7 jagħtu s-sejbiet tal-verifika dettaljati fl-għamla ta’ “valutazzjonijiet speċifiċi” tad-dħul u n-nefqa tal-UE. Il-Kapitolu 2 jittratta n-naħa tad-dħul tal-baġit tal-UE; il-Kapitoli 3 sa 7 jittrattaw il-ħames gruppi tal-oqsma ta’ politika li l-infiq mill-baġit tal-UE hu awtorizzat u rreġistrat fi ħdanhom. Dawn il-gruppi ta’ oqsma ta’ politika jikkorrispondu b’mod wiesa’ għall-intestaturi użati fil-Qafas Finanzjarju tal-2007-2013, li jistipula l-pjanijiet wiesgħa ta’ nfiq multiannwali.

0.5.

Il-valutazzjonijiet speċifiċi huma bbażati prinċipalment fuq: ir-riżultati tal-ittestjar mill-Qorti tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet; fuq valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll prinċipali li jiggvernaw id-dħul jew in-nefqa involuta; u fuq reviżjoni tal-affidabbiltà ta’ rappreżentazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni.

0.6.

Ir-rapport annwali ta’ din is-sena huwa differenti f’għadd ta’ aspetti sinifikanti minn dawk ta’ qablu.

Il-forma u l-kontenut tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni jirriflettu standards tal-verifika internazzjonali riveduti li daħlu fis-seħħ fil-bidu tal-2011 (1).

L-istruttura tal-valutazzjonijiet speċifiċi ġiet mibdula sabiex tingħata analiżi ta’ aktar użu tal-infiq tal-UE. Il-Kapitolu 4 jinkludi n-nefqa tal-UE fuq l-enerġija u t-trasport flimkien mal-infiq mill-Fondi Strutturali u l-Fondi ta’ Koeżjoni. Filwaqt li l-edukazzjoni, iċ-ċittadinanza, l-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji u r-riċerka huma rrappurtati fil-Kapitolu 6 – Ir-Riċerka u Politiki Interni oħra.

Kapitolu ġdid dwar il-prestazzjoni ta’ kwistjonijiet ta’ verifika (il-Kapitolu 8) janalizza l-valutazzjoni tal-prestazzjoni stipulata fir-rapporti annwali ta’ attività ppreżentati minn tlieta mid-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni; u jidentifika temi komuni sinifikanti fir-rapporti speċjali li l-Qorti adottat fl-2010.

0.7.

Ir-risposti tal-Kummissjoni għall-osservazzjonijiet tal-Qorti – jew dawk ta’ istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-UE, fejn huwa xieraq – huma ppreżentati fi ħdan id-dokument. F’uħud mir-risposti tagħha l-Kummissjoni tinterpreta mill-ġdid is-sejbiet tal-Qorti jew tirreferi għall-konklużjonijiet tal-Qorti li din ma laħqitx. Id-deskrizzjoni tal-Qorti tas-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħha tqis il-kummenti ta’ min ġie vverifikat. Madankollu, hija r-responsabbiltà tal-Qorti, bħala l-awditur estern, li tirrapporta s-sejbiet tagħha, tiġbed konklużjonijiet minn dawk is-sejbiet, u b’hekk li tagħti valutazzjoni indipendenti u imparzjali tal-affidabbiltà tal-kontijiet u kif ukoll tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.


(1)  B’mod partikolari l-ISSAI 1705 Modifiki għall-Opinjoni fir-Rapport tal-Awditur Indipendenti u l-ISSAI 4200 Verifika ta’ Konformità Relatata mal-Verifika ta’ Rendikonti Finanzjarji.


IL-KAPITOLU 1

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni u l-informazzjoni ta’ sostenn

WERREJ

Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti mogħtija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — ir-rapport tal-awditur indipendenti

L-affidabbiltà tal-kontijiet

L-opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Introduzzjoni

Is-sejbiet għas-sena finanzjarja 2010

L-affidabbiltà tal-kontijiet

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Sommarju tal-valutazzjonijiet speċifiċi DAS

Tqabbil mar-riżultati tas-snin ta’ qabel

L-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

Ir-rapporti annwali tal-attività u d-dikjarazzjonijiet mid-diretturi ġenerali

L-opinjoni tal-awditur intern tal-Kummissjoni

Ir-rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni

L-implikazzjonijiet taż-żieda fil-użu ta’ prefinanzjament

Il-Ġestjoni tal-Baġit

ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI TAL-QORTI MOGĦTIJA LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL — IR-RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

 (1)  (2)

 (3)

L-affidabbiltà tal-kontijiet

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

Id-Dħul

L-impenji

Il-pagamenti

It-8 ta’ Settembru 2011

Vίtor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12, rue Alcide de Gasperi, 1615 Luxembourg, LUXEMBOURG

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

1.1.

Dan il-Kapitolu tar-Rapport Annwali:

jistabbilixxi l-isfond għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tal-Qorti u jiġbor fil-qosor u janalizza s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-verifika fil-bażi tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (ara l-paragrafi 1.2 sa 1.25);

jiddiskuti l-implikazzjonijiet tal-użu aktar frekwenti ta’ prefinanzjament fil-finanzi tal-Unjoni u fil-kontijiet tal-Kummissjoni (ara l-paragrafi 1.26 sa 1.37);

jiġbor fil-qosor l-implimentazzjoni tal-baġit għall-2010 (ara l-paragrafi 1.38 sa 1.44);

jispjega kif il-Qorti twettaq il-verifika DAS tagħha (ara l- Anness 1.1 );

jippreżenta l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni fir-rigward tal-osservazzjonijiet dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tas-snin ta’ qabel. Jinkludi wkoll ir-rispons tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji fir-Rapport Annwali tagħha għall-2009 (ara l- Anness 1.2 ).

 

1.2.

Il-Qorti tal-Awdituri tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni (DAS) (5) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tista' tissupplimenta din id-dikjarazzjoni b'valutazzjonijiet speċifiċi ta’ kull qasam prinċipali ta’ attività tal-UE (6).

 

1.3.

L-għan tax-xogħol fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tinkiseb konklużjoni dwar il-punt sa fejn id-dħul, in-nefqa, l-attivi u l-passivi ġew irreġistrati b'mod xieraq u li l-kontijiet annwali jirriflettu b'mod leali l-pożizzjoni finanzjarja fil-31 ta’ Diċembru 2010, u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi ta’ likwidità tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar (ara l-paragrafi 1.6 sa 1.18).

 

1.4.

L-objettiv tax-xogħol dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-2010 huwa li tinkiseb konklużjoni dwar jekk dawk it-tranżazzjonijiet humiex skont ir-regolamenti applikabbli jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali, u jekk ġewx ikkalkulati tajjeb (ara l-paragrafi 1.9 sa 1.14 għal ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati u l-Kapitoli 2 sa 7 għal aktar dettalji).

 

1.5.

Il-Qorti analizzat l-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni, jiġifieri d-dikjarazzjonijiet tad-diretturi ġenerali u r-rapporti annwali tal-attività tas-servizzi tal-Kummissjoni u r-rapport ta’ sinteżi relatat sabiex tivvaluta l-punt safejn dawn jagħtu valutazzjoni ġusta tal-kwalità tal-ġestjoni finanzjarja, u jikkontribwixxu għall-assigurazzjoni ġenerali tal-Qorti (ara l-paragrafi 1.17 sa 1.20 kif ukoll 1.23 sa 1.25 u “L-Affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni” fil-Kapitoli 2 sa 7). Ix-xogħol kien jinvolvi wkoll eżami tal-opinjoni ġenerali tal-awditur intern tal-Kummissjoni li nħarġet għall-ewwel darba u jkopri l-ġestjoni finanzjarja tal-Kummissjoni fis-sena baġitarja 2010 (ara l-paragrafi 1.21 sa 1.22).

 

IS-SEJBIET GĦAS-SENA FINANZJARJA 2010

L-affidabbiltà tal-kontijiet

1.6.

L-osservazzjonijiet tal-Qorti huma dwar il-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “il-kontijiet”) għas-sena finanzjarja 2010, ippreparati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u approvati mill-Kummissjoni skont l-artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju tal-25 ta’ Ġunju 2002 (7) u rċevuti mill-Qorti fil-27 ta’ Lulju 2011. Il-kontijiet jinkludu:

a)

ir-rendikonti finanzjarji konsolidati li jkoprju l-karta tal-bilanċ (b'deskrizzjoni tal-attivi u l-passivi fi tmiem is-sena), il-kont tar-riżultat ekonomiku (li jkopri d-dħul u l-ispejjeż tas-sena), it-tabella tal-likwidità (li turi kif bidliet fil-kontijiet jolqtu l-likwidità u l-ekwivalenti likwidi) u d-dikjarazzjoni ta’ bidliet fl-attivi netti (bi spjegazzjoni tal-bidliet fl-attivi netti) kif ukoll in-noti relatati; u

b)

ir-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li tkopri d-dħul u n-nefqa għas-sena.

 

1.7.

L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni ta ittra ta’ rappreżentazzjoni lill-Qorti li tikkonferma li, soġġetti għal ċertu limitazzjonijiet immaterjali (8), il-kontijiet huma kompleti u affidabbli.

 

1.8.

Il-verifika mill-Qorti tal-kontijiet għall-2010 sabet li dawn kien fihom dikjarazzjonijiet żbaljati materjali (ara madankollu l-paragrafi 1.26 sa 1.37 u l-informazzjoni dwar is-segwitu ta’ osservazzjonijiet ta’ snin preċedenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet fl- Anness 1.2 ).

 

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Sommarju tal-valutazzjonijiet speċifiċi DAS

1.9.

Fil-kapitolu 2 il-Qorti tipprovdi valutazzjonijiet speċifiċi dwar id-Dħul u fil-Kapitoli 3 sa 7 dwar il-gruppi tal-oqsma tal-politika tal-Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività (ABB) (ara t- Tabella 1.1 ). Kull valutazzjoni speċifika tagħti introduzzjoni, sejbiet u konklużjonijiet fuq ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet, l-effettività tas-sistemi, u l-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni, u tirrapporta dwar ir-risposta tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-Qorti.

 

1.10.

Għall-2010, il-grupp tal-politika r-Riċerka u Politiki Interni Oħra ppreżentat fil-Kapitolu 6 huwa magħmul minn gruppi/oqsma tal-politika li kienu parti minn valutazzjonijiet speċifiċi oħra fir-Rapport Annwali għall-2009 (9).

 

It-Tabella 1.1 —   Il-pagamenti fl-2010 skont il-kapitoli tar-Rapport Annwali

(EUR miljun)

It-taqsimiet (S) u titoli (T)  (43) li jikkorrispondu man-nomenklatura baġitarja tal-2010 allokata għal kull kapitolu tar-Rapport Annwali tal-Qorti

Pagamenti magħmula fl-2010  (44)

Kapitoli tar-Rapport Annwali

L-agrikolturau r-riżorsi naturali

56 841

L-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (T.05)

L-ambjent (T.07)

Is-sajd u l-affarijiet marittimi (T.11)

Is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur (T.17)

 

Il-koeżjoni, l-enerġija u t-trasport

40 630

L-impjiegi u l-affarijiet soċjali (T.04)

L-enerġija u t-trasport (T.06)

Il-politika reġjonali (T.13)

 

L-għajnuna esterna, l-iżvilupp u t-tkabbir

6 543

Ir-relazzjonijiet esterni (T.19)

L-iżvilupp u r-relazzjonijiet mal-Istati AKP (T.21)

It-tkabbir (T.22)

L-għajnuna umanitarja (T.23)

 

Ir-riċerka u politiki interni oħra

8 953

L-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji (T.01)

L-intrapriża (T.02)

Il-kompetizzjoni (T.03)

Ir-riċerka (T.08)

Is-soċjetà tal-informazzjoni u l-midja (T.09)

Ir-riċerka diretta (T.10)

Is-suq intern (T.12)

L-edukazzjoni u l-kultura (T.15)

Il-komunikazzjoni (T.16)

Iż-żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (T.18)

Il-kummerċ (T.20)

 

In-nefqa amministrattiva u nefqa oħra

9 264

Il-Parlament (S. I)

Il-Kunsill (S. II)

Il-Kummissjoni (S. III)

Il-Qorti tal-Ġustizzja (S. IV)

Il-Qorti tal-Awdituri (S. V)

Il-Kumitati Ekonomiku u Soċjali (S. VI)

Il-Kumitat tar-Reġjuni (S. VII)

L-Ombudsman Ewropew (S. VIII)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (S. IX)

 

Totali ġenerali

122 231

1.11.

Il-Qorti tikkonkludi li d-Dħul (EUR 127 795 miljun) (10) u l-pagamenti fil-grupp tal-politika n-Nefqa amministrattiva u nefqa oħra (EUR 9 264 miljun) kienu ħielsa minn żball materjali u li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kienu effettivi (ara t- Tabella 1.2 u l-paragrafi 2.41 sa 2.42 u 7.33 sa 7.34). L-impenji fil-gruppi tal-politika kollha wkoll kienu ħielsa minn żball materjali.

 

1.12.

Il-Qorti tikkonkludi li l-grupp tal-politika r-Riċerka u Politiki Interni oħra (EUR 8 953 miljun) kien ħieles minn żball materjali u li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kienu parzjalment effettivi fl-iżgurar tar-regolarità tal-pagamenti. Madankollu l-pagamenti interim u finali għall-programmi qafas tar-riċerka (FPs) kienu soġġetti għal żball materjali (ara t- Tabella 1.2 u l-paragrafi 6.48 sa 6.49). Il-Qorti tikkonkludi wkoll li l-grupp tal-politika l-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir (EUR 6 543 miljun) kien ħieles minn żball materjali u li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kienu parzjalment effettivi fl-iżgurar tar-regolarità tal-pagamenti. Madankollu l-pagamenti interim u finali kienu soġġetti għal żball materjali (ara t- Tabella 1.2 u l-paragrafi 5.35 sa 5.36).

 

1.13.

Il-Qorti tikkonkludi li l-gruppi tal-politika l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali (EUR 55 990 miljun ta’ nefqa rimborżata) u l-Koeżjoni, l-Enerġija u t-Trasport (EUR 37 556 miljun ta’ nefqa rimborżata) kienu milquta minn żball materjali. Madankollu l-pagamenti diretti lill-bdiewa koperti mill-SIAK (11) kienu ħielsa minn żball materjali. Il-Qorti tikkonkludi wkoll li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll ivverifikati tal-grupp tal-politika l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali kienu parzjalment effettivi. Barra minn hekk il-Qorti tikkonkludi li l-awtoritajiet tal-verifika bħala totalità tal-grupp tal-politika l-Koeżjoni, l-Enerġija u t-Trasport kienu parzjalment effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet (ara t- Tabella 1.2 u l-paragrafi 3.55 sa 3.56 u 4.47 sa 4.48).

1.13

Il-konklużjoni tal-Qorti għall-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali tikkonferma t-tendenza pożittiva li fis-snin li għaddew, l-iżjed rata ta’ żbalji probabbli hi viċin il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), li fl-2010 kienet tammonta għal 77 % tan-nefqa totali taħt dan il-Kapitolu, l-iżjed żball probabbli hu sew taħt il-limitu ta’ materjalità u li għall-pagamenti diretti koperti mis-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) hu anke iżjed baxx. Barra minn hekk, ir-riskju għall-baġit tal-UE hu adegwament kopert mill-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità. Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 3.17.

Il-Kummissjoni tqis li s-SIAK hi ġeneralment sistema ta’ kontroll effettiva għal-limitazzjoni tar-riskju ta’ żball jew nefqa rregolari. Fir-rigward tal-iżvilupp rurali, il-Kummissjoni tqis li s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll qegħdin kontinwament jitjiebu.

Fir-rigward tal-Koeżjoni, il-Kummissjoni tosserva li, għat-tieni sena konsekuttiva l-livell ta’ żball jibqa' sew taħt dawk irrappurtati mill-Qorti fil-perjodu 2006-2008. Il-Kummissjoni tqis li dan l-iżvilupp pożittiv jirrifletti d-dispożizzjonijiet ta’ kontroll rinfurzat tal-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013 u l-pjan ta’ azzjoni tiegħu tal-2008 (ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 4.24).

1.14.

Il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti ġenerali kienu materjalment milquta minn żball u li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-pagamenti kienu, b'mod ġenerali, parzjalment effettivi (ara t- Tabella 1.2 ).

 

It-Tabella 1.2 —   Sommarju tas-sejbiet dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet għall-2010

Il-Grupp tal-Politika

Il-pagamenti

(EUR miljun)

Ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli

(MLE)

L-intervall ta' fiduċja

(%)

Il-frekwenza tal-iżbalji  (45)

(%)

Il-valutazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll  (46)

Il-limitu aktar baxx ta' żball

(LEL)

Il-limitu ogħla ta' żball

(UEL)

L-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali

55 990 (47)

2,3

0,8

3,8

37

Parzjalment effettivi

Il-Koeżjoni, l-Enerġija u t-Trasport

37 556 (48)

7,7

4,7

10,7

49

Parzjalment effettivi

L-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir

6 543

1,7

0,1

3,3

23

Parzjalment effettivi

Ir-Riċerka u Politiki Interni Oħra

8 953

1,4

0,6

2,1

39

arzjalment effettivi

In-Nefqa Amministrattiva u Nefqa Oħra

9 264

0,4

0,0

1,1

7

Effettivi

Il-popolazzjoni vverifikata inġenerali

118 306  (49)

3,7

2,6

4,8

36

Parzjalment effettivi

Id-Dħul

127 795

0,0

N/A

N/A

N/A

Effettivi

Tqabbil mar-riżultati tas-snin ta’ qabel

1.15.

Ir-riżultati tal-verifika tal-Qorti għall-2010 juru żieda fl-istima tagħha tar-rata ta’ żball l-aktar probabbli dwar il-pagamenti għall-grupp tal-politika l-Koeżjoni, l-Enerġija u t-Trasport (12) meta mqabbel mal-grupp tal-politika l-Koeżjoni tal-2009 (13). L-istima mill-Qorti tar-rata ta’ żball l-aktar probabbli dwar il-pagamenti għall-gruppi tal-politika l-oħra baqgħu relattivament stabbli.

1.15.-1.16.

Matul is-snin, ħafna mir-rati ta’ żball jew kienu stabbli jew naqsu. Madankollu, għall-2010, il-progress f'numru ta’ dominji ma kkumpensax għal żieda moderata fil-koeżjoni, u b'hekk wassal f'żieda globali żgħira għall-baġit inġenerali.

Fir-rigward tal-Koeżjoni, il-Kummissjoni tosserva li l-iżjed rata ta’ żball probabbli għall-2010 hi sew taħt il-livelli rappurtati fis-snin finanzjarji 2006 sal-2008. Il-limitu ta’ żball aktar baxx fl-2010, i.e. 4,7 % jitqabbel b'mod favorevoli ma’ 11 % fl-2008.

1.16.

Meħuda flimkien, dan iwassal għal żieda tar-rata ta’ żball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti għall-pagamenti fit-totalità tagħhom minn 3,3 % fl-2009 għal 3,7 % fl-2010 (ara l- Grafika 1.1 ) (14). Il-Qorti sabet madwar terz tat-tranżazzjonijiet ittestjati milquta minn żball (2009: kwart tal-għadd totali ta’ tranżazzjonijiet).

 

Image

L-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

Ir-rapporti annwali tal-attività u d-dikjarazzjonijiet mid-diretturi ġenerali

1.17.

Kull direttur ġenerali jirrapporta kull sena dwar il-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu/tagħha f'rapport tal-attività. Dan huwa akkumpanjat minn dikjarazzjoni fost l-oħrajn dwar il-punt safejn ir-riżorsi ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom, u safejn il-proċeduri ta’ kontroll jiżguraw il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

 

1.18.

Id-diretturi ġenerali kollha ddikjaraw li r-rekwiżiti msemmija hawn fuq ġew irrispettati. Tlettax-il direttorat ġenerali jew servizzi ħarġu riżerva waħda jew aktar (15), li l-biċċa l-kbira minnhom jirreferu għal dgħufijiet dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (ara l-Annessi x.3 tal-Kapitoli 2 sa 7).

 

1.19.

Id-diretturi ġenerali jinkludu riżervi fid-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni tagħhom abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-materjalità tad-dgħufijiet u/jew osservazzjonijiet marbuta mal-elementi kostitwenti tar-rapporti annwali tal-attività tagħhom. Element ta’ din il-valutazzjoni li żdied fl-importanza partikolarment fl-2010 huwa l-kalkolu ta’ rata ta’ riskju residwu jew ta’ żball residwu – ġeneralment stima tal-impatt tal-mekkaniżmi ta’ kontroll fuq ir-rata ta’ żball fuq bażi multiannwali – li hija mqabbla mal-limitu ta’ materjalità ta’ 2 % biex ikun iddeterminat jekk tinħtieġx riżerva.

1.19.-1.20.

Il-prattika standard tal-Kummissjoni tipprevedi l-kalkolu ta’ ammont residwu f'riskju bħala perċentwal tal-attività tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività (ABB) rilevanti li hu mqabbel mal-limitu ta’ materjalità ta’ 2 % sabiex jiġi determinat jekk hemmx bżonn ta’ riżerva. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tenfasizza li l-kalkolu ta’ rata ta’ żball residwu hu biss wieħed mill-metodi disponibbli għall-Uffiċjal Awtorizzanti b'Delega (UAD) biex jagħmel stima tal-ammont f'riskju.

Peress li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll ivarjaw b'mod sinifikanti bejn l-oqsma ta’ politika, id-dipartimenti tal-Kummissjoni għandhom approċċi differenti biex jikkunsidraw u jikkalkulaw ir-rati ta’ żball residwi. Il-Kummissjoni taqbel li l-gwida eżistenti tista' ma tkunx dettaljata b'mod suffiċjenti biex tiżgura użu konsistenti ta’ terminoloġija u kriterji mis-servizzi kollha. Daħħlet fis-seħħ il-proċedura ta’ reviżjoni mill-pari biex tiżgura li jkun hemm konsistenza, fejn Direttorati-Ġenerali differenti jimplimentaw programmi simili.

Il-gwida għandha tippermetti lill-UAD marġini ta’ apprezzament f'kull każ individwali.

Filwaqt li l-kwantifikazzjoni tar-riskji fir-rapporti ta’ attività annwali (RAA) hi intiża li tagħti indikazzjoni tal-ammonti f'riskju u li tagħti stima tal-korrezzjonijiet finanzjarji potenzjali għall-pagamenti fis-sena ta’ referenza, id-Direttur Ġenerali għandu għad-dispożizzjoni tiegħu għodod oħra biex jipproteġi l-fondi tal-UE, bħal interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagament u korrezzjonijiet finanzjarji. Il-kwantifikazzjoni tar-riskju fir-RAA m'għandhiex l-istess funzjoni bħar-rata ta’ żball stabbilita mill-Qorti tal-Awdituri u l-Kummissjoni tqis għaldaqstant li ma jistgħux u m'għandhomx jiġu mqabbla. Id-Direttur Ġenerali jista' jevalwa jekk jeżistux “miżuri ta’ mitigazzjoni”, li jillimitaw ir-riskju. Fil-Koeżjoni, ir-rekwiżiti legali eżistenti huma filfatt miżuri ta’ mitigazzjoni u l-valutazzjoni tal-espożizzjoni għar-riskju tal-2010 għandha tikkunsidra dawk il-mekkaniżmi ta’ kontroll komplimentari, li jistgħu jmorru sew lil hinn mis-sena ta’ referenza tal-verifiki tal-Qorti (verifiki annwali mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar, awditjar komplimentari mid-Direttorati-Ġenerali għall-Politika Reġjonali (DĠ REGIO) u għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (EMPL), verifiki ta’ għeluq fi tmiem il-programmi).

1.20.

L-istruzzjonijiet permanenti għar-rapporti annwali tal-attività maħruġa mis-Segretarjat Ġenerali u d-Direttorat Ġenerali għall-Baġit ma fihomx gwida dwar l-istima ta’ din ir-rata ta’ riskju residwu jew ta’ żball residwu. Dan jirriżulta f'applikazzjoni inkonsistenti ta’ dan il-kunċett mid-direttorati ġenerali kkonċernati (eż. antiċipazzjoni ta’ rkupri mistennija mingħajr rabta ma’ ammonti attwali, għal ċerti programmi nuqqas ta’ kwantifikazzjoni ta’ riskji ta’ żball sa 'l fuq minn 5 %, b'kunsiderazzjoni tar-rata ta’ retenzjoni li għaliha hemm dispożizzjoni fir-regolament (16), esklużjoni ta’ riżultati tal-verifika negattivi għal programmi tal-verifika li għadhom kemm bdew b'kopertura tal-verifika limitata).

 

L-opinjoni tal-awditur intern tal-Kummissjoni

1.21.

L-awditur intern tal-Kummissjoni ħareġ l-ewwel opinjoni ġenerali tiegħu (17) fuq l-istat tal-kontroll fil-Kummissjoni. Hija bbażata partikolarment fuq assigurazzjonijiet mogħtija fir-rapporti annwali tal-attività u fuq xogħol imwettaq mis-servizz ta’ verifika interna tal-Kummissjoni (IAS) u l-kapaċitajiet ta’ verifika interna tad-direttorati ġenerali differenti fl-2008 sal-2010.

 

1.22.

L-ambitu tal-opinjoni ġenerali huwa limitat għall-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni stess. Madankollu aktar minn 90 % tal-iżbalji kollha huma identifikati barra l-Kummissjoni fil-livell tal-benefiċjarji. L-awditur intern tal-Kummissjoni jivvaluta dan il-qafas bħala adegwat, meta meħud fit-totalità tiegħu. Madankollu, il-Qorti tinnota li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fis-seħħ ma jimpedixxux jew ma jidentifikawx u jikkoreġu żbalji sa tali punt li t-tranżazzjonijiet fil-bażi tal-baġit, meħud fit-totalità tiegħu, huma legali u regolari.

1.22.

L-ambitu tal-opinjoni tal-Awditur Intern jinkludi s-sistemi ta’ kontroll li l-Kummissjoni ddaħħal fis-seħħ biex tindirizza r-rata ta’ żball fil-livell tal-benefiċjarji.

Meta jeżamina s-sistemi ta’ kontroll tal-Kummissjoni, l-Awditur Intern tal-Kummissjoni jitlob assigurazzjoni li kull servizz daħħal fis-seħħ strateġija ta’ kontroll li għaliha l-ispejjeż ta’ kontrolli huma proporzjonali mar-riskji ta’ żball fit-tranżazzjonijiet sottostanti, u li hi effettiva biex jiġu evitati żbalji fit-talbiet sottomessi mill-benefiċjarji, u fl-irkupru ta’ somom imħallsin meta mhux dovut meta jseħħu l-iżbalji.

Ir-rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni

1.23.

L-introduzzjoni għar-rapport ta’ sinteżi (18) tiddikjara li, bl-adozzjoni tiegħu, il-Kummissjoni tassumi r-responsabbiltà politika (19) tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE mill-maniġment anzjan tagħha. Il-Kummissjoni tinnota li d-diretturi ġenerali rnexxielhom jikkoreġu d-dgħufijiet f'25 % tar-riżervi fformulati fl-2009. Fil-fehma tagħha, it-titjib relatat jinkludi konformità akbar mar-regoli ta’ eliġibbiltà għan-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarji.

 

1.24.

Madankollu, il-Kummissjoni tagħraf li għad hemm oqsma li għandhom bżonn aktar titjib, partikolarment fir-rigward tal-ġestjoni maqsuma, u tipproponi azzjonijiet biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, bħal ma huma:

1.24.

reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju u regolamenti settorjali għall-perjodu ta’ wara l-2013 bil-ħsieb li jittejjeb it-tfassil tal-iskemi ta’ finanzjament, li jiġi indirizzat ir-riskju ta’ żball, li jiġi limitat il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u partijiet interessati oħra u li titnaqqas l-ispiża operattiva tal-kontrolli;

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 1.37.

eżerċizzju rigoruż tal-irwol ta’ sorveljanza mill-Kummissjoni u l-applikazzjoni tagħha ta’ interruzzjoni ta’ pagamenti, proċeduri ta’ sospensjoni u korrezzjonijiet finanzjarji b'mod sistematiku u f'waqtu, kull meta jiġu identifikati nuqqasijiet serji fil-kontroll;

Effettivament, il-Kummissjoni u s-servizzi tagħha eżerċitaw ir-rwol superviżorju tagħhom billi interrompew 63 (49 FEŻR u 14 FSE) skadenzi tal-ħlas u billi adottaw deċiżjoni waħda ta’ sospensjoni għall-programm operazzjonali 2007-2013 u 5 deċiżjonijiet ta’ sospensjoni (FSE) dwar il-programmi operazzjonali 2000-2006, fejn ġew skoperti defiċjenzi jew irregolaritajiet serji, sakemm ġew implimentati miżuri korrettivi meħtieġa mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni qed issegwi din il-politika stretta fl-2011, bi 52 interruzzjoni ta’ skadenzi tal-ħlas deċiżi (40 għall-FEŻR u 12 għall-FSE) fl-ewwel semestru tas-sena.

sforzi akbar fil-qasam tal-koeżjoni biex tiġi indirizzata ż-żieda sinifikanti, meta mqabbla mal-2009, tar-rata ta’ żball u l-volum ta’ pagamenti żbaljati kkawżati mill-għadd ikbar ta’ tranżazzjonijiet u l-ammonti ogħla ta’ nefqa ddikjarata;

 

modernizzazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE li huma sors importanti ta’ żball, partikolarment fil-qasam tal-koeżjoni (20);

 

aktar titjib tal-leġibbiltà u l-komparabbiltà tar-rapporti annwali tal-attività.

 

1.25.

Fir-rapport ta’ sinteżi tagħha, il-Kummissjoni ħadet nota tar-rapporti mill-maniġment u ddikjarat li huma “ta’ serħan il-moħħ għall-Kulleġġ f'dak li għandu x'jaqsam mal-prestazzjoni tal-governanza u l-kontroll intern li jinsabu fis-seħħ fis-servizzi tiegħu, filwaqt li jagħtu assigurazzjoni raġonevoli dwar il-kapaċità tiegħu li jiskeb għanijietu” (21). Madankollu l-Qorti tenfasizza li hija qabel kienet identifikat kwistjonijiet oħra (22) li s'issa għadhom ma ġewx riżolti:

1.25.

f'bosta oqsma l-ambitu jew l-iskala tar-riżervi għandha tkun akbar (ara l-paragrafi 1.20; 3.52 sa 3.54; 4.45 sa 4.46; 5.31 sa 5.34; 6.46 sa 6.47 u l-Annessi x.3 tal-Kapitoli 2 sa 7);

Il-Kummissjoni tqis li l-ambitu jew l-iskala ta’ riżervi huma xierqa (ara t-tweġibiet għall-paragrafi 1.19-1.20, 3.52 sa 3.54, 4.46 u 5.33 sa 5.34).

id-data mill-Istati Membri dwar l-irkupri jew l-irtirar għadha mhux kompluta jew inkella għadha ma ġietx ivverifikata u/jew ivvalidata mill-Kummissjoni (ara l- Anness 1.2 , il-punt 3);

L-informazzjoni marbuta mal-irkupri hi inkluża fin-nota 6 mal-kontijiet.

Fil-Koeżjoni, għall-perjodu ta’ pprogrammar 2000-2006, il-Kummissjoni tivverifika li l-informazzjoni sottomessa għall-għeluq tal-programmi hi kompluta u affidabbli. Għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013, il-Kummissjoni qed twettaq inkjesta ta’ awditjar speċifika dwar is-sistemi tal-Istati Membri għall-irkupri, sabiex tikseb assigurazzjoni dwar il-kwalità tad-dejta sottomessa fid-dikjarazzjonijiet annwali dwar l-irkupri u l-irtirar. L-ewwel riżultati ta’ dan l-awditjar huma mistennija li jiġu kkunsidrati fir-rapporti tal-attività annwali tal-2011.

id-differenza bejn il-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni finanzjarja u l-irkupri (il-korrezzjonijiet finanzjarji huma konsegwenza ta’ dgħufijiet identifikati fis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll filwaqt li l-irkupri huma relatati ma’ pagamenti irregolari) u l-impatt tagħhom (il-korrezzjonijiet finanzjarji jiġġarrbu mill-kontribwenti tat-taxxa filwaqt li l-irkupri jitħallsu mill-benefiċjarji individwali) għadha ma titqiesx b'mod adegwat (ara l- Anness 1.2 , il-punt 3).

Il-Kummissjoni tirrapporta fil-kontijiet tagħha fil-livell tal-Baġit tal-UE u tqis li l-irkupri huma essenzjali fil-protezzjoni tal-baġit tal-UE. Il-Kummissjoni tifhem li r-referenza tal-Qorti għall-irkupri tikkonċerna dawk fil-livell tal-benefiċjarji fl-Istati Membri u tirrikjedi li l-informazzjoni rrappurtata għandha tirreferi għal dawn l-irkupri. Madankollu, f'oqsma ta’ ġestjoni konġunta, din ir-responsabbiltà taqa' f'idejn l-Istati Membri, kif spjegat fit-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafu 1.39 tar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-2009. Hekk kif l-Istat Membru jkun irrimborża l-fondi mħallsa meta mhux dovut (permezz ta’ claw back effettiv jew permezz ta’ tpaċija), il-Kummissjoni tqis li l-baġit tal-UE hu protett. Madankollu, l-Istati Membri huma obbligati li jirkupraw ammonti mħallsa meta mhux dovut kull meta hu possibbli u xieraq.

L-IMPLIKAZZJONIJIET TAŻ-ŻIEDA FIL-UŻU TA’ PREFINANZJAMENT

1.26.

Komponent sinifikanti ta’ pagamenti magħmula mill-Kummissjoni jagħti finanzjament bil-quddiem għal spejjeż li se jiġġarrbu minn korpi esterni f'data aktar tard. Meta dawn il-pagamenti jiġu identifikati b'mod korrett bħala prefinanzjament, ma jiġux ittrattati fil-kontijiet tal-Unjoni bħala nefqa definittiva fiż-żmien meta jsiru. Minflok, jiġu rreġistrati bħala attiv fil-karta tal-bilanċ sakemm tiġi ppreżentata ġustifikazzjoni għall-ispejjeż imġarrba (jew inkella, inqas ta’ spiss, tlestija tal-attività meħtieġa). Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tirreġistra l-ispiża relatata fil-kont tar-riżultat ekonomiku u tapprova l-entrata fil-karta tal-bilanċ.

 

1.27.

Jekk pagamenti bil-quddiem jiġu rikonoxxuti fil-kontijiet bħala nefqa definittiva, m'hemm l-ebda rekord kontabilistiku tal-ħtieġa biex tiġi ppreżentata evidenza tal-użu aħħari ta’ dawn il-fondi. Dan iżid ir-riskju li l-użu tal-fondi ma jiġix ġustifikat, u li ma jinstabux irregolaritajiet jew inkella jinstabu biss wara dewmien konsiderevoli. Dan jaf jagħmilha aktar diffiċli biex jiġu rkuprati l-ammonti mħallsa b'mod irregolari.

1.27.

Is-servizzi ta’ kontabilità fil-Kummissjoni qed ikomplu x-xogħol tagħhom biex jiċċaraw il-kwistjonijiet marbuta mar-rikonoxximent u l-approvazzjoni tal-prefinanzjament (ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 1.37).

Minkejja l-validità tal-prinċipju ddikjarat fit-tieni parti tal-kumment tal-Qorti, għandu jiġi osservat li, pereżempju, fil-każ tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja (FEI's) il-bażi legali tipprevedi biss verifika ta’ eliġibbiltà waħda tal-ispejjeż imġarrba, fl-għeluq tal-programm, jew fi tmiem il-perjodu ta’ pprogrammar (skont liema jseħħ l-ewwel). Għaldaqstant, ikun xi jkun it-trattament tal-kontabilità applikat għall-ħlas tal-flus mill-Kummissjoni lill-Istati Membri, l-irregolaritajiet eventwali jiġu skoperti biss f'dak iż-żmien.

Żieda sostanzjali ta’ prefinanzjament bejn l-2005 u l-2010

1.28.

Il-valur irreġistrat gross ta’ prefinanzjament akkumulat irdoppja u aktar matul l-aħħar sitt snin (minn EUR 39 biljun għal EUR 84 biljun, ara l-ewwel ringiela tat- Tabella 1.3 ). Il-Kummissjoni tistma wkoll, matul l-eżerċizzju ta’ qtugħ (23), in-nefqa mġarrba fi tmiem is-sena mill-benefiċjarji li għalihom għadhom ma waslux talbiet ta’ pagament. Dawn l-imposti dovuti (ara t-tieni ringiela tat- Tabella 1.3 ) jitnaqqsu mill-prefinanzjament pendenti gross relatat. L-ammont ta’ prefinanzjament nett li jirriżulta fil-karta tal-bilanċ (ara t-tielet ringiela tat- Tabella 1.3 ) kiber b'mod sinifikanti wkoll, iżda inqas malajr (minn EUR 29 biljun għal EUR 49 biljun).

1.28.

Il-Kummissjoni qed tissorvelja s-sitwazzjoni fir-rigward tat-tkabbir fl-ammonti tal-prefinanzjament. Ħafna minn din iż-żieda hi ġġustifikata miċ-ċaqliq għal perjodu ta’ pprogrammar ġdid (2007-2013) u l-prefinanzjamenti mħallsa skont il-leġiżlazzjoni ta’ ġestjoni konġunta. Minkejja dan, is-servizzi ta’ kontabilità tal-Kummissjoni jibqgħu jaħdmu mad-Direttorati-Ġenerali (DĠs) operazzjonali biex jippruvaw iżommu l-ammonti ta’ prefinanzjament miftuħa baxxi kemm jista' jkun possibbli, iżda dan ix-xogħol spiss jiġi f'kunflitt mal-leġiżlazzjoni sottostanti.

It-Tabella 1.3 —   L-evoluzzjoni tal-prefinanzjament (50) u l-imposti dovuti relatati bejn l-2005 u l-2010 (f'EUR miljun)

 

31.12.2005

31.12.2006

31.12.2007

31.12.2008

31.12.2009

31.12.2010

Id-differenza bejnl-2005 u l-2010

L-Ammont

f'%

It-total tal-prefinanzjament gross (qabel il-qtugħ)

38 854

43 129

55 099

73 754

84 761

84 387

45 533

117 %

L-imposti dovuti

9 489

12 649

20 501

34 469

35 934

34 966

25 477

268 %

It-total tal-prefinanzjament nett (wara l-qtugħ)

29 365

30 480

34 598

39 285

48 827

49 421

20 056

68 %

Data mhux preċiża jew mhux sħiħa dwar il-prefinanzjament

Nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ prefinanzjament

1.29.

Filwaqt li x'aktarx li dejjem se jinħtieġ xi element ta’ stima għall-approvazzjoni tal-prefinanzjament, bosta direttorati ġenerali fil-politiki interni u azzjonijiet esterni jibqgħu jirreġistraw l-istimi fil-kontijiet saħansitra meta jkunu aċċettaw ir-rendikonti tan-nefqa bħala bażi adegwata biex isiru aktar pagamenti lill-benefiċjarju (24). L-użu ta’ stimi għal imposti dovuti żdied b'mod sinifikanti biż-żmien, b'ċaqliq ta’ inqas minn kwart tal-ammont imħallas bil-quddiem fl-2005 għal kważi nofs fl-2010 (ara t-tieni ringiela tat- Tabella 1.3 ). Il-Qorti fissret it-tħassib tagħha dwar iż-żieda f'din il-prattika (25).

1.29.

Il-Kummissjoni tifhem it-tħassib tal-Qorti f'dan il-qasam u qed tagħmel sforzi biex tindirizza din il-kwistjoni. Fil-kuntest tar-reviżjoni attwali tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni pproponiet li l-approvazzjoni regolari tal-prefinanzjamenti ssir obbligatorja.

Minħabba r-riskju ta’ żball f'dikjarazzjonijiet mhux iċċertifikati u/jew mhux awditjati tal-ispejjeż, numru ta’ Uffiċjali Awtorizzanti b'Delega qed joqogħdu lura milli jagħmlu l-pagamenti abbażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet. Jużaw b'hekk dikjarazzjonijiet ta’ nefqa mhux iċċertifikati u/jew mhux awditjati bħala indikazzjoni tal-progress fl-azzjoni sussidjata u jħallsu prefinanzjamenti addizzjonali, sabiex jiżguraw float tat-teżor kontinwu tal-pagamenti għall-proġetti sussidjati. L-approvazzjoni tiġi mbagħad posposta sal-aħħar tal-proġett.

Tajjeb li wieħed isemmi li kemm il-Kummissjoni u kif ukoll il-benefiċjarji/kuntratturi (b'mod partikolari f'politiki interni u għajnuna esterna) se jaffrontaw sfida f'termini tal-piż tax-xogħol amministrattiv meta l-approvazzjonijiet regolari tal-prefinanzjamenti jsiru iżjed effettivi.

Reġistrazzjoni inkompleta ta’ prefinanzjament

1.30.

Sa mill-2009, kien hemm żieda sinifikanti fil-pagamenti prinċipalment f'istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja (SIF) li għalihom ġustifikazzjoni tal-ispejjeż u/jew attività hija mistennija biss f'data aktar tard. Il-verifika żvelat għadd sinifikanti ta’ każijiet fejn fil-bidu l-Kummmissjoni ma rreġistratx bix-xieraq li l-pagamenti jwasslu għal attiv. Għalhekk, bil-kontra tal-prinċipju ta’ sustanza fuq il-forma (26) l-kontijiet taw l-impressjoni li r-riċevituri taw ġustifikazzjoni sħiħa għall-użu tal-fondi, meta fil-prattika dan ma kienx il-każ.

1.30.

Din il-kwistjoni tqajmet għall-ewwel darba fil-bidu tal-2011. Il-qafas legali għal ġestjoni konġunta ma jirrikjedix li l-ammonti relatati mħallsa bil-quddiem jiġu mitluba mill-Kummissjoni f'dikjarazzjoni ta’ spiża separata, u lanqas ma jirrikjedi rappurtar perjodiku speċifiku fuq l-użu tagħhom mill-benefiċjarju finali. Ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 1.31 u 1.32.

L-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja

1.31.

Il-kontribuzzjonijiet għas-SIF isawru l-aktar element waħdieni u sinifikanti ta’ din il-problema. Ir-regolamenti relevanti fl-oqsma tal-Koeżjoni u l-Iżvilupp rurali (27) jipprovdu għall-inklużjoni ta’ pagamenti li jsiru minn programmi operazzjonali biex jistabbilixxu jew jikkontribwixxu għal fondi li jimplimentaw is-SIF fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa. Il-Kummissjoni adottat il-prattika li tirreġistra l-ammonti sħaħ iddikjarati mill-istati membri bħala spejjeż fil-kont tar-riżultat ekonomiku bħallikieku kienu l-ipproċessar finali u definittiv ta’ dikjarazzjoni tan-nefqa.

1.31.

Fin-nuqqas ta’ xi informazzjoni dwar il-pagamenti magħmula lill-FEIs, li ma hijiex mitluba mill-Istati Membri fil-bażi legali applikabbli, il-Kummissjoni inizjalment ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li tikkunsidra dawk il-pagamenti bħala nfiq.

Abbażi tal-informazzjoni li talbet u kisbet mill-Istati Membri f'Ġunju 2011, il-Kummissjoni ttrattat pagamenti lil FEIs bħala assi fil-kontijiet tal-2010 inklużi l-figuri komparattivi għall-2009. Ara n-noti 2.5, 2.9, 2.10 u 3.4 għall-kontijiet konsolidati meta d-dettalji kollha huma provduti. Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 1.32.

1.32.

Madankollu, skont ir-regolamenti settorjali, l-awtoritajiet fl-istati membri huma meħtieġa biss jippreżentaw dikjarazzjoni finali dwar l-użu tagħhom fil-għamla ta’ self, garanziji jew investimenti fl-ekwità, mogħtija lir-riċevituri finali f'data aktar tard (tipikament fi tmiem il-perjodu tal-programm). Dan fisser li fl-2010 l-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni komprensiva dwar l-ammonti użati attwalment mill-iSIF, u kien biss wara li din il-problema dehret fl-ewwel parti tal-2011 li hija setgħet tiġbor l-informazzjoni meħtieġa mill-istati membri. B'riżultat ta’ dan, madwar EUR 4,8 biljun ma kinux irreġistrati bħala prefinanzjament fil-karta tal-bilanċ tal-kontijiet provviżorji għall-2010 (28).

1.32.

Għandu jiġi osservat li l-informazzjoni mitluba u miksuba mill-Istati Membri ma tikkonċernax l-ammonti li attwalment jitħallsu mill-FEIs, iżda l-ammont kontribwiti għall-FEIs. Meta wieħed iqis il-kriterju tal-ispejjeż u l-benefiċċju, il-Kummissjoni għamlet stima tal-ammonti mhux użati fuq bażi ta’ linja dritta u kklassifikathom mill-ġdid bħala assi.

L-assi li jammontaw għal total ta’ 4,8 biljun euro se jiġu kompletament deprezzati sal-aħħar tal-2015, permezz tal-applikazzjoni tal-bażi legali attwali.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 4.32.

Skemi oħra ta’ għajnuna

1.33.

Barra minn hekk, għadd ta’ skemi oħra ta’ għotja jippermettu li jsiru pagamenti bil-quddiem fi flus kontanti lill-benefiċjarji, qabel ma jiġu ppreżentati r-rendikonti tal-ispejjeż finali. Fil-prattika dawn huma ttrattati wkoll bħallikieku kienu nefqa definittiva. Għalhekk, mhumiex rikonoxxuti u ppreżentati fil-karta tal-bilanċ. Huwa diffiċli għall-Kummissjoni biex tikkwantifika l-ammont ikkonċernat.

1.33.

Fir-rigward tal-FEIs imsemmija hawn fuq, għall-iskemi ta’ għajnuna l-bażi legali wkoll ma tipprevedi l-ebda rappurtar speċifiku fuq l-ammonti mħallsa u l-użu tagħhom. Sa issa, il-Kummissjoni għandha indikazzjonijiet li taħt l-iskemi ta’ għajnuna, il-pagamenti bil-quddiem huma mħallsa għal perjodu iqsar mill-FEIs. Il-movimenti inerenti minħabba l-attività normali u d-dewmien fid-dikjarazzjoni tan-nefqa attwalment imġarrba jagħmluha diffiċli li jikkwantifikaw l-impatt finanzjarju ta’ dawn il-pagamenti bil-quddiem.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 1.36.

L-azzjoni meħuda mill-Kummissjoni

1.34.

Il-Kummissjoni fittxet li tikseb biżżejjed informazzjoni għall-kontijiet finali tagħha. Skont l-informazzjoni li waslet mill-istati membri fi tmiem Ġunju 2011, il-kontribuzzjoni mill-UE lill-iSIF tammonta għal EUR 6,4 biljun. Abbażi tal-istima tal-ammonti mhux użati mill-iSIF fil-31.12.2010, l-aġġustamenti l-aktar sinifikanti li kellhom isiru kienu klassifikazzjoni mill-ġdid mill-ispejjeż għall-attivi fil-kontijiet tal-2009 u tal-2010 (ara n-noti 2.5, 2.9, 2.10 u 3.4 għall-kontijiet tal-2010 li jispjegaw l-aġġustamenti li saru).

 

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.35.

Il-Kummissjoni kkoreġiet problemi materjali rigward il-kompletezza tal-prefinanzjament permezz ta’ reġistrazzjonijiet ta’ qtugħ u aġġustamenti (ara l-paragrafu 1.34). Minkejja dan, in-nuqqas ta’ informazzjoni kurrenti dwar il-fondi tal-UE attwalment użati mill-istati membri inaqqas b'mod sinifikanti is-siwi tal-informazzjoni kontabilistika għall-maniġment, notevolment għall-Kummissjoni fir-responsabbiltajiet tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit.

1.35

Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza l-volum u l-importanza tal-informazzjoni miġbura fuq il-kontribuzzjonijiet imħallsa fl-FEIs, li hu pass importanti lejn informazzjoni ta’ kontabilità iżjed preċiża.

1.36.

Il-Kummissjoni teħtieġ tieħu aktar azzjoni biex tiżgura li l-informazzjoni meħtieġa hija disponibbli, li t-tranżazzjonijiet jingħataw trattament konsistenti fil-kontijiet, u li d-direttorati ġenerali kollha jżommu rekords kontabilistiċi kompleti, preċiżi u aġġornati.

1.36.

It-trattament ta’ kontabilità applikat kien konsistenti fl-4 DĠs ta’ ġestjoni konġunta u skont il-bażi legali. Barra minn hekk, f'dan l-istadju ma jkunx fattibbli li jiġi mibdul it-trattament applikat għad-dikjarazzjonijiet tal-ispiża sottomessi mill-Istati Membri. Minflok, il-Kummissjoni se tkompli tikkalkula stima tal-ammonti mhux użati fi tmiem is-sena u tagħmel l-aġġustament ta’ kontabilità meħtieġ.

L-effikaċja tal-ispejjeż jeħtieġ li tiġi kkunsidrata peress li l-Kummissjoni għandha tevita li r-rappurtar fuq il-pagamenti bil-quddiem meħtieġa mill-benefiċjarji jsir kumpless iżżejjed u li jirrikjedi ħafna riżorsi għall-partijiet kollha kkonċernati.

Il-Kummissjoni diġà proponiet modifika xierqa għall-bażi legali settorjali attwali fir-regolazzjoni tal-fondi strutturali. Se tintroduċi wkoll dispożizzjonijiet xierqa fil-proposti għall-bażi legali fil-futur.

1.37.

L-użu akbar ta’ prefinanzjament fil-baġit tal-UE u ta’ tipi ġodda ta’ strumenti finanzjarji jagħmilha urġenti għall-Kummissjoni biex din iżżur mill-ġdid ir-regola kontabilistika relevanti sabiex tagħti gwida adegwata dwar ir-rikonoxximent u l-approvazzjoni ta’ prefinanzjament. Din għandha tkun akkumpanjata minn sorveljanza mtejba (29).

1.37.

Il-Kummissjoni tenfasizza li għandha ssir distinzjoni bejn prefinanzjament mogħti taħt għajnuna esterna u politiki interni u prepagamenti magħmula taħt ġestjoni konġunta, b'mod partikolari li jikkonċernaw strumenti ta’ inġinerija finanzjarja.

Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li l-indirizzar tal-approvazzjoni tal-prefinanzjament qabel il-pagamenti finali ma hijiex sempliċiment kwistjoni ta’ gwida tal-kontabilità. Fil-prattika, tfisser ir-rimborż ta’ dikjarazzjonijiet ta’ spejjeż interim li tagħhom il-livell ta’ konformità ma’ regoli tal-eliġibbiltà kumplikati għandu l-ewwel jiġi vverifikat. Dan ma jistax jinkiseb mingħajr żieda sostanzjali fil-piż tax-xogħol amministrattiv, kemm għall-benefiċjarji u s-servizzi tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk, dan se jirrikjedi bidliet fir-Regolament Finanzjarju u fil-leġiżlazzjoni settorjali li, fil-mument, jippermettu prefinanzjamenti suċċessivi bbażati fuq progress fl-azzjonijiet issussidjati. Il-Kummissjoni kienet diġà proponiet fir-reviżjoni tal-artikolu rilevanti tar-Regolament Finanzjarju, li l-approvazzjoni regolari tal-prefinanzjament issir obbligatorja.

Finalment, il-Kummissjoni tindika li s-servizzi ta’ kontabilità tagħha provdew gwida, taħriġ u organizzaw workshops dwar il-prefinanzjament matul l-2010 u l-2011 u dan se jitkompla.

IL-ĠESTJONI TAL-BAĠIT

1.38.

Din it-taqsima tiġbor fil-qosor l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-UE fl-2010.

 

L-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-impenji u għall-pagamenti

1.39.

It-total tal-approprjazzjonijiet disponibbli fl-2010, b'kunsiderazzjoni tal-approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem (30), id-dħul assenjat (31) u l-baġits ta’ emenda (32), jammonta għal EUR 147,3 biljun għall-impenji u EUR 130,5 biljun għall-pagamenti, żieda ta’ 0,9 % u 4,8 % rispettivament meta mqabbel mat-total tal-approprjazzjonijiet disponibbli fl-2009 (ara d- Dijagrammi III u IV fl- Anness għal dan ir-Rapport Annwali).

 

1.40.

L-approprjazzjonijiet tal-impenji tal-baġit tas-sena kienu EUR 0,6 biljun aktar mil-limitu massimu tal-qafas finanzjarju minħabba l-użu tal-fondi li għalihom dan huwa permess (33). It-total tal-approprjazzjonijiet tal-pagamenti baqa' taħt il-limitu massimu b'EUR 11,4 biljun.

 

Ir-rati għall-implimentazzjoni tal-baġit

1.41.

Il-Kummissjoni tipproduċi serje ta’ dokumenti li l-fost l-oħrajn fihom l-informazzjoni li ġejja dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea (34):

1.41.

Il-bilanċ favur tal-baġit fi tmiem l-2010 kien ta’ EUR 4,5 biljun (2009: EUR 2,3 biljun).

 

Ir-rati ta’ użu fl-2010 għall-impenji u għall-pagamenti kienu ta’ 99 % u 97 % rispettivament.

 

EUR 3,3 biljun ta’ impenji pendenti akkumulati ġew diżimpenjati fl-2010 (2009: EUR 1,9 biljun). Iż-żieda fid-diżimpenji ġejja l-aktar mit-titolu 04 - L-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EUR 1,4 biljun).

Fl-2010, DĠ EMPL irċieva talbiet finali għall-perjodu ta’ pprogrammar 2000-2006 FSE. Għal programmi li għalihom l-ammont totali ddikjarat kien inqas mill-programmar finanzjarju, DĠ EMPL iddiżimpenjat l-impenji pendenti li jeċċedu (RAL).

EUR 1,5 biljun ta’ approprjazzjonijiet tal-pagamenti li ma ntużawx (minbarra d-dħul assenjat (35)) inġiebu 'l quddiem mill-2010 sal-2011.

 

Għall-oqsma tal-politika l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (it-titolu 05), il-Koeżjoni (it-titoli 04 u 13) u s-Sajd u l-Affarijiet Marittimi (it-titolu 11), ir-rata ta’ użu ġenerali tal-approprjazzjonijiet tal-pagamenti kienet ta’ 98 %.

 

Fil-qasam tal-politika l-Politika Reġjonali, l-approprjazzjonijiet tal-pagamenti kienu ogħla milli previst (106 % tal-baġit tal-bidu). Dan kien iffinanzjat minn trasferimenti li ammontaw għal EUR 1,8 biljun, l-aktar mit-titoli 04 (L-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali) u 05 (l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali), li għalihom il-pagamenti kienu aktar baxxi milli kien mistenni minħabba interruzzjoni u sospensjoni tal-pagamenti għall-Fond Soċjali Ewropew (implimentazzjoni ta’ 88 %), klejms aktar baxxi fl-Iżvilupp Rurali (implimentazzjoni ta’ 94 %) jew inkella pproċessar kajman ta’ għeluq ta’ programmi (36).

L-eżekuzzjoni tal-FSE fl-2010 laħaq biss 88 %, minħabba xi pagamenti blokkjati wara l-iskoperta ta’ difetti jew irregolaritajiet serji fis-sistema b'konsegwenza tal-attività tal-awditjar għal xi programmi 2000-2006 (sospensjonijiet ta’ pagamenti) u 2007-2013 (interruzzjonijiet ta’ pagamenti). Għal xi programmi Spanjoli, Franċiżi u Taljani 2000-2006, li għalihom l-approprjazzjonijiet tal-pagamenti ġew trasferiti mill-2009 sal-2010 u baqgħu blokkjati f'dan l-istadju, il-proċeduri ta’ sospensjoni u korrezzjoni finanzjarji se jiġu amalgamati mal-pagamenti finali proċessati fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet ta’ stralċ 2000-2006 (il-każijiet kollha barra 1). Skont ir-Regolament Finanzjarju, it-trasferiment ta’ krediti ma jistax isir lejn linja oħra tal-baġit, biex jibqgħu mhux użati fl-2010.

1.42.

Matul is-sena finanzjarja 2010 r-regolamenti relevanti (37) ġew modifikati sabiex ikun hemm dispożizzjoni għal prefinanzjamenti oħra għall-azzjonijiet strutturali għall-perjodu 2007–2013. Abbażi tar-regolamenti adattati tħallsu pagamenti oħra bil-quddiem għall-Fond Soċjali Ewropew, li ammontaw għal EUR 371 miljun, għall-Fond ta’ Koeżjoni għal ammont ta’ EUR 404 miljun u għall-fond tas-Sajd Ewropew għal ammont ta EUR 0,8 miljun lil dawk l-istati membri li kienu partikolarment milquta mill-kriżi ekonomika. Għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tħallas prefinanzjament ieħor ta’ EUR 401 miljun lill-istati membri matul is-sena tal-baġit 2010 mingħajr bażi legali xierqa. L-ammont ikkonċernat huwa rrappurtat bħala żball ta’ legalità u regolarità fil-Kapitolu 3 (38).

1.42.

Il-pagamenti bil-quddiem ta’ 401 miljun euro għall-iżvilupp rurali ma jirrappreżentawx pagamenti rregolari għall-benefiċjarji finanzjarji. Barra minn hekk, l-irkupru tal-ammonti inkwistjoni hu kontinwu u se jitkompla sal-aħħar tal-2011.

L-impenji baġitarji pendenti

1.43.

L-impenji baġitarji pendenti li jirrappreżentaw impenji miftuħa li għalihom għadu ma sarx pagament u/jew diżimpenn (39), żdiedu b'EUR 17-il biljun (9,7 %) għal EUR 194 biljun, l-aktar f'oqsma tal-politika ffinanzjati permezz ta’ approprjazzjonijiet differenzjati (40), u jirrappreżentaw l-ekwivalenti ta’ 2,2 snin li jissarrfu f'impenji differenzjati jew 2,8 snin ta’ pagamenti differenzjati bir-rata ta’ nfiq tal-2010 fl-oqsma tal-politika rispettivi.

1.43.–1.44.

L-impenji pendenti ġejjin mill-ġestjoni normali ta’ programmi multiannwali u mit-tkabbir fil-livell globali ta’ impenji ġodda. Safejn il-fondi strutturali huma kkonċernati, id-daqs tar-RAL hu kkontrollat mir-regola N + 2/N + 3 definita mir-regolamenti korrispondenti. Abbażi ta’ din ir-regola, il-livell mistenni tar-RAL għandu jkun ekwivalenti għal sentejn jew 3 snin tal-impenji. B'konsegwenza ta’ dan, il-biċċa l-kbira tal-impenji pendenti attwali huma “normali” fid-dawl tar-regoli sottostanti. Barra minn hekk, l-awtorità baġitarja hi infurmata kull sena b'impenji pendenti potenzjalment abnormali. Il-Kummissjoni tissorvelja dawn l-impenji, li għandhom jiġu diżimpenjati.

Image

1.44.

Il-biċċa (ara l- Grafika 1.2 ). F'dan il-qasam l-kbira tal-impenji pendenti jinsabu fil-grupp tal-politika ta’ Koeżjoni, l-impenji pendenti ammontaw għal 128 biljun (41) (madwar 66 % tal-ammont totali), li jirrappreżentaw 2,6 snin ta’ impenji jew 3,4 snin ta’ pagamenti f'dan il-qasam bir-rata ta’ nefqa tal-2010. Il-maġġoranza l-kbira ta’ dawn l-impenji pendenti (EUR 113,2 biljun jew inkella 88 % tal-ammont totali) jirreferu għall-perjodu kurrenti 2007-2013. Dan juri l-impatt tal-isforzi biex l-impenji pendenti jitħallsu permezz ta’ pagamenti qabel l-applikazzjoni tar-regola ta’ diżimpenn awtomatiku (regola n + 2 / regola n + 3 (42)).

 


(1)  Ir-rendikonti finanzjarji konsolidati jinkludu l-karta tal-bilanċ, il-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-likwidità, ir-rendikont tat-tibdil fl-attivi netti u sommarju tal-politiki tal-kontabilità sinifikanti u noti oħrajn ta’ spjegazzjoni (bir-rappurtar tas-segmenti inkluż).

(2)  Ir-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu r-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u sommarju tal-prinċipji baġitarji u noti oħrajn ta’ spjegazzjoni.

(3)  Ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni huma meħudin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fl-assenza ta’ dawn, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS)/ l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord Internazzjonali tal-Istandards tal-Kontabilità. Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-rendikonti finanzjarji konsolidati għas-sena finanzjarja 2010 kienu ppreparati (bħalma kienu sa mis-sena finanzjarja 2005) abbażi ta’ dawn ir-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, li jadattaw il-prinċipji tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti għall-ambjent speċifiku tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li r-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għadhom ibbażati primarjament fuq iċ-ċaqliq tal-likwidità.

(4)  Ara ĠU C 303, 9.11.2010, pp. 10-12.

(5)  Mill-Franċiż: “Déclaration d'assurance”.

(6)  Ara l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1081/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 26.11.2010, p. 9) jitlob li l-kontijiet finali għandhom jintbagħtu qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja ta’ wara.

(8)  Ara l- Anness 1.2 , il-punt 1.

(9)  Il-parti tar-Riċerka tal-grupp tal-politika preċedenti r-Riċerka, l-Enerġija u t-Trasport kienet irrappurtata qabel fil-Kapitolu 5, il-grupp tal-politika preċedenti l-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza kien irrappurtat qabel fil-Kapitolu 7 u l-grupp tal-politika preċedenti l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji kien irrappurtat qabel fil-Kapitolu 8 (ara l-paragrafu 6.1 għal dettalji). Barra minn hekk, il-partijiet tal-Enerġija u t-Trasport tal-grupp tal-politika preċedenti r-Riċerka, l-Enerġija u t-Trasport issa huma rrappurtati fil-Kapitolu 4 flimkien mal-grupp tal-politika preċedenti l-Koeżjoni.

(10)  Għall-ambitu tal-verifika tad-dħul, ara l-paragrafi 2.7 sa 2.13.

(11)  Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll

(12)  Ara t- Tabella 1.2 ta’ dan ir-Rapport Annwali u l-Annessi x.1 għall-gruppi tal-politika differenti, kif ukoll il-paragrafi 4.17 sa 4.19 għall-Koeżjoni, tar-Rapport Annwali għall-2009.

(13)  Fl-2010, l-Enerġija u t-Trasport jikkostitwixxi 7 % tal-grupp tal-politika konsolidat (ara wkoll in-nota 9 f'qiegħ il-paġna).

(14)  Ara wkoll il-paragrafu 1.26 tar-Rapport Annwali għall-2009.

(15)  L-għadd totali tar-riżervi naqas minn 20 fl-2009 għal 17 fl-2010. Ta' min jinnota li fl-2010, id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport inqasam f'żewġ direttorati ġenerali (id-Direttorat Ġenerali għall-Mobilità u t-Trasport u d-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija) u b'konsegwenza ta’ dan, ir-riżerva tal-2009 nġiebet 'il quddiem bħala żewġ riżervi.

(16)  Ara l- Anness 4.3 .

(17)  Ara l-punt 2.3 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri - Sinteżi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2010, COM(2010) 323 finali tal-1 ta’ Ġunju 2011: “'L-Awditur Intern tal-Kummissjoni jikkunsidra li fl-2010 l-Kummissjoni stabbilixxiet proċeduri ta’ governanza, ġestjoni tar-riskju u ta’ kontroll intern li huma xierqa sabiex jagħtu assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward tal-ksib tal-għanijiet finanzjarji tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-oqsma ta’ ġestjoni finanzjarja li d-Diretturi Ġenerali esprimew riżervi dwarhom fid-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u li huma suġġetti għal kummenti dwar il-ġestjoni tar-riskji li jikkonċernaw żbalji fit-tranżazzjonijiet sottostanti”.

(18)  Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri - Sinteżi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2010, COM(2010) 323 finali tal-1 ta’ Ġunju 2011.

(19)  Skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(20)  Ara l-Green Paper dwar il-modernizzazzjoni tal-politika tal-akkwist pubbliku tal-UE (id-direttivi 2004/18/KE u 2004/17/KE).

(21)  Ara l-punt 2.3 ta’ COM(2011) 323 finali tal-1 ta’ Ġunju 2011.

(22)  Ara l-paragrafu 1.31 tar-Rapport Annwali tal-Qorti għall-2009.

(23)  L-eżerċizzju ta’ qtugħ ifittex li jiżgura li kemm id-dħul kif ukoll in-nefqa huma rreġistrati b'mod sħiħ u preċiż fil-perjodu tal-kontabilità l-korrett.

(24)  Ara l-paragrafu 1.28, l-ewwel inċiż tar-Rapport Annwali tal-Qorti għall-2006, il-paragrafi 1.23, it-tieni inċiż, 1.24, it-tieni inċiż, u 1.26 tar-Rapport Annwali għall-2007, il-paragrafu 1.14 tar-Rapport Annwali għall-2008 u l-paragrafu 1.12 tar-Rapport Annwali għall-2009.

(25)  Fl-opinjoni 6/2010 tagħha fuq proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti ddikjarat it-tħassib tagħha dwar iż-żieda għolja ħafna ta’ prefinanzjament mhux approvat u l-ħtieġa ta’ azzjoni.

(26)  L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) 1 jiddefinixxi dan il-prinċipju kif ġej: Jekk l-informazzjoni għandha tirrappreżenta b'mod leali t-tranżazzjonijiet u avvenimenti oħra li hija tgħid li tirrappreżenta, jinħtieġ li jingħata obbligu ta’ rendikont dwarhom u jiġu ppreżentati skont is-sustanza u r-realtà ekonomika tagħhom u mhux biss il-forma legali tagħhom. Is-sustanza ta’ tranżazzjonijiet jew avvenimenti oħra mhux dejjem hija konsistenti mal-forma legali tagħhom (l-Appendiċi A, il-paġna 70 tal-“Handbook of International Public Sector Accounting Pronouncements 2011”, Volume 1). Ara wkoll l-Artikolu 124 tar-Regolament Finanzjarju.

(27)  Ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2010, p. 25), it-taqsima 4, l-artikolu 44 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006, (ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1), it-taqsima 8, l-artikoli 43 sa 46 għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1), l-artikolu 71.5 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15), l-artikoli 50 sa 52 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.

(28)  Dan l-ammont jikkonsisti f'prefinanzjament fuq terminu ta’ żmien twil (EUR 3 820 miljun) u prefinanzjament fuq terminu ta’ żmien qasir (EUR 955 miljun).

(29)  Ara wkoll il-paragrafu 1.43 tar-Rapport Annwali għall-2008.

(30)  Approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mill-2009 jammontaw għal EUR 0,3 biljun għall-impenji u EUR 1,8 biljun għall-pagamenti.

(31)  Id-dħul assenjat fl-2010 (ara wkoll in-nota 35 f'qiegħ il-paġna) jammonta għal EUR 5,4 biljun għall-impenji u EUR 5,8 biljun għall-pagamenti.

(32)  It-tmien baġits ta’ emenda approvati matul l-2010 rriżultaw f'żieda ġenerali ta’ EUR 99 miljun fl-approprjazzjonijiet għall-impenji u f'żieda ta’ EUR 19 miljun fl-approprjazzjonijiet għall-pagamenti.

(33)  Skont il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1), ċertu approprjazzjonijiet tal-impenji mdaħħla fil-baġit bħar-Riżerva għal Għajnuna ta’ Emerġenza, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jistgħu jkunu 'l fuq u lil hinn mil-limitu massimu.

(34)  Informazzjoni fid-dettall dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għall-2010 tista' tinkiseb mill-Parti II tal-Kontijiet Annwali tal-Unjoni Ewropea, is-sena finanzjarja 2010, id-dokumenti tal-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit) “Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja li jakkumpanja l-kontijiet tal-Komunità – is-sena finanzjarja 2010” kif ukoll mir-Rapport dwar l-Analiżi tal-implimentazzjoni baġitarja tal-Fondi Strutturali u tal-Koeżjoni fl-2010.

(35)  Id-dħul assenjat ikopri fost l-oħrajn rifużjonijiet li ġejjin mill-irkupru ta’ ammonti mħallsa bi żball, li huma allokati mill-ġdid fil-linji tal-baġits tal-oriġini tagħhom, kontribuzzjonijiet minn membri tal-EFTA li jżidu linji tal-baġits, jew dħul minn partijiet terzi fejn ġew konklużi ftehimiet li jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja lill-attivitajiet tal-UE.

(36)  Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja li jakkumpanja l-kontijiet tal-Komunità – Is-sena finanzjarja 2010.

(37)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1) u r-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

(38)  Ara l-paragrafi 3.13, 3.15 u 3.22.

(39)  L-impenji tal-baġit pendenti jinħolqu bħala konsegwenza diretta ta’ nefqa differenzjata, fejn il-programmi tan-nefqa jieħdu għadd ta’ snin biex jiġu kkompletati u l-impenji jsiru għadd ta’ snin qabel il-pagamenti korrispondenti. Hekk kif l-impenji jiġu likwidati mill-pagamenti, l-effett fuq tul ta’ żmien twil ta’ impenji li jeċċedu l-pagamenti b'mod sinifikanti jirriżulta f'akkumulazzjoni inevitabbli ta’ impenji pendenti, u s-sitwazzjoni tirrepeti ruħha kull sena.

(40)  Il-baġit jiddistingwi bejn żewġ tipi ta’ approprjazzjonijiet: approprjazzjonijiet mhux differenzjati u approprjazzjonijiet differenzjati. Approprjazzjonijiet mhux differenzjati jintużaw biex jiffinanzjaw operazzjonijiet ta’ natura annwali, pereżempju nefqa amministrattiva. Approprjazzjonijiet differenzjati kienu introdotti biex iġestu operazzjonijiet multiannwali, il-pagamenti relatati jistgħu jitwettqu matul is-sena tal-impenn u matul is-snin ta’ wara. Approprjazzjonijiet differenzjati jintużaw prinċipalment għall-fondi strutturali u għall-Fond ta’ Koeżjoni.

(41)  Għall-Koeżjoni ara r-“Rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja li jakkumpanja l-kontijiet tal-Komunità – Is-sena finanzjarja 2010”, pp. 23, 36-41.

(42)  L-iskadenza n + 2/n + 3 teħtieġ diżimpenn awtomatiku tal-fondi kollha li ma ntefqux jew li ma ġewx koperti minn talba għal pagament sa tmiem it-tieni/tielet sena wara s-sena ta’ allokazzjoni. Bħala parti mill-pakkett tat-“tielet semplifikazzjoni”, ir-regola n + 2/n + 3 ġiet emendata l-aħħar għall-impenji tal-2007 fil-Koeżjoni (ara r-Regolament (KE) Nru 1083/2006, emendat bir-Regolament (UE) Nru 539/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 158, 24.6.2010, p. 1)). Madankollu, dan ma kellu l-ebda impatt sinifikanti fuq ir-rata ta’ użu tal-approprjazzjonijiet tal-pagamenti.

(43)  It-titoli tal-baġit 14 u 24 sa 31 tat-taqsima III tal-baġit ġenerali li għandhom x'jaqsmu primarjament man-nefqa amministrattiva huma rrappurtati fit-taqsima għall-Kummissjoni Ewropea tal-Kapitolu 7.

(44)  In-nefqa amministrattiva hija mnaqqsa mill-gruppi tal-politika u tidher b'mod separat taħt l-intestatura tagħha stess; dan iwassal għal differenzi meta jsir tqabbil mal-Kapitoli 3 sa 6.

(45)  Il-frekwenza tal-iżbalji tirrappreżenta l-proporzjon tal-kampjun milqut minn żbalji kwantifikabbli u mhux kwantifikabbli.

(46)  Is-sistemi huma kklassifikati bħala “parzjalment effettivi” meta xi arranġamenti ta’ kontroll ikunu tqiesu li jaħdmu b'mod adegwat filwaqt li oħrajn le. B'riżultat ta’ dan, meħuda fit-totalità tagħhom, għandhom mnejn ma jirnexxilhomx jillimitaw l-iżbalji fit-tranżazzjonijiet ta’ bażi sa livell aċċettabbli. Għal dettalji ara t-taqsima “L-ambitu u l-approċċ tal-verifika” fil-Kapitoli 2 sa 7.

(47)  In-nefqa rimborżata (ara l-paragrafu 3.16).

(48)  In-nefqa rimborżata (ara l-paragrafu 4.23).

(49)  Id-differenza bejn il-pagamenti fl-2010 (EUR 122 231 miljun - ara t- Tabella 1.1 ) u l-ammont totali tal-popolazzjoni vverifikati inġenerali fil-kuntest tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet tikkorrispondi għal pagamenti bil-quddiem li saru għall-gruppi tal-politika l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali (EUR 851 miljun) u l-Koeżjoni, l-Enerġija u t-Trasport (EUR 3 074 miljun) (ara l-paragrafi 3.16 u 4.23).

(50)  Mhijiex inkluża n-nefqa mħallsa minn qabel għal Strumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja li tammonta għal EUR 4 775 miljun fl-2010 u EUR 2 153 miljun fl-2009 (ara l-paragrafi 1.31 sa 1.33).

L-ANNESS 1.1

L-APPROĊĊ U L-METODOLOĠIJA TAL-VERIFIKA

IL-PARTI 1 –     L-approċċ u l-metodoloġija tal-verifika għall-affidabbiltà tal-kontijiet

1.

Sabiex tivvaluta jekk il-kontijiet konsolidati, li jikkonsistu fir-rendikonti finanzjarji konsolidati u r-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (1) jippreżentawx b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea, u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-likwidità fl-aħħar tas-sena, il-kriterji prinċipali tal-valutazzjoni huma:

a)   il-legalità u r-regolarità: il-kontijiet huma ppreparati skont ir-regoli, u l-approprjazzjonijiet baġitarji huma disponibbli;

b)   il-kompletezza: it-tranżazzjonijiet tad-dħul u tan-nefqa kollha u l-attivi u l-passivi kollha (inklużi partiti li mhumiex fil-karta tal-bilanċ) li huma tal-perjodu huma mdaħħla fil-kontijiet;

c)   ir-realtà tat-tranżazzjonijiet u l-eżistenza tal-attivi u tal-passivi: kull tranżazzjoni tad-dħul u tan-nefqa hija ġustifikata b'avveniment li huwa tal-entità u tal-perjodu; l-attiv jew il-passiv jeżisti fid-data tal-karta tal-bilanċ u huwa tal-entità li tirrapporta;

d)   il-kejl u l-istima: it-tranżazzjoni tad-dħul u tan-nefqa u l-attiv jew il-passiv huma mdaħħla fil-kontijiet b'valur xieraq, u wieħed għandu jżomm f'moħħu l-prinċipju tal-prudenza;

e)   il-preżentazzjoni tal-informazzjoni: it-tranżazzjoni tad-dħul u tan-nefqa, l-attiv jew il-passiv tiġi żvelata u deskritta skont ir-regoli u l-konvenzjonijiet tal-kontabilità applikabbli u l-prinċipju tat-trasparenza.

2.

Il-verifika tikkonsisti fl-elementi bażiċi li ġejjin:

a)

aġġornament tal-evalwazzjoni tal-ambjent tal-kontroll tal-kontabilità;

b)

iċċekkjar tal-funzjonament ta’ proċeduri tal-kontabilità prinċipali u l-proċess ta’ għeluq fi tmiem is-sena;

c)

kontrolli analitiċi (konsistenza u raġonevolezza) fuq id-data tal-kontabilità prinċipali;

d)

analiżijiet u rikonċiljazzjonijiet tal-kontijiet u/jew bilanċi; u

e)

testijiet sostantivi fuq impenji, pagamenti u oġġetti speċifiċi fuq il-karta tal-bilanċ ibbażati fuq kampjuni rappreżentattivi.

IL-PARTI 2 -     L-approċċ u l-metodoloġija tal-verifika għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.

L-approċċ li l-Qorti tieħu biex tivverifika r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fil-bażi tal-kontijiet huwa magħmul minn:

ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet f'kull qasam tad-dħul jew tal-infiq (ara t- Tabella 1.1 ) sabiex jiġi aċċertat kemm huma regolari; u

valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fl-assigurazzjoni tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

4.

Dan huwa supplimentat minn evidenza miġjuba mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn relevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni.

Kif il-Qorti tittestja t-tranżazzjonijiet

5.

L-ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet fi ħdan kull valutazzjoni diretta (il-Kapitoli 2 sa 7) huwa bbażat fuq kampjun rappreżentattiv tal-irċevuti (fil-każ tad-dħul) u pagamenti li jinsabu fi ħdan il-grupp tal-politika kkonċernat (2). Dan l-ittestjar jagħti estimu statisku tal-punt safejn it-tranżazzjonijiet fil-popolazzjoni kkonċernata huma regolari.

6.

Sabiex tiddetermina id-daqsijiet tal-kampjuni neċessarji biex tipproduċi riżultat affidabbli l-Qorti tuża mudell ta’ assigurazzjoni tal-verifika. Dan jinvolvi valutazzjoni tar-riskju li jsiru żbalji fit-tranżazzjonijiet (ir-riskju inerenti) u r-riskju li s-sistemi ma jimpedixxux jew ma jsibux u jikkoreġu tali żbalji (ir-riskju tal-kontroll).

7.

L-ittestjar tat-tranżazzjonijiet jinvolvi kontroll fid-dettall ta’ kull tranżazzjoni magħżula mill-kampjuni, inkluża d-determinazjoni ta’ jekk il-klejm jew il-pagament kienx ikkalkulat b'mod korrett u skont ir-regoli u r-regolamenti relevanti, jew le. Il-Qorti tikkampjuna t-tranżazzjonijiet irreġistrati fil-kontijiet tal-baġit u tittraċċa l-pagament sal-livell tal-aħħar riċevitur (eż. bidwi, organizzatur ta’ kors tat-taħriġ, jew promotur ta’ proġett tal-għajnuna għall-iżvilupp) u tittestja l-konformità f'kull livell. Meta t-tranżazzjoni (fi kwalunkwe livell) tkun ikkalkulata ħażin, jew inkella ma tissodisfax rekwiżit regolatorju jew dispożizzjoni kuntrattwali, tiġi kkunsidrata li fiha hemm żball.

Kif il-Qorti tevalwa u tippreżenta r-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijet

8.

Żbalji fit-tranżazzjonijiet jiġru għal diversi raġunijiet u jieħu forom differenti skont in-natura tal-ksur u tar-regola speċifika jew tar-rekwiżit kuntrattwali li ma kienx hemm konformità miegħu. Żbalji fi tranżazzjonijiet individwali mhux dejjem jolqtu l-ammont totali mħallas.

9.

Il-Qorti tikklassifika l-iżbalji kif ġej:

jekk humiex kwantifikabbli jew mhux kwantifikabbli, skont jekk huwiex possibbli li wieħed ikejjel kemm kien milqut minn żball l-ammont imħallas jew irċevut mill-baġit tal-UE; u

fir-rigward tan-natura tagħhom, b'mod partikolari l-eliġibbiltà (il-pagament ma jissodisfax ir-regoli tal-eliġibbiltà), l-okkorrenza (rimborż ta’ spiża li m'hemmx prova li din vera ġġarrbet) jew il-preċiżjoni (pagament ikkalkolat b'mod inkorrett).

10.

L-akkwist pubbliku huwa qasam wieħed fejn il-Qorti ta’ sikwit issib żbalji. Il-liġi tal-akkwist pubbliku tal-UE hija magħmula essenzjalment minn serje ta’ rekwiżiti proċedurali. Biex ikun żgurat il-prinċipju bażiku ta’ kompetizzjoni prevvist fit-Trattat, il-kuntratti jridu jkunu rreklamati; l-offerti jridu jkunu evalwati skont kriterji speċifikati; il-kuntratti ma jistgħux jinqasmu b'mod artifiċjali biex ma jinqabżux il-limiti, eċċ.

11.

Għall-iskopijiet tal-verifika tagħha, il-Qorti tqiegħed valur fuq in-nuqqas ta’ osservanza ta’ rekwiżit proċedurali. Il-Qorti:

a)

tqis bħala “serji” dawk l-iżbalji li jiffrustraw l-objettivi tar-regoli tal-akkwist pubbliku: il-kompetizzjoni ġusta u l-għoti tal-kuntratt lill-aqwa offerent kwalifikat (3);

b)

tikkwantifika l-impatt ta’ ksur “serju” tar-regoli tal-akkwist pubbliku bħala li jolqot il-valur sħiħ tal-pagament relatat mal-kuntratt – żball kwantifikabbli 100 % (4);

c)

tittratta bħala żbalji mhux kwantifikabbli (5) dawk l-iżbalji inqas serji li ma jolqtux ir-riżultat tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti.

Il-kwantifikazzjoni mill-Qorti taf tkun differenti minn dik użata mill-Kummissjoni jew l-Istati Membri waqt id-deċiżjoni ta’ kif għandha ssir it-tweġiba għall-applikazzjoni skorretta tar-regoli tal-akkwist pubbliku.

12.

Il-Qorti tesprimi l-frekwenza tal-okkorrenza tal-iżbalji billi tippreżenta l-proporzjon tal-kampjun milqut minn żbalji kwantifikabbli u mhux kwantifikabbli. Dan jindika l-firxa probabbli tal-iżball fi ħdan il-grupp tal-politika kollu kemm hu. Din l-informazzjoni tingħata fl-Annessi x.1 tal-Kapitoli 2 sa 7 meta jkun hemm żball materjali.

13.

Abbażi tal-iżbalji li hija kkwantifikat, il-Qorti, bl-użu ta’ tekniki statistiċi standard, tistma r-rata ta’ żball l-aktar probabbli (MLE) f'kull valutazzjoni speċifika u għall-infiq mill-baġit kollu kemm hu. L-MLE huwa l-medja mwieżna tar-rati ta’ perċentwal ta’ żball misjuba fil-kampjun (6). Il-Qorti tistma wkoll, għal darb'oħra bl-użu ta’ tekniki statistiċi standard, il-firxa li fi ħdanha għandha 95 % fiduċja li tinsab ir-rata ta’ żball għall-popolazzjoni f'kull valutazzjoni speċifika (u għall-infiq kollu kemm hu). Din hija l-firxa bejn il-limitu ta’ żball aktar baxx (LEL) u l-limitu ogħla ta’ żball (UEL) (7) (ara l-istampa hawn taħt).

Image

14.

Il-perċentwal tal-erja skura taħt il-kurva tindika l-probabbiltà li r-rata ta’ żball vera tal-popolazzjoni tinsab bejn il-LEL u l-UEL.

15.

Fl-ippjanar tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tfittex li tuża proċeduri li permezz tagħhom tkun tista' tqabbel ir-rata stmata ta’ żball fil-popolazzjoni b'materjalità ippjanata ta’ 2 %. Fil-valutazzjoni tar-riżultati tal-verifika tagħha, il-Qorti titmexxa minn dan il-livell ta’ materjalità u tqis in-natura, l-ammont u l-kuntest tal-iżbalji meta tkun qiegħda tifforma l-opinjoni tal-verifika tagħha.

Kif il-Qorti tevalwa s-sistemi u tirrapporta r-riżultati

16.

Is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma stabbiliti mill-Kummissjoni u l-istati membri u benefiċjarji fil-każ ta’ ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata, biex jiġu ġestiti r-riskji għall-baġit, inkluża r-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Għalhekk il-valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi fl-assigurazzjoni tar-regolarità hija proċedura tal-verifika prinċipali, u partikolarment siewja fl-identifikazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet għal titjib.

17.

Kull grupp tal-politika huwa soġġett għal għadd enormi ta’ sistemi individwali, u l-istess jgħodd għad-dħul. Għalhekk kull sena l-Qorti normalment tagħżel kampjun ta’ sistemi biex tivvalutah. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-sistemi huma ppreżentati fil-għamla ta’ tabella jisimha “Ir-riżultati tal-eżami tas-sistemi” mogħtija fl-Annessi x.2 tal-Kapitoli 2 sa 7. Is-sistemi huma kklassifikati bħala effettivi biex itaffu r-riskju ta’ żball fit-tranżazzjonijiet, parzjalment effettivi (meta jkun hemm xi dgħufijiet li jolqtu l-effettività operazzjonali) jew mhux effettivi (meta d-dgħufijiet huma mifruxa u b'hekk ixejnu għal kollox l-effettività operattiva).

18.

Minbarra dan, u meta jkun hemm is-sostenn permezz ta’ evidenza, il-Qorti tagħti valutazzjoni ġenerali tas-sistemi għall-grupp tal-politika (mogħtija wkoll fl-Annessi x.2 tal-Kapitoli 2 sa 7) li tqis kemm il-valutazzjoni tas-sistemi magħżula, kif ukoll ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet.

Kif il-Qorti tivvaluta r-rappreżentazzjonjiet tal-maniġment tal-Kummissjoni u tirrapporta r-riżultati

19.

Kif meħtieġ mill-istandards internazzjonali tal-verifika, il-Qorti tikseb ittra ta’ rappreżentazzjoni mill-Kummissjoni, li tikkonferma li l-Kummissjoni wettqet ir-responsabbiltajiet tagħha, u żvelat l-informazzjoni kollha li taf tkun relevanti għall-awditur. Din tinkludi konferma li l-Kummissjoni żvelat l-informazzjoni kollha fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi, l-informazzjoni kollha fir-rigward ta’ frodi jew frodi ssuspettat li l-Kummissjoni taf bih, u l-każijiet materjali kollha ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġijiet u r-regolamenti.

20.

Barra minn hekk, il-Kapitoli 2 sa 7 jqisu r-rapporti annwali tal-attività tad-direttorati ġenerali relevanti. Dawn jirrappurtaw dwar l-ilħuq tal-objettivi tal-politika u s-sistemi ta’ ġestjoni tal-kontroll fis-seħħ biex jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet u l-użu tajjeb tar-riżorsi. Kull rapport annwali tal-attività huwa akkumpanjat minn dikjarazzjoni tad-direttur ġenerali fuq, fost l-oħrajn, il-punt safejn ir-riżorsi ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom, u safejn il-proċeduri ta’ kontroll jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet (8).

21.

Il-Qorti tivvaluta r-rapporti annwali tal-attività u d-dikjarazzjonijiet li jakkumpanjawhom sabiex tiddetermina safejn jirreflettu b'mod ġust il-ġestjoni finanzjarja b'relazzjoni mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Il-Qorti tirrapporta dwar ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni fit-taqsima “L-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni” fil-Kapitoli 2 sa 7, u – fil-każ ta’ sejbiet sinifikanti – permezz ta’ osservazzjoni li ssegwi l-konklużjonijiet dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet u l-effettività tas-sistemi.

Kif il-Qorti tasal għall-opinjonijiet tagħha fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni

22.

Il-Qorti tasal għall-opinjoni tagħha dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Unjoni Ewropea, deskritta fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni, abbażi tax-xogħol kollu tal-verifika tagħha kif irrappurtat fil-Kapitoli 2 sa 7 ta’ dan ir-rapport u bl-inklużjoni ta’ valutazzjoni tal-firxa ta’ żball. Element prinċipali huwa l-kunsiderazzjoni tar-riżultati tal-ittestjar fuq it-tranżazzjonijiet ta’ nfiq. Meħuda flimkien, l-aqwa stima tal-Qorti tar-rata ta’ żball għall-infiq inġenerali fl-2010 hija ta’ 3,7 %. Il-Qorti għandha 95 % fiduċja li r-rata ta’ żball għall-popolazzjoni tinsab bejn 2,6 % u 4,8 %. Ir-rata ta’ żball misjuba fl-oqsma tal-politika differenti tvarja kif deskritt fil-Kapitoli 3 sa 7. Il-Qorti vvalutat l-iżbalji bħala mifruxa – li jestendu madwar il-biċċa l-kbira tal-oqsma ta’ nfiq. Il-Qorti tagħti opinjoni ġenerali dwar ir-regolarità tal-impenji abbażi ta’ kampjun orizzontali addizzjonali.

Irregolarità jew frodi

23.

Il-maġġoranza kbira tal-iżbalji ġejjin minn applikazzjoni skorretta jew inkella fehma żbaljata tar-regoli dwar l-iskemi tan-nefqa tal-UE, li ta’ sikwit jafu jkunu kumplessi. Jekk il-Qorti għandha raġuni għalfejn tissuspetta li seħħet attività ta’ frodi, din tirrapportaha lill-OLAF, l-Uffiċċju tal-Unjoni kontra l-frodi, li huwa responsabbli mit-twettiq ta’ kwalunkwe investigazzjoni li tirriżulta. Fil-fatt, il-Qorti tirrapporta madwar tliet każijiet fis-sena lill-OLAF, abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha.


(1)  Bin-noti ta’ spjegazzjoni inklużi.

(2)  Minbarra dan, jitfassal kampjun rappreżentattiv orizzontali ta’ impenji u jiġi ttestjat għall-konformità mar-regoli u r-regolamenti relevanti.

(3)  Essenzjalment hemm żewġ sistemi ta’ għotja: l-irħas offerta jew l-offerta l-aktar vantaġġuża.

(4)  Eżempji ta’ żball kwantifikabbli jinkludu: l-ebda kompetizzjoni jew inkella kompetizzjoni ristretta (għajr meta din tkun permessa b'mod espliċitu mill-qafas legali) għall-kuntratt prinċipali jew supplimentari; valutazzjoni mhux xierqa ta’ offerti b'impatt fuq ir-riżultat tal-offerta; bidla sostanzjali fl-ambitu tal-kuntratt; qsim tal-kuntratti għal siti differenti ta’ kostruzzjoni, li jissodisfaw l-istess funzjoni ekonomika. Inġenerali l-Qorti tapplika approċċ differenti għall-applikazzjoni skorretta tad-direttivi ta’ xiri pubbliku mill-istituzzjonijiet tal-UE, fuq il-bażi li l-kuntratti kkonċernati ġeneralment xorta jibqgħu validi. Żbalji bħal dawn mhumiex kwantifikati fid-DAS.

(5)  Eżempji ta’ żball mhux kwantifikabbli: valutazzjoni mhux xierqa ta’ offerti mingħajr impatt fuq ir-riżultat tal-offerta, dgħufijiet formali tal-proċedura ta’ offerti jew speċifikazzjoni tal-offerti, aspetti formali tar-rekwiżiti ta’ trasparenza mhux rispettati.

(6)  Formula, fejn l-ASI huwa l-intervall tal-kampjunar medju u i huwa l-għadd ta’ tranżazzjonijiet fil-kampjun.

(7)  Formula u Formula, fejn t huwa l-fattur tat-tqassim tat-t, n huwa d-daqs tal-kampjun u s huwa d-devjazzjoni standard tal-perċentwal tal-iżbalji.

(8)  Aktar informazzjoni dwar dawn il-proċessi, kif ukoll links għar-rapporti l-aktar reċenti jistgħu jinstabu f'http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/index_en.htm.

L-ANNESS 1.2

IS-SEGWITU TAL-OSSERVAZZJONIJIET TA' SNIN PREĊEDENTI DWAR L-AFFIDABBILTÀ TAL-KONTIJIET

L-osservazzjonijet imqajma fi snin preċedenti

Il-progress li sar

Ir-risposta tal-Kummissjoni

L-analiżi tal-Qorti

1.

L-ittra ta’ rappreżentazzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabilità

L-ittra ta’ rappreżentazzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabilità

L-ittra ta’ rappreżentazzjoni tal-uffiċjal tal-kontabilità

L-ittra ta’ rappreżentazzjoni tal-Uffiċjal tal-Kontabilità

L-ittri ta’ rappreżentazzjoni tal-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni enfasizzaw li l-uffiċjali tal-kontabilità ta’ xi entitajiet konsolidati kienu ħallew barra jew inkella biddlu r-rappreżentazzjonijiet. B'mod partikolari, ma ngħatatx l-informazzjoni meħtieġa dwar il-validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi u lokali.

Fir-rigward tal-kontijiet konsolidati għall-2010 l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni:

jiddikjara li s-sistemi kontabilistiċi u/jew lokali f'erba' aġenziji u f'żewġ impriżi konġunti konsolidati għall-ewwel darba ma ġewx validati jew inkella ġew validati parzjalment biss, u jenfasizza li dawn il-validazzjonijiet huma r-responsabbiltà tal-uffiċjali tal-kontabilità kkonċernati;

jinnota li kien hemm aġenzija eżekuttiva li użat il-mudell tas-sena l-oħra għall-ittra ta’ rappreżentazzjoni tal-maniġment tagħha, u għaldaqstant hemm xi rappreżentazzjonijiet miżjuda dan l-aħħar li huma neqsin.

Madankollu l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni enfasizza li fil-fehma tiegħu dawn il-punti m'għandhomx impatt materjali fuq il-kontijiet tal-Kummissjoni.

In-nuqqas ta’ validazzjonijiet enfasizzati m'għandux impatt fuq l-affidabbiltà tal-kontijiet.

Il-Qorti qieset l-assigurazzjoni ġenerali mogħtija mill-ittra ta’ rappreżentazzjoni tal-uffiċjal tal-kontabilità. Il-Qorti se tagħmel segwitu tal-kwistjonijiet speċifiċi identifikati matul il-verifiki tal-ġejjieni.

2.

Prefinanzjament, kontijiet pagabbli u proċeduri ta’ qtugħ

Il-prefinanzjament, il-kontijiet pagabbli u l-proċeduri ta’ qtugħ

Prefinanzjament, kontijiet pagabbli u proċeduri ta’ qtugħ

Il-prefinanzjament, il-kontijiet pagabbli u l-proċeduri ta’ qtugħ

Għall-prefinanzjament, il-kontijiet pagabbli u l-qtugħ relatat, il-Qorti identifikat żbalji kontabilistiċi b'impatt finanzjarju immaterjali b'mod ġenerali iżda bi frekwenza għolja. Dan jenfasizza l-ħtieġa għal aktar titjib fil-preċiżjoni tad-data tal-kontabilità bażika fil-livell ta’ ċerti direttorati ġenerali.

Fir-rigward tar-reġistrazzjoni fil-kotba tal-ammonti prefinanzjati, il-Qorti identifikat ukoll il-problemi li ġejjin:

l-approvazzjoni ta’ prefinanzjament pendenti mhux dejjem titwettaq b'mod korrett. Għadd ta’ approvazzjonijiet ma twettqux jew inkella kienu rreġistrati b'ammonti inkorretti; u

xi wħud mid-direttorati ġenerali ma jipproċessawx l-informazzjoni disponibbli dwar il-progress li jkun sar u l-ispejjeż relatati mġarrba u ma japprovawx il-prefinanzjament korrispondenti skont dan il-progress, imma jużaw approssimazzjonijiet meta jkunu qegħdin jiddeterminaw il-qtugħ.

Barra minn hekk, xi wħud mid-direttorati ġenerali ma rrispettawx ir-rekwiżit li jirreġistraw il-fatturi u r-rendikonti tal-ispejjeż fi żmien ħames ġranet ta’ xogħol wara l-wasla tagħhom.

Il-Kummissjoni kompliet taħdem fuq it-titjib tal-preċiżjoni tad-data kontabilistika tagħha permezz ta’ azzjonijiet li għadhom għaddejjin, bħall-proġett ta’ kwalità kontabilistika u l-validazzjoni tas-sistemi lokali.

Minkejja l-isforzi tas-servizzi tal-uffiċjal tal-kontabilità biex itejjeb is-sitwazzjoni, il-Qorti sabet li bosta direttorati ġenerali fil-politiki interni u l-azzjonijiet esterni għadhom jirreġistraw estimi fil-kontijiet saħansitra meta jkollhom bażi adegwata biex japprovaw il-prefinanzjament korrespondenti (ara l-paragrafu 1.29).

Il-verifika mill-Qorti ta’ kampjuni rappreżentattivi ta’ prefinanzjament u ta’ fatturi/klejms tal-ispejjeż għal darb'oħra identifikat żbalji b'impatt finanzjarju immaterjali b'mod ġenerali iżda bi frekwenza għolja. Għaldaqstant il-Kummissjoni għandha tkompli tagħmel aktar sforzi biex ittejjeb id-data kontabilistika bażika fil-livell ta’ ċertu direttorati ġenerali.

Minkejja titjib innutat fil-ħin meħud għar-reġistrazzjoni ta’ klejms ġodda tal-ispejjeż, xi wħud mid-direttorati ġenerali xorta waħda ma jirrispettawx għal kollox ir-rekwiżit ta’ reġistrazzjoni tal-fatturi u l-klejms tal-ispejjeż mill-ewwel.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 1.29.

Il-Kummissjoni se tkompli taħdem biex ittejjeb il-preċiżjoni tad-dejta tal-kontabilità permezz ta’ azzjonijiet kontinwi bħall-proġetti ta’ kwalità tal-kontabilità.

Il-Qorti se tkompli ssegwi l-kwistjonijiet identificati.

Barra minn hekk, qamet kwistjoni ġdida fil-verifika tal-2010 dwar għadd sinifikanti ta’ każijiet fejn fil-bidu l-Kummissjoni ma rreġistratx sew il-pagamenti bħala li wasslu għal attiv (eż. l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja). Din il-kwistjoni ġiet indirizzata fil-kontijiet finali meta waslet l-informazzjoni mill-Istati Membri f'Ġunju 2011 – ara l-paragrafu 1.32). Il-Kummissjoni pproponiet li temenda l-qafas legali kurrenti u se tagħmel proposti xierqa għall-perjodu ta’ wara l-2013.

3.

L-iżvelar dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji

L-iżvelar dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji

Żvelar li jikkonċerna l-irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji

L-iżvelar dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji

Għalkemm il-Kummissjoni ħadet passi biex iżżid u ttejjeb l-informazzjoni li hija tagħti dwar il-mekkaniżmi korrettivi applikati lill-baġit tal-UE, l-informazzjoni għadha mhijiex affidabbli għal kollox għaliex il-Kummissjoni mhux dejjem tirċievi informazzjoni affidabbli mill-istati membri.

Il-kontrolli tal-Kummissjoni fuq il-post urew li s-sistemi għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar ta’ data għadhom mhumiex affidabbli għal kollox fl-istati membri kollha. Il-Kummissjoni segwiet kwalunkwe inkonsistenzi f'din id-data u għamlet rakkomandazzjonijiet lill-istati membri għal titjib.

L-affidabbiltà tad-dejta dwar l-irkupri rċevuta mill-Istati Membri tjiebet meta mqabbla mas-sena preċedenti, iżda l-Kummissjoni taqbel li għandha tkompli titjieb. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni nediet fil-bidu tal-2011 awditjar tas-sistemi ta’ rkupru tal-Istati Membri, ibbażati fuq ir-rappurtar magħmul kull sena fil-31 ta’ Marzu bl-għan li ttejjeb ir-rappurtar tal-korrezzjonijiet finanzjarji nazzjonali lill-Kummissjoni, u li tiżgura l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-puntwalità tar-rappurtar.

Il-Qorti se tkompli ssegwi l-kwistjonijiet identifikati. Hija żżomm il-pożizzjoni tagħha li, kull meta possibbli, għandha tingħata rikonċiljazzjoni bejn l-iżbalji u l-irkupri regatati u/jew korezzjonijiet finanzjarji.

Barra minn hekk, għandha tkun eżaminata l-ħtieġa li jiġu rfinati l-linji gwida tar-rappurtar finanzjarju rigward liema informazzjoni għandha tiġi inkluża u kif din għandha tiġi ttrattata.

Fir-rigward ta’ talbet il-Qorti għal titjib fil-linji gwida għal żvelar dwar irkupri u korrezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni ħarġet istruzzjoni dwar l-għeluq li, madankollu, irid jittejjeb aktar.

Il-Kummissjoni se tkompli ttejjeb il-linji gwida tal-għeluq u l-istruzzjonijiet għall-għeluq tal-2011.

 

Għal xi oqsma tan-nefqa, il-Kummissjoni ma tagħtix informazzjoni li tirrikonċilja s-sena li fiha jsir il-pagament inkwistjoni, is-sena li fiha jinstab l-iżball relatat u s-sena li fiha tiġi żvelata l-korrezzjoni finanzjarja riżultanti fin-noti tal-kontijiet.

Għadha mhijiex ippreżentata l-informazzjoni dwar ir-rikonċiljazzjoni ta’ pagamenti, l-iżbalji u l-korrezzjonijiet finanzjarji.

It-tielet subparagrafu tal-“progress magħmul”. Il-Kummissjoni tagħmel kontrolli fuq l-infiq kollu diversi snin wara s-sena attwali ta’ pagament partikolari, primarjament fl-għeluq ta’ programm. Barra minn hekk, il-korrezzjoni finanzjarja tista' tkun ir-riżultat tal-iskoperta tan-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri, f'liema każ ma teżisti l-ebda konnessjoni diretta mal-pagamenti. B'konsegwenza, la hu possibbli u lanqas rilevanti li tiġi rrikonċiljata s-sena tal-pagament ikkonċernat mas-sena li fiha l-korrezzjoni finanzjarja tiġi żvelata fin-noti mal-kontijiet.

Id-dokumentazzjoni ta’ sostenn li għandha tiġi provduta mill-Istat Membru fl-għeluq tal-programm hi definita fil-qafas legali. L-evidenza kollha ta’ sostenn rigward in-nefqa u l-verifiki jinżammu disponibbli għall-Kummissjoni mill-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm operazzjonali.

 

Fi tmiem is-sena 2009, għall-Koeżjoni, ammont totali ta’ EUR 2,3 biljun kien għad kellu jiġi implimentat (jiġifieri “imsarraf” permezz tal-irċevuta ta’ pagament lura mill-Kummissjoni jew it-tnaqqis mill-istat membru mill-klejms tal-pagamenti).

Fl-2010, għall-Koeżjoni, l-ammont li għadu ma ġiex implimentat żdied b'xi EUR 0,2 biljun (jiġifieri l-ammonti kkonfermati/deċiżi iżda għad mhux implimentati żdiedu minn EUR 2 327 miljun fl-2009 għal EUR 2 516-il miljun fl-2010). Ir-rata baxxa ta’ implimentazzjoni ta’ 71 % hija spjegata permezz tal-proċess ta’ għeluq li hemm għaddej. Għad mhumiex awtorizzati l-klejms għall-pagamenti li waslu fi tmiem l-2010, li jfisser li ma jistgħux jitqiesu l-korrezzjonijiet finanzjarji relatati għal ammont totali ta’ EUR 2,3 biljun fiċ-ċifri dwar l-implimentazzjoni għall-2010 (ara n-nota 6 għall-kontijiet tal-2010, it-taqsima 6.3.3 (‘il-korrezzjonijiet finanzjarji – iċ-ċifri kumulattivi u r-rata ta’ implimentazzjoni’).

Għal xi programmi 2000-2006, jirriżulta kemm mir-riżultati tal-Qorti u tal-Kummissjoni li kienu jeżistu dubji dwar il-kompletezza u l-affidabbiltà tal-figuri rreġistrati u rappurtati dwar l-irtirar u l-irkupri. Anke ġie identifikat fl-Istati Membri kollha matul is-snin 2007-2010 mill-verifiki tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tibqa’ prudenti fl-għeluq u titlob mill-awtoritajiet tal-programmi kollha biex jirrappurtaw fuq is-segwitu (inklużi l-korrezzjonijiet finanzjarji) li ngħata fil-livell nazzjonali għall-irregolaritajiet kollha rreġistrati fil-ktieb tad-debituri għal kull programm. Il-Kummissjoni mhix se tagħlaq programmi sakemm tevalwa din l-informazzjoni bħala koerenti u kompluta.

Għall-qafas regolatorju 2007-2013, sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Awtorità ta’ Ċertifikazzjoni għandha tibgħat lill-Kummissjoni dikjarazzjoni b'rabta mas-sena preċedenti, dwar korrezzjonijiet finanzjarji. Din is-sistema ta’ dispożizzjonijiet ta’ rappurtar ġdida ġġib iżjed informazzjoni affidabbli u uniformi f'format elettroniku (permezz ta’ SFC 2007) dwar il-korrezzjonijiet imwettqa. Barra minn hekk, DĠ REGIO u DĠ EMPL irrevedew l-istrateġiji tal-awditjar tagħhom biex jinkludu modulu speċifiku għall-awditjar tal-iżjed sistemi nazzjonali riskjużi għall-irkupri, li jibdew fit-tieni nofs tal-2011.

Il-Kummissjoni ssostni l-fehma tagħha li minħabba l-karattru multiannwali tas-sistemi korrettivi għal programmi ta’ ġestjoni konġunta (korrezzjonijiet finanzjarji li mhumiex dejjem implimentati fl-istess sena tal-aċċettazzjoni tagħhom mill-Istati Membri), rikonċiljazzjoni tal-pagamenti, żbalji u korrezzjonijiet finanzjarji jġibu ftit li xejn valur miżjud. Barra minn hekk, peress li s-sistema ta’ dikjarazzjoni tan-nefqa hi kumulattiva fuq perjodu multiannwali u f'xi każijiet huma korrezzjonijiet ta’ sistema, din ir-rikonċiljazzjoni hi kważi impossibbli.

 

Għalkemm in-noti ta’ spjega relatati mal-kontijiet konsolidati fihom informazzjoni dwar il-fatt li xi wħud mill-pagamenti x'aktarx li jkunu kkoreġuti aktar tard mis-servizzi tal-Kummissjoni jew mill-istati membri, l-ammonti u l-oqsma tan-nefqa li jistgħu jkunu soġġetti għal aktar verifikazzjoni u approvazzjoni tal-proċeduri tal-kontijiet għadhom mhux identifikati fin-noti.

Ammonti soġġetti għal aktar verifikazzjoni u approvazzjoni għadhom mhumiex żvelati fin-noti tal-kontijiet konsolidati (bil-kontra tal-ammonti kwantifikabbli ta’ rkupri potenzjali).

Kif ingħataw tweġibiet fis-snin preċedenti, ir-Regolament Finanzjarju jippermetti lill-Kummissjoni li tagħmel kontrolli fuq in-nefqa kollha għal diversi snin wara s-sena attwali tan-nefqa. Il-kontijiet m'għandhomx jimplikaw li, minħabba l-kontrolli fis-snin fil-futur, in-nefqa kollha kkonċernata għad trid tiġi aċċettata. Mill-bqija, in-nefqa baġitarja kollha tiġi kkunsidrata provviżorja sakemm issir verifika ex-post jew sakemm ikun skada l-imsemmi perjodu ta’ limitazzjoni. Meta l-ammonti tal-irkupru potenzjali jkunu kwantifikabbli, jiġu żvelati fin-nota 6 mal-kontijiet konsolidati. Fl-agrikoltura, deċiżjoni ta’ approvazzjoni finanzjarja tittieħed madwar sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja inkwistjoni, li permezz tagħha l-Kummissjoni tistabbilixxi l-ammont ta’ nefqa rikonoxxuta bħala imposta fuq il-baġit tal-UE għal dik is-sena. Dan l-irwol tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni finanzjarja ma jiġix iddubitat mill-fatt li sussegwentement korrezzjonijiet finanzjarji jistgħu jiġu imposti fuq l-Istati Membri permezz ta’ deċiżjonijiet ta’ konformità. L-ammont ta’ nefqa li aktarx tiġi eskluża mill-finanzjament tal-UE b'dawn id-deċiżjonijiet ta’ konformità fil-futur hu żvelat f'nota mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

Iż-żewġ ammonti kwantifikabbli ta’ rkupru potenzjali mill-Istati Membri u l-ammont ta’ nefqa li aktarx tiġi eskluża mill-finanzjament minn deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni fil-futur huma prenotati bħala ass (jew żvelati bħala assi kontinġenti) fis-sistema ta’ kontabilità tal-Kummissjoni u f'nota mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

Il-Kummissjoni tqis li, għall-agrikoltura, l-informazzjoni dwar l-irkupri li tirċievi mill-Istati Membri hi affidabbli peress li hi ċċertifikata minn korpi tal-awditjar indipendenti.

Fl-Agrikoltura, id-deċiżjonijiet ta’ konformità jidentifikaw, għal kull korrezzjoni finanzjarja, is-sena li fiha sar il-pagament ikkonċernat b'dik il-korrezzjoni.

Ir-rappurtar finanzjarju fl-agrikoltura jinkludi informazzjoni dwar l-irkupri magħmula mill-Istati Membri kif ukoll il-korrezzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, dwar l-ammont ta’ korrezzjonijiet deċiżi għal kull sena finanzjarja u kull sena kalendarja, dwar l-implimentazzjoni finanzjarja ta’ dawn il-korrezzjonijiet u kif ukoll dwar l-ammonti korrispondenti msarrfa għall-FAEG kif ukoll għall-Iżvilupp Rurali.

 

4.

It-trasferiment tal-attivi ta’ Galileo

It-trasferiment tal-attivi ta’ Galileo

Trasferiment ta’ assi ta’ Galileo

It-trasferiment tal-attivi ta’ Galileo

Il-ftehimiet għat-trasferiment lill-Unjoni tas-sjieda tal-attivi kollha maħluqa, żviluppati jew miksuba għall-programm Galileo għad mhumiex implimentati għal kollox. Peress li n-nefqa kollha mġarrba s'issa hija ttrattata bħala spejjeż tar-riċerka ma hemm l-ebda impatt fuq il-karta tal-bilanċ. Madankollu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha tkun disponibbli fiż-żmien meta jsir it-trasferiment sabiex l-attivi jiġu salvagwardjati b'mod effettiv.

Il-Kummissjoni qiegħda taħdem mal-Aġenzija Spazjali Ewropea biex tiżgura li fiż-żmien meta jsir it-trasferiment, l-informazzjoni kontabilistika u teknika meħtieġa kollha tkun disponibbli biex ikun garantit trasferiment tar-responsabbiltajiet bla problemi. Dan it-trasferiment huwa prevvist li jsir fi tmiem il-fażi ta’ validazzjoni fl-orbita, li huwa mistenni li jkun fl-2012.

Madankollu, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għar-riżerva magħmula mid-direttur ġeneral responsabbli fir-rapport annwali tal-attività tiegħu għall-2010 fir-rigward tal-affidabbiltà tar-rappurtar finanzjarju mill-Aġenzija Spazjali Ewropea.

Il-Kummissjoni qed tosserva mill-qrib il-progress magħmul mill-Aġenzija Spazjali Ewropea dwar l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontabilità ġdida tagħha u dwar it-titjib sussegwenti tar-rappurtar finanzjarju tagħha.

Il-Qorti se tagħmel segwitu ta’ din il-kwistjoni.


KAPITOLU 2

Dħul

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tad-Dħul

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

Ir-riżorsi proprji tradizzjonali

Ir-Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Riżorsi proprji tradizzjonali

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING

Dħul ieħor

L-effettività tas-sistemi

Riżorsi proprji tradizzjonali

Ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

Riżervi twal u pendenti għadhom jeżistu iżda dawk pendenti qed jitnaqqsu

Dewmien fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-direttivi tal-VAT

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

Riżervi ġenerali u speċifiċi

Il-verifikazzjoni tal-inventarji tal-ING fl-Istati Membri għadha mhijiex kompluta

Il-korrezzjoni tar-Renju Unit

Rinunzji ta’ ammonti li se jiġu rkuprati

L-affidabbiltà tar-Rappreżentazzjonijiet tal-Ġestjoni tal-Kummissjoni

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

Segwitu tar-rapport speċjali Nru 2/2008 dwar Informazzjoni Tariffarja Vinkolanti

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

2.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-Qorti dwar id-Dħul li jinkludi r-riżorsi proprji u dħul ieħor. L-informazzjoni finanzjarja prinċipali dwar id-Dħul fl-2010 tinsab fit- Tabella 2.1 . Ir-riżorsi proprji huma bil-bosta s-sors prinċipali ta’ finanzjament tan-nefqa baġitarja (93,8 %). Il-kapitolu jinkludi wkoll sommarju dwar kif il-Kummissjoni wieġbet għas-sejbiet tar-Rapport Speċjali Nru 2/2008 tal-Qorti dwar l-Informazzjoni Tariffarja Vinkolanti.

 

It-Tabella 2.1   — Dħul — Informazzjoni prinċipali

It-Titolu tal-Baġit

It-Tip ta’ Dħul

Deskrizzjoni

Dħul tal-2010

EUR miljun

%

1

Riżorsi proprji tradizzjonali (RPT)

Ħlas għall-produzzjoni taz-zokkor (il-Kapitolu 11)

145

0,1

Dazji Doganali (il-Kapitolu 12)

15 514

12,1

Ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

Riżorsi bbażati fuq il-VAT (Taxxa fuq il-Valur Miżjud) mis-sena finanzjarja attwali (il-Kapitolu 13)

13 393

10,5

Ir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

Riżorsi bbażati fuq l-ING (Introjtu Nazzjonali Gross) mis-sena finanzjarja attwali (il-Kapitolu 14)

90 948

71,2

Il-korrezzjoni tal-iżbilanċi tal-baġit

Korrezzjoni tar-Renju Unit (il-Kapitolu 15)

– 128

–0,1

Tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali bbażata fuq l-ING

Mogħti lill-Pajjiżi l-Baxxi u lill-Isvezja (il-Kapitolu 16)

–3

0,0

 

TOTAL TAR-RIŻORSI PROPRJI

119 869

93,8

3

 

Bilanċi pożittivi, bilanċi u aġġustamenti

1 460

1,1

4

 

Dħul akkumulat minn persuni li jaħdmu mal-Istituzzjonijiet u korpi Komunitarji oħra

1 123

0,9

5

 

Dħul akkumulat mill-operat amministrattiv tal-Istituzzjonijiet

388

0,3

6

 

Kontribuzzjonijiet u għotjiet lura konnessi ma’ ftehimiet u programmi tal-Komunità

3 511

2,7

7

 

Interessi fuq arretrati u multi

1 408

1,1

8

 

Operazzjonijiet ta’ self

0,0

9

 

Dħul mixxellanju

36

0,0

 

 

TOTAL TA' DĦUL IEĦOR

7 926

6,2

Dħul totali għas-sena

127 795

100,0

Sors: 2010 Kontijiet tal-Unjoni Ewropea.

Karatteristiċi speċifiċi tad-Dħul

2.2.

Hemm tliet kategoriji ta’ riżorsi proprji (1): ir-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali miġbura fuq l-importazzjonijiet u l-pagamenti għall-produzzjoni taz-zokkor - l-RPT), ir-riżorsi proprji kkalkulati fuq il-bażi tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) miġbura mill-Istati Membri, u r-riżorsi proprji meħuda mill-introjtu gross nazzjonali (ING) tal-Istati Membri.

 

2.3.

L-RPT huma stabbiliti u miġbura mill-Istati Membri. Tliet kwarti minn dawn l-ammonti jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni, filwaqt li l-kwart li jifdal jinżamm biex ikopri l-ispejjeż tal-ġbir. Kull Stat Membru jibgħat rendikont tad-dazji stabbiliti (ir-rendikont tal-kont “A”) lill-Kummissjoni kull xahar u rendikont ta’ dawk id-dazji stabbiliti li mhumiex inklużi fiha (il-kont “B”) (2) kull tliet xhur.

 

2.4.

Il-riżorsi proprji tal-VAT u tal-ING huma kontribuzzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ rati uniformi lill-bażijiet ta’ valutazzjoni armonizzati nozzjonalment tal-VAT tal-Istati Membri jew lill-ING tal-Istati Membri irrispettivament.

 

2.5.

Ċerti Stati Membri jibbenefikaw minn rata ta’ ġbir imnaqqsa tal-VAT (3) u minn tnaqqis gross tal-kontribuzzjoni annwali tagħhom tal-ING (4) għall-perjodu 2007–2013. Barra minn hekk, ir-Renju Unit jingħata korrezzjoni fir-rigward ta’ żbilanċi tal-baġit (“il-korrezzjoni tar-Renju Unit”) li tinvolvi tnaqqis fil-pagamenti tiegħu tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING.

 

2.6.

Wara li ġie kkunsidrat it-total tal-RPT, riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u dħul ieħor, ir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING jintużaw biex jibbilanċjaw il-baġit. Kwalunkwe dikjarazzjoni inqas (jew dikjarazzjoni żejda) tal-ING għal Stati Membri partikolari — filwaqt li ma tolqotx ir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING ġenerali — għandha l-effett li żżid (jew tnaqqas) il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri l-oħrajn, sakemm il-problema tiġi kkoreġuta.

 

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

2.7.

L- Anness 1.1 , il- Parti 2 , tiddeskrivi l-approċċ ġenerali tal-verifika u tal-metodoloġija tal-Qorti. Għall-verifika tad-Dħul, għandhom jiġu nnotati l-punti speċifiċi li ġejjin:

(a)

Il-verifika kienet tinvolvi eżaminazzjoni fil-livell tal-Kummissjoni ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ 55 ordni ta’ rkupru li jkopru t-tipi kollha ta’ Dħul (ara l-Anness 2.1 ).

(b)

Il-valutazzjoni tas-sistemi kopriet

(i)

is-sistemi għall-RPT, riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING;

(ii)

is-sistemi tal-Kummissjoni li fuqhom huwa bbażat il-kalkolu tal-korrezzjoni tar-Renju Unit (inkluża eżaminazzjoni tal-kalkolu tal-ammont definittiv għall-2006);

(iii)

is-sistemi ta’ rinunzji tal-ammonti li huma s-suġġett għal ordnijiet ta’ rkupru, ibbażati fuq kampjun ta’ 19-il rinunzja (li jammontaw għal total ta’ EUR 11-il miljun) awtorizzati mill-Kummissjoni (5) fl-2010 minn total ta’ EUR 22 miljun;

(iv)

il-ġestjoni tal-Kummissjoni ta’ multi u penali.

(c)

Ir-reviżjoni dwar ir-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni koperti mir-Rapport ta’ Attività Annwali tad-DĠ BUDG.

 

Ir-riżorsi proprji tradizzjonali

2.8.

Il-verifika mill-Qorti ta’ tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet ma tistax tkopri importazzjonijiet li ma ġewx iddikjarati jew dawk li nqabżu mis-sorveljanza doganali.

 

2.9.

Il-Qorti wettqet valutazzjoni ta’ sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fl-Italja, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fir-Renju Unit li jikkontribwixxu għal madwar 38 % tat-total tal-RPT. Hija għamlet reviżjoni tas-sistemi ta’ kontabilità tagħhom u eżaminat il-fluss tal-RPT minn meta ġew stabbiliti sa meta ġew iddikjarati lill-Kummissjoni sabiex ikollha assigurazzjoni raġonevoli li l-ammonti rreġistrati kienu preċiżi u kompluti. L-awdituri wettqu testijiet ta’ kontrolli prinċipali marbuta mal-applikazzjoni ta’ rati tad-dazju preferenzjali, l-għoti tas-“simplifikazzjoni superjuri” għal utenti ta’ Proċeduri ta’ Approvazzjoni Lokali (rinunzja tan-notifika) (6) u t-trattament tal-ispejjeż tal-merkanzija u l-assigurazzjoni f'dawn l-Istati Membri.

 

2.10.

Barra minn dan, għas-sitt ordnijiet ta’ rkupru tal-RPT inklużi fil-kampjun imsemmi fil-paragrafu 2.7, il-Qorti rrikonċiljat ir-rendikonti ta’ kull xahar magħżula mar-rekords tal-kontabilità li fuqhom huma bbażati d-dikjarazzjonijiet tal-Istati Membri kkonċernati (7).

 

2.11.

Il-Qorti vvalutat ukoll is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fil-Kummissjoni, inklużi l-ispezzjonijiet tagħha fl-Istati Membri.

 

Ir-Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING

2.12.

Ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING huma bbażati fuq data statistika, li għaliha t-tranżazzjonijiet li huma bbażati fuqhom ma jistgħux jiġu vverifikati direttament. Għal din ir-raġuni, il-verifika ħadet bħala l-punt tat-tluq tagħha l-ġbir mill-Kummissjoni tal-aggregati makroekonomiċi ppreparati mill-Istati Membri, u mbagħad ivvalutat is-sistemi tal-Kummissjoni tal-ipproċessar tad-data sabiex jiġu ddeterminati l-ammonti li għandhom jiġu inklużi fil-kontijiet finali tal-baġit. Għalhekk il-Qorti eżaminat il-preparazzjoni tal-baġit u l-korrettezza tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri.

 

2.13.

Il-Qorti vvalutat is-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-Kummissjoni li huma maħsuba li jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli li dawn ir-riżorsi huma kkalkolati u miġbura b'mod korrett. Il-verifika kopriet ukoll il-ġestjoni tal-Kummissjoni tar-riżervi tal-VAT u tal-ING, il-verifikazzjoni tagħha tal-inventarji tal-ING fl-Istati Membri u s-sorveljanza tagħha tal-applikazzjoni tad-direttivi tal-VAT. Il-verifika tal-Qorti ma tipprovdix ġudizzju dwar il-kwalità tad-data tal-VAT u l-ING li rċeviet il-Kummissjoni mill-Istati Membri.

 

IR-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

2.14.

L- Anness 2.1 jinkludi sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. L-ittestjar tal-Qorti tal-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet sab li kienu ħielsa minn livell ta’ żbalji materjali (8). L-iżbalji l-aktar probabbli stmati mill-Qorti huma 0 %. Madankollu, xi dgħufijiet fis-sistemi relatati mal-ittestjar tat-tranżazzjoni ġew osservati u huma stipulati hawn taħt.

 

Riżorsi proprji tradizzjonali

2.15.

Il-Qorti sabet li b’mod ġenerali r-rendikonti tal-kontijiet A tal-Istati Membri mibgħuta lill-Kummissjoni kienu ħielsa minn żbalji materjali. Madankollu, għal tranżazzjoni waħda (9) mis-sitta li kienu vverifikati, ma kienx possibbli li l-ammont iddikjarat tal-RPT ikun rikonċiljat mar-rekords ta’ kontabilità li huma bbażati fuqhom.

2.15.

Il-Kummissjoni qiegħda ssegwi din il-kwistjoni flimkien mal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT u fuq l-ING

2.16.

Il-verifika tal-Qorti sabet il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pagament tagħhom ħielsa minn żbalji materjali. Madankollu, il-Qorti sabet żball fil-kalkolu tal-Kummissjoni tal-ammont definittiv tal-2006 (10) tal-korrezzjoni tar-Renju Unit imdaħħal fil-baġit tal-2010, li rriżulta minn korrezzjoni żejda mogħtija lir-Renju Unit ta’ EUR 189 miljun (3,5 % tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2006) (ara l- Anness 2.5 b'mod partikolari, il-paragrafi 6 u 7 tagħha). Sabiex tikkoreġi l-iżbalji l-Kummissjoni għamlet proposta eċċezzjonali biex temenda l-baġit 2011 bi qbil mal-Istati Membri kollha.

2.16.

Minħabba l-azzjoni ta’ rimedju li qed tittieħed bħalissa l-impatt tal-iżball mhux se jkun wieħed materjali.

Dħul ieħor

2.17.

Il-Qorti sabet li b’mod ġenerali t-tranżazzjonijiet ittestjati fir-rigward ta’ dħul ieħor kienu ħielsa minn żbalji materjali.

 

L-EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

2.18.

L- Anness 2.2 jinkludi sommarju tar-riżultati tal-eżaminazzjoni tas-sistemi. Il-Qorti sabet li b'mod ġenerali s-sistemi kienu effettivi fl-assigurazzjoni tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

 

Riżorsi proprji tradizzjonali

2.19.

Bħal fis-snin preċedenti (11), il-Qorti sabet problemi fil-proċeduri u s-sistemi li jaffettwaw l-ammonti inklużi fir-rendikonti tal-kontijiet B. Dawn jikkonċernaw b'mod partikolari:

(a)

daħliet mhux ġustifikati (każijiet garantiti u mhux kontestati) u taħsir (12),

(b)

dewmien fl-istabbiliment tal-RPT, fid-daħla fil-kontijiet u/jew fin-notifika tad-djun doganali (13),

(c)

bidu tard ta’ azzjonijiet ta’ rkupru biex jinġabru l-ammonti riċevibbli (14).

2.19.

Il-Kummissjoni se titlob lill-Istati Membri kkonċernati biex jieħdu azzjoni ta’ rimedju biex jindirizzaw in-nuqqasijiet misjuba u fejn meħtieġ se jintalbu r-Riżorsi Proprji Tradizzjonali mhux imħallsa kif ukoll l-imgħax dovut fuq ħlas tard. Il-Kummissjoni se tkompli tanalizza l-kont B matul l-ispezzjonijiet regolari tagħha.

2.20.

L-awtoritajiet nazzjonali tal-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit ma setgħux jiġġustifikaw għal kollox l-ammonti rrappurtati fir-rendikonti tal-kontijiet B, minħabba li ma qablux mad-dokumenti li huma bbażati fuqhom.

2.20.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-konklużjonijiet tal-Qorti filwaqt li tqis it-tweġibiet tal-Istati Membri għalihom. Skont kif xieraq, hija tista titlob lill-Istati Membri kkonċernati biex jieħdu azzjoni ta’ rimedju.

2.21.

Fl-Istati Membri miżjura l-verifika tal-Qorti żvelat ukoll defiċjenzi fil-prestazzjoni ta’ kontrolli qabel ir-rilaxx ta’ oġġetti, b'mod partikolari li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ rati ta’ dazju preferenzjali, l-għoti tas-“semplifikazzjoni superjuri” għal utenti ta’ Proċeduri Lokali ta’ Approvazzjoni u t-trattament tal-ispejjeż tal-merkanzija u tal-assigurazzjoni. Sorveljanza doganali nazzjonali parzjalment effettiva żżid ir-riskju li jinġabru ammonti mhux korretti tal-RPT.

2.21.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-konklużjonijiet tal-Qorti flimkien mal-Istati Membri kkonċernati filwaqt li tikkunsidra kif xieraq, it-tweġibiet tagħhom għal dawk il-konklużjonijiet. Fejn meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jintalbu jieħdu azzjoni ta’ rimedju u jqiegħdu għad-dispożizzjoni kwalunkwe ammonti pendenti tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali li huma dovuti. Jista jintalab ukoll l-imgħax fuq ħlas tard, fejn ikun applikabbli. F'dawn l-aħħar snin, l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni rigward ir-Riżorsi Proprji Tradizzjonali kienu qed jikkonċentraw b'mod speċjali fuq il-kontrolli doganali tal-Istati Membri inklużi dawk għall-Proċedura Lokali tar-Rilaxx.

Ir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT

Riżervi twal u pendenti għadhom jeżistu iżda dawk pendenti qed jitnaqqsu

2.22.

Ir-riżervi huma mezz biex l-elementi dubjużi fid-dikjarazzjonijiet tal-VAT mibgħuta mill-Istati Membri miftuħa għall-korrezzjoni wara l-limitu ta’ żmien statutorju ta’ erba’ snin. Fl-2010, saru 52 riżerva u tneħħew 67. Fl-aħħar tas-sena, it-total ta’ riżervi ffissati kien 152 (ara t- Tabella 2.2 ). L-effett nett tat-tneħħija ta’ 67 riżerva kien li r-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT jiżdiedu bi kważi EUR 90 miljun (15).

 

2.23.

Il-Qorti nnutat progress tajjeb fit-tneħħija ta’ riżervi dwar il-VAT li kienu ilhom ħafna pendenti. Kien għad hemm tmienja minnhom fi tmiem l-2010 li jkopru s-snin qabel is-sena 2000, meta mqabbla ma’ 20 fi tmiem l-2009. Il-Qorti tqis li r-riżervi li jkunu ilhom ħafna pendenti għandhom ikunu definiti bħal dawk ir-riżervi relatati ma sena mill-inqas għaxar snin qabel. Dan iżid tmien riżervi oħra li jikkonċernaw l-2001.

2.23.

Minħabba li la l-Kummissjoni u lanqas l-Istati Membri ma jistgħu jieħdu azzjoni biex isolvu kwistjonijiet li ma jkunux ġew identifikati, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe definizzjoni ta' riżervi li ilhom żmien twil pendenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-perjodu minn meta tkun ġiet innotifikata r-riżerva. Għaldaqstant, dawk ir-riżervi li jibqgħu ma jissolvewx wara li jgħaddu aktar minn ħames snin minn meta jiġu nnotifikati jiġu kkontrollati mill-Kummissjoni bħala riżervi li ilhom żmien twil pendenti.

It-Tabella 2.2 —   Ir-riżervi tal-VAT fil-31.12.2010

Stati Membri

In-Numru ta’ riżervi pendenti fil-31.12.2009

Riżervi ffissati fl-2010

Riżervi mneħħija fl-2010

In-numru ta’ riżervi pendenti fil-31.12.2010

L-eqdem sena li japplikaw għaliha r-riżervi

Il-Belġju

3

0

3

0

 

Il-Bulgarija

1

1

0

2

2007

Ir-Repubblika Ċeka

9

0

1

8

2004

Id-Danimarka

5

5

1

9

2004

Il-Ġermanja

4

0

3

1

2003

L-Estonja

8

4

3

9

2004

L-Irlanda

17

1

8

10

1998

Il-Greċja

11

0

4

7

1999

Spanja

2

1

2

1

2003

Franza

10

0

4

6

2001

L-Italja

9

5

6

8

1995

Ċipru

3

3

0

6

2004

Il-Latvja

5

2

1

6

2004

Il-Litwanja

7

0

5

2

2005

Il-Lussemburgu

3

0

1

2

2004

L-Ungerija

4

1

1

4

2004

Malta

10

0

0

10

2004

Il-Pajjiżi l-Baxxi

7

4

3

8

2004

L-Awstrija

5

1

0

6

2002

Il-Polonja

6

1

1

6

2004

Il-Portugall

10

8

4

14

1999

Ir-Rumanija

0

0

0

0

 

Is-Slovenja

3

0

3

0

 

Is-Slovakkja

3

0

3

0

 

Il-Finlandja

10

1

3

8

1995

L-Isvezja

7

9

6

10

1995

Ir-Renju Unit

5

5

1

9

1998

TOTAL

167

52

67

152

 

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Dewmien fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-direttivi tal-VAT

2.24.

Il-Kummissjoni hija responsabbli biex tiżgura l-applikazzjoni korretta tad-direttivi tal-VAT u għandha tissorvelja t-traspożizzjoni u l-konformità tal-miżuri implimentattivi nazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri. Traspożizzjoni inkorretta jew inkompleta tista’ taffettwa l-ammont tal-VAT irċevut u konsegwentement l-ammont imħallas ta’ riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT. Fl-2010, tliet direttivi tal-VAT daħlu fis-seħħ: tnejn dwar “il-pakkett tal-“VAT” (16) u waħda dwar is-sistema komuni tal-VAT biex tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji (17).

 

2.25.

Għal seba' Stati Membri, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta’ miżuri implimentattivi nazzjonali tal-“pakkett tal-VAT” kienet għadha għaddejja fl-aħħar tal-2010,12-il xahar wara li d-direttivi daħlu fis-seħħ. Sal-istess żmien, il-proċedura tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-VAT dwar il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa kienet bdiet biss fir-rigward ta’ żewġ Stati Membri.

2.25.

Mis-16 ta’ Mejju 2011, il-kontrolli tal-Kummissjoni wasslu għal valutazzjoni ġenerali kompluta tal-Pakkett kollu tal-VAT għat-22 Stat Membru. Il-valutazzjoni tal-ħames Stati Membri li kien fadal għadha għaddejja bħalissa u għandha tiġi ffinalizzata sa Settembru tal-2011.

Fir-rigward tad-direttiva tal-VAT dwar il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, f’Marzu tal-2010 l-Kummissjoni fetħet każijiet ta’ ksur għal disa’ Stati Membri sabiex tkun fil-pożizzjoni li twettaq valutazzjoni xierqa.

Matul is-sena 2009 u s-sena 2010, il-Kummissjoni qajmet u ddiskutiet il-problema ta' żewġ Stati Membri oħrajn li qegħdin fl-ATFS (Grupp ta’ Esperti għall-Istrateġija Kontra l-Frodi Fiskali) u fis-SCAC (Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva). Għalhekk, sal-aħħar tas-sena 2011 għandha tkun disponibbli valutazzjoni sħiħa.

Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

Riżervi ġenerali u speċifiċi

2.26.

Fl-aħħar tal-2010, kienu jeżistu riżervi ġenerali (18) dwar data tal-ING ta’ 15-il Stat Membru għall-perjodu 2002-2006 u dwar għaxar Stati Membri tal-UE għall-perjodu tal-2004 sal-2006, sakemm titlesta l-analiżi tal-inventarji aġġornati jew ġodda tal-ING (19).

 

2.27.

Fil-bidu tal-2010, kien hemm erba' (20) riżervi speċifiċi miftuħa (21) tal-PNG relatati mal-perjodu 1995-2001. Matul l-2010, il-Kummissjoni ma neħħiet l-ebda wieħed minn dawn. Minħabba li ma ġewx stabbiliti riżervi addizzjonali speċifiċi, l-għadd ta’ riżervi speċifiċi pendenti fl-aħħar tas-sena se jibqa' l-istess.

2.27.

Il-Kummissjoni qed tkompli bil-kooperazzjoni tagħha maż-żewġ pajjiżi li għad għandhom riżervi tal-PGN għall-perjodu 1995-2001 (wieħed għall-Greċja u tlieta għar-Renju Unit fl-aħħar tas-sena 2010) sabiex dawn ir-riżervi jkunu jistgħu jitneħħew. B'riżultat ta' dawn l-isforzi, f'Mejju 2011 tneħħiet waħda mir-riżervi tar-Renju Unit.

Il-verifikazzjoni tal-inventarji tal-ING fl-Istati Membri għadha mhijiex kompluta

2.28.

Fl-2010, il-Kummissjoni għamlet żjarat f'sitt Stati Membri biex tivverifika inventarji tal-ING u wettqet verifika diretta f'erbgħa minn dawn, iżda ristretta għal għadd żgħir ħafna ta’ komponenti tal-ING. Bħalma hemm deskritt fil-linji gwida tal-Eurostat, dan l-approċċ dirett ta’ verifikazzjoni normalment mhuwiex mistenni jagħmel konklużjonijiet fuq il-partijiet kollha tal-estimi tal-ING.

2.28.

Fir-rigward taż-żewġ pajjiżi li għad fadal, saret verifika diretta fApril 2011 fir-Rumanija, u qed tiġi ppjanata waħda fil-Bulgarija għall-aħħar tas-sena 2011. Il-Kummissjoni qed tmexxi verifika diretta biex tikkumplimenta l-verifika tagħha tal-Inventarji tal-ING (Introjtu Nazzjonali Gross) tal-pajjiżi bbażati fuq il-Kwestjonarju tal-Valutazzjoni tal-Inventarju tad-ING (GIAQ). Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni huma bbażati fuq dan l-approċċ ta’ verifika komplut. Il-Kummissjoni tqis li l-għadd ta' komponenti li hija għażlet kien xieraq għall-finijiet tal-verifika diretta, f'konformità mal-“Linji Gwida għal verifika diretta”approvati mill-Kumitat tal-ING.

2.29.

Fl-aħħar tal-2010, il-Eurostat ma pprepara l-ebda rapporti ta’ valutazzjoni dwar id-data tal-ING tal-Istati Membri għall-perjodu 2002’il quddiem u għaldaqstant ma setgħux jiġu sostitwiti kwalunkwe riżervi ġenerali (ara l-paragrafu 2.26) b'riżervi speċifiċi dwar dawn is-snin.

2.29.

Il-Kummissjoni se tippreżenta r-rapporti ta’ valutazzjoni fl-2011 sabiex ir-riżervi ġenerali jkunu jistgħu jiġu sostitwiti minn riżervi speċifiċi fejn xieraq, possibilment bl-eċċezzjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija li ttrażmettew l-inventarji tal-ING tagħhom fl-aħħar tas-sena 2009 skont l-iskeda ta' żmien deċiża fil-Kumitat tal-ING.

2.30.

Is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fl-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika (INI) tal-Istati Membri għandhom jgħinu biex tiġi żgurata l-komparabbiltà, l-affidabbiltà u l-eżawriment tad-data tal-ING (22). Madankollu, il-Eurostat għadu ma lestiex il-valutazzjoni tiegħu tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll fl-INI u għadu ma addottax linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ tali sistemi għall-kompilazzjoni tal-Kontijiet Nazzjonali fl-Istati Membri.

2.30.

Il-Kummissjoni tqis li l-approċċ li hija tapplika (kontrolli tad-dokumentazzjoni tal-Kwestjonarji tal-ING, il-verifika tal-Inventarji tal-ING permezz tal-GIAQ ikkumplimentata b'verifika diretta) huwa adattat għal valutazzjoni finali tal-ING tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni tqis li l-affidabbiltà tal-kontijiet nazzjonali tiddependi primarjament fuq is-sorsi u l-metodi statistiċi speċifiċi użati u bbażat l-approċċ tagħha għall-validazzjoni tal-ING fuq il-verifika u t-titjib tagħhom. F'dan il-kuntest, is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll (SCS) fl-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri huma ta' natura organizzattiva u ma jagħtux indikazzjonijiet speċifiċi dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet, anke jekk is-SCS jgħinu biex jitnaqqsu r-riskji tal-iżbalji fil-kontijiet nazzjonali. Il-Kummissjoni diġà ħadet inkunsiderazzjoni r-rimarki tal-Qorti, u ssoktat l-isforzi tagħha sabiex tiżviluppa linji gwida dwar is-SCS permezz ta’ diskussjoni ulterjuri dwar il-kwistjoni fil-laqgħa tal-Kumitat tal-ING fis-27 ta’ Ottubru 2010.

Il-korrezzjoni tar-Renju Unit

2.31.

Fil-kalkolu tagħha tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għas-snin ta’ referenza mill-2007 sal-2009, il-Kummissjoni ma inkludietx madwar 2 % tal-pagamenti totali tal-fondi tal-UE fiċ-ċifra għan-nefqa totali allokata, element bażiku fil-kalkolu tal-korrezzjoni. Il-Kummissjoni eskludiet dawn is-somom minħabba li ma kienx hemm informazzjoni disponibbli fejn saret din in-nefqa. Il-Kummissjoni ma ċċekkjatx jekk din in-nefqa setgħetx kienet allokata għall-iskopijiet tal-kalkolu (ara l- Anness 2.5 , b'mod partikolari il-paragrafi 3 sa 5 u 10 sa 11 tagħha).

2.31.

It-tentattivi biex tintlaħaq eżattezza ta’ 100 % jistgħu jkunu ta’ xkiel f'termini ta’ effikaċja tar-riżorsi minħabba li dan ikun jirrikjedi skrutinju manwali fuq bażi ta’ każ b'każ għal eluf ta’ tranżazzjonijiet.

2.32.

Il-Qorti nnotat ukoll li fid-definizzjoni tagħha ta’ “pagamenti attwali” għall-kalkolu tan-nefqa totali allokata, il-Kummissjoni:

2.32.

(a)

ma tinkludix in-nefqa ffinanzjata minn dħul assenjat (nefqa indikata) li żdiedet b'mod sinifikanti mill-2007 sal-2009 minn 1 % sa 5 % tal-pagamenti totali mill-baġit;

(a)

Id-dħul assenjat estern (normalment madwar terz tat-total) m'għandux ikun inkluż. Il-Kummissjoni tindika li fl-2010, il-perċentwal tan-nefqa ffinanzjata mid-dħul assenjat irritorna għal-livell tal-2007.

(b)

ma tnaqqasx min-nefqa allokata, ammonti koperti minn ordnijiet irkuprati u msarrfa, notevolment relatati mat-Titolu 6 tal-Baġit “Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet b'konnessjoni mal-ftehim u l-programmi tal-Komunità”: fatturi minn dan is-sors varjaw bejn 3 % u 5 % tal-pagamenti matul l-istess perjodu.

(b)

Idealment dawn is-sorsi ta’ fondi għandhom jitnaqqsu min-nefqa allokata lill-pajjiż benefiċjarju iżda din l-informazzjoni mhijiex disponibbli jekk mhux b'sistemi manwali u barra minn hekk dejjem se jkun hemm ir-riskju li jsir għadd doppju. Kif diġà ġie rrimarkat hemm eluf ta’ tranżazzjonijiet ta’ dan it-tip u l-proċess jista jkun intensiv ħafna mil-lat tar-riżorsi.

Il-konsiderazzjoni tat-tranżazzjonijiet tal-baġit imsemmija hawn fuq kieku jippermettu l-allokazzjoni tan-nefqa li tirrispetta l-prinċipju “is-sustanza tipprevali fuq il-forma” (ara l- Anness 2.5 , b'mod partikolari l-paragrafi tagħha 3 sa 5 u 10 sa 11).

Iżda biss b'kost li għall-Kummissjoni ma jkunx ġustifikabbli.

2.33.

L-omissjonijiet innotati fiż-żewġ paragrafi preċedenti inaqqsu l-preċiżjoni tal-kalkolu tal-korrezzjoni tar-Renju Unit. Mhux possibbli jingħad f'liema direzzjoni dawn se jaffettwaw ir-riżultat tal-kalkolu.

 

Rinunzji ta’ ammonti li se jiġu rkuprati

2.34.

Skont ir-regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (23), l-ordnijiet ta’ rkupru jistgħu jkunu rinunzjati f'każijiet meta l-prezz imbassar tal-irkupru jkun ikbar mill-ammont li għandu jkun irkuprat, meta l-ammont l[li]-għandu jitħallas ma jistax ikun irkuprat minħabba ż-żmien jew li d-debitur m'għandux minn fejn iħallas u meta l-irkupru ma jaqbilx mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Id-deċiżjoni għar-rinunzja trid tiġi sostanzjata.

 

2.35.

Il-verifika għas-sistemi għal rinunzji żvelat li b'mod ġenerali, il-Kummissjoni applikat il-proċeduri stabbiliti għal ordnijiet ta’ rkupru ta’ rinunzji u ssostanzjat id-deċiżjonijiet li ttieħdu. Madankollu, il-Qorti sabet dgħufijiet fil-ġestjoni tal-Kummissjoni matul il-perjodu 1995-2008 li żiedu r-riskju li l-ammonti riċevibbli ma jiġux irkuprati. Għal kull wieħed mill-każijiet ta’ rinunzja t’hawn taħt, ġiet identifikata dgħufija waħda jew aktar (Eżempji 2.1, 2.2 u 2.3).

2.35.

Ħafna mid-dewmien fl-istabbiliment ta' rkupri jiġi kkawżat minn awditjar u proċessi legali li ma jistgħux jiġu evitati. Il-Kummissjoni temmen li l-ġestjoni tagħha ma kellha l-ebda impatt materjali negattiv fuq l-irkupru effettiv tal-ammonti riċevibbli.

Eżempju 2.1

Evalwazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-kuntratturi

F'każ wieħed (li jammonta għal madwar EUR 500 000) relatat mal-għoti ta’ għotja tal-FP5 (il-ħames programm ta’ qafas dwar ir-riċerka), il-kapaċità ta’ kumpanija li tiġġenera profitt fin-negozju tagħha ġiet ivvalutata bħala negattiva. Madankollu, il-Kummissjoni ma qisitx li l-garanziji finanzjarji kienu neċessarji biex ikun jista' jiġi konkluż ftehim ta’ għotja. Ir-rinunzja eventwali saret minħabba li l-kumpanija kienet iddikjarata falluta.

Fi 15-il każ ieħor (EUR 6 miljuni) relatati ma’ proċeduri ta’ għoti ta’ fondi għall-FP5 u azzjonijiet esterni, il-Kummissjoni ma setgħetx tipprovdi evidenza li hi vvalutat il-kapaċità finanzjarja tal-applikanti. Fi tmienja minn dawn il-każijiet, ir-rinunzji saru minħabba l-falliment tal-benefiċjarji.

Eżempju 2.1

Evalwazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-kuntratturi

Il-każ ippreżentat mill-Qorti jmur lura għas-sena 2001 u minn dakinhar il-kontrolli tal-vijabbiltà finanzjarja tjiebu bmod sinifikanti peress li ġew imfassla għall-FP5. Proporzjonijjiet aktar kumplessi ntużaw għall-FP6 u qed jintużaw għall-FP7. Barra minn dan, il-Kummissjoni adottat regoli sabiex tiżgura l-verifika konsistenti tal-eżistenza tal-parteċipanti u tal-istatus legali tagħhom, kif ukoll tal-kapaċitajiet operattivi u finanzjarji tagħhom (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 2466, tat-13 ta’ Ġunju 2007), li huma osservati mid-Direttorati Ġenerali kkonċernati.

Il-Kummissjoni tqis li issa ġew stabbiliti l-miżuri neċessarji sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju li tiġri sitwazzjoni oħra simili.

Minħabba l-użu obbligatorju tal-mekkaniżmu tas-Sejħa għal Proposti fl-2003, is-sistema użata għal valutazzjoni tal-kapaċità finanzjarja tal-applikanti ġiet imsaħħa u standardizzata. L-applikanti għall-għotjiet issa qed jintalbu juru li għandhom sorsi ta’ finanzjament stabbli u suffiċjenti sabiex iżommu l-istess livell ta’ attività fil-perjodu kollu li matulu tkun qed titwettaq l-azzjoni u biex jipparteċipaw fil-finanzjament tagħha, fuq il-bażi ta’ dokumenti ta’ appoġġ.

Eżempju 2.2

Il-ġestjoni tal-kuntratt

Il-koordinatur tal-kuntratt tal-FP5 imsemmi hawn fuq ma qassamx il-pagament ta’ prefinanzjament lill-kuntratturi oħra responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proġett. Il-Kummissjoni ma żguratx li l-kundizzjonijiet kuntrattwali dwar id-distribuzzjoni ta’ prefinanzjament kienu ssodisfati. Parti kbira minn dawn il-fondi ma setgħux jiġu rkuprati u l-ammont riċevibbli (EUR 500 000) kien rinunzjat minħabba l-falliment tal-koordinatur tliet snin wara.

F'każ ieħor (EUR 145 000) dwar l-istrument finanzjarju tal-Imsieħba ta’ Investiment tal-Komunità Ewropea (ECIP), ġew innotati perjodi estiżi (1998-2005) ta’ nuqqas ta’ azzjoni amministrattiva fil-ġestjoni tal-Kummissjoni tal-kuntratt.

Eżempju 2.2

Ġestjoni tal-kuntratti

Qabel l-2005, kien hemm dewmien amministrattiv fil-programm ECIP, u minn dak iż-żmien 'l hawn il-proċess ta’ likwidazzjoni komprensiva ta’ EuropeAid irkupra EUR 35 miljun fuq 600 azzjoni. Għall-każ ikkwotat hawn fuq, 2/3 tal-ammont dovut ġew irkuprati (permezz ta’ tpaċija) u l-ammont ta’ EUR 145 000 ġie eżentat prinċipalment minħabba l-fatt li, minkejja t-tentattivi kontinwi sa mill-2005 biex jiġi stabbilit l-istatus ta’ dawn il-fajls, ma setax jiġi stabbilit b'ċertezza min kien wiret ir-responsabbiltà tal-bank wara li kien hemm akkwist tal-konsorzju.

Eżempju 2.3

Stabbiliment ta’ ordnijiet ta’ rkupru u proċeduri ta’ rkupru

F'ħames każijiet ta’ rinunzja (EUR 2,5 miljuni) kien hemm dewmien mhux ġustifikat fl-istabbiliment ta’ ordnijiet ta’ rkupru u/jew fil-bidu tal-proċeduri ta’ rkupru. Dawn il-każijiet relatati ma’ FP5 (1) u azzjonijiet esterni (4) u r-rinunzji li saru minħabba l-falliment tad-debitur.

Fil-każ imsemmi hawn fuq relatat mal-istrument finanzjarju ECIP, il-Kummissjoni ma kkunsidratx il-possibbiltajiet kollha għal kumpens.

Eżempju 2.3

L-istabbiliment ta' ordnijiet ta’ rkupru u ta’ proċeduri ta’ rkupru

Ħafna mid-dewmien fl-istabbiliment ta’ rkupri jiġi kkawżat minn awditjar u proċessi legali li ma jistgħux jiġu evitati. Il-Kummissjoni temmen li l-ġestjoni tagħha ma kellha l-ebda impatt materjali negattiv fuq l-irkupru effettiv tal-ammonti riċevibbli.

Barra minn hekk, il-proċeduri interni tjiebu fir-rigward tal-ħruġ ta’ noti ta’ debitu f'waqtu.

Fil-każ tal-ECIP, teknikament ma kienx possibbli li ssir tpaċija addizzjonali potenzjali fl-2008 minħabba l-proċeduri kontabilistiċi ta’ tmiem is-sena.

L-AFFIDABBILTÀ TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-ĠESTJONI TAL-KUMMISSJONI

2.36.

L- Anness 2.3 jinkludi sommarju tar-riżultati tar-reviżjoni tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni. Il-Qorti tiddeskrivi osservazzjonijiet sinifikanti f'aktar dettall hawn taħt.

 

2.37.

Id-dgħufija sinifikanti tas-sistema żvelata mill-verifika tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-RPT f'wieħed mill-Istati Membri (ara l-paragrafu 2.15) instabet ukoll mix-xogħol ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni. Il-Qorti tqis li din id-dgħufija kellha tkun imsemmija fir-Rapport ta’ Attività Annwali tad-DĠ BUDG.

2.37.

Il-problemi fis-sistema kontabilistika ta’ dan l-Istat Membru ġew segwiti mill-qrib mill-Kummissjoni sa mill-2008. Il-Kummissjoni b'kollox wettqet tliet spezzjonijiet dettaljati tar-riżorsi proprji tradizzjonali (RPT) għal din il-kwistjoni, waħda fl-2008 u tnejn fl-2009 u talbet biex tittieħed azzjoni ta’ rimedju inklużi t-tisħiħ tal-kontrolli interni u l-awditjar estern fuq skala sħiħa tas-sistema kontabilistika. Il-progress li għamlu l-Istati Membri se jerġa' jiġi diskuss fil-laqgħa tal-ACOR f'Lulju tal-2011 rigward ir-rapport tal-ispezzjoni l-aktar reċenti tal-Kummissjoni. Minħabba li n-nuqqasijiet diġà ġew indikati preċedentement, minħabba li dawn qed jiġu kkontrollati mill-qrib mill-Kummissjoni u jikkonċernaw Stat Membru wieħed biss li sa issa ma jidhirx li għandu ħlas insuffiċjenti tar-RPT, il-kwistjoni ma ġietx speċifikament trattata fir-Rapport Annwali tal-Attività għall-2010.

2.38.

L-iżball li sabet il-Qorti fil-kalkolu tal-Kummissjoni tal-ammont definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit (ara l-paragrafu 2.16) huwa deskritt fir-Rapport ta’ Attività Annwali tad-DĠ BUDG, li jistipula l-miżuri addizzjonali ta’ kontroll stabbiliti sussegwentement. Madankollu, meta wieħed iqis il-kriterji ta’ materjalità tal-Kummissjoni stess, fl-opinjoni tal-Qorti, għandha tkun saret riżerva fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ BUDG.

2.38.

Fid-dawl tal-korrezzjoni li għaddejja bħalissa, l-impatt finali tal-iżball se jkun taħt il-limitu ta' materjalità tal-Kummissjoni għall-2011.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

2.39.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha (24), il-Qorti tikkonkludi li:

(a)

ir-rendikonti u l-pagamenti tal-RPT mill-Istati Membri,

(b)

il-kalkoli tal-Kummissjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri abbażi tad-data tal-VAT u tal-ING irċevuta mill-Istati Membri, kif ukoll

(c)

dħul ieħor

għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 kienu ħielsa minn żbalji materjali.

 

2.40.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll kienu effettivi fl-assigurazzjoni tar-regolarità tad-Dħul. Madankollu, il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għad-dgħufijiet stipulati hawn taħt:

2.40.

(a)

Il-verifiki tal-Qorti jkomplu jiżvelaw problemi permezz tal-użu tal-kontijiet B (il-paragrafu 2.19) u permezz tal-affidabbiltà tar-rendikonti tal-kontijiet A u B (il-paragrafi 2.15 u 2.20). Instabu wkoll dgħufijiet fis-sorveljanza doganali nazzjonali (il-paragrafu 2.21). Il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-Istati Membri vverifikati huma biss parzjalment effettivi biex jiżguraw li l-RPT irreġistrati huma kompluti u korretti.

(a)

Fejn meħtieġ, is-servizzi tal-Kummissjoni se jitolbu lill-Istati Membri kkonċernati jieħdu l-azzjoni adattata biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet li nstabu mill-Qorti. Hija se tkompli tanalizza l-kont B matul l-ispezzjonijiet regolari tagħha sabiex timminimizza dawn in-nuqqasijiet. Kif imsemmi fil-punt 2.21, l-ispezzjonijiet reċenti tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali li għamlet il-Kummissjoni kkonċentraw fuq is-superviżjoni doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni se tkompli tikkontrolla dik is-superviżjoni matul l-ispezzjonijiet tagħha.

(b)

Riżervi li ilhom pendenti għadhom jeżistu (il-paragrafu 2.23). Il-Qorti sabet ukoll dgħufijiet fil-monitoraġġ tal-Kummissjoni tal-applikazzjoni tal-Istati Membri tad-direttivi tal-VAT eżaminati (il-paragrafu 2.25).

(b)

Il-Kummissjoni tfittex b'mod attiv li tinstab soluzzjoni għal kumplament tar-riżervi li jkun ilhom żmien twil pendenti, li ma jkunux relatati ma' proċedimenti ta' ksur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Fir-rigward tal-Pakkett tal-VAT, il-valutazzjoni tal-5 Stati Membri li fadal għadha għaddejja bħalissa u l-Kummissjoni qed tippjana li tiffinalizzaha sa Settembru tal-2011. Fir-rigward tad-direttiva tal-VAT dwar il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, wara li waslulha notifiki tard mingħand l-Istati Membri, il-Kummissjoni issa tista tiffinalizza il-monitoraġġ komplut tal-implimentazzjoni sal-aħħar tas-sena 2011 permezz ta’ rapport tal-Kummissjoni għall-Kunsill. (ara 2.25)

(c)

Il-Kummissjoni għadha ma lestietx il-verifikazzjoni tagħha tal-inventarji tal-ING li jkopru d-data tal-ING tal-Istati Membri għall-perjodu 2002 ’il quddiem (il-paragrafu 2.29), u għadha ma neħħietx l-erba' riżervi speċifiċi miftuħa tal-PNG li baqa' fuq il-perjodu tal-1995-2001 (il-paragrafu 2.27).

(c)

Fl-2011, il-Kummissjoni se tippreżenta r-rapporti ta’ valutazzjoni dwar id-dejta tal-ING tal-Istati Membri sabiex ir-riżervi ġenerali jkunu jistgħu jiġu sostitwiti b'riżervi speċifiċi, skont fejn ikun meħtieġ. Il-Kummissjoni qed tkompli bil-kooperazzjoni tagħha maż-żewġ pajjiżi li għad għandhom riżervi tal-PGN għall-perjodu 1995-2001 sabiex dawn ir-riżervi jkunu jistgħu jitneħħew. B'riżultat ta' dawn l-isforzi, fl-2011 tneħħiet waħda mir-riżervi tar-Renju Unit.

(d)

Kien hemm żball fil-kalokolu definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tal-2006 (25) (ara l-paragrafu 2.16). Kien hemm dgħufijiet fil-kalkolu tal-korrezzjoni għal snin sussegwenti (ara l-paragrafi 2.31 sa 2.33). Il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-Kummissjoni huma parzjalment effettivi biex jiżguraw li l-korrezzjoni tar-Renju Unit hija kkalkolata sew.

(d)

Is-sistema ta’ superviżjoni u kontroll ġiet riveduta fid-dettall wara li nstab dan l-iżball mill-Qorti.

Il-Kummissjoni tqis li l-metodoloġija għall-ikkalkular tan-nefqa allokata hija soda biżżejjed biex tikkalkula l-involviment tar-Renju Unit fiha. L-eżistenza ta’ dawn in-“nuqqasijiet” identifikati mill-Qorti tirriżulta mill-fatt li l-kost marġinali tat-tfittxija għal aktar irfinar fl-ikkalkular ġie stmat li ma jkunx kosteffikaċi.

(e)

Minħabba li t-telf li ġġarrab mill-baġit relatat mar-rinunzji ta’ ammonti riċevibbli seta' jiġi evitat jew għall-inqas imnaqqas kieku l-Kummissjoni kienet aktar proattiva (il-paragrafu 2.35).

(e)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni relatati mal-eżenzjonijiet ma ġewx ikkontestati mill-Qorti. Is-sistemi sottostanti vverifikati mill-Qorti fir-rigward tal-eżenzjonijiet huma relatati l-aktar ma’ kuntest maniġerjali u leġiżlattiv ta’ aktar minn 10 snin ilu. Minn dak iż-żmien 'l hawn, twaqqfet il-EuropeAid (2001), ġie stabbilit Regolament Finanzjarju ġdid (2003), ġiet stabbilita Sistema Komuni ta' Informazzjoni RELEX ibbażata fuq l-IT (2003) u l-ġestjoni tal-għajnuna esterna ġiet trasferita lil delegazzjonijiet fil-qasam (2004).

Rakkomandazzjonijiet

2.41.

L- Anness 2.4 juri r-riżultat tar-reviżjoni tal-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapporti annwali preċedenti. Għandhom jiġu kkunsidrati l-punti li ġejjin:

2.41.

Fil-qasam tal-RPT, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tad-dgħufijiet relatati ma’ proċeduri doganali semplifikati għall-importazzjonijiet. Il-Qorti żżomm l-opinjoni tagħha dwar id-dħul fil-kontijiet B tad-djun doganali mġarrba minn oġġetti maqbuda.

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tan-nuqqasijiet relatati ma' proċeduri doganali ssimplifikati fir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha għall-2010. Hija għamlet ukoll spezzjonijiet fuq l-Istrateġija tal-Kontrolli Doganali fl-Istati Membri kollha u ħejjiet rapport tematiku dwar in-nuqqasijiet li rriżultaw minn dawn l-ispezzjonijiet u mill-awditjar tal-Qorti. Hi ppreżentat abbozz ta' dan ir-rapport f'laqgħa tal-ACOR f'Diċembru tal-2010 u l-verżjoni finali tiegħu għandha tiġi diskussa fil-laqgħa tal-ACOR f'Lulju tal-2011.

Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dħul tad-dejn doganali miġrub fuq oġġetti ssekwestrati fil-kontijiet B hija differenti minn dik tal-Qorti tal-Awdituri. Il-Kummissjoni analizzat id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ Elshani (Kawża Nru C-459/07) u fil-każ Dansk Logistik (Kawża Nru C-230/08) u kkonkludiet li tista żżomm il-pożizzjoni attwali tagħha.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni fl-Anness 2.4.

F'dawk li huma riżorsi proprji bbażati fuq l-ING, il-linji gwida dwar komunikazzjonijiet ta’ reviżjonijiet statistiċi maġġuri mhumiex dejjem applikati mill-Istati Membri u ma sarx progress fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ politika ta’ reviżjoni komuni fl-UE.

Fir-rigward tar-riżorsi proprji tal-ING, il-kwistjoni tar-reviżjonijiet hija indirizzata fid-dokument GNIC/085, u r-reviżjonijiet tal-ING tal-Istati Membri huma kkontrollati permezz ta’ rapporti annwali ta’ kwalità fil-kuntest tar-Regolament dwar l-ING. F'dak li għandu xjaqsam mal-linji gwida tas-CMFB (30) dwar il-komunikazzjoni ta’ reviżjonijiet statistiċi importanti, il-Kummissjoni (Eurostat) se tkompli tenfasizza n-neċessità li l-Istati Membri japplikaw dawn il-linji gwida, b'mod partikolari fil-laqgħat tal-Kumitat tal-ING. Il-Kummissjoni ssoktat id-diskussjonijiet mal-Istati Membri sabiex timplimenta politika komuni ta’ reviżjoni fl-UE, filwaqt li tikkunsidra r-rimarki tal-Qorti.

Wara din ir-reviżjoni u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2010, il-Qorti tirrakkommanda li l-Kummissjoni:

 

Tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura li l-kontijiet B qed jintużaw b'mod korrett, li s-sistemi ta’ kontabilità jippermettu r-rendikonti tal-kontijiet A u B tal-Istati Membri li jintwerew kompluti u korretti, u li s-sorveljanza doganali nazzjonali tkompli tissaħħaħ (RPT).

Il-Kummissjoni se tkompli tanalizza l-kontijiet B u s-sistemi kontabilistiċi matul l-ispezzjonijiet tagħha sabiex tiżgura li d-Dikjarazzjonijiet mill-Istati Membri tal-kontijiet A u B huma korretti. Kif imsemmi fil-punt 2.21, l-ispezzjonijiet reċenti tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali li għamlet il-Kummissjoni kkonċentraw b'mod speċjali fuq il-kontrolli doganali tal-Istati Membri u matul l-ispezzjonijiet futuri tagħha hija se tkompli tivverifika s-superviżjoni doganali nazzjonali u l-azzjoni tal-Istati Membri biex isaħħuha.

Tippreżenta lill-Kumitat tal-ING ir-rapporti ta’ valutazzjoni dwar id-data tal-ING tal-Istati Membri sabiex fl-2011 ikunu jistgħu jiġu sostitwiti r-riżervi eżistenti ġenerali b'riżervi speċifiċi għall-perjodu tal-2002 ’il quddiem. Fil-valutazzjoni tal-ING tal-Istati Membri, din għandha tqis l-evalwazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll fl-NSI għall-kumpilazzjoni tal-Kontijiet Nazzjonali u tiċċara l-ambitu tal-opinjoni li jipprovdi (riżorsi proprji bbażati fuq l-ING).

Fl-2011, il-Kummissjoni se tippreżenta r-rapporti ta’ valutazzjoni sabiex ir-riżervi ġenerali jkunu jistgħu jiġu sostitwiti b'riżervi speċifiċi, skont fejn ikun meħtieġ. Il-Kummissjoni tqis li l-approċċ li hija tapplika (kontrolli tad-dokumentazzjoni tal-Kwestjonarji tal-ING, il-verifika tal-Inventarji tal-ING permezz tal-GIAQ ikkumplimentata b'verifika diretta) huwa adattat għal valutazzjoni finali tal-ING tal-Istati Membri. F'dan il-kuntest, is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll (SCS) huma ta' natura organizzattiva u ma jagħtux indikazzjonijiet speċifiċi dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet, li jiddependu primarjament fuq is-sorsi statistiċi u l-metodi użati, anke jekk is-SCS jgħinu biex jitnaqqsu r-riskji tal-iżbalji fil-kontijiet nazzjonali. Il-Kummissjoni se tissokta l-isforzi tagħha sabiex tiżviluppa linji gwida dwar is-SCS li jkunu jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biex jikkumpilaw il-kontijiet nazzjonali tagħhom, filwaqt li jqisu r-rimarki tal-Qorti.

SEGWITU TAR-RAPPORT SPEĊJALI NRU 2/2008 DWAR INFORMAZZJONI TARIFFARJA VINKOLANTI

Introduzzjoni

2.42.

Fl-2008, il-Qorti ppubblikat ir-Rapport Speċjali tagħha Nru 2/2008 dwar Informazzjoni Tariffarja Vinkolanti (ITV) (26). L-ITV hija deċiżjoni tal-klassifika ta’ tariffa li tingħata bil-miktub mill-awtoritajiet doganali ta’ Stat Membru fuq talba tal-operaturi ekonomiċi. Hija torbot legalment l-awtoritajiet doganali kollha tal-UE vis-à-vis id-detentur għal mhux aktar minn sitt snin mid-data tal-ħruġ.

 

2.43.

B'mod ġenerali, is-sistema ITV instabet li qed taħdem tajjeb. Minkejja dan, kien meħtieġ titjib.

 

2.44.

Fid-deċiżjoni tiegħu tar-rilaxx tal-2007 (27), il-Parlament ħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħmel sforz biex issolvi d-dgħufijiet pendenti u l-argumenti dwar il-klassifikazzjoni tat-tariffi. Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tkompli ttejjeb is-sistema ITV u biex tissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħha fl-Istati Membri iżda enfasizza li r-responsabbiltá finanzjarja possibbli tal-Istati Membri, jekk hemm, għandha tiġi vvalutata bl-akbar kawtela (28).

2.44.

Is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet

(a)

Ir-rakkomandazzjoni: Il-Kummissjoni għandha tnaqqas id-dewmien sabiex jiġu solvuti l-klassifikazzjonijiet inkonsistenti tat-tariffi (il-paragrafi 43 u 44 tar-Rapport Speċjali Nru 2/2008).

 

Progress li sar: L-għadd ta’ persunal li qed jittratta kwistjonijiet tal-ITV żdied u d-dewmien innotat sabiex jissolvew klassifikazzjonijiet inkonsistenti tat-tariffi tnaqqas.

 

(b)

Ir-rakkomandazzjoni: Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt finanzjarju sħiħ tal-ITV mhux korretta u taġġorna d-database tal-Informazzjoni Ewropea dwar it-Tariffarja Vinkolanti (EBTI-3) (il-paragrafi 45 u 46 tar-Rapport Speċjali Nru 2/2008).

(b)

Progress li sar: Il-Kummissjoni kienet kapaċi turi li hi kienet qed tfittex li żżomm l-Istati Membri responsabbli għal telf li jirriżulta mill-kwistjoni ta’ ITV mhux korretta.

Ġew introdotti funzjonijiet ġodda fid-database (EBTI-3) biex id-dispożizzjonijiet legali jkunu rrispettati aħjar. L-interface tal-utent tad-database EBTI-3 pubblika issa ġie tradott fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE (għajr il-Malti u l-Irlandiż) u t-Teżawru qiegħed jiġi aġġornat bil-mod il-mod.

Il-Kummissjoni se tkompli tanalizza l-użu inkorrett tal-informazzjoni tariffarja vinkolanti (BTI) li għandha effett negattiv fuq ir-Riżorsi Proprji Tradizzjonali u, fejn xieraq, se żżomm lill-Istati Membri finanzjarment responsabbli għal dan.

(c)

Ir-rakkomandazzjoni: Il-leġiżlazzjoni, ikkomplementata mil-linji gwida amministrattivi tal-Kummissjoni, għandha tissaħħaħ (il-paragrafu 47 tar-Rapport Speċjali Nru 2/2008).

 

Progress li sar: L-obbligu għal importatur li jiddikjara li l-ITV li għandu għall-oġġetti ġiet adottata (29) iżda mhux se tkun applikabbli sakemm l-IPMCC jiġu fis-seħħ. Dawn id-dispożizzjonijiet jimmiraw ukoll li jtejbu l-ġestjoni tal-“perjodu ta’ konċessjoni”.

 

(d)

Ir-rakkomandazzjoni: Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jikkoreġu dgħufijiet misjuba (il-paragrafu 48 tar-Rapport Speċjali Nru 2/2008).

(d)

Il-Kummissjoni wettqet monitoraġġ komplut tal-Istati Membri fi ħdan il-qafas tal-proċeduri relatati mal-ġestjoni tal-BTI. Dak l-eżerċizzju beda f'nofs is-sena 2007 u għadu għaddej bħalissa f'forma ta’ azzjonijiet ta’ segwitu. Barra minn dan, fl-2011 il-Kummissjoni beħsiebha tmexxi 5 spezzjonijiet tar-RPT fuq il-post, relatati mal-BTI.

Progress li sar: Matul iż-żjarat ta’ monitoraġġ tagħha, il-Kummissjoni segwiet l-eżempji ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti legali u d-dgħufijiet irrappurtati mill-Qorti.

Il-Kummissjoni qed tikkontrolla l-progress tal-Istati Membri b'mod kontinwu u qiegħda tindirizza regolarment kwalunkwe nuqqasijiet fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti legali.

Konklużjonijiet

2.45.

Il-Kummissjoni tejbet is-sistema tal-ITV u ssorveljat l-implimentazzjoni u l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri. Madankollu, il-miżuri ewlenin ta’ rimedju se jkunu effettivi biss meta l-IPMCC jidħlu fis-seħħ u l-Kummissjoni għandha tkompli bl-isforzi tagħha biex jitnaqqas il-ħin li ttieħed sabiex jiġu solvuti kwistjonijiet ta’ klassifikazzjoni.

2.45.

Il-Kummissjoni tieħu nota ta’ dan u tkompli fl-isforzi tagħha biex tinstab soluzzjoni aktar malajr għall-kwistjonijiet ta’ klassifikazzjoni.

(1)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17), u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1), kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 105/2009 (ĠU L 36, 5.2.2009, p. 1).

(2)  Meta d-dazji jew l-imposti jibqgħu ma jitħallsux u ma tkun ingħatat l-ebda garanzija, jew ikunu koperti minn garanziji imma jkunu ġew sfidati, ikun possibbli għall-Istati Membri li jissospendu d-disponibilità ta’ dawn ir-riżorsi billi jdaħħluhom f'kont separat.

(3)  Il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija u l-Isvezja.

(4)  Il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja.

(5)  L-Uffiċċju tal-Kooperazzjoni EuropeAID (AIDCO) li se jsir id-Direttorat Ġenerali tal-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni tal-EuropeAID (DG DEVCO) fl-2011, Id-Direttorati Ġenerali għall-Kompetizzjoni (COMP) u għall-Enerġija (ENER).

(6)  L-Artikolu 266(2) tad-Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali: “Bil-kondizzjoni li l-kontrolli fuq it-tmexxija sewwa ta’ operazzjonijiet mhumiex b’ hekk influwenzati, l-awtoritajiet doganali jistgħu: …b) f'ċerti ċirkostanzi speċjali, meta n-natura tal-merkanzija inkwistjoni u l-introjtu rapidu jiggarantixxu hekk, jeżentaw lill-persuna fil-pussess mill-awtorizzazzjoni għall-ħtieġa ta’ notifika lill-uffiċju [uffiċċju] doganali kompetenti ta’ kull wasla ta’ merkanzija, … …”.Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) Nru 430/2010 (ĠU L 125, 21.5.2010, p. 10).

(7)  il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Isvezja.

(8)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha ta’ żbalji minn kampjun statistiku rappreżentattiv. Għall-verifika tad-Dħul, il-Qorti hija 95 % kunfidenti li r-rata ta’ żbalji fil-popolazzjoni qiegħda taħt it-2 %.

(9)  Rendikont ta’ kull xahar tal-Belġju. Dan l-Istat Membru kien responsabbli għal 9,5 % tal-RPT totali fl-2010.

(10)  Il-kalkolu definittiv tal-korrezzjoni tar-Renju Unit tas-sena n iddaħħal fil-baġit tas-sena n+4.

(11)  Pereżempju l-paragrafu 2.20 tar-Rapport Annwali tal-2009.

(12)  Ir-Renju Unit.

(13)  L-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit.

(14)  Ir-Renju Unit.

(15)  Dan huwa magħmul minn żieda ta’ madwar EUR 105 miljun, u tnaqqis ta’ kważi EUR 15-il miljun.

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008, li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward il-post ta’ provvista ta’ servizzi (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 11), u d-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/EC [KE], għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, 20.2.2008, p. 23).

(17)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/117/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008, li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud marbuta ma tranżazzjonijiet intra-Komunitarji (ĠU L 14, 20.1.2009, p. 7).

(18)  L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000, kif emendat, jiddikjara li, wara t-30 ta’ Settembru tar-raba’ sena wara sena finanzjarja partikolari, kwalunkwe bidla lill-PNG/ING ma għandhiex tiġi kkunsidrata aktar, minbarra dawk il-punti nnotifikati f’dan il-limitu ta’ żmien jew mill-Kummissjoni jew mill-Istat Membru. Dawn il-punti huma magħrufa bħala riżervi. Riżerva ġenerali tkopri d-data kollha ta’ Stat Membru. Id-data kollha tal-ING tal-Bulgarija u r-Rumanija hija miftuħa skont ir-regola ta’ erba' snin.

(19)  F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1), L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat), skond [skont] il-linji ta’ gwida mfassla mill-istess Kummissjoni u skond [skont] il-proċecura msemmija fl-Artikolu 4(2), flimkien ma’ inventarju tal-proċeduri u l-istatistiċi basiċi wżati [użati] fil-kalkulazzjoni tad-dħul gross nazzjonali u l-komponenti tiegħu skond [skont] l-ESA 95.

(20)  Dawn ir-riżervi miftuħa jikkonċernaw il-Greċja (1) u r-Renju Unit (3) u prinċipalment jirrelataw ma’ aspetti tal-metodoloġija u l-kumpilazzjoni.

(21)  Riserva speċifika tkopri elementi diskreti tal-ING bħall-valur miżjud gross ta’ attivitajiet magħżula, nefqa totali tal-konsum finali jew bilanċ favorevoli tal-gross operattiv u dħul imħallat.

(22)  Ara l-paragrafu 2.28 tar-Rapport Annwali tal-2009.

(23)  L-Artikolu 87 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE, Euratom Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p.13).

(24)  Għal raġunijiet spjegati fil-paragrafi 2.12 u 2.13, din il-konklużjoni ma tipprovdix valutazzjoni tal-kwalità tal-VAT jew data tal-ING li kienu rċevuti mill-Kummissjoni mill-Istati Membri.

(25)  Barra minn dan, f’Diċembru 2009 l-Kummissjoni sabet żball fil-kalkolu tagħha tal-estimi provviżorji tal-korrezzjoni tar-Renju Unit għas-snin 2008 u 2009, li jirrappreżenta stima żejda ta’ EUR 138 miljun (2,6 %) u EUR 458 miljun (13 %) rispettivament. Ara l-paragrafu 2.17 tar-Rapport Annwali tal-2009. L-ammonti korretti tqiesu fil-qafas tal-kalkolu ta’ estimi aġġornati tal-korrezzjoni tar-Renju Unit, imwettqa fl-2010 (qabel ma jiġu kkalkolati l-ammonti definittivi fl-2012 u l-2013).

(26)  ĠU C 103, 24.4.2008, p. 1.

(27)  Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-rilaxx għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, it-taqsima III — il-Kummissjoni

(28)  Il-laqgħa 2881 tal-Kunsill, il-Lussemburgu, 23 u 24 ta’ Ġunju 2008.

(29)  Ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1).

(30)  Kumitat tal-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet.

ANNESS 2.1

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAD-DĦUL

 

2010

2009

2008

2007

RPT

VAT/ING, korrezzjonijiet taħt it-Titolu 1 tal-Baġit

Dħul ieħor

Total

ID-DAQS U L-ISTRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet (li minnhom):

6

43

6

55

62

60

66

ordnijiet ta’ rkupru

6

43

6

55

62

60

66

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)

Proporzjon tat-tranżazzjonijiet ittestjati instabu li huma:

Ħielsa mill-iżbalji

100 %

(6)

100 %

(43)

100 %

(6)

100 %

(55)

95 %

100 %

100 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

5 %

0 %

0 %

L-IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Rata ta’ żball l-aktar probabbli (2)

0 %

 

 

 


(1)  Numri kkwotati f'parentesi jirrappreżentaw l-għadd attwali ta’ tranżazzjonijiet

(2)  Minħabba li ma nstabu l-ebda żbalji materjali, ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli biss ġiet ippreżentata

ANNESS 2.2

IR-RIŻULTATI TAL-EŻAMI TAS-SISTEMI GĦAD-DĦUL

Valutazzjoni tas-sistemi magħżula ta’ sorveljanza u ta’ kontroll

Sistema kkonċernata

Kontrolli interni prinċipali (il-Kummissjoni)

Kontrolli interni prinċipali fi Stati Membri verifikati

Valutazzjoni globali

Kontrolli tal-Kummissjoni fl-Istati Membri

Kalkolu / desk checks tal-Kummissjoni tal-ammonti riċevibbli

Ġestjoni tal-Kummissjoni ta’ riżervi / implimentazzjoni tal-baġit

RPT

Effettivi

Effettivi

M/A

Parzjalment effettivi

Effettiva

VAT/ING

Effettivi

Effettivi

Effettiva

M/A

Effettiva

Korrezzjoni tar-Renju Unit

M/A

Parzjalment effettivi

M/A

M/A

Parzjalment effettiva

Rinunzji

M/A

Effettivi

Effettiva (1)

M/A

Effettiva

Multi u penali

M/A

Effettivi

M/A

M/A

Effettiva

M/A:

Mhux applikabbli (ma japplikax jew mhux ivvalutat)


Valutazzjoni globali tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll

Valutazzjoni globali

2010

2009

2008

2007

Effettiva

Effettiva

Effettiva

Effettiva


(1)  Għar-rinunzji li saru fl-2010, il-Qorti sabet dgħufijiet fil-ġestjoni tal-Kummissjoni fis-snin ta’ qabel li żiedu r-riskju li l-ammonti riċevibbli ma jiġux irkuprati.

ANNESS 2.3

IR-RIŻULTATI TAR-REVIŻJONI TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-MANIĠMENT TAL-KUMMISSJONI GĦAD-DĦUL

DĠ prinċipali kkonċernati

Natura tad-dikjarazzjoni mogħtija mid-Direttur Ġenerali (1)

Riżervi mogħtija

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Valutazzjoni globali tal-affidabbiltà

2010

2009

BUDG

bla riżervi li jikkonċernaw ir-riżorsi proprji

M/A

Id-dgħufija sinifikanti tas-sistema żvelata mill-verifika tal-Qorti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet għall-RPT fil-Belġju nstabet ukoll mix-xogħol ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni.Il-Qorti tqis li din id-dgħufija kellha tissemma fir-Rapport ta’ Attività Annwali tad-DĠ BUDG (ara l-paragrafu 2.37).

L-iżball li sabet il-Qorti fil-kalkolu tal-Kummissjoni tal-ammont definittiv tal-2006 tal-korrezzjoni tar-Renju Unit huwa deskritt fir-rapport ta’ attività annwali tad-DĠ BUDG, li jistabbilixxi l-miżuri addizzjonali ta’ kontroll stabbiliti sussegwentement. Madankollu, meta jitqiesu l-kriterji ta’ materjalità tal-Kummissjoni nfisha, fl-opinjoni tal-Qorti, riżerva kellha ssir fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ BUDG (ara l-paragrafu 2.38).

B

A

M/A:

Mhux applikabbli (ma japplikax)

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-Rapport ta’ Attività Annwali jagħtu valutazzjoni ġusta ta’ ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità

B:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-Rapport ta’ Attività Annwali jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta ta’ ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità

C:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-Rapport ta’ Attività Annwali ma jagħtux valutazzjoni ġusta ta’ ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità


(1)  B'referenza għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali, hu/hi għandu/għandha assigurazzjoni raġonevoli li l-proċeduri ta’ kontroll li twaqqfu jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-Rapport ta’ Attività Annwali jagħtu valutazzjoni ġusta ta’ ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità

B:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-Rapport ta’ Attività Annwali jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta ta’ ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità

C:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-Rapport ta’ Attività Annwali ma jagħtux valutazzjoni ġusta ta’ ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità

ANNESS 2.4

TABELLA TA' SEGWITU TA' RAKKOMANDAZZJONI GĦAD-DĦUL

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Progress li sar

Risposta tal-Kummissjoni

Analiżi tal-Qorti

2009

Fir-Rapport Annwali tagħha tal-2009 (il-paragrafu 2.32), il-Qorti ġibdet l-attenzjoni għar-riżultati tal-verifika inklużi fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 1/2010 dwar proċeduri doganali simplifikati għal importazzjonijiet u rrappurtat li l-Kummissjoni kieku teħtieġ tqis il-konklużjonijiet minn dan ir-rapport, flimkien mas-segwitu tas-sejbiet tagħha stess minn spezzjonijiet ta’ proċeduri simplifikati u strateġija ta’ kontroll tal-Istati Membri, fir-rapport ta’ attività annwali tagħha tal-2010.

Il-Kummissjoni għarfet li eżistew dgħufijiet fil-kontrolli doganali tal-Istati Membri dwar proċeduri simplifikati. Madankollu, meta titqies azzjoni ta’ spezzjoni kontinwa tagħha, ir-rispons ġeneralment pożittiv mill-Istati Membri għas-sejbiet tal-Qorti u l-impatt finanzjarju ġeneralment baxx ta’ żbalji misjuba, il-Kummissjoni qieset li ma kienx hemm ħtieġa li tagħmel riżerva fid-dikjarazzjoni tad-direttur ġenerali (inkluża fir-rapport ta’ attività annwali tad-DĠ BUDG) dwar din il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tan-nuqqasijiet relatati ma' proċeduri doganali ssimplifikati fir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha għall-2010. Qed issegwi l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri bi tweġiba għall-konklużjonijiet tal-ispezzjonijiet tagħha stess u għal dawk li rriżultaw mill-verifiki tal-Qorti. Diversi Stati Membri diġà rrapportaw dwar l-azzjoni ta’ rimedju li ħadu jew li se jieħdu sabiex jindirizzaw in-nuqqasijiet fil-kontroll irrimarkati. Din l-azzjoni għandha tiġi vverifikata waqt spezzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għamlet ukoll spezzjonijiet fuq l-Istrateġija tal-Kontrolli Doganali fl-Istati Membri kollha u ħejjiet rapport tematiku dwar in-nuqqasijiet li rriżultaw minn dawn l-ispezzjonijiet u mill-awditjar tal-Qorti. Hija ppreżentat abbozz ta’ dan ir-rapport fil-laqgħa tal-ACOR f’Diċembru tal-2010. L-Istati Membri ngħataw iż-żmien biex jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar dak l-abbozz u l-verżjoni finali tar-rapport li għandha tikkunsidra dawn il-kummenti, se tiġi diskussa fil-laqgħa tal-ACOR f'Lulju tal-2011.

Il-Qorti tieħu nota ta’ din il-valutazzjoni tal-Kummissjoni u se tagħmel l-analiżi tagħha stess flimkien mas-segwitu tar-rapport speċjali tagħha dwar proċeduri doganali simplifikati għal importazzjonijiet.

2009

Fir-Rapport Annwali tagħha tal-2009 (il-paragrafu 2.22), il-Qorti kienet tal-fehma li d-djun imġarrba fuq oġġetti maqbuda wara li marru lil hinn mill-ewwel uffiċċju tad-dwana li jinsab ġewwa t-territorju tal-Komunità, għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet B. Din il-pożizzjoni, li kienet f'konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ April 2009 (il-każ numru C-459/07), ma ġietx kondiviża mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni analizzat is-sentenza riċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (f'April 2010) dwar kwistjoni simili (il-każ numru C-230/08).

Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dħul tad-dejn doganali li jkun sar fuq oġġetti ssekwestrati fil-kontijiet B hija differenti minn dik tal-Qorti tal-Awdituri. Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 867a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jimplimenta l-Kodiċi Doganali tal-UE, skont liema l-oġġetti ssekwestrati u konfiskati għandhom jitqiesu li ddaħħlu għall-proċedura ta’ Ħażna Doganali, f’konformità mal-Artikolu 98 tal-Kodiċi Doganali. Għall-oġġetti li jiddaħħlu għal din il-proċedura, it-tiġrib tad-dejn doganali jitqies sospiż u għalhekk m’għandu jkun hemm l-ebda dħul fil-kontijiet. Il-Kummissjoni analizzat id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ Elshani (Kawża Nru C-459/07) u fil-każ Dansk Logistik (Kawża Nru C-230/08) u kkonkludiet li tista’ żżomm il-pożizzjoni attwali tagħha.

Il-Qorti tal-Awdituri żżomm il-fehma tagħha dwar id-dħul fil-kontijiet B tad-djun doganali mġarrba minn oġġetti maqbuda. Din il-fehma hi korraborata miż-żewġ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja

Fir-Rapport Annwali tagħha tal-2009 (il-paragrafu 2.27), il-Qorti rrappurtat li l-Kummissjoni (fir-rapport tagħha ta’ Jannar 2010 dwar id-defiċit tal-gvern Grieg u l-istatistiċi tad-dejn lill-Kunsill tal-Ecofin) xeħtet f'dubju l-kwalità tal-istatistiċi makroekonomiċi Griegi, inklużi dawk tal-Kontijiet Nazzjonali, u li l-Kummissjoni u l-Kunsill xeħtu dubju dwar it-tħaddim effettiv ta’ sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll fis-Servizz tal-Istatistika Nazzjonali tal-Greċja, li jipproduċi wkoll data tal-ING għall-kalkolu ta’ riżorsi proprji.

L-analiżi bir-reqqa tal-Kummissjoni dwar l-impatt potenzjali tal-kwistjonijiet li tfaċċaw minn dan id-defiċit u l-verifikazzjoni tad-dejn dwar data Griega ma żvelatx impatt sinifikanti fuq il-livelli tal-PDG/ING. Il-xogħol tal-verifika li twettaq matul l-2010 mill-Kummissjoni (Eurostat) dwar id-data fiskali biex jiġu segwiti dgħufijiet irrappurtati fir-rapport tagħha ta’ Jannar 2010, żvela impatt ta’ madwar 0,5 % u 0,9 % fuq il-livell tal-PDG Grieg.

It-tweġiba tal-Kummissjoni tar-rebbiegħa tal-2010 għar-rimarki tal-Qorti, waqt it-tħejjija tar-rapport Annwali tal-Qorti għall-2009, għamlet referenza għall-konklużjonijiet tar-rapport ta’ Jannar tal-2010, li ma ndirizzawx il-kwistjoni tar-riklassifikazzjoni tal-korporazzjonijiet pubbliċi. L-impatt fuq il-PDG imsemmi mill-Qorti ġej mir-riklassifikazzjoni tal-korporazzjonijiet pubbliċi, li rriżultat minn ħidma li tlestiet f’Novembru tal-2010. Għalhekk, m’hemmx bżonn li jerġa’ jiġi kkunsidrat ir-rispons tal-Kummissjoni għar-rimarka inkluża fir-Rapport Annwali tal-Qorti rigward is-sena finanzjarja 2009. Ir-reviżjonijiet tad-dejta tas-snin ta’ qabel tal-Istati Membri huma segwiti mill-Kummissjoni matul is-snin ta' wara skont il-proċeduri ta' monitoraġġ tal-ING stabbiliti sew.

Il-valutazzjoni li saret mill-Kummissjoni dwar l-impatt fuq il-PDG/l-ING tad-dgħufijiet relatati mad-defiċit tal-gvern Grieg u l-istatistiċi tad-dejn għandha tikkunsidra r-riżultati tax-xogħol tagħha li tlesta f'Novembru 2010

2009

Fir-Rapport Annwali tagħha tal-2006, il-Qorti għamlet osservazzjonijiet dwar ir-reviżjoni għall-ING (il-paragrafi 4.24 sa 4.26) u rrakkomandat fil-paragrafu 4.32 li l-Kummissjoni:

 

 

 

(a)

tistipula regoli dwar il-komunikazzjoni u hija mwissija minn qabel, flimkien mal-Kumitat tal-ING, dwar reviżjonijiet maġġuri,

(a)

Erba' Stati Membri ppreżentaw reviżjonijiet maġġuri fil-Kwestjonarji u r-Rapporti ta’ Kwalità tal-ING tal-2010. F'każ wieħed (il-Finlandja), ma saritx notifika tar-reviżjoni minn qabel.

(a)

Il-Kummissjoni tfakkar kontinwament lill-Istati Membri dwar in-neċessità li japplikaw il-linji gwida, partikolarment matul il-laqgħat tal-Kumitat tal-ING u fil-kuntatti bilaterali. Minkejja li fil-każ tal-Finlandja, ingħatat informazzjoni kompluta minn qabel matul il-laqgħat tal-Kumitat tal-ING u waqt iż-żjara fil-Finlandja dwar l-ING, il-Kummissjoni se tkompli twettaq il-kontrolli tagħha u tenfasizza kemm hu importanti li l-Istati Membri jkunu konformi mal-proċedura tal-CMFB.

(a)

Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li l-linji gwida dwar il-komunikazzjonijiet ta’ reviżjonijiet statistiċi maġġuri (stabbiliti mis-CMFB) ikunu dejjem applikati mill-Istati Membri.

(b)

timplimenta politika koordinata għal reviżjonijiet tad-data tal-Kontijiet Nazzjonali, inkluża l-ħtieġa għal valutazzjoni komparattiva regolari, u

(b)

Fil-laqgħa tal-Kumitat għall-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti (is-CMFB) f'Jannar 2010, ġie konkluż li l-Kummissjoni (Eurostat) u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom ivaraw studju ta’ impatt dwar “politika ta’ reviżjoni għall-Kontijiet Nazzjonali u għall-Bilanċ tal-Pagamenti” fil-Ħarifa 2010 u jippreżentaw ir-riżultati tal-istħarriġ relatati ma’ dan l-istudju tal-laqgħa tas-CMFB f'Jannar 2011. Madankollu, minħabba l-finalizzazzjoni dwar l-abbozz ġdid tal-ESA (is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet) u kompiti oħrajn, ġie deċiż li tiġi proposta l-varatura tal-istħarriġ sal-bidu tal-2011 u li r-riżultati tal-impatt jiġu ppreżentati fil-laqgħa tas-CMFB f'Lulju 2011.

(b)

L-ebda kumment

(b)

Il-Qorti tinnota li ma sarx progress mill-Kummissjoni (Eurostat) fl-2010 fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ politika ta’ reviżjoni komuni fl-Unjoni Ewropea.

(c)

tiżgura li l-konklużjonijiet mill-kontroll tal-inventarju Grieg ikunu disponibbli kmieni biżżejjed, sabiex jippermettu l-inklużjoni ta’ data kkoreġuta fil-kontijiet għas-sena finanzjarja 2007.

Fir-Rapporti Annwali tagħha tal-2007, 2008 u 2009, il-Qorti segwiet dawn il-kwistjonijiet rispettivament fl-Anness 4.2 (2007 u 2008) u l-Anness 2.4 (2009).

(c)

Il-Kummissjoni (Eurostat) qed tkompli bil-kooperazzjoni tagħha mal-NSI Grieg sabiex tkun tista' tneħħi r-riżerva waħda tal-PNG li baqa' għall-perjodu 1995-2001.

(c)

Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tkompli fil-kooperazzjoni tagħha mal-awtoritajiet Griegi sabiex tkun tista’ tneħħi r-riżerva tal-PGN li fadal għall-perjodu 1995–2001.

(c)

Ara l-paragrafi 2.26, 2.27 and 2.29.

ANNESS 2.5

KALKOLU TAL-KORREZZJONI TAR-RENJU UNIT GĦALL-2006 U S-SNIN SUSSEGWENTI

1.

L-arranġamenti għall-kalkolu tal-korrezzjoni tar-Renju Unit fir-rigward tal-2006 huma stipulati fid-Deċiżjoni dwar Riżorsi Proprji 2000 (1) u f'dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni approvat mill-Kunsill meta kien qed jadotta d-Deċiżjoni dwar Riżorsi Proprji (2).

2.

Il-kalkolu tal-korrezzjoni tar-Renju Unit jinvolvi serje ta’ passi.

3.

L-ewwel pass jinkiseb billi

(a)

tiġi kkalkolata d-differenza bejn:

(i)

is-sehem tal-perċentwal tar-Renju Unit fis-somma tal-bażijiet tal-valutazzjoni VAT mhux limitata (3), u

(ii)

is-sehem tal-perċentwal tar-Renju Unit fin-nefqa totali allokata;

(b)

billi d-differenza miksuba taħt (a) tkun multiplikata bin-nefqa totali allokata;

(c)

billi r-riżultat miksub taħt (b) ikun multiplikat b’ 0,66.

4.

“Bażijiet tal-VAT mhux limitati” kienu l-bażi tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT kif kienet tapplika fiż-żmien li ġiet introdotta l-korrezzjoni tar-Renju Unit.

5.

“In-nefqa allokata” hija n-nefqa mill-baġit tal-Unjoni li tista' tiġi allokata lil riċevituri fl-Istati Membri. Għalhekk, din teskludi n-nefqa barra mill-Unjoni Ewropea jew in-nefqa li ma tistax tiġi allokata jew identifikata. Ammont li jikkorrispondi man-nefqa ta’ qabel l-adeżjoni fl-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni fl-2004 huwa mnaqqas min-nefqa totali allokata.

6.

It-tieni stadju fil-kalkolu tal-korrezzjoni huwa li jiġi kkalkolat “il-vantaġġ tar-Renju Unit” mit-tibdil fir-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT li saru meta ġiet introdotta l-korrezzjoni tar-Renju Unit (tnaqqis fir-rata li biha tiġi imposta r-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT, “limiti massimi” ta’ bażijiet tal-VAT għal 50 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING)) u mill-introduzzjoni tar-raba' riżorsa proprja bbażata fuq l-ING.

7.

Dettall fil-kalkolu tal-“vantaġġ tar-Renju Unit” li hu ta’ relevanza għall-kritika li saret fil-paragrafu 2.16 jikkonċerna l-kalkolu tar-rata uniformi tar-riżorsi proprji bbażati fuq il-VAT applikabbli fl-2006. Dan jinvolvi tnaqqis minn “rata massima tal-ġbir” għall-VAT (0,50 % fl-2006) “rata ffriżata”, li hija stess hi relatata mad-daqs tar-ribass tar-Renju Unit. L-iżball imsemmi fil-paragrafu 2.16 huwa minħabba l-fatt li l-Kummissjoni żiedet ir-“rata ffriżata” għar-“rata massima tal-ġbir” milli naqqsitha.

8.

Aġġustament ieħor għall-korrezzjoni jnaqqas “dħul mhux ippjanat tal-RPT”. L-Istati Membri jżommu 25 % tal-qligħ tal-RPT; meta r-ribass tar-Renju Unit ġie introdott iż-żamma kienet 10 %. Il-korrezzjoni titnaqqas sal-punt li din tnaqqas il-pagamenti tar-riżorsi proprji tar-Renju Unit.

9.

L-arranġamenti għall-kalkolu tal-korrezzjoni tar-Renju Unit fis-snin sussegwenti għall-2006 huma stipulati fid-Deċiżjoni dwar Riżorsi Proprji 2007 (4) u f'dokument ta’ ħidma ġdid tal-Kummissjoni approvat mill-Kunsill (5). L-arranġamenti ta’ wara l-2006 jvarjaw f'uħud mill-kwistjonijiet dettaljati minn dawk relevanti għall-korrezzjoni tal-2006.

10.

Fir-rigward tan-nefqa allokata li l-prinċipji ġenerali tagħha ma jinbidlux (meta mqabbla mad-Deċiżjoni tar-Riżorsi Proprji 2000), żewġ dettalji għandhom jiġu nnotati b'mod partikolari fil-kuntest tal-kritiki li saru fil-paragrafi 2.31 sa 2.33:

(a)

Id-dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni jipprovdi li f'dawn il-każijiet fejn il-Kummissjoni hija konxja tan-nefqa li r-riċevitur inkwistjoni jaġixxi bħala intermedjarju, il-pagamenti jridu jkunu allokati kull meta dan ikun possibbli lill-Istat(i) Membru/Membri li fih(om) il-benefiċjarju/benefiċjarji finali huwa/huma resident(i), skont l-ishma tagħhom f'dawn il-pagamenti.

(b)

Il-kunċett ta’ nefqa użat mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-korrezzjoni tar-Renju Unit jikkorrispondi mal-“pagamenti attwali” relatati mas-sena inkwistjoni jew skont il-baġit annwali inkella skont l-ammonti li jinġiebu ‘l quddiem ta’ approprjazzjonijiet mhux eżegwiti għas-sena sussegwenti.

11.

Il-paragrafi 2.31 sa 2.33 jindikaw li l-Kummissjoni ma’ ħaditx passi xierqa biex tinkludi fil-kalkolu, in-nefqa totali allokata jew biex talloka l-pagamenti kull meta dan ikun possibbli.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42).

(2)  Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni dwar il-kalkolu, il-finanzjament, il-ħlas u d-dħul fil-baġit tal-korrezzjoni ta’ żbilanċi baġitarji skont l-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2000/597/KE (ir-Referenza 10646/00, Addendum 2 san-NOTA PUNT “I/A” tal-21 ta’ Settembru 2000 mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill lill-Kumitat/Kunsill tar-Rappreżentanti Permanenti, Adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji).

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni 2000/597/KE, il-bażijiet tal-valutazzjoni tal-VAT li għandhom jitqiesu għal riżorsi proprji m'għandhomx jaqbżu l-50 % tal-PNG (sal-2001)/ING (mill-2002).

(4)  Ara d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom.

(5)  Dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni dwar il-kalkolu, il-finanzjament, il-ħlas u d-dħul fil-baġit tal-korrezzjoni ta’ żbilanċi baġitarji favur ir-Renju Unit (ir-Referenza 9851/07, Addendum 2 san-NOTA PUNT “I/A” tat-23 ta’ Mejju 2007 mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill lill-Kumitat/Kunsill tar-Rappreżentanti Permanenti, Adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE).


IL-KAPITOLU 3

L-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali

WERREJ

Introduzzjoni

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

L-effettività tas-sistemi

Il-qasam tal-politika l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

Is-sistemi relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

Sistemi relatati mal-irkupri u mal-korrezzjonijiet finanzjarji

L-Oqsma tal-Politika l-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, is-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur

L-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

3.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-Qorti dwar l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali, li tinkludi l-oqsma tal-politika 05-l-Agrikoltura u l-iżvilupp rurali, 07-l- Ambjent, 11-l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u 17-is-Saħħa u l- Ħarsien tal-Konsumatur. L-informazzjoni prinċipali dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq fl-2010 hija pprovduta fit- Tabella 3.1 .

 

It-Tabella 3.1 —   L-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali — informazzjoni ewlenija 2010

(EUR miljun)

It-Titolu tal-Baġit

Il-Qasam tal-Politika

Id-Deskrizzjoni

Il-Pagamenti

Il-Mod tal-Ġestjoni

5

L-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

In-nefqa amministrattiva

131

Ċentralizzat u dirett

L-interventi fis-swieq agrikoli

4 314

Maqsum

L-għajnuniet diretti

39 676

Maqsum

L-iżvilupp rurali

11 483

Maqsum

Il-miżuri qabel l-adeżjoni

14

Deċentralizzat

Oħrajn

(7)

Maqsum

 

55 611

 

7

L-ambjent

In-nefqa amministrattiva

91

Ċentralizzat u dirett

In-nefqa operazzjonali

267

Ċentralizzat u dirett/Ċentralizzat u indirett

 

358

 

11

Is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi

In-nefqa amministrattiva

40

Ċentralizzat u dirett

In-nefqa operazzjonali

616

Ċentralizzat/Maqsum

 

656

 

17

Is-saħħa u l-ħarsien tal- konsumatur

In-nefqa amministrattiva

112

Ċentralizzat u dirett

In-nefqa operazzjonali

478

Ċentralizzat u dirett/Ċentralizzat u indirett

 

590

 

In-nefqa amministrattiva totali (41)

374

 

In-nefqa operazzjonali totali

56 841

 

li tikkonsisti f': — pagamenti bil-quddiem

851

 

— pagamenti interim/finali

55 990

 

Il-pagamenti totali għas-sena

57 215

 

L-impenji totali għas-sena

60 992

 

Sors: Kontijiet Annwali tal-Unjoni Ewropea 2010.

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Il-qasam tal-politika L-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

3.2.

L-objettivi (1) tal-politika agrikola komuni kif stabbiliti fit-Trattat huma li tiżdied il-produttività agrikola, biex b’hekk jiġi żgurat livell tal-għajxien ġust għall-komunità agrikola, li s-swieq jiġu stabbilizzati, li tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-provvisti u li jiġi żgurat li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli.

 

3.3.

Il-baġit tal-UE jiffinanzja n-nefqa tal-politika agrikola komuni prinċipalment permezz ta’ żewġ Fondi (2): il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (“FAEG”), li jiffinanzja bis-sħiħ l-għajnuna diretta tal-UE u l-miżuri tas-suq (3), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“FAEŻR”), li jikkofinanzja l-programmi għall-iżvilupp rurali b’rati li jvarjaw.

 

3.4.

Il-miżuri prinċipali iffinanzjati mill-FAEG (EUR 43 990 miljun) huma:

L-iskema ta’ għajnuna diretta “Skema ta’ Pagament Uniku” (SPS). Il-pagamenti SPU huma bbażati fuq “intitolamenti” (4) li kull wieħed minnhom huwa attivat ma’ ettaru ta’ art eliġibbli ddikjarata mill-bidwi. Fl-2010, l-SPU kienet tirrappreżenta nefqa ta’ EUR 29 070 miljun (73 % tal-għajnuna diretta).

L-iskema tal-għajnuna diretta “Skema ta’ Pagament Uniku skont l-Erja” (SAPS) li tipprevedi pagament ta’ ammonti uniformi għal kull ettaru eliġibbli ta’ art agrikola u fil-preżent hija applikata f’għaxra mill-Istati Membri l-ġodda (5) u fl-2010, kienet responsabbli għan-nefqa ta’ EUR 4 460 miljun (11 % tal-għajnuna diretta).

Skemi oħra ta’ għajnuna diretta“pagamenti akkoppjati” relatati ma’ tipi speċifiċi ta’ produzzjoni agrikola. Fl-2010, dawn l-iskemi kieu responsabbli għan-nefqa ta’ EUR 6 146 miljun (16 % tal-għajnuna diretta).

Interventi fis-swieq tal-agrikoltura: il-miżuri prinċipali huma l-interventi, il-ħażna u r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni, li l-importanza tagħhom naqset f’dawn l-aħħar snin, u miżuri oħra bħal sostenn speċifiku għall-programmi tal-inbid, tal-frott u l-ħxejjex u tal-ikel (li b’kollox ammontaw għal EUR 4 314-il miljun fl-2010).

 

3.5.

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jikkofinanzja n-nefqa għall-Iżvilupp Rurali li tkopri għadd kbir ta’ miżuri bħal skemi agroambjentali, ammonti ta’ kumpens għall-agrikoltura f’żoni inqas vantaġġjati, investimenti f’irziezet u infrastruttura f’żoni rurali (EUR 11 497 miljun) (6).

 

3.6.

Taħt l-iskemi kollha ta’ għajnuna diretta tal-FAEG (7) u ċerti skemi ta’ għajnuna tal-FAEŻR, il-benefiċjarji tal-għajnuna tal-UE għandhom obbligu legali biex jissodisfaw rekwiżiti ta’ “cross-compliance”, li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsien tal-ambjent, is-saħħa tal-pubbliku, is-saħħa tal-annimali u l-pjanti, il-benesseri tal-annimali (Rekwiżiti ta’ Ġestjoni Statutarji), u għaż-żamma tal-art agrikola f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (GAEC) (8). Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprovdi li meta jkun hemm nuqqas ta’ konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti, għandu jiġi applikat tnaqqis jew esklużjoni (9) fuq l-ammont globali tal-pagamenti diretti magħmula fir-rigward tal-applikazzjonijiet ippreżentati fil-kors tas-sena kalendarja tas-sejba.

3.6.

It-tnaqqis u l-esklużjonijiet japplikaw biss jekk in-nonkonformità tkun dovuta għal att jew omissjoni attribwibbli direttament għall-bdiewa u jekk mhijiex ta’ natura minuri.

3.7.

Il-bdiewa biss huma eliġibbli għal għajnuna diretta tal UE. Bidwi huwa definit bħala persuna fiżika jew ġuridika li twettaq attività agrikola li hija definita bħala l-produzzjoni, it-trobbija jew it-tkabbir ta’ prodotti agrikoli inkluż il-ħsad, il-ħlib, it-trobbija tal-annimali u ż-żamma tal-annimali għal finijiet agrikoli, jew iż-żamma tal-art f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (GAEC) (10). Il-manutenzjoni tal-art f’GAEC tikkostitwixxi l-attività agrikola minima meħtieġa mill-applikant biex ikun eliġibbli għall-għajnuna.

 

3.8.

In-nefqa taħt iż-żewġ fondi tiġi allokata permezz ta’ madwar 80 (11) aġenzija tal-pagamenti nazzjonali jew reġjonali fis-27 Stat Membru. Dawn l-aġenziji tal-pagamentii huma responsabbli milli jagħmlu pagamenti lill-benefiċjarji u qabel ma jagħmlu dan, direttament jew permezz ta’ korpi delegati, iridu jkunu sodisfatti mill-eliġibbiltà tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna. Ir-reġistri tal-kontijiet u l-pagamenti tal-aġenziji tal-pagamenti jiġu eżaminati minn korpi tal-verifika indipendenti (korpi ta’ ċertifikazzjoni) li jirrapportaw lill-Kummissjoni fi Frar tas-sena ta’ wara.

3.8.

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni jeżaminaw, fuq bażi annwali, il-proċeduri ta’ kontroll intern tal-aġenziji tal-ħlas, flimkien mal-kontijiet annwali tagħhom.

L-Oqsma tal-Politika l-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, is-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur

3.9.

Il-politika tal-Unjoni dwar l-Ambjent hija mfassla biex tikkontribwixxi għall-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, tas-saħħa tal-bniedem, u l-użu razzjonali tar-riżorsi naturali, inkluż f’livell internazzjonali. L-Istrument Finanzjarju għall-Ambjent (LIFE) (12) huwa l-aktar strument importanti f’termini ta’ finanzjament (nefqa ta’ EUR 205 miljun fl-2010) li jkopri l-kontribuzzjoni tal-UE għal proġetti fl-Istati Membri favur in-natura u l-bijodiversità, kif ukoll il-politika tal-ambjent, il-governanza, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni.

 

3.10.

Il-Fond Ewropew għas-Sajd (13) (FES) huwa l-istrument prinċipali (nefqa ta’ EUR 395 miljun (14) fl-2010) għall-qasam tal-politika l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Fil-qasam partikolari tagħha, il-Politika tas-Sajd Komuni ssegwi l-istess objettivi tal-Politika Agrikola Komuni (ara l-paragrafu 3.2).

 

3.11.

Fir-rigward tas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur, l-UE tikkontribwixxi, minn naħa l-waħda, għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti u, min-naħa l-oħra, għall-benesseri tal-konsumatur (nefqa ta’ EUR 478 miljun fl-2010).

 

Pagamenti bil-quddiem u pagamenti interim/finali

3.12.

Għall-FAEG in-nefqa tikkonsisti primarjament fir-rimborżi (pagamenti interim/finali) mill-UE ta’ sussidji mħallsa lil bdiewa u benefiċjarji oħrajn mill-Istati Membri.

 

3.13.

Għall-FAEŻR, fl-2010, il-pagamenti mġarrba kollha kienu jirrigwardaw pagamenti bil-quddiem u pagamenti interim. Għall-FES, saru biss pagamenti interim.

 

3.14.

M’hemmx pagamenti bil-quddiem għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur ma jinkludux, u l-Istati Membri jiġu rimborżati fuq il-bażi tal-ispejjeż iddikjarati minnhom. Għall-Ambjent, hemm previst prefinanzjament sa 40 % tal-kontribuzzjoni tal-UE għal proġett LIFE, kif stabbilit fil-ftehim tal-għotja.

 

Tnaqqis konsiderevoli fl-approprjazzjonijiet ta’ pagamenti-FAEŻR

3.15.

Fil-qasam tal-FAEŻR, l-approprjazzjonijiet ta’ pagamenti naqsu b’EUR 1 160 miljun (madwar 9 % tal-approprjazzjonijiet tal-pagamenti oriġinali) fi tmiem l-2010 (15), primarjament bħala riżultat tat-tnaqqis fin-nefqa tal-Istati Membri minħabba diffikultajiet fil-forniment ta’ kofinanzjament nazzjonali fis-sitwazzjoni ekonomika attwali.

 

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

3.16.

L- Anness 1.1 , il- Parti 2 , jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija ġenerali tal-verifika tal-Qorti. Għall-verifika tal-grupp tal-politika l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali għandhom jiġu nnutati l-punti speċifiċi li ġejjin:

il-verifika involviet ittestjar ta’ kampjun ta’ 238 pagament, inklużi 146 pagament għall-FAEG, 80 pagament għall-FAEŻR u 12-il pagament fir-rigward tal-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, u s-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur, li kollha kemm huma jirrappreżentaw pagamenti interim u finali;

il-valutazzjoni tas-sistemi kopriet il-verifiki IACS tal-FAEG, li ntgħażlu permezz ta’ taħlita ta’ kriterji ta’ materjalità, riskju u każwalità (MUS), f’ħames aġenziji tal-pagamenti fi tliet Stati Membri li japplikaw l-SPU — il-Ġermanja (Sachsen u Niedersachsen), Spanja (Castilla La Mancha u Extremadura) u r-Renju Unit (Wales) — u fi Stat Membru wieħed (Franza) is-sistema ta’ kontroll li tirrigwarda l-miżura dwar ir-“ristrutturar tal-industrija taz-zokkor”. Għall-Iżvilupp Rurali, b’mod każwali, il-Qorti għażlet u ttestjat is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fil-Ġermanja (Mecklenburg-Vorpommern), fir-Renju Unit (l-Iskozja), fir-Rumanija, fil-Polonja, fil-Portugall, fl-Italja (it-Toskana), fil-Latvja u fi Franza. Għall-Ambjent il-Qorti ttestjat is-sistema ta’ kontroll intern tad-DĠ ENV;

is-segwitu tan-nuqqasijiet relatati mas-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ (LPIS) u l-ispezzjonijiet fuq il-post irrapportati taħt DAS 2008 u 2009 twettqu għal tliet aġenziji tal-pagamenti: fil-Greċja, fil-Bulgarija u fir-Rumanija;

minbarra l-verifiki tal-pagamenti u tas-sistemi msemmija hawn fuq, fil-Pajjiżi l-Baxxi u fir-Repubblika Ċeka twettqu verifiki koordinati mal-Istituzzjonijiet Supremi ta’ Verifika Olandiżi u Ċeki. Fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-verifika inkludiet l-eżami ta’ kampjun addizzjonali ta’ 55 pagament, li minnhom 53 twettqu taħt miżuri FAEG u tnejn kellhom x’jaqsmu man-nefqa għall-Iżvilupp Rurali, u valutazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll rilevanti. Ir-riżultati tal-eżami ta’ dawn il-kampjuni addizzjonali huma inklużi fil-kalkolu tar-rata ta’ żball. (16);

fir-rigward tal-cross-compliance, il-Qorti llimitat l-ittestjar tagħha għall- obbligi tal-GAEC (kopertura minima tal-ħamrija, li tevita l-invażjoni ta’ veġetazzjoni mhux mixtieqa) li għalihom jistgħu jinkisbu provi u li dwarhom tista’ tintlaħaq konklużjoni waqt iż-żjara tal-verifika. Ċerti rekwiżiti ta’ ġestjoni statutorji (l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali) ġew ittestjati fir-rigward tal-pagamenti FAEŻR. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-verifiki tas-sistemi tagħha, il-Qorti analizzat l-implimentazzjoni (f’livell nazzjonali) tal-istandards GAEC u s-sistemi ta’ kontroll implimentati mill-Istati Membri. Meta jinstab nuqqas ta’ konformità, attwalment mhuwiex qed jiġi inkluż fil-kalkolu tar-rata tal-iżbaji;

ir-reviżjoni tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni kopriet ir-rapporti ta’ attività annwali tad-DĠ AGRI, DĠ CLIMA, DĠ ENV, DĠ MARE u d-DĠ SANCO;

barra dan, sabiex tivvaluta l-bażi għad-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni, il-Qorti rrevediet 61 miċ-ċertifikati u r-rapporti tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni relatati ma’ 56 aġenzija tal-pagamenti.

 

IR-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

3.17.

L- Anness 3.1 jinkludi sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. L-ittestjar tal-Qorti tal-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet sab li 37 % minnhom kienu milquta minn żball. L-istima tal-Qorti tar-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija ta’ 2,3 % (17). Il-Qorti identifikat ukoll irregolaritajiet fil-pagamenti bil-quddiem lil Stati Membri, li jammontaw għal EUR 401 miljun (ekwivalenti għal 0,7 % tal-pagamenti kollha tas-sena), mill-Kummissjoni (ara l-paragrafu 3.22) (18).

3.17.

Il-konklużjonijiet tal-Qorti għall-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali jikkonfermaw it-tendenza pożittiva li fis-snin li għaddew l-iżjed rata ta’ żball probabbli hi viċin il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %. Il-Kummissjoni tkompli tosserva li għan-nefqa tal-FAEG, li fl-2010 kienet tammonta għal 77 % tan-nefqa totali taħt dan il-Kapitolu, l-iżjed żball probabbli jinsab sew taħt il-limitu ta’ materjalità u li għal pagamenti diretti koperti mis-SIAK hu anki inqas.

Barra minn hekk, ir-riskju għall-baġit tal-UE hu kopert b’mod xieraq mill-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ konformità.

Il-pagamenti bil-quddiem ta’ EUR 401 miljun ma jirrappreżentawx pagamenti irregolari għall-benefiċjarji finali. Barra minn hekk, l-irkupru tal-ammonti inkwistjoni hu kontinwu u se jitlesta sal-aħħar tal-2011.

3.18.

Il-verifika tal-Qorti kkonfermat ir-riżultati tas-snin preċedenti li wrew li l-frekwenza u l-impatt tal-iżbalji fil-pagamenti ma kinux distribwiti b’mod ugwali fl-oqsma tal-politika kollha. Il-Qorti tinnota li n-nefqa għall-Iżvilupp Rurali, b’mod partikolari, għandha t-tendenza li tkun milquta minn żball. B’kuntrast, pagamenti diretti koperti mis-SIAK, ma nstabux li kellhom żball materjali.

3.18.

Il-Kummissjoni tikkondividi l-fehma tal-Qorti li xi oqsma tan-nefqa tal-iżvilupp rurali huma milquta b'inċidenza ogħla ta’ żbalji, iżda tqis li s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll qegħdin dejjem jitjiebu. Il-Kummissjoni tqis li b’konsegwenza ta’ dan, ir-rata ta’ żball qed tonqos f’dan il-qasam.

3.19.

Fil-FAEG, minn 146 tranżazzjoni li ttieħdu bħala kampjun, 39 (27 %) kienu milquta minn żball. 29 (74 %) minn dawn it-tranżazzjonijiet kienu milquta minn żbalji kwantifikabbli. Fir-rigward tan-nefqa tal-Iżvilupp Rurali, minn 80 tranżazzjoni li ttieħdu bħala kampjun, 40 (50 %) kienu milquta minn żbalji. 21 (52 %) minn dawn it-tranżazzjonijiet kienu milquta minn żbalji kwantifikabbli. Fir-rigward tal-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, is-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur, minn kampjun ta’ 12-il tranżazzjoni, 8 (67 %) kienu milquta minn żball. 4 (50 %) minn dawn it-tranżazzjonijiet kienu milquta minn żbalji kwantifikabbli.

3.19.

Il-Kummissjoni tosserva li ħafna mill-iżbalji kwantifikabbli huma relattivamet żgħar f’termini finanzjarji u jikkonċernaw primarjament differenzi żgħar fil-kejl mill-ġdid ta’ pakketti trasferiti mill-Qorti (ara l-paragrafu 3.20).

3.20.

Fl-2010, mit-tranżazzjonijiet milquta minn żball, 54 (62 %) kienu milquta minn żbalji kwantifikabbli ta’ eliġibbiltà u, l-aktar, ta’ preċiżjoni (97 % fil-FAEG u 52 % għall-FAEŻR), partikolarment minħabba dikjarazzjonijiet żejda ta’ art eliġibbli.

 

3.21.

Eżempji ta’ żbalji misjuba mill-Qorti huma msemmija hawn taħt (ara l-eżempju 3.1):

 

Eżempju ta’ żball ta’ eliġibbiltà FAEG

In-nuqqas ta’ konformità tal-leġiżlazzjoni tal-UE fir-rigward tal-provvista tal-ikel minn ħażniet ta’ intervent għall-benefiċċju tal-persuni fil-bżonn

Sar pagament lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stat Membru li ammonta għal EUR 4,3 miljun għal 1 965 tunnellata ta’ butir tal-intervent (19) li ngħataw bħala mezz ta’ pagament (tpartit) lil dawk li tefgħu l-offerti u ntgħażlu (20) fi Stat Membru ieħor taħt il-programm tal-għajnuna alimentari tal-UE għal persuni fil-bżonn. Bi skambju għall-butir, dawk li tefgħu l-offerti u ntgħażlu (operaturi) offrew provvista ta’ diversi tipi ta’ ġobon u prodotti oħrajn tal-ħalib lil persuni fil-bżonn.

Ir-regoli governattivi (21) tal-UE jistipolaw li l-operatur ma jistax ipoġġi l-butir fis-suq fl-Istat Membru fejn tpoġġa bħala stokk ta’ intervent iżda jrid jittrasferixxi l-prodott lejn Stat Membru ieħor: l-objettiv ta’ dan ir-rekwiżit huwa li l-butir jiġi mwaqqaf milli jmur lura fl-Istat Membru fejn inxtara f'intervent għal raġunijiet ta’ ġestjoni tas-suq (22). Il-butir mill-istokk ta’ intervent ġie trasferit lejn il-fruntiera tat-tieni Stat Membru (23) fejn id-dokumenti ta’ kontroll tal-UE ġew ikklerjati. Madankollu, il-parti l-kbira tal-butir ma nħattitx imma ntbagħtet immedjatament lura lejn l-Istat Membru oriġinali fejn ġiet offruta għall-bejgħ fis-suq domestiku b’ċirkomvenzjoni tar-regolamenti tal-UE (24).

Eżempju tal-iżball tal-eliġibilità FAEG

Il-Kummissjoni tqis li l-għan tal-iskema – li hu li l-ikel jiġi kkunsinnat mingħajr ħlas lill-iżjed persuni fil-bżonn - intlaħaq b'mod sħiħ f'dan il-każ, u l-valur tal-ġobon u l-butir provdut lil dawn il-persuni eċċeda l-imposta finanzjarja fuq il-baġit tal-UE. Tikkunsidra wkoll li dan il-każ primarjament jikkonċerna l-effikaċja ta’ regola speċifika fl-iskema tal-2009 li ma projbixxietx it-trasferiment mill-ġdid tal-prodotti, bħal f’dan il-każ, lill-ewwel Stat Membru minn operatur ieħor, skont il-prinċipju tal-moviment liberu tal-oġġetti. Għaldaqstant, għalkemm l-iskop sottostanti ta’ dik id-dispożizzjoni ma nkisibx b’mod sħiħ, il-Kummissjoni ma tara l-ebda bażi għall-irkupru tal-ammonti inkwistjoni.

Il-problema kienet limitata għall-programm tal-2009 peress li ma ġewx inklużi regoli simili fil-programmi sussegwenti.

Il-Kummissjoni madankollu, se tikkunsidra opzjonijiet biex ittejjeb it-trasparenza tal-arranġamenti ta’ tpartit, li huma komponent essenzjali tal-iskema ta’ għajnuna għall-iżjed nies fil-bżonn u li l-Kummissjoni għaldaqstant għandha l-intenzjoni li tkompli fil-futur.

Eżempju ta’ żbalji ta’ preċiżjoni FAEG

Il-Qorti sabet li pagamenti tal-SPU lil madwar 12 500 benefiċjarju individwali saru fuq il-bażi ta’ LPIS skadiet, li wasslet għal pagamenti żejda li b’mod globali ammontaw għal EUR 11-il miljun. Għall-kuntrarju tal-leġiżlazzjoni tal-UE, l-awtoritajiet nazzjonali ddeċidew li jitolbu l-ammont lill-baġit nazzjonali milli jirkupraw il-pagamenti żejda mingħand il-bdiewa, biex b’hekk tingħata għajnuna nazzjonali mhux approvata. Il-pagamenti individwali lill-bdiewa huma ddikjarati żżejjed u għalhekk mhumiex regolari.

Eżemġju ta’ żball ta’ preċiżjoni FAEG

Il-Kummissjoni hi konxja minn dawn id-defiċjenzi fl-LPIS inkwistjoni u qed issegwihom permezz ta’ proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità. Għandu jiġi osservat madankollu, li skont l-Artikolu 73(4) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, l-obbligu ta’ ħlas mill-ġdid tal-bidwi m’għandux japplika jekk il-pagament ikun sar bi żball tal-awtorità kompetenti jew ta’ awtorità oħra u jekk l-iżball ma setax raġonevolment ġie skopert mill-bidwi. Fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li jimponu l-ammonti fuq il-baġit nazzjonali żgurat li l-baġit tal-UE ma jiffinanzjax kwalunkwe nefqa mhux dovuta.

Eżempji ta’ żball ta’ eliġibbiltà FAEŻR

Nuqqas ta’ rispett lejn ir-regoli tal-akkwist: Proġett tal-FAEŻR għall-bini ta’ mogħdija għar-roti, li għaliha l-benefiċjarju ngħata parti mix-xogħlijiet direttament. Minħabba li ma kienx hemm proċedura ta’ akkwist pubbliku, parti mill-pagamenti relatati ma’ dan il-kuntratt hija regolari.

Nuqqas ta’ rispett lejn il-kriterji tal-eliġibbiltà: sar pagament taħt il-miżura dwar l-iżvilupp rurali “intejbu l-valur ekonomiku tal-foresti”. L-għan tal-proġett kien it-“traqqiq” tad-densità tas-siġar fil-foresta sabiex titjieb il-kwalità u għalhekk jogħla l-valur tal-injam. Tnejn mill-kriterji tal-eliġibbiltà li l-benefiċjarju kellu jissodisfa kienu: 1. id-densità tas-siġar qabel l-irmondar għandha tkun tal-anqas 800 zokk għal kull ettaru u 2. ix-xogħol għandu jitwettaq bejn Ottubru u Jannar biex b’hekk jitnaqqsu r-riskji għas-saħħa tal-pjanti. Dawn iż-żewġ kriterji tal-eliġibbiltà ma ntlaħqux: id-densità tas-siġar qabel l-eżerċizzju tat-traqqiq kienet ta’ 600, u x-xogħlijiet twettqu bejn Marzu u Mejju. Għalhekk il-pagament kien irregolari.

Eżempji ta’ żball ta’ eliġibilità FAEŻR

Ma jiġux segwiti r-regoli tal-akkwist:

Il-Kummissjoni se ssegwi dan il-każ permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

Nuqqas ta’ rispett għall-kriterji ta’ eliġibilità speċifiċi:

Il-Kummissjoni tosserva li l-kundizzjoni ta’ eliġibilità marbuta mal-perjodu tax-xogħol tidher li ġiet stabbilita mill-awtoritajiet reġjonali mingħajr valutazzjoni xierqa tal-ġustifikazzjoni u l-impatt tagħha. Tirrakomanda lill-Istati Membri li jistabbilixxu proċeduri trasparenti li jinvolvu lil dawk kollha kkonċernati meta jiġu stabbiliti fil-livell reġjonali, minbarra r-regoli nazzjonali, kundizzjonijiet ta’ eliġibilità speċifiċi.

Eżempju ta’ żball fl-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, u s-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Id-DĠ ENV b’mod inkorrett naqqas spejjeż tal-persunal eliġibbli għall-proġett LIFE III. Parzjalment dan ġie bbilanċjat billi, b’mod inkorrett, ġew aċċettati salarji mħallsa barra l-perjodu eliġibbli tal-proġett. Barra minn hekk, id-dokumenti ta’ sostenn għan-nefqa ddikjarata ma kinux kompluti.

 

3.22.

Mill-2007 sal-2009, il-Kunsill ħa diversi deċiżjonijiet biex il-baġit għall-Iżvilupp Rurali jiżdied b’EUR 5.43 biljun l-iktar sabiex jiġu indirizzati “sfidi ġodda” (pereżempju, it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-bijodiversità, …). Minn dan l-ammont, EUR 3 biljun irrappreżentaw trasferiment ta’ fondi minn miżuri ta’ għajnuna diretta għal miżuri għall-iżvilupp rurali (“modulazzjoni”). B’riżultat ta’ dan, l-Istati Membri żiedu l-programmi tagħhom għall-iżvilupp rurali u, fl-2010, il-Kummissjoni għamlet pagamenti bil-quddiem għal dawn il-programmi addizzjonali għal ammont ta’ EUR 401 miljun. Madankollu, il-leġiżlazzjoni ma tipprevedix dawn il-pagamenti bil-quddiem addizzjonali (il-prefinanzjament huwa awtorizzat biss meta l-programmi għall-iżvilupp rurali jiġu adottati fil-bidu tal-perjodu tal-ipprogrammar, jiġifieri 2007-2008, u mhux meta jiġu riveduti). Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni tipprojbixxi b’mod espliċitu finanzjament minn qabel ta’ fondi ta’ modulazzjoni. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda bażi legali għal dan il-pagament ta’ EUR 401 miljun.

3.22.

Il-Kummissjoni taqbel mal-osservazzjoni tal-Qorti, iżda tosserva li l-pagamenti bil-quddiem ta’ EUR 401 miljun ma jirrappreżentawx pagamenti irregolari lill-benefiċjarji finali. L-irkupru tal-ammonti inkwistjoni hu kontinwu u se jitlesta sal-aħħar tal-2011.

L-EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

Il-qasam tal-politika l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

Is-sistemi relatati mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

3.23.

L- Anness 3.2 jinkludi sommarju tar-riżultati tal-eżami tas-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK), is-sistema ta’ kontroll prinċipali biex tiżgura r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-FAEG u l-FAEŻR (25).

 

3.24.

Għall-verifika tagħha tal-2010 ta’ sitt aġenziji tal-pagamenti, il-Qorti sabet li s-sistemi tas-SIAK huma effettivi biex tiġi żgurata r-regolarità tal-pagamenti f’erba’ aġenziji u parzjalment effettiva fit-tnejn l-oħra. Barra minn hekk, il-Qorti wettqet verifiki ta’ segwitu fi tliet aġenziji tal-pagamenti u sabet li għad hemm nuqqasijiet fl-LPIS u fil-kwalità tal-kontrolli fuq il-post.

3.24.

Fir-rigward tas-sitt aġenziji tal-ħlas li l-Qorti awditjathom fl-2010, is-sejbiet tal-Qorti jirrappreżentaw titjib sinifikanti meta mqabbel mas-sena l-oħra fejn qieset li 1 biss minn 8 SIAK awditjati kienet effettiva. Barra minn hekk, in-nuqqasijiet li l-Qorti sabet fi tnejn minnhom kienu kollha ta’ natura minuri u, parzjalment, ma kinux jimplikaw riskju għall-baġit tal-UE. Fi kwalunkwe każ, l-istatistiċi tal-kontroll ta’ dawn l-aġenziji tal-ħlas, li ġew validati mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, juru li l-impatt finanzjarju potenzjali tan-nuqqasijiet ma kienx materjali fil-livell tal-aġenzija tal-ħlas.

Fir-rigward tat-tliet awditi ta’ segwitu mwettqa mill-Qorti, l-Istati Membri kkonċernati (BG, RO u GR) temmew jew waslu biex itemmu pjanijiet ta’ azzjoni biex jirrimedjaw id-defiċjenzi fis-SIAK tagħhom. B'konsegwenza, is-sitwazzjoni f’dawn l-Istati Membri tjiebet konsiderevolment.

Fir-rigward tal-valutazzjoni tas-SIAK b’mod ġenerali, ara wkoll ir-risposta għall-paragrafu 3.29.

3.25.

Fir-rigward tad-disa’ sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Iżvilupp Rurali li ġew verifikati, il-Qorti sabet li tnejn mis-sistemi ta’ kontroll implimentati ma kinux effettivi, sitta minnhom kienu biss parzjalment effettivi u waħda kienet effettiva biex tiżgura r-regolarità tal-pagamenti.

3.25.

Il-Kummissjoni taqbel mal-Qorti rigward iż-żewġ sistemi superviżorji u ta’ kontroll li ġew valutati bħala mhux effettivi. Fir-rigward l-Istati Membri l-oħra, l-awditi tal-Kummissjoni juru li poġġew fis-seħħ sistemi li huma effettivi jew parzjalment effettivi, bl-eċċezzjoni ta’ dawk għall-miżuri fl-Assi 2 fil-Bulgarija, il-Portugall u r-Rumanija (ara r-RAA tal-2010 ta’ DĠ AGRI).

3.26.

Is-SIAK, f’kull Stat Membru, tikkonsisti f’databases ta’ azjendi u applikazzjonijiet, sistemi biex jiġu identifikati pakketti agrikoli u biex jiġu rreġistrati l-annimali, kif ukoll reġistru ta’ intitolamenti f’dawk l-Istati Membri li jimplimentaw l-SPU. Is-sistema tipprevedi diversi kontrolli ta’ eliġibbiltà: kontroll amministrattiv tal-klejms kollha, kontrolli reċiproċi ma’ databases sabiex jevitaw li l-istess art/annimali milli jiġu ddikjarati darbtejn u rata minima ta’ 5 % fuq spezzjonijiet fir-razzett li għandhom isiru mill-aġenziji tal-pagamenti.

 

3.27.

Is-SIAK tkopri l-iskemi prinċipali ffinanzjati mill-FAEG, jiġifieri l-SPU, is-SAPS u l-iskemi kollha ta’ għajnuna akkoppjata relatati mal-erja kif ukoll skemi ta’ primjums tal-annimali. Fil-każ tal-FAEŻR, u b’mod partikolari għaż-żoni agroambjentali u dawk inqas vantaġġjati, il-verifikazzjoni ta’ ċerti elementi prinċipali bħas-superfiċje tal-art eliġibbli u l-għadd tal-annimali ssir permezz tas-SIAK filwaqt li r-rekwiżiti l-oħra huma rregolati minn kontrolli mfassla apposta (26).

 

3.28.

Il-verifika tas-SIAK tal-Qorti kopriet il-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti relevanti u valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi biex tiġi żgurata r-regolarità tat-tranżazzjonijiet. B’mod partikolari, ġew eżaminati l-elementi li ġejjin:

3.28.

I.

Il-proċeduri amministrattivi u l-kontrolli biex jiżguraw pagament korrett inkluża l-kwalità tad-databases.

 

II.

Is-sistemi ta’ kontroll ibbażati fuq kontrolli fuq il-post.

 

III.

Is-sistemi biex jiżguraw l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-cross-compliance.

III.

Il-Kummissjoni tfakkar li r-rispett tal-kriterji ta’ kundizzjonalità mill-bdiewa ma jikkostitwixxix kriterju ta’ eliġibilità u, għaldaqstant, il-kontrolli ta’ dawn il-kriterji ma jirrelatawx mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. Il-bdiewa li ma jirrispettawx dawn il-kriterji huma intitolati li jirċievu pagamenti, iżda jiġu ssanzjonati abbażi tas-severità, il-limitu, il-permanenza u r-ripetizzjoni tan-nonkonformità misjuba kif ukoll in-negliġenza jew l-intenzjoni tal-benefiċjarju kkonċernat.

In-nuqqas li jiġu osservati dawn ir-rekwiżiti ta’ cross-compliance jaffettwa l-pagament sħiħ ta’ għajnuna diretta tal-UE hekk kif il-benefiċjarji huma taħt l-obbligu legali li jirrispettaw dawn ir-rekwiżiti (ara l-paragrafu 3.6).

 

3.29.

Il-verifiki tas-sistemi annwali tas-SIAK tal-Qorti li saru f’dawn l-aħħar snin juru li l-effettività tas-SIAK hija milquta b’mod negattiv minħabba data mhux preċiża fid-databases, kontrolli reċiproċi mhux kompluti jew segwitu inkorrett jew mhux komplut tal-anomaliji. Il-Qorti osservat dawn id-dgħufijiet f’ċertu aġenziji ta’ pagament. B’mod partikolari, instab li żewġ kontrolli prinċipali, il-kontroll reċiproku ta’ ħbula tar-raba’ ddikjarati permezz tal-LPIS u l-kontrolli fuq il-post ta’ dawk il-ħbula tar-raba’ kienu affetwati mid-dgħufijiet ta’ diversi aġenziji tal-pagamenti verifikati mill-Qorti.

3.29.

Il-Kummissjoni tqis li s-SIAK hi ġeneralment sistema ta’ kontroll effettiva għal-limitazzjoni tar-riskju ta’ żball jew nefqa irregolari.

L-effikaċja globali u t-titjib kostanti tas-SIAK huma kkonfermati mir-riżultati tal-awditi ta’ konformità li l-Kummissjoni tkun wettqet fl-aħħar snin fl-Istati Membri kollha, bir-rata ta’ żball baxxa indikata fl-istatistiċi tal-kontroll li tirċievi mill-Istati Membri u li huma vverifikati u vvalidati mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll mis-sejbiet DAS tal-Qorti stess għall-2010, li għall-pagamenti diretti jindikaw rata ta’ żball ta’ 1 %.

In-nuqqasijiet li jifdal huma ġeneralment ta’ natura iżgħar u ma jrendux is-SIAK ineffettiva iżda pjuttost, li tista’ tittejjeb. Dawn in-nuqqasijiet kollha jiġu segwiti matul il-proċeduri tal-approvazzjoni tal-konformità li jiżguraw li r-riskju għall-baġit tal-UE jiġi kopert b’mod adegwat.

Ara wkoll It-tweġiba tal-Kummissjoni għall-punt 3.24.

I)   Proċeduri u kontrolli amministrattivi sabiex jiżguraw pagament korrett inkluża l-kwalità tad-databases

3.30.

Aġenziji tal-pagamenti għandhom iwettqu kontrolli amministrattivi biex jistabbilixxu jekk il-klejms issodisfawx ir-rekwiżiti tal-iskema jew le (27). Il-kontrolli amministrattivi għandhom jinkludu kontrolli reċiproċi kull fejn huwa possibbli u xieraq, fost l-oħrajn ma’ databases tas-SIAK. Il-Qorti vverifikat jekk id-databases kinux kompluti u affidabbli, jekk il-kontrolli identifikawx anomaliji u jekk itteħditx azzjoni biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji. In-nuqqasijiet l-aktar maġġuri li nstabu fis-sistemi huma elenkati hawn taħt.

 

IL-FAEG

3.31.

Is-Sistema ta’ Identifikazzjoni ta’ Ħbula tar-Raba’ (LPIS) hija database li fiha tiġi rreġistrata l-erja agrikola kollha (ħbula referenzjali) fl-Istat Membru, inkluż l-użu fakultattiv tal-ortoritratti (28). Fi tliet Stati Membri (il-Greċja, ir-Rumanija u Spanja), il-Qorti sabet każijiet fejn ħbula referenzjali ta’ “mergħat permanenti” (29) kienu ġew irreġistrati fl-LPIS bħala 100 % eliġibbli minkejja l-fatt li kienu parzjalment koperti b’foresta densa jew elementi ineliġibbli oħrajn u b’hekk biss parzjalment eliġibbli (ara l-eżempju 3.2).

3.31.

Meta l-awditi sabu li l-art irċeviet għajnuna diretta f’nonkonformità mad-dispożizzjonijiet legali, tnedew proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità.

L-Eżempju 3.2

Fi Spanja (Castilla-la-Mancha u Extramadura), il-Qorti osservat każijiet ta’ ħbula referenzjali ta’ “mergħat permanenti” li kienu rreġistrati fl-LPIS bħala eliġibbli għal kollox għalkemm kienu biss parzjalment koperti bil-ħaxix u l-bqija huwa kopert b’elementi ineliġibbli bħal blat, art imsaġġra, foresta densa, eċċ. Fil-Greċja, kien hemm każijiet fejn foresti sħaħ tqiesu bħala mergħat permanenti u b’hekk kienu kkunsidrati eliġibbli għall-pagamenti SPU. B’riżultat ta’ dan, l-erja eliġibbli rreġistrata fl-LPIS u użata għal kontrolli reċiproċi ħafna drabi kienet iddikjarata żżejjed. Dan affettwa ħażin il-kwalità ta’ dawn il-kontrolli reċiproċi.

Eżempju 3.2

Il-Kummissjoni hi konxja mis-sitwazzjoni fil-Greċja u talbet lill-awtoritajiet Griegi biex jirrimedjaw il-problemi. Fir-rigward tas-sitwazzjoni fi Spanja, il-Kummissjoni sabet problemi simili għal dawk imsemmija mill-Qorti f’komunitajiet awtonomi oħra.

Madankollu, il-problemi li nstabu fiż-żewġ Stati Membri ma jwasslux dejjem sistematikament għal pagamenti irregolari u meta jkunu għamlu dan, il-Kummissjoni qed issegwi l-kwistjoni permezz ta’ proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità.

3.32.

F’ħames Stati Membri (il-Bulgarija, il-Pajjiżi l-Baxxi (30), il-Greċja, ir-Rumanija u Spanja), il-Qorti identifikat dgħufijiet sabiex l-LPIS tinżamm aġġornata.

3.32.

Fir-rigward tal-Pajjiżi l-Baxxi, issir referenza għar-risposta tal-Kummissjoni għall-punt 3.21 (Eżempju ta’ żball ta’ preċiżjoni FAEG). Għall-Greċja, tlestiet LPIS ġdida aġġornata sal-aħħar tal-2008. Għar-Rumanija, ġie adottat pjan ta’ azzjoni rimedjali fl-2009 u tlesta fil-bidu tal-2011. Għall-Bulgarija, ġie adottat pjan ta’ azzjoni rimedjali fl-2009 u se jitlesta sal-aħħar tal-2011. Spanja għandha pjan ta’ aġġornament, iżda ġiet mitluba li ttejjeb l-isforzi tagħha f'dan ir-rigward matul l-2011.

3.33.

Fir-rigward tas-sistema ta’ kontroll mhux tas-SIAK għall-miżura li tirrigwarda “ir-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor” fi Franza, il-Qorti sabet li s-sistema hija biss parzjalment effettiva (ara l-eżempju 3.3).

 

L-Eżempju 3.3

Skont pjan ta’ ristrutturar tal-UE, il-produtturi taz-zokkor li jċedu l-kwota kollha tagħhom, jew parti minnha, jingħataw għajnuna għal kull tunnellata ta’ kwota taz-zokkor fl-2008/2009 li jċedu li tvarja bejn EUR 218,75 (rinunzja sempliċi) u EUR 625 (fil-każ ta’ żarmar totali ta’ faċilità tal-produzzjoni). Il-produttur għandu jassenja l-kwota abbandunata lil faċilitajiet ta’ produzzjoni sa massimu ta’ kapaċità ta’ produzzjoni ta’ dawk il-faċilitajiet. 10 % tal-għajnuna għandha titħallas lill-kultivaturi li b’riżultat ta’ dan jitilfu d-drittijiet ta’ kunsinna tagħhom tal-pitravi lill-produttur taz-zokkor.

Fi Franza, produttur taz-zokkor ingħata l-għajnuna biex iżarma faċilità ta’ produzzjoni ekwivalenti għal 93 500 tunnellata ta’ kwota rinunzjata. Madankollu, immedjatament qabel ma applika għall-għajnuna, il-benefiċjarju kien applika biex itejjeb il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ din il-faċilità minn 72 000 tunnellata għal 93 500 u t-talba tiegħu ġiet approvata. Madankollu, il-produzzjoni attwali tal-impjant qatt ma qabżet is-60 000 tunnellata. Iż-żieda fil-kapaċità nħolqot b’mod artifiċjali biex tinkiseb rata ogħla ta’ għajnuna li tammonta għal EUR 625 għal kull tunnellata għal kwantità ta’ mill-anqas 21 500 tunnellata. Barra minn hekk, 10 % ta’ din l-għajnuna ngħatat lill-kultivaturi li qatt ma kkunsinnaw pitravi lill-faċilità li żżarmat.

Eżempju 3.3

Ir-regoli tal-UE jipprovdu li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tiddeċiedi fuq l-eliġibilità ta’ kull applikazzjoni għall-għajnuna ta’ ristrutturar. Fil-qafas tal-pjan ta’ ristrutturar tal-produttur imsemmi mill-Qorti, ġie maqbul li kwantità ta’ produzzjoni taz-zokkor tiġi rinunzjata u li din tiġi ġestita permezz ta’ żarmar sħiħ ta’ sit tal-produzzjoni b'rinunzja tal-kwota fuq tliet siti oħra.

Ir-regoli tal-UE jipprovdu wkoll li pjanijiet ta’ ristrutturar sottomessi mill-applikanti għandhom jispeċifikaw għal kull fabbrika kkonċernata l-ammont ta’ kwota li se tiġi rinunzjata, “li għandha tkun inqas minn jew daqs il-kapaċità tal-produzzjoni” biex tiġi kompletament jew parzjalment żarmata. Ir-regoli ma jispeċifikawx kif għandha tiġi stabbilita l-kapaċità tal-produzzjoni u l-Istati Membri huma għaldaqstant bħala prinċipju liberi li jiddeterminaw liema hu l-iżjed metodu xieraq. L-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li l-metodoloġija użata kienet li tiġi determinata l-kapaċità tal-produzzjoni ta’ fabbrika, mhux il-produzzjoni effettiva tagħha f'mument partikolari fiż-żmien. Madankollu, il-Kummissjoni qed issegwi l-każ fil-kuntest ta’ proċedura ta’ approvazzjoni ta’ konformità li għadha għaddejja bl-għan li tiddetermina jekk ir-regoli tal-UE ġewx rispettati b'mod sħiħ.

IL-FAEŻR

3.34.

Il-kontrolli amministrattivi jikkonċernaw il-korrettezza tad-dikjarazzjonijiet magħmula minn dak li jagħmel il-klejm u l-issodisfar tar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà għall-għoti u l-ħlas tal-għajnuna (31). Kontrolli bħal dawn jinkludu kontrolli reċiproċi kontra d-data diġà disponibbli għall-amministrazzjoni, pereżempju fid-databases tas-SIAK.

 

3.35.

Wieħed mill-kontrolli amministrattivi prinċipali ta’ miżuri (32) għat-titjib tal-kompetittività tas-settur agrikolu, bħal pereżempju l-immodernizzar tal-azjendi agrikoli, u t-titjib u l-iżvilupp ta’ infrastruttura rurali, għandu l-għan li jivvaluta r-raġonevolezza tal-ispejjeż iddikjarati. Għalhekk, l-Istati Membri huma mitluba jimplimentaw sistemi adegwati biex tiġi vvalutata d-dikjarazzjoni tal-ammonti mill-benefiċjarji. Il-Qorti sabet li dan ir-rekwiżit regolatorju ma ġiex implimentat effettivament minn erbgħa mis-seba’ awtoritajiet nazzjonali vverifikati għal dan l-aspett.

3.35.

Il-Kummissjoni tikkondividi l-fehma li l-verifiki amministrattivi tar-raġonevolezza tal-ispejjeż huma essenzjali biex jiżguraw l-effikaċja tas-sistema sħiħa ta’ kontroll. Dawn il-verifiki essenzjali huma sistematikament eżaminati waqt il-missjonijiet ta’ awditjar tal-Kummissjoni. Il-valutazzjoni ġenerali hi li, b’żewġ eċċezzjonijiet, sistemi effettivi jew parzjalment effettivi jinsabu f’posthom fl-Istati Membri awditjati mill-Kummissjoni.

3.36.

Għal uħud mill-proġetti tal-FAEŻR, il-kontrolli amministrattivi għandhom jinkludu verifika tal-konformità tat-tħaddim mar-regoli nazzjonali u tal-UE applikabbli inkluż l-akkwist pubbliku. Il-Qorti sabet li, fil-Portugall, l-ispejjeż relatati mal-bini ta’ diga nqasmu fuq diversi kuntratti, liema kuntratti għalhekk setgħu jingħataw direttament minflok ma jinħarġu b’sejħiet għall-offerti. Dan ma nstabx fil-kontrolli amministrattivi.

3.36.

Il-Kummissjoni se ssegwi dan il-każ permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

II)   Sistemi ta’ kontroll ibbażati fuq kontrolli fuq il-post

3.37.

Kull sena, l-Istati Membri għandhom jagħmlu kontrolli fuq il-post li jkopru, għall-biċċa l-kbira tal-iskemi ta’ għajnuna, tal-anqas 5 % tal-benefiċjarji kollha (33). Il-verifika tal-Qorti ffukat fuq l-adegwatezza tal-proċeduri tal-analiżi tar- riskju biex jintgħażlu l-benefiċjarji għal dawn il-kontrolli, il-kwalità tal-kontrolli u l-adegwatezza tal-korrezzjonijiet magħmula.

 

3.38.

Meta reġgħu saru kontrolli fuq il-post mill-aġenziji tal-pagamenti, il-Qorti ħafna drabi sabet li l-kontrolli ma twettqux kif suppost (ara l-eżempju 3.4).

 

L-Eżempju 3.4

Fil-Bulgarija, il-Greċja, ir-Rumanija, ir-Repubblika Ċeka u l-Pajjiżi l-Baxxi, il-Qorti reġgħet wettqet il-kejl tal-ħbula li kien twettaq mill-ispetturi nazzjonali. Instab li l-erjas eliġibbli rrappurtati mill-ispetturi nazzjonali ma kinux korretti fil-każ ta’ 13 minn 43 ħabel tar-raba’ fil-Bulgarija, fil-każ ta’ 6 minn 32 ħabel tar-raba’ fil-Greċja, ta’ 12 minn 29 ħabel tar-raba’ fir-Rumanija, ta’ 35 minn 67 ħabel fir-Repubblika Ċeka u ta’ 16 minn 174 ħabel tar-raba’ fil-Pajjiżi l-Baxxi. Madankollu, fil-każijiet eżaminati l-effetti finanzjarji kienu limitati.

Eżempju 3.4

Għall-Greċja, il-problema hi limitata għall-kwistjoni ta’ żoni ta’ mergħa u din il-kwistjoni hi segwita taħt il-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità.

3.39.

Fil-FAEŻR, il-Qorti sabet dgħufijiet fil-proċess tal-ippjanar tal-kontrolli fuq il-post u tal-analiżi tar-riżultati. Fil-Portugall, pereżempju, kważi l-kontrolli kollha (97,5 %) twettqu b’dewmien konsiderevoli, pereżempju sena jew anki sentejn wara s-sena li għaliha jkun intalab il-pagament, fatt li jagħmilha iktar diffiċli li jinstabu każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità.

3.39.

Il-Kummissjoni skopriet l-istess nuqqasijiet waqt l-awditjar tagħhom fil-Portugall. Madankollu, l-awtoritajiet Portugiżi provdew il-Kummissjoni b’informazzjoni li turi li għas-sena tat-talba 2010, is-sitwazzjoni tjiebet ħafna u li l-maġġoranza assoluta tal-kontrolli tlestiet sa Diċembru 2010.

III)   Is-sistema biex tiżgura l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-cross-compliance

3.40.

Ir-rekwiżiti tal-cross-compliance jikkonsistu fir-Rekwiżiti ta’ Ġestjoni Statutarji (SMRs) u l-istandards GAEC (ara l-paragrafu 3.6). Filwaqt li l-SMRs huma speċifikati f’Direttivi u regolamenti varji tal-UE, l-istandards GAEC huma definiti f’livell nazzjonali. Fir-rigward tal-cross-compliance, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jikkontrollaw tal-anqas 1 % tal-applikazzjonijiet għal pagamenti diretti.

 

3.41.

Matul iż-żjarat tagħha fuq il-post il-Qorti osservat, fuq il-bażi tal-verifika limitata (ara l-paragrafu 3.16, il-ħames inċiż), ksur ta’ cross-compliance f’madwar 12 % tal-pagamenti soggetti għall-obbligi tal-cross-compliance. In-nuqqas ta’ konformità osservat kien relatat kemm mal-SMRs (identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali), kif ukoll mal-GAEC (evitar tal-invażjoni tal-artijiet agrikoli minn veġetazzjoni mhux mixtieqa).

3.41.

Is-sejbiet tal-Qorti huma kkonfermati mill-istatistiċi ta’ kontroll li l-Kummissjoni rċeviet mill-Istati Membri. Dawn l-istatistiċi juru li ġew applikati sanzjonijiet.

Sistemi relatati mal-irkupri u mal-korrezzjonijiet finanzjarji

Każijiet ta’ rkupru

3.42.

Il-Qorti ppubblikat Rapport Speċjali dwar il-verifika tal-irkupri tal-PAK (34) li sab li s-sistemi tal-lum huma iktar effettivi għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u li għal każijiet mill-2006 ’l quddiem, ir-rati ta’ rkupru tjiebu. Madankollu, is-sistemi jeħtieġu jkomplu jitjiebu billi jiġu ċċarati r-regoli biex b’hekk jonqos l-ambitu ta’ interpretazzjoni u prattiki diverġenti adottati mill-Istati Membri.

3.42.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni tal-Qorti li l-ġestjoni u l-awditjar tal-irkupri tal-PAK tjiebu fis-snin riċenti. Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet espressi fir-rapport speċjali biex ikomplu jtejbu s-sistema, il-Kummissjoni se tqis modifiki possibbli biex, fejn ikun xieraq, tirrinforza, tarmonizza jew tiċċara r-regoli rilevanti fil-kuntest tal-proposti leġiżlattivi tagħha għall-PAK fid-dawl tas-sena 2020.

Il-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-kontijiet tal-Kummissjoni

3.43.

Il-ġestjoni tal-biċċa l-kbira tan-nefqa fuq l-agrikoltura, tinqasam bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. L-għajnuna titħallas mill-Istati Membri, li mbagħad jiġu rimborżati mill-Kummissjoni (35). Ir-rikonoxximent finali tan-nefqa huwa stabbilit permezz ta’ proċedura f’żewġ stadji msejħa l-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet. Iż-żewġ stadji jikkonsistu f’deċiżjoni finanzjarja annwali u f’deċiżjonijiet ta’ konformità multiannwali meħuda mill-Kummissjoni.

 

3.44.

F’rapporti annwali preċedenti kif ukoll fir-Rapport Speċjali (36) dwar il-verifika tal-proċedura ta’ approvazzjoni tal-kontijiet, il-Qorti kkritikat il-fatt li l-Istati Membri, u mhux il-benefiċjarji finali, jintalbu jħallsu l-korrezzjonijiet finanzjarji u li l-aġġustamenti ta’ konformità jinvolvu użu konsiderevoli ta’ korrezzjonijiet b’rata fissa li mhumiex relatati direttament mal-ammont reali ta’ pagamenti irregolari. Is-sistema ta’ approvazzjoni tal-konformità ma nbidlitx fl-2010.

3.44.

Dak li l-Qorti tikkritika fis-sistema ta’ approvazzjoni tal-konformità hu inerenti għal din is-sistema. L-approvazzjoni ta’ konformità hi ddisinjata biex teskludi l-infiq mill-finanzjament tal-UE li ma jkunx sar b’konformità mar-regoli tal-UE. B’kuntrast, mhijiex mekkaniżmu li permezz tiegħu jiġu rkuprati l-pagamenti irregolari lill-benefiċjarji, li skont il-prinċipju tal-ġestjoni konġunta huwa responsabbiltà unika tal-Istati Membri.

Fejn pagamenti mhux dovuti lil benefiċjarji jistgħu jiġu identifikati b’konsegwenza tal-approvazzjoni ta’ konformità, l-Istati Membri huma meħtieġa li jsegwuhom b’azzjonijiet ta’ rkupru kontra dawn il-benefiċjarji. Madankollu, anki meta l-irkupri mill-benefiċjarji mhumiex meħtieġa peress li l-korrezzjoni finanzjarja hi marbuta biss ma’ nuqqasijiet fis-sistema tal-ġestjoni u l-kontroll tal-Istati Membri u mhux ma’ pagamenti mhux dovuti, dawn il-korrezzjonijiet huma mezz importanti għat-titjib tas-sistemi tal-Istati Membri u għaldaqstant biex jipprekludu jew jiskopru u jirkupraw pagamenti irregolari lill-benefiċjarji.

L-użu ta’ rati fissi ġie aċċettat mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala wieħed li hu konformi mar-regoli legali li jirregolaw ix-xogħol ta’ konformità u endorsjat, taħt ċertu ċirkostanzi, mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tagħha tal-2007 (punt 83).

Finalment, il-Kummissjoni indikat lill-Istati Membri li jekk il-korpi ta’ ċertifikazzjoni tagħhom iwettqu mill-ġdid b’mod sħiħ kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet li l-aġenzija tal-ħlas tkun ivverifikat fuq il-post u, fuq din il-bażi, jikkonfermaw l-affidabbiltà tal-istatistiċi ta’ kontroll tal-Istati Membri, allura l-Kummissjoni għandha taċċetta li r-rata ta’ żball riżultanti tirrappreżenta r-riskju massimu possibbli u li kwalunkwe korrezzjonijiet finanzjarji għas-sena inkwistjoni m’għandhomx jeċċedu dak il-livell.

Il-validazzjoni tar-riżultati tal-ispezzjoni tal-aġenziji ta’ pagament

3.45.

Il-korpi ta’ ċertifikazzjoni huma mitluba jagħtu opinjoni dwar il-kwalità tal-ispezzjonijiet fuq il-post li jitwettqu minn aġenziji tal-pagamenti u jintalbu jivvalidaw il-kumpilazzjoni tar-riżultati tal-ispezzjoni. Fl-AAR tagħha, il-Kummissjoni tuża r-riżultati tal-ispezzjoni biex tivvaluta r-rata ta’ żball residwu fin-nefqa agrikola.

 

3.46.

Il-linji gwida tal-Kummissjoni jħallu l-għażla lill-korpi ta’ ċertifikazzjoni li jakkumpanjaw l-ispezzjonijiet fuq il-post jew li jerġgħu jwettquhom. Il-maġġoranza l-kbira tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni jagħżlu li jivvalidaw il-kwalità tal-ispezzjonijiet mhux permezz ta’ twettiq mill-ġdid iżda billi jakkumpanjaw lill-ispetturi nazzjonali. Abbażi tal-esperjenza tagħha, il-Qorti tikkonsidra li l-kwalità tal-ispezzjonijiet kieku tista’ titjieb li kieku l-korpi ta’ ċertifikazzjoni kellhom jintalbu jerġgħu jwettqu, b’mod sistematiku, spezzjonijiet preċedenti.

3.46.

Anki jekk il-Kummissjoni taqbel li jekk imwettaq fiż-żmien dovut, twettiq mill-ġdid ta’ verifika preċedenti jipprovdi valutazzjoni aħjar tal-kwalità ta’ verifiki fuq il-post, xorta għadu possibbli li jiġi evalwat l-ambjent ta’ kontroll permezz ta’ spezzjonijiet akkompanjati mill-korp ta’ ċertifikazzjoni. F’ċertu każijiet, lanqas jista’ jkun possibbli li terġa’ titwettaq verifika fiż-żmien dovut. Dawn il-limitazzjonijiet huma inerenti f’ħafna kontrolli ex-post imwettqa minn awdituri esterni. F’dawn is-sitwazzjonijiet, l-ispezzjonijiet akkompanjati huma alternattiva tajba. Għandhom ukoll il-benefiċċju addizzjonali li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-bidwi billi tiġi evitata akkumulazzjoni ta’ kontrolli.

Analiżi tar-rapporti tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni, fir-rigward tas-sena finanzjarja 2010, turi li l-korpi ta’ ċertifikazzjoni vverifikaw bħala total madwar 3 000 kontroll. Meta l-korpi ta’ ċertifikazzjoni wettqu l-verifiki meħtieġa, twettqu mill-ġdid spezzjonijiet f’madwar 24 % tal-każijiet, akkompanjati f’45 % oħra, filwaqt li fi 12 % intużaw iż-żewġ approċċi. F’19 % addizzjonali tal-każijiet, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni ma għamlux distinzjoni b'mod espliċitu bejn iż-żewġ metodi.

3.47.

Filwaqt li t-twettiq mill-ġdid mill-Qorti nfisha ta’ spezzjonijiet fiż-żona FAEG li twettqu fil-Bulgarija, ir-Rumanija, il-Greċja u l-Pajjiżi l-Baxxi (37) wera li d-dgħufijiet fil-kwalità tal-ispezzjonijiet nazzjonali, il-korpi ta’ ċertifikazzjoni rispettivi rrapportaw li l-kwalità tal-ispezzjonijiet kienet tajba (38) jew tal-anqas adegwata (39).

3.47.

Fil-każijiet tal-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Pajjiżi l-Baxxi, l-impatt finanzjarju ta’ kwalunkwe nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet imwettqa mill-aġenziji tal-ħlas ma kienx materjali u għaldaqstant ġew ivvalutati korrettament bħala tajbin jew adegwati mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni skont il-linji gwida tal-Kummissjoni.

Fir-rigward tal-Greċja, il-korp ta’ ċertifikazzjoni evalwa, fir-rapport tas-sena finanzjarja tiegħu tal-2010, li ċertu elementi tal-kontrolli fuq il-post huma batuti u oħrajn adegwati.

3.48.

Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni tal-UE tirrikjedi li l-korpi ta’ ċertifikazzjoni jkunu indipendenti fil-proċess ta’ tħaddim mill-aġenziji ta’ pagament biex tiġi evitata kull possibbiltà ta’ kunflitt ta’ interess. Filwaqt li fil-maġġoranza tal-Istati Membri l-funzjoni tal-korp ta’ ċertifikazzjoni ġiet assenjata jew lill-uffiċċju nazzjonali tal-verifika, jew lil kumpanija privata tal-verifika jew inkella lid-dipartiment intern tal-verifika fil-ministeru tal-finanzi, il-Pajjiżi l-Baxxi assenjaw din il-funzjoni lid-dipartiment tal-verifika interna tal-Ministeru tal-Agrikoltura, liema dipartiment mhuwiex meqjus mill-Qorti bħala indipendenti mill-awtoritajiet li jimplimentaw il-PAK.

3.48.

Il-Kummissjoni se ssegwi l-kwistjoni mal-awtoritajiet Olandiżi bl-għan li tirrinforza l-indipendenza operattiva tal-korp ta’ ċertifikazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-Qorti ma osservat xejn li jissuġġerixxi li r-riskju ta’ indipendenza mmaterjalizza ruħu.

L-Oqsma tal-Politika l-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, is-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur

3.49.

L-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd kif ukoll is-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur huma ġestiti mill-Kummissjoni b’sistemi ta’ kontroll speċifiċi. Il-verifika eżaminat is-sistema ta’ kontroll intern tad-DĠ ENV.

 

Sistema ta’ Kontroll Intern tad-DĠ ENV

3.50.

Ġew ittestjati tletin pagament magħżula b’mod każwali, liema pagamenti huma ffinanzjati mill-programm LIFE+. Il-verifika żvelat li l-kontrolli prinċipali ma ġewx dokumentati kif xieraq, bir-riskju li dawn il-kontrolli ma jitwettqux. Barra minn hekk, kontrolli fuq l-ispejjeż ikklejmjati f’ċerti każijiet ma ġewx dokumentati kif suppost.

3.50.

Kull aġent finanzjarju u tekniku jirrikonoxxi li wettaq il-kontrolli meħtieġa taħt ir-responsabbiltà tiegħu billi ffirma t-tranżazzjonijiet. Numru ta’ noti għall-fajls, l-iskambju ta’ ittri elettroniċi u noti miktuba bl-idejn juru li l-fajls huma vverifikati. Il-Kummissjoni tqis li s-sistema ta’ kontroll intern hi affidabbli. Madankollu se tkompli ttejjeb id-dokumentazzjoni ta’ xi kontrolli ewlenin.

3.51.

Tlieta mit-30 pagament ittestjat jirrigwardaw għotjiet mogħtija lill-OECD. Id-DĠ Ambjent ma kkontrollax id-dokumenti ta’ sostenn għall-ispejjeż imġarrba, u kkunsidra dawn l-ispejjeż bħala eliġibbli abbażi tad-deskrizzjoni tagħhom fir-rapport finali biss. Madankollu, ir-rapport finali ma pprovdiex biżżejjed informazzjoni biex jiġi determinat jekk l-ispejjeż fil-fatt sarux u kinux eliġibbli.

3.51.

Il-proċeduri ta’ kontabilità, kontroll intern, awditjar u akkwist tal-OKŻE ġew ivverifikati mill-Kummissjoni fil-qafas tal-Artikolu 53 d tar-regolament finanzjarju u joffri garanziji ekwivalenti għal standards aċċettati internazzjonalment. Ir-rapport finali tqies aċċettabbli wara li ġew ikkunsidrati l-arranġamenti tal-kontroll speċifiċi definiti fil-ftehim Qafas tal-2006 bejn il-Kummissjoni u l-OKŻE.

L-AFFIDABBILTÀ TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-MANIĠMENT TAL-KUMMISSJONI

3.52.

L- Anness 3.3 jinkludi sommarju tar-riżultati tar-reviżjoni tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni, b’mod partikolari r-Rapporti ta’ Attività Annwali (AAR) u d- dikjarazzjonijiet tad-Diretturi Ġenerali tad-DĠ AGRI, CLIMA, ENV, MARE u SANCO tal-Kummissjoni.

3.52.

F’dan l-anness, il-Qorti tgħid li DĠ ENV neħħa riżerva bbażata fuq preżunzjonijiet li mhumiex pruvati. DĠ ENV iqis li l-valutazzjoni tiegħu hi bbażata fuq l-analiżi ta’ erba’ snin ta’ verifiki bbażati fuq ir-riskju u DĠ ENV hu kunfidenti li dan jikkostitwixxi bażi soda għall-kalkolu tar-rata ta’ żball u t-tneħħija tar-riżerva. Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma qisitx li hu meħtieġ li toħroġ riżerva għal DĠ SANCO peress li r-rata ta’ żball residwu wara l-korrezzjoni tal-iżbalji skoperti kienet taħt 2 %.

DĠ MARE neħħa riżerva għalkemm l-Istat Membru m’aċċettax il-korrezzjoni kompletament peress li l-għeluq tal-programm ikkonċernat hu kontinwu u l-korrezzjoni finanzjarja (sħiħa) meħtieġa se ssir mill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-għeluq. F’dawn iċ-ċirkostanzi DĠ MARE qies li kien xieraq li ma tinżammx ir-riżerva.

Dawn huma deċiżjonijiet ta’ ġestjoni li jirriżultaw minn kunsiderazzjoni bir-reqqa taċ-ċirkostanzi u valutazzjoni tar-riskji li tipprovdi l-iżjed bażi affidabbli għad-dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni.

3.53.

L-AAR 2009 tad-DĠ AGRI kien jinkludi riżerva fir-rigward tan-nefqa għal miżuri tal-iżvilupp rurali taħt il-linja 2 (titjib tal-ambjent u l-kampanja). Id-Direttur Ġenerali ma kkunsidrax li hemm il-ħtieġa li din ir-riżerva tinġieb ’il quddiem għall-AAR tal-2010. Il-Qorti tikkunsidra li t-tneħħija ta’ din ir-riżerva ma kinetx ġustifikata (ara l-Anness 3.3 ).

3.53.

Ir-riżerva fir-RAA tad-DĠ AGRI tal-2008 u 2009 dwar nefqa għal miżuri ta’ żvilupp rurali taħt l-Assi 2 kienet ġustifikata bil-fatt li għal dawn il-miżuri, l-istatistiċi tal-kontroll tal-Istati Membri wrew rata ta’ żball li kienet b’mod sinifikanti ogħla mil-limitu ta’ materjalità ta’ 2 % attwalment użat mill-Qorti, li mbagħad kienet ir-raġuni għaliex ir-rata ta’ żball għan-nefqa ta’ żvilupp rurali inġenerali, li skont l-istruzzjonijiet permanenti tal-Kummissjoni dwar kif isiru r-riżervi hija l-bażi għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-iżbalji, baqgħet ukoll ’il fuq minn 2 %.

Fl-2010, b’konsegwenza tal-isforzi konġunti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, il-kwalità u l-affidabbiltà ta’ dawn l-istatistiki ta’ kontroll u l-livell ta’ kwantifikazzjoni tal-iżbalji misjuba u rrappurtati tjiebu b’mod sinifikanti. Dan it-titjib ippermetta li d-DĠ AGRI jikkalkula r-rata ta’ żball residwu għall-iżvilupp rurali inġenerali, b’mod iżjed preċiż milli fis-snin preċedenti, meta ma kellux l-assigurazzjoni meħtieġa li l-Istati Membri kienu ġabru l-istatistiċi tagħhom bir-reqqa dovuta, billi issa juża l-istess metodoloġija bħal dik użata għal nefqa FAEG. Abbażi ta’ dan l-approċċ, ir-rata ta’ żball residwu għall-iżvilupp rurali inġenerali kienet taħt il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %  (40).

Barra minn hekk, il-pjan ta’ azzjoni stabbilit fir-riżerva tas-snin preċedenti kien tlesta, u r-rati ta’ żbalji rappurtati kienu, flimkien ma’ ftit eċċezzjonijiet, meqjusa bħala tollerabbli. Kwalunkwe tnaqqis ieħor tal-iżbalji seta’ jintlaħaq biss billi jiġi miżjud il-livell ta’ verifiki fuq il-post, li ma jkunux kost-effettivi.

Finalment, fir-rigward tar-rati ta’ żbalji għolja għall-Bulgarija u r-Rumanija għal miżuri taħt l-Assi 2, in-nefqa rilevanti għal dawn iż-żewġ Stati Membri kienet koperta bir-riżerva għal SIAK. Bl-istess mod, ir-riżerva ġdida għall-Portugall minħabba n-nuqqasijiet serji fis-SIAK tagħha kopriet ukoll in-nefqa taħt l-Assi 2.

3.54.

Bħal fl-2009, id-DĠ AGRI jkompli jikkunsidra li l-anomaliji li nstabu minn spetturi nazzjonali waqt ispezzjonijiet fuq il-post magħżula b’mod każwali jirriflettu r-rati ta’ żball residwu għall-iskema ta’ għajnuna kkonċernata. Il-Qorti żżomm l-osservazzjoni li diġà saret fir-Rapport Annwali tal-2009 li ma tistax tapprova dan l-approċċ li huwa affettwat min-nuqqasijiet li ġejjin:

huwa bbażat fuq ispezzjonijiet li l-kwalità tagħhom hi murija bħala insuffiċjenti f’bosta aġenziji ta’ pagamenti, mill-verifiki stess tal-Kummissjoni u tal-Qorti;

jibbaża fuq statistika li l-Kummissjoni diġà konxja li ġiet miġbura b’mod inkorrett u;

huwa inkomplet minħabba li ma jikkunsidrax l-iżbalji residwi fil-ġestjoni amministrattiva ta’ klejms li ġew ippruvati li ma għandhom nuqqasijiet.

3.54.

L-istatistiki ta’ kontroll tal-Istati Membri huma verifikati u validati sa limitu kbir mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, kif rakkomandat bħala opzjoni mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha għall-2005, u r-riżultati ta’ dan ix-xogħol huma żvelati fir-Rapport ta’ Attività Annwali tad-DĠ AGRI.

Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju li r-rati ta’ żball derivati minn dawn l-istatistiċi ta’ kontroll setgħu ġew imnaqqsa minħabba nuqqas ta’ preċiżjoni fil-bażijiet tad-dejta jew segwitu inadegwat tal-anomaliji, kif imsemmija mill-Qorti, id-DĠ AGRI applika marġini ta’ sigurtà ta’ żieda ta’ 25 % li jikkunsidra li hu suffiċjenti biżżejjed biex ikopri r-riskji msemmija mill-Qorti. Anke b’tali żieda, ir-rati ta’ żball residwu għan-nefqa dwar l-għajnuniet diretti, l-intervent tas-suq u l-miżuri tal-iżvilupp rurali xorta jkunu ħafna taħt it-2 %.

Barra minn hekk, għall-ewwel pilastru, u b’mod partikolari l-pagamenti diretti koperti mis-SIAK, ir-riżultati tal-verifiki proprji tal-Qorti jikkonfermaw rata ta’ żball sew taħt il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 % li essenzjalment tikkorrobora r-riżultati tal-istatistiċi tal-kontroll u turi li s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll jaħdmu b’mod effiċjenti.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

3.55.

Abbażi tax-xogħol ta’ verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Dicembru 2010 għall-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali kienu milquta minn żbalji materjali. Madankollu, pagamenti diretti koperti mis-SIAK kienu ħielsa minn żball materjali.

3.55.

Il-konklużjonijiet tal-Qorti għall-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali jikkonfermaw it-tendenza pożittiva li fis-snin li għaddew l-iżjed żball probabbli hu viċin il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %. Il-Kummissjoni tkompli tosserva li għan-nefqa tal-FAEG, li fl-2010 kienet tammonta għal 77 % tan-nefqa totali taħt dan il-Kapitolu, l-iżjed żball probabbli jinsab sew taħt il-limitu ta’ materjalità u li għal pagamenti diretti koperti mis-SIAK hu anki inqas.

Barra minn hekk, ir-riskju għall-baġit tal-UE hu kopert b’mod xieraq mill-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ konformità.

3.56.

Abbażi tax-xogħol ta’ verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali kienu parzjalment effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tal-pagamenti.

3.56.

Il-Kummissjoni tqis li s-SIAK hi ġeneralment sistema ta’ kontroll effettiva għal-limitazzjoni tar-riskju ta’ żball jew nefqa irregolari.

Fir-rigward tal-iżvilupp rurali, il-Kummissjoni tqis li s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll qegħdin kontinwament jitjiebu u li, b’konsegwenza ta’ dan, ir-rata ta’ żball qed tonqos f’dan il-qasam.

Rakkomandazzjonijiet

3.57.

L- Anness 3.4 jistabbilixxi r-riżultat tal-analiżi tal-progress li l-Qorti għamlet biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-Rapporti Annwali preċedenti (mill-2008 sal-2009). Għandhom jiġu kkunsidrati l-punti li ġejjin:

3.57.

Il-Kummissjoni ħadet azzjoni importanti ta’ rimedju fir-rigward tas-simplifikazzjoni tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u l-affidabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni rreġistrata fl-LPIS.

Fl-aħħar 4 snin, il-Kummissjoni u l-Istati Membri implimentaw pjan ta’ azzjoni li għandu l-għan li jiżgura kontrollabbiltà aħjar tal-miżuri agriambjentali, li wassal f'rata ta’ żball imnaqqsa. Inizjattivi ta’ simplifikazzjoni ġew implimentati għall-perjodu ta’ pprogrammar attwali u se jibqgħu jiġu segwiti fil-futur għar-riforma tal-PAK post-2013. Madankollu, hu ċar li jeħtieġ li jinstab bilanċ korrett bejn l-għanijiet tal-politika, l-ispejjeż amministrattivi u r-riskju tal-iżbalji.

Mis-sena tat-talba 2010, l-Istati Membri huma obbligati li jevalwaw il-kwalità tal-LPIS tagħhom. Filwaqt li l-2010 hi l-ewwel sena, dan l-eżerċizzju diġà kien ta’ għajnuna għall-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-oqsma li jirrikjedu attenzjoni.

Fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet li rekwiżiti minimi ta’ żamma annwali għall-bur għandhom jiġu ffissati f’livell tal-UE u li l-leġiżlazzjoni tal-UE għandha teskludi li l-għajnuna diretta titħallas lil applikanti li la użaw l-art għall-agrikoltura u lanqas ma żammewha fil-GAEC, ir-regolament il-ġdid tal-Kunsill ħalla dawn il-kwistjonijiet għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri.

Is-sistema attwali tipprovdi għal qafas legali komuni li fih l-Istati Membri huma responsabbli għad-definizzjoni tal-kriterji ta’ manutenzjoni taħt il-KAAT. Dan jippermetti li jiġu kkunsidrati d-diversità ta’ żoni agrikoli u tradizzjonijiet fl-UE.

Il-kwistjoni tad-definizzjoni ta’ bidwi msemmija mill-Qorti ġiet indirizzata fil-qafas tal-Verifika tas-Saħħa billi l-Istati Membri ngħataw il-possibbiltà li jeskludu persuni naturali jew legali mill-iskemi ta’ pagamenti diretti li l-oġġetti tan-negozju prinċipali tagħhom ma jikkonsistux fl-eżerċizzju ta’ attività agrikola jew li l-attivitajiet agrikoli tagħhom mhumiex sinifikanti (Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009).

Iżjed riflessjonijiet dwar l-immirar ta’ appoġġ lil bdiewa attivi huma, kif indikat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-PAK fid-dawl tas-sena 2020, previsti fil-kuntest tal-PAK post-2013, meta jiġi kkunsidrat il-bżonn li jiġu evitati regoli kumplikati li jirriżultaw f’sistema ta’ kontroll kumplessa li l-implimentazzjoni tagħha tkun tiswa l-flus u tmur kontra l-isforzi ta’ simplifikazzjoni tal-Kummissjoni.

3.58.

Abbażi ta’ din l-analiżi kif ukoll tas-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2010, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tieħu l-azzjoni adegwata biex tiżgura li

3.58.

(a)

l-użu ta’ ortoritratti jsir obbligatorju u li l-LPIS tiġi aġġornata regolarment abbażi ta’ ortoritratti ġodda (ara l-paragrafu 3.31);

(a)

Il-kwistjoni ta’ aġġornament regolari tal-LPIS tiġi kkunsidrata fil-valutazzjoni ta’ kwalità obbligatorja tal-LPIS li ġiet introdotta ġdida. Qed jiġi kkunsidrat li l-użu ta’ ortoritratti jsir obbligatorju fil-kuntest tar-riforma tal-PAK post-2013.

(b)

l-aġenziji tal-pagamenti jirrimedjaw għad-dgħufijiet identifikati fejn instab li s-sistemi ta’ kontroll u d-databases tas-SIAK ma kinux adegwati (ara l-paragrafi minn 3.23 sa 3.25);

(b)

Il-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex tiżgura titjib kontinwu tas-sistemi superviżorji u ta’ kontroll. F’dan ir-rigward isiru rakkomandazzjonijiet bħala parti mill-verifiki normali u jiġu żviluppati u implimentati pjanijiet ta’ azzjoni mill-Istati Membri bi problemi serji. Il-Kummissjoni tqis li dawn il-pjanijiet kellhom suċċess.

Barra minn hekk, mis-sena ta’ talba 2010, l-Istati Membri huma obbligati li jevalwaw il-kwalità tal-LPIS tagħhom. Filwaqt li l-2010 hi l-ewwel sena, dan l-eżerċizzju diġà kien ta’ għajnuna għall-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-oqsma li jirrikjedu attenzjoni.

Kwalunkwe nuqqasijiet li jifdal jiġu segwiti permezz ta’ proċeduri ta’ approvazzjoni ta’ konformità għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

(c)

l-ispezzjonijiet fuq il-post ikunu tal-kwalità meħtieġa biex tiġi identifikata l-erja eliġibbli b’mod affidabbli (ara l-paragrafi 3.38 u 3.39);

(c)

Meta l-Kummissjoni ssib dawn id-difetti, isiru rakkomandazzjonijiet għal rettifika lill-Istat Membru u jiġu imposti korrezzjonijiet finanzjarji permezz ta’ proċeduri ta’ approvazzjoni tal-konformità għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

(d)

il-kwalità tal-ispezzjonijiet hija ttestjata u rrappurtata b’mod adegwat mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni (ara l-paragrafi 3.46 u 3.47).

(d)

Il-Kummissjoni tqis li l-istruttura globali u r-rekwiżiti ta’ rapportar fir-rigward tar-reviżjoni tal-kontrolli fuq il-post mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni huma xierqa (ara wkoll ir-risposta għall-punti 3.46 u 3.47). B’konsegwenza ta’ dan, l-ebda bidliet fil-linji gwida tal-Kummissjoni għal korpi ta’ ċertifikazzjoni ma huma previsti għas-sena finanzjarja 2011. Il-Kummissjoni madankollu, għandha tkompli timmonitorja l-kwalità tax-xogħol tal-korpi ta’ ċertifikazzjoni.

3.59.

Fil-qasam tal-Iżvilupp Rurali, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jsibu rimedju għad-dgħufijiet identifikati, b’mod partikolari billi jtejbu l-effettività tal-verifiki mwettqa għal miżuri li mhumiex relatati mal-IACS.

3.59.

Il-Kummissjoni tqis li sar ħafna progress fit-titjib tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-iżvilupp rurali u li dan hu muri bit-tendenza kontinwa ta’ tnaqqis fir-rati ta’ żbalji, b’mod partikolari għall-miżuri mhux tas-SIAK fejn, skont l-istatistiċi tal-kontroll tal-Istati Membri, ir-rata ta’ żball għall-2010 kienet ħafna inqas mil-livell materjali ta’ 2 %.

3.60.

Finalment, jeħtieġ li jittieħdu miżuri effettivi mill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex b’hekk il-kwistjonijiet identifikati fl-oqsma tal-politika tal-ambjent, is-sajd, is-saħħa u l-ħarsien tal-konsumatur jiġu solvuti.

3.60.

Il-Kummissjoni se teżamina l-iżbalji identifikati mill-Qorti biex tiddetermina jekk jirriżultawx minn nuqqasijiet sistematiċi u fejn ikun il-każ, tieħu miżuri biex tindirizzahom. Barra minn hekk, meta tipproponi programmi ta’ nefqa ġodda, il-Kummissjoni se tfittex li tissimplifika r-regoli filwaqt li żżomm livell xieraq ta’ kontroll. L-għan hu li tinkoraġġixxi l-benefiċjarji potenzjali biex japplikaw għal appoġġ finanzjarju mill-UE u li tnaqqas l-iżbalji u l-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Fil-ġestjoni konġunta, l-Istati Membri jkollhom jiżguraw li r-regoli ta’ eliġibilità nazzjonali huma ċari, sempliċi u effettivament ikkontrollati biex inaqqsu r-rati ta’ żball.

(1)  L-Artikolu 39 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1).

(3)  Bl-eċċezzjoni ta’ ċerti miżuri bħal miżuri ta’ promozzjoni u l-iskema tal-frott fl-iskejjel li huma kofinanzjati.

(4)  L-għadd u l-valur tal-intitolament ta’ kull bidwi kien ikkalkolat mill-awtoritajiet nazzjonali skont wieħed mill-mudelli previsti skont il-leġiżlazzjoni tal-UE. Skont il-mudell storiku kull bidwi jingħata intitolamenti bbażati fuq l-ammont medju ta’ għajnuna rċevuta u l-art ikkultivata matul il-perjodu ta’ referenza 2000 sa 2002. Skont il-mudell reġjonali, l-intitolamenti kollha ta’ reġjun għandhom l-istess valur b’rata fissa u l-bidwi jiġi allokat intitolament għal kull ettaru eliġibbli ddikjarat fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni. Il-mudell ibridu jgħaqqad l-element storiku ma’ ammont b’rata fissa u, jekk ikun dinamiku, il-komponent storiku jonqos kull sena sakemm fil-biċċa l-kbira jsir sistema ta’ rata fissa.

(5)  Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja.

(6)  Dan l-ammont ifisser nefqa fir-rigward tal-perjodu tal-ipprogrammar preċedenti kif ukoll tal-istrumenti ta’ qabel l-adeżjoni.

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(8)  Filwaqt li l-istandards tal-GAEC, kif imsemmija fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, japplikaw għall-Istati Membri kollha, il-Rekwiżiti ta’ Ġestjoni Statutarji (SMRs) kif imsemmija fl-Anness II ta’ dak ir-regolament huma obbligatorji biss fl-UE-15. Għall-UE-10, l-SMRs qed jiddaħħlu gradwalment bejn l-2009 u l-2013, u għall-UE-2 bejn l-2012 u l-2014.

(9)  Skont l-Artikoli 66 u 67 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18), il-livell tat-tnaqqis għal kull SMR jew GAEC mhux konformi jista’ jvarja bejn 1 % u 5 % fil-każ ta’ negliġenza u jista’ jwassal għal rifjut totali tal-għajnuna fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità intenzjonat.

(10)  Ara l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(a) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(11)  L-għadd ta’ Aġenziji tal-Pagamenti: 82 fil-bidu tas-sena finanzjarja 2010,81 fi tmiem tas-sena finanzjarja 2010 (Sors: AAR DĠ Agri paġna 32)

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 9.6.2007, p. 1).

(13)  L-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd (SFGS) ġie sostitwit mill-FES għall-perjodu tal-ipprogrammar attwali (2007-2013) — ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).

(14)  Dan l-ammont jinkludi n-nefqa b’rispett ta’ perjodi preċedenti ta’ programmar, b’mod partikolari għall-SFGS.

(15)  Assenjati mill-ġdid għal programmi oħra permezz tat-Trasferiment Globali tal-approprjazzjonijiet.

(16)  Biex waslet għall-istimi tagħha tal-iżbalji, il-Qorti qieset ir-riżultati tal-kampjuni tat-tranżazzjonijiet Olandiżi u Ċeki biex jiġi rifless is-sehem tan-nefqa tal-PAK li seħħet fil-Pajjiżi l-Baxxi u fir-Repubblika Ċeka rispettivament.

(17)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tal-iżball fuq il-bażi ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv. Il-figura kkwotata hija l-aħjar stima (magħrufa bħala MLE - maximum-likelihood estimation). Il-Qorti għandha livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni hija bejn 0,8 % u 3,8 % (limiti minimi u massimi ta’ żbalji rispettivament).

(18)  Skont l-approċċ attwali tal-Qorti, dawn il-pagamenti bil-quddiem ma kinux parti mill-popolazzjoni magħżula bħala kampjun. Għalkemm irregolari dawn il-pagamenti ma għandhomx effett fuq jekk l-ammonti korretti humiex imħallsa lill-benefiċjarji finali.

(19)  Dan l-ammont huwa parti mill-pagamenti globali li saru lil dan l-Istat Membru li jammontaw għal EUR 21,6 miljun għal kwantità totali ta’ butir tal-intervent li tammonta għal 9 894 tunnellata.

(20)  Dawk li tefgħu l-offerti huma mistiedna jissottomettu l-offerti tagħhom għall-kunsinna ta’ prodott bi skambju għal butir minn ħażniet ta’ intervent.

(21)  L-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1111/2009 (ĠU L 306, 20.11.2009, p. 5).

(22)  Il-Premessa (7) tar-Regolament (KE) nru 1111/2009.

(23)  L-ammont totali mġarrab mill-baġit tal-UE għall-ġarr tad-9 864 tunnellata ta’ butir ammonta għal EUR 0,9 miljun.

(24)  Fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 6/2009 dwar l-għajnuna alimentari tal-UE għal persuni fil-bżonn, il-Qorti diġà kkunsidrat li arranġamenti ta’ tpartit li jużaw ħażniet ta’ intervent mhumiex adegwati, mhux dejjem jiggarantixxu trasparenza, mhumiex dejjem kost-effettivi u li għandhom jitwaqqfu.

(25)  Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65).

(26)  Ir-Regolament (KE) Nru 1975/2006 tas-7 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka [cross-compliance] rigward miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 74).

(27)  L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 u l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004.

(28)  L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistipula li s-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula agrikoli għandha tkun stabbilita abbażi ta’ mapep jew dokumenti ta’ reġistrar tal-artijiet jew referenzi kartografiċi oħra. Għandu jsir użu minn tekniki ta’ sistema ta’ informazzjoni ġeografika kompjuterizzata, inkluż preferibbilment “orthoimagery” mill-ajru jew mill-ispazju, b’garanzija ta’ standard ta’ preċiżjoni omoġenja, ekwivalenti tal-anqas għall-kartografija bi skala ta’ 1:10 000.

(29)  L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 (ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1) jistipula li “mergħat permanenti” tfisser art li tintuża sabiex jitkabbar il-ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix naturali jew permezz ta’ kultivazzjoni. Dan ifisser li żoni li ma jkunux mgħottija ħaxix/veġetazzjoni bħal pereżempju msaġar, blat, għadajjar, mogħdijiet mhumiex parti miż-żona ta’ mergħa permanenti, u għaldaqstant, għandhom jitneħħew għalkollox miż-żona eliġibbli hekk kif inhu stipolat fl-Artikolu 34(2) u l-Artikolu 2(h) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(30)  Dawn in-nuqqasijiet kellhom impatt limitat biss fil-Pajjiżi l-Baxxi u l-awtoritajiet Olandiżi ħadu azzjoni ta’ rimedju adegwata mis-sena tal-klejm 2010 ’il quddiem.

(31)  Għall-miżuri tal-iżvilupp rurali taħt il-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013, ir-rekwiżiti dettaljati għall-kontrolli amministrattivi huma definiti mir-Regolament (KE) Nru 1975/2006.

(32)  Imsemmija fit-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006.

(33)  L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 u l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

(34)  Ir-Rapport Speċjali Nru [8]/2011.

(35)  Kull xahar għall-FAEG u darba kull tliet xhur għall-FAEŻR.

(36)  Ir-Rapport Speċjali Nru 7/2010.

(37)  Ara l-eżempju 3.4.

(38)  Il-Greċja u l-Pajjiżi l-Baxxi.

(39)  Il-Bulgarija u r-Rumanija.

(40)  Il-kalkolu hu bbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni ta’ Ċipru u l-Portugall, li ma kienux kapaċi jikkonformu l-istandard ta’ rapportar ġodda għall-miżuri agriambjentali li huma finanzjarjament importanti. Madankollu, anke jekk dawn iż-żewġ Stati Membri ikollhom rati ta’ żball ogħla mill-medja, l-impatt tagħhom probabbli ma jżidx ir-rata ta’ żball residwu għall-iżvilupp rurali fit-totalità tiegħu ’l fuq mil-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %.

(41)  Il-verifika tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-Kapitolu 7.

Sors: Kontijiet Annwali tal-Unjoni Ewropea 2010.

L-ANNESS 3.1

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-AGRIKOLTURA

 

2010

2009

2008

2007

FAEG

SANCO, ENV, MARE

Total

ID-DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN (1)

It-tranżazzjonijiet totali (li minnhom):

146

80

12

238

241

204

196

Il-pagamenti bil-quddiem

0

0

0

0

0

0

0

Il-pagamenti interim/finali

146

80

12

238

241

204

196

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR (1)  (2)  (3)

Instab li l-proporzjon tat-tranżazzjonijiet ittestjati:

Mhumiex milquta minn żball

73 %

(107)

50 %

(40)

33 %

(4)

63 %

(151)

73 %

68 %

69 %

Huma milquta minn żball wieħed jew iktar

27 %

(39)

50 %

(40)

67 %

(8)

37 %

(88)

27 %

32 %

31 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żbalji

Analiżi skont it-tip tan-nefqa

Pagamenti bil-quddiem

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

0 %

0 %

Pagamenti interim/finali

100 %

(39)

100 %

(40)

100 %

(8)

100 %

(87)

100 %

100 %

100 %

Analiżi skont it-tip ta’ żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

26 %

(10)

48 %

(19)

50 %

(4)

38 %

(33)

36 %

32 %

36 %

Żbalji kwantifikabbli:

74 %

(29)

51 %

(21)

50 %

(4)

62 %

(54)

64 %

68 %

64 %

Eliġibbiltà

3 %

(1)

48 %

(10)

100 %

(4)

28 %

(15)

17 %

20 %

36 %

Okkorrenza

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

2 %

2 %

3 %

Preċiżjoni

97 %

(28)

52 %

(11)

0 %

(0)

72 %

(39)

81 %

78 %

61 %

L-IMPATT STMAT TAL-IŻBALJI KWANTIFIKABBLI (4)

Ir-rata tal-iżbalji l-aktar probabbli

2,3 %

 

 

 

Il-limitu minimu ta’ żbalji

0,8 %

 

 

 

Il-limitu massimu ta’ żbalji

3,8 %

 

 

 


(1)  Dawn il-partijiet tat-tabella jirreferu biss għall-kampjun imsemmi fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 3.16 u jeskludu tranżazzjonijiet eżaminati fil-qafas tal-verifiki koordinati.

(2)  Biex titjieb il-perċezzjoni tal-oqsma bi profili ta’ riskju differenti fi ħdan il-grupp ta’ politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(3)  In-numri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw in-numru attwali ta’ tranżazzjonijiet.

(4)  Ir-riżultati tal-eżami tat-tranżazzjonijiet eżaminati fil-qafas tal-verifiki koordinati huma inklużi fil-kalkolu tar-rata tal-iżbalji.

L-ANNESS 3.2

IR-RIŻULTATI TAL-EŻAMINAZZJONI TA' SISTEMI GĦALL-AGRIKOLTURA U RIŻORSI NATURALI

3.2.1.   Valutazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll magħżula (SIAK) — FAEG

Stat Membru

(Aġenzija tal-Pagamenti)

L-iskema

In-nefqa relatata mas-SIAK

(= limitu nazzjonali – Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009)

(1 000 EUR)

Il-proċeduri u kontrolli amministrattivi biex ikun żgurat pagament korrett inkluża l-kwalità tad-databases

Il-metodoloġija tal-ispezzjoni fuq il-post, għażla, eżekuzzjoni, kontroll tal-kwalità u rappurtar ta’ riżultati individwali

L-implimentazzjoni u kontroll ta’ GAEC/Cross-compliance

Il-valutazzjoni ġenerali

Il-Ġermanja

(Niedersachsen)

SPS

5 770 254

Effettiv

Parzjalment effettiv

C

Parzjalment effettiv

b

Effettiv

Il-Ġermanja

(Sachsen)

SPS

5 770 254

Effettiv

Effettiv

Parzjalment effettiv

b

Effettiv

Spanja

(Castilla La Mancha)

SPS

4 858 043

Parzjalment effettiv

1, 2, 3, 4

Parzjalment effettiv

A, B

Effettiv

Parzjalment effettiv

Spanja

(Extramadura)

SPS

4 858 043

Parzjalment effettiv

1, 4, 5, 6

Parzjalment effettiv

C

Parzjalment effettiv

a

Parzjalment effettiv

Ir-Renju Unit

(Wales)

SPS

3 985 895

Effettiv

Parzjalment effettiv

B, D

Parzjalment effettiv

b

Effettiv

Il-Pajjiżi l-Baxxi

SPS

853 090

Effettiv

Parzjalment effettiv

D

Parzjalment effettiv

a

Effettiv

N.B. Il-valutazzjoni ġenerali ma tista' bl-ebda mod tkun aħjar mill-valutazzjoni tal-proċeduri u kontrolli amministrattivi.

1

Erjas ineliġibbli fuq bur permanenti koperti minn foresta densa mhumiex identifikati b'mod affidabbli

2

Penali għal dikjarazzjonijiet żejda mhux applikati b'mod korrett

3

Penali għal dikjarazzjonijiet nieqsa mhux applikati b'mod korrett

4

Trattament skorrett ta’ modifikazzjonijiet ta’ talbiet

5

Aġġornament skorrett tal-LPIS wara kontrolli fuq il-post

6

Il-kunċett ovvju ta’ żball mhuwiex applikat b'mod korrett

A

L-allokazzjoni tal-popolazzjoni kkontrollata għal selezzjoni bbażata fuq ir-riskju jew każwali fl-istatistika tal-kontroll issir ex post

B

Żjarat ta’ malajr fl-għelieqi huma trattati bħala kontrolli fuq il-post

C

L-erja eliġibbli għal grupp ta’ uċuħ tar-raba' mhijiex determinata b'mod korrett

D

Il-kwalità tal-ispezzjonijiet fuq il-post ma kinitx adegwata

a

Rekwiżiti nazzjonali tal-GAEC mhux suffiċjenti għal art tal-bur u bur fqir

b

Rekwiżiti mhux suffiċjenti għaż-żamma ta’ art li ttieħdet mill-attività ta’ produzzjoni agrikola


3.2.2.   Valutazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll magħżula — żvilupp rurali

Stat Membru

(Aġenzija tal-Pagamenti)

Il-proċeduri u kontrolli amministrattivi biex ikun żgurat pagament korrett inkluża l-kwalità tad-databases

Il-metodoloġija tal-ispezzjoni fuq il-post, għażla, eżekuzzjoni, kontroll tal-kwalità u rappurtar ta’ riżultati individwali

L-implimentazzjoni u kontroll ta’ GAEC/Cross-compliance

Il-valutazzjoni ġenerali

Franza

Mhux effettiv

1, 2, 3

Parzjalment effettiv

A, B, C

Parzjalment effettiv

c

Mhux effettiv

Il-Ġermanja

(Mecklenburg-Vorpommern)

Effettiv

Effettiv

Parzjalment effettiv

b

Effettiv

L-Italja

(it-Toskana)

Parzjalment effettiv

2, 3

Parzjalment effettiv

A, B, C

Parzjalment effettiv

a

Parzjalment effettiv

Il-Latvja

Mhux effettiv

2, 3, 4

Effettiv

Effettiv

d

Mhux effettiv

Il-Polonja

Parzjalment effettiv

2, 3, 4

Effettiv

B

Parzjalment effettiv

b

Parzjalment effettiv

Il-Portugall

Parzjalment effettiv

3, 4

Parzjalment effettiv

B, C, D

Parzjalment effettiv

a

Parzjalment effettiv

Ir-Rumanija

Parzjalment effettiv

2, 3, 4

Parzjalment effettiv

3, C

Effettiv

Parzjalment effettiv

ir-Renju Unit (l-Iskozja)

Parzjalment effettiv

1

Parzjalment effettiv

1, C, D

Parzjalment effettiv

1, c, d

Parzjalment effettiv

Ir-Repubblika Ċeka

Parzjalment effettiv

2, 3, 5

Parzjalment effettiv

C, E, a

Parzjalment effettiv

a, c, e, E

Parzjalment effettiv

1

Pagamenti qabel ma jiġu ffinalizzati l-kontrolli obbligatorji

2

Regoli inkorretti, kalkoli u pagamenti (pagament żejjed, regoli ta’ tolleranza, nefqa mhux eliġibbli, tnaqqis)

3

Nuqqas ta’ evidenza, nuqqasijiet u kontrolli ineffettivi relatati ma’ kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u impenji

4

Nuqqas ta’ sistema adegwata biex tiġi vvalutata r-raġonevolezza tal-ispejjeż proposti

5

Nuqqasijiet f'kontrolli amministrattivi ta’ applikazzjonijiet ta’ għajnuna mwarrba totalment jew parzjalment

A

Ma ssir l-ebda valutazzjoni tar-riżultati tal-kontrolli fuq il-post u n-nuqqas li jiżdied il-kampjun ta’ benefiċjarji għandu jiġi kontrollat

B

Nuqqasijiet fil-metodoloġija tal-għażla u nuqqas ta’ rispett tar-rata minima regolatorja għall-kontrolli fuq il-post

C

Dgħufijiet relatati mal-kwalità tal-kontrolli fuq il-post li jitwettqu u l-kontrolli ex post

D

Dewmien u inkonsistenzi fir-rigward tal-istatistiki u r-riżultati tal-kontrolli kkomunikati lill-Kummissjoni

E

Regoli ta’ sanzjonijiet mhux konformi mal-leġislazzjoni tal-UE

a

Kontrolli mwettqa mingħajr dewmien u mhux mifruxa matul is-sena

b

Nuqqas ta’ konformità mal-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali u nuqqas ta’ rispett ta’ notifiki obbligatorji

c

Nuqqas ta’ valutazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità misjuba u inkonsistenzi fir-rapporti ta’ kontroll eżaminati.

d

Rata obbligatorja ta’ kontrolli għal SMR7 mhux issodisfata u diskrepanzi fl-istatistika dwar il-kontrolli ta’ cross-compliance.

e

Standards nazzjonali insuffiċjenti KAAT


Il-valutazzjoni ġenerali tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

Il-valutazzjoni ġenerali

2010

2009

2008

2007

Parzjalment effettiv

Parzjalment effettiv

Parzjalment effettiv

Parzjalment effettiv

L-ANNESS 3.3

IR-RIŻULTATI TAR-REVIŻJONI TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-MANIĠMENT TAL-KUMMISSJONI GĦALL-AGRIKOLTURA U R-RIŻORSI NATURALI

Id-DĠ ewlenin ikkonċernati

In-natura tad-dikjarazzjoni mogħtija mid-Direttur Ġenerali (1)

Ir-riżervi mogħtija

L-osservazzjonijiet tal-Qorti

Il-valutazzjoni ġenerali tal-affidabbiltà

2010

2009

DĠ AGRI

b'riżervi

Nuqqasijiet serji fis-SIAK fil-Bulgarija, il-Portugall u r-Rumanija

Iż-żamma tar-riżervi hija konsistenti mas-sejba tal-Qorti f'dawn l-Istati Membri.

Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni fir-RAA tal-2009 tad-DĠ AGRI kellha riżerva dwar in-nefqa għal miżuri ta’ żvilupp rurali taħt l-Assi 2 (titjib tal-ambjent u tal-kampanja) għall-perjodu tal-ipprogrammar 2007-2013. Fl-AAR tal-2010, id-DĠ AGRI ma ttrasferiex din ir-riżerva. il-Qorti sabet li din ir-riżerva għandha tinżamm minħabba:

(a)

il-metodoloġija tal-Kummissjoni biex tkejjel ir-rata ta’ żball ma kinetx trasparenti b'mod sħiħ u kienet ibbażata fuq numru ta’ għażliet. Setgħu saru għażliet differenti li kienu jwasslu għal rata ta’ żball 'il fuq mil-limitu ta’ 2 %;

(b)

id-data użata biex tikkalkula r-rata ta’ żball uriet nuqqasijiet u f'xi każijiet kienet affidabbli. B'mod partikolari l-kwalità tal-istatistiki ta’ kontroll tal-Istati Membri, li ffurmaw il-bażi għal kalkolazzjonijiet tar-rata ta’ żball, instabu li kienu ta’ kwalità insuffiċjenti.

B

B

DĠ CLIMA

b'riżervi

Riżerva bbażata fuq raġunijiet reputazzjonali b'relazzjoni ma’ ksur ta’ sigurtà sinifikanti identifikat fir-reġistri nazzjonali tas-Sistema ta’ Negozju tal-Emissjonijiet tal-UE.

 

A

DĠ ENV

mingħajr riżervi

 

Id-DĠ ENV ma żammx ir-riżerva tiegħu għalkemm ir-rata tal-iżbalji tal-verifiki ex-post, li wassal għar-riżerva fl-2009, żdiedet minn 5,97 % għal 7,14 %. Id-DĠ ENV iġġustifika dan b'suppożizzjonijiet dwar l-effett tal-metodu tat-teħid tal-kampjuni fuq ir-rata tal-iżbalji, liema suppożizzjonijiet ma setgħux jiġu ppruvati.

B

DĠ MARE

b'riżervi

Sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll għall-Programmi Operattivi SFGS fil-Ġermanja Objettiv 1

Id-DĠ MARE neħħa r-riżerva tiegħu għar-Renju Unit — Wales u Valleys minkejja li l-awtoritajiet tar-Renju Unit ma aċċettawx dan il-korrezzjoni totalment.

B

B

DĠ SANCO

mingħajr riżervi

 

Minkejja li l-verifiki tal-Qorti u tal-IAS żvelaw dgħufijiet sinifikanti, id-DĠ SANCO ma għamel ebda riżerva.

B

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport ta’ attività annwali jagħmlu evalwazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

B:

id-dikjarazzjoni tar-Direttur Ġenerali u r-rapport ta’ attività annwali jagħmlu evalwazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

C:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport ta’ attività annwali ma jagħmlux evalwazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.


(1)  B'referenza għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali, hu/hi għandu/għandha assigurazzjoni raġonevoli li l-proċeduri ta’ kontroll li twaqqfu jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport ta’ attività annwali jagħmlu evalwazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

B:

id-dikjarazzjoni tar-Direttur Ġenerali u r-rapport ta’ attività annwali jagħmlu evalwazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

C:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport ta’ attività annwali ma jagħmlux evalwazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

L-ANNESS 3.4

SEGWITU GĦAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI DWAR L-AGRIKOLTURA U R-RIŻORSI NATURALI

Sena

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Il-Progress li sar

It-Tweġiba tal-Kummissjoni

L-Analiżi tal-Qorti

2008 u 2009

Il-Qorti tirrikkmanda li d-dgħufijiet identifikati fis-sistemi jiġu solvuti. F'dan ir-rigward, id-dgħufijiet l-aktar urġenti li għandhom jiġu indirizzati għall-SPU u s-SAPS huma (paragrafu 3.73 tar-Rapport Annwali 2009 (1)):

 

 

 

(a)

li jingħelbu d-dgħufijiet tas-sistemi li jwasslu għal żbalji relatati ma’ art ineliġibbli jew dikjarazzjonijiet żejda ta’ art kif ukoll bħala intitolamenti mhux preċiżi, b’mod partikolari billi jittejbu l-affidabbiltà u l-kompletezza tad-data rreġistrata fl-LPIS (eż. l-ortoritratti l-aktar reċenti);

Mis-sena tal-klejm 2010, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 146/2010 introduċa r-rekwiżit li l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tal-LPIS tagħhom kull sena. Ir-riżultat tal-valutazzjoni u tal-azzjonijiet ta’ rimedju sussegwenti għandhom jiġu rrappurtati annwalment lill-Kummissjoni.

Fir-rigward tal-affidabbiltà tad-database tal-intitolamenti, ir-Regolament il-ġdid jistipola li l-intitolamenti allokati qabel l-2009 għandhom jitqiesu bħala legali u regolari mis-sena tal-klejm 2010 ’il quddiem.

(a)

Il-Kummissjoni tikkondividi l-valutazzjoni tal-Qorti. Se tibqa’ timmonitorja r-riżultati fis-snin li ġejjin.

Dan ir-rekwiżit ġdid huwa pass utli ’l quddiem lejn kwalità aħjar tal-LPIS fl-Istati Membri. Il-Qorti se ssegwi l-implimentazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit fil-verifiki futuri tagħha.

Il-Qorti tilqa’ d-dispożizzjoni l-ġdida li tintroduċi ċertezza legali.

(b)

li jiġi żgurat li d-databases kollha tas-SIAK jipprovdu sekwenza tal-verifika affidabbli u kompluta għall-modifiki kollha magħmula;

Ma sar l-ebda progress

(b)

Bħala parti mill-verifiki tagħha, il-Kummissjoni tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni fuq bażi kontinwa. Matul is-snin, ir-riżultati ta’ verifiki juru progress fir-rigward tal-kwalità tal-informazzjoni fil-bażi tad-dejta.

 

(c)

li jiġu ċċarati u infurzati aktar ir-regoli sabiex l-għajnuna diretta tal-UE ma titħallasx lil applikanti li la użaw l-art għall-agrikoltura u lanqas ma żammewha f’GAEC;

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 jistipola li mill-2010 l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji adatti biex ikun żgurat li ma jingħataw ebda pagamenti diretti lil persuna fiżika jew ġuridika:

(a)

li l-attivitajiet agrikoli tagħha jkunu jagħmlu parti insinifikanti mill-attivitajiet ekonomiċi ġenerali tagħha; jew

(b)

li l-objettivi prinċipali tan-negozju jew tal-kumpannija tagħha ma jikkonsistux fl-eżerċitar ta’ attività agrikola.

(c)

Il-kwistjoni tad-definizzjoni ta’ bidwi msemmija mill-Qorti se tiġi indirizzata fil-qafas tal-PAK ta’ wara l-2013, kif imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Il-PAK fid-dawl tas-sena 2020” tat-18 ta’ Novembru 2010.

Minħabba dan ir-rekwiżit tħalla għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri, il-Qorti tikkunsidra li r-riskju ta’ pagamenti lil applikanti li la użaw l-art għall-agrikoltura u lanqas ma żammewha f’GAEC għadu jeżisti.

2008 u 2009

(d)

li jiġu ffissati rekwiżiti minimi ta’ żamma annwali fil-livell tal-UE għall-bur biex dan tkun eliġibbli għall-għajnuna diretta tal-UE.

Ma sar l-ebda progress

(d)

Is-sistema attwali tipprovdi għal qafas legali komuni li fih l-Istati Membri huma responsabbli biex jiddefinixxu l-kriterji ta’ manutenzjoni taħt il-KAAT. Dan jippermetti li jiġu kkunsidrati d-diversità ta’ żoni agrikoli u tradizzjonijiet fl-UE.

 

Jinħtieġu aktar sforzi fil-qasam tal-iżvilupp rurali sabiex ir-regoli u l-kundizzjonijiet jiġu ssimplifikati aktar (il-paragrafu 3.74 tar-Rapport Annwali 2009 u 5.66 tar-Rapport Annwali 2008).

Is-simplifikazzjoni ngħatat attenzjoni sinifikanti fl-2010. Minbarra d-diskussjonijiet fil-kuntest iktar ġenerali tad-dibattitu dwar il-futur tal-PAK, seħħew l-azzjonijiet li ġejjin għat-tieni pilastru. Is-simplifikazzjoni ġiet diskussa f’sitt laqgħat minn tmienja tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali li seħħew fl-2010. Dawn id-diskussjonijiet kienu bbażati fuq il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u fuq id-dokumenti ta’ ħidma ppreparati mill-Kummissjoni. Suġġett prinċipali ta’ dawn id-diskussjonijiet kien jirrigwarda r-regoli tal-eliġibbiltà. Kwistjonijiet bħal dawn kienu qed jiġu kkunsidrati wkoll fil-grupp ta’ esperti dwar is-simplifikazzjoni. F’Settembru 2010, ġie organizzat seminar dwar “l-assigurazzjoni ta’ ġestjoni tajba tal-programmi għall-iżvilupp rurali 2007-2013”. Barra minn hekk, ġie varat studju dwar il-“burokrazija għall-benefiċjarji fit-tieni pilastru” bl-għan li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi assoċjati mal-iżvilupp rurali.

B’reazzjoni għal-lista ta’ 39 suġġeriment ta’ simplifikazzjoni, imressqa mill-Istati Membri waqt il-laqgħa tal-Kunsill ta’ April 2009, il-Kummissjoni wettqet l-attivitajiet li ġejjin marbuta mas-simplifikazzjoni:

L-ewwel, f’Ottubru 2010, il-Kummissjoni adottat proposta li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/20005 sabiex:

Tnaqqas in-numru ta’ rapporti ta’ Monitoraġġ Strateġiku tal-Iżvilupp Rurali minn 3 għal 2.

Tiffaċilita pariri mfassla apposta ta’ servizzi konsultattivi għall-azjendi agrikoli.

Tippermetti lill-Istati Membri li japplikaw verifiki ta’ segwitu għal ksur minuri u r-regola “de-minimis” biss abbażi ta’ kampjun ta’ riskju minflok ta’ verifiki sistematiċi 100 %.

Il-proposta hi attwalment pendenti quddiem il-PE u l-Kunsill.

It-tieninett, anki b’reazzjoni għal-lista ta’ 39 suġġeriment ta’ simplifikazzjoni, id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri ta’ kontroll u l-kundizzjonalità ġew iċċarati u ġew identifikati obbligi preċiżi fir-regoli ta’ implimentazzjoni, fil-kuntest ta’ tfassil mill-ġdid (Regolament (UE) Nru 65/2011).

Sforzi oħra ta’ simplifikazzjoni sinifikanti fil-qasam tal-iżvilupp rurali qegħdin filfatt jimmiraw il-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss, li jista' jiġi spjegat mill-fatt li hu diffiċli li jiġu introdotti bidliet kbar waqt li l-programmi jkunu għaddejjin.

Finalment, ladarba r-riżultati tal-istudju dwar il-piż amministrattiv fil-Pilastru II jsiru magħrufa, dawn jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex ikomplu jnaqqsu l-livell ta’ burokrazija żejda għall-benefiċjarji.

Fl-2010, saru sforzi konsiderevoli biex tiġi diskussa u analizzata s-simplifikazzjoni tar-regoli u l-kondizzjonijiet. Dan għandu jwassal għal input utli biex jiġi ssimplifikat l-iżvilupp rurali fil-perjodu ta’ programmar li jmiss. Madankollu, dan għadu ma wassalx għal azzjonijiet konkreti ta’ simplifikazzjoni fil-perjodu ta’ programmar attwali.

2008 u 2009

Jeħtieġ li jittieħdu miżuri effettivi, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati, sabiex jiġu evitati pagamenti dwar nefqiet ineliġibbli għal proġetti tas-sajd (il-paragrafu 3.76 tar-Rapport Annwali 2009 (2)).

Il-kontrolli tan-nefqa eliġibbli rikjesti taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd issaħħu meta mqabbla mal-kontrolli li twettqu taħt l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd preċedenti.

L-attività ta’ verifika ta’ DĠ MARE fl-2010 ma skoprietx ammont materjali ta’ nefqa ineliġibbli.

Il-Qorti se ssegwi l-arranġamenti ta’ kontroll riveduti fil-verifiki futuri tagħha.

Il-kontrolli interni fuq pagamenti għal programmi ta’ eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u programmi ta’ monitoraġġ maħruġa lill-Istati Membri jeħtieġu segregazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn is-Servizzi tal-Kummissjoni u l-iżvilupp ta’ proċeduri formali xierqa ta’ kontroll (il-paragrafu 3.76 tar-Rapport Annwali 2009).

Is-servizzi tal-Kummissjoni ċċaraw is-segregazzjoni tal-funzjonijiet u bdew proġett għas-simplifikazzjoni tal-bażi legali tal-programmi.

Diġà ġew introdotti kjarifiki u simplifikazzjonijiet fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/712/UE dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-programmi ta’ qirda. Fl-2012, il-Kummissjoni se tipproponi wkoll modifiki għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE li hi l-bażi legali għar-rimborż ta’ spejjeż eliġibbli taħt il-programmi ta’ qirda.

Il-Qorti se ssegwi l-arranġamenti ta’ kontroll riveduti fil-verifiki futuri tagħha.


(1)  Rakkomandazzjonijiet simili saru fil-paragrafu 5.65 tar-RA 2008.

(2)  Rakkomandazzjonijiet simili saru fil-paragrafu 5.67 tar-RA 2008.


IL-KAPITOLU 4

Il-Koeżjoni, l-Enerġija u t-Trasport

WERREJ

Introduzzjoni

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

L-objettivi tal-politika

L-istrumenti tal-politika

Ir-riskji għar-regolarità

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

L-effettività tas-sistemi

L-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Ir-rakkomandazzjonijiet

Segwitu ta’ rapporti speċjali preċedenti

Is-segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 1/2006 dwar il-kontribut tal-Fond Soċjali Ewropew biex jikkumbatti t-tluq kmieni mill-iskola

Is-segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 10/2006 dwar evalwazzjonijiet ex post tal-programmi tal-Objettivi 1 u 3 1994-1999 (Fondi Strutturali)

Is-segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 7/2009 dwar il-ġestjoni tal-fażi ta’ żvilupp u validazzjoni tal-Programm Galileo

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

4.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-Qorti tal-Koeżjoni, l-Enerġija u t-Trasport, li tinkludi l-oqsma tal-politika 04-L-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, 06-L-Enerġija u t-Trasport u 13-Il-Politika Reġjonali. Dan il-kapitolu jirrapporta wkoll dwar ir-risposta tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet fi tlieta mir-Rapporti Speċjali tal-Qorti. L-informazzjoni ewlenija dwar l-attivitajiet koperti u n-nefqa fl-2010 hija pprovduta fit- Tabella 4.1 .

 

It-Tabella 4.1 —   Il-Koeżjoni, L-Enerġija u t-Transport — Informazzjoni ewlenija 2010

(EUR miljun)

It-Titolu tal-Baġit

Il-qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Il-pagamenti

Il-mod tal-ġestjoni

4

L-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

In-nefqa amministrattiva

97

Ċentralizzat u dirett

Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE)

7 066

Maqsum

Ix-xogħol fl-Ewropa — Djalogu soċjali u mobbiltà

56

Ċentralizzat u dirett

Xogħol, solidarjetà soċjali u ugwaljanza bejn is-sessi

155

Ċentralizzat u dirett

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

104

Maqsum

L-Istrument ta’ Għajnuna għal qabel l-Adeżjoni (l-IPA, formalment l-ISPA)

3

Deċentralizzat

 

7 481

 

6

L-Enerġija u t-Trasport

In-nefqa amministrattiva

153

Ċentralizzat u dirett

It-transport intern, bl-ajru u bil-baħar

149

Ċentralizzat u dirett

In-Netwerks Trans-Ewropej (TENs)

858

Ċentralizzat u dirett

L-enerġija konvenzjonali u rinnovabbli

773

Ċentralizzat u dirett

L-enerġija nukleari

237

Ċentralizzat u dirett/Ċentralizzat u indirett/Maqsum

Ir-riċerka relatata mal-enerġija u t-trasport (Programmi ta’ Qafas)

226

Ċentralizzat u dirett

Is-sigurtà u l-protezzjoni tal-utenti tal-enerġija u t-trasport

3

Ċentralizzat u dirett

Il-programmi Ewropej ta’ navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)

460

Ċentralizzat u dirett

 

2 859

 

13

Il-Politika Reġjonali

In-nefqa amministrattiva

83

Ċentralizzat u dirett

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u operat reġjonali ieħor

22 091

Maqsum

Il-Fond ta’ Koeżjoni (CF)

7 957

Maqsum

L-Istrument ta’ Għajnuna għal qabel l-Adeżjoni (l-IPA, formalment l-ISPA)

479

Deċentralizzat

Il-Fond ta’ Solidarjetà

13

Indirett

 

30 623

 

In-nefqa amministrattiva totali (16)

333

 

In-nefqa operazzjonali totali

40 630

 

Li minnha:

pagamenti bil-quddiem

3 074

 

pagamenti interim/finali

37 556

 

Il-pagamenti totali għas-sena

40 963

 

Impenji totali għas-sena

55 223

 

Sors: Il-kontijiet annwali tal-2010 tal-Unjoni Ewropea.

4.2.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta’ Koeżjoni (CF) huma implimentati f'perjodi ta’ pprogrammar multiannwali. Fl-2010, il-pagamenti tal-FEŻR (EUR 22,1 biljun), tal-FSE (EUR 7,1 biljun) u tas-CF (EUR 8,0 biljun) ammontaw għal aktar minn 90 % tan-nefqa operazzjonali għall-grupp tal-politika fit-totalità tiegħu (1). Fl-2010, il-pagamenti tal-Enerġija u t-Trasport ammontaw għal EUR 2,9 biljun.

 

Karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

L-objettivi tal-politika

Il-politika tal-koeżjoni

4.3.

Il-politika tal-koeżjoni għandha l-għan li ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea billi tnaqqas id-differenza fil-livell tal-iżvilupp bejn ir-reġjuni differenti.

 

L-Enerġija u t-Trasport

4.4.

Il-politiki tal-enerġija u t-trasport għandhom il-għan li jagħtu liċ-ċittadini u lin-negozji Ewropej sistemi u servizzi ta’ enerġija u trasport siguri, sostenibbli u kompetittivi u li jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi li jikkontribwixxu għall-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-politiki.

 

L-istrumenti tal-politika

Il-politika reġjonali

4.5.

Il-politika reġjonali tirrappreżenta 75 % tal-infiq f'dan il-grupp tal-politika. L-infiq fil-politika reġjonali huwa prinċipalment kopert mill-FEŻR u mis-CF (li flimkien jammontaw għal 98 % tan-nefqa tal-politika reġjonali fl-2010). Il-FEŻR jiffinanzja xogħlijiet infrastrutturali, il-ħolqien jew iż-żamma tal-impjiegi, l-inizjattivi ta’ żvilupp ekonomiku reġjonali u jiffinanzja wkoll, prinċipalment permezz ta’ Strumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja (SIF), attivitajiet li jappoġġjaw lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Fl-Istati Membri fejn id-dħul gross nazzjonali per capita huwa taħt id-90 % tal-medja tal-UE, is-CF jiffinanzja l-investimenti fl-infrastruttura fl-oqsma tal-ambjent u t-trasport.

 

4.6.

L-istrumenti tal-politika reġjonali jinkludu wkoll miżuri ta’ koperazzjoni reġjonali u transkonfinali skont l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) u l-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE li jipprovdi appoġġ f'każijiet ta’ diżastri naturali li jseħħu fl-Istati Membri.

 

L-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

4.7.

L-impjiegi u l-affarijiet soċjali jirrappreżentaw 18 % tal-infiq f'dan il-grupp tal-politika. Il-maġġoranza kbira tan-nefqa għall-impjegi u l-affarijiet soċjali (94 % fl-2010) issir taħt l-FSE, li jiffinanzja investimenti fil-kapital uman permezz ta’ taħriġ u miżuri oħra relatati mal-impjiegi.

 

4.8.

Infiq ieħor f'dan il-qasam tal-politika jinkludi sussidji u għotjiet lil organizzazzjonijiet li jimplimentaw azzjonijiet fil-qasam soċjali u tal-impjiegi; il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, li jappoġġja l-ħaddiema tal-UE li m'għadx hemm bżonnhom minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija jew minħabba l-kriżi finanzjarja, u kontribuzzjoni lill-IPA.

 

Is-sorveljanza u l-kontroll lill-infiq tal-FEŻR, l-FSE u s-CF

4.9.

Il-FEŻR, l-FSE u s-CF huma rregolati minn regoli komuni u huma soġġetti għal ġestjoni maqsuma mill-Kummissjoni u l-Istati Membri.

 

4.10.

Il-Kummissjoni tapprova l-Programmi Operazzjonali multiannwali (OPs), flimkien mal-pjanijiet finanzjarji indikattivi li jinkludu l-kontribuzzjoni tal-UE, fuq il-bażi ta’ proposti mill-Istati Membri. Il-proġetti inklużi fl-OPs jiġu implimentati minn individwi privati, assoċjazzjonijiet, intrapriżi privati jew pubbliċi jew korpi pubbliċi lokali, reġjonali jew nazzjonali.

 

4.11.

L-Istati Membri jallokaw ir-responsabbiltà għall-amministrazzjoni ta’ kuljum lill-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni u lill-Korpi Intermedjarji (2). Din tinkludi l-għażla ta’ proġetti individwali, l-implimentazzjoni ta’ kontrolli għall-fini tal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbalji fin-nefqa ddikjarata u l-verifikazzjoni li l-proġetti verament jiġu implimentati (“il-kontrolli tal-ewwel livell”). L-Awtoritajiet li jiċċertifikaw jivverfikaw li “kontrolli tal-ewwel livell” huma imwettqa b'mod effettiv u fejn xieraq, iwettqu kontrolli addizzjonali qabel ma jippreżentaw dikjarazzjonijiet tan-nefqa lill-Kummissjoni.

 

4.12.

L-Awtoritajiet tal-Verifika fl-Istati Membri huma responsabbli mit-twettiq tal-verifiki tas-sistemi u tal-verifiki ta’ operazzjonijiet (jiġifieri proġetti jew grupp ta’ proġetti) biex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli dwar il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-programmi u dwar ir-regolarità tan-nefqa ċċertifikata għal kull OP. Huma jirrappurtaw dwar dawn il-verifiki lill-Kummissjoni permezz ta’ rapporti ta’ kontroll annwali u opinjonijiet annwali.

 

4.13.

Fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ pprogrammar, il-Kummissjoni tagħmel pagamenti ta’ prefinanzjament lill-Istati Membri. Il-finanzjament ta’ proġett ġeneralment isir fil-forma ta’ rimborż tal-ispejjeż ibbażat fuq id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa magħmula mill-promoturi tal-proġetti. Dawn id-dikjarazzjonijiet individwali jiġu aggregati għal kull assi prijoritarja tal-OP f'dikjarazzjonijiet tan-nefqa perjodiċi, iċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ppreżentati lill-Kummissjoni. Din in-nefqa hija imbagħad kofinanzjata mill-baġit tal-UE.

 

4.14.

Ir-regoli tal-eliġibbiltà huma stabbiliti fil-livell nazzjonali (jew xi drabi reġjonali), soġġetti għal eċċezzjonijiet fir-regolamenti speċifiċi ta’ kull Fond. L-Istati Membri jerfgħu r-responsabbiltà primarja biex jevitaw jew isibu u jikkoreġu n-nefqa irregolari, u jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar dan.

4.14.

L-istabbiliment ta’ regoli tal-eliġibbiltà fil-livell nazzjonali (Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006) kien wieħed mill-elementi ewlenin tas-simplifikazzjoni introdotti fil-perjodu tal-programm 2007-2013. Kellu l-għan li jipprovdi lill-Istati Membri iżjed flessibbiltà fl-adattament tar-regoli tal-eliġibbiltà għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ reġjuni jew programmi u sabiex jarmonizzahom mar-regoli fis-seħħ għal skemi pubbliċi nazzjonali oħra.

4.15.

Il-Kummissjoni għandha tikseb assigurazzjoni li l-Istati Membri jkunu stabbilixxew sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-regolamenti, u li s-sistemi jiffunzjonaw b'mod effettiv. Jekk il-Kummissjoni ssib li Stat Membru naqas milli jikkoreġi nefqa irregolari jew li hemm nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, hija tista' tinterrompi jew tissospendi l-pagamenti (3). Jekk l-Istat Membru ma jirtirax in-nefqa irregolari (li tista' tiġi sostitwita b'nefqa eliġibbli) jew ma jirrimedjax in-nuqqasijiet misjuba fis-sistema, il-Kummissjoni tista' tapplika korrezzjonijiet finanzjarji, li jista' jwassal għal tnaqqis nett tal-finanzjament tal-UE (4).

4.15.

Ir-rapporti tal-attività Annwali ta’ DĠ REGIO u DĠ EMPL jipprovdu evalwazzjonijiet dettaljati tal-assigurazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment u l-funzjonament sussegwenti tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għal kull programm kofinanzjat kif ukoll għall-ewwel darba fir-rapport għall-2010 evalwazzjoni globali tas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali

L-enerġija u t-trasport

4.16.

L-enerġija u t-trasport jirrappreżenta 7 % tal-infiq f'dan il-grupp tal-politika. Madwar 30 % tan-nefqa fl-enerġija u t-trasport hija għal proġetti kbar li jaqgħu taħt il-programm tan-Netwerks Trans-Ewropej (TEN). Il-kategorija ewlenija l-oħra tan-nefqa (27 %) hija għal proġetti relatati ma’ enerġiji konvenzjonali u rinnovabbli, l-aktar fil-forma ta’ sussidji u għotjiet skont il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR). 8 % oħra tan-nefqa hija għal proġetti ta’ riċerka ffinanzjati l-aktar minn programmi Qafas tar-Riċerka.

 

Il-ġestjoni u l-kontroll tal-infiq fl-enerġija u t-trasport

4.17.

Il-Kummissjoni timplimenta n-nefqa fl-Enerġija u t-Trasport taħt il-ġestjoni ċentralizzata diretta u indiretta (permezz ta’ żewġ Aġenziji Eżekuttivi u Impriża Konġunta (5)), iżda anke permezz ta’ ġestjoni konġunta (bħalma huma l-fondi għall-iżmantellar tas-siti nukleari).

 

4.18.

Ġeneralment il-Kummissjoni toħroġ sejħiet għal proposti għal proġetti. Il-pagamenti għall-proġetti approvati jsiru direttament mill-Kummissjoni lill-benefiċjarji, fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjonijiet dwar finanzjament mill-Kummissjoni. Normalment dawn ikunu l-awtoritajiet tal-Istati Membri iżda jistgħu jkunu wkoll kumpaniji pubbliċi jew privati. Il-pagamenti jsiru bin-nifs: pagament bil-quddiem (prefinanzjament) mal-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja jew tad-deċiżjoni dwar finanzjament, segwit b'pagamenti interim u finali li jirrimborżaw in-nefqa eliġibbli rrappurtata mill-benefiċjarji.

 

4.19.

L-elementi prinċipali tal-kontroll tan-nefqa min-naħa tal-Kummissjoni jinkludu l-evalwazzjoni tal-proposti fuq il-bażi ta’ kriterji speċifikati relatati mal-għażla u l-għoti ta’ kuntratti; l-għoti ta’ informazzjoni u gwida lill-benefiċjarji; il-monitoraġġ u l-verifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-proġetti fuq il-bażi ta’ rapporti dwar il-progress finanzjarju u tekniku ppreżentati mill-benefiċjarji (inkluża, meta jkun rikjest mill-ftehim ta’ finanzjament, il-preżentazzjoni ta’ rendikonti finanzjarji ċċertifikati minn awditur estern indipendenti); u verifiki ex post biex jinstabu u jiġu kkoreġuti żbalji li ma jistgħux ma jkunux ġew impediti minn kontrolli ikmen, u biex tingħata assigurazzjoni raġonevoli tar-regolarità tan-nefqa.

 

Ir-riskji għar-regolarità

Il-FEŻR, l-FSE u s-CF

4.20.

Għan-nefqa tal-Koeżjoni, ir-riskju ewlieni għar-regolarità huwa li l-benefiċjarji jiddikjaraw spejjeż ineliġibbli. Jekk dan ma jiġix identifikat mid-diversi livelli ta’ kontroll fl-Istat Membru, dan iwassal biex iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa mill-Istat Membru tkun inkorretta. Jekk ma tiġix ikkoreġuta mill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-perjodu ta’ pprogrammar, din tirriżulta f'pagament żejjed mill-baġit tal-UE lill-OP ikkonċernat.

4.20.

Peress li s-sistema ta’ ġestjoni u kontroll għandha karattru multiannwali, ħlas żejjed osservat f'talba għall-ħlas rimburżat mill-Kummissjoni jista' jkun għadu ma ġiex suġġett għall-katina sħiħa ta’ kontroll fil-livell nazzjonali u tal-UE fiż-żmien taċ-ċertifikazzjoni.

Il-Kummissjoni tiffoka r-rwol superviżorju tagħha fil-provvista ta’ gwida u taħriġ lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni dwar il-mod xieraq għat-twettiq tal-verifiki ta’ ġestjoni fl-osservazzjoni ta’ żbalji fil-livell benefiċjarju qabel iċ-ċertifikazzjoni u tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar biex twettaq awditjar l-iżjed programmi jew awtoritajiet riskjużi.

4.21.

Dawk involuti fl-implimentazzjoni tal-OPs u l-proġetti fil-livell nazzjonali jew reġjonali jistgħu jew ma jkunux konxji tar-regoli applikabbli jew ma jkunux żguri dwar l-interpretazzjoni korretta tagħhom. Riskji oħra jirriżultaw minħabba n-numru u d-diversità kbira tal-attivitajiet kofinanzjati u l-involviment ta’ msieħba multipli, ħafna drabi fuq skala żgħira, fl-implimentazzjoni tal-proġetti.

4.21.

Il-qafas regolatorju 2007-2013 jipprovdi li l-benefiċjarji jkunu infurmati dwar kundizzjonijiet speċifiċi għall-finanzjament u li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jkunu sodisfatti li l-benefiċjarji għandhom il-kapaċità li jissodisdaw dawn il-kundizzjonijiet (l-Artikolu 13 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006). Din il-kundizzjoni hi vverifikata permezz tax-xogħol ta’ awditjar regolari mwettaq mill-awdituri tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni organizzat ukoll taħriġ bilaterali u multilaterali, u b’mod partikolari seminars “ħarreġ lil min iħarreġ” biex tiżgura li l-Istati Membri kontinwament iħarrġu, jinfurmaw, javżaw u jiggwidaw lill-benefiċjarji u l-korpi ta’ implimentazzjoni. Dan it-taħriġ huwa meqjus bħala partikolarment utli fit-tnaqqis tar-riskji assoċjati ma’ imsieħba fuq skala żgħira, bħal NGOs li jaħdmu fil-livell reġjonali u lokali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nediet azzjonijiet fl-2011 bl-għan li jipprovdu informazzjoni u taħriġ speċifiċi, iffukati għall-Istati Membri, li għalihom il-programmi operazzjonali kienu suġġetti għal riżervi fir-rapporti tal-attività annwali fuq bażi rikorrenti.

L-enerġija u t-trasport

4.22.

Għan-nefqa fl-Enerġija u t-Trasport, ir-riskju ewlieni għar-regolarità huwa li l-benefiċjarji jistgħu jinkludu spejjeż ineliġibbli fir-rendikonti tal-ispejjeż tagħhom, spejjeż li ma jinstabux mill-kontrolli tal-Kummissjoni qabel ma jiġu rimborżati l-ispejjeż iddikjarati. Madankollu, għall-proġetti tat-TEN Trasport u t-TEN-Enerġija, dan ir-riskju jittaffa minħabba li ħafna drabi n-nefqa eliġibbli taqbeż il-limitu massimu ta’ kofinanzjament. Il-fondi tal-EEPR b'mod partikolari jistgħu jappoġġjaw proġetti kbar, kumplessi u transnazzjonali, u l-ħtieġa li dawn il-fondi jitħallsu malajr tista' tkun ta’ ħsara għall-applikazzjoni ta’ kontrolli adegwati.

 

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

4.23.

L-approċċ u l-metodoloġija ġenerali tal-verifika tal-Qorti huma deskritti fl- Anness 1.1, il-Parti 2 . Għall-verifika tal-Koeżjoni, l-Enerġija u t-Trasport, il-punti speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu nnutati:

il-verifika tal-Qorti kienet tinvolvi l-eżami ta’ kampjun ta’ 243 pagament interim u finali (6),

il-valutazzjoni tas-sistemi ffukat fuq l-Awtoritajiet tal-Verifika għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-13 fil-Koeżjoni, u

ir-reviżjoni tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni kopriet ir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ għall-Politika Reġjonali, id-DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, id-DĠ għall-Mobbiltà u t-Trasport, u d-DĠ għall-Enerġija.

 

IR-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

4.24.

Ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet huma miġbura fil-qosor fl- Anness 4.1 . L-ittestjar mill-Qorti tal-kampjun ta’ tranżazzjonijiet tagħha sab li 49 % mill-243 pagament ivverifikati ntlaqtu minn żbalji. Ir-rata ta’ żbalji l-aktar probabbli, stmata mill-Qorti, hija ta’ 7,7 % (7).

4.24.

Il-Kummissjoni tosserva li, għat-tieni sena konsekuttiva, il-livell ta’ żball jibqa’ sew taħt dak irrappurtat mill-Qorti fil-perjodu 2006-2008 (14). Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-iżvilupp pożittiv u promettenti jirrifletti d-dispożizzjonijiet ta’ kontroll rinfurzati tal-perjodu tal-ipprogammar 2007-2013 u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-2008 tagħha.

Dan ir-riżultat hu partikolarment importanti peress li kważi l-programmi operazzjonali kollha ddikjaraw nefqa mill-2010, u b'hekk irduppjaw iżjed mill-ammont tan-nefqa ddikjarata għall-koeżjoni u żiedu r-riskju inerenti tal-iżball permezz tan-numru kbir ta’ atturi li issa huma involuti. Il-Kummissjoni tosserva li mhux l-iżbalji kollha rrappurtati mill-Qorti se jkollhom impatt finanzjarju.

Il-Kummissjoni tosserva li l-maġġoranza kbira ta’ żbalji kbar kwantifikabbli b’impatt b’saħħtu identifikati mill-Qorti huma kkonċentrati f’seba’ programmi operazzjonali tal-FEŻR ta’ tliet Stati Membri, mis-16-il Stat Membru inklużi fil-kampjun tal-Qorti. Il-Kummissjoni qed tieħu miżuri biex tikkoreġi l-iżbalji osservati mill-Qorti u biex tiffoka l-azzjonijiet tagħha fuq l-iżjed programmi riskjużi.

4.25.

Il-Qorti tqis li kien hemm informazzjoni suffiċjenti disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri biex isibu u jikkoreġu tal-inqas uħud mill-iżbalji (qabel tiġi ċċertifikata n-nefqa lill-Kummissjoni) fi 58 % tat-tranżazzjonijiet milquta minn żbalji.

4.25.

Il-Kummissjoni qed issewgi b’mod strett dawn il-każijiet sabiex tiżgura li s-sistemi kkonċernati jevitaw aħjar l-iżbalji qabel iċ-ċertifikazzjoni fil-futur.

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni huma mitluba li jwettqu verifiki dokumentarji fuq it-talbiet kollha sottomessi mill-benefiċjarji, qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa. Madankollu, il-verifiki fuq il-post jistgħu jintervjenu wkoll fi stadju iżjed avvanzat tal-implimentazzjoni tal-proġett, wara ċ-ċertifikazzjoni u sal-għeluq, u dan jispjega għaliex parti mill-iżbalji fil-kampjun tal-Qorti ma setgħetx tiġi osservata (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 4.20). L-impatt tas-sistema ta’ kontroll fit-tnaqqis tar-rati tal-iżbalji normalment jinħass biss fis-snin sussegwenti, wara li jkunu ġew implimentati s-saffi kollha ta’ kontroll.

Wieħed minn ħames tranżazzjonijiet kienu milquta minn ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku

4.26.

Il-Qorti sabet żbalji ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-UE u dawk nazzjonali, relatati mal-akkwist pubbliku f'19 % mill-243 tranżazzjoni vverifikati. Nuqqasijiet serji ta’ konformità ma’ dawn ir-regoli kienu identifikati f'5 % tat-tranżazzjonijiet ivverifikati. Dawn huma ekwivalenti għal 24 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jammontaw għal 31 % bejn wieħed u ieħor tar-rata ta’ żbalji stmata għal dan il-grupp tal-politika (ara l-eżempju 4.1).

4.26.

Filwaqt li l-Kummissjoni u l-Qorti jwettqu awditjar tal-konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku bl-istess mod, il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet proporzjonali b’rata fissa u b’hekk tindirizza b’mod xieraq ir-riskju ta’ danni għall-baġit tal-UE (ara l-punt 11 tal-anness 1.1 fil-kapitolu 1).

Dawn ir-rati huma applikati mill-Kummissjoni u b’mod ġenerali mill-awtoritajiet nazzjonali meta jimponu korrezzjonijiet finanzjarji għal ksur ta’ regoli tal-akkwist pubbliku, inkluż meta jsegwu l-iżbalji rappurtati mill-Qorti.

L-Eżempju 4.1

Nuqqasijiet serji fir-rigward tar-regoli tal-akkwist pubbliku

(a)

L-għoti illegali ta’ kuntratt lill offerent bi prezz baxx b'mod anormali: Fil-każ ta’ proġett tal-FEŻR, il-Qorti sabet li ngħata kuntratt għall-bini ta’ mollijiet għall-vapuri lil offerent li kien offra prezz li kien baxx b'mod anormali. Skont il-liġi nazzjonali, kien imissu wassal għaċ-ċaħda tal-offerta billi l-fattibbiltà tagħha ma kinitx garantita bil-prezz propost. L-offerent bit-tieni prezz l-aktar baxx appella mid-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt f'qorti amministrattiva nazzjonali u rebaħ l-appell. Madankollu, minkejja din id-deċiżjoni mogħtija minn qorti nazzjonali, in-nefqa ġiet iċċertifikata lill-Kummissjoni wara li l-proġett tlesta fl-2009.

(b)

Qsim artifiċjali tax-xogħlijiet u s-servizzi f'diversi sejħiet għall-offerti: Fil-każ ta’ diversi proġett tal-FEŻR fl-istess OP, ingħataw kuntratti b'mod irregolari għal xogħlijiet u servizzi biex xmara ssir navigabbli u jkunu jistgħu jgħaddu minnha l-vapuri tal-kruċieri. L-awtorità kontraenti qassmet ix-xogħlijiet u s-servizzi b'tali mod li l-valuri tal-kuntratti niżlu taħt il-livelli massimi speċifikati fir-regoli tal-EU u dawk nazzjonali relatati mal-akkwist pubbliku, u b'hekk ġew evitati r-rekwiżiti normali tas-sejħiet għall-offerti. B'hekk, ħafna minn dawn il-kuntratti ngħataw lill-istess kuntrattur.

(c)

Nuqqas ta’ sejħiet għall-offerti għal xogħlijiet addizzjonali previsti fid-dokumentazzjoni inizjali tas-sejħa għall-offerti: Fil-każ ta’ proġett tal-FEŻR, ix-xogħlijiet relatati mar-rinnovazzjoni ta’ bini universitarju ngħataw direttament lil kuntrattur. Għalkemm dawn ix-xogħlijiet kienu ppjanati fit-termini ta’ referenza preliminari, l-awtorità kontraenti qisithom bħala xogħlijiet addizzjonali li ma setgħux ġew previsti meta ħarġet is-sejħa għall-offerti għall-kuntratt prinċipali.

 

4.27.

Barra minn hekk, il-Qorti sabet żbalji ta’ konformità oħra u mhux kwantifikabbli relatati mal-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti u tal-għoti tal-kuntratti f'14 % oħra tal-243 tranżazzjoni vverifikata. Dawn l-iżbalji jinkludu każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni u reklamar (bħal dewmien fil-pubblikazjoni tal-avviżi tal-għoti), nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti jew dgħufijiet proċedurali fl-evalwazzjoni tal-offerti. Huma jkopru wkoll każijiet ta’ traspożizzjoni inkorretta tad-Direttivi tal-UE fil-liġijiet nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku. Dawn l-iżbalji mhumiex inklużi fir-rata ta’ żbalji stmata (8).

4.27.

Il-Kummissjoni għandha ssegwi l-iżbalji kollha rappurtati mill-Qorti. Madankollu, għal uħud minn dawn l-iżbalji li huma formali, bħal pubblikazzjoni tard tal-avviżi tal-għoti, il-Kummissjoni ma timponix korrezzjonijiet finanzjarji.

Il-proġetti ineliġibbli jammontaw għal aktar minn terz tar-rata ta’ żbalji stmata

4.28.

Barra minn hekk, il-Qorti sabet li kien hemm proġetti li kienu kompletament ineliġibbli fi 3 % tal-243 tranżazzjoni vverifikata. Tali żbalji huma ekwivalenti għal 14 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jammontaw għal madwar 43 % tar-rata ta’ żbalji stmata għal dan il-grupp tal-politika (ara l-eżempju 4.2).

4.28.

Il-Qorti identifikat tipi differenti ta’ proġetti ineliġibbli taħt din il-kategorija. Dan juri li l-verifiki ta’ ġestjoni għandhom jittejbu kemm fil-kwalità u kif ukoll fil-kwantità mill-awtoritajiet tal-programm ikkonċernat sabiex josservaw dawn il-proġetti diġà mill-istadju tal-għażla tagħhom. Il-Kummissjoni għandha ssegwi dawn il-każijiet mal-awtoritajiet ta’ programm ikkonċernat.

L-Eżempju 4.2

Proġetti ineliġibbli

(a)

Proġetti mhux eliġibbli skont ir-regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà: Fil-każ ta’ proġett tal-FEŻR, in-nefqa għal proġett li kien ġie approvat u kkompletat taħt il-perjodu ta’ pprogrammar 2000-06 preċedenti kienet iċċertifikata lill-Kummissjoni taħt l-OP tal-2007-13. Dan ma kienx f'konformità mar-regoli nazzjonali tal-eliġibbiltà u għalhekk il-proġett kien ineliġibbli.

(b)

Proġett li jiġġenera dħul, li ma kienx eliġibbli skont ir-riżultat ta’ studju dwar il-fattibbiltà: Fil-każ ta’ proġett tal-FEŻR, l-istudju dwar il-fattibbiltà, li kien jagħmel parti mill-applikazzjoni għall-proġett, wera li l-proġett kien mistenni jiġġenera dħul li jaqbeż l-ispiża tal-proġett, u b'hekk il-proġett ma baqax eliġibbli għall-kofinanzjament mill-FEŻR.

(c)

Il-finanzjament ta’ proġett li għalih il-kundizzjonijiet tal-għajnuna statali għall-kofinanzjament pubbliku ma ġewx issodisfati: Fil-każ ta’ proġett tal-FEŻR, il-proġett kien jitwettaq anke mingħajr l-appoġġ tal-UE. Għalhekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti tal-UE fir-rigward tal-għajnuna Statali ma ġewx issodisfati.

 

Iktar min-nofs l-iżbalji kwantifikabbli kollha huma dovuti għad-dikjarazzjoni ta’ diversi spejjeż ineliġibbli

4.29.

Il-Qorti sabet diversi spejjeż ineliġibbli fi 12 % tat-tranżazzjonijiet ivverifikati. Tali żbalji huma ekwivalenti għal 59 % tal-iżbalji kwantifikabbli kollha u jammontaw għal madwar 23 % tar-rata ta’ żbalji smata għal dan il-grupp tal-politika (ara l-eżempju 4.3).

4.29.

Il-Kummissjoni għandha l-għan li tiżgura permezz ta’ taħriġ u gwida li l-awtoritajiet li jmexxu programmi huma konxji sew tar-regoli tal-eliġibbiltà, u li jgħaddu dan l-għarfien lill-korpi kollha inkarigati mill-ġestjoni tal-fondi. Il-Kummissjoni se tkompli l-azzjonijiet ta’ taħriġ tagħha u se tiffukahom fuq awtoritajiet ta’ programmi fejn ir-riskji jkunu ġew identifikati. Issir referenza għal azzjonijiet ikkwotati fit-tweġiba għall-paragrafi 4.20 u 4.21.

L-Eżempju 4.3

Dikjarazzjoni ta’ diversi spejjeż ineliġibbli

(a)

It-tagħmir użat (għodda għal bejjiegħa) 'il barra miż-żona eliġibbli: fi proġett tal-FEŻR id-dikjarazzjoni tan-nefqa inkludiet spejjeż relatati max-xiri ta’ tagħmir ġdid. Xi ftit mit-tagħmir kofinanzjat kien użat barra mill-pajjiż jew f'reġjun mhux konverġenti fl-Istat Membru kkonċernat. Dan mhux konformi mar-regoli ta’ eliġibbiltà għall-OP. Filwaqt li dan instab mill-IB, in-nefqa xorta waħda ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni.

(b)

Użu ta’ rata ta’ kofinanzjament inkorretta: fil-każ ta’ proġett tal-FSE dwar il-provvista ta’ korsijiet ta’ taħriġ lil ħaddiema li jaħdmu għal perjodu qasir, kumpanijia bbenefikat minn rata ta’ kofinanzjament ogħla applikabbli għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), għalkemm hija ma kinitx SME.

(c)

Spejjeż eċċessivi jitħallsu mill-proġett: fil-każ ta’ proġett tas-suq tax-xogħol tal-FSE implimentat bi sħubija ta’ bosta organizzazzjonijiet, l-imsieħba ddikjaraw spejjeż li kienu ferm iktar mill-ispejjeż attwali mġarrba.

(d)

Nuqqas ta’ evidenza ta’ sostenn għal spejjeż klejmjati: fil-każ ta’ proġett ta’ edukazzjoni u taħriġ tal-FSE, spejjeż kienu klejmjati fuq il-bażi ta’ riżultati miksuba għall-parteċipanti. Madankollu, għal bosta fajls tal-parteċipanti vverifikati ta’ parteċipanti, ma kienx hemm evidenza li ssostni r-riżultat klejmjat.

 

Dgħufijiet speċifiċi fl-istabbiliment ta’ strumenti tal-inġinerija finanzjarja

4.30.

L-Istrumenti ta’ Inġinerija Finanzjarja (SIF) jistgħu jintużaw biex jipprovdu għajnuna permezz ta’ investiment fl-ekwità, self jew garanziji (9). Il-fondi li jimplimentaw is-SIF jirċievu kontribuzzjoni mill-OP ladarba tiġi stabbilita l-istruttura legali tagħhom. Sussegwentement sostenn finanzjarju jista' jingħata lill-benefiċjarji finali u l-proġetti għall-attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-OP. Dawn is-SIF huma maħsuba li jkollhom natura rotatorja. Kwalunkwe riżorsi minn investimenti jew self magħmula, inkluż qligħ, għandhom jakkumulaw fil-fond matul l-eżistenza tiegħu u wara, dan irid jerġa jintuża għal finijiet simili.

4.30.

B’mod ġenerali, il-pagamenti għal fondi jsiru skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ finanzjament. Fin-noti ta’ gwida tagħha, il-Kummissjoni rrakomandat li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jipproċedu b’mod prudenti bil-pagament tal-kontribuzzjonijiet minn programmi operazzjonali għal fondi ta’ holding u strumenti ta’ inġinerija finanzjarja f’fażijiet u skont l-istrateġiija tal-investiment sottostanti u/jew il-pjan ta’ negozju (COCOF nota II 2008 Q&A tweġiba annessa mad-domanda 10; COCOF nota III 2011 – 2.4.5, 2.5.5, 2.5.6, 5.3.6).

4.31.

Ir-Regolament jispeċifika li s-SIF jistgħu jintużaw għal tliet skopijiet: bħala fondi ta’ appoġġ għall-SMEs (inkluż JEREMIE (Riżorsi Ewropej Konġunti għal Intrapriżi Mikro sa dawk Medji) (10)); għall-iżvilupp urban (inkluż JESSICA (Appoġġ Konġunt Ewropew għall-Investiment Sostenibbli fiż-Żoni tal-Ibliet) (11)) u għall-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija.

 

4.32.

Il-Kummissjoni m'għandhiex informazzjoni dettaljata dwar il-finanzjament tas-SIF. Skont l-istimi tagħha, ġew stabbiliti SIF b'dotazzjoni totali ta’ madwar EUR 8,1 biljun, li sa tmiem l-2010 kienu rċevew pagamenti ta’ EUR 5,2 biljun minn OPs tal-2007-13. Skont l-istimi tal-Kummissjoni dan jirrappreżenta madwar nofs il-pagamenti maħsuba minn OP għal fondi għall-perjodi attwali ta’ programmar.

4.32.

L-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 ma jirrikjedix li l-Istati Membri jipprovdu din id-dejta dettaljata dwar l-FEIs lill-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni kisbet informazzjoni dwar pagamenti magħmula lill-fondi li jimplimentaw l-FEIs mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni sal-aħħar tal-2010, fuq bażi volontarja, għall-istima tal-progress ta’ FEIs f’negozji ta’ appoġġ. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tipproponi li temenda r-regolament sabiex tinkludi rekwiżiti ta’ rappurtaġġ xieraq għall-kumplament tal-perjodu mill-2007-2013.

4.33.

Fl-2010 13 mill-203 pagamenti tal-FEŻR u tal-FSE fil-kampjun ivverifikat kienu għall-fondi li jimplimentaw SIF. Il-Qorti sabet żbalji ta’ konformità f'sebgħa minn dawn it-13-il tranżazzjoni. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn l-iżbalji kienu dovuti għan-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti regolatorji fir-rigward tal-kontribuzzjoni mill-OP lill-fond (ara l-eżempju 4.4).

 

L-Eżempju 4.4

Żbalji ta’ konformità fir-rigward ta’ strumenti tal-inġinerija finanzjarja

(a)

Dotazzjoni żejda ta’ fond ta’ garanzija ġestit minn korp finanzjarju reġjonali: Fil-każ ta’ proġett tal-FEŻR, il-Qorti sabet li diversi elementi rikjesti (bħalma huma l-istrateġija u l-ippjanar tal-investiment, id-deskrizzjoni ta’ politika ta’ rtirar u d-dispożizzjonijiet dwar l-istralċ) ma kinux stabbiliti meta ġie ffirmat il-ftehim ta’ finanzjament mill-gvern reġjonali u mill-aġenzija reġjonali li timplimenta l-fond. Wara l-iffirmar ta’ dan il-ftehim ta’ finanzjament, fl-aħħar ġimgħa ta’ Diċembru 2009, id-dotazzjoni tal-fond żdiedet minn EUR 17-il miljun għal EUR 233 miljun (li jikkorrispondu għal 14 % tal-baġit totali tal-OP għall-perjodu ta’ pprogrammar kollu). Kien biss f'Ġunju 2010 li ġie mħejji u approvat pjan tan-negozju, għalkemm dan kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet irrealistiċi. Parti sinifikanti mill-finanzjament tal-OP impenjata mill-Awtorità ta’ Ġestjoni fl-2007 ma kinitx intefqet fl-aħħar tal-2009. Iż-żieda fl-ammont allokat għall-fond ta’ garanzija ppermettiet li tiġi evitata r-regola n+2 li kienet fis-seħħ dak iż-żmien u li skontha l-fondi mhux użati kellhom jiġu diżimpenjati wara sentejn. Sa nofs l-2011, EUR 1,5 miljun minn dotazzjoni totali ta’ EUR 233 miljun kien imwiegħed ma’ dan il-fond.

(b)

Dewmien biex jiġi stabbilit fond ta’ investiment JEREMIE ġestit mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI): għal dan il-proġett tal-FEŻR, kien ġie stabbilit fond ta’ investiment JEREMIE permezz ta’ struttura kumplessa li kienet tinvolvi tliet OPs u erba' Ministeri differenti li kkontribwixxew għal Strument bi Skop Speċjali (SSS) li kellu jiġi ġestit mill-FEI. Wara l-iffirmar tal-ftehimiet dwar il-finanzjament inizjali mal-FEI f'Ottubru 2009, l-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni kkonċernati ddikjaraw in-nefqa li ġiet iċċertifikata lill-Kummissjoni f'Diċembru 2009. Din in-nefqa kienet relatata mal-kontribuzzjoni fil-fond ta’ investiment minn tnejn mit-tliet OPs f'kont tranżizzjonali ġestit mill-FEI. Madankollu, kienu għadhom għaddejjin negozjati dwar l-SSS ma wieħed mill-Ministeri li kien inkarigat mill-ġestjoni tat-tielet OP. Għalhekk, il-ftehim finali dwar il-fond ta’ investiment bejn il-FEI u l-SSS kien iffirmat biss fl-aħħar ta’ Diċembru 2010. B'konsegwenza ta’ dan, l-istruttura stabbilita biex jiġi implimentat is-SIF ma kinitx operattiva matul l-2010 u t-trasferiment tal-fondi mill-kont tranżizzjonali għall-SSS sar biss fl-2011.

(c)

Dispożizzjoni irregolari dwar l-istralċ: Fil-każ ta’ proġett tal-FEŻR, il-ftehim iffirmat mill-ministeru nazzjonali u mill-aġenzija reġjonali li timplimenta l-fond JEREMIE kienet tispeċifika li, fil-każ ta’ stralċ tal-fond, il-kapital li jifdal ikun għad-dispożizzjoni tal-gvern reġjonali u għandu jiġi ttrasferit lit-teżor reġjonali. Din id-dispożizzjoni tikkostitwixi ksur tar-rekwiżit regolatorju li r-riżorsi li jintraddu lura jistgħu jintużaw biss għall-benefiċċju tal-intrapiżi żgħar u ta’ daqs medju.

 

4.34.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-OPs f'fondi li jimplimentaw is-SIF għall-perjodu kollu ġeneralment isiru permezz ta’ pagament wieħed malli tiġi stabbilita l-istruttura legali tal-fond ta’ investiment. Arranġamenti alternattivi ta’ ffinanzjar jistgħu jiġu speċifikati fil-ftehimiet ta’ finanzjar. Skont ir-regolament dawn il-pagamenti huma ċċertifikati lill-Kummissjoni bħala nefqa mġarrba.

4.34.

Għall-kontijiet finali tal-2010, abbażi tal-informazzjoni provduta mill-Istati Membri, il-Kummissjoni kklassifikat mill-ġdid parti mill-ammonti rimborżati lill-Istati Membri għal FEIs bħala nefqa mħallsa bil-quddiem (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-kapitolu 1, paragrafi 1.33 sa 1.36).

4.35.

Il-verifiki ex post ta’ tali pagamenti min-naħa tal-Awtoritajiet tal-Verifika ġeneralment ikunu relatati mas-sena finanzjarja li fiha jkun sar il-pagament. Sal-aħħar tal-2010 dawn il-kontrolli kellhom ambitu limitat biss peress li, fl-aħjar każ, ftit operazzjonijiet biss kienu ntgħażlu biex jingħataw appoġġ u ngħataw biss ammonti limitati lill-benefiċjarji finali u lill-proġetti.

4.35.

Fl-istrateġija ta’ awditjar konġunt tagħhom, DĠ REGIO u DĠ EMPL ippjanaw awditjar tematiku fuq il-FEIs. Kif speċifikat fl-abbozz tal-manwal tal-awditjar tal-Kummissjoni li ġie maqsum mal-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri, dawn il-verifiki tematiċi għandhom ikopru kemm il-kostituzzjoni tal-fond u kif ukoll l-implimentazzjoni attwali tal-proġetti FEI.

4.36.

Sakemm ma jkunux previsti verifikazzjonijiet speċifiċi, l-implimentazzjoni reali tal-operazzjonijiet tas-SIF għalhekk x'aktarx ma tiġix iċċekkjata mill-Awtoritajiet tal-Verifika qabel ma jagħlaq il-perjodu ta’ pprogrammar 2007-13 fl-2015.

4.36.

L-awtoritajiet tal-awditjar u l-Kummissjoni jistgħu jwettqu verifiki tematiċi, pereżempju fuq l-FEIs. Kif imsemmi fit-tweġiba tagħha għall-paragrafu 4.35, il-Kummissjoni proponiet approċċ ta’ awditjar għal awtoritajiet tal-awditjar li jinkludi l-ittestjar tal-implimentazzjoni tal-FEIs permezz tal-awditjar ta’ kampjun ta’ proġetti mwettqa.

L-EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

4.37.

Għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-13, l-Awtoritajiet tal-Verifika fl-Istati Membri għandhom rwol ewlieni li jiżguraw ir-regolarità tan-nefqa fil-Koeżjoni, peress li huma responsabbli biex jikkonfermaw il-funzjonament effettiv tas-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll u biex jippreżentaw rapporti ta’ kontroll annwali u opinjonijiet tal-verifika lill-Kummissjoni (il-paragrafu 4.12). Fil-perjodu attwali Stati membri waqqfu 112-il Awtorità ta’ Verifika għal FEŻR, CF u FSE (12).

 

Ix-xogħol tal-biċċa l-kbira tal-Awtoritajiet tal-Verifika eżaminati huwa meqjus parzjalment effettiv

4.38.

Il-Qorti eżaminat kampjun ta’ tmien Awtoritajiet tal-Verifika (u kwalunkwe korp tal-verifika ddelegat) f'sitt Stati Membri. Għal kull waħda minnhom il-Qorti rrevediet:

l-arranġamenti organizzattivi u l-metodoloġija tal-verifika tagħhom,

id-dokumenti ta’ ħidma tagħhom sa massimu ta’ erba' verifiki tas-sistemi,

id-dokumenti ta’ ħidma tagħhom ta’ kampjun ta’ massimu ta’ 30 verifika tal-operazzjonijiet, inkluż it-twettiq mill-ġdid ta’ mill-inqas tmienja minn dak it-30 verifika, u

ir-rapporti ta’ kontroll annwali u l-opinjonijiet tal-verifika tagħhom għall-2010, flimkien mad-dokumenti ta’ ħidma relatati.

 

4.39.

Ir-riżultati tal-eżami tal-Qorti u tar-rekwiżiti ewlenin ittestjati huma miġbura fil-qosor fl- Anness 4.2. Il-Qorti sabet li sebgħa mill-Awtoritajiet tal-Verifika magħżula kienu tal-inqas [parzjalment effettivi] fl-iżgurar tar-regolarità tal-pagamenti.

4.39.

Il-Kummissjoni tikkunsidra s-sejbiet tal-Qorti għall-valutazzjoni tagħha tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar, bl-għan li tinkoraġġixxi t-titjib fejn dan ikun għadu meħtieġ u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet għal awditjar uniku fis-snin li ġejjin skont l-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006.

4.40.

Il-verifika enfasizzat diversi dgħufijiet:

4.40.

dewmien fit-twettiq tal-verifiki tas-sistemi u l-proġetti,

Il-Kummissjoni osservat fir-reviżjoni tagħha tal-awtoritajiet tal-awditjar li d-dewmien fix-xogħol ta’ awditjar kien f’xi każijiet konness ma’ dewmien fl-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet fuq l-art.

listi ta’ kontroll li ma kinux ikopru biżżejjed ir-riskji kollha għar-regolarità tan-nefqa, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli tal-akkwist pubbliku u l-għajnuna Statali, is-SIF u r-rekwiżiti tar-reklamar. Kontra s-sistemi ta’ verifika, m'hemmx gwida speċifika mill-Kummissjoni dwar l-ambitu tal-verifikazzjonijiet u l-firxa tal-kontrolli li għandhom isiru għall-verifika tal-proġetti,

Il-Kummissjoni identifikat ukoll b’konsegwenza tar-reviżjoni estensiva tagħha tal-awtoritajiet tal-awditjar u waqt l-awditjar tas-sistemi l-ħtieġa li jiġu rinfurzati, f'xi każijiet u fuq kwistjonijiet partikolari, il-listi ta’ kontroll eżistenti użati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar għall-awditjar tal-operazzjonijiet. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni issa qasmet il-lista ta’ kontroll tagħha għal verifiki fuq l-operazzjonijiet, li tikkunsidra l-listi ta’ kontroll stabbiliti mill-Qorti, mal-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri.

Barra minn hekk, sa mill-bidu tal-perjodu tal-ipprogrammar, il-Kummissjoni pprovdiet gwida dettaljata u teknika, offriet taħriġ u mexxiet laqgħat tekniċi mal-awdituri tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar. Barra minn hekk, il-gwida dwar l-ambitu u l-limitu tal-verifiki fuq l-operazzjonijiet li ngħatat taħt il-perjodu tal-ipprogrammar 2000-2006 għadha valida peress li dawn il-verifiki ma jvarjawx b’mod sinifikanti bejn iż-żewġ perjodi tal-ipprogrammar.

l-użu ta’ metodoloġija tal-kampjunar li ma kinitx f'konformità mal-gwida dwar il-kampjunar għall-proġetti miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jew l-applikazzjoni inkorretta tal-metodoloġija miftiehma għall-kampjunar, u

Il-Kummissjoni tissottolinja li n-nota ta’ gwida teknika tagħha fuq it-teħid ta’ kampjuni sservi bħala rakkomandazzjoni għal awtoritajiet tal-awditjar. Fiha metodi illustrattivi, li la huma legalment vinkolanti u lanqas limitattivi fir-rigward tal-għażla għall-awtoritajiet tal-awditjar ta’ metodi statistiċi alternattivament aċċettabbli li jkunu validi bl-istess mod.

għall-Awtoritajiet tal-Verifika kollha, permezz tat-twettiq mill-ġdid ta’ verifiki ta’ proġetti mill-Qorti ġew identifikati sejbiet li ma kinux ġew irrapportati mill-Awtorità tal-Verifika. Għal sitt Awtoritajiet tal-Verifika dan irriżulta f'rata ta’ żbalji ġenerali ogħla minn dik irrapportata mill-Awtoritajiet tal-Verifika fir-rapport ta’ kontroll annwali.

Il-Kummissjoni tosserva li r-riżultat tal-kalkolu mill-ġdid magħmul mill-Qorti huwa f’xi każijiet influwenzat b’qawwa mill-kwantifikazzjoni tal-iżbalji dwar l-akkwist pubbliku (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 4.26).

4.41.

Ir-rapporti ta’ kontroll annwali u l-opinjonijiet tal-verifika huma bbażati fuq is-sejbiet tal-verifiki tal-Awtoritajiet tal-Verifika ta’ operazzjonijiet marbuta man-nefqa ċċertifikata lill-Kummissjoni fis-sena ta’ qabel u verifiki ta’ sistemi kompluti sal-aħħar ta’ Ġunju tas-sena finanzjarja tal-UE soġġetta għall-verifika tal-Qorti. Barra minn hekk, il-Qorti tqis li l-approċċi tal-verifika tal-Awtoritajiet tal-Verifika jvarjaw tant (anke fl-istess Stat Membru) li r-riżultati tagħhom ma jistgħux jiġu aggregati biex tinkiseb opinjoni ġenerali skont il-Fond fil-livell nazzjonali jew f'dak tal-UE.

4.41.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 jipprovdi għal perjodu ta’ sitt xhur bejn l-aħħar tal-perjodu ta’ awditjar (Ġunju) u l-istabbiliment tar-rapport tal-kontroll annwali u l-opinjoni (Diċembru). Fil-gwida tagħha dwar ir-rapporti ta’ kontroll annwali, il-Kummissjoni, wara li kkunsidrat l-istandards internazzjonali tal-awditjar, stiednet lill-awtoritajiet tal-awditjar biex jirrappurtaw dwar avvenimenti ta’ awditjar sussegwenti li jistgħu jseħħu waqt dan il-perjodu (Lulju sa Diċembru).

Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li wara li jiġi kkunsidrat in-numru ta’ awtoritajiet tal-awditjar fis-27 Stat Membru għall-programmi kollha ta’ koeżjoni (ara l-paragrafu 4.37), l-approċċi ta’ awditjar jistgħu jvarjaw biex jippermettulhom jadattaw għall-ispeċifiċitajiet tad-diversi programmi operazzjonali u s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll. Id-dispożizzjonijiet regolatorji li jistabbilixxu l-obbligi għal ħidma ta’ awditjar huma intiżi li joħolqu sitwazzjoni fejn awtorità tal-awditjar tkun f’pożizzjoni li tipprovdi opinjoni annwali tal-awditjar minn programm jew sistema lill-Kummissjoni, ibbażata fuq awditjar ta’ sistemi u fuq ir-riżultati ta’ awditjar imfassla fuq kampjun statistiku tal-operazzjonijiet. Id-diretturi ġenerali inkarigati mid-DĠ EMPL u REGIO mbagħad jiżvelaw fir-rapporti tal-attività annwali tagħhom l-informazzjoni dwar l-awditjar u l-ġestjoni, inkluż dak irrappurtat mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar, f’livelli xierqa ta’ aggregazzjoni għall-finijiet tal-assigurazzjoni annwali tal-Kummissjoni.

Fir-rapporti tal-attività annwali tagħhom tal-2010, DĠ EMPL u DĠ REGIO ddeċidew li jiżvelaw ir-rati tal-iżbalji kkomunikati għall-ewwel sena mill-Istati Membri b’rabta man-nefqa tal-2009 (li huma konsistenti mar-riżultati DAS tal-2009), kif ukoll l-opinjonijiet ta’ awditjar ipprovduti mill-programm.

L-eżami tal-Awtoritajiet tal-Verifika mwettaq mill-Kummissjoni kien ġeneralment sodisfaċenti

4.42.

Il-Kummissjoni wettqet eżamijiet ta’ 17-il Awtorità tal-Verifika (għad-DĠ għall-Politika Reġjonali) u 36 Awtorità tal-Verifika (għad-DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni). Il-biċċa l-kbira tal-Awtoritajiet tal-Verifika esperjenzaw dewmien biex jimplimentaw l-istrateġija tal-verifika tagħhom tal-2010 u b'hekk il-Kummissjoni, f'ħames każijiet oħra ma setgħetx tiffinalizza l-eżami tagħha kif ippjanat.

4.42.

Għall-eżaminazzjoni tiegħu tal-awtoritajiet tal-awditjar, DĠ REGIO wettaq 97 missjoni ta’ awditjar fi 13-il Stat Membru. Din l-eżaminazzjoni qed titkompla fl-2011.

Minbarra l-eżaminazzjonijiet tas-36 awtorità tal-awditjar msemmija mill-Qorti, uħud mill-awditi tas-sistema tad-DĠ EMPL koprew ukoll aspetti marbuta mal-awtoritajiet tal-awditjar.

4.43.

Il-verifiki tal-Kummissjoni sabu dgħufijiet simili għal dawk osservati mill-Qorti fl-eżami tagħha tal-Awtoritajiet tal-Verifika, u l-Kummissjoni ħadet azzjoni korrettiva fejn xieraq. Fuq il-bażi tax-xogħol tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-opinjonijiet tal-verifika tal-Awtoritajiet tal-Verifika huma ġeneralment affidabbli.

4.43.

Fir-Rapport tal-Attività Annwali tiegħu tal-2010, DĠ REGIO wasal għall-konklużjonijiet preliminari mill-attivitajiet ta’ awditjar tiegħu li, waqt li xi titjib kien għadu pendenti għal uħud mill-awtoritajiet tal-awditjar, seta’ b’mod sħiħ jew fil-biċċa l-kbira joqgħod fuq l-opinjoni ta’ awditjar tagħhom għal 14-il awtorità tal-awditjar. Għal 3 awtoritajiet tal-awditjar oħra, hemm bżonn ta’ titjib sostanzjali għal DĠ REGIO sabiex ikun jista’ joqgħod fuq l-opinjoni tagħhom.

Is-sistemi superviżorji ta’ DĠ EMPL ipprevedew kombinazzjoni ta’ verifiki ta’ sistema għal programmi operazzjonali b’riskju għoli f’kombinazzjoni b’reviżjoni ta’ numru ta’ awtoritajiet tal-awditjar. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, ir-riżultati kienu pożittivi. Madankollu, dawn l-awditi wasslu wkoll għal numru ta’ interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti.

4.44.

Il-Qorti rrevediet id-dokumenti ta’ ħidma u d-dokumentazzjoni addizzjonali ta’ sostenn għal 35 minn dawn it-53 verifika tal-Awtoritajiet tal-Verifika mwettqa mill-Kummissjoni. Għalkemm id-DĠ għall-Politika Reġjonali u d-DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni żviluppaw pjan ta’ verifika komuni biex iwettqu l-eżami tagħhom tal-Awtoritajiet tal-Verifika, ġew innutati differenzi fl-approċċ. Minkejja dawn id-differenzi, il-Qorti tqis li b'mod ġenerali l-Kummissjoni waslet għal konklużjonijiet xierqa mill-eżami tagħha.

4.44.

Il-Kummissjoni se tkompli r-reviżjoni tagħha ta’ awtoritajiet tal-awditjar u fejn jiġu identifikati nuqqasijiet, se tlesti dan l-approċċ billi twettaq verifiki speċifiċi ffukati fuq l-oqsma u l-programmi l-iżjed riskjużi.

L-AFFIDABBILTÀ TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-ĠESTJONI TAL-KUMMISSJONI

4.45.

Il-Qorti vvalutat ir-Rapporti Annwali tal-Attività tal-2010 u d- dikjarazzjonijiet li jakkumpanjawhom għad-Direttorati Ġenerali għall-Politika Reġjonali, id-DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, id-DĠ għall-Mobbiltà u t-Trasport, u d-DĠ għall-Enerġija.

 

4.46.

Jingħata sommarju tar-riżultati tar-reviżjoni tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl- Anness 4.3 .

4.46.

Il-Kummissjoni tqis li r-Rapport tal-Attività Annwali tad-DĠ REGIO jimmeritah iżomm ukoll il-klassifikazzjoni “A” mogħtija mill-Qorti fl-2009. Fil-fatt, l-AAR tad-DĠ REGIO mhux biss żamm l-istess livell ta’ trasparenza u kwalità tal-informazzjoni żvelata fl-2009, iżda wkoll tejjeb ċerti aspetti (żvelar ta’ ammonti f’riskju kull OP)

Il-Kummissjoni tosserva li l-Qorti ssodisfat ruħha waqt l-awditjar tagħha li l-ambitu tar-riżervi espressi mid-Direttur ġenerali għal DĠ REGIO (għax dan hu wkoll il-każ għal DĠ EMPL) huwa proporzjonali mal-problemi li nstabu fil-programmi sottostanti. Il-Kummissjoni tqis li l-kwantifikazzjoni tar-riżervi fir-rapporti tal-attività Annwali tad-Diretturi Ġenerali ma tistax titqabbel mar-rata annwali tal-iżball stmat tal-Qorti. L-istima tar-riskju tar-rapporti tal-attività Annwali hija eqreb lejn l-istima tal-korrezzjonijiet finanzjarji potenzjali għall-pagamenti fis-sena ta’ referenza tar-rapporti tal-attività Annwali, b'riżultat tar-riżervi espressi mid-Direttorat Ġenerali konċernat u sakemm il-proċeduri kontradittorji kollha jitwettqu mill-Kummissjoni. Dan l-ammont ta’ riskju stmat hu bbażat fuq valutazzjoni tal-impatt finanzjarju għall-programmi operazzjonali taħt riżervi abbażi tal-analiżi proprja tad-Diretturi Ġenerali li tinkludi, fost aspetti oħra, ix-xogħol tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar (prinċipju ta’ awditjar uniku). Bħal fir-rapporti tal-attività annwali preċedenti, din il-kwantifikazzjoni tar-riskju tiddependi fuq il-valutazzjoni tal-impatt finanzjarju ta’ riżervi espressi abbażi tar-riskju imputat għal kull programm operazzjonali, filwaqt li tiġi kkunsidrata s-sigurtà ta’ 5 % provduta fir-Regolamenti (KE) Nru 1260/99 (għall-2000-2006) u (KE) Nru 1083/2006 (għall-2007-2013). Ir-regolamenti jistabbilixxu l-limitu massimu għal pagamenti interim tul il-kors tal-perjodu tal-ipprogrammar ta’ 95 % tal-ammont li għandu jiġi ffinanzjat taħt programmi operazzjonali. Il-5 % li jifdal tal-pagamenti tal-Kummissjoni huma għaldaqstant suġġetti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-għeluq, li b’mod ċar tillimita r-riskju finanzjarju tan-nuqqas ta’ rkupru.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

4.47.

Fuq il-bażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti interim u finali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 għall-grupp tal-politika tal-Koeżjoni, l-Enerġija u t-Trasport kienu milquta [minn żbalji materjali].

 

4.48.

Il-Qorti tikkonkludi wkoll li l-Awtoritajiet tal-Verifika bħala ħaġa sħiħa kienu parzjalment effettivi fl-iżgurar tar-regolarità tal-pagamenti.

 

Ir-rakkomandazzjonijiet

4.49.

Ir-riżultat tar-reviżjoni li għamlet il-Qorti fir-rigward tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapporti annwali preċedenti tagħha (l-2008 sal-2009) huma miġbura fl- Anness 4.4 . Il-punti li ġejjin għandhom jiġu nnutati:

4.49.

minn meta adottat il-Pjan ta’ Azzjoni tagħha fi Frar 2008, il-Kummissjoni saħħet is-superviżjoni tagħha tas-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-13, b'mod partikolari permezz tal-monitoraġġ tagħha tax-xogħol tal-Awtoritajiet tal-Verifika u permezz taż-żieda fl-użu tal-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet tal-pagamenti, u

Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni u l-konsegwenza tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2008 tagħha.

Il-Kummissjoni eżerċitat ir-rwol superviżorju tagħha fl-2010 billi interrompiet 63 (49 FEŻR u 14 FSE) limitu taż-żmien għall-pagamenti u billi adottat deċiżjoni ta’ sospensjoni għal programmi operazzjonali 2007-2013 u ħames deċiżjonijiet ta’ sospensjoni (FSE) fuq il-programmi operazzjonali 2000-2006 fejn kienu ġew osservati defiċjenzi jew irregolaritajiet serji. Dawn il-miżuri jibqgħu miżmuma sakemm jiddaħħlu fis-seħħ l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni qed issegwi din il-politika stretta fl-2011, b’54 interruzzjoni ta’ limiti taż-żmien tal-pagamenti deċiżi (40 għal FEŻR u 14 għal FSE) sat-30 ta’ Ġunju 2011.

il-Kummissjoni kompliet l-isforzi tagħha biex tipprovdi gwida lill-awtoritajiet nazzjonali li jimplimentaw l-OPs u biex jiġu ssimplifikati r-regoli tal-eliġibbiltà għall-Fondi Strutturali.

 

4.50.

Fuq il-bażi ta’ din ir-reviżjoni u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2010, il-Qorti tirrakkomanda lill-Kummissjoni:

4.50.

Ir-Rakkomandazzjoni 1: tkompli bil-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà għall-finanzjament mill-UE, inkluża b'mod partikolari l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-UE u dawk nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku (2009);

Il-Kummissjoni tibqa’ timmonitorja l-konformità mar-regoli tal-eliġibbiltà permezz tal-attività tal-awditjar regolari tagħha u s-segwitu tal-verifiki kollha nazzjonali u tal-UE. Informazzjoni xierqa tiġi rrappurtata fir-rapporti tal-attività annwali tad-Diretturi Ġenerali tad-DĠ REGIO u EMPL. Fejn hu meħtieġ, il-Kummissjoni se tkompli tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa.

Safejn l-akkwist pubbliku hu kkonċernat, l-implimentazzjoni korretta tad-direttivi tal-UE hi kontinwament immonitorjata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni qasmet mal-Istati Membri analiżi tat-tipi ta’ żbalji osservati fil-Koeżjoni mill-verifiki tal-UE fis-snin preċedenti u nediet eżerċizzju biex jinġabru l-aħjar prattiki u tweġibiet possibbli mill-Istati Membri biex jirrimedjaw dawn l-iżbalji u jnaqqsu l-okkorrenza tagħhom.

Ir-Rakkomandazzjoni 2: tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex japplikaw b'mod rigoruż il-mekkaniżmi korrettivi qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni (2008-2009). Kull meta jiġu identifikati nuqqasijiet sinifikanti fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll mill-korpi nazzjonali u dawk tal-UE, il-Kummissjoni għandha tibqa' tinterrompi jew tissospendi l-pagamenti lill-OP sakemm tittieħed azzjoni korrettiva mill-Istat Membru;

Il-Kummissjoni diġà impenjat ruħha, taħt ir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tagħha, li twettaq awditjar speċifiku bbażat fuq ir-riskju fuq il-mekkaniżmu korrettiv fl-Istati Membri u li tkompli tinterrompi fil-ħin jew tissospendi l-pagamenti, fejn ikun meħtieġ. Din il-politika stretta hi riflessa fir-rapporti tal-attività annwali tal-2010 tad-Diretturi ġenerali tad-DĠ EMPL u REGIO. Il-bidla prevista f'sistema ta’ approvazzjoni annwali tal-kontijiet għall-perjodu tal-ipprogrammar ta’ wara l-2013 hi intiża biex tkompli ttejjeb l-assigurazzjoni għal Fondi Strutturali. Il-Kummissjoni tirreferi wkoll għat-tweġibiet tagħha għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-rapporti Annwali tagħha għall-2008 u l-2009.

Ir-Rakkomandazzjoni 3: fuq il-bażi tal-esperjenza tagħha miksuba matul l-ewwel snin tal-perjodu tal-ipprogrammar 2007-13, twettaq valutazzjoni tal-użu ta’ regoli nazzjonali ta’ eliġibbiltà biex jiġu identifikati oqsma possibbli għal aktar simplifikazzjoni u biex jiġu eliminati sorsi potenzjali ta’ żbalji għall-perjodu wara l-2013;

Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjoni sakemm tiġi mmirata lejn dawk l-Istati Membri li jesperjenzaw problemi rikorrenti fl-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali tagħhom.

Ir-Rakkomandazzjoni 4: tipproponi emenda għar-regolamenti tal-Fondi Strutturali għall-perjodu attwali tal-ipprogrammar, biex titlob lill-Istati Membri biex jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni finanzjarja tas-SIF. L-implimentazzjoni tal-fondi għandha wkoll tiġi ċċekkjata mill-Kummissjoni fuq bażi regolari;

Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjoni u għandha l-intenzjoni li tipproponi li r-rappurtaġġ dwar l-użu ta’ FEI fl-Istati Membri jsir obbligatorju. L-awditjar tal-implimentazzjoni ta’ FEIs issir permezz ta’ awditjar tematiku kif stabbilit fl-istrateġija ta’ awditjar konġunt għall-Fondi Strutturali.

Rapport annwali mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni finanzjara tal-FEIs jista’ jkun previst fir-Regolament dwar il-Fondi Strutturali għall-perjodu tal-ipprogrammar li jmiss.

Ir-Rakkomandazzjoni 5: tipprovdi aktar gwida lill-Awtoritajiet tal-Verifika għall-perjodu attwali tal-ipprogrammar, b'mod partikolari dwar il-kampjunar, l-ambitu tal-verifikazzjonijiet li għandhom isiru għall-verifiki tal-proġetti u r-rappurtar tas-sejbiet tal-verifiki;

Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni qiegħda kontinwament tipprovdi gwida u pariri lill-awtoritajiet tal-awditjar dwar firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet tekniċi u regolatorji. Ir-reviżjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet tal-awditjar li bdiet fl-2009 kienet ukoll opportunità biex tiżviluppa azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità lejn l-awtoritajiet tal-awditjar nazzjonali, kif spjegat aħjar fir-Rapporti tal-Attività Annwali tal-2010 tad-Diretturi Ġenerali ta’ DĠ REGIO u EMPL.

B'konsegwenza tal-analiżi tar-Rapporti ta’ Kontroll Annwali, l-opinjonijiet tal-awditjar u r-rati tal-iżbalji rrappurtati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar fl-aħħar tal-2010, il-Kummissjoni kkommettiet ruħha li tipprovdi gwida mtejba addizzjonali lill-awtoritajiet tal-awditjar dwar il-kwistjonijiet imqajma mill-Qorti. Dan l-abbozz ta’ gwida diġà ġie diskuss fil-laqgħat tekniċi li nżammu s'issa u se jitlesta qabel l-eżerċizzju li jmiss għar-Rapport tal-Kontroll Annwali.

Ir-Rakkomandazzjoni 6: tipproponi biex tallinja l-perjodi ta’ rappurtar tar-rapporti ta’ kontroll annwali mas-sena finanzjarja tal-baġit tal-UE fir-regolamenti tal-Fondi Strutturali għall-perjodu ta’ wara l-2013 u biex jiġu armonizzati l-approċċi, biex l-opinjonijiet tal-verifika tal-Awtoritajiet tal-Verifika jkunu jistgħu jiġu aggregati għal kull Fond fil-livell nazzjonali u f'dak tal-UE.

Il-Kummissjoni taqbel mal-ewwel parti tar-Rakkomandazzjoni. Il-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tar-regolament finanzjarju tinkludi approvazzjoni fil-ħin tal-kontijiet li tiffavorixxi allinjament tal-perjodi ta’ rappurtaġġ rispettivi mill-Istati Membri (rapport ta’ kontroll annwali u opinjoni annwali tal-awditjar), il-Kummissjoni (rapporti ta’ attività annwali) u l-Qorti (eżerċizzju DAS/Rapport annwali) dwar is-sena baġitarja korrispondenti (ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 4.41).

SEGWITU TA' RAPPORTI SPEĊJALI PREĊEDENTI

Is-segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 1/2006 dwar il-kontribut tal-Fond Soċjali Ewropew biex jikkumbatti t-tluq kmieni mill-iskola

4.51.

Fir-Rapport Speċjali Nru 1/2006, il-Qorti vvalutat l-adegwatezza tal-proċeduri għall-perjodu ta’ pprogrammar 2000-06 bil-għan li tiġi żgurata l-effiċjenza u l-effettività tal-azzjonijiet kofinanzjati mill-FSE li jindirizzaw it-tluq kmieni mill-iskola. Il-Qorti enfasizzat li s-sistemi ta’ ġestjoni tal-Istati Membri għandhom ikunu effiċjenti, effettivi u ekonomiċi f'konformità mar-Regolamenti tal-Komunità. B'mod partikolari l-Qorti rrakkomandat li, sabiex jimmassimizzaw l-impatt potenzjali tar-riżorsi tal-Komunità, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħmlu analiżi tal-benefiċċji ekonomiċi mistennija u li l-allokazzjoni tal-finanzjament għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u rilevanti. Il-Qorti osservat li miri raġjonevoli annwali għat-tnaqqis tat-tluq kmieni mill-iskola jkunu ta’ għajnuna sabiex jintlaħqu l-objettivi ffissati mill-Kunsill Ewropew.

 

4.52.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ġew indirizzati parzjalment (ara l- Anness 4.5a ). Elementi tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-FSE fit-totalità tiegħu ġew aġġornati għall-perjodu ta’ pprogrammar 2007-13 u dan affettwa miżuri li jindirizzaw it-tluq kmieni mill-iskola. Fir-rigward tat-tluq kmieni mill-iskola b'mod speċifiku, f'Ġunju 2011 il-Kunsill approva rakkomandazzjoni dwar “Politiki biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel”.

4.52.

Il-Kummissjoni tqis li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ġew kompletament implimentati filwaqt li ġie kkunsidrat il-qafas regolatorju diġà deċiż għall-2007-2013 fid-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-awditjar tal-Qorti. Fil-kuntest tal-Istrateġija tal-Ewropa 2020, il-Kummissjoni nediet fil-bidu tal-2011 pjan ta’ azzjoni għat-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola, inkluża proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar politiki li jnaqqsu t-tluq bikri mill-iskola (approvata f'Ġunju 2011).

4.53.

L-effett ta’ dawn l-azzjonijiet għadu ma ntweriex, speċjalment peress li l-azzjoni ewlenijia mmirata speċifikament lejn it-tluq kmieni mill-iskola ġiet adottata biss fl-2011. Il-Qorti tosserva li fil-Programmi Operazzjonali għad m'hemmx rabta ċara bejn il-prijoritajiet speċifiċi u l-objettivi relatati mat-tluq kmieni mill-iskola u l-livell ta’ finanzjament allokat. Għalkemm il-Kummissjoni reċentement esprimiet l-intenzjoni li tanalizza l-valur miżjud tal-finanzjament mill-UE fl-ambitu tal-verifiki tagħha stess, hija għadha mhux qed tagħmel din l-analiżi.

4.53.

Il-Programmi Operazzjonali tal-FSE fihom konnessjoni ċara bejn il-prijoritajiet miżmuma, l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, li huma tradotti wkoll f’miri kwantifikati fil-livell tal-assi ta’ prijorità, kif previst fil-qafas regolatorju u l-livell ta’ finanzjament meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet. Il-proposti tal-Kummissjoni għall-perjodu ta’ wara l-2013 se jibnu fuq id-dispożizzjonijiet attwali dwar l-ipprogrammar u l-valutazzjoni ex ante. Il-Programmi Operazzjonali jeħtieġ li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet regolatorji u juru l-konnessjoni bejn il-prijoritajiet, l-għanijiet u l-livell ta’ finanzjament.

Fi ħdan il-preparazzjoni tal-abbozz tar-regolamenti għall-perjodu ta’ programmar li jmiss, hu previst li titqiegħed enfasi ikbar fuq l-output. Parti mir-riżorsi tal-awditjar tad-DĠ EMPL għaldaqstant għandha tkun orjentata mill-ġdid lejn awditjar tal-prestazzjoni minflok l-awditjar attwali ta’ konformità/finanzjarji.

Is-segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 10/2006 dwar evalwazzjonijiet ex post tal-programmi tal-Objettivi 1 u 3 1994-1999 (Fondi Strutturali)

4.54.

Fir-Rapport Speċjali Nru 10/2006, il-Qorti vvalutat jekk l-evalwazzjonijiet ex post imwettqa mill-Kummissjoni b'rabta mal-interventi ffinanzjati mill-Fondi Strutturali matul il-perjodu ta’ pprogrammar 1994-1999 ipprovdewx stima adegwata tal-effetti tal-interventi tal-Fondi Strutturali u jekk din l-analiżi kinitx ipprovdiet rakkomandazzjonijiet utli. Il-verifika identifikat dgħufijiet fil-proċess ta’ evalwazzjoni li llimitaw il-valutazzjoni tal-effetti tal-Fondi Strutturali.

4.54.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għar-Rapport Speċjali 10/2006.

4.55.

Id-DĠ għall-Poltika Reġjonali u d-DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni indirizzaw il-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet ewlenin imqajma fir-Rapport Speċjali Nru 10/2006 fl-evalwazzjonijiet ex post tagħhom tal-2000-2006 (ara l- Anness 4.5b ). Huma taw bidu għal bidla minn approċċ ibbażat fuq il-pajjiżi għal approċċ ibbażat fuq l-oqsma tematiċi ewlenin biex tkun tista' tingħata aktar attenzjoni lil kwistjonijiet strateġiċi f'Unjoni ta’ 27 Stat Membru. L-evalwazzjonijiet ex post kien imisshom ġew iffaċilitati permezz tar-rekwiżit, introdott fil-qafas legali tal-2000-06, ta’ evalwazzjoni obbligatorja ta’ nofs it-terminu. Madankollu, meta saru l-valutazzjonijiet ta’ nofs it-terminu, kien hemm dgħufijiet sinifikanti fis-sistemi ta’ monitoraġġ fl-Istati Membri u kien għadu kmieni wisq biex tiġi vvalutata l-effettività tal-infiq (ara wkoll ir-Rapport Speċjali 1/2007 dwar il-proċessi ta’ nofs it-terminu). Biex itejbu l-kontroll tal-kwalità tal-evalwazzjonijiet ex post, iż-żewġ DĠ allokaw riżorsi iktar iffukati, iddefinixxew Termini ta’ Referenza aħjar għall-pakketti ta’ evalwazzjoni u saħħew il-proċeduri tal-kontroll tal-kwalità.

4.55.

Għat-tweġiba tal-Kummissjoni, ara t-tabella fl- Anness 4.5b.

4.56.

Għall-perjodu 2007-2013, iż-żewġ DĠ jibbenefikaw mit-tisħiħ tal-mekkaniżmi tat-titjib tal-kwalità tal-evalwazzjonijiet tal-Istati Membri nfushom u l-użu ta’ analiżi bbażata fuq is-simulazzjonijiet (id-DĠ għall-Impjieg, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni) jew mill-espansjoni tiegħu (id-DĠ għall-Politika Reġjonali). Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-effiċjenza tal-Fondi Stutturali, id-database tal-ispejjeż għal kull unità stabbilita reċentement fir-rigward tal-infrastruttura għandha tkompli tikber biex tkun tista' tintuża (id-DĠ għall-Politika Reġjonali). Id-databases nazzjonali dwar l-ispejjeż għal kull unità u l-karatteristiċi ewlenin b'rabta mal-proġetti ta’ taħriġ kieku jgħinu lill-Istati Membri biex iħejju u japprovaw il-proġetti. Titjib ieħor fl-effiċjenza tal-Fondi Strutturali jista' jinkiseb billi jiġu esplorati, l-aktar għall-politika reġjonali, ir-raġunijiet li minħabba fihom il-kontribuzzjonijiet mis-settur privat ivarjaw ħafna minn Stat Membru għal ieħor, u l-potenzjal ta’ finanzjament permezz ta’ istrumenti oħra minbarra għotjiet.

4.56.

Id-DĠ Politika Reġjonali jaqbel mal-Qorti fuq ħafna punti. Fir-rigward tal-appoġġ għall-intrapriżi, għad hemm bżonn sostanzjali ta’ iżjed provi qabel ma jkunu jistgħu jsiru konklużjonijiet ċerti dwar l-effetti ta’ ingranaġġ u l-meriti relattivi tal-għotijiet u strumenti oħra. Il-programm ta’ ħidma ta’ valutazzjoni attwali tal-Kummissjoni u l-valutazzjonijiet meħuda minn diversi Stati Membri se jikkontribwixxu għal dan.

DĠ EMPL preżentement qed jaħdem fuq xenarji kontrafattwali. Diġà saru diversi sessjonijiet ta’ informazzjoni f’laqgħat ta’ sħubija ta’ valutazzjoni tal-FSE inklużi preżentazzjonijiet mill-Istati Membri u espert akkademiku. L-isfidi fl-applikazzjoni ta’ xenarji kontrafattwali fil-politika ta’ Koeżjoni qed jiġu eżaminati. Il-gwida ta’ DĠ EMPL fuq il-valutazzjoni tal-FSE għall-perjodu 2014-2020 se tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex iwettqu valutazzjonijiet kontrafattwali/fuq grupp ta’ kontroll.

Is-segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 7/2009 dwar il-ġestjoni tal-fażi ta’ żvilupp u validazzjoni tal-Programm Galileo

4.57.

Fir-Rapport Speċjali Nru 7/2009, il-Qorti rrakkomandat fost l-oħrajn li l-Kummissjoni għandha tadatta r-riżorsi tagħha u l-istrumenti legali u finanzjarji tagħha għall-ispeċifiċitajiet tal-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ programm industrijali. Il-Qorti rrakkomandat ukoll li l-Kummissjoni għandha tiċċara urġentement l-objettivi politiċi tal-programm u taqlibhom f'objettivi strateġiċi u operattivi, u tiddefinixxi r-rekwiżiti tal-utenti, tal-parametri tekniċi u tal-mudell kummerċjali (13).

 

4.58.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti ġew parzjalment implimentati mill-Kummissjoni (ara l- Anness 4.5c ). Il-Kummissjoni ħadet ir-rwol ta’ maniġer tal-programm u għamlet ftehimiet formali ta’ delegazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA). Filwaqt li l-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri biex jiċċaraw l-objettivi politiċi tal-programm biex ikunu jistgħu jissarrfu f'objettivi strateġiċi u operazzjonali finali, ma ntlaħaqx ftehim dwar pożizzjoni komuni. Għalkemm il-Kummissjoni tat stima tal-ispejjeż tal-proġett fuq perjodu ta’ żmien medju u twil, is-sorsi tal-finanzjament neċessarju għadhom ma ġewx żgurati. Abbażi taċ-ċifri tal-Kummissjoni, il-Qorti tinnota li dawn l-ispejjeż tal-proġetti fuq perjodu ta’ żmien medju u twil jistgħu jitilgħu għal aktar minn EUR 20 biljun sal-2030.

4.58.

Il-Kummissjoni tinsab fil-proċess tal-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

Fil-qafas tal-preparazzjonijiet għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali, il-Kummissjoni se tippreżenta proposta leġiżlattiva ġdida għal implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Galileo u EGNOS. Se tinkludi, inter alia, il-qafas għall-governanza tagħhom u definizzjoni aġġornata tar-riżorsi baġitarji meħtieġa.

L-għanijiet politiċi u strateġiċi globali tal-programmi GNSS ġew definiti fir-Regolament (KE) Nru 683/2008 (15) u gradwalment qegħdin jiġu tradotti f’għanijiet operazzjonali (Servizz Pubbliku Rregolat, servizz tas-Salvagwardja tal-Ħajja, Servizz ta’ Tiftix u Salvataġġ, Servizz Kummerċjali), filwaqt li josservaw il-kumplessità teknika tal-inizjattiva.

Estrapolazzjoni tal-baġit tal-programmi, mingħajr għarfien tal-appoġġ pubbliku għall-finanzjament fil-futur, ma tipprovdix stampa globalment xierqa biex jintlaħqu konklużjonijiet dwar l-ispejjeż finanzjarji netti totali.

4.59.

Qabel ma titvara l-flotta kollha ta’ satelliti operattivi, għandu jiġi stabbilit pjan ċar li jkopri l-ispejjeż tal-programm wara l-2013, u għandhom jiġu identifikati sorsi ta’ finanzjament. Fir-rigward tal-istruttura governattiva u r-riżorsi umani, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex timplimenta r-rakkomandazzonijiet stabbiliti fir-Rapport Speċjali Nru 7/2009.

4.59.

Il-Kummissjoni preżentement qed telabora valutazzjoni ta’ impatt li tidentifika l-opzjonijiet tekniċi għal implimentazzjoni u esplojtazzjoni ulterjuri tal-programmi GNSS Ewropej, inklużi l-ispejjeż marbuta magħhom u l-benefiċċji diretti u indiretti tagħhom.

(1)  Fl-2010, EUR 32,8 biljun jew 88 % kienu relatati mal-perjodu ta’ pprogrammar għall-2007-13, filwaqt li EUR 4,3 biljun (12 %) kienu għall-perjodu tal-2000-06. Għas-CF u l-FSE, fl-2010 saru pagamenti ta’ prefinanzjament addizzjonali ta’ EUR 0,4 biljun u EUR 0,37 biljun rispettivament bħala parti minn miżuri biex tiġi indirizzata l-kriżi finanzjarja. Barra minn hekk, saru pagamenti ta’ prefinanzjament ta’ EUR 0,6 biljun għall-proġetti relatati mal-enerġija skont il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR).

(2)  Il-Korpi Intermedjarji huma korpi pubbliċi jew privati li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà ta’ Awtorità ta’ Ġestjoni u li jwettqu ħidmiet f'isimha vis-à-vis il-benefiċjarji li jimplimentaw l-operazzjonijiet.

(3)  l-Artikolu 39(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1); l-Artikoli 91 u 92 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(4)  l-Artikolu 99 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

(5)  L-Aġenzija Eżekuttiva tat-TEN-Trasport, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u l-Impriża Konġunta SESAR (Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew).

(6)  Dan il-kampjun jinkludi 243 pagament magħmul lil 229 proġett ta’ Koeżjoni (FEŻR 143, FSE 60, CF 20, Strument għall-Politika Strutturali ta’ Qabel l-adeżjoni (ISPA) 6), 6 proġetti soċjali u relatati mal-impjiegi li ma jaqgħux taħt l-FSE u 8 proġetti tal-Enerġija u t-Trasport. 205 mill-pagamenti lil proġetti tal-Koeżjoni huma relatati mal-perjodu ta’ pprogrammar 2007-13 u 24 mal-perjodu 2000-06. Il-kampjun ittieħed mill-pagamenti kollha, ħlief għall-pagamenti bil-quddiem li ammontaw għal EUR 3,1 biljun fl-2010.

(7)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tal-iżbalji tagħha fuq il-bażi ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima (magħrufa bħala MLE). Il-Qorti hija 95 % fiduċjuża li r-rata ta’ żbalji fil-popolazzjoni hija bejn 4,7 % u 10,7 % (il-limitu minimu u massimu ta’ żbalji rispettivament).

(8)  Aktar informazzjoni dwar l-approċċ tal-Qorti għall-kwantifikazzjoni tal-iżbalji relatati mal-akkwist pubbliku tinsab fl- Anness 1.1 , il-paragrafi 1.10 u 1.11.

(9)  L-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

(10)  JEREMIE hija inizjattiva tal-Kummissjoni flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) biex jingħata appoġġ għal aktar sorsi ta’ finanzjalment għall-impriżi mikro, żgħar u medji.

(11)  JESSICA hija inizjattiva żviluppata mill-Kummissjoni u l-BEI biex ikunu jistgħu jsiru investimenti ripagabbli (f'forma ta’ ekwità, self jew garanziji) fl-iżvilupp urban. Dawn l-investimenti jiġu ttrasferiti fil-proġetti permezz tal-Fondi għall-Iżvilupp Urban u, jekk ikun hemm bżonn, permezz tal-Fondi ta’ Investiment.

(12)  81 Awtorità ta’ Verifika għal 317-il OPS għal FEŻR u CF u 94 Awtorità ta’ Verifika għal 117-il OPs għal FEŻR. 63 minn dawn l-Awtorità ta’ Verifika huma komuni għat-tliet fondi.

(13)  Fid-dawl tal-istat tal-progress tal-programm, ir-rakkomandazzjonijiet 2(b), 3, 4(c), 4(d) u 5 ma ġewx inklużi f'dan is-segwitu.

(14)  Limitu ta’ żball aktar baxx ta’ 11-12 % meta mqabbel ma’ 4,7 % fl-2010.

(15)  Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 dwar l-implimentazzjoni ultejuri tal-programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)

(16)  Il-verifika tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-Kapitolu 7.

L-ANNESS 4.1

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-KOEŻJONI, L-ENERĠIJA U T-TRASPORT

 

2010

2009

2008

2007

L-impjiegi u l-affarijiet soċjali

Il-politika reġjonali

L-enerġija u t-trasport

Total

FSE

Oħrajn

FEŻR

CF

ISPA

ID-DAQS U L-ISTRUTTURA TAL-KAMPJUN

Tranżazzjonijiet totali (li minnhom):

60

6

143

20

6

8

243

209

189

217

Finanzjament minn qabel

0

0

0

0

0

0

0

20

9

10

Pagamenti interim/finali

60

6

143

20

6

8

243

189

180

207

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR (1)  (2)

Il-proporzjon ta’ tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu:

Ħielsa minn żbalji

70 %

(42)

100 %

(6)

47 %

(67)

25 %

(5)

17 %

(1)

37 %

(3)

51 %

(124)

67 %

58 %

50 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

30 %

(18)

0 %

(0)

53 %

(76)

75 %

(15)

83 %

(5)

63 %

(5)

49 %

(119)

33 %

42 %

50 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żbalji

Analiżi skont it-tip ta’ żball

Pagamenti bil-quddiem

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

n.a.

3 %

0 %

1 %

Pagamenti interim/finali

97 %

100 %

99 %

Analiżi skont it-tip ta’ żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

39 %

(7)

0 %

(0)

55 %

(42)

93 %

(14)

80 %

(4)

20 %

(1)

57 %

(68)

50 %

42 %

33 %

Żbalji kwantifikabbli:

61 %

(11)

0 %

(0)

45 %

(34)

7 %

(1)

20 %

(1)

80 %

(4)

43 %

(51)

50 %

58 %

67 %

l-Eliġibbiltà

91 %

(10)

0 %

(0)

100 %

(34)

100 %

(1)

100 %

(1)

75 %

(3)

96 %

(49)

69 %

89 %

78 %

l-Okkorrenza

9 %

(1)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

2 %

(1)

0 %

0 %

12 %

il-Preċiżjoni

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

25 %

(1)

2 %

(1)

31 %

11 %

10 %

L-IMPATT STMAT TAL-IŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Ir-rata ta’ żbalji l-iktar probabbli

7,7 %

 

 

 

Il-limitu aktar baxx ta’ żbalji

4,7 %

 

 

 

Il-limitu ogħla ta’ żbalji

10,7 %

 

 

 

n.a.: mhux applikabbli.


(1)  Biex jitjieb l-intuwitu dwar oqsma bi profili tar-riskju differenti fil-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  In-numri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw in-numru attwali ta’ tranżazzjonijiet.

n.a.: mhux applikabbli.

L-ANNESS 4.2

RIŻULTATI TAL-EŻAMI TAS-SISTEMI GĦALL-KOEŻJONI, L-ENERĠIJA U T-TRASPORT

Il-valutazzjoni tas-sistemi ta' superviżjoni u kontroll magħżula: L-Awtoritajiet tal-Verifika — konformità mar-rekwiżiti regolatorji ewlenin u effettività fl-iżgurar tar-regolarità ta' operazzjonijiet

Ir-rekwiżiti ewlenin ittestjati mill-Qorti

 

L-Awtorità tal-Verifika FEŻR/FSE — Franza

L-Awtorità tal-Verifika FEŻR/FSE — Ir-Renju Unit/L-Irlanda ta' Fuq

L-Awtorità tal-Verifika FEŻR/FSE — L-Italja (Sardinja)

L-Awtorità tal-Verifika FEŻR/CF — il-Polonja

L-Awtorità tal-Verifika FEŻR/CF — Spanja (Andalucia u Valencia)

L-Awtorità tal-Verifika FSE — Il-Polonja

L-Awtorità tal-Verifika FSE — Spanja (Andalucia)

L-Awtorità tal-Verifika FSE — Il-Ġermanja (Bund)

Aspetti ġenerali

Il-kompożizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-programm operazzjonali tipprovdi għal definizzjoni, allokazzjoni u separazzjoni xierqa tal-funzjonijiet fl-Awtorità tal-Verifika u bejn l-Awtorità tal-Verifiki u korpi kompetenti oħra ta' ġestjoni u kontroll

Konformi

Konformi

Parzjalment konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Parzjalment konformi

Parzjalment konformi

Il-kopertura tal-manwal tal-verifika

L-eżistenza ta' manwal tal-verifika (kemm għall-verifiki fuq is-sistemi kif ukoll għall-verifiki fuq l-operazzjonijiet), li jkun f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-verifika u li jiddeskrivi b'mod ċar il-proċeduri tal-verifika

Konformi

Parzjalment konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Il-metodoloġija tal-verifika għall-verifika tas-sistemi

Ix-xogħol ta' verifika mwettaq mill-Awtoritajiet tal-Verifika biex jevalwaw il-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll huwa bbażat fuq lista ta' kontroll li tinkludi mistoqsijiet ta' verifika ta' rekwiżiti ewlenin tar-regolamenti applikabbli (speċifikati għall-Awtoritajiet ta' Ġestjoni, il-Korpi Intermedjarji u l-Awtoritajiet li jiċċertifikaw) u kriterji xierqa tal-valutazzjoni għal kull wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ewlenin

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Mhux Konformi

Ir-reviżjoni tal-verifiki fuq is-sistemi

Il-pjan tal-verifika tal-Awtoritajiet tal-Verifika kien ġie implimentat f'konformità mal-istrateġija tal-verifika approvata għal dak il-perjodu, il-verifiki fuq is-sistemi saru f'konformità mal-metodoloġija stabbilita mill-Awtoritajiet tal-Verifika u l-fażijiet kollha tal-verifiki fuq is-sistemi kienu dokumentati b'mod xieraq

Effettiva

Parzjalment effettiva

Parzjalment effettiva

Effettiva

Effettiva

Effettiva

Effettiva

Effettiva

Il-metodoloġija tal-kampjunar għall-verifiki tal-operazzjonijiet

Ġiet speċifikata metodoloġija xierqa tal-kampjunar għall-verifiki tal-operazzjonijiet biex jittieħed il-kampjun tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu vverifikati għall-perjodu taħt reviżjoni

Parzjalment konformi

Konformi

Parzjalment konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Parzjalment konformi

Parzjalement Konformi

It-teħid tal-kampjun għall-verifiki tal-operazzjonijiet

Il-metodoloġija tal-kampjunar għall-verifiki tal-operazzjonijiet intużat kif speċifikat biex jittieħed il-kampjun tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu vverifikati għall-perjodu taħt reviżjoni

Effettiva

Effettiva

Mhux effettiva

Effettiva

Effettiva

Effettiva

Effettiva

Parzjalment effettiv

Il-metodoloġija tal-verifiki għall-verifiki tal-operazzjonijiet

Ix-xogħol ta' verifika mwettaq biex tiġi eżaminata r-regolarità tal-operazzjonijiet huwa bbażat fuq lista ta' kontroll li tinkludi mistoqsijiet ta' verifika tar-rekwiżiti tar-regolament applikabbli f'livell dettaljat biżżejjed biex jiġu indirizzati r-riskji assoċjati

Parzjalment konformi

Parzjalment konformi

Parzjalment konformi

Parzjalment konformi

Parzjalment konformi

Konformi

Konformi

Parzjalment konformi

Ir-reviżjoni tal-verifiki tal-operazzjonijiet

Il-verifiki tal-operazzjonijiet kienu ġew implimentati f'konformità mal-kampjun magħżul għall-perjodu, saru f'konformità mal-metodoloġija stabbilita mill-Awtorità tal-Verifika u l-fażijiet kollha tal-verifiki tal-operazzjonijiet ġew dokumentati b'mod xieraq

Effettiva

Parzjalment effettiva

Mhux effettiva

Effettiva

Parzjalment effettiva

Effettiva

Effettiva

Effettiva

It-twettiq mill-ġdid tal-verifiki fuq l-operazzjonijiet

It-twettiq mill-ġdid, min-naħa tal-Qorti, tal-verifiki tal-operazzjonijiet tal-Awtoritajiet tal-Verifika pproduċiet sejbiet simili għal dawk tal-Awtoritajiet tal-Verifika, kif irrappurtat lill-Kummissjoni

Effettiva

Parzjalment effettiva

Parzjalment effettiva

Effettiva

Parzjalment effettiva

Effettiva

Effettiva

Parzjalment effettiva

Ir-rapport ta' kontroll annwali u l-opinjoni tal-verifika

Ir-rapport ta' kontroll annwali u l-opinjoni tal-verifika ġew stabbiliti f'konformità mar-rekwiżiti regolatorji u l-gwida miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u r-rapport u l-opinjoni huma konsistenti mar-riżultati tal-verifiki fuq is-sistemi u l-verifiki fuq l-operazzjonijiet imwettqa mill-Awtorità tal-Verifika

Konformi

Parzjalment konformi

Parzjalment konformi

Konformi

Konformi

Konformi

Parzjalment konformi

Parzjalment konformi

Il-valutazzjoni ġenerali

 

Effettiva

Parzjalment effettiva

Mhux effettiva

Effettiva

Parzjalment effettiva

Effettiva

Parzjalment effettiva

Parzjalment effettiv

L-ANNESS 4.3

IR-RIŻULTATI TAR-REVIŻJONI TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-MANIĠMENT MILL-KUMMISSJONI GĦALL-KOEŻJONI, L-ENERĠIJA U T-TRASPORT

Id-DĠs ewlenin ikkonċernati

In-natura tad-dikjarazzjoni mogħtija mid-Direttur Ġenerali (2)

Riżervi mogħtija

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Valutazzjoni ġenerali tal-affidabbiltà

2010

2009

REGIO

b’riżerva

Ir-riżerva dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi għan-nefqa ddikjarata għall-FEŻR u s-CF f’diversi Stati Membri, fuq il-bażi ta’ nuqqasijiet f’elementi ewlenin tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għaż-żewġ fondi li ma ġewx soġġetti għal kontroll suffiċjenti u miżuri korrettivi mill-awtoritajiet nazzjonali.

Għall-perjodu 2000-2006, ir-riżerva tikkonċerna 21 OP f’6 Stati Membri (minbarra l-INTERREG ) u żewġ proġetti tas-CF f’żewġ Stati Membri u hija kkwantifikata għal EUR 679,4 miljun jew 15,8 % tal-pagamenti interim tas-sena. Għal dan il-perjodu ta’ pprogrammar, il-kontribuzzjoni tal-UE f’riskju hija stmata fil-medda ta’ bejn EUR 32,5 u 68,8 miljun, jiġifieri bejn 0,8 % u 1,5 % tal-pagamenti interim tas-sena (4 297,3 miljun).

Għall-perjodu 2007-2013, ir-riżerva tikkonċerna 69 OP f’10 Stati Membri u 11-il OP ETC. Din hija kkwantifikata għal EUR 3 417,1 miljun jew 13,4 % tal-pagamenti interim tas-sena. Għal dan il-perjodu ta’ pprogrammar, il-kontribuzzjoni tal-UE f’riskju hija stmata fil-medda ta’ bejn EUR 203,7 u EUR 423,9 miljun, jiġiferi bejn 0,8 % u 1,6 % tal-pagamenti interim tas-sena (EUR 25 527,8 miljun).

Il-Qorti tikkunsidra li b’mod ġenerali d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività huma stabbiliti skont il-linji gwida applikabbli tal-Kummissjoni.

Il-Qorti tirrikonoxxi li d-DĠ REGIO pprovda informazzjoni addizzjonali meta mqabbel mal-2009 rigward id-divulgazzjoni ta’ ammonti f’riskju għal kull OP.

Madankollu, il-Qorti tosserva li r-rata ta’ żbalji tagħha stess hija ogħla b’mod sinifikanti mir-riżervi kkwantifikati mid-Direttur Ġenerali.

Id-DĠ REGIO ħareġ riżervi b’impatt kwantifikabbli għaż-żewġ perjodi ta’ pprogrammar. Il-kwantifikazzjoni hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li, kull meta l-ammont stmat f’riskju jkun taħt il-pagament miżmum ta’ 5 % stabbilita għal kwalunkwe programm operattiv, il-kontrolli stabbiliti għall-għeluq tal-OP jimmitigaw ir-riskju b’mod xieraq. Il-Qorti tqis li dan l-approċċ jista’ jwassal għal stima inqas tal-ammonti f’riskju.

Fl-aħħar nett, EUR 2 823 miljun ta’ korrezzjonijiet finanzjarji kienu rrappurtati li ġew implimentati fl-2010. Madankollu, f’dak li jikkonċerna b’mod partikolari d-divulgazzjonijiet tal-2000-2006, mhux il-proċeduri kollha ta’ validazzjoni u verifika twettqu sal-aħħar tas-sena. Fil-fatt, fin-nota 6 tal-Kummissjoni għall-kontijiet tal-2010 EUR 563 miljun biss ġew klassifikati bħala li ġew implimentati (ara wkoll l- Anness 1.2 , il-Punt 3).

B

A

EMPL

b’riżerva

Ir-riżerva dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi għan-nefqa ddikjarata għall-OPs speċifiċi tal-FSE f’diversi Stati Membri, fuq il-bażi ta’ nuqqasijiet f’elementi ewlenin tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-OPs li ma ġewx soġġetti għal kontroll suffiċjenti u miżuri korrettivi mill-awtoritajiet nazzjonali.

Għall-perjodu 2000-06, ir-riżerva tikkonċerna 13-il OP f’erba’ Stati Membri u hija kkwantifikata għal EUR 0,4 miljun jew 0,14 % tal-pagamenti interim tas-sena.

Għall-perjodu 2007-13, ir-riżerva tikkonċerna 30 OP f’disa’ Stati Membri u hija kkwantifikata għal EUR 71,6 miljun jew 1,13 % tal-pagamenti interim tas-sena.

Il-Qorti tikkunsidra li b’mod ġenerali d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività huma stabbiliti skont il-linji gwida applikabbli tal-Kummissjoni.

Il-Qorti tirrikonoxxi li d-DĠ EMPL ipprovda informazzjoni addizzjonali meta mqabbel mal-2009 rigward id-divulgazzjoni ta’ ammonti f’riskju għal kull programm operazzjonali.

Id-DĠ EMPL ħareġ riżervi b’impatt kwantifikabbli għaż-żewġ perjodi. Il-kwantifikazzjoni hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li, kull meta l-ammont stmat f’riskju jkun taħt il-pagament miżmum ta’ 5 % stabbilita għal kwalunkwe programm operattiv, il-kontrolli stabbiliti għall-għeluq tal-OP jimmitigaw ir-riskju b’mod xieraq. Il-Qorti tqis li dan l-approċċ iwassal għal stima inqas tal-ammonti f’riskju.

A

A

MOVE

b’riżerva

Ir-riżerva dwar ir-rata ta’ żbalji residwi fir-rigward tal-preċiżjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż fil-kuntratti tas-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka (FP6): ir-rata ta’ żbalji residwi osservata fil-kontrolli ex-post hija ogħla mill-objettiv tal-kontroll (2 %).

Ir-rata ta’ żbalji residwi ta’ 4,42 % tikkorrispondi għall-ammont ta’ EUR 1,15-il miljun potenzjalment f’riskju, li jirrappreżentaw 1,95 % tal-pagamenti tal-FP6 u 0,5 % tal-pagamenti totali magħmula mid-DĠ MOVE fl-2010.

Il-Qorti tikkunsidra li b’mod ġenerali d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività huma stabbiliti skont il-linji gwida applikabbli tal-Kummissjoni.

A

A (1)

ENER

b’riżerva

Ir-riżerva dwar ir-rata ta’ żbalji residwi fir-rigward tal-preċiżjoni ta’ dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż fil-kuntratti tas-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka (FP6): ir-rata ta’ żbalji residwi osservata fil-kontrolli ex-post hija ogħla mill-għan tal-kontroll (2 %).

Ir-rata ta’ żbalji residwi ta’ 4,42 tikkorrispondi għal ammont ta’ EUR 1,7 miljun potenzjalment f’riskju, li jirrappreżentaw 1,12 % tal-pagamenti tal-FP6 u 0,15 % tal-pagamenti totali magħmula mid-DĠ ENER fl-2010.

Il-Qorti tikkunsidra li b’mod ġenerali d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività huma stabbiliti skont il-linji gwida applikabbli tal-Kummissjoni.

A

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

B:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

C:

tid-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività ma jagħtux valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.


(1)  L-Anness 5.3 tar-Rapport Annwali tal-2009 ppreżenta r-riżultati ta’ din l-analiżi tar-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ TREN. Id-DĠ TREN inqasam fid-DĠ MOVE u fid-DĠ ENER fi Frar tal-2010.

(2)  B’referenza għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali, hu/hi għandu/għandha assigurazzjoni raġonevoli li l-proċeduri ta’ kontroll li twaqqfu jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

B:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

C:

tid-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività ma jagħtux valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

L-ANNESS 4.4

TABELLA BIS-SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦALL-KOEŻJONI, L-ENERĠIJA U T-TRASPORT

Sena

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Il-progress li sar

Ir-risposta tal-Kummissjoni

L-analiżi tal-Qorti

Il-Koeżjoni:

2009

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti tal-eliġibbiltà għall-finanzjament mill-UE, inkluża l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-UE u dawk nazzjonali fir-rigward tal-akkwist pubbliku

(ara r-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 4.38)

Il-verifiki dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku attwalment isiru permezz ta’ inkjesta speċifika tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġetti tal-2000-06 u permezz ta’ inkjesta għall-OPs tal-2007-2013. Il-Kummissjoni ħarġet ukoll gwida u pprovdiet taħriġ lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u ta’ verifika tal-Istati Membri (pereżempju s-seminars “train the trainers” (inħarrġu l-ħarrieġa), is-sessjonijiet ta’ taħriġ bilaterali għall-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni u l-Awtoritajiet tal-Verifika).

F’Jannar 2011 il-Kummissjoni ppubblikat Ktiba Ħadra dwar l-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku (COM(2011) 15 finali).

L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-qafas leġiżlattiv tal-UE dwar l-akkwist pubbliku hija mistennija tiġi finalizzata fl- 2011.

Il-Kummissjoni tqis li din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata permezz tad-diversi azzjonijiet kontinwi kif deskritti mill-Qorti.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 4.50, Rakkomandazzjoni 1.

Jekk jogħġbok ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 4.20, 4.21 u 4.29 dwar il-provvista ta’ taħriġ u gwida.

Il-Qorti tikkunsidra li r-rakkomandazzjoni hija implimentata fir-rigward tat-taħriġ u l-gwida, sakemm il-Kummissjoni tkompli bil-politika attwali tagħha.

Il-Qorti se ssegwi l-miżuri speċifiċi għal akkwist pubbliku (ara wkoll l-Opinjoni Nru 4/2011 (1)).

Il-Koeżjoni:

2008

Il-Kummissjoni għandha tiżgura, permezz tas-superviżjoni tagħha, il-funzjonament effettiv tas-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll

(ara r-Rapport Annwali 2008, il-paragrafi 6.37(a) u (c); ir-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 4.37(c))

Soġġetti għad-dispożizzjonijiet ġenerali stabbiliti fir-Regolamenti tal-Fondi Strutturali, ir-regoli tal-eliġibbiltà huma speċifikati fil-livell nazzjonali u, f’xi każijiet, fil-livell tal-OP. Il-Kummissjoni rrevediet il-bidliet f’dawn ir-regoli introdotti mill-Istati Membri fl-2010.

Fl-2010, il-Kummissjoni eżaminat l-Awtoritajiet tal-Verifika fir-rigward tal-OPs tal-2007-2013 u kompliet tagħmel verifiki speċifiċi tas-sistemi u l-proġetti.

Ir-Rapporti ta’ Attività Annwali tal-2010 jipprovdu valutazzjoni dettaljata għal kull OP tal-2007-2013, ibbażata prinċipalment fuq l-informazzjoni rrappurtata mill-Awtoritajiet tal-Verifika li tinsab ir-Rapporti Annwali ta’ Kontroll stabbiliti mill-Awtoritajiet ta’ Verifika u x-xogħol ta’ verifika mwettaq mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tqis li din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 4.50, Rakkomandazzjoni 2).

Jekk jogħġbok ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 4.42, 4.43 u 4.44 dwar l-eżaminazzjoni tagħha tal-AAs.

DĠ REGIO u DĠ EMPL iqisu li segwew kif xieraq ir-riżervi kollha espressi għall-programmi 2007-2013 fl-AARs rispettivi tagħhom.

Il-Qorti tikkunsidra li r-rakkomandazzjoni hija implimentata, sakemm il-Kummissjoni tkompli bil-politika attwali.

Il-Koeżjoni:

2008

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali biex japplikaw b’mod rigoruż il-mekkaniżmi korrettivi qabel iċ-ċertifikazzjoni tan-nefqa lill-Kummissjoni

(ara r-Rapport Annwali 2008, il-paragrafi 6.37(b)u (d); ir-Rapport Annwali 2009, il-paragrafi 4.37(a) u (b))

Il-Kummissjoni żiedet l-użu tagħha tad-dispożizzjoni inkluża fir-Regolamenti tal-Fondi Strutturali tal-2007-2013 biex tinterrompi jew tissospendi pagamenti meta jkun hemm evidenza li tindika nuqqasijiet sinifikanti (jew irregolarijiet li jkunu għadhom ma ġewx ikkoreġuti) f’rapport tal-verifika. Dan jipprovdi inċentiv ulterjuri lill-Istati Membri biex jieħdu l-azzjonijiet korrettivi kollha b’manjiera f’waqtha.

Il-Kummissjoni introduċiet ukoll bidliet fir-rappurtar tal-irkupri u l-irtirar, min-naħa tal-Istati Membri, taħt il-programmi tal-2007-2013. (Fl-Anness XI għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1828/2006).

Informazzjoni dettaljata dwar interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti huma divulgati fl-AAR tal-2010 kemm għad-DĠ REGIO u għad-DĠ EMPL.

Il-Kummissjoni tqis li din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 4.50, Rakkomandazzjoni 2).

Il-Qorti tikkunsidra li r-rakkomandazzjoni hija implimentata, sakemm il-Kummissjoni tkompli bil-politika attwali.


(1)  L-Opinjoni Nru 4/2011 dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-Modernizzazzjoni tal-Politika ta' Akkwist Pubbliku (ĠU C 195, 2.7.2011, p. 1).

L-ANNESS 4.5a

IS-SEGWITU TAR-RAPPORT SPEĊJALI Nru 1/2006: ANALIŻI TAL-AZZJONIJIET MEĦUDA BIEX JIĠU INDIRIZZATI R-RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-QORTI

Ir-rakkomandazzjonijiet inizjali

Il-valutazzjoni ġenerali tal-azzjonijiet meħuda

Id-dgħufijiet li għad hemm jew dgħufijiet oħra

Ir-risposta tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri, meta jkun hemm bżonn, gwida xierqa biex tiżgura li l-finanzjament Komunitarju jkun effiċjenti, effettiv u ekonomiku, u

l-Istati Membri, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jistabbilixxu proċeduri, jew isaħħu dawk eżistenti, fir-rigward tal-miżuri kofinanzjati għall-għażla tal-proġetti u biex jiġu identifikati u indirizzati dawk l-aktar fir-riskju li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien.

Fil-biċċa l-kbira tagħhom dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew implimentati, għalkemm dan seħħ diversi snin wara r-Rapport tal-Qorti. F'Ġunju 2011, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni dwar “Politiki biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel” li għandha l-għan li tgħin lil min jieħu d-deċiżjonijiet ta’ politika fl-Istati Membri jifhmu dan il-fenomenu u l-fatturi li jikkontribwixxu għalih. Gwida ġenerali dwar il-Fondi Strutturali hija pprovduta wkoll lill-Istati Membri.

L-azzjoni korrettiva ewlenija mmirata speċifikament lejn it-tluq kmieni mill-iskola, li ġiet adottata mill-Kunsill mhux qabel l-2011, għad ma kellhiex effett sinifikanti.

Fil-kuntest tal-Istrateġija tal-Ewropa 2020, il-Kummissjoni nediet fil-bidu tal-2011 pjan ta’ azzjoni għat-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola inkluża proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (approvata f'Ġunju 2011) dwar politika kontra t-tluq bikri mill-iskola. Din ir-rakkomandazzjoni fiha linji gwida sabiex jgħinu lill-Istati Membri jiżviluppaw politiki komprensivi u bbażati fuq provi għat-tnaqqis tat-Tluq Bikri mill-Iskola. Il-ħidma fuq il-pjan ta’ azzjoni diġà kienet bdiet effettivament fl-2006 bl-istabbiliment tar-raggruppament dwar “Aċċess u Inklużjoni Soċjali fit-Tagħlim Tul il-Ħajja” u bid-definizzjoni tal-programm ta’ ħidma ta’ dan ir-raggruppament. Il-pjan ta’ azzjoni kif adottat mill-Kummissjoni fl-2011 hu bbażat fuq il-ħidma tar-raggruppament u diversi studji komparattivi dwar it-tluq bikri mill-iskola fl-Ewropa (imwettqa bejn l-2006 u l-2009).

Il-Kummissjoni għandha tivverifika li s-sistemi ta’ ġestjoni tal-Istati Membri jkunu jirrispettaw il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività f'konformità mar-regolament tal-Komunità.

Din ir-rakkomandazzjoni għadha ma ġietx implimentata. Għall-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss, il-Kummissjoni tistenna li l-valur miżjud tal-finanzjament mill-UE jkun ukoll soġġett għal analiżi fil-verifiki tagħha. (1)

Il-Kummissjoni għadha ma wessgħetx l-ambitu tal-attività tal-verifika tagħha biex tanalizza wkoll il-valur miżjud tal-finanzjament mill-UE.

Fi ħdan il-preparazzjoni tal-abbozz tar-regolamenti għall-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss, hu previst li titpoġġa enfasi ikbar fuq l-output, il-mekkaniżmi ta’ finanzjament li huma, fil-biċċa l-kbira tagħhom, indirizzati biex jippremjaw l-output/ir-riżultati iżjed milli l-input. Parti mir-riżorsi tal-awditjar tal-Kummissjoni għaldaqstant għandhom ikunu orjentati mill-ġdid lejn l-awditjar tal-prestazzjoni minflok lejn l-awditjar attwali ta’ konformità/finanzjarju.

L-Istati Membri, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jagħmlu analiżi tal-benefiċċji ekonomiċi mistennija, li għandhom jinkludu ġustifikazzjoni dokumentata u raġjonevoli għal-livelli ta’ fondi li jiġu allokati u l-oqsma jew attivitajiet li qed jingħataw prijorità, u

għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u rilevanti sabiex jimmassimizzaw l-impatt potenzjali tal-fondi.

Din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata biss inkwantu l-Kummissjoni għamlet dikjarazzjoni ta’ prinċipju. Id-dispożizzjonijet ġenerali dwar l-ipprogrammar u l-evalwazzjoni ex-ante għall-2007-2013 jindirizzaw fil-prinċipju r-rakkomandazzjoni tal-Qorti. Din il-kwistjoni ġiet indirizzata wkoll fil-kuntest tar-reviżjoni reċenti tal-Baġit. Madankollu, fil-Programmi Operazzjonali, għad m'hemmx rabta speċifika bejn il-prijoritajiet u l-objettivi relatati mat-tluq kmieni mill-iskola u l-livell ta’ finanzjament allokat.

Din il-kwistjoni għadha rilevanti għall-qafas finanzjarju li jmiss.

Il-programmi operazzjonali tal-FSE fihom konnessjoni ċara bejn il-prijoritajiet miżmuma, l-għanijiet li għandhom jintlaħqu, li huma tradotti wkoll f’miri kwantifikati fil-livell tal-assi ta’ prijorità, kif previst fil-qafas regolatorju u l-livell ta’ finanzjament meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet.

L-Istati Membri, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom jistabbilixxu miri raġjonevoli annwali għat-tnaqqis tat-tluq kmieni mill-iskola biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija ta’ Lisbona.

Fil-biċċa l-kbira din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata. Fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020, erba' snin wara l-pubblikazzjoni tar-Rapport Speċjali, l-Istati Membri qablu li jistabbilixxu miri nazzjonali, filwaqt li jieħdu inkonsiderazzjoni l-pożizzjoni inizjali tagħhom u ċ-ċirkostanzi nazzjonali.

Stat Membru wieħed ma ddefinixxiex il-mira speċifika tiegħu.

Il-preparazzjoni tal-perjodu ta’ pprogrammar ta’ wara l-2013 kienet l-ewwel opportunità għall-Kummissjoni biex timplimenta din ir-rakkomandazzjoni. Fi ħdan l-Istrateġija tal-2020, id-definizzjoni ta’ miri nazzjonali hija l-prodott ta’ djalogu mal-Kummissjoni Ewropea sabiex tivverifika l-konsistenza mal-miri primarji tal-UE. Kull pajjiż jistabbilixxi l-miri nazzjonali tiegħu fil-programm ta’ riforma nazzjonali tiegħu li jsir f’April ta’ kull sena. L-Istati Membri kollha, minbarra r-Renju Unit stabbilixxew miri nazzjonali dwar it-tluq bikri mill-iskola fil-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali tal-2011 lill-Kummissjoni f’April/Mejju 2011).

L-Istati Membri, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom iħeġġu t-tpartit ta’ informazzjoni u l-aħjar prattika bejn l-organizzazzjoniet kollha lokali u nazzjonali responsabbli milli jindirizzaw it-tluq kmieni mill-iskola.

Din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata. Skont il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni, ġie stabbilit grupp ta’ esperti mill-Istati Membri li jispeċjalizza fi “L-Aċċess u l-Inklużjoni Soċjali fl-Edukazzjoni” fi ħdan il-programm ta’ ħidma “L-Edukazzjoni u t-Taħriġ 2010”, li ġie adottat fl-2003. Mill-2006 'l hawn, il-grupp wettaq attivitajiet ta’ tagħlim minn pari f'diversi Stati Membri. Il-Kummissjoni reċentement ipproponiet li jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma tematiku ġdid dwar it-tluq kmieni mill-iskola.

Il-grupp tematiku l-ġdid dwar is-suġġett tat-tluq kmieni mill-iskola għad irid jiġi stabbilit.

Taħt il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni, “Raggruppament” ta’ esperti minn Stati Membri li jispeċjalizzaw fl-“Aċċess u l-Inklużjoni Soċjali fl-Edukazzjoni” twaqqaf fi ħdan il-programm ta’ ħidma Edukazzjoni u Taħriġ 2010, adottat mill-Kunsill fl-2003. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi grupp ta’ esperti fuq livell Ewropew (fil-qafas tal-UE 2020). Dan il-grupp se jkompli bil-ħidma tar-raggruppament ta’ qabel dwar “Aċċess u Inklużjoni Soċjali fit-Tagħlim Tul il-Ħajja”, li jiffoka fuq it-tluq bikri mill-iskola u li jkompli jiżviluppa d-dokumenti ta’ gwida eżistenti.

L-Istati Membri, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni, għandhom b'mod attiv jippromwovu l-użu innovattiv tal-fondi mogħtija mill-FSE sabiex jindirizzaw it-tluq kmieni mill-iskola.

Din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata. Minn meta ġie ppubblikat ir-Rapport Speċjali, l-Istati Membri organizzaw konferenzi dwar l-integrazzjoni taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, inkluż it-tluq kmieni mill-iskola, fejn ġew ippreżentati mudelli ġodda.

Il-Kummissjoni għandha tkompli tħeġġeġ azzjonijiet li jippromwovu l-użu innovattiv tal-FSE.

Il-Kummissjoni tkompli bl-attivitajiet tagħha billi tippromwovi l-użu innovattiv tal-FSE.


(1)  Din l-orjentazzjoni hija riflessa fil-Komunikazzjoni dwar ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE (COM(2010) 700) u fil-5 Rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali.

L-ANNESS 4.5b

IS-SEGWITU TAR-RAPPORT SPEĊJALI Nru 10/2006: ANALIŻI TAL-AZZJONIJIET MEĦUDA BIEX JIĠU INDIRIZZATI R-RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-QORTI

Ir-rakkomandazzjonijiet inizjali

(Il-paragrafi 119-123 tar-Rapport Speċjali)

Il-valutazzjoni ġenerali tal-azzjonijiet meħuda

(l-evalwazzjonijiet ex post 2000-2006)

Id-dgħufijiet li għad hemm jew dgħufijiet oħra

(l-evalwazzjonijiet ex post 2007-2013 li ġejjin)

Ir-risposta tal-Kummissjoni

Ir-rakkomandazzjoni 1

Hemm bżonn urġenti li ssir mill-ġdid evalwazzjoni tal-iskop, il-proċeduri u l-approċċ użat fil-valutazzjonjiet ex post, qabel ma joħorġu s-serje li jmiss ta’ kuntratti għall-evalwazzjonijiet ex post(…).

Għaż-żewġ DĠ, kien hemm bidla minn approċċ li janalizza l-Istati Membri għal approċċ ibbażat fuq l-oqsma tematiċi ewlenin biex tkun tista’ tingħata aktar attenzjoni lil kwistjonijiet strateġiċi f’Unjoni ta’ 27 Stat Membru. Għad-DĠ Empl, l-analiżi hija miġbura fil-qosor permezz ta’ kwistjonijiet ta’ evalwazzjonijiet ċentrali.

L-analiżi tad-DĠ Regio għandha tinġabar fil-qosor skont kwistjonijiet ta’ interess strateġiku għall-partijiet interessati. Għandha tiġi inkluża t-tema tal-enerġija. Il-miri tal-Ewropa 2020 għandhom jiġu kkunsidrati.

Il-valutazzjoni ex post 2000-2006 tinkludi rapport sinteżi li jiġbor flimkien sejbiet essenzjali min-numru sinifikanti ta’ valutazzjonijiet meħuda bħala parti mill-eżerċizzju ex post.

Għal valutazzjoni futura ex post, l-iżjed karatteristiċi importanti tal-perjodu ta’ pprogrammar attwali se jiġu kkunsidrati. DĠ Regio jfakkar li l-istrateġija Ewropa 2020 ġiet adottata biss fl-2010, diversi snin wara li l-programmi attwali ġew approvati mill-Kummissjoni. Il-kwistjoni ta’ enerġija rinnovabbli ġiet indirizzata f’xogħol riċenti meħud minn DĠ REGIO.

Ir-rakkomandazzjoni 2

Biex jitjieb il-proċess tal-evalwazzjoni, jeħtieġ li jiġu introdotti proċeduri ta’ kontroll ta’ kwalità aħjar u applikati b’mod effettiv mill-Kummissjoni (…). Tali proċeduri għandhom jassiguraw li:

 

 

 

(a)

data rilevanti u affidabbli tiġi miġbura regolarment u tkun disponibbli f’kull stadju tal-proċess ta’ evalwazzjoni;

Ittieħdu serje ta’ miżuri mmirati lejn entitajiet li jwettqu l-evalwazzjonijiet ex post.

Hemm bżonn isiru aktar sforzi biex l-informazzjoni dwar il-progress tal-proġetti tkun aktar disponibbli, rilevanti u affidabbli.

(a)

DĠ REGIO jaqbel mal-valutazzjoni. It-titjib fid-dejta diġà ġie implimentat fil-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013: l-Istati Membri huma mitluba li jipprovdu d-dejta dwar il-parteċipanti minbarra lista ta’ karatteristiċi armonizzati (eż. dwar l-istatus tal-impjieg, żvantaġġjati, edukazzjoni).

(b)

it-termini ta’ referenza jkunu adegwati u li jipprovdu għall-applikazzjoni ta’ metodoloġiji xierqa u ta’ proċeduri korretti mill-kuntratturi;

Iż-żewġ DĠ inkludew konsiderazzjonijiet ta’ evalwazzjonijiet ċentrali fit-Termini ta’ Referenza tal-2000-2006.

 

 

(c)

riżorsi u ħin xieraq jiġu allokati għall-proċessi ta’ evalwazzjoni;

Ġew allokati riżorsi xierqa miż-żewġ DĠ għall-evalwazzjonijiet ex post.

 

 

(d)

ikun hemm monitoraġġ u superviżjoni xierqa mill-Kummissjoni sabiex tiġi assigurata l-kwalità ġenerali tal-proċess.

Iż-żewġ DĠ tejbu l-kontroll tal-kwalità permezz tal-ħruġ ta’ noti ta’ gwida, l-allokazzjoni ta’ aktar riżorsi, l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ esperti indipendenti u permezz ta’ laqgħat regolari tal-grupp ta’ tmexxija.

 

 

Ir-rakkomandazzjoni 3

Attenzjoni partikolari għandha tkun riservata għall-għażla ta’ tekniki xierqa biex jiġi evalwat u mkejjel l-impatt ekonomiku. (…)

Id-DĠ Regio uża żewġ mudelli makroekonomiċi u introduċa l-analiżi bbażata fuq is-simulazzjonijiet bħala metodu ta’ evalwazzjoni tal-impatt (1).

Il-prattika attwali li jintuża t-tkabbir tal-PDG ibbażat fuq mudelli makroekonomiċi biex jitkejjel is-suċċess tal-Politika ta’ Koeżjoni għandha tiġi kkumplimentata mill-użu ta’ indikaturi soċjali u ambjentali.

Id-DĠ Regio għandu jwessa’ l-użu tiegħu tal-analiżi bbażata fuq is-simulazzjonijiet u d-DĠ Empl għandu jintroduċiha. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-użu tagħha mill-Istati Membri.

DĠ REGIO jaqbel li l-mudelli makroekonomiċi se jibqa’ jkollhom rwol importanti biex jinftiehmu l-effetti ta’ politika ta’ koeżjoni. DĠ REGIO qed iħares lejn il-mistoqsija ta’ liema mudelli huma l-iżjed adattati biex jirriflettu l-firxa tal-għanijiet ta’ politika tiegħu.

DĠ REGIO jaqbel dwar iżjed espansjoni tal-użu ta’ analiżi kontrafattwali.

Il-ħidma ta’ DĠ EMPL fuq xenarji kontrafattwali hi kontinwa (ara t-tweġiba għall-paragrafu 4.56).

Ir-rakkomandazzjoni 4

Huwa neċessarju li tingħata aktar importanza biex jiġu stabbiliti korrelazzjonijiet bejn il-valutazzjonijiet ex post u l-istudji tematiċi, u biex jiġi assigurat li r-riżultati jkunu konsistenti ma’ xulxin.

Ara r-rakkomandazzjoni 1.

Ara r-rakkomandazzjoni 1.

 

Ir-rakkomandazzjoni 5

Jistgħu jsiru numru ta’ rakkomandazzjonijiet għall-valutazzjonijiet futuri, b’mod partikolari għar-Reġjuni tal-Objettiv 1, jiġifieri:

 

 

 

(a)

Hemm bżonn li jkun hemm fokus speċifiku fuq ir-raġunijiet għaliex il-kontribuzzjonijiet mis-settur privat għal proġetti tal-fondi strutturali jvarjaw ħafna bejn l-Istati Membri (…);

Din il-kwistjoni tikkonċerna l-aktar lill-Politika Reġjonali. Id-DĠ Regio wettaq valutazzjoni tal-impatt tal-Fondi Strutturali fuq l-infiq tas-settur privat, madankollu, dan kien limitat għal investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp.

Id-DĠ Regio għandu jkompli jfittex kif jista’ jiġi stimulat l-investiment fis-settur privat.

(a)

L-evidenza empirika disponibbli dwar l-effetti tal-appoġġ għall-intrapriżi, ġewwa u barra l-Kummissjoni, għadhom skarsi. DĠ REGIO se jkompli bl-isforzi tiegħu biex iżid l-evidenza.

(b)

Tema ieħor interessanti li jiġi esplorat huwa dwar jekk għandux ikun hemm bidla fil-futur mill-għoti ta’ konċessjonijiet għal miżuri ta’ inġenerija finanzjarja, (…), li jista’ jkun aktar sostenibbli u effiċjenti fit-tul ta’ żmien;

Fil-perjodu 2007-2013, saret enfasi fuq it-tekniki tal-inġinerija finanzjarja fl-oqsma tal- kapital ta’ riskju, self u sussidji fuq ir-rata tal-interessi u r-riġenerazzjoni urbana.

Il-Kummissjoni għandha tisfrutta aktar il-potenzjal tal-provvista ta’ finanzjament permezz ta’ strumenti oħra li ma jkunux għotjiet.

(b)

DĠ REGIO se jkompli bl-isforzi tiegħu biex iżid l-evidenza (ara t-tweġiba għall-paragrafu preċedenti).

(c)

Għandha tingħata attenzjoni akbar għad-definizzjoni ta’ spejjeż għal kull unità u livelli standard għal tipi varji ta’ proġetti;

Id-DĠ Regio stabbilixxa database tal-ispejjeż għal kull unità b'rabta mal-infrastruttura, iżda din għadha mhux qed tintuża.

Id-DĠ Regio għandu jlesti d-database tal-ispejjeż għal kull unità. Id-DĠ Empl għandu jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu databases dwar l-ispejjeż għal kull unità u l-karatteristiċi ewlenin b’rabta mal-proġetti ta’ taħriġ.

(c)

Il-valutazzjoni ex post 2000-2006 tal-Fond ta’ Koeżjoni għandha tarrikkixxi d-dejtabejż attwali b’numru sostanzjali ta’ proġetti.

(d)

Għandha tingħata wkoll attenzjoni addizzjonali għall-proċess ta’ applikazzjoni u approvazzjoni ta’ proġett hekk kif qalu l-persuni li għamlu l-evalwazzjoni;

Id-DĠ Regio kkummissjona Workpackage dwar is-sistemi ta’ ġestjoni u implimentazzjoni li huwa beħsiebu jieħu inkonsiderazzjoni għat-tfassil tal-perjodu li jibda fl-2014.

 

 

(e)

Jeħtieġ li tingħata attenzjoni addizzjonali fuq evalwazzjonijiet interni mill-ministeri jew awtoritajiet reġjonali rilevanti fil-valutazzjonijiet ex post futuri.

Għalkemm l-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu kienu obbligatorji, l-evalwazzjonijiet tal-Istati Membri fil-biċċa l-kbira tagħhom kienu orjentati lejn il-konformità minflok ma kienu orjentati lejn il-prodotti u r-riżultati.

Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istati Membri biex jagħmlu evalwazzjonijiet interni bbażati fuq il-prestazzjoni, u għal dan l-għan, hija għandha tiffaċilita t-tpartit tal-aħjar prattika.

(e)

F’dan il-perjodu ta’ pprogrammar, il-valutazzjoni obbligatorja ta’ nofs it-terminu nbidlet bi proċess orjentat fuq il-ħtieġa ta’ valutazzjonijiet kontinwi. Approċċ simili hu previst għall-perjodu futur wara l-2013. Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 4.55.

(1)  L-analiżi bbażata fuq is-simulazzjonijiet hija paragun bejn dak li verament seħħ u dak li kien jiġri kieku ma sarx l-intervent.

L-ANNESS 4.5c

IS-SEGWITU TAR-RAPPORT SPEĊJALI Nru 7/2009: ANALIŻI TAL-AZZJONIJIET MEĦUDA BIEX JIĠU INDIRIZZATI R-RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-QORTI

Ir-rakkomandazzjonijiet inizjali

Il-valutazzjoni ġenerali tal-azzjonijiet meħuda

Id-dgħufijiet li għad hemm jew dgħufijiet oħra

Ir-risposta tal-Kummissjoni

Ir-rakkomandazzjoni 1

Sabiex tikseb l-awtorità bħala l-maniġer tal-programm, il-Kummissjoni għandha tadatta r-riżorsi tagħha u l-istrumenti legali u finanzjarji tagħha għall-ispeċifiċitajiet tal-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ programm industrijali:

Din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata parzjalment.

Hemm numru ta’ deċiżjonijiet li huma importanti għas-suċċess tal-programm u li għadhom ma ttiħdux (jiġifieri, definizzjoni ċara tal-objettivi strateġiċi u operazzjonali, u mudelli ġenerali tal-finanzjament u tal-kondiviżjoni tal-ispejjeż għall-programm).

Il-Kummissjoni Ewropea, li hi responsabbli għall-ġestjoni tal-programmi GNSS, daħħlet fis-seħħ il-qafas legali u tekniku meħtieġ għall-implimentazzjoni tagħha, filwaqt li kkunsidrat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti.

Fil-qafas tal-preparazzjonijiet għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF), il-Kummissjoni se tippreżenta proposta leġiżlattiva ġdida għal implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Galileo u EGNOS. Se tinkludi, inter alia, il-qafas għall-governanza tagħhom u definizzjoni aġġornata tar-riżorsi baġitarji meħtieġa.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-Trasport ta’ Marzu 2011, kif ukoll ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ Ġunju 2011, it-tnejn jappoġġjaw il-finanzjament tal-programmi mill-Baġit tal-UE.

Estrapolazzjoni tal-baġit tal-programmi, mingħajr għarfien tal-appoġġ pubbliku għall-finanzjament fil-futur, ma tipprovdix stampa globalment xierqa biex jintlaħqu konklużjonijiet dwar l-ispejjeż finanzjarji netti totali.

(a)

il-kwantità u l-kapaċità tar-riżorsi umani tagħha għandhom ikunu proporzjonati mal-kompitu tagħha bħala maniġer tal-programm;

(a)

Il-persunal li jaħdem fuq il-programmi tal-GNSS fil-Kummissjoni żdied minn 13-il persuna fl-2007 għal 75 f’Marzu 2010. L-isfida li jmiss hija li tiġi żgurata l-kontinwità tar-riżorsi umani wara l-2013.

(b)

għandu jiġi stabbilit qafas ta’ koperazzjoni xieraq bejn l-UE u l-ESA;

(b)

Il-Kummissjoni ffirmat il-Ftehimiet ta’ Delega tal-EGNOS u tal-Galileo mal-ESA li jiskadu fi tmiem l-2015.

(c)

il-Kummissjoni għandha tassigura li għandha l-istrumenti finanzjarji biex tiffinanzja l-infrastruttura (b’mod ieħor milli għotjiet) u tikkommetti ruħha biex iġġarrab l-ispejjeż annwali tal-operat u riforniment ta’ din l-infrastruttura fuq żmien twil;

(c)

Għalkemm il-Kummissjoni għamlet stima tal-ispejjeż tal-proġett fuq tul ta’ żmien medju u twil, ma ġewx żgurati s-sorsi tal-finanzjament neċessarju. Abbażi taċ-ċifri tal-Kummissjoni, il-Qorti tosserva li dawn l-ispejjeż tal-proġett jistgħu jitilgħu għal EUR 20,4 biljun sal-2030 u d-dħul kummerċjali futur huwa mistenni jkopri inqas minn 10 % tal-ispejjeż oprerazzjonali annwali stmati.

(d)

il-governanza tal-programm għandha tkun tali li tippermetti l-maniġer tal-programm li jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod koerenti (jiddefinixxi aspettattivi, jagħti poteri u jikkonferma l-prestazzjoni).

(d)

Il-ftehimiet ta’ delega u l-pjanijiet tal-ġestjoni tal-proġett li ġew stabbiliti jippprovdu l-bażi biex il-maniġer tal-programm ikun jista’ jwettaq ħidmietu.

Ir-rakkomandazzjoni 2

Il-Kummissjoni għandha tiċċara urġentement l-objettivi tal-politika tal-programm u tittraduċihom f’objettivi strateġiċi u operattivi li jipprovdu lil Galileo b’roadmap solida minn issa sa wara l-kostruzzjoni sħiħa. Pereżempju:

(a)

Kif għandha tiġi pożizzjonata bħala sistema kummerċjali Galileo? Hija meħtieġa li finanzjarjament ma tagħmilx la telf u lanqas qligħ jew se teħtieġ sostenn kontinwu mis-settur pubbliku? Hija dwar il-ġenerazzjoni kemm jista’ jkun kbira tad-dħul jew dwar benefiċċji makroekonomiċi kemm jista’ jkun kbar u sservi l-katina ta’ valur sħiħa ta’ Galileo permezz ta’ servizzi u oġġetti ġenerati mill-applikazzjonijiet tagħha?

Din ir-rakkomandazzjoni ma ġietx implimentata.

Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri biex jiċċaraw l-objettivi tal-politika tal-programm (speċjalment is-Servizz Pubbliku Regolat u s-servizzi tas-Sigurtà tal-Ħajja) biex ikunu jistgħu jinqalbu f’objettivi strateġiċi u operattivi finali. Madankollu, għadu ma ntlaħaqx ftehim dwar pożizzjoni komuni u dan qed iwassal għal dewmien biex jittieħdu deċiżjonijiet importanti għall-ippjanar fid-dettall tal-programm.

L-objettivi tal-politika tal-programm għandhom jiġu ċċarati urġentement u jinqalbu f’objettivi strateġiċi u operattivi.

Il-Kummissjoni tqis li l-għanijiet politiċi u strateġiċi globali għall-programm Galileo ġew iċċarati bir-Regolament (KE) Nru 683/2008 (1).

L-għanijiet operazzjonali, bħal Servizz Pubbliku Rregolat, servizz tas-Salvagwardja tal-Ħajja, servizz ta’ Tiftix u Salvataġġ u Servizz Kummerċjali qegħdin preżentement jiġu preparati u se jiġu adottati fl-2011 u l-2012.

Ir-rakkomandazzjoni 4

Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-kwistjonijiet li ġejjin huma indirizzati:

Din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata parzjalment.

Biex ikun jista’ jsir l-ittestjar fil-livell tekniku, l-ispeċifikazzjoni finali tal-tas-servizzi tal-Galileo għandha tiġi stabbilita.

Il-qafas legali u regolatorju għandu jiġi kkompletat, inkluża politika dwar ir-responsabbiltà tal-partijiet terzi.

Fil-qafas tal-preparazzjonijiet għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF), il-Kummissjoni se tippreżenta proposta leġiżlattiva ġdida għal implimentazzjoni ulterjuri tal-programmi Galileo u EGNOS. Se tinkludi, inter alia, il-qafas għall-governanza tagħhom u definizzjoni aġġornata tar-riżorsi baġitarji meħtieġa.

Ir-regolamenti dettaljati qegħdin preżentement jiġu preparati u se jiġu aġġornati sal-aħħar tal-2011 u l-2012.

(a)

analiżi, konsolidazzjoni u validazzjoni ta’ rekwiżiti tal-utenti rilevanti u stabbli;

(a)

Peress li l-ħtiġijiet tal-utenti (jiġifieri s-Servizz Pubbliku Regolat, is-servizzi tas-Sigurtà tal-Ħajja u s-servizzi ta’ Tfittix u Salvataġġ) għadhom ma ġewx stabbiliti, il-Kummissjoni għadha ma kkomunikathomx lill-ESA biex ikunu jistgħu jiġu ffinalizzati r-Rekwiżiti għat-Tfassil tal-Missjoni.

(b)

żvilupp ta’ azzjonijiet li jippermettu (bħall-qafas legali u regolatorju neċessarju).

(b)

Ir-regolament dwar is-Servizz Pubbliku Regolat attwalment qed jiġi diskuss fil-Parlament Ewropew.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 dwar l-implimentazzjoni ultejuri tal-programmi Ewropej tan-navigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo)


IL-KAPITOLU 5

L-Għajnuna esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir

WERREJ

Introduzzjoni

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Il-EuropeAid

Id-DĠ RELEX

Id-DĠ ELARG

Id-DĠ ECHO

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

Ir-Regolarità tat-tranżazzjonijiet

L-Effettività tas-sistemi

Id-DĠ ELARG

Id-DĠ ECHO

L-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 9/2008 dwar l-effettività tal-għajnuna tal-UE fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja għall-Belarus, il-Moldova u l-Ukraina

Introduzzjoni

Is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Segwitu tar-Rapport Speċjali Nru 10/2008 dwar l-għajnuna għall-Iżvilupp tal-KE lis-servizzi tas-saħħa fl-Afrika tas-Sub-Saħara

Introduzzjoni

Is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet

Rakkomandazzjonijiet dwar l-allokazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tar-riżorsi

Rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni u l-effettività tal-istrumenti

Konklużjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

5.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-Qorti dwar l-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir, li fih l-oqsma tal-politika segwenti: 19-Ir-Relazzjonijiet Esterni, 21-L-Iżvilupp u r-Relazzjonijiet mal-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) (1), 22-It-Tkabbir, u 23-L-Għajnuna umanitarja. Informazzjoni prinċipali dwar l-attivitajiet koperti, u l-infiq għall-2010 hija mogħtija fit- Tabella 5.1 . Il-kapitolu jirrapporta wkoll dwar it-tweġiba tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjonijiet stipulati f'żewġ rapporti speċjali.

 

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

5.2.

In-nefqa tar-Relazzjonijiet esterni u l-Iżvilupp kienet implimentata fl-2010 mill-Uffiċċju tal-Kooperazzjoni EuropeAid (EuropeAid) (2) u wkoll mid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (id-DĠ RELEX) (3). In-nefqa tat-tkabbir kienet implimentata mid-Direttorat-Ġenerali għat-Tkabbir (id-DĠ ELARG), u l-Għajnuna umanitarja, inkluża l-għajnuna f'ikel, mid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja (id-DĠ ECHO).

 

5.3.

Il-biċċa l-kbira tan-nefqa ġestita mill-erba' DĠ hija implimentata fuq il-bażi ta’ pagamenti ta’ prefinazjament, li jeħtieġu biss konformità ma’ għadd limitat ta’ kundizzjonijiet, filwaqt li pagamenti interim u finali huma kundizzjonali fuq preżentazzjoni u validazzjoni tan-nefqa li ġġarrbet attwalment għall-proġett u huma għaldaqstant, b'mod ġenerali, soġġetti għal riskji akbar mill-pagamenti ta’ prefinanzjament.

 

Il-EuropeAid

5.4.

In-nefqa implimentata mill-EuropeAid hi relatata ma':

(a)

assistenza ta’ żvilupp lil, u koperazzjoni ekonomika ma', pajjiżi fl-Asja u l-Amerika Latina u l-Istati AKP;

(b)

Politika Ewropea tal-Viċinat li tinkludi s-sħubija strateġika mar-Russja;

(c)

programmi tematiċi li jinkludu s-sigurtà tal-ikel, l-atturi mhux tal-istat u l-awtoritajiet lokali, l-ambjent, is-saħħa u l-edukazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.

 

It-Tabella 5.1 —   L-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir — Informazzjoni prinċipali 2010

(EUR miljun)

Titolu tal-Baġit

Qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Pagamenti

Mod tal-Ġestjoni

19

Relazzjonijiet esterni

Nefqa amministrattiva

443

Ċentralizzat u dirett

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma tal-immigrazzjoni u l-ażil

50

Ċentralizzat u dirett

Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni

256

Ċentralizzat u indirett/konġunt

L-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)

152

Ċentralizzat u dirett

Relazzjoni u kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux membri industrijalizzati

20

Ċentralizzat u dirett

Rispons għal kriżijiet u theddid globali għas-sigurtà

242

Ċentralizzat u dirett

Politika Ewropea tal-Viċinat u relazzjonijiet mar-Russja

1 520

Ċentralizzat u dirett/deċentralizzat

Relazzjonijiet mal-Amerika Latina

287

Ċentralizzat u dirett/deċentralizzat

Ir-relazzjonijiet mal-Asja, l-Asja Ċentrali u l-Pajjiżi tal-Lvant Nofsani

678

Ċentralizzat u dirett/deċentralizzat/konġunt

Strateġija ta’ politika u koordinazzjoni

35

Ċentralizzat u dirett

 

3 683

 

21

Żvilupp u Relazzjonijiet ma’ Stati AKP

Nefqa amministrattiva

386

Ċentralizzat u dirett

Sigurtà tal-provvista tal-ikel

537

Ċentralizzat u dirett

Atturi fl-iżvilupp mhux tal-Istat

250

Ċentralizzat u dirett

L-ambjent u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, inkluża l-enerġija

105

Ċentralizzat u dirett

Żvilupp uman u soċjali

131

Ċentralizzat u dirett/konġunt

Kooperazzjoni Ġeografika mal-Istati tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP)

254

Ċentralizzat u dirett/deċentralizzat/konġunt

Azzjonijiet ta’ kooperazzjoni fl-iżvilupp u programmi ad hoc

29

Ċentralizzat u dirett

Strateġija ta’ Politika u koordinazzjoni

16

Ċentralizzat u dirett

 

1 708

 

22

Tkabbir

Nefqa amministrattiva

91

Ċentralizzat u dirett

Proċess u strateġija ta’ tkabbir

1 005

Ċentralizzat u dirett/indirett/deċentralizzat

Appoġġ finanzjarju ta’ wara l-adeżjoni

22

Ċentralizzat u dirett/deċentralizzat

Strateġija ta’ informazzjoni u komunikazzjoni

12

Ċentralizzat u dirett

 

1 130

 

23

Għajnuna umanitarja

Nefqa amministrattiva

29

Ċentralizzat u dirett

Għajnuna umanitarja

942

Ċentralizzat u dirett/konġunt

 

971

 

Nefqa amministrattiva totali (25)

949

 

Total tan-nefqa operazzjonali

6 543

 

Li minnha:

pagamenti bil-quddiem

4 067

 

pagamenti interim/finali

2 476

 

Total tal-pagamenti għas-sena

7 492

 

Total tal-impenji għas-sena

8 126

 

Sors: il-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea tal-2010.

5.5.

Il-parti l-kbira tan-nefqa hija soġġetta għal ġestjoni ċentralizzata u diretta mis-servizzi tal-Kummissjoni, jew mill-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni jew inkella fid-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi terzi kkonċernati. Għajnuna mwassla permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali hija soġġetta għal ġestjoni konġunta.

 

5.6.

Il-proġetti ta’ żvilupp huma mxerrda f'iktar minn 150 pajjiż, u l-organizzazzjonijiet implimentattivi jvarjaw ħafna kemm fid-daqs kif ukoll fl-esperjenza. Sabiex il-proġetti jkunu eliġibbli għall-għajnuna mill-UE, dawn għandhom jikkonformaw ma’ regoli kumplessi li jinkludu proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti u ta’ għoti ta’ kuntratti.

 

Id-DĠ RELEX

5.7.

In-nefqa ġestita mid-DĠ RELEX hija prinċipalment relatata ma’ azzjonijiet implimentati skont il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, l-Istrument għall-Istabbiltà u l-Istrument għall-Pajjiżi Industrijalizzati. L-objettivi prinċipali jirrigwardaw: iż-żamma tal-paċi; il-prevenzjoni tal-kunflitti; it-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali u l-promozzjoni tal-interessi tal-UE mal-imsieħba prinċipali industrijalizzati u li jgawdu minn dħul għoli fir-rigward ta’ politika estera, integrazzjoni ekonomika u kwistjonijiet globali. Id-DĠ RELEX iġesti wkoll nefqa operazzjonali oħra relatata mal-istrateġija tal-politika u l-koordinazzjoni għall-qasam tal-politika għar-relazzjonijiet esterni.

 

5.8.

Fil-każ tal-Politika Estera u tas-Sigurtà Komuni, in-nefqa hija prinċipalment relatata mal-ħidma tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża permezz ta’ missjonijiet ċivili stabbiliti f'diversi pajjiżi u territorji li normalment ikunu soġġetti għal riskju politiku għoli u instabbiltà.

 

Id-DĠ ELARG

5.9.

Id-DĠ ELARG iġesti n-nefqa marbuta mal-istrateġija ta’ tkabbir prinċipalment fi ħdan l-istrument ta’ assistenza qabel l-adeżjoni, il-programm Phare flimkien mal-assistenza qabel l-adeżjoni, Cards (4), u l-assistenza finanzjarja qabel l-adeżjoni għat-Turkija.

 

5.10.

Parti sinifikanti tan-nefqa hija implimentata abbażi tal-pagamenti li jitħallsu direttament lill-awtoritajiet nazzjonali fil-pajjiżi benefiċjarji (ġestjoni deċentralizzata). Bħala regola, l-ewwel trasferiment ta’ fondi jseħħ hekk kif jiġu ffirmati l-ftehimiet ta’ finanzjament relatati mal-programmi nazzjonali kkonċernati. Il-rilaxx ta’ segmenti sussegwenti ta’ prefinanzjament hu kondizzjonali għall-approvazzjoni ta’ rapport ta’ progress li jgħid li ċertu perċentwal tal-fondi li ġew trasferiti qabel diġà ġew imħallsa.

 

Id-DĠ ECHO

5.11.

Id-DĠ ECHO huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-għajnuna umanitarja (5) tal-UE li huwa jġesti mill-kwartieri ġenerali. Madwar nofs l-approprjazzjonijiet impenjati huma pprovduti lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) (ġestjoni ċentralizzata u diretta) u n-nofs l-ieħor lin-Nazzjonijiet Uniti jew organizzazzjonijiet internazzjonali oħra (ġestjoni konġunta). Il-ftehimiet dwar finanzjament jiġu konklużi biss ma’ NGOs li ffirmaw il-Ftehim Qafas ta’ Sħubija (FPA) jew organizzazzjonijiet tan-NU li ffirmaw il-Ftehim Qafas Finanzjarju Amministrattiv (FAFA). Mill-2010 d-DĠ ECHO huwa wkoll responsabbli mill-Protezzjoni Ċivili Ewropea (6) li tieħu f'idejha l-implimentazzjoni ta’ dik in-nefqa mid-DĠ ENV.

 

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

5.12.

L- Anness 1.1, il-Parti 2 , tiddeskrivi l-approċċ ġenerali tal-verifika u tal-metodoloġija tal-Qorti. Għall-verifika tal-Għajnuna Esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir għandhom jiġu nnotati l-punti speċifiċi li ġejjin:

(a)

Il-verifika involviet eżaminazzjoni ta’ kampjun ta’ 165 pagament, li jinkludi 75 pagament ta’ prefinanzjament u 90 pagament interim u finali;

(b)

Il-valutazzjoni tas-sistemi kopriet is-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-EuropeAid u d-DĠ ELARG fil-kwartieri ġenerali, kif ukoll fid-delegazzjonijiet tal-UE, inklużi:

(i)

kontrolli ex ante,

(ii)

monitoraġġ u sorveljanza,

(iii)

verifiki esterni u proċeduri ta’ approvazzjoni (7),

(iv)

verifika interna.

(c)

Ir-reviżjoni dwar rappreżentazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni koprew ir-rapporti annwali tal-attività tal-EuropeAid u tad-DĠ ELARG.

 

IR-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

5.13.

L- Anness 5.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. L-ittestjar tal-Qorti fuq il-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet sab li 23 % ġew affettwati bi żball. L-iżball l-aktar probabbli stmat mill-Qorti huwa 1,7 % (8). L-iżbalji kwantifikabbli kollha nstabu fil-pagamenti interim u finali. Barra minn dan, il-Qorti sabet frekwenza għolja ta’ żbalji mhux kwantifikabbli.

5.13.

Il-Kummissjoni tilqa' l-konklużjoni tal-Qorti li fl-2010 t-tranżazzjonijiet fil-grupp ta’ politika Għajnuna Esterna, Żvilupp u Tkabbir kienu ħielsa minn kull żball materjali.

5.14.

Il-biċċa l-kbira tal-iżbalji kwantifikabbli identifikati jikkonċernaw l-eliġibbiltà: nefqa mġarrba barra l-perjodu ta’ eliġibbiltà, inklużjoni ta’ nefqa ineliġibbli fil-klejms tal-ispejjeż tal-proġett, nefqa mhux sostnuta minn dokumenti ta’ sostenn adegwati, pagamenti li saru mill-Kummissjoni mhux previsti fil-kuntratti rilevanti. Eżempji ta’ żbalji huma pprovduti minn hawn 'il quddiem (ara l-eżempju 5.1).

 

Eżempji 5.1

Xogħlijiet li saru barra l-perjodu ta’ implimentazzjoni (is-Serbja)

Waħda mit-tranżazzjonijiet ivverifikati kienet pagament interim li tħallas taħt kuntratt ta’ xogħlijiet għar-riabilitazzjoni u l-estensjoni ta’ impjant tat-trattament tad-drenaġġ. L-iskadenza operazzjonali biex jitlestew ix-xogħlijiet kienet il-5 ta’ Marzu 2009. Madankollu, ix-xogħlijiet relatati mal-pagament ivverifikat twettqu barra l-perjodu ta’ implimentazzjoni stabbilit mill-kuntratt u f'perjodu differenti minn dak imsemmi fiċ-ċertifikat tan-nefqa. Il-pagament ta’ 'l fuq minn EUR 800 000 huwa għaldaqstant meqjus ineliġibbli.

Il-pagamenti interim ogħla milli previsti fil-kuntratt

Il-kundizzjonijiet speċjali ta’ kuntratt għal assistenza teknika fuq il-post fl-Ukraina stipulaw li pagamenti interim m'għandhomx jaqbżu 90 % tal-valur totali tal-kuntratt. Il-Kummissjoni għamlet pagamenti interim sa mhux aktar minn 96 % tal-ammont ikkuntrattat, li jwassal għal pagament żejjed ta’ EUR 309 478.

Eżempji 5.1

Ħidma mwettqa barra mill-perjodu ta’ implimentazzjoni (is-Serbja)

Fil-każ ta’ xogħlijiet fejn fi tmiem l-iskadenza kuntrattwali l-Inġinier iqis li l-ħidma ma tkunx twettqet jew ma tkunx tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet meħtieġa, l-impjegatur ikun intitolat jitlob it-tlestija tax-xogħlijiet.

F'dan il-każ speċifiku l-Kummissjoni ma tħallasx il-pagamenti pendenti sa ma x-xogħolijiet ikunu jissodisfaw l-istandards mitluba fil-kuntratt.

Pagamenti interim ogħla milli previst fil-kuntratt

Il-Kummissjoni taċċetta l-fatt li sar żball fil-kalkoli. Madanakollu, dan il-pagament — li tella' l-pagamenti akkont bil-quddiem għal 96 % minflok il-limitu korrett ta’ 90 % — mhu ser ikollu l-ebda impatt finanzjarju residwu fuq il-baġit tal-KE għaliex, fl-istadju tal-aħħar pagament, il-pagament jitnaqqas b'ammont korrispondenti jew inkella jinbeda proċess ta’ rkupru (sostnut mill-garanzija finanzjarja tal-bank). Dan l-eżempju jirrefletti l-multiannwalità tal-arkitettura ta’ kontroll tal-Kummissjoni.

5.15.

Il-biċċa l-kbira tal-iżbalji mhux kwantifikabbli identifikati jikkonċernaw żbalji fil-proċeduri ta’ akkwist u fl-estensjoni ta’ kuntratti mill-Kummissjoni li nstabu f'14 (9) mit-53 pagament soġġetti għal proċedura ta’ sejħiet għall-offerti.

 

5.16.

Terz biss mill-iżbalji kwantifikabbli misjuba jikkonċernaw pagamenti interim li jistgħu jiġu kkoreġuti minn kontrolli sussegwenti fil-proċess tal-kontroll intern. Żewġ terzi tal-iżbalji nstabu fil-pagamenti finali li ma kinux instabu mill-kontrolli tal-Kummissjoni. Eżempju ta’ dan hu provvdut aktar 'il quddiem (ara l-eżempju 5.2).

5.16.

Il-Kummissjoni temmen li miżuri ta’ qbid ta’ żbalji u miżuri korrettivi minn qabel il-pagamenti finali (pereżempju sottomissjoni ta’ rapporti, awditjar intern, verifiki ta’ nfiq u kontrolli tranżazzjonali minn persunal tal-Kummissjoni) huma effettivi. Barra minn hekk, irregolaritajiet potenzjali għadhom jistgħu jiġu kkorreġuti ex post permezz tat-tnedija ta’ awditjar ex post u rkupri xierqa. Madankollu, il-kontrolli ma jistgħux inaqqsu realistikament ir-riskju ta’ żball finanzjarju għal żero.

Eżempju 5.2

Żbalji f'pagament finali mhux misjuba mill-kontrolli tal-Kummissjoni

Għal pagament finali għal proġett li jipprovdi sostenn lil familji rurali fil-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ ġewż tal-anakardju fin-Nikaragwa, kien hemm diversi tipi ta’ żbalji li jikkonċernaw in-nefqa ddikjarata: ammonti ddikjarati fir-rapport finali mhux dokumentati fir-reġistri tal-kontabilità; fatturi u provi ta’ pagamenti neqsin; nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ akkwist u ċertifikati tal-oriġini neqsin. Skont l-iżbalji li nstabu, EUR 157 629,89 jew 21,7 % tal-ispejjeż totali tal-proġett kienu meqjusa bħala ineliġibbli. Ebda minn dawn l-iżbalji ma stabu mill-Kummissjoni fl-istadju tal-pagament finali.

Eżempju 5.2

Żbalji fil-pagament finali li ma jinqabdux mill-Kummissjoni

Fl-eżempju li ngħata, il-kontrolli ppjanati tal-EuropeAid kienu għadhom ma tlestewx. Il-kuntratt inkwistjoni kien diġà ntgħażel għal awdtijar addizzjonali ex post (minbarra l-verifika tan-nefqa obbligatorja li ssir mill-awditur wara l-aħħar pagament) fil-Pjan tal-Awditu tal-2010 li huwa msejjes fuq il-valutazzjoni tar-riskju tad-delegazzjoni nnifisha (fl-2009). Dan l-awditu (li sab li ammont ta’ EUR 0,28 miljun tan-nefqa ma kienx eliġibbli) kien għadu ma ġiex iffinalizzat meta saret iż-żjara tal-Qorti (li sabet li ammont ta’ EUR 0,16 miljun ma kienx eliġibbli). Id-delegazzjoni diġà bdiet proċess ta’ rkupru fuq il-bażi tal-awditjar tagħha u kif ukoll fuq dak li għamlet il-QEA. Dan l-eżempju jagħti prova tal-kopertura sostanzjali tal-kontrolli tal-UE (billi dan il-proġett li jiswa EUR 0,7 miljun laqa' tliet settijiet ta’ awdituri min-naħa tal-UE matul l-2009/10) u kif ukoll l-effikaċja tal-metodoloġija ta’ awditjar obbligatorja tal-EuropeAid inkluż il-valutazzjoni annwali tar-riskju.

L-EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

5.17.

L- Anness 5.2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżaminazzjoni tas-sistemi tal-EuropeAid u d-DĠ ELARG. Il-Qorti sabet li s-sistemi taż-żewġ DĠ kienu parzjalment effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Ir-riżultati dettaljati tal-valutazzjoni tas-sistemi EuropeAid huma ppreżentati fir-rapport annwali tal-Qorti fit-tmien, id-disa' u l-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (ir-rapport dwar il-FEI).

5.17.

Il-Kummissjoni tilqa' l-konklużjoni tal-Qorti, fir-rapport annwali tal-Qorti dwar it-tmien, id-disa' u l-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (rapport dwar il-FEŻ), li “l-ambjent ta’ kontroll tal-EuropeAid jitqies bħala wieħed effettiv” (paragrafu 30).

Id-DĠ ELARG

Kontrolli ex ante

5.18.

Ittieħdu inizjattivi pożittivi fl-2010 sabiex jitjiebu l-proċeduri ta’ kontroll intern. Madankollu, kien għadu mhux possibbli li tiġi kkonfermata l-effettività kollha tat-titjib tal-proċeduri ta’ kontroll intern, li huma meqjusa bħla parzjalment effettivi.

5.18.

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha tal-2009 u adottat sett ta’ miżuri u struzzjonijiet b'ħeffa. Dawn il-miżuri saru operazzjonali fl-2010 u l-impatt sħiħ tagħhom mistenni li jinħass fl-2011.

5.19.

Fl-2009, id-DĠ ELARG stabbilixxa “Strateġija ta’ Kontroll Intern” komprensiva li ġiet segwita fl-2010 minn żvilupp sussegwenti ta’ proċeduri ġodda (10) u riveduti (11).

 

5.20.

Il-gwida pprovduta mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ akkreditament li jwasslu għall-għoti ta’ ġestjoni lil awtoritajiet nazzjonali mhijiex dettaljata biżżejjed (eż. punti ta’ riferiment li għandhom jintlaħqu qabel ma jitneħħew il-kontrolli ex ante jew il-kundizzjonijiet li taħthom jista' jiġi sospiż l-għoti tal-poteri tal-ġestjoni).

5.20.

Il-kriterji għall-għoti ta’ setgħat ta’ ġestjoni lill-awtoritajiet nazzjonali (u, min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet għas-sospensjoni tal-għoti tas-setgħat ta’ ġestjoni) huma spjegati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni IPA (KE) Nru 718/2007.

Fir-rigward ta’ dan jistgħu jiġu miftiehma aktar kundizzjonijiet (jew kriterji) mal-pajjiż benefiċjarju u dawn jistgħu jiġu inklużi fil-ftehimiet ta’ finanzjament li jiġu ffirmati taħt ġestjoni diċentralizzata.

5.21.

Ir-reviżjonijiet ta’ pagamenti fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet ikomplu jiżvelaw dgħufijiet fis-sekwenza tal-verifika tal-kontrolli mwettqa mill-Kummissjoni biex tiġi vvalidata n-nefqa ta’ bażi (ara l-eżempju 5.1 — is-Serbja).

5.21.

Għadhom qegħdin isiru sforzi kostanti sabiex jiġu eliminati d-dgħufijiet li għad fadal u li ġew individwati mill-Qorti fil-kuntest tal-verifika tat-tranżazzjonijiet tal-ħlas.

5.22.

F'sebgħa (12) mis-17-il tranżazzjoni vverifikati soġġetti għal proċedura ta’ akkwist, l-iżbalji nstabu fl-istadju tas-sejħiet għall-offerti (eż. definizzjoni mhux xierqa jew applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla u tip ta’ akkwist ħażin), jew f'emendi sussegwenti għal kuntratti (eż. proċeduri negozjati irregolari wara l-iskadenza tal-implimentazzjoni).

 

Monitoraġġ u sorveljanza

5.23.

Il-monitoraġġ u s-sorveljanza li saru mid-DĠ ELARG huma meqjusa bħala effettivi.

 

5.24.

Fl-2010 d-DĠ ELARG kompla l-iżvilupp ta’ sistema ġdida ta’ ġestjoni ta’ informazzjoni. Il-Qorti sabet li l-kwalità tad-data mdaħħla fis-sistemi ta’ informazzjoni (CRIS u i-Perseus) (13), li se tintuża mis-sistema ġdida ta’ ġestjoni ta’ informazzjoni, mhijiex assigurata b'mod suffiċjenti. Dan kien muri minn żbalji ta’ kodifikazzjoni li nstabu matul l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet min-naħa tal-Qorti.

5.24.

Id-DĠ ELARG jivverifika d-dejta li tiddaħħal fis-CRIS minn: (a) ċirkwiti finanzjarji (reviżjoni bi 8 għajnejn), ibbżati fuq il-manwali tal-proċeduri, listi ta’ kontroll u taħriġ regolari lill-persunal; (b) kontrolli awtomatiċi tad-dejta li jinsabu fis-CRIS u (c) kontrolli tal-kwalità tad-dejta kontabbli mwettqa mill-Korrispondent tal-Kontabbiltà tad-DĠ ELARG.

5.25.

Id-DĠ ELARG ħareġ linji gwida għaż-żjarat fuq il-post tad-delegazzjonijiet ta’ proġetti. Madankollu, dan ma kkomplematahomx b'għodda sabiex tiffaċilita l-konsolidament tar-riżultati taż-żjara relatati ma’ kwistjonijiet ta’ legalità u regolarità.

5.25.

Id-DĠ ELARG ħareġ struzzjonijiet dettaljati għal żjajjar ta’ monitoraġġ li huma biss mezz wieħed biex tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti. Ir-riżultati taż-żjajjar ta’ monitoraġġ jiġu ddokumentati b'mod sistematiku fir-rapporti tal-missjoni li jkunu mehmuża mal-fajl tal-proġett relevanti.

5.26.

Għall-ġestjoni deċentralizzata, id-DĠ ELARG jissorvelja l-effettività tas-sistemi nazzjonali u l-issodisfar tar-rekwiżiti kollha għaż-żamma tal-akkreditament tagħhom. Verifiki ta’ sistemi mwettqa mill-kwartieri ġenerali jittestjaw biss it-tfassil tas-sistemi nazzjonali, inklużi s-sistemi ta’ kontroll intern, filwaqt li d-delegazzjoni stabbilita hi responsabbi għall-monitoraġġ tal-funzjonament tas-sistema. Dan għad jista' jitjieb permezz ta’ kontrolli sistematiċi fuq il-post mid-delegazzjonijiet.

5.26.

Id-delegazzjonijiet f'pajjiżi benefiċjarji taħt ġestjoni deċentralizzata (fl-2010 dawn kienu l-Kroazja u t-Turkija) jwettqu kontrolli fuq il-post bħala parti mill-istrateġija annwali ta’ assigurazzjoni għad-delegazzjonijiet kollha u jagħmlu reviżjonijiet sistematiċi tal-iffunzjonar tas-sistemi nazzjonali f'laqgħat regolari mal-awtoritajiet nazzjonali relevanti. Id-DĠ ELARG jirċievi dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni flimkien ma’ rapport dettaljat dwar id-dgħufijiet pendenti mill-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali. Fejn xieraq, jiġu miftiehma pjani ta’ azzjoni dettaljati mal-pajjiż benefiċjarju sabiex jiġu rrimedjati dgħufijiet jew nuqqasijiet fis-sistemi nazzjonali.

Il-verifiki esterni u l-proċeduri ta’ approvazzjoni

5.27.

Il-verifiki esterni u l-proċeduri ta’ approvazzjoni huma vvalutati bħala effettivi.

 

5.28.

Għall-ġestjoni ċentralizzata, id-DĠ ELARG, wara r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, implimenta strateġija speċifika biex jiġu introdotti verifiki ex post fil-kuntratti ġestiti ċentralment. Rapport ta’ verifika wieħed biss kien disponibbli sal-aħħar tal-2010. Il-gwida u s-segwitu għall-preparazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Verifika Annwali fil-livell tad-delegazzjonijiet instabu li ma kinux dettaljati biżżejjed (eż. id-DG ELARG ma tax definizzjoni ta’ proporzjon ta’ kopertura minima tan-nefqa li għandha tiġi vverifikata mid-delegazzjonijiet u d-delegazzjonijiet mhumiex obbligati jinfurmaw lill-kwartieri ġenerali dwar l-azzjonijiet ta’ segwitu għar-rapporti tal-verifika).

5.28.

Il-kwistjonijiet pendenti individiwati mill-Qorti fil-kuntest tal-Pjani Annwali tal-Awditu ġew ikkunsidrati u indirizzati.

Il-verifika interna

5.29.

Il-funzjoni tal-verifika interna hija vvalutata bħala effettiva. Ir-rapporti tal-verifika prodotti fl-2010 nstabu rilevanti u sostanzjati, li għenu lid-Direttur Ġenerali biex jidentifika l-oqsma riskjużi prinċipali fis-sistemi ta’ kontroll intern tad-DĠ ELARG.

 

Id-DĠ ECHO

5.30.

Il-Qorti ma wettqitx valutazzjoni speċifika tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tad-DĠ ECHO fl-2010. Madankollu, l-ittestjar sostantiv żvela xi speċifiċitajiet ta’ sistemi marbuta mar-responsabbiltajiet tal-ECHO li jipprovdu livell konsiderevoli ta’ flessibbiltà fid-determinazzjoni ta’ x'inhu aċċettabbli bħala nefqa eliġibbli, kif ippreżentat fl-eżempju 5.3. Għaldaqstant, il-pagamenti verifikati rari jiġu affettwati min-nefqa ineliġibbli.

5.30.

Id-DĠ ECHO jaħdem fil-qafas tal-leġiżlazzjoni eżistenti li tinsab fis-seħħ u huwa totalment konformi magħha.

L-attivitajiet umanitarji huma bbażati fuq ir-riżultati, u b'hekk id-DĠ ECHO jagħmel analiżi fil-qasam dwar jekk ir-riżutati mistennija jkunux intlaħqu. Dan huwa tal-akbar importanza fil-qafas tal-għajnuna umanitarja fejn wieħed mill-mandati ewlenin tal-Kummissjoni huwa li jsalva l-ħajjiet. Din hija r-raġuni għaliex ir-Regolament Finanzjarju jirrikonoxxi l-grad ta’ flessibbiltà meħtieġ u dan jiġi applikat fil-qasam.

L-implimentazzjoni effettiva tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll, kif inhi vvalutata għad-DĠ ECHO mill-Qorti fir-rapport annwali tagħha tal-2009, tkompliet fl-2010, u rriżultat f'livell aktar baxx ta’ żbalji maqbuda mill-korpi ta’ kontroll, kemm jekk kienet il-Qorti u kemm jekk kienu l-awdituri tal-Kummissjoni.

Eżempju 5.3

Kriterji ta’ eliġibbiltà estiżi

Il-kundizzjonijiet ġenerali għal ftehim ta’ kontribuzzjoni taħt il-FAFA u l-FPA jaċċettaw xi nfiq mġarrab barra l-perjodu speċifiku ta’ implimentazzjoni tal-azzjoni bħala eliġibbli. Attivi fissi (eż. il-karozzi) iffinanzjati taħt proġett wieħed huma eliġibbli anki jekk dawn jistgħu jintużaw prinċipalment għal proġett sussegwenti tal-UE. Id-deprezzament tal-attivi jista' wkoll ikun eliġibbli, li jfisser li l-kontrolli huma meħtieġa biex jiġi indirizzat ir-riskju li l-attiv fiss innifsu ma ġiex kopert minn sors ieħor ta’ fondi. Għaldaqstant jista' jkun diffiċli li wieħed ikun jaf l-ispejjeż totali reali ta’ azzjoni speċifika.

Interpretazzjoni flessibbli ta’ eliġibbiltà għal azzjonijiet kofinanzjati

Fil-każ tal-azzjonijiet ta’ bosta donaturi implimentati mill-organizzazzjonijiet tan-NU, il-Kummissjoni tapplika l-“approċċ nozzjonali”. Taħt dan l-approċċ, il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni - ġeneralment ammont fiss - jitħallas kollu sakemm ikun hemm nefqa eliġibbli suffiċjenti biex tkoprih u sakemm ikunu ntlaħqu l-objettivi ġenerali tal-azzjoni. Jekk donatur ieħor ikollu l-istess kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-Kummissjoni, jista' jkun hemm riskju li l-istess nefqa tiġi ppreżentata darbtejn (riskju ta’ eliġibbiltà doppja), lill-Kummissjoni u lid-donatur l-ieħor.

Eżempji 5.3.

Kriterji tal-eliġibilità estiżi

In-nefqiet imġarrba 'l barra mill-perjodu ta’ implimentazzjoni speċifiku għall-azzjoni huma marbuta l-aktar mal-għamla tal-ħażniet ta’ ikel u ta’ tagħmir umanitarju. Il-Kummissjoni tqis li din hija prattika aċċettabbli sabiex tiżgura l-bidu u t-tqassim rapidu tal-għajnuna umanitarja.

Għal dak li għandu x'jaqsam mal-akkwisti li jsiru fi stadju tard ta’ proġett partikolari, dan isir minħabba n-natura u l-perjodu qasir tal-azzjoni umanitarja. Madanakollu, f'kull każ fejn isiru akkwisti lejn tmiem il-proġett, il-fatti jiġu eżaminati fuq il-bażi ta’ każ b'każ, fosthom id-daqs tad-donazzjoni/trasferiment fi tmiem il-proġett li jkun jinsab għaddej, sabiex jiġi vvalutat jekk l-akkwisti kinux meħtieġa u raġonevoli.

Interpretazzjoni flessibbli tal-eleġibbiltà għal azzjonijiet konfinanzjati

L-approċċ kunċettwali ġie żviluppat biex ikun garantit li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali applikabbli għall-finanzjament tal-UE għal azzjonijiet esterni, filwaqt li l-obbligu tal-infiq ta’ fondi tal-UE jsir bl-aktar mod effiċjenti f'konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Il-Kummissjoni ttaffi r-riskji msemmija permezz tar-rwol tagħha ta’ koordinazzjoni fil-qasam umanitarju, il-preżenza ta’ esperti fil-qasam u l-analiżi tal-prospett finanzjarju tal-azzjoni kollha li tingħata mill-organizzazzjoni tan-NU.

L-AFFIDABBILTÀ TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-ĠESTJONI TAL-KUMMISSJONI

5.31.

L- Anness 5.3 jinkludi sommarju tar-riżultati tar-reviżjoni tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni. Il-Qorti tiddeskrivi osservazzjonijiet sinifikanti f'aktar dettall hawn taħt.

 

5.32.

Minkejja l-isforzi li saru mill-EuropeAidu d-DĠ ELARG fil-preparazzjoni għar-rapporti annwali tal-attività tagħhom u xi titjib li ġie introdott, jibqa' kwistjonijiet li għad iridu jiġu indirizzati mill-Kummissjoni.

 

5.33.

Fil-każ tad-DĠ ELARG, il-kalkolu pprovdut fir-RAA għar-rata ta’ żbalji residwi (RER) huwa limitat għal ġestjoni deċentralizzata, li fl-2010 rrappreżentat biss 30 % tal-pagamenti li saru.

5.33.

Il-fatt li fl-RAA tal-2010 d-DĠ ELARG ikkalkula r-rata ta’ żbalji residwi għal ġestjoni diċentralizzata biss ma jitfax dubji fuq l-affidabbilità tad-dikjarazzjoni tal-amministrazzjoni. Kif inhu spjegat fl-RAA, il-mod ta’ ġestjoni diċentralizzata, (li fl-2010 kien responsabbli għal madwar 30 % tal-pagamenti li saru) huwa dak li qiegħed jippreżenta l-ogħla livell ta’ riskji. L-istess indikatur ser jiġi żviluppat għall-ġestjoni ċentralizzata ladarba l-kontrolli ex post li għadhom kemm iddaħħlu għall-mod ta’ ġestjoni jagħtu bażi statistikament sinifikanti.

5.34.

Ir-riżultati tar-reviżjoni tar-rappreżentazzjoni li saret mid-Direttur Ġenerali tal-EuropeAid huma inklużi fir-rapport dwar il-FEI. Il-Qorti tikkunsidra li d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità għall-FEI u l-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

5.34.

Il-Kummissjoni temmen li l-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi stabbiliti fl-erba' moduli ta’ assigurazzjoni tar-Rapport Annwali tal-Attività tal-EuropeAid tabilħaqq jipprovdu x-xhieda neċessarja li tirfed id-Dikjarazzjoni dwar Assigurazzjoni Raġonevoli tad-Direttur Ġenerali.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

5.35.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti għall-Għajnuna esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 kienu ħielsa minn żball materjali. Madankollu, il-pagamenti interim u finali kienu soġġetti għal rata ta’ żball materjali (14).

5.35.

Il-Kummissjoni tinnota li l-pagamenti li saru fl-2010 fil-grupp ta’ politika Għajnuna Esterna, Żvilupp u Tkabbir ma kellhomx żbalji materjali. Hija qiegħda tkompli ttejjeb it-tħaddim tal-arkitettura ta’ kontroll multiannwali tagħha biex tnaqqas l-iżbalji f'pagamenti interim u pagamenti finali.

5.36.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għall-Għajnuna esterna, L-Iżvilupp u t-Tkabbir kienu parzjalment effettivi fl-iżgurar tar-regolarità tal-pagamenti.

5.36.

Il-Kummissjoni fasslet il-kontrolli tagħha b'tali mod li jkopru ċ-ċiklu tal-ħajja sħiħa tal-proġetti multiannwali tagħha. Hija temmen li dawn is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll huma effettivi u tjiebu b'mod sinifikanti minn sena għal oħra. Ittieħdet azzjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Qorti fi snin preċedenti. Jista' jkun li dan it-titjib ġie rrikonoxxut mill-Qorti, u wassal sabiex din qieset li elementi sinifikanti tas-sistema ewlenija ta’ kontroll huma fil-fatt “effettivi”. Minkejja l-isfida ta’ ambjent ta’ għajnuna esterna b'riskju għoli, instab li l-portafoll tal-FEŻ fl-2009 u l-portafoll ta’ finazjmenti mill-Baġit fl-2010 ma kellhomx żbalji materjali.

Rakkomandazzjonijiet

5.37.

L- Anness 5.4 juri r-riżultat tar-reviżjoni tal-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport annwali ta’ qabel (2009). Ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-EuropeAid huma inklużi fir-rapport dwar il-FEI. Wara din ir-reviżjoni u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2010, il-Qorti tirrakkommanda li:

5.37.

id-DĠ ELARG jiddefinixxi f'aktar dettall il-kriterji għat-tneħħija tal-kontroll ex ante u s-sospensjoni tal-“konferiment ta’ ġestjoni” lil pajjiżi deċentralizzati u jittestja l-prestazzjoni tas-sistemi użati mill-awtoritajiet nazzjonali (ara l-paragrafi 5.20 u 5.27);

Il-Kummissjoni ser tiċċekkja x'inhu l-aktar mod xieraq li permezz tiegħu torqom il-kriterji,

Id-DĠ ELARG u d-delegazzjonijiet taħt il-kontroll tiegħu diġà qegħdin jittestjaw il-prestazzjoni tas-sistemi nazzjonali,

id-DĠ ELARG ikompli jtejjeb il-kwalità tad-data mdaħħla fis-sistema ta’ ġestjoni ta’ informazzjoni tiegħu (ara l-paragrafu 5.24);

Id-DĠ ELARG qiegħed jieħu miżuri xierqa biex jibqa' jtejjeb il-kwalità tad-dejta b'mod kontinwu f'kooperazzjoni mill-qrib ma’ sid is-sistema,

id-DĠ ELARG għandu jiżviluppa għodda biex jiffaċilita l-konsolidament tar-riżultati taż-żjara relatati ma’ kwistjonijiet ta’ legalità u regolarità (ara l-paragrafu 5.25);

Il-Kummissjoni ser tiċċekkja x'inhu l-aktar mod xieraq li permezz tiegħu tikkonsolida r-riżultati taż-żjajjar,

id-DĠ ELARG iżid reviżjonijiet ex post ta’ tranżazzjonijiet għal ġestjoni ċentralizzata (ara l-paragrafu 5.29);

Il-kwistjonijiet pendenti individwati mill-Qorti fil-kuntest tal-Pjani tal-Awditu Annwali ġew ikkunsidrati u ser jiġu indirizzati ulterjorment, fosthom iż-żieda tar-reviżjonijiet ex post tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-ġestjoni ċentralizzata,

il-Kummissjoni tiddefinixxi metodoloġija koerenti għall-kalkolu tar-rata' ta’ żball residwu mid-direttorati ta’ relazzjonijiet esterni li abbażi tagħha d-Diretturi Ġenerali jwasslu r-rappreżentazzjoni tal-ġestjoni tagħhom (ara l-paragrafi 5.33 u 5.34).

Fl-2010 l-EuropeAid bdiet taħdem fuq metodoloġija dwar ir-rata residwa ta’ żbalji. Ir-riżultati ta’ din l-inizjattiva ġdida ser jinqasmu mad-DĠs l-oħrajn li għandhom x'jaqsmu mar-relazzjonijiet esterni biex jinbnew il-pedamenti ta’ approċċ possibbilment usa' (ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 1.22 u l-paragrafi 55 u 62 (a) tar-rapport tal-FEŻ).

SEGWITU TAR-RAPPORT SPEĊJALI NRU 9/2008 DWAR L-EFFETTIVITÀ TAL-GĦAJNUNA TAL-UE FIL-QASAM TAL-LIBERTÀ, IS-SIGURTÀ U L-ĠUSTIZZJA GĦALL-BELARUS, IL-MOLDOVA U L-UKRAINA

Introduzzjoni

5.38.

Fl-2008, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ppubblikat Rapport Speċjali (RS) Nru 9/2008 dwar l-effettività tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja għall-Belarus, il-Moldova u l-Ukraina.

 

5.39.

Il-verifika kopriet l-għajnuna pprovduta lit-tliet pajjiżi biex itejbu l-kapaċità tagħhom fl-oqsma tal-kontroll fil-fruntieri, il-ġestjoni tal-immigrazzjoni/l-ażil, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, u l-ġudikatura u l-governanza tajba. Il-parti l-kbira tal-għajnuna twasslet permezz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali (aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Immigrazzjoni, il-Kunsill tal-Ewropa, eċċ). Sal-2007 l-programm TACIS iffinanzja l-biċċa l-kbira tal-għajnuna, minn dak iż-żmien 'l hawn is-sors prinċipali ta’ fondi huwa l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENP).

 

5.40.

Ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Qorti fir-RS 9/2008 ttrattaw dgħufijiet konkreti relatati mal-proġetti speċifiċi verifikati, kif ukoll kwistjonijiet ġenerali relatati mal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-għajnuna ta’ kooperazzjoni għal dawn il-pajjiżi. Ir-rakkomandazzjonijiet kollha kienu adottati għal kollox mill-Kunsill (15) u l-Parlament (16).

 

5.41.

F'Ottubru 2009, il-Kummissjoni ħarġet dokument ta’ ħidma dwar is-segwitu għad-Deċiżjoni tar-Rilaxx 2007 tal-Parlament Ewropew (17) li tagħmel referenza għar-rakkomandazzjonijiet tar-RS 9/2008.

 

Is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet

5.42.

Il-Kummissjoni pprovdiet evidenza li d-delegazzjonijiet tal-UE f'Chisinau u f'Kiev sostnew il-kooperazzjoni bejn il-missjoni ta’ għajnuna tal-fruntiera tal-Unjoni Ewropea lill-Moldova u lill-Ukraina (l-EUBAM) u l-FRONTEX fil-livell ta’ politika u ta’ operazzjoni.

5.42.

Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza l-kollaborazzjoni tajba bejn il-FRONTEX u d-delegazzjoni tal-UE f'Kiev u l-EUBAM.

5.43.

Il-Kummissjoni aċċettat li qabel ma tirrilaxxa aktar fondi għal ċentri għall-immigranti illegali u dawk li jfittxu ażil, hija għandha tiżgura li l-gvern benefiċjarju hu impenjat li jħallas mill-inqas l-ispejjeż operazzjonali sabiex jiżgura s-sostenibbiltà. Minkejja dan, kif ġie enfasizzat minn rapport reċenti dwar Monitoraġġ Orjentat lejn ir-Riżultat (ROM), hemm xi tħassib dwar kofinanzjament insuffiċjenti minn pajjiżi msieħba. Fil-fatt, rapport ta’ evalwazzjoni kkummissjonat mill-Unità Konġunta ta’ Evalwazzjoni sab li r-riżorsi allokati mill-Gvern tal-Ukraina għall-operazzjoni u l-manutenzjoni taċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni għall-immigranti u għall-faċilitajiet għaż-żamma temporanja kienu insuffiċjenti. L-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (CSOs) ddinunzjaw ksur tad-drittijiet tar-refuġjati u dawk li jfittxu ażil. B'reazzjoni, il-Kummissjoni, qabel ma rrilaxxat aktar fondi f'dan il-qasam ta’ politika, talbet lill-pajjiż benefiċjarju biex jikkonferma bil-miktub li huma se jkopru l-ispejjeż operazzjonali tal-infrastruttura ffinanzjata.

5.43.

Qabel ma ħarġet l-offerta, id-delegazzjoni tal-UE f'Kiev tat stima tal-kostijiet fir-rigward tal-ispejjeż tal-operat tal-infrastruttura li ser tinbena bil-fondi tal-UE (ilma, elettriku, gass, eċċ.) lill-benefiċjarji mill-programm ta’ assistenza għar-riammissjoni, jiġifieri lill-Ministeru tal-Intern Ukrain u s-Servizz tal-Għassiesa tal-Fruntieri Statali tal-Ukraina. Kien biss wara li ż-żewġ benefiċjarji kkonfermaw bil-miktub li ser ikunu jistgħu jipprovdu l-fondi neċessarji għall-ġestjoni tal-bini u kif ukoll biex iħallsu għas-servizzi meħtieġa u għal persunal imħarreġ biex jopera l-faċilitajiet li d-delegazzjoni tal-UE ħarġet l-offerta f'Diċembru tal-2010.

5.44.

M'hemmx evalwazzjoni komprensiva tal-progress li għamlu t-tliet pajjiżi biex jiffokaw l-attivitajiet tal-proġett fuq il-kwistjoni ta’ prosekuzzjoni effettiva u dwar il-qsim ta’ informazzjoni sistematika bejn korpi tal-infurzar tal-liġi.

5.44.

Minkejja n-nuqqas ta’ evalwazzjoni komprensiva, il-Kummissjoni twettaq monitoraġġ kontinwu tal-progress li jsir f'dan il-qasam u ġie ppjanat ammont ta’ EUR 6 miljuni f'miżuri ta’ akkumpanjament għall-appoġġ baġitarju “Appoġġ għall-Politika tas-Settur tal-Ġestjoni tal-Fruntieri” tal-2010, li jinkludi l-iskambju ta’ informazzjoni bejn entitajiet individwali tal-korpi tal-infurzar tal-liġi.

5.45.

Il-Kummissjoni ppreżentat evidenza dwar l-involviment tas-soċjetà ċivili fl-iżvilupp ta’ politika kontra l-korruzzjoni fl-Ukraina. Madankollu, ma pprovdietx valutazzjonijiet dwar l-effiċjenza, l-effettività u s-sostenibbiltà ta’ dawn il-proġetti. Il-proġetti individwali implimentati mis-CSOs ma kinux inklużi fil-kampjun ROM.

5.45.

L-iskop tal-Monitoraġġ Orjentat għar-Riżultati tal-Kummissjoni — li jivvaluta l-proġetti skont il-ħames kriterji li ġejjin: relevanza, effiċjenza, effikaċja, impatt u sostenibbiltà — huwa li jappoġġja u jtejjeb il-kwalità ta’ proġetti partikolari, u mhux li jkejjel il-kwalità ta’ proġetti fuq il-bażi ta’ kampjun. L-operat tal-MOR fir-reġjun ra bidla fundamentali mill-aħħar awditi tal-Qorti.

5.46.

Id-delegazzjonijiet tal-UE fl-Ukraina u fil-Moldova organizzaw mill-ġdid u saħħew il-persunal tagħhom li qed iġesti dawn l-operazzjonijiet. Id-delegazzjoni fil-Belarus ħadet f'idha r-responsabbiltà parzjali għall-ġestjoni tal-programm mid-delegazzjoni ta’ Kiev. Minkejja dan, il-verifika u l-evalwazzjoni tal-interventi ta’ għajnuna ma kinux ġestiti b'mod effettiv mid-delegazzjonijiet.

 

5.47.

Mill-2007, l-Appoġġ Baġitarju Settorjali (ABS) u l-għajnuna tal-programmi żdiedu filwaqt li hemm inqas proġetti ta’ Assistenza Teknika (AT). L-ABS jeħtieġ Ġestjoni Finanzjarja Pubblika (PFM) biex ikun f'ċertu livell. Jekk il-PFM tkun dgħajfa, kif identifikat fil-valutazzjoni tan-Nefqa Pubblika u tar-Responsabbiltà Finanzjarja, u jkun hemm instabbiltà politika f'ambjent ta’ kriżi finanzjarja, hemm riskji sinifikanti għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti ta’ interventi tal-għajnuna (18). S'issa ebda donatur ma adotta l-għoti ta’ sostenn baġitarju lil dawn il-pajjiżi għalkemm xi msieħba tal-iżvilupp isostnu l-baġit permezz ta’ self.

5.47.

Il-Kummissjoni tqabel li kien hemm bidla qawwija favur appoġġ baġitarju settorjali fl-ENPI. Għalkemm hemm ċerti riskji li huma inerenti fl-appoġġ baġitarju, din il-modalità għandha l-vantaġġ li tipprovdi prospett tas-settur kollu u li tirrilaxxa l-fondi biss jekk jinkisbu riżultati konkreti u progress fis-settur. Barra minn hekk, dan għandu l-vantaġġ li jinvolvi l-Gvern fi djalogu kontinwu dwar il-politika settorjali u, fil-każ ta’ bżonn, jingħata flimkien ma’ assistenza teknika kumplimentari.

5.48.

Il-Kummissjoni qed tagħmel eżerċizzju ta’ kontroll aktar rigoruż fuq organizzazzjonijiet internazzjonali li din ikkuntrattat biex timplimenta l-azzjonijiet. Hija introduċiet valutazzjoni sistematika tal-konformità tagħhom mal-istandards internazzjonali tal-kontabilità, tal-verifika, tal-akkwist u tas-sistemi ta’ kontroll intern. Fil-livell tal-proġetti individwali, il-ftehimiet qafas mal-organizzazzjonijiet internazzjonali normalment jipprevedu missjonijiet ta’ verifikazzjoni. Madankollu, il-linji gwida rilevanti dwar żjarat ta’ monitoraġġ fuq il-post mhumiex applikati b'mod effettiv u l-pjan ta’ verifika ma ġiex implimentat b'mod sħiħ. Għad hemm ukoll għadd kbir ta’ proġetti miftuħa li jkopru firxa wiesgħa ta’ oqsma, minkejja l-isforzi tat-tliet delegazzjonijiet biex jagħlquhom.

5.48.

Il-linji gwida għal żjajjar ta’ monitoraġġ fuq il-post huma obbligatorji. Madanakollu, il-metodoloġija għall-awditjar (fosthom l-ippjanar ta’ missjonijiet ta’ verifika lil organizzazzjonijiet internazzjonali) hija struzzjoni obbligatorja, u s-segwitu tal-pjan tal-awditjar jiġi segwit mill-qrib mid-delegazzjonijiet u mill-Kwartieri Ġenerali.

5.49.

Fir-rigward tal-koordinazzjoni tad-donatur hemm evidenza li d-delegazzjonijiet tal-UE jaħdmu flimkien mal-Istati Membri tal-UE u donaturi oħra. Madankollu, ir-riforma amministrattiva u t-tibdil frekwenti tal-persunal u tal-interlokuturi fil-pajjiżi benefiċjarji jnaqqsu b'mod sinifikanti l-effiċjenza tal-koordinazzjoni tad-donatur, notevolment fl-Ukraina.

 

5.50.

Il-Kummissjoni analizzat is-sitwazzjoni politika, ekonomika u soċjali fil-pajjiżi benefiċjarji u rriflettiet aħjar il-prijoritajiet tal-imsieħba fid-dokumenti strateġiċi tal-UE. Minkejja dan, l-instabbiltà politika u t-tibdil mhux ippjanat fil-qafas istituzzjonali, il-persunal u l-proċeduri, jaffettwaw b'mod negattiv l-effiċjenza tal-interventi tal-għajnuna ppjanata. Il-Kummissjoni tejbet id-definizzjoni tal-objettivi għal programmi individwali, iżda sabiex ikun iffaċilitat il-monitoraġġ u jiġi pprovdut rispons utli, hu meħtieġ aktar xogħol biex jiddefinixxi objettivi u indikaturi ċari u li jitkejlu, kif ukoll il-fażijiet ewlenin tal-implimentazzjoni.

5.50.

Il-EuropeAid qiegħda tippjana li tintroduċi pjanijiet multiannwali ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni filwaqt li ssaħħaħ il-gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar — speċjalment it-tfassil mill-ġdid tal-2011 tar-Rapport dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (li jiġi ppreżentat mid-delegazzjonijiet darbtejn fis-sena) u l-Linji Gwida ġodda dwar il-Ġestjoni taċ-Ċiklu tal-Programmi u l-Proġetti.

5.51.

Tagħlimiet miksuba huma meqjusa fid-dokumenti ta’ ppjanar tal-Kummissjoni (inklużi d-dokumenti ta’ strateġija tal-pajjiż, il-programmi nazzjonali indikattivi u l-pjanijiet annwali ta’ azzjoni). Madankollu, l-esperjenza ma tiġix skambjata b'mod sistematiku bejn delegazzjonijiet b'interventi simili ta’ għajnuna. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni li jkopri l-perjodu mill-2002 sal-2008 fl-Ukraina, ikkummissjonat mill-Unità Konġunta ta’ Evalwazzjoni, ġie ppreżentat f'Diċembru 2010 biss, wara l-approvazzjoni tal-Programm Indikattiv Nazzjonali 2011-2013.

5.51.

Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni fil-pajjiż jintużaw kuljum. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-aħjar prattika u tat-tagħlimiet li jittieħdu, qiegħda tiġi żviluppata bażi tad-dejta dwar l-evalwazzjonijiet ta’ proġetti u l-MOR bħala parti mill-pjattaforma tal-Ġestjoni taċ-Ċiklu tal-Proġetti u l-Programmi (ĠĊPP) Din il-bażi tad-dejta se tiffaċilita l-ippjanar, il-ġestjoni, il-konsultazzjoni u l-analiżi tal-monitoraġġ estern tal-proġetti, l-evalwazzjonijiet u r-riżultati tagħhom.

Konklużjonijiet

5.52.

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u pprovdiet evidenza li qed tagħmel progress biex timplimentahom. Id-delegazzjoni tal-UE fil-Belarus fetħet fl-2008 u d-delegazzjonijiet tal-UE fil-Maldova u fl-Ukraina ġew rikonoxxuti li għandhom l-għarfien espert meħtieġ biex imexxu djalogu tal-politika effiċjenti, jippromwovu l-involviment tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politika u jtejbu s-sostenibbiltà ta’ interventi tal-għajnuna. Id-delegazzjonijiet tal-UE ppromwovew il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-aġenziji tal-UE u d-donaturi l-oħra f'ambjent politiku u amministrattiv partikolarment instabbli.

5.52.

Il-Kummissjoni tilqa' l-fatt li l-Qorti rrikonoxxiet il-progress sinifikanti li sar.

5.53.

Madankollu, mhux ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti ġew implimentati. M'hemmx pjan ta’ azzjoni biex jissorvelja u jikkoordina l-isforzi tat-tliet delegazzjonijiet biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet u jiġi promoss il-qsim sistematiku ta’ esperjenza. Evalwazzjoni sħiħa dwar il-progress li sar biex wieħed jiffoka fuq prosekuzzjoni effettiva u fuq il-qsim ta’ informazzjoni sistematika bejn korpi tal-infurzar tal-liġi għadha pendenti. Għad hemm ambitu konsiderevoli għall-integrazzjoni ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni xierqa u objettivi strateġiċi fid-dokumenti ta’ ppjanar li, kieku, jippermettu valutazzjoni ta’ impatt effiċjenti ta’ interventi ta’ għajnuna. Barra minn dan, iċ-ċaqliq deċiżiv lejn is-sostenn baġitarju settorjali bħala l-modalità ta’ għajnuna predominanti jinvolvi riskji konsiderevoli minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja u amministrattiva negattiva kurrenti u n-nuqqas ta’ ħeġġa tad-donaturi l-oħra biex isegwu. Sal-ġurnata tal-lum, ebda donaturi oħra ma adottaw l-għoti tas-sostenn tal-baġit għal dawn il-pajjiżi għalkemm xi msieħba tal-iżvilupp isostnu l-baġit permezz ta’ self.

5.53.

Id-delegazzjoni tal-UE fl-Ukraina u l-Belarus qiegħda tintroduċi Reġistru dwar ir-Riskju li jippermetti li ssir valutazzjoni adegwata tal-livelli ta’ riskju fl-implimentazzjoni tal-proġetti, skont ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Qorti.

Dan l-istrument jiffaċilita l-attenzjoni kontinwa li trid tingħata lil dawk il-fatturi ta’ riskju li x'aktarx li jaffettwaw is-suċċess tal-proġetti.

Qegħdin jiġu ppjanati aktar eżerċizzji ta’ skambju ta’ esperjenzi permezz ta’ seminars reġjonali, fosthom dwar it-titjib tal-metodi ta’ monitoraġġ intern.

Ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 5.43, 5.44, 5.45, 5.47, 5.48, 5.50 u 5.51.

SEGWITU TAR-RAPPORT SPEĊJALI NRU 10/2008 DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-IŻVILUPP TAL-KE LIS-SERVIZZI TAS-SAĦĦA FL-AFRIKA TAS-SUB-SAĦARA

Introduzzjoni

5.54.

Fl-2009, il-Qorti tal-Awdituri ppubblikat Rapport Speċjali (RS) Nru 10/2008 dwar l-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-KE lis-Servizzi tas-Saħħa fl-Afrika tas-sub-Saħara. Il-verifika eżaminat jekk ir-riżorsi finanzjarji u umani attwalment allokati lis-settur tas-saħħa rriflettewx l-impenji ta’ politika b'saħħithom tal-UE f'dan il-qasam. Il-verifika vvalutat ukoll kemm il-Kummissjoni kienet użat b'mod effettiv id-diversi strumenti disponibbli għaliha biex tgħin is-settur tas-saħħa, notevolment sostenn tal-baġit ġenerali u settorjali, proġetti u l-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkolożi u l-Malarja (il-Fond Globali).

 

5.55.

Fir-Rapport Speċjali 10/2008 l-Qorti għamlet għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni. Uħud minnhom ikkonċernaw l-allokazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tar-riżorsi. F'dan ir-rigward, il-Qorti ssuġġeriet lill-Kummissjoni biex tagħmel reviżjoni tal-bilanċ tal-finanzjament u tikkunsidra li żżid is-sostenn tagħha lis-settur tas-saħħa sabiex tissodisfa l-impenji tal-politika tas-saħħa tal-KE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura kompetenza suffiċjenti tas-saħħa biex timplimenta l-politiki tagħha tas-settur tas-saħħa.

 

5.56.

Rakkomandazzjonijiet oħra li saru f'dak ir-rapport jiffukaw fuq it-titjib tal-ġestjoni u l-effettività ta’ strumenti ta’ għajnuna. Fost l-oħrajn, il-Qorti rrakkomandat lill-Kummissjoni biex tagħmel aktar użu mis-sostenn tas-settur tal-baġit u ssaħħaħ id-dimensjoni settorjali tas-sostenn tal-baġit ġenerali. Fl-opinjoni tal-Qorti, il-Kummissjoni għandha taħdem aktar mill-qrib mal-Fond Globali biex issostni u tissorvelja l-interventi tagħha fil-livell tal-pajjiż. Barra dan, kien meħtieġ użu aktar estensiv tal-approċċ tal-proġett, kif ukoll gwida dwar l-użu ottimu u komplementari tal-istrumenti disponibbli. Fl-aħħar, il-Kummissjoni ngħatat il-parir biex tqis aktar is-sitwazzjoni tal-pajjiż meta tagħżel l-istrumenti u biex tallinja interventi aktar mill-qrib ma’ SWAps.

5.56.

Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward ta’ dan ir-Rapport Speċjali dwar is-Saħħa fl-Afrika Sub-Saħarjana.

5.57.

Ir-rakkomandazzjonijiet stipulati fir-rapport ġew milqugħa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (19) u l-Parlament Ewropew (20) u aċċettati b'mod ġenerali mill-Kummissjoni.

 

Is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet

Rakkomandazzjonijiet dwar l-allokazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tar-riżorsi

5.58.

Bħala parti mir-Reviżjoni f'Nofs Terminu tal-għaxar FEI, il-Kummissjoni ħadet passi biex iżżid il-finanzjament għas-settur tas-saħħa permezz tal-Inizjattiva Għan ta’ Żvilupp tal-Millennju (MDG) tagħha li għandha allokazzjoni totali ta’ EUR biljun u li varat f'Settembru 2010. Din l-Inizjattiva tirrikonoxxi li bosta pajjiżi tas-sub-Saħara huma mitlufa b'mod serju fl-isforzi tagħhom biex jiksbu tnejn mit-tliet MDGs għas-saħħa, jiġifieri ir-raba' MDG: Tnaqqas il-Mortalità tat-Tfal, u l-MDG 5: Ittejjeb is-Saħħa Materna, kif ukoll żewġ MDGs prinċipali oħra (21). Madankollu, għadu mhux ċar kemm mill-finanzjament tal-Inizjattiva tal-MDG se jiġi attwalment allokat lis-saħħa.

5.58.

Minħabba li l-proposti relatati mas-saħħa huma rrapreżentati b'mod qawwi fil-qafas tal-Inizjattiva tal-MDG (bi skadenza f'Ġunju 2011), fejn 20 mit-43 pajjiż li ressqu noti kunċettwali ffukaw fuq kwistjonijiet ta’ saħħa (jiġifieri. 47 %), x'aktarx li s-saħħa ser ikollha rwol prominenti fid-distribuzzjoni globali tal-finanzjament disponibbli.

5.59.

Fl-2010, il-Kummissjoni flimkien mal-Istati Membri ħarġet komunikazzjoni ta’ politika dwar “Ir-Rwol tal-UE fis-Saħħa Globali” (22) li enfasizzat sostenn għas-sistemi tas-saħħa bħal l-fokus ċentrali tal-politika tal-UE. Minkejja dan, jibqa' l-ħtieġa li jiġi stabbilit programm ta’ azzjoni biex tiġi implimentata l-politika u jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għaliha.

5.59.

Il-Komunikazzjoni dwar “Ir-Rwol tal-UE fis-Saħħa Globali” ippubblikata fl-2010 għandha l-għan li tippromwovi l-koordinazzjoni, il-kumplementarità u l-effikaċja tal-azzjonijiet appoġġjati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa, fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Grupp ta’ Bejn is-Servizzi tal-Kummissjoni huwa responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni u mill-monitoraġġ tar-riżultati li tagħti. Il-“Pjan ta’ Azzjoni Globali dwar is-Saħħa” ġie żviluppat fl-2011.

5.60.

Il-Kummissjoni kompliet tagħmel kontribuzzjonijiet annwali kbar (2008-2010: EUR 300 miljun) lill-Fond Globali sabiex jiġu indirizzati t-tliet mardiet speċifiċi koperti mill-mandat tagħha. Il-Fond Globali fittex li jagħti prijorità ogħla lil sostenn tas-sistemi tas-saħħa u l-Kummissjoni segwiet politika li tinkoraġġixxi l-Fond Globali biex jimxi aktar lejn din id-direzzjoni. B'mod ġenerali, huwa stmat li madwar 15 % tal-fondi tagħha ntużaw għat-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa u dan il-perċentwal hu mistenni li jiżdied. Minkejja dan, għandu jiġi rikonoxxut ukoll minħabba l-mandat u l-organizzazzjoni tiegħu, li hemm limiti sa liema punt il-Fond Globali jista' jikkontribwixxi b'mod dirett għat-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa.

 

5.61.

Il-Kummissjoni saħħet ir-riżorsi umani tagħha li jaħdmu fuq is-saħħa fil-kwartieri ġenerali tagħha permezz tar-reklutaġġ ta’ esperti nazzjonali addizzjonali mill-Istati Membri. Madankollu, jibqgħu disponibbli kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-għarfien espert tas-saħħa fil-livell ta’ delegazzjoni. Stħarriġ tal-Kummissjoni tal-2009 dwar dan is-suġġett wera li filwaqt li f'pajjiżi fejn is-saħħa kienet settur fokali għas-sostenn tal-FEI, id-delegazzjonijiet ġeneralment kellhom xi grad ta’ għarfien espert intern tas-saħħa, dan ma kienx il-każ f'pajjiżi oħra, anki fejn il-Kummissjoni kellha wkoll interventi sinifikanti b'rabta mas-settur tas-saħħa. Għaldaqstant, pereżempju, il-Kummissjoni b'mod ġenerali ma kinitx allokat esperti tas-saħħa biex isostnu l-programmi ta’ sostenn tal-baġit il-ġdid “il-Kuntratt MDG” li din varat fl-2007 (23). Il-Kummissjoni s'issa għamlet biss progress limitat fl-indirizzar ta’ din ir-rakkomandazzjoni billi użat aktar għarfien espert tas-saħħa tal-Istati Membri biex issostni d-delegazzjonijiet, għalkemm żiedet il-kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fil-livell tal-pajjiż. Il-possibbiltà li jiġu stabbiliti karigi għal konsulenti tas-saħħa biex ikopru għadd ta’ delegazzjonijiet għad qed tiġi diskussa. Il-kapaċità ġeneralment limitata tal-Kummissjoni fid-delegazzjonijiet tagħha hija problematika fi żmien meta l-Inizjattiva MDG irrikonoxxiet il-ħtieġa li tintensifika d-djalogu tal-politika tas-saħħa sabiex tidentifika aħjar u tegħleb l-ostakli għall-kisba tal-MDG 4 u l-MDG 5.

5.61.

Il-preżenza ta’ persunal ikkwalifikat fuq il-post hi essenzjali biex isir djalogu politiku regolari li hu fundamentali għall-istrument ġenerali tal-appoġġ baġitarju. Madankollu, kull delegazzjoni ma jistax ikollha l-persunal kollu kompetenti meħtieġ fi kwalunkwe mument.

Il-Kwartieri Ġenerali jipprovdu għarfien espert dwar il-qasam tas-saħħa lid-delegazzjoni permezz ta’ unità “Edukazzjoni, Saħħa, Riċerka u Kultura”, li tipprovdi gwida operazzjonali filwaqt li tiżviluppa starteġiji ta’ implimentazzjoni. Din tipprovdi wkoll assigurazzjoni dwar l-użu ta’ sistemi ta’ kwalità u strumenti għall-iddisinjar tal-programm u għall-implimentazzjoni f'dan is-settur. Qegħdin jiġu żviluppati netwerks tematiċi biex iservu ta’ konnessjoni bejn id-direttorati tematiċi u ġeografiċi fil-Kwartieri Ġenerali mad-delegazzjoni, sabiex l-għarfien espert li jkun jeżisti jkun jista' jixtered.

Fir-rigward tal-punti ċentrali reġjonali dwar is-saħħa, bħal ma qiegħed jiġri għal setturi ta’ attività oħrajn, qiegħda ssir analiżi tal-ħtiġijiet, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ dan l-approċċ. Din ir-riflessjoni ser tkun informata mir-riżultati tal-valutazzjoni tal-ammont ta’ xogħol li għandhom id-delegazzjonijiet bħalissa, u ser tqis il-qafas preżenti ta’ restrizzjonijiet baġitarji u l-politika ta’ “tkabbir żero” tar-Riżorsi Umani tal-Kummissjoni.

Rakkomandazzjonijiet dwar il-ġestjoni u l-effettività tal-istrumenti

5.62.

Il-Kummissjoni għandha żewġ programmi ta’ sostenn tas-settur tal-baġit iffinanzjati permezz tal-FEI fl-Afrika tas-sub-Saħara għalkemm il-possibbiltà li tiġi implimentata parti mill-finanzjament tal-Inizjattiva MDG għas-settur tas-saħħa permezz tas-sostenn tal-baġit qed tiġi kkunsidrata. Il-Kummissjoni tinsab fil-proċess ta’ reviżjoni tal-approċċ tagħha għas-sostenn baġitarju ġenerali, inkluż ir-rwol tal-istrument fis-settur tas-saħħa, wara li ħarġet Green Paper dwar is-suġġett (24).

5.62.

Il-Kummissjoni jkollha tirrispetta l-appartenenza tal-pajjiżi benefiċjarji fir-rigward tal-għażla tas-“setturi ċentrali” ta’ pprogrammar (seba' pajjiżi sub-Saħarjani tal-FEŻ bħalissa għandhom is-saħħa bħala settur ċentrali). Barra minn hekk is-sostenn baġitarju għandu kriterji ta’ eliġibbiltà ċari. Għaldaqstant, bħalissa s-sostenn baġitarju fis-settur tas-saħħa qiegħed jintuża fl-akbar għadd ta’ pajjiżi possibbli. Ġew irċevuti wkoll tliet proposti għal sostenn baġitarju fis-settur tas-saħħa fil-qafas tal-inizjattiva tal-MDG (minn pajjiżi fejn is-saħħa mhijiex settur ċentrali).

5.63.

Il-Kummissjoni ħarġet linji gwida għal delegazzjonijiet fl-2009 dwar il-ħidma mal-Fond Globali. L-objettiv tal-linji gwida kien li jagħmel is-sostenn tal-Kummissjoni lill-Fond Globali aktar effettiv permezz ta’ żieda fil-parteċipazzjoni minn delegazzjonijiet fil-mekkaniżmi tal-Fond Globali u permezz ta’ titjib fid-delegazzjoni li tirrapporta lill-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni.

 

5.64.

Parti importanti ta’ interventi ġodda fis-settur tas-saħħa tkompli tiġi implimentata permezz ta’ proġetti. Madankollu, il-Kummissjoni għad trid tiżviluppa gwida dwar kif l-aħjar li tuża proġetti biex tagħti sostenn lil strumenti oħra ta’ għajnuna. Il-Kummissjoni ħarġet diversi noti ta’ gwida prattika relatata mas-settur tas-saħħa (ara, pereżempju, il-paragrafu 5.63) iżda wkoll għadha ma fasslitx sett komprensiv ta’ linji gwida għall-għajnuna tagħha għall-iżvilupp tas-settur tas-saħħa.

5.64.

Bħalissa l-EuropeAid qiegħda tiżviluppa sett ta’ linji gwida ta’ Ġestjoni taċ-Ċiklu ta’ Programmi u Proġetti li jinkludu enfasi fuq analiżi aħjar tal-kuntest. F'dan l-isfond, il-Kummissjoni u l-Istati Membri bdew jaħdmu wkoll fuq sett ta’ linji gwida armonizzat u komprensiv għall-assistenza għall-iżvilupp fis-segwitu tal-Konklużjoni tal-Kunsill ta’ Mejju 2010 dwar is-Saħħa Globali.

5.65.

Għodda importanti żviluppata mill-komunità internazzjonali, inkluż permezz ta’ inputs mill-Kummissjoni, hija l- metodoloġija ta’ Valutazzjoni Konġunta ta’ Strateġiji Nazzjonali (JANS). Din hija maħsuba li tipprovdi bażi komuni għall-valutazzjoni tal-istrateġiji tas-saħħa nazzjonali bl-għan li jkun permess aktar użu ta’ approċċi mas-settur kollu u allinjament ta’ sostenn tad-donaturi ma’ sistemi nazzjonali.

 

Konklużjonijiet

5.66.

B'mod ġenerali, il-Kummissjoni għamlet xi progress siewi fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti. Qed tagħmel riżorsi ġodda sinifikanti disponibbli biex tindirizza l-MGDs tas-saħħa permezz tal-inizjattiva tagħha MDG fil-kuntest tal-għaxar Reviżjoni f'Nofs Terminu tal-FEI. Din kellha parti ċentrali fl-istabbiliment ta’ politika ġdida dwar ir-rwol tal-UE fis-Saħħa Globali li tenfasizza l-importanza tas-sostenn tas-sistemi tas-saħħa. Il-Kummissjoni kompliet tipprovdi finanzjament sostanzjali lill-Fond Globali iżda ħeġġet l-isforzi tal-Fond Globali biex jagħtu aktar attenzjoni lis-sistemi tas-saħħa. Il-Kummissjoni ħadet ukoll xi passi biex ittejjeb l-effettività tas-sostenn tagħha lill-Fond Globali.

5.66.

Il-Kummissjoni tilqa' l-fatt li l-Qorti rrikonoxxiet il-progress sostanzjali li sar fuq inizjattivi relatati mas-saħħa sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-MDGs.

5.67.

Minkejja dan, għadd ta’ oqsma prinċipali għadhom jeħtieġu aktar attenzjoni. Il-Kummissjoni teħtieġ li tagħmel il-Politika tas-Saħħa Globali tal-UE operazzjonali billi tistabbilixxi programm ta’ azzjoni li jista' jintuża fil-programmar ta’ finanzjament futur tal-FEI. Il-Kummissjoni għad m'għandhiex ukoll aċċess għal għarfien espert suffiċjenti fis-saħħa fil-livell tad-delegazzjoni biex tissodisfa l-ħtieġa għal fokus u djalogu intensifikat dwar l-MDGs tas-saħħa, li xorta għadhom lura fl-Afrika tas-sub-Saħara hekk kif joqrob l-2015. Il-Kummissjoni għandha tkompli tippromwovi l-użu ta’ sostenn baġitarju settorjali fis-settur tas-saħħa, filwaqt li tiddefinixxi aktar ir-rwol tal-programmi ta’ sostenn tal-baġit ġenerali fl-għajnuna lis-settur tas-saħħa. Bl-istess mod, għad irid jitlesta x-xogħol fuq il-linji gwida dwar l-għażla u l-koerenza ta’ strumenti ta’ għajnuna differenti għas-settur tas-saħħa.

5.67.

Il-Kummissjoni hija marbuta li tirrispetta kemm il-kriterji ta’ eliġibbiltà tas-sostenn baġitarju u kif ukoll l-ipprogrammar li ġie miftiehem b'rabta mas-setturi ċentrali (fosthom il-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna u l-prinċipji tad-diviżjoni tax-xogħol fost id-donaturi).

Il-Kummissjoni:

Stabbiliet Pjan ta’ Azzjoni għall-2011 biex timplimenta l-Polika dwar is-Saħħa Globali tal-UE,

Ikkommettiet ruħha li fuq perjodu ta’ żmien medju tieħu stampa tal-għarfien espert fil-qasam tar-riżorsi umani fid-delegazzjoni,

Impenjat ruħha f'reviżjoni maġġuri tal-Linji Gwida dwar is-Sostenn Baġitarju,

Bdiet taħdem biex tiżviluppa l-Linji Gwida ġodda dwar il-Ġestjoni taċ-Ċiklu ta’ Programmi u Proġetti tal-EuropeAid li, fost l-oħrajn, jiffokaw fuq li jagħtu gwida lill-persunal operazzjonali dwar l-aħjar għażliet b'rabta ma’ mekkaniżmi ta’ għajnuna,

Flimkien mal-Istati Membri tal-UE, bdiet taħdem fuq sett ta’ linji gwida armonizzat u kompensiv għall-assistenza għall-iżvilupp fis-segwitu tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Mejju 2010 dwar is-Saħħa Globali.


(1)  Għajnuna pprovduta permezz tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp hija rrappurtata separatament minħabba li mhijiex iffinanzjata mill-Baġit Ġenerali.

(2)  Mill-1 ta’ Jannar 2011, il-EuropeAid u d-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp (id-DĠ DEV) ingħaqdu taħt l-isem ġdid tad-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni — EuropeAid (DEVCO).

(3)  Mill-1 ta’ Jannar 2011, id-DĠ RELEX waqaf jeżisti u fil-biċċa l-kbira kien integrat fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). Barra minn dan, inħoloq servizz ġdid biex iġesti l-Istrumenti tal-Politika Estera (FPI).

(4)  Il-Phare kien l-istrument finanzjarju prinċipali tal-istrateġija ta’ qabel l-adeżjoni għall-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Il-programm Cards huwa Għajnuna tal-Komunità Għar-Rikostruzzjoni, l-Iżvilupp u l-Istabbilizzazzjoni fil-Balkani.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).

(6)  L-għan tagħha hu li ssostni l-isforzi tal-Istati Membri, il-pajjiżi tal-EFTA, dawk kandidati u pajjiżi terzi dwar l-azzjonijiet ta’ reazzjoni, tħejjija u prevenzjoni fir-rigward ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, atti ta’ terroriżmu u inċidenti teknoloġiċi, radjoloġiċi jew ambjentali.

(7)  Il-proċeduri ta’ approvazzjoni jinkludu segwitu ta’ azzjonijiet korrettivi u kontrolli ex post.

(8)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha ta’ żbalji minn kampjun statistiku rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aqwa stima (magħrufa bħala MLE). Il-Qorti għandha 95 % kunfidenza li r-rata ta’ żbalji fil-popolazzjoni hija bejn 0,1 % u 3,3 % (il-limiti tar-rata ta’ żbalji aktar baxxa u ogħla rispettivament).

(9)  Wieħed mill-akkwisti bi żball twettaq mill-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni;

(10)  Strateġiji Annwali ta’ Assigurazzjoni definiti u mfassla minn kull uffiċjal Awtorizzanti minn subdelegazzjonijiet (id-Direttuti fil-kwartieri ġenerali u l-Kapjijiet tad-delegazzjoni) u politika ta’ kontrolli ex post għal kuntratti ġestiti b'mod ċentrali.

(11)  Linji gwida għall-akkreditament li jwassal għall-għoti ta’ ġestjoni f'ġestjoni deċentralizzata; listi ta’ kontroll għal “iċċertifikat korrett” ta’ pagamenti u dikjarazzjonijiet finali u politika għall-approvazzjoni ta’ kontijiet.

(12)  Wieħed mill-akkwisti bl-iżbalji sar mill-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni ta’ qabel.

(13)  17 minn 35 (49 %) tat-tranżazzjonijiet riveduti kienu milquta minn żbalji ta’ kodifikazzjoni fil-CRIS. L-aktar żbalji frekwenti jirrelataw mal-kodifikazzjoni mhux kompluta u mhux preċiża tad-dati ta’ implimentazzjoni u mal-klassifikazzjoni ħażina tat-tipi ta’ pagamenti.

(14)  Ara l-paragrafi 5.13 sa 5.16.

(15)  Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 6932/09 tas-26.2.2009, Abbozz tal-konklużjonijiet tal-Kunsill.

(16)  Il-Parlament Ewropew, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ April 2009 bl-osservazzjonijiet li jifformaw parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, it-Taqsima III — Il-Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi. P6_TA(2009)0289.

(17)  Il-Kummissjoni Ewropea, SEC(2009) 1427 finali, 16.10.2009, dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għad-Deċiżjoni tar-Rilaxx 2007.

(18)  Ara r-Rapport Speċjali Nru 11/2010 dwar il-ġestjoni, mill-Kummissjoni, tas-Sostenn Baġitarju Ġenerali fil-pajjiżi AKP, tal-Amerika Latina u tal-Asja.

(19)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-Rapport Speċjali Nru 10/2008 L-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-KE lis-Servizzi tas-Saħħa fl-Afrika tas-sub-Saħara flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni.

(20)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2009 dwar approċċ lejn 'l-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-KE lis-Servizzi tas-Saħħa fl-Afrika tas-sub-Saħara'. (P 6_TA-PROV(2009)0138).

(21)  MDG 1c) – Tnaqqis bin-nofs tan-nies li jsofru bil-ġuħ u MDG 7c): Tnaqqis bin-nofs tal-proporzjon tan-nies mingħajr aċċess sostenibbli għal ilma tajjeb għax-xorb u sanità bażika.

(22)  COM(2010) 128 finali. Brussell, 31.3.2010.

(23)  Il-Kummissjoni allokat madwar EUR 1 500 miljun lil Kuntratti MDG fi tmien pajjiżi. Dawn il-programmi jipprovdu sostenn tal-baġit ġenerali matul perjodu estiż ta’ sitt snin u huma maħsuba li jkollhom fokus b'saħħtu fuq l-MDGs.

(24)  Il-Green Paper: “Il-futur tas-sostenn Baġitarju tal-UE lil pajjiżi terzi”. COM(2010) 586 finali. Brussell 19.10.2010.

(25)  Il-verifika tan-nefqa amministrattiva hija rrappurtata fil-kapitolu 7.

L-ANNESS 5.1

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦALL-GĦAJNUNA ESTERNA, L-IŻVILUPP U T-TKABBIR

 

2010

2009

2008

2007

EuropeAid

RELEX

ELARG

ECHO

DEV

Total

ID-DAQS U L-ISTRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet (li minnhom):

92

14

35

22

2

165

180

180

145

Pagamenti bil-quddiem

43

12

8

12

0

75

83

71

46

Pagamenti interim/finali

49

2

27

10

2

90

97

109

99

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (1)  (2)

Il-proporzjon tat-tranżazzjonijiet ittestjati misjuba li huma:

Ħielsa minn żbalji

79 %

(73)

100 %

(14)

74 %

(26)

64 %

(14)

0 %

77 %

(127)

87 %

73 %

74 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

21 %

(19)

0 %

26 %

(9)

36 %

(8)

100 %

(2)

23 %

(38)

13 %

27 %

26 %

L-analiżi ta’ tranżazzjonijiet milquta minn żbalji

Analiżi skont it-tip tan-nefqa

Pagamenti bil-quddiem

16 %

(3)

0 %

11 %

(1)

0 %

0 %

11 %

(4)

17 %

19 %

19 %

Pagamenti interim/Final

84 %

(16)

0 %

89 %

(8)

100 %

(8)

100 %

(2)

89 %

(34)

83 %

81 %

81 %

Analiżi skont it-tip ta' żbalji

Żbalji mhux kwantifikabbli:

53 %

(10)

0 %

(1)

78 %

(7)

38 %

(3)

0 %

53 %

(20)

74 %

60 %

73 %

Żbalji kwantifikabbli:

47 %

(9)

0 %

22 %

(2)

62 %

(5)

100 %

(2)

47 %

(18)

26 %

40 %

27 %

Eliġibbiltà

67 %

(6)

0 %

100 %

(2)

100 %

(5)

0 %

72 %

(13)

100 %

79 %

100 %

Okkorrenza

22 %

(2)

0 %

0 %

0 %

50 %

(1)

17 %

(3)

(0)

21 %

(0)

Preċiżjoni

11 %

(1)

0 %

0 %

0 %

50 %

(1)

11 %

(2)

(0)

(0)

(0)

L-IMPATT STMAT TAL-IŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Ir-rata ta' żball l-aktar probabbli:

1,7 %

 

 

 

Il-limitu aktar baxx ta’ żbalji

0,1 %

 

 

 

Il-limitu ogħla ta’ żbalji

3,3 %

 

 

 


(1)  Sabiex itejjeb l-intuwitu f'oqsma bi profili ta’ riskju differenti fil-grupp ta’ politika, il-kampjun inqasam f'żewġ segmenti.

(2)  Numri kkwotati f'parentesi jirrappreżentaw in-numru attwali ta’ tranżazzjonijiet.

L-ANNESS 5.2

IR-RIŻULTATI TAL-EŻAMI TAS-SISTEMI GĦALL-GĦAJNUNA ESTERNA, L-IŻVILUPP U T-TKABBIR

Il-valutazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll magħżula tal-EuropAid

 

Il-kontroll ambjentali

Il-kontrolli ex ante

Il-monitoraġġ u s-sorveljanza

Il-verifiki esterni u l-proċeduri ta’ approvazzjoni

Il-verifika interna

Il-valutazzjoni globali

Sistemi Ċentrali

Effettiv

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettiva

Parzjalment effettiva

Delegazzjoni

Effettiv

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

N/A


Il-valutazzjoni tas-sistemi magħżula ta’ sorveljanza u kontroll tad-DĠ ELARG

Il-kontrolli ex ante

Il-monitoraġġ u s-sorveljanza

Il-verifiki esterni u l-proċeduri ta’ approvazzjoni

Il-verifika interna

Il-valutazzjoni globali

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettiva

Parzjalment effettiva


Il-valutazzjoni globali tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

Il-valutazzjoni globali

2010

2009

2008

2007

Parzjalment effettiva

Parzjalment effettiva

Parzjalment effettiva

Parzjalment effettiva

L-ANNESS 5.3

IR-RIŻULTATI TAR-REVIŻJONI TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-ĠESTJONI TAL-KUMMISSJONI GĦALL-GĦAJNUNA ESTERNA, L-IŻVILUPP U T-TKABBIR

Id-DĠ prinċipali ikkonċernati

In-natura tad-dikjarazzjoni mogħtija mid-Direttur Ġenerali (1)

Ir-riżervi mogħtija

L-osservazzjonijiet tal-Qorti

Il-valutazzjoni globali tal-affidabbiltà

2010

2009

ELARG

bla riżervi

N/A

Il-kalkolu tar-rata ta’ żball residwu (RER) huwa limitat għal metodu ta’ ġestjoni deċentralizzata u li jirrappreżenta biss 30 % tal-pagamenti li saru fl-2010 mid-DG ELARG. Il-verifika tal-Qorti sabet li għad hemm kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati.

B

A

EuropeAid

bla riżervi

N/A

Il-EuropeAid stabbilixxa strateġija ta’ kontroll komprensiv u kompla jġib titjib sinifikanti għat-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tiegħu. Madankollu, il-verifika tal-Qorti sabet li għad hemm dgħufijiet f'ċerti kontrolli u li l-pagamenti kienu milquta minn żball materjali.

B

B

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

B:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

C:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività ma jagħtux valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.


(1)  B'referenza għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali, hu/hi għandu/għandha assigurazzjoni raġonevoli li l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

B:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

C:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività ma jagħtux valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

L-ANNESS 5.4

SEGWITU TA' RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-GĦAJNUNA ESTERNA, L-IŻVILUPP U T-TKABBIR

Sena

Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Progress li sar

Ir-risposta tal-Kummissjoni

L-analiżi tal-Qorti

2009

Id-DĠ RELEX għandu jikkonsolida l-metodoloġija ta’ kontrolli ex post tiegħu u jindirizza mingħajr dewmien ir-rakkomandazzjonijiet li jsiru mill-Awditur Intern f'dak ir-rigward.

Wara Pjan ta’ Azzjoni d-DĠ RELEX introduċa titjib għall-metodoloġija ta’ kontroll ex-post. Madankollu, parti mill-miżuri ta’ mitigazzjoni previsti jistgħu jiġu implimentati biss fl-2011 taħt il-ġestjoni tas-Servizz tal-iStrumenti tal-Politika Barranija l-ġdid (FPI).

 

 

Id-DĠ RELEX għandu jalloka biżżejjed riżorsi għall-analiżi u l-għeluq ta’ kuntratti antiki tal-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida (RRM — Rapid Reaction Mechanism) u tal-PESK li d-dati ta’ skadenza għall-implimentazzjoni tagħhom diġà skadew.

Għadd konsiderevoli ta’ fajls RRM antiki ngħalqu. Għall-PESK, għalkemm il-problema ġiet indirizzata (25 mill-133 proġett miftuħ, ingħalqu fil-bidu tal-2010) xorta għad hemm ammont sinifikanti ta’ xogħol b'lura.

Segwitu mill-qrib tal-għeluq tal-proġetti qodma bħala parti mill-pjan ta’ azzjoni li ġie stabbilit wara l-awditjar tal-PESK permezz tal-IAS/IAC. Is-sitwazzjoni tal-kuntratti qodma u ta’ dawk li ngħalqu tiġi riveduta fuq bażi regolari u tittieħed azzjoni xierqa għall-għeluq tal-proġetti li ntemmu. L-għadd ta’ proġetti tal-PESK qiegħed jiżdied b'mod kostanti flimkien maż-żieda sostanzali tal-baġit allokat lill-PESK fuq dawn l-aħħar snin (eż. fl-2010 kien hemm 51 kuntratt ġdid) u dan jista' jagħti l-impressjoni ħażina li s-sitwazzjoni mhijiex qiegħda titjieb.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni

Id-DĠ ELARG għandu jagħti gwida aktar speċifika għall-proċedura tal-“konferiment tas-setgħat tal-ġestjoni” biex jiċċara aħjar ir-rwoli tal-atturi differenti tal-Kummissjoni fil-proċess.

Id-DĠ ELARG żviluppa gwida ġdida sal-aħħar tal-2010. Madankollu dik il-gwida ġdida se tkun applikabbli biss fl-2011 u l-Qorti tqis li din mhijiex dettaljata biżżejjed.

L-inizjattivi li ttieħdu wara li nħarġu r-rakkomandazzjonijiet f'Lulju jinvolvu koordinazzjoni intensiva ħafna u konsultazzjoni reċiproka, u rriżultaw f'sett ta’ struzzjonijiet li ġew ippubblikati fil-ħin sal-iskadenza tal-2010.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni

Id-DĠ ELARG għandu jirrevedi l-listi ta’ kontroll tal-kontrolli interni tiegħu sabiex jiddokumenta l-kontrolli kollha mwettqa.

Ġew żviluppati listi ta’ kontroll tal-kontrolli interni fil-kwartieri ġenerali tad-DĠ ELARG, iżda l-użu għal kollox tagħhom fid-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi tat-tkabbir għad irid jiġi żgurat.

Saru l-isforzi kollha meħtieġa biex id-Delegazzjonijiet jużawhom bis-sħiħ.

Id-DĠ ELARG għandu jieħu miżuri biex itejjeb il-kwalità tad-data mdaħħla fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-ġestjoni (eż. analiżi regolari u verifikazzjoni tal-kwalità tad-data).

Ir-reviżjoni tal-Qorti ta’ sistemi u tranżazzjonijiet ma nnutatx titjib relevanti fil-kwalità tad-data. Id-DĠ ELARG għandu jistabbilixxi pjan ta’ azzjoni biex jimplimenta din ir-rakkomandazzjoni b'mod xieraq.

Il-persunal fil-Kwartieri Ġenerali u fid-delegazzjonijiet ġie mmotivat sabiex id-dejta tiġi kkonvertita b'mod tajjeb, iżda b'mod ġenerali, il-problemi li nstabu jmorru lil hinn mill-ambitu ta-sistemi ta’ informazzjoni tal-ELARG, u għaldaqstant għandhom jinstabu soluzzjonijiet fil-livell tal-Kummissjoni kollha hemm hi.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni

Id-DĠ ELARG għandu jiżviluppa u jistabbilixxi mekkaniżmi biex jiffaċilita l-analiżi u s-segwitu tar-riżultati tal-missjonijiet ta’ monitoraġġ imwettqa.

Din ir-rakkomandazzjoni għad ma ġietx indirizzata mid-DĠ ELARG. Fl-2010, din id-dgħufija kienet ikkonfermata fid-delegazzjonijiet kollha miżjura tal-UE f'pajjiżi li jagħmlu parti mit-tkabbir.

Ir-rakkomandazzjoni bdiet tiġi indirizzata fl-2010 iżda, minħabba n-natura tagħha stess, ir-riżultati ma jistgħux ikunu evidenti mill-bidu.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni

2009

Id-DĠ ELARG għandu jkompli jalloka biżżejjed riżorsi għall-analiżi tad-dikjarazzjonijiet finali pendenti preżentati taħt PHARE u l-Faċilità ta’ Tranżizzjoni fl-Istati Membri l-ġodda.

Il-Qorti tilqa' l-isforz tad-DĠ ELARG, iżda d-dikjarazzjonijiet finali pendenti tnaqqsu b'mod parzjali.

B'riżultat tal-prijorità li ngħatat għall-valutazzjoni tad-Dikjarazzjoni Finali mit-12-il Stat Membru ġodda, fl-2010 x-xogħol pendenti kompla jitnaqqas b'mod konsiderevoli, u dan ikkumpensa għat-tnaqqis fir-ritmu tax-xogħol fl-2009.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni

Id-DĠ ECHO għandu jtejjeb id-dokumentazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-proposti għal azzjonijiet għall-għajnuna umanitarja (eż. l-introduzzjoni ta’ rapporti ta’ valutazzjoni standardizzati).

Id-DĠ ECHO beda l-iżvilupp ta’ proċedura standardizzata biex jiġu ġġustifikati l-valutazzjonijiet tal-proposti. Madankollu, dan ippreveda li tiġi introdotta proċedura ġdida fl-2011 biss u r-rapport ta’ evalwazzjoni standardizzata huwa wieħed mill-għażliet li qed jiġu kkunsidrati.

Lejn il-bidu ta’ Frar 2011 twaqqaf Grupp ta’ Ħidma dwar il-valutazzjoni tal-proposti għal għajnuna umanitarja. Fost l-oħrajn, dan għandu l-għan li jarmonizza u jissimplifika d-dokumentazzjoni tal-proċess ta’ valutazzjoni billi jagħti stampa ġenerali aħjar tal-proċess kollu permezz ta’ tabella operattiva u jistabbilixxi kriterju komuni ta’ valutazzjoni. Dan kollu ser jiġi implimentat fl-2011.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni

Id-DĠ ECHO għandu jiddefinixxi u jistabbilixxi mekkaniżmi għall-ġbir u l-analiżi ta’ data dwar l-użu ta’ “Ċentri ta’ Akkwist Umanitarju” (HCPs) mill-imsieħba tiegħu.

Id-DĠ ECHO sab li r-rakkomandazzjoni tal-Qorti kienet utli iżda ma’ qishiex bħala prijorità. L-HPCs kienu infurmati dwar il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni dettaljata dwar kemm is-servizzi tagħhom qed jintużaw mill-imsieħba tal-ECHO. Fil-futur se tiġi żviluppata proċedura ġdida.

 


IL-KAPITOLU 6

Ir-Riċerka u Politiki Interni oħra

WERREJ

Introduzzjoni

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

Il-Programmi Qafas għar-Riċerka

Il-Programm Tagħlim Matul il-Ħajja

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

L-effettività tas-sistemi

Programmi Qafas tar-Riċerka

Il-kontrolli ex ante fl-uffiċċju

Ċertifikazzjoni tal-verifika tal-klejms tal-ispejjeż

Ċertifikazzjoni ex ante tal-metodoloġiji tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-benefiċjarji taħt l-FP7

L-istrateġija tal-verifika ex post tal-Kummissjoni

Sistemi relatati ma’ rkupri u korrezzjonijiet finanzjarji

Politiki Interni Oħra

Is-Sistemi għall-Programm ta’ Tagħlim Matul il-Ħajja — Erasmus

L-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment tal-Kummissjoni

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

Ir-Riżultati tal-Verifika tal-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

6.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-Qorti dwar ir-Riċerka u Politiki Interni oħra, li fih l-oqsma tal-politika 01-L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 02-L-Intrapriża, 03-Il-Kompetizzjoni, 08-Ir-Riċerka, 09-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja, 10-Ir-Riċerka Diretta, 12-Is-Suq Intern, 15-L-Edukazzjoni u l-Kultura, 16-Il-Komunikazzjoni, 18-Iż-Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja u 20- Il-Kummerċ. Din hija segwita mir-riżultati tal-verifika rikorrenti mill-Qorti tal-Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (1). Informazzjoni prinċipali dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq fl-2010 tingħata fit- Tabella 6.1 .

 

It-Tabella 6.1 —   Ir-Riċerka u Politiki Interni oħra — informazzjoni prinċipali 2010

(f’EUR miljun)

It-titolu tal-baġit

Il-qasam tal-politika

Deskrizzjoni

Il-pagamenti

Il-mod ta’ ġestjoni

8

Ir-Riċerka

In-nefqa amministrattiva

308

Ċentralizzat u dirett

FP7

2 981

Ċentralizzat u dirett

FP7 Euratom

318

Ċentralizzat u indirett

Tlestija tal-programmi qafas preċedenti (FPs)

848

Ċentralizzat u dirett

Programm ta’ riċerka tal-fond ta’ riċerka għall-faħam u l-azzar

51

Ċentralizzat u dirett

 

4 506

 

9

Is-Soċjetà tal-Informazzjoni u Midja

In-nefqa amministrattiva

137

Ċentralizzat u dirett

FP7

1 226

Ċentralizzat u dirett

Tlestija tal-programmi preċedenti (FPs)

160

Ċentralizzat u dirett

Il-Midja

111

Ċentralizzat u dirett

CIP u Oħrajn

152

Ċentralizzat u dirett

 

1 786

 

15

L-Edukazzjoni u l-Kultura

In-nefqa amministrattiva

122

Ċentralizzat u dirett

It-tagħlim matul il-ħajja, inkluż il-multilingwiżmu

1 223

Ċentralizzat u indirett

L-iżvilupp tal-koperazzjoni kulturali fl-Ewropa

47

Ċentralizzat u indirett

L-inkoraġġiment u l-promozzjoni għall-koperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ u l-isports

145

Ċentralizzat u indirett

It-trawwim ta’ Ċittadinanza Ewropea

35

Ċentralizzat u indirett

 

1 572

 

18

Il-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja

In-nefqa amministrattiva

63

Ċentralizzat u dirett

Is-solidarjetà — Il-fruntieri esterni, il-politika dwar il-viża u l-moviment liberu tal-persuni

276

Maqsum/Ċentralizzat u dirett

Il-flussi migratorji — Oqsma ta’ politika komuni dwar l-immigrazzjoni u l-kenn politiku

156

Maqsum/Ċentralizzat u dirett

Id-drittijiet fundamentali u ċ-ċittadinanza

51

Ċentralizzat u dirett

Is-sigurtà u s-salvagwardjar tal-libertajiet

123

Ċentralizzat u dirett

Il-ġustizzja fi kwistjonijiet kriminali u ċivili

54

Ċentralizzat u dirett

Il-prevenzjoni u l-informazzjoni dwar id-drogi

18

Ċentralizzat u dirett

L-istrateġija ta’ politika u koordinament

4

Ċentralizzat u dirett

 

745

 

2

L-Intrapriża

In-nefqa amministrattiva

112

Ċentralizzat u dirett

Il-kompetittività, il-politika industrijali, l-innovazzjoni u l-intraprenditoroja

75

Ċentralizzat u dirett/ċentralizzat u indirett permezz tal-EACI

Is-suq intern għall-prodotti, u politika settorjali

114

Ċentralizzat u dirett

FP 7 — Il-koperazzjoni — spazju u sigurtà

357

Ċentralizzat u dirett

 

658

 

10

Ir-Riċerka diretta

Persunal, spejjeż tal-operat u investimenti

345

Ċentralizzat u dirett

FP7

44

Ċentralizzat u dirett

Responsabbiltà storika li tirriżulta minn attivitajiet nukleari

22

Ċentralizzat u dirett

Tlestija ta’ programmi preċedenti kwadru [qafas] (FPs) u attivitajiet oħra

27

Ċentralizzat u dirett

 

438

 

1

L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

In-nefqa amministrattiva

66

Ċentralizzat u dirett

L-unjoni ekonomika u monetarja

12

Ċentralizzat u dirett

L-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali

101

Ċentralizzat u dirett

L-operazzjonijiet u strumenti finanzjarji

110

Ċentralizzat u dirett/Ġestjoni konġunta mal-FEI/ċentralizzat permezz tal-FEI

 

289

 

16

Il-Komunikazzjoni

In-nefqa amministrattiva

114

Ċentralizzat u dirett

Il-Komunikazzjoni u l-mezzi tax-xandir

34

Ċentralizzat u dirett

Il-komunikazzjoni “Niffukaw fuq il-Lokal”

35

Ċentralizzat u dirett

L-analiżi u l-għodod ta’ komunikazzjoni

23

Ċentralizzat u dirett

 

206

 

3

Il-Kompetizzjoni

In-nefqa amministrattiva

92

Ċentralizzat u dirett

Il-kartels, l-anti-trust u l-liberalizzazzjoni

0

Ċentralizzat u dirett

 

92

 

20

Il-Kummerċ

In-nefqa amministrattiva

68

Ċentralizzat u dirett

Il-politika tal-kummerċ

9

Ċentralizzat u dirett / ġestjoni konġunta mal-IO

 

77

 

12

Is-Suq Intern

In-nefqa amministrattiva

60

Ċentralizzat u dirett

L-istrateġija tal-politika u l-koordinament għad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern

11

Ċentralizzat u dirett

 

71

 

In-nefqa amministrattiva totali

1 487

 

Il-programmi qafas (FPs)

5 643

 

It-tagħlim matul il-ħajja, inkluż il-multilingwiżmu (LLP)

1 223

 

In-nefqa amministrattiva totali

2 087

 

In-nefqa operazzjonali totali

8 953

 

Li minnhom:

pagamenti bil-quddiem (28)

6 404

 

pagamenti interim/finali (29)

2 549

 

Il-pagamenti totali għas-sena

10 440

 

L-impenji totali għas-sena

12 169

 

Sors: Il-kontijiet annwali għall-2010 tal-Unjoni Ewropea.

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

6.2.

Il-programmi prinċipali f’dan il-grupp tal-politika huma l-Programmi Qafas għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, li jirrappreżentaw 63 % tan-nefqa operazzjonali totali (jew EUR 5 643 miljun) u l-Programm Tagħlim Matul il-Ħajja, li jirappreżenta 14 % (jew EUR 1 223 miljun).

 

Il-Programmi Qafas għar-Riċerka

6.3.

Il-politika tar-riċerka tfittex li trawwem l-investiment fir-riċerka u t-tranżizzjoni lejn ekonomija bbażata fuq l-għarfien. Hija timmira wkoll li ssaħħaħ il-bażi xjentifika u teknika taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), ittejjeb l-eċċellenza tar-riċerka fl-Ewropa (2), u timmassimizza l-benefiċċji mill-koperazzjoni internazzjonali. Il-biċċa l-kbira tal-pagamenti li għandhom x’jaqsmu mal-politika tar-riċerka jsiru taħt is-Sitt u s-Seba’ Programmi Qafas multiannwali (FP6 u FP7 (3), li għandhom bosta skemi ta’ finanzjament, li jsostnu diversi oqsma tematiċi u tipi ta’ proġetti.

 

6.4.

L-FPs huma fil-parti l-kbira implimentati mill-Kummissjoni taħt ġestjoni diretta u ċentralizzata. In-nefqa tar-riċerka qiegħda tkun implimentata aktar u aktar minn ġestjoni indiretta u ċentralizzata permezz ta’ Aġenziji Eżekuttivi u Impriżi Konġunti (4).

 

6.5.

L-attivitajiet sostnuti mill-FPs huma implimentati minn għadd kbir ta’ entitajiet pubbliċi u privati f’bosta Stati Membri jew pajjiżi terzi assoċjati mal-FPs. Il-benefiċjarji jistgħu jkunu istituti tar-riċerka, universitajiet, individwi, kumpaniji kummerċjali jew amministrazzjonijiet pubbliċi. Is-soltu l-benefiċjarji jaħdmu bħala konsorzju ta’ msieħba, abbażi ta’ ftehim ta’ għotja mal-Kummissjoni. Għall-FP7 kull proġett għandu medja ta’ sitt imsieħba, għalkemm skont l-iskema tal-finanzjament l-għadd jista’ jitla’ sa 64.

 

6.6.

Il-benefiċjarji potenzjali jwieġbu għal sejħiet għal proposti ta’ proġetti u jintgħażlu proġetti approvati għall-kofinanzjament. Ladarba l-ftehim ta’ għotja (jew id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni) ikun ġie ffirmat, il-pagamenti jsiru fil-għamla ta’ pagamenti bil-quddiem, segwiti minn pagamenti interim u finali li jirrimborżaw in-nefqa ddikjarata fil-klejms tal-ispejjeż ippreżentati mill-benefiċjarji.

 

6.7.

Ir-riskju prinċipali tal-irregolarità huwa li l-benefiċjarji jistgħu jinkludu spejjeż ineliġibbli fil-klejms tagħhom, li jistgħu ma jinstabux u ma jiġux ikkoreġuti mis-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni qabel ir-rimborż. Ir-riskju jiġi aggravat mill-kumplessità tar-regoli għall-kalkolu tal-ispejjeż eliġibbli u r-rekwiżit għall-benefiċjarji biex jallokaw l-ispejjeż tal-persunal u l-ispejjeż indiretti għall-proġetti, filwaqt li jnaqqsu diversi partiti li huma kkunsidrati ineliġibbli għall-kofinanzjament mill-UE, bħall-VAT.

6.7.

Il-Kummissjoni tikkondividi l-opinjoni tal-Qorti li l-kumplessità tar-regoli hija sors kbir ta’ żbalji relatati mal-eliġibbiltà tal-pretensjonijiet tal-kostijiet. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fl-24 ta’Jannar 2011 adottat Deċiżjoni li tinkludi tliet mizuri biex tissimplifika l-implimentazzjoni tal-programm qafas. Din id-deċiżjoni tippermetti lill-benefiċjarji biex japplikaw il-metodi tal-kontabbiltà normali tagħhom meta jitolbu rimbors għall-kostijiet medji tal-persunal – wieħed mill-aktar żbalji rikorrenti rrappurtati mill-Qorti tal-Awdituri – u l-possibbiltà li jintużaw pagamenti b’rata fissa biex jiġu rimborsati sidien - li jkunu wkoll maniġers - ta’ SMEs. Huwa mistenni li dawn l-għażliet se jwasslu għal rata aktar baxxa ta’ żbalji.

Barra minn hekk, l-istrateġija tal-Kummissjoni għal kontra l-frodi (COM/2011/376/2finali) tirreferi għar-riskji li jirrigwardaw il-pretensjonijiet tal-kost li saru mill-benefiċjarji u tipproponi bosta punti ta’ azzjoni għall-qbid/il-korrezzjoni ta’ frodi (inkluż taħriġ).

Il-Programm Tagħlim Matul il-Ħajja

6.8.

Il-Programm Tagħlim Matul il-Ħajja (LLP) għandu l-għan li jippermetti lil nies f'kull stadju ta' ħajjithom biex jieħdu sehem f'esperjenzi ta' tagħlim; huwa jfittex ukoll li jiżviluppa s-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ madwar l-Ewropa. L-LLP jikkonsisti f’erba’ subprogrammi, Erasmus għall-edukazzjoni ogħla, Leonardo da Vinci għall-edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, Grundtvig għall-edukazzjoni tal-kbar u Comenius għall-iskejjel. Tliet kwarti mill-baġit tal-LLP huma implimentati permezz ta’ ġestjoni ċentralizzata u indiretta minn 40 Aġenzija Nazzjonali (NAs) f’pajjiżi li jieħdu sehem, nominati u sorveljati mill-Awtoritajiet Nazzjonali (NAUs), normalment Ministeri tal-Edukazzjoni. L-Aġenziji Nazzjonali (5) għandhom l-irwol li jġestu l-ammonti numerużi iżda relattivament żgħar li jitħallsu bħala għotjiet.

 

6.9.

Il-finanzjament f’dan il-qasam huwa magħmul l-aktar minn pagamenti bil-quddiem lil NAs, u kontribuzzjonijiet ta’ kull tliet xhur lill-ispejjeż operattivi. L-ewwel pagamenti bil-quddiem isiru ladarba jkun ġie ffirmat kuntratt u jkun ġie aċċettat programm ta’ ħidma. Fil-każ tat-tieni u t-tielet pagamenti bil-quddiem, il-Kummissjoni tħallas abbażi ta’ dikjarazzjoni min-NA li ġew żburżati mill-inqas 70 % tal-fondi diġà mħallsa bil-quddiem. Dawn il-pagamenti bil-quddiem normalment jakkumulaw sa 100 % tal-massimu permess.

 

6.10.

L-NAs jidħlu għal fthemiet ta’ għotja ma’ organizzazzjonijiet li qegħdin jieħdu sehem (6), u waħda wara l-oħra jagħmlulhom pagamenti bil-quddiem lilhom (bejn 80 % u 100 %, skont it-tip ta’ programm). Ir-riskji prinċipali għal-legalità u r-regolarità huma li l-pagamenti ta’ għotja individwali magħmula lil għalliema u studenti jkunu skorretti, jew li l-ispejjeż iddikjarati mill-benefiċjarji jkunu ddikjarati żżejjed jew mhux sostanzjati. Żbalji bħal dawn jirriskjaw li jibqgħu ma jinstabux.

 

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

6.11.

L-Anness 1.1 , il-Parti 2 , jiddeskrivi l-approċċ u l-metodoloġija tal-verifika ġenerali tal-Qorti. Għall-verifika tar-Riċerka u Politiki Interni oħra, għandhom jiġu nnutati l-punti speċifiċi li ġejjin:

il-verifika kienet tinvolvi tgħarbil ta’ kampjun ta’ 150 pagament, li minnhom 61 kienu pagamenti interim jew finali tal-FP6 u tal-FP7, 10 kienu pagamenti bil-quddiem lil aġenziji nazzjonali taħt l-LLP, 36 kienu pagamenti bil-quddiem għall-FP6 u l-FP7 u 43 pagament koprew il-miżuri l-oħra kollha f’dan il-qasam tal-politika (7);

għall-FPs tar-riċerka, il-valutazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Kummissjoni, li kienet ibbażata wkoll fuq is-97 pagamenti kampjunati (8) li għandhom x’jaqsmu mal-FPs tar-riċerka kopriet:

kontrolli ex ante fl-uffiċċju;

ċertifikati tal-verifika ta’ klejms tal-ispejjeż tal-proġetti mogħtija minn awdituri indipendenti;

ċertifikazzjoni ex ante tal-metodoloġiji tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-benefiċjarji;

verifiki finanzjarji ex post tal-proġetti; u

implimentazzjoni tal-irkupri u tal-korrezzjonijiet finanzjarji.

għall-Politiki Interni oħra, il-valutazzjoni tas-sistemi kopriet is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-programm Erasmus f’10 Stati Membri, inklużi:

il-kontrolli primarji mwettqa mill-aġenziji nazzjonali;

il-kontrolli sekondarji implimentati mill-awtoritajiet nazzjonali biex jagħtu assigurazzjoni u sostenn lid-dikjarazzjoni ex post annwali;

il-proċeduri fi tliet Istituzzjonijiet ta’ Edukazzjoni Ogħla (HEIs) f’kull wieħed mill-Istati Membri, li kienet ukoll ibbażata fuq kampjun ta’ 10 pagamenti lil studenti u/jew persunal għalliem għal kull HEI;

il-verifiki ex post imwettqa minn awdituri privati f’isem il-Kummissjoni; u

is-sistema ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni għas-segwitu ta’ riżervi;

il-verifika tal-Fond ta’ Garanzija ffukat fuq il-konformità mal-ftehim bejn il-Kummissjoni u l-BEI għall-ġestjoni tal-attivi tal-Fond kif ukoll il-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni. Il-ħidma mwettqa minn kumpanija privata ta’ awdituri ġiet riveduta wkoll;

ir-reviżjoni tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni kopriet ir-rapporti annwali tal-attività tad-Diretturi Ġenerali għad-DĠ Riċerka u Innovazzjoni (RTD), id-DĠ Soċjetà Informatika u Mezzi ta’ Komunikazzjoni (INFSO), id-DĠ Intrapriża u Industrija (ENTR), id-DĠ Edukazzjoni u Kultura (EAC) u żewġ Aġenziji Eżekuttivi: l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka u l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka.

 

IR-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

6.12.

L-Anness 6.1 fih sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. L-ittestjar mill-Qorti tal-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet sab 39 % milquta minn żball. Ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli stmat mill-Qorti hija ta’ 1,4 % (9). Madankollu, il-Qorti sabet livell u frekwenza sinifikanti ta’ żball f’pagamenti interim u finali tal-FP6 u l-FP7.

 

6.13.

B’kollox, il-Qorti sabet li 58 mill-kampjun ta’ 150 tranżazzjoni kienu milquta minn żball. Il-biċċa l-kbira tal-pagamenti interim u finali milquta minn żball (48 minn 51) kellhom x’jaqsmu mal-FP6 jew l-FP7. F’37 każ, dawn l-iżbalji kellhom x’jaqsmu mar-rimborż ta’ spejjeż ineliġibbli jew ma’ spejjeż iddikjarati b’mod mhux preċiż lil proġetti ffinanzjati mill-FPs tar-riċerka. Dan ir-riżultat huwa konsistenti mar-riżervi magħmula mid-Diretturi Ġenerali tad-DĠ RTD u d-DĠ ENTR dwar il-livell materjali ta’ żball f’għotjiet tal-FP6 (ara l-Anness 6.3 ). Bħal fl-aħħar tliet snin, is-sors prinċipali ta’ żball għadu l-kalkolu skorrett ta’ spejjeż tal-persunal u spejjeż indiretti ineliġibbli. Tipi oħra ta’ żbalji kienu jinkludu taxxi indiretti, l-applikazzjoni skorretta tad-deprezzament ta’ metodoloġija ta’ attivi mhux kurrenti (10) u mgħax ġenerat mill-prefinanzjament miżmum f’kontijiet bankarji li ġie ddikjarat inqas jew inkella ma ġie ddikjarat xejn. L-Eżempju 6.1 juri t-tip ta’ sejbiet imsemmijin hawn fuq. Sitt tranżazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ Politiki Interni apparti r-Riċerka ntlaqtu minn żbalji. Dawn kienu jinkludu żbalji li għandhom x’jaqsmu mar-rimborż ta’ spejjeż mhux eliġibbli u żbalji fir-rappurtar tal-ħin.

6.13.

Il-Kummissjoni tikkondividi l-opinjoni tal-Qorti li s-sors l-aktar rikorrenti ta’ żbalji misjuba fil-pretensjonijiet tal-kost tal-benefiċjarji għal pagamenti interim u finali jibqa’ l-kalkolu inkorrett tal-kostijiet tal-persunal u tal-kostijiet indiretti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ħadet il-passi biex tittratta dan ir-riskju (ara 6.7 ta’ hawn fuq).

L-Eżempju 6.1

Spejjeż ineliġibbli u spejjeż ikkalkulati ħażin

Benefiċjarju li kien qiegħed iġesti proġett tal-FP6 kklejmja spejjeż tal-operat bl-użu ta’ rata fissa bbażata fuq spejjeż diretti tal-persunal. Wara verifika ex post imwettqa fl-2007, il-benefiċjarju biddel l-allokazzjoni tiegħu ta’ metodoloġija ta’ spejjeż tal-operat mingħajr ma implimenta għal kollox u b'mod korrett ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-awdituri ex post. Żbalji u inkonsistenzi, innutati matul il-verifika tal-Qorti, wasslu għal klejm żejjed ta’ EUR 731 652.

Il-benefiċjarju kklejmja wkoll ir-rimborż ta’ spejjeż ta’ sussistenza ineliġibbli u taxxi indiretti ineliġibbli, u ċċarġja l-ispejjeż ta’ tagħmir tal-kompjuter lill-proġett mingħajr ma applika l-politika ta’ kontabilità normali tiegħu għad-deprezzament. Dawn irriżultaw fi klejm żejjed ta’ EUR 10 079.

L-iżball ġenerali, nett ta’ dikjarazzjoni inqas fi spejjeż tal-persunal, ammonta għal 13 % tal-ispejjeż iddikjarati.

Eżempju 6.1

kostijiet ineleġibbli u kostijiet ikkalkulati inkorrettament

Il-Kummissjoni qiegħda tipproċedi bil-proċedura kontradittorja tas-soltu mal-benefiċjarju.

Il-benefiċjarju informa lill-Kummissjoni li ma jaqbilx ma’ wħud mill-osservazzjonijiet tal-Qorti, b’mod partikolari fir-rigward tal-kalkolu tar-rata tal-ispejjeż fissi. Il-Kummissjoni talbet lill-benefiċjarju għal tagħrif addizzjonali ħalli tkun tista’ tiddeċiedi jekk m’għandhiex bżonn li tagħmel aġġustamenti finanzjarji u għal liema ammont.

L-EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

6.14.

L-Anness 6.2 fih sommarju tar-riżultati tat-tgħarbil tas-sistemi. Il-Qorti sabet li s-sistemi kienu parzjalment effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

 

Programmi Qafas tar-Riċerka

Il-kontrolli ex ante fl-uffiċċju

6.15.

L-objettiv tal-kontrolli ex ante fl-uffiċċju huwa l-verifikazzjoni tar-regolarità tal-pagamenti u l-iżgurar tal-konformità ma’ rekwiżiti kuntrattwali qabel ma jsir il-pagament. Skont l-isforzi tal-Kummissjoni biex tissemplifika kemm jista’ jkun il-proċeduri ta’ kontroll ex ante tagħha sabiex tiffaċilita l-ipproċessar tal-pagamenti, il-kontrolli ex ante fl-uffiċċju huma ta’ sikwit limitati għall-iżgurar li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti formali u amministrattivi u li l-ammonti inklużi fil-klejms tal-ispejjeż tal-benefiċjarji huma kkalkulati b’mod korrett.

6.15.

Il-kontrolli li jistgħu jsiru ex ante huma neċessarjament limitati. Din hija r-raġuni għaliex hemm programm ta’ verifiki ex post. Is-sistema ta’ kontroll għandha titqies kollha kemm hija.

6.16.

Il-verifika tal-kampjun ta’ 97 pagament tal-FP tar-riċerka żvelat xi dgħufijiet fil-kontrolli ex ante fl-uffiċċju f’47 każ, li madankollu ma jitqisux bħala sostanzjali (11).

 

6.17.

Il-Qorti nnutat ukoll li, għalkemm fil-każ ta’ dubju dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż iddikjarati, twettqu kontrolli ex-ante fl-uffiċċju (12), il-biċċa l-kbira minnhom kienu limitati għal verifikazzjoni aritmetika tal-klejm tal-ispejjeż saħansitra meta kien hemm evidenza li l-ispejjeż iddikjarati ma ssodisfawx ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà (ara l-eżempju 6.2).

 

L-Eżempju 6.2

Dgħufija ex ante

Il-benefiċjarju ta’ proġett tal-FP6 kkalkula l-ispejjeż tal-persunal iċċarġjati lill-proġett abbażi ta’ rati medji u bbaġitjati ta’ kull siegħa għal tliet kategoriji ta’ persunal: inġinier anzjan, inġinier gradwat xjentifiku, u tekniku.

Il-kalkolu mill-ġdid ta’ spejjeż tal-persunal bl-użu tar-rata attwali ta’ kull siegħa wera diverġenza sinifikanti fir-rata ta’ kull siegħa, u dan wassal għal klejm żejjed ta’ EUR 65 185 għat-total tal-ispejjeż tal-persunal iddikjarat ta’ EUR 508 452.

Minkejja l-fatt li kien evidenti mid-dokumentazzjoni li l-benefiċjarju kien qiegħed juża rati medji ta’ kull siegħa, il-Kummissjoni ma fissritx dubju fuq l-ammont iddikjarat.

 

6.18.

Dwar id-dewmien fil-pagamenti, il-Qorti nnutat titjib ġenerali meta mqabbel mas-sena l-oħra. Madankollu, f’ċerti programmi speċifiċi tal-FP bħal “Nies”, il-ħin medju meħtieġ biex isiru l-pagamenti interim u finali għadu ’l fuq mill-mira tal-Kummissjoni. Fil-kampjun tal-Qorti ta’ pagamenti interim jew finali tal-FP6 jew tal-FP7 disgħa minn 61 pagament saru tard. Il-Qorti nnutat ukoll suspensjonijiet mhux normali ta’ pagamenti (13). Pereżempju, pagament wieħed li kellu x’jaqsam mal-perjodu tar-rappurtar 2005-2006 ġie sospiż għal 1 280 jum minħabba kwistjoni marbuta mal-istatus ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-kuntratt. Fl-aħħar il-pagament sar f’Ottubru 2010.

6.18.

Il-Kummissjoni tilqa' l-valutazzjoni pożittiva tal-progress li sar fil-pagamenti. Din il-kwistjoni qiegħda tiġi mmonitorjata kontinwament mis-servizzi tal-Kummissjoni, b’mod speċjali minn mindu ħarġet il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ April 2009, li stabbilixxiet miri li huma eqreb mid-dati ta’ skadenza stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Il-pagamenti huma pproċessati biss meta l-pretensjonijiet tal-kost imressqa mill-benefiċjarji jkunu mimlija u jippermettu lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-konformità mar-regoli. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha obbligu li tissospendi l-pagamenti.

Din is-sospensjoni tiġi rtirata dejjem meta l-benefiċjarju jipprovdi d-dokumentazzjoni nieqsa jew it-it-tagħrif mitlub b’mod speċifiku mill-Kummissjoni.

Il-każ irrappurtat mill-Qorti huwa estrem, u ma jirriflettix l-operazzjonijiet normali tal-Kummissjoni.

Ċertifikazzjoni tal-verifika tal-klejms tal-ispejjeż

6.19.

Ftehimiet ta’ għotja jistipulaw li l-klejms tal-ispejjeż tal-benefiċjarji għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tal-verifika maħruġ minn awditur indipendenti. L-awditur għandu jikkonferma l-preċiżjoni, l-okkorrenza u l-eliġibbiltà tal-ispejjeż iddikjarati, l-ammont ta’ mgħax ġenerat mill-prefinanzjament, u kwalunkwe rċevuta ta’ proġetti oħra. Dawn iċ-ċertifikati tal-verifika huma kontroll prinċipali kemm taħt l-FP6 kif ukoll taħt l-FP7.

 

6.20.

Filwaqt li għall-FP6 l-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tal-verifika kienet mandatarja fil-prinċipju, fi tmiem kull perjodu tar-rappurtar, għall-FP7 l-benefiċjarji huma mitluba biss jippreżentaw ċertifikati tal-verifika meta l-finanzjament mill-UE huwa akbar minn, jew ekwivalenti għal, EUR 375 000 (14). Għall-FP7 kollu kemm hu, il-Kummissjoni tistma li ’l fuq minn 80 % tal-parteċipanti kollha se jibqgħu taħt dan il-livell limitu. Filwaqt li din il-bidla tnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji, hija żżid ukoll ir-riskju li ma jinstabux żbalji f’waqthom għal għotjiet taħt il-livell limitu.

6.20.

Fil-FP7 l-awtorità leġiżlattiva ddeċidiet li tnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji fir-rigward tal-obbligu li jressqu ċertifikati ta’ verifika biex il-Programm Qafas tal-UE dwar ir-Riċerka jkun aktar attraenti.

Barra minn hekk, dan l-aspett għandu jitqies flimkien mal-istrateġija totali ta’ verifika tal-FP7.

6.21.

Għat-33 klejm tal-ispejjeż ivverifikati fil-livell tal-benefiċjarju fejn kien ingħata ċertifikat, il-Qorti qabblet ir-riżultati tal-verifika tagħha stess maċ-ċertifikat mogħti. F’27 każ li għalihom l-awditur indipendenti kien ħareġ opinjoni mingħajr kwalifika, il-Qorti sabet żbalji. F’14 mill-każijiet, l-iżbalji kellhom impatt finanzjarju sinifikanti (’il fuq minn 2 %) u/jew kellhom x’jaqsmu ma’ metodoloġija tal-ispejjeż li ma kinitx konformi mar-regoli applikabbli. F’każijiet b’impatt finanzjarju sinifikanti, id-DĠ tal-Kummissjoni (ħlief għad-DĠ ENTR) ma jikkomunikawx b’mod formali mal-awdituri esterni billi jagħtu risponsi u jitolbu spjegazzjonijiet meta jkun ċar li ċ-ċertifikat maħruġ ma kienx affidabbli.

6.21.

Jeżisti proċess formali ta’ feedback biex iħeġġeġ lill-benefiċjarji awditjati biex jagħmlu mod li l-awdituri li jiċċertifikaw tagħhom ikunu konxji mir-riżultati ta’ verifika tal-Kummissjoni u jirriferuhom għar-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u interpretazzjonijiet disponibbli pubblikament.

6.22.

F'konformità mas-sejbiet tas-sena l-oħra, dan il-kontroll għadu biss parzjalment effettiv.

6.22.

Minkejja li ċ-ċertifikati ta’ verifika tal-FP6 ma jipprovdux il-livell ta’ assigurazzjoni li kien mistenni fil-bidu, dan il-kontroll ex-ante għamel kontribuzzjoni sostanzjali fit-tnaqqis tar-rati tal-iżball tal-FP6 meta mqabbla mal-FP5.

Għall-FP7 l-approċċ, ibbażat fuq “proċeduri mifthiema”, għandu jwassal għal inqas żbalji fl-interpretazzjoni tar-regoli ta’ eliġibbiltà.

Il-Kummissjoni żviluppat strateġija biex tiżgura li l-awdituri li jiċċertifikaw jifhmu b'mod sħiħ ir-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet tal-għotjiet. Din tinkludi b’mod speċjali noti ta’ gwida estensivi flimkien mal-bażi legali u d-dokumenti ta’ implimentazzjoni.

Ċertifikazzjoni ex ante tal-metodoloġiji tal-kalkolu tal-ispejjeż tal-benefiċjarji taħt l-FP7

6.23.

Il-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehim ta’ għotja tal-FP7 introduċew żewġ tipi ta’ ċertifikati ex ante ta’ metodoloġiji tal-kalkolu tal-ispejjeż: iċ-ċertifikat tal-ispejjeż medji tal-persunal (CoMAv) (15) u ċ-ċertifikat tal-metodoloġija għall-persunal u spejjeż indiretti (CoM) (16).

 

6.24.

Dawn iċ-ċertifikati għandhom il-għan li: (i) jippromovu l-użu ta’ metodoloġiji korretti minn benefiċjarji waqt il-kalkolu ta’ spejjeż tal-persunal u spejjeż indiretti, (ii) jaċċertaw lill-benefiċjarji li l-metodoloġija li jużaw tissodisfa r-rekwiżiti tal-ftehim ta’ għotja tal-FP7, u (iii) inaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji billi jneħħu l-obbligu li jingħataw ċertifikati għal klejms ta’ spejjeż interim.

 

6.25.

Fi tmiem Diċembru 2010, 16-il benefiċjarju biss minn popolazzjoni stmata ta’ 500 rċevew approvazzjoni għal CoM, u 36 benefiċjarju biss minn popolazzjoni stmata ta’ 4 000 rċevew approvazzjoni għal CoMAv. Ir-rati baxxi ta’ parteċipazzjoni/aċċettazzjoni huma ta’ diżappunt u jgħarrqu l-isforzi tal-Kummissjoni għas-semplifikazzjoni tal-proċeduri.

6.25.

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-kriterji ta’ aċċettabbiltà biex tiġi rċevuta ċertifikazzjoni tal-metodoloġiji tal-kalkolu tal-ispejjeż huma wisq stretti għal ħafna mill-benefiċjarji (27).

Il-Kummissjoni introduċiet simplifikazzjoni sostanzjali biex tiffaċilita l-użu tal-kostijiet medji tal-persunal fil-qafas legali globali eżistenti.

Barra minn hekk, l-esperjenza diżappuntanti maċ-ċertifikazzjoni ex-ante tal-metodoloġiji tal-kost se jitqiesu fit-tħejjija tar-regoli għall-perjodu li jmiss ta’ finanzjament.

6.26.

Xogħol il-Qorti kienet tinkludi reviżjoni tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni għand il-Kummissjoni. Ma ġew innutati l-ebda eċċezzjonijiet. Il-kontrolli tal-Kummissjoni ġew applikati kif maħsub.

 

6.27.

L-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati tal-metodoloġija jinkludu “rapport dwar is-sejbiet fattwali” maħruġ minn awditur indipendenti abbażi ta’ “proċeduri miftiehma” li jikkonfermaw il-korrettezza tal-informazzjoni mogħtija mill-benefiċjarji. Ir-rapport tal-awditur indipendenti dwar sejbiet fattwali għandu jagħti assigurazzjoni lill-Kummissjoni li l-benefiċjarju jissodisfa l-kriterji għall-kisba taċ-ċertifikazzjoni. Fil-każ taż-żewġ benefiċjarji miżjura fuq il-post, il-Qorti nnutat eċċezzjonijiet li xeħtu dubju fuq il-fiduċja li l-Kummissjoni jista’ jkollha f’rapporti bħal dawn (17).

6.27.

Għal każ wieħed imsemmi mill-Qorti, il-Kummissjoni qiegħda ssegwi l-kwistjoni mal-benefiċjarju u se tieħu l-mizuri xierqa. Għall-każ l-ieħor, il-Kummissjoni, qabel ma tapprova ċ-ċertifikat, kisbet aktar tagħrif li jipprovdi assigurazzjoni aktar milli kieku kellha tistrieħ biss fuq ir-rendikont finanzjarju pro-forma. Għaldaqstant, il-kwistjoni mqajma mill-Qorti hija ta’ natura formali u ma taffetwax l-affidabbiltà tal-approvazzjoni tal-metodoloġija tal-kost.

6.28.

Ir-rati baxxi ħafna ta’ aċċettazzjoni u l-fatt li ġew identifikati dgħufijiet fir-rapporti mogħtija mill-awditur indipendenti jindikaw li din il-proċedura, filwaqt li hija tajba fil-prinċipju, kellha effettività limitata.

 

L-istrateġija tal-verifika ex post tal-Kummissjoni

6.29.

L-element prinċipali tas-sistema ta’ kontroll tal-Kummissjoni biex ikun żgurat li l-ispejjeż iddikjarati jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà huwa l-programm tagħha ta’ verifiki finanzjarji ex post għand il-benefiċjarji.

 

6.30.

L-istrateġija tal-verifika ex post tal-FP7 (2009-2016) tkopri essenzjalment: (i) verifiki magħżula fuq bażi każwali u mfassla biex jistabbilixxu rata ta’ żball li jirrappreżenta l-popolazzjoni kollha kemm hi, u (ii) “verifiki korrettivi” li għandhom il-għan li jimmiraw lejn oqsma ta’ riskju (18). Il-kopertura tan-nefqa minn verifiki ex post u l-valur ta’ spejjeż ineliġibbli identifikati żdiedu b’mod sinifikanti mill-2009 sal-2010 (ara t-Tabella 6.2 ). B’mod ġenerali, l-istrateġija ex post impoġġija fis-seħħ mill-Kummissjoni ġiet ivvalutata mill-Kummissjoni bħala effettiva għalkemm xi titjib ulterjuri huwa mixtieq fir-rigward tar-rati ta’ żball residwu u l-fiduċja f'xogħol l-awdituri esterni.

 

It-Tabella 6.2 —   L-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-verifika ex post tal-Kummissjoni

 

2010

2009

FP 6

FP 7

FP 6

FP 7

L-għadd ta’ verifiki

2 323

349

1 906

16

Il-valur tal-ispejjeż iddikjarati li ġew ivverifikati (f’EUR miljun)

2 183

111

1 807

2

Eżempji ta’ spejjeż ineliġibbli identifikati (f’EUR miljun)

91

5

69

Il-finanzjament tal-Kummissjoni li jrid jiġi rkuprat (f’EUR miljun)

45

4

33

Rati ta’ żball residwu

6.31.

Peress li d-Diretturi Ġeneral jagħtu Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni dwar partijiet separati tal-baġit tal-FP7, kull servizz tal-Kummissjoni jieħu l-kampjun tiegħu u b’hekk jirrapporta rata rappreżentattiva ta’ żball. Ir-rata rappreżentattiva ta’ żball għal kull DĠ tifforma l-bażi għall-kalkolu tar-rata ta’ żball residwu (19), u dan huwa element kostitwenti importanti għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni annwali.

6.31.

Sabiex tappoġġja kif xieraq id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali, il-Kummissjoni stabbiliet il-formula biex tikkalkula r-rata ta’ żball reppreżentattiva u residwa li hija applikata b’mod ugwali mis-servizzi tal-Kummissjoni u mill-Aġenziji Eżekuttivi.

Din mhijiex l-unika input għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni minkejja li hija waħda mill-aktar importanti għal dan l-iskop.

6.32.

Il-kalkolu tar-rata ta’ żball residwu huwa bbażat fuq is-suppożizzjoni li l-iżbalji kollha misjuba, inklużi dawk sistematiċi, se jiġu kkoreġuti. Il-Kummissjoni ma tiżgurax b’mod sistematiku li jiġu kkoreġuti l-klejms tal-ispejjeż ippreżentati mill-ġdid, għalhekk hija limitata l-fiduċja li jista’ jkun hemm fir-rati ta’ żball residwu (ara l-eżempju 6.1).

6.32.

Ir-rata ta’ żball residwa tal-Kummissjoni hija affidabbli. Hija bbażata fuq bosta ċifri li jirriżultaw mis-sistema ta’ kontroll li qiegħda tintuża — primarjament l-istrateġija ta’ verifika — u r-riżultati tal-estrapolazzjoni.

Fir-rigward tal-kontroll tal-pretensjonijiet tal-kost li tressqu mill-ġdid, il-Kummissjoni waqqfet sistema li tinkludi kontrolli ta’ plawsibbiltà u ta’ kompletezza u, jekk ikun hemm bżonn, twettaq verifiki ta’ segwitu biex tiżgura li kwalunkwe żbalji sistematiċi jiġu fil-fatt ikkoreġuti mill-benefiċjarji. Rigward dan, peress li l-proċeduri ta’ estrapolazzjoni bbażati fuq perċentwali b'rata fissa saru disponibbli (12/2009) u ntużaw ħafna mill-kuntratturi, in-neċessità ta’ verifiki ta’ segwitu ġiet limitata b’mod sostanzjali.

F’perspettiva multiannwali, is-sistema fis-seħħ għaldaqstant tiżgura li r-rata ta’ żball residwa tkun ta’ min joqgħod fuqha.

Bħala eżempju tal-funzjonament ta’ din is-sistema, sal-31 ta’ Marzu 2011 id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni rkupra EUR 14,51 miljun.

Il-fiduċja f’xogħol l-awdituri esterni

6.33.

Il-verifiki jitwettqu mill-awdituri tal-Kummissjoni jew minn kumpaniji tal-verifika esterna taħt is-sorveljanza tagħha. Fi tmiem l-2010, 73 % (921 minn 1 267) tal-verifiki magħluqa tal-FP6 u l-FP7 tad-DĠ RTD u 76 % (431 minn 568) tad-DĠ INFSO twettqu minn awdituri esterni.

 

6.34.

Li tafda f’xogħol awdituri oħrajn hija prattika tal-verifika aċċettata. Ġew żviluppati standards tal-verifika aċċettati b'mod internazzjonali biex tkun żgurata fehma komuni tal-prinċipji ġenerali involuti. Il-Kummissjoni poġġiet fis-seħħ għadd ta’ proċeduri li għandhom il-għan li jiżguraw li wieħed ikollu fiduċja fir-riżultati ta’ dawn il-verifiki esterni. Wieħed mir-riskji prinċipali huwa meta x-xogħol tal-verifika mwettaq mill-awdituri esterni ma jkunx suffiċjenti jew adegwat u għalhekk ma jinstabux żbalji fil-klejms tal-ispejjeż. Biex jitnaqqas dan ir-riskju, l-istandards jitolbu li għandhom jitwettqu reviżjonijiet perjodiċi tal-kwalità tal-metodi ta’ ħidma u tal-proċeduri tal-verifika biex ikun żgurat li wieħed jista’ jkollu fiduċja fir-rapporti u s-sejbiet tal-verifika. Il-proċeduri tal-Kummissjoni ma jkoprux dan l-aspett.

6.34.

Verifiki kkuntrattati lill-barranin huma ppjanati u kkontrollati kompletament mill-Kummissjoni.

L-awdituri esterni jintgħażlu wara ħafna skrutinju li qegħdin jużaw għal approċċ wieħed ta’ verifika fuq bażi pan-Ewropea. Il-Kummissjoni tipprovdilhom manwal għall-verifika u dokumenti ta’ gwida biex l-approċċ tagħhom ta’ verifika jkun konsistenti u biex jevitaw kwistjonijiet ta’ kwalità.

Il-persunal ta’ verifika tal-Kummissjoni jakkumpanja l-impriżi ta’ verifika esterna fuq numru ta’ missjonijiet ta’ verifika. Dan jiggarantixxi kollaborazzjoni fl-oqsma tat-tfassil, tat-twettiq tal-verifika u tar-rapportar, u għaldaqstant jippermetti monitoraġġ tal-metodi ta’ ħidma u proċeduri ta’ verifika tal-impriżi tal-verifika esterna kkonċernati.

Skont dan, il-Kummissjoni ma tqisx li applikazzjoni sempliċi tal-Istandards ta’ Verifika dwar li wieħed joqgħod fuq il-ħidma ta’ awdituri oħrajn hija xierqa f’dan il-każ.

Sistemi relatati ma’ rkupri u korrezzjonijiet finanzjarji

6.35.

Bħala riżultat tal-isforz konsiderevoli tal-verifika ex-post tal-Kummissjoni, l-ammont li kellu jiġi rkuprat kien żdied b'mod sinifikanti fi tmiem l-2010 meta mqabbel mal-2009 (ara t-Tabella 6.2 ). Il-Qorti eżaminat l-azzjonijiet ta’ segwitu tal-Kummissjoni għall-każijiet DAS 2008 u 2009 bi żball kwantifikabbli u lill-verifiki ex post tal-Kummissjoni u sabet li l-proċeduri tal-Kummissjoni kienu adegwati biex jiżguraw li ġew irkuprati l-ispejjeż ineliġibbli.

 

6.36.

Fir-rigward tal-penali speċifiċi għall-kuntratt, fejn il-benefiċjarju nstab li ddikjara l-ispejjeż b’mod żbaljat, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi għal temma bikrija tal-kuntratt u / jew tapplika danni likwidati. Il-Qorti nnutat li l-Kummissjoni kienet għamlet użu aktar estensiv ta’ dawn il-miżuri korrettivi, u matul l-2010 l-ammonti ta’ danni likwidati żdiedu b’mod sinifikanti (minn EUR 223 000 fi tmiem l-2009 għal EUR 1 536 000 fi tmiem l-2010).

 

Politiki Interni Oħra

Is-Sistemi għall-Programm ta’ Tagħlim Matul il-Ħajja - Erasmus

6.37.

Ir-responsabbiltajiet fi ħdan l-ambjent ta’ kontroll tal-LLP huma:

kontrolli primarji mmexxija min-NA inkluża l-analiżi tar-rapporti finali, kontrolli fl-uffiċċju ta’ materjal ta’ sostenn għall-ispejjeż ikklejmjati, kontrolli fuq il-post, verifiki ex-post, u verifiki tas-sistemi ta’ benefiċjarji rikorrenti bħal universitajiet. In-NA għandha tibgħat rapport annwali lill-Kummissjoni u lin-NAU li jinkludi informazzjoni dwar il-kontrolli primarji mwettqa;

 

kontrolli sekondarji implimentati min-NAU, biex jagħtu assigurazzjoni u sostenn għal dikjarazzjoni ex post annwali li s-sistemi u l-kontrolli primarji huma effettivi (20);

 

kontrolli implimentati mill-Kummissjoni, li prinċipalment jinkludu l-valutazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ex post annwali u żjarat ta’ monitoraġġ tas-sistemi, kif ukoll verifiki finanzjarji u ta’ superviżjoni.

 

6.38.

Il-Qorti wettqet verifika tas-sistemi fir-rigward ta’ għaxra min-NAs u n-NAUs superviżuri tagħhom responsabbli mill-Programm Erasmus. Il-programm Erasmus jiffinanzja l-koperazzjoni bejn l-Istituzzjonijiet Ogħla tal-Edukazzjoni (HEIs) madwar l-Ewropa, u notevolment sostenn lil studenti biex iqattgħu perjodu ta’ studju ta’ bejn tliet xhur u 12-il xahar f’pajjiż ieħor li jieħu sehem. Student tipikament se jirċievi għotja ta’ bejn EUR 250 u EUR 500 fix-xahar skont il-pajjiż. Il-programm isostni wkoll professuri u persunal tan-negozju li jridu jgħallmu barra mill-pajjiż għal perjodi qosra, u jgħin il-persunal universitarju biex jirċievi taħriġ. L-Erasmus isostni wkoll Programmi Intensivi ta’ studju qosra li jiġbru flimkien studenti u għalliema mill-HEIs ta’ mill-inqas tliet pajjiżi li jieħdu sehem. B’mod ġenerali, is-sistemi mgħarbla tqiesu parzjalment effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

 

Il-kontrolli primarji

6.39.

Il-Qorti sabet livell għoli ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti mill-Kummissjoni fil-“Gwida għall-Aġenziji Nazzjonali” tagħha. Madankollu, fi tmien każijiet il-kontrolli primarji ma kinux implimentati għal kollox. F’xi każijiet ma kien hemm ebda evidenza ta’ kontrolli mwettqa fl-uffiċċju, jew inkella kienu ġew iċċekkjati wisq ftit fajls tal-parteċipanti individwali fil-mobbiltà. Għal dak li jirrigwarda rekwiżiti tal-kontroll prinċipali oħrajn dwar sistemi tal-LLP, id-dgħufijiet misjuba kienu jinkludu l-ineżistenza tar-reġistri tal-eċċezzjonijiet, jew inkella reġistri tal-eċċezzjonijiet li ma ssegwewx, politika tat-teżor li ma żguratx li l-fondi tpoġġew f’kontijiet li jrendu l-imgħax u l-preżentazzjoni tard ta’ rapporti annwali lill-Kummissjoni.

6.39.

Il-Kummissjoni tesprimi s-sodisfazzjon li l-Qorti sabet livell għoli ta’ konformità mal-Gwida għall-NAs fl-Aġenziji Nazzjonali, li tikkonferma l-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni taqbel li l-kontrolli primarji jibqgħu qasam li għandu bżonn attenzjoni kif ikkonfermat mill-AAR tal-2010. Il-Kummissjoni se tkompli tenfasizza l-importanza li jinżammu l-livelli stabbiliti u li jiġi ddokumentat l-proċess.

6.40.

Fil-livell tal-HEIs, il-Qorti sabet li s-sistemi għall-għażla ta’ studenti biex jieħdu sehem fil-programm Erasmus ħadmu parzjalment fi 22 minn 27 każ. Il-problemi prinċipali kienu nuqqas ta’ trasparenza fil-proċedura ta’ għażla: kriterji tal-għażla ma ġewx ippubblikati u kien hemm dokumentazzjoni inadegwata tal-proċess ta’ evalwazzjoni. Fi 15 mit-30 HEI miżjura, saru pagamenti skorretti eż. saru pagamenti lil studenti individwali għal perjodi itwal milli kien iddikjarat fil-ftehim ta’ għotja, jew inkella ġew rimborżati spejjeż ineliġibbli.

6.40.

Fir-rigward tal-proċeduri għall-għażla tal-istudent fuq il-livell tal-HEIs, il-Kummissjoni tenfasizza li minħabba n-natura tal-mobbiltà tal-massa tal-azzjoni, ir-rekwiżiti formali għandhom ikunu proporzjonali u jqisu kif xieraq is-sitwazzjoni tad-domanda. Peress li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda lment minn studenti dwar l-għażla tal-HEI tagħhom, hija tikkonkludi li s-sistema topera ġeneralment tajjeb.

Fir-rigward tal-perjodu ta’ kemm idumu l-istudenti jew il-lokalizzazzjonijiet tagħhom, il-Kummissjoni tenfasizza li hija diġà kkjarifikat il-metodu ta’ kalkolu fil-Gwida tal-2011 għall-Aġenziji Nazzjonali, wara l-kummenti tal-Qorti fl-eżerċizzju DAS tal-2009.

Il-kontrolli sekondarji

6.41.

F’sebgħa mill-10 NAUs, il-kontrolli sekondarji twettqu b’mod sodisfaċenti, jew b’korp tal-verifika esterna estern jew inkella b’aġenti tan-NAU li ttestjaw bir-reqqa li s-sistemi primarji u l-kontrolli mpoġġija fis-seħħ min-NA kkonformaw mal-linji gwida tal-Kummissjoni. Fin-NAUs l-oħra, il-kontrolli kienu dokumentati b’mod inadegwat jew inkella ma kien hemm ebda evidenza ta’ osservazzjonijiet magħmula min-NAU jew mill-Kummissjoni.

6.41.

Il-Kummissjoni kull sena torganizza attivitajiet (konferenzi, linji gwida ta’ aġġornamenti, eċċ.) biex ittejjeb il-fehim tal-Awtoritajiet Nazzjonali tal-proċessi sekondarji ta’ kontroll. Il-verifika tad-DAS (Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni) tal-2010 turi titjib tas-sitwazzjoni meta mqabbla mal-eżerċizzju tad-DAS tal-2008. Il-Kummissjoni se tibqa’ għaddejja bl-attivitajiet tagħha ta’ appoġġ.

6.42.

Sebgħa mill-10 dikjarazzjonijiet ex post annwali għall-2009 ntbagħtu lill-Kummissjoni wara l-iskadenza tat-30 ta’ April 2010.

 

Il-kontrolli implimentati mill-Kummissjoni

6.43.

Il-Qorti vverifikat il-kontrolli tal-Kummissjoni għall-Programm Erasmus li jagħmlu parti mill-proċess ta’ valutazzjoni tagħha għad-dikjarazzjonijiet ex post għall-2009. Qabel, il-Qorti għarblet din is-sistema fir-Rapport Annwali tagħha għall-2008 (21). F’dak iż-żmien il-Qorti qieset li l-proċeduri tal-Kummissjoni taw assigurazzjoni limitata għall-kwalità tal-ġestjoni tan-nefqa u li f’xi każijiet biss il-Kummissjoni għamlet verifikazzjoni tar-realtà u l-kwalità tal-kontrolli primarji u sekondarji.

 

6.44.

Il-Qorti tqis li l-proċeduri tal-Kummissjoni tjiebu minn dak iż-żmien ’il hawn. Fl-2010 l-valutazzjoni tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq reviżjoni fl-uffiċċju tas-sistemi, żjarat lil tmien Stati Membri u verifiki finanzjarji ex-post fuq il-post ta’ 15-il ftehim ma’ Aġenziji Nazzjonali. Il-verifiki tas-sistemi mwettqa mill-Kummissjoni kienu jinkludu verifikazzjoni tar-realtà u l-kwalità kemm tal-kontrolli primarji kif ukoll ta’ dawk sekondarji.

 

6.45.

Kull sena l-Kummissjoni tistabbilixxi lista ta’ kwalifiki li għandhom jiġu rimedjati min-NAUs u min-NAs. Għalkemm b’mod ġenerali għad hemm għadd kbir ta’ osservazzjonijiet miftuħa: fl-2010 28 għan-NAUs (meta mqabbel ma’ 29 fl-2009) u 114 għan-NAs (meta mqabbel ma’ 146 fl-2009), il-gravità tal-kwalifiki naqset (22).

6.45.

Fir-rigward tan-numru u l-gravità tal-kwalifiki li għandhom jiġu solvuti mill-NAUs u l-NAs, il-Kummissjoni tesprimi s-sodisfazzjon li t-tnejn li huma tjiebu b’mod konsiderevoli mill-2009 għall-2010, b’mod partikolari fuq il-livell tal-Aġenziji Nazzjonali.

L-AFFIDABBILTÀ TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-MANIĠMENT TAL-KUMMISSJONI

6.46.

L-Anness 6.3 fih sommarju tar-riżultati tar-reviżjoni tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni. Il-Qorti tiddeskrivi osservazzjonijiet sinifikanti f’aktar dettall hawn taħt.

 

6.47.

Fil-każ tad-DĠ INFSO l-Qorti nnutat li għalkemm ir-rata kumulattiva misjuba u r-rati ta’ żball residwu fuq klejms tal-ispejjeż taħt għotjiet tal-FP6 laħqu t-3,94 % u t-2,2 % rispettivament, tneħħiet ir-riżerva rigward il-preċiżjoni tal-klejms tal-ispejjeż tal-FP6. Fil-fehma tal-Qorti kien imissha nżammet riżerva minħabba li ma hemm l-ebda evidenza konkreta li l-iżbalji misjuba kollha ġew ikkoreġuti (ara l-paragrafu 6.32).

6.47.

B'konformità mal-qafas ta’ responsabbiltà ta’ bħalissa tal-Kummissjoni, id-deċiżjoni finali dwar jekk għandhiex ssir riżerva jew le ssir mill-Uffiċjal Awtorizzanti b'Delega (AOD). Hija għaldaqstant opinjoni tal-ġestjoni, abbażi l-valutazzjoni tar-riskji tal-AOD fid-dawl tat-tagħrif dwar żviluppi futuri probabbli disponibbli fil-perjodu tat-teħid tad-deċiżjoni.

Fl-AAR tal-2010, id-Direttur Ġenerali tad-DĠ INFSO rrapporta b'mod trasparenti u fid-dettall lill-Kummissjoni dwar ir-raġunijiet għaliex tneħħiet ir-riżerva rigward il-preċiżjoni tal-pretensjonijiet tal-kost tal-FP6 (li kienet ta’ 2,2 % fl-aħħar tal-2010). Din il-valutazzjoni ġiet ibbażata fuq analiżi bir-reqqa tal-elementi addizzjonali kollha f'dak il-perjodu u fuq simulazzjoni tal-iżvilupp mistenni tar-rata ta’ żball residwa filwaqt li tqiesu l-verifiki tal-FP6 li għaddejjin bħalissa li jibqa' u l-eżerċizzji ta’ estrapolazzjoni li kienu jinsabu għaddejjin. Fit-30 ta’ Ġunju 2011 l-aġġornament tas-simulazzjoni abbażi tal-aħħar dejta disponibbli kkonferma li r-rata ta’ żball residwa f'konformita mal-aspettativi tnaqqset għal 2,1 %. Din ir-rata ta’ żball għandha titnaqqas għal taħt it-2 % sal-aħħar tas-sena, kif imbassar qabel. Barra minn hekk, jekk jitqies l-impatt finanzjarju reali tar-riżultati tal-verifika (żbalji li għandhom bżonn ta’ segwitu finanzjarju), ir-rata ta’ żball residwa tkun ta’ 1,6 %, ħafna inqas mil-livell ta’ materjalità ta’ 2 %. Kif diġà ġie enfasizzat fit-tweġiba tal-Kummissjoni fil-paragrafu 6.32, il-kalkolu tar-rata ta’ żball residwa tal-Kummissjoni huwa ta’ min joqgħod fuqu. L-affidabbiltà tad-dejta sottostanti ġiet ivverifikata abbażi ta’ numru sostanzjali ta’ verifiki ta’ segwitu. Għaldaqstant, meta jitqiesu l-konsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn għad-DĠ INFSO li jżomm riżerva fuq in-nefqa tal-FP6.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

6.48.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 għar-Riċerka u Politiki Interni oħra kienu ħielsa minn żball materjali (23). Madankollu l-pagamenti interim u finali tal-FP tar-riċerka kienu soġġetti għal żball materjali.

6.48.

Il-Kummissjoni tinnota li l-pagamenti fl-2010 fil-grupp ta’ politika ta’ Riċerka u Politiki Interni oħrajn ma kellhomx żbalji materjali.

Hija qiegħda tkompli ttejjeb l-operat tal-arkitettura ta’ kontrroll multiannwali sabiex tnaqqas l-iżbalji fil-pagamenti interim u finali.

6.49.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għar-Riċerka u Politiki Interni oħra kienu parzjalment effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tal-pagamenti.

 

Rakkomandazzjonijiet

6.50.

L-Anness 6.4 juri r-riżultat tar-reviżjoni mill-Qorti dwar il-progress fl-indirizzar ta’ rakkomandazzjonijiet magħmula f’rapporti annwali ta’ qabel (l-2008 sal-2009).

 

6.51.

Wara din ir-reviżjoni u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2010, il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha:

6.51.

fil-qasam tal-FPs tar-riċerka: (i) tieħu mit-tagħlimiet miksuba mill-prattika tajba tal-metodu tal-verifika ex post tad-DĠ INFSO bbażat fuq ir-riskju biex ittejjeb aktar il-kontrolli ex ante tal-Kummissjoni bil-għan li jiġu identifikati pagamenti bi profil ta’ riskju relattivament għoli, u (ii) bil-għan li ttejjeb aktar l-affidabbiltà taċ-ċertifikati tal-verifika, tintensifka l-azzjonijiet tagħha biex tqajjem l-għarfien tal-awdituri indipendenti dwar l-eliġibbiltà tar-regoli tan-nefqa, b’mod notevoli billi tinforma lill-awdituri dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ spejjeż ineliġibbli;

Il-Kummissjoni taqbel mar-rakkomandazzjonijiet, u qiegħda taħdem fuq numru ta’ titjib possibbli fil-proċessi tagħha, kemm għall-FP7 kif ukoll għall-finanzjament ta’ dak li se jkun il-Qafas Strateġiku Komuni tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE.

fil-qasam tal-LLP, tkompli tagħmel enfasi fuq l-implimentazzjoni ta’ kontrolli primarji. B’mod partikolari għandha tingħata attenzjoni għall-iżgurar li l-Aġenziji Nazzjonali jiċċekkjaw mill-inqas l-għadd minimu ta’ fajls rikjesti mill-Kummissjoni u li l-kontrolli kollha jiġu dokumentati b'mod xieraq.

Il-Kummissjoni taqbel li l-kontrolli primarji jibqgħu qasam li għandu bżonn attenzjoni kif ikkonfermat mill-AAR tal-2010. Għaldaqstant il-Kummissjoni se tkompli tenfasizza l-importanza li jinkisbu l-livelli stabbiliti u jiġi ddokumentat il-proċess lill-Aġenziji Nazzjonali u se tkompli tfakkar lill-Awtoritajiet Nazzjonali rigward ir-responsabbiltajiet tagħhom ta’ superviżjoni f’dan id-dominju.

IR-RIŻULTATI TAL-VERIFIKA TAL-FOND TA’ GARANZIJA GĦALL-AZZJONIJIET ESTERNI

6.52.

L-għan tal-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni (24) (il-Fond) huwa sabiex ikunu rimborżati l-kredituri (25) tal-Unjoni fl-eventwalità li l-benefiċjarju ma jħallasx lura self u sabiex jiġu evitati sejħiet diretti mill-baġit tal-Unjoni. Il-ġestjoni amministrattiva tal-Fond hija mwettqa mid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (id-DĠ ECFIN) waqt li l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huwa responsabbli mill-ġestjoni tat-teżor tiegħu.

 

6.53.

Fil-31 ta’ Diċembru 2010, ir-riżorsi totali tal-Fond kienu EUR 1 347 miljun, meta mqabbla ma’ EUR 1 240 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2009. Ma saru l-ebda sejħiet ta’ garanzija fuq il-Fond fis-sena taħt reviżjoni.

 

6.54.

Il-BEI u l-Kummissjoni jużaw indiċi standard biex jirrevedu l-prestazzjoni annwali tal-Fond. Id-dħul fuq il-portafoll tal-Fond fl-2010 ammonta għal 1,06 %, meta mqabbel ma’ dħul standard ta’ 1,19 %.

6.54.

Fl-ambjent tas-suq ta’ bħalissa b’volatilità għolja, jistgħu jseħħu devjazzjonijiet fuq perjodu qasir mill-punt ta’ riferiment. Madankollu l-portafoll kiseb rendiment aħjar mill-punt ta’ riferiment għall-ewwel għaxar xhur tas-sena, billi ċ-ċifra cut-off li hija ftit negattiva (meta mqabbla mal-punt ta’ riferiment) rrapportata fl-aħħar tas-sena tal-2010, li tirriżulta mir-rendiment aktar baxx mill-punt ta’ riferiment f'Novembru u Diċmebru, diġa kienet irkuprata f’Jannar 2011.

6.55.

Il-portafoll ta’ investiment tal-Fond ta’ Garanzija huwa ġestit mill-BEI f’isem l-Unjoni Ewropea (26). Biex tevita bejgħ sfurzat ta’ titoli żgradati tal-Istati Membri f’Ġunju 2010, il-Kummissjoni introduċiet b’mod retrospettiv provvediment ġdid li jippermetti li jinżammu investimenti bħal dawn fil-portafoll tal-Fond.

6.55.

Din id-deċiżjoni ġiet formalizzata fil-ftehim supplimentari Nru 4 li ġie ffirmat fid-9 ta’ Novembru 2010, hekk kif tlestew il-proċeduri istituzzjonali meħtieġa għall-iffirmar tagħha.

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10) jistipula fil-premessi tiegħu li l-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta’ Garanzija għandha tkun soġġetta għal verifika mill-Qorti tal-Awdituri skont il-proċeduri miftiehma mill-Qorti tal-Awdituri, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment.

(2)  Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka hija magħmula mill-attivitajiet, il-programmi u l-politiki kollha tar-riċerka u l-iżvilupp fl-Ewropa li jinvolvu perspettiva transnazzjonali. Flimkien jippermettu lir-riċerkaturi, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u n-negozji jiċċirkulaw, jikkompetu u jikkoperaw aktar u aktar madwar il-fruntieri.

(3)  Is-Seba’ Programm Qafas jiġbor flimkien l-inizjattivi kollha tal-UE relatati mar-riċerka taħt saqaf komuni bi rwol kruċjali fl-ilħuq tal-iskopijiet ta’ tkabbir, kompetittività u impjiegi. Huwa wkoll pilastru ewlieni għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(4)  L-Impriżi Konġunti tal-Unjoni Ewropea involuti fil-ġestjoni tal-FPs tar-Riċerka huma: (i) l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, (ii) l-Impriża Konġunta “Clean Sky”, (iii) l-Impriża Konġunta ARTEMIS, (iv) l-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi, (v) l-Impriża Konġunta ENIAC u vi) l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu. L-Aġenziji Eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea involuti fil-ġestjoni tal-FPs tar-riċerka huma: (i) l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, (ii) l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura, (iii) l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka u (iv) l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka.

(5)  Aġenziji Nazzjonali huma strutturi mwaqqfa fil-livell nazzjonali għall-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-programm Tagħlim Matul il-Ħajja fil-livell tal-Istat Membru. Għandhom personalità legali u huma regolati mil-liġi tal-Istat Membru kkonċernat. Huma responsabbli mill-ġestjoni tal-partijiet deċentralizzati tal-programm, fi kliem ieħor mill-evalwazzjoni, l-għażla u l-ġestjoni tal-proġetti.

(6)  L-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem normalment huma universitajiet, skejjel jew kulleġġi li jġestu l-pagamenti lill-benefiċjarji bħal studenti jew għalliema.

(7)  It-43 pagament huma magħmula minn 31 pagament bil-quddiem, tmien pagamenti interim u finali, tlieta uniċi u pagament wieħed ta’ regolarizzazzjoni.

(8)  61 pagament interim jew finali u 36 pagament bil-quddiem għall-FP6 u l-FP7.

(9)  Il-Qorti tikkalkula l-istima tagħha tar-rata ta’ żball minn kampjun statistiku rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aqwa stima (magħrufa bħala l-MLE). Il-Qorti għandha 95 % fiduċja li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni tinsab bejn 0,6 % u 2,1 % (il-limiti aktar baxxi u ogħla ta’ żball rispettivament).

(10)  Ġeneralment, is-sejbiet dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet huma konsistenti mar-riżultati tal-verifiki rappreżentattivi tal-Kummissjoni stess (ara l-paragrafu 6.32).

(11)  It-tip ta’ dgħufijiet innutati: (i) awtorizzazzjoni tad-data tal-bidu tal-proġett mingħajr talba bil-miktub mill-benefiċjarju qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja, (ii) in-notifika tard tad-deċiżjoni ta’ finanzjament mill-Kummissjoni lill-applikanti li ma kellhomx suċċess u (iii) nuqqas ta’ ċċekkjar tal-imgħax ġenerat mill-prefinanzjament.

(12)  Dawn il-kontrolli ex ante dettaljati fl-uffiċċju jinvolvu t-talba u t-tgħarbil ta’ dokumentazzjoni ta’ sostenn.

(13)  Il-Kummissjoni tista’ tissospendi pagament billi tinforma lill-benefiċjarju bil-miktub li r-rapport jew il-fattura/it-talba ta’ pagament ma jistgħux ikunu approvati u tiddikjara r-raġuni għalfejn (eż. tispjega li d-dokumenti ta’ sostenn mhumiex kompluti).

(14)  Bħala ċifra kumulattiva għall-pagamenti preċedenti kollha lil benefiċjarju fi ħdan proġett partikolari li għalih ma ġiex ippreżentat ċertifikat.

(15)  Mhux obbligatorju għal kwalunkwe benefiċjarju li bi ħsiebu jiddikjara spejjeż medji tal-persunal fil-klejms tal-ispejjeż tiegħu. Fl-24 ta’ Jannar 2011, il-Kummissjoni adotatt kriterji ġodda għall-użu tal-ispejjeż medji tal-persunal. Il-benefiċjarji m’għadhomx obbligati li jippreżentaw ċertifikat dwar l-ispejjeż medji tal-persunal għall-approvazzjoni bħala kundizzjoni minn qabel għall-eliġibbiltà tal-ispejjeż tal-persunal. Minkejja dan, iċ-ċertifikat tal-ispejjeż medji tal-persunal jibqa’ alternattiva, li toffri lill-benefiċjarji l-possibbiltà li jiksbu assigurazzjoni minn qabel dwar il-kompatibbiltà tal-metodoloġija fis-seħħ mar-regoli tal-FP7.

(16)  Mhux obbligatorju għal għadd limitat ta’ benefiċjarji ta’ bosta għotjiet u li jissodisfaw ċertu kriterji ta’ eliġibbiltà.

(17)  Il-Qorti nnutat li f’każ wieħed l-ispejjeż tal-persunal u indiretti kienu jinkludu spejjeż ineliġibbli skont kriterji tal-FP7 jew inkella l-ispejjeż medji tal-persunal fil-fatt ma ġewx ikkalkulati skont il-metodoloġija ppreżentata mill-benefiċjarju. Fil-każ l-ieħor, l-awditur estern iċċertifika li l-proċeduri tal-verifika twettqu b'rabta ma’ għotja speċifika filwaqt li fil-verità x-xogħol tal-verifika kien ibbażat fuq kampjun ieħor.

(18)  Pereżempju, fil-qasam ta’ verifiki korrettivi, id-DĠ INFSO żviluppa metodi elaborati ta’ verifika bbażati fuq ir-riskju abbażi ta’ ġbir ta’ data intelligenti, valutazzjoni tar-riskju u proċeduri tal-verifika speċifiċi għar-riskju. Fl-2010 r-rata medja ta’ żball ta’ verifiki bbażati fuq ir-riskju, tad-DĠ INFSO, kienet ta’ 30 %.

(19)  Jiġifieri l-livell ta’ żbalji li jibqgħu ma jinstabux u b’hekk mhux ikkoreġuti.

(20)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1807, l-Artikolu 8(3), tistipula li l-awtorità nazzjonali għandha tistabbilixxi s-sistema ta’ kontrolli sekondarji li l-objettiv tagħhom huwa li jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li s-sistemi u l-kontrolli primarji huma effettivi. Hija tista’ tafda l-prestazzjoni tal-kontrolli sekondarji f’idejn korp ta’ verifika esterna.

(21)  Il-Kapitolu 9, il-paragrafi 9.22 sa 9.24.

(22)  Għan-NAUs 13-il kwalifika ġew ikklassifikati bħala importanti ħafna u 14 bħala importanti, filwaqt li fl-2009 tlieta kienu kritiċi, 15 importanti ħafna u tlieta importanti. Għan-NAs l-għadd huwa rispettivament: waħda kritika, 44 importanti ħafna u 66 importanti fl-2010 meta mqabbla ma’ 75 importanti ħafna u 35 importanti fl-2009.

(23)  Ara l-paragrafi 6.12 u 6.13.

(24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 tal-31 ta’ Ottubru 1994 li jistabbilixxi Fond ta’ garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 293, 12.11.1994, p.1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 89/2007 (ĠU L 22, 31.1.2007, p.1).

(25)  Prinċipalment il-BEI, iżda wkoll is-self estern tal-Euratom u l-għajnuna makrofinanzjarja (MFA) tal-KE lil pajjiżi terzi.

(26)  L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2728/94 u l-BEI jirċievi miżata maniġerjali annwali għas-servizzi pprovduti.

(27)  COM(2010) 187 finali tad-29 ta’ April 2010 — Is-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka.

(28)  Pagamenti bil-quddiem taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas (2007-13) u taħt il-Programm Tagħlim Matul il-Ħajja ammontaw għal EUR 3 166 miljun u EUR 1 139 miljun rispettivament.

(29)  Pagamenti interim/finali taħt is-Seba’ Programm ta’ Qafas (2007-13) u l-Programm Tagħlim Matul il-Ħajja ammontaw għal EUR 1 442 miljun u EUR 83 miljun rispettivament.

Sors: Il-kontijiet annwali għall-2010 tal-Unjoni Ewropea.

L-ANNESS 6.1

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAR-RIĊERKA U POLITIKI INTERNI OĦRA  (1)

 

2010

2009

2008

2007

FP6

FP7

LLP

Oħra

Total

ID-DAQS U L-ISTRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total tat-tranżazzjonijiet (li minnhom):

28

69

12

41

150

351

361

348

Pagamenti bil-quddiem

4

32

12

29

77

125

237

159

Pagamenti interim/finali

24

37

0

12

73

226

124

189

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR  (2)  (3)

Il-proporzjon ta’ tranżazzjonijiet misjuba li huma:

Ħielsa minn żball

29 %

(8)

54 %

(37)

100 %

(12)

85 %

(35)

61 %

(92)

72 %

86 %

68 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

71 %

(20)

46 %

(32)

0 %

(0)

15 %

(6)

39 %

(58)

28 %

14 %

32 %

Analiżi tat-tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta’ nefqa

Pagamenti bil-quddiem

5 %

(1)

9 %

(3)

0 %

(0)

50 %

(3)

12 %

(7)

9 %

19 %

17 %

Pagamenti interim/finali

95 %

(19)

91 %

(29)

0 %

(0)

50 %

(3)

88 %

(51)

91 %

81 %

83 %

Analiżi skont it-tip ta’ żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

15 %

(3)

37 %

(12)

0 %

(0)

67 %

(4)

33 %

(19)

35 %

34 %

41 %

Żbalji kwantifikabbli

85 %

(17)

63 %

(20)

0 %

(0)

33 %

(2)

67 %

(39)

65 %

66 %

59 %

Eliġibbiltà

100 %

(17)

95 %

(19)

0 %

(0)

100 %

(2)

97 %

(38)

55 %

65 %

80 %

Okkorrenza

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

6 %

3 %

2 %

Preċiżjoni

0 %

(0)

5 %

(1)

0 %

(0)

0 %

(0)

3 %

(1)

39 %

32 %

18 %

L-IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

Ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli

1,4 %

 

 

 

Il-limitu aktar baxx ta’ żball

0,6 %

 

 

 

Il-limitu ogħla ta’ żball

2,1 %

 

 

 


(1)  Għall-2010, il-grupp tal-politika l-ġdida r-Riċerka u Politika Interna oħra huwa magħmul minn gruppi/oqsma tal-politika li fir-Rapport Annwali 2009 kienu parti minn valutazzjonijiet speċifiċi oħra. Għal dettalji rreferi għall-Kapitolu 1, il-paragrafu 1.12.

(2)  Biex jittejjeb l-intuwitu f'oqsma bi profili tar-riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(3)  Numri kkwotati fil-brekits jirrappreżentaw l-għadd attwali ta’ tranżazzjonijiet.

ANNESS 6.2

IR-RIŻULTATI TAT-TGĦARBIL TAS-SISTEMI GĦAR-RIĊERKA U POLITIKI INTERNI OĦRA

Il-valutazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll magħżula

Is-sistema kkonċernata

Kontrolli ex ante fl-uffiċċju

Iċ-ċertifikazzjoni tal-verifika

Iċ-ċertifikazzjoni ex ante

Verifiki finanzjarji ex post

L-implimentazzjoni ta’ rkupri u korrezzjonijiet finanzjarji

Il-valutazzjoni ġenerali

Programmi Qafas tar-Riċerka

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettiva

Parzjalment effettiva


Is-sistema kkonċernata

Il-kontrolli sekondarji

Il-kontrolli primarji

Il-kontrolli tal-Kummissjoni

Is-sistema ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni

Il-valutazzjoni ġenerali

Il-Programm Tagħlim Matul il-Ħajja

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettiva

Parzjalment effettiva


Il-valutazzjoni speċifika għall-Programm Tagħlim Matul il-Ħajja skont l-Istat Membru u l-kontrolli

 

DAS 2010

DAS 2008

L-Istat Membru kkonċernat

Il-kontrolli sekondarji

Il-kontrolli primarji

Il-valutazzjoni ġenerali

Il-valutazzjoni ġenerali

Il-Belġju (EPOS (1))

Effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettiva

Parzjalment effettiva

Il-Polonja (FRSE (2))

Parzjalment effettivi

Effettivi

Parzjalment effettiva

Parzjalment effettiva

Il-Ġermanja (DAAD (3))

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Parzjalment effettiva

Spanja (OAPEE (4))

Effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettiva

Parzjalment effettiva

Ir-Renju Unit (il-Kunsill Brittanniku)

Effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettiva

N/A

Franza (2e2f (5))

Parzjalment effettivi

Effettivi

Parzjalment effettiva

N/A

Il-Pajjiżi l-Baxxi (Nuffic (6))

Effettivi

Effettivi

Effettivi

N/A

Il-Greċja (IKY (7))

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettiva

N/A

L-Awstrija (OEAD (8))

Effettivi

Effettivi

Effettivi

N/A

L-Isvezja (Internationella programkontoret)

Effettivi

Parzjalment Effettivi

Parzjalment Effettiva

N/A


Il-valutazzjoni ġenerali

2010

2009

2008

2007

Parzjalment effettiva

Parzjalment effettiva

Parzjalment effettiva

Parzjalment effettiva


(1)  Europese Programma's voor Onderwijs, Opleiding en Samenwerking — Agentschap

(2)  Fundacja Rozwoju Systemu Edukacji

(3)  Nationale Agentur für EU Hochschulzusammenarbeit Deutscher Akademischer Austauschdienst e. V.

(4)  Organismo Autónomo Programas Educativos Europeos

(5)  Agence Europe Education Formation France

(6)  Nederlands Nationaal Agentschap voor het Leven Lang Leren programma

(7)  Greek State Scholarship's Foundation I.K.Y.

(8)  Österreichische Austauschdienst — GmbH

L-ANNESS 6.3

IR-RIŻULTATI TAR-REVIŻJONI TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-ĠESTJONI TAL-KUMMISSJONI GĦAR-RIĊERKA U POLITIKI INTERNI OĦRA

Id-Direttorati Ġenerali prinċipali kkonċernati

It-tip ta’ dikjarazzjoni mogħtija mid-direttur ġenerali (1)

Ir-riżervi mogħtija

L-osservazzjonijiet tal-Qorti

Il-valutazzjoni ġenerali tal-affidabbiltà

2010

2009

RTD

b'riżerva

Riżerva dwar ir-rata ta’ żball residwu fir-rigward tal-preċiżjoni tal-klejms tal-ispejjeż taħt għotjiet tal-FP6.

 

A

A

INFSO

bla riżerva

Għalkemm fl-2010 r-rata kumulattiva misjuba u r-rata ta’ żball residwu fuq il-klejms tal-ispejjeż taħt għotjiet tal-FP6 laħqu t-3,94 % u t-2,2 % rispettivament, tneħħiet ir-riżerva dwar il-preċiżjoni tal-klejms tal-ispejjeż tal-FP6.

B

A

ENTR

b'riżerva

(i)

Riżerva dwar ir-rata ta’ żball residwu fir-rigward tal-preċiżjoni tal-klejms tal-ispejjeż taħt għotjiet tal-FP6.

(ii)

Riżerva dwar l-affidabbiltà tar-rappurtar finanzjarju mill-Aġenzija Spazjali Ewropea.

A

A

EAC

b'riżerva

Rata ta’ żball għolja wisq fil-ġestjoni diretta u ċentralizzata, minħabba nuqqas ta’ dokumenti li jiġġustifikaw il-klejms tal-ispejjeż, prinċipalment fir-rigward ta’ proġetti mill-ġenerazzjoni preċedenti ta’ programmi (tissokta r-riżerva tal-2009).

A

A

ERCEA

bla riżerva

A

N/A

REA

bla riżerva

A

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

B:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

C:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività ma jagħtux valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.


(1)  B'referenza għad-dikjarazzjoni mill-assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali, huwa/hija għandu/ha assigurazzjoni raġonevoli li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

B:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

C:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività ma jagħtux valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

L-ANNESS 6.4

SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAR-RIĊERKA U POLITIKI INTERNI OĦRA

Is-sena

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Il-progress li sar

Ir-risposta tal-Kummissjoni

L-analiżi tal-Qorti

2009

Il-Kummissjoni għandha tqajjem l-għarfien tal-awdituri li jiċċertifikaw dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa, bil-għan li ttejjeb l-affidabbiltà taċ-ċertifikati tal-verifika li huma joħorġu. (il-paragrafu 8.32)

Il-kumplessità inerenti tal-kriterji ta' eliġibbiltà għandha impatt fuq ix-xogħol imwettaq mill-awdituri esterni inkarigati mill-benefiċjarji biex joħorġu ċertifikati tal-verifika. Il-Kummissjoni tqis li għall-FP7 l-introduzzjoni ta' “proċeduri maqbula” se żżid l-għarfien tal-awdituri li jiċċertifikaw, dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa u b'hekk ittejjeb l-affidabbiltà taċ-ċertifikati tal-verifika. Din għad trid tiġi kkonfermata.

Għajr id-DĠ ENTR, il-Kummissjoni ma tikkomunikax b'mod formali mal-awdituri esterni billi tagħti rispons meta jkun hemm evidenza li turi, jew bħala riżultat tal-verifiki tal-Qorti jew inkella tagħha stess, li ċ-ċertifikat maħruġ ma kienx affidabbli. Dan huwa mod effettiv ta' kif jiżdied l-għarfien tal-awdituri li jiċċertifikaw, dwar il-kwistjoni ta' eliġibbiltà tan-nefqa li l-awdituri għandhom mnejn ma tawx kasha.

Il-Kummissjoni tagħmel monitoraġġ dwar l-affidabbiltà taċ-ċertifikati ta’ verifika. Madankollu, f’dan l-istadju għadu wisq kmieni biex jiġi kkalkulat jekk hemmx tnaqqis sinifikanti fl-iżbalji.

Reċentament il-Kummissjoni approvat Deċiżjoni biex tiġi ssimplifikata l-aċċettazzjoni tal-metodoloġija tal-kostijiet medji għall-pretensjoni tal-kostijiet tal-persunal. Din id-deċiżjoni fil-fatt hija mistennija li tissimplifika u tiffaċilita b’mod sinifikanti l-amministrazzjoni tal-programmi ta’ riċerka.

Jeżisti proċess formali ta’ feedback biex iħeġġeġ lill-benefiċjarji awditjati biex jagħmlu mod li l-awdituri li jiċċertifikaw tagħhom ikunu konxji mir-riżultati tal-verifika tal-Kummissjoni u jirriferuhom ukoll għat-tagħrif rilevanti fejn ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u ta' interpretazzjonijiet huma disponibbli pubblikament.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni

Il-Qorti tirrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ il-kontrolli fuq l-għeluq biex tiżgura li jinstabu l-iżbalji u biex timpedixxi li jerġgħu jsiru żbalji li ġew identifikati qabel. (il-paragrafu 7.20)

Il-Kummissjoni għamlet sforzi f'dan il-qasam, partikolarment bl-introduzzjoni tal-Programm Tagħlim Matul il-Ħajja għall-perjodu 2007-2013. L-iżbalji misjuba mill-Qorti għall-2009 kellhom x'jaqsmu mal-programm Socrates II li kien il-predeċessur tal-Programm Taghlim Matul il-Ħajja.

Il-Kummissjoni segwiet l-iżbalji kwantifikabbli kollha u rkuprat l-ammonti mhux eliġibbli.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-progress innotat mill-Qorti.

2008

Il-Kummissjoni għandha tiżgura applikazzjoni rigoruża tal-kontrolli, b’mod partikolari billi timponi penali fejn huwa xieraq u tagħmel irkupri jew aġġustamenti f’waqthom f’każijiet ta’ rimborż żejjed ta’ dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż. (il-paragrafu 7.42)

Il-Kummissjoni għamlet sforzi konsiderevoli f'dan il-qasam. Dan kien jinkludi sforz tal-verifika ex post, li huwa l-element prinċipali tal-istrateġija ta' kontroll, u l-ħruġ ta' rkupri jew it-tpaċija kontra pagamenti tal-ġejjieni ta' kwalunkwe ammonti misjuba bħala mħallsa żżejjed lill-benefiċjarji.

Matul l-2010, il-Qorti osservat żieda sinifikanti fl-ammonti ta' danni likwidati minħabba l-Kummissjoni wara li benefiċjarju kien iddikjara żżejjed l-ispejjeż iddikjarati tiegħu.

Il-Kummissjoni qiegħda tkompli bl-isforzi tagħha biex timplimenta r-riżultati tal-verifika, billi tirkupra l-ammonti msemmija hawn fuq, timponi danni likwidati u kif ukoll, b’mod kostanti tagħmel monitoraġġ tal-progress li jkun sar f’dan il-qasam. Barra minn hekk, il-Kummissjoni wara r-rakkomandazzjoni tal-Qorti qiegħda timponi b’mod konsistenti danni likwidati fil-każijiet kollha li fihom pretensjonijiet tal-kostijiet eżaġerati rriżultaw f’kontribuzzjonijiet finanzjarji mhux ġustifikati.

2008

Il-Kummissjoni għandha twettaq sorveljanza aktar mill-qrib tal-proċess annwali tad-dikjarazzjonijiet ex post, b'verifikazzjoni diretta li l-kontrolli deskritti huma adegwati u applikati b'mod sħiħ. (il-paragrafu 9.34)

B'mod ġenerali l-Kummissjoni għamlet sforzi f'dan il-qasam. Għalkemm iż-żjarat tal-verifika tas-sistemi u ż-żjarat ta' monitoraġġ naqsu kemxejn, kien hemm żieda sinifikanti fil-għadd ta' verifiki finanzjarji. Fl-2010 d-DĠ EAC wettaq żjarat tal-verifika tas-sistemi fi 8 pajjiżi (11-il pajjiż fl-2009) u żjarat finanzjarji ex post fuq il-post ta' 15-il ftehim mal-Aġenziji Nazzjonali (5 verifiki finanzjarji fl-2009). Hija wettqet ukoll 47 żjara ta' monitoraġġ fl-2010 (meta mqabbel ma' 58 fl-2009).

Il-Kummissjoni tilqa’ l-progress innotat mill-Qorti.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni


IL-KAPITOLU 7

In-nefqa amministrattiva u nefqa oħra

WERREJ

Introduzzjoni

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

Ir-Regolarità tat-tranżazzjonijiet

L-Effettività tas-sistemi

L-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni

Osservazzjonijiet fuq istituzzjonijiet u korpi speċifiċi

Il-Parlament

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

Il-Kummissjoni

Il-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Awdituri

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Il-Kumitat tar-Reġjuni

L-Ombudsman Ewropew

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

 

INTRODUZZJONI

7.1.

Dan il-kapitolu jippreżenta l-valutazzjoni speċifika tal-Qorti tan-nefqa amministrattiva u nefqa oħra tal-Istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea. Informazzjoni prinċipali dwar l-Instituzzjonijiet u l-korpi koperti, u l-infiq għall-2010 hija mogħtija fit- Tabella 7.1 .

 

It-Tabella 7.1 —   In-nefqa amministrattiva u nefqa oħra tal-Istituzzjonijiet u l-korpi — Informazzjoni prinċipali

(EUR miljun)

It-titolu tal-baġit

Il-grupp ta’ politika

Id-deskrizzjoni

Pagamenti

Il-mod ta’ ġestjoni

Is-Sezzjonijiet I, II u IV-IX. Għas-Sezzjoni III, il-Kapitolu I tat-Titoli kollha u t-Titoli 14, 24-27 u 29

Nefqa amministrattiva u nefqa oħra

Il-Parlament Ewropew

1 509

Ċentralizzat u dirett

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

620

Ċentralizzat u dirett

Il-Kummissjoni

6 407

Ċentralizzat u dirett

Il-Qorti tal-Ġustizzja

323

Ċentralizzat u dirett

Il-Qorti tal-Awdituri

182

Ċentralizzat u dirett

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

121

Ċentralizzat u dirett

Il-Kumitat tar-Reġjuni

89

Ċentralizzat u dirett

L-Ombudsman Ewropew

8

Ċentralizzat u dirett

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

5

Ċentralizzat u dirett

In-nefqa amministrattiva totali

9 264

 

In-nefqa operattiva totali

 

 

Pagamenti totali għas-sena

9 264

 

Impenji totali għas-sena

9 428

 

Sors: il-kontijiet annwali tal-2010 tal-Unjoni Ewropea.

7.2.

Dan il-kapitolu jkopri wkoll in-nefqa kkunsidrata bħala operattiva fil-baġit ġenerali għalkemm fil-biċċa l-kbira tal-każijiet l-iskop tagħha huwa l-funzjonament tal-amministrazzjoni tal-Kummissjoni aktar milli t-twettiq tal-politika. Din in-nefqa tinkludi t-titoli tal-baġit ġenerali li ġejjin: it-Titolu 14 (“Tassazzjoni u l-unjoni doganali”), it-Titolu 24 (“Il-ġlieda kontra l-frodi”), it-Titolu 25 (“Il-koordinazzjoni tal-politika tal-Kummissjoni u konsulenza legali”), it-Titolu 26 (“Amministrazzjoni tal-Kummissjoni”), it-Titolu 27 (“Baġit”) u t-Titolu 29 (“Statistika”).

 

7.3.

Il-Qorti tirrapporta separatament dwar l-aġenziji u l-aġenziji eżekuttivi tal-UE u l-Iskejjel Ewropej (1). Il-mandat tal-Qorti ma jkoprix il-verifika finanzjarja tal-Bank Ċentrali Ewropew.

 

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-grupp tal-politika

7.4.

Nefqa amministrattiva u nefqa oħra tinkludi nefqa fuq riżorsi umani (salarji, allowances u pensjonijiet), li jammontaw għal 63 % tan-nefqa totali amministrattiva u nefqa oħra, u nefqa fuq bini, tagħmir, enerġija, komunikazzjonijiet, u teknoloġija tal-informatika.

 

7.5.

Ir-riskji ewlenin fil-grupp tal-politika tan-nefqa amministrattiva u nefqa oħra huma n-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist, l-implimentazzjoni tal-kuntratti, il-proċeduri tar-reklutaġġ u l-kalkolu tas-salarji u l-allowances.

 

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

7.6.

L- Anness 1.1, il- Parti 2 , jiddeskrivi l-approċċ ġenerali tal-metodoloġija tal-Qorti. Għall-verifika tan-Nefqa amministrattiva u nefqa oħra, il-punti speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu nnutati:

il-verifika involviet l-eżaminazzjoni ta’ kampjun ta’ 58 tranżazzjoni, li jinkludu 4 pagamenti bil-quddiem u 54 pagament finali;

il-valutazzjoni tas-sistemi kopriet il-konformità tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll (2) applikati minn kull Istituzzjoni u korp mar-rekwiżiti tar-Regolament Finanzjarju;

l-analiżi tar-rappreżentazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni kopriet ir-rapporti annwali tal-attività ta’ erbgħa mid-Direttorati Ġenerali u Uffiċċji tal-Kummissjoni primarjament responsabbli għan-nefqa amministrattiva.

 

7.7.

Il-Qorti verifikat ukoll is-suġġetti magħżula li ġejjin fl-Istituzzjonijiet u l-korpi kollha:

(a)

kalkulazzjoni u pagament ta’ salarji bażiċi, allowances u pensjonijiet u spejjeż ta’ missjonijiet;

(b)

proċeduri għar-reklutaġġ ta’ persunal permanenti, temporanju u kuntrattwali;

(c)

kuntratti ta’ akkwist.

 

7.8.

Il-Qorti tal-Awdituri hija vverifikata minn ditta tal-verifika esterna (3) li ħarġet rapport ta’ verifika fuq ir-rendikonti finanzjarji għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010 u rapport ta’ assigurazzjoni dwar ir-regolarità tal-użu tar-riżorsi tal-Qorti, u dwar il-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010 (ara l-paragrafu 7.24).

 

IR-REGOLARITÀ TAT-TRANŻAZZJONIJIET

7.9.

L- Anness 7.1 jinkludi sommarju tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. L-ittestjar tal-Qorti fuq il-kampjun tagħha ta’ tranżazzjonijiet sab li 7 % tat-58 pagament verifikat ġew affettwati bi żball. Ir-rata ta’ żball l-aktar probabbli stmata mill-Qorti hija ta’ 0,4 %.

 

L-EFFETTIVITÀ TAS-SISTEMI

7.10.

L- Anness 7.2 fih sommarju tar-riżultati tal-eżaminazzjoni tas-sistemi. Il-Qorti sabet li s-sistemi (4) kienu effettivi biex jiżguraw ir-regolarità ta’ tranżazzjonijiet mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju (ara l-paragrafu 7.6).

 

L-AFFIDABBILTÀ TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-ĠESTJONI TAL-KUMMISSJONI

7.11.

L- Anness 7.3 fih sommarju tar-riżultati tar-reviżjoni tar-rappreżentazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-Kummissjoni.

 

OSSERVAZZJONIJIET FUQ ISTITUZZJONIJIET U KORPI SPEĊIFIĊI

7.12.

L-osservazzjonijiet speċifiċi li ġejjin huma ppreżentati skont l-Istituzzjoni jew il-korp tal-Unjoni Ewropea u ma jixħtux dubju fuq il-valutazzjonijiet imniżżla fi paragrafi 7.9 u 7.10. Waqt li mhumiex materjali għan-nefqa amministrattiva bħala ħaġa sħiħa, huma sinifikanti fil-kuntest tal-Istituzzjoni jew il-korp individwali kkonċernat.

 

Il-Parlament

Il-ġestjoni tal-iskema ta’ sussidju għal gruppi ta’ viżitaturi

 

TWEĠIBIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

7.13.

Ir-Regoli li jirregolaw l-ilqugħ ta’ gruppi ta’ viżitaturi, adottati fis-16 ta’ Diċembru 2002, jipprovdu sabiex gruppi ta’ viżitaturi jistgħu jingħataw sussidji għal kumpens għall-ispejjeż ta’ ivvjaġġar. L-ammont huwa ikkalkolat fuq il-bażi tan-numru ta’ viżitaturi u d-distanza medja ta’ ritorn li l-grupp irid jivvjaġġja, ivvalutat bl-ispiża standard ta’ vjaġġ individwali b’karozza privata. M’għandux ikun iktar mill-ispiża attwali ta’ ivvjaġġar. Il-proċeduri fis-seħħ ma jeħtiġux gruppi biex jipprovdu evidenza tal-ispejjeż attwali ta’ ivvjaġġar involuti, li jirriżulta f’riskju ta’ pagament żejjed hekk kif il-biċċa l-kbira ta’ gruppi jużaw trasport kollettiv irħas milli mezzi individwali ta’ trasport.

7.13.

Il-kontroll tal-ispiża reali tal-vjaġġi jkun kumpless, jieħu ħafna ħin u jkun jinvolvi l-użu ta' ammont sinifikanti ta' riżorsi umani addizzjonali fl-unità kkonċernata, xi ħaġa li l-Parlament iqis li hija sproporzjonata għar-riskju tal-ħlas żejjed involut. Barra minn hekk, qabel ma jirċievu xi sussidju, il-persuni responsabbli mill-gruppi jridu jiffirmaw id-dikjarazzjoni li ġejja: “Is-sussidju mħallas mill-Parlament Ewropew mhuwiex ogħla mill-ispiża reali tal-vjaġġ wara li jitnaqqsu kwalunkwe kontribuzzjonijiet oħra. Inwiegħed li niddikjara kwalunkwe kontribuzzjonijiet bħal dawn.”

Il-Parlament se jeżamina liema forma ta' kontrolli tista' tkun xierqa biex tagħti assigurazzjoni raġonevoli u ma tirrappreżentax piż amministrattiv eċċessiv. Il-Parlament se jeżamina wkoll jekk jintroduċix obbligu għall-kapijiet tal-gruppi li jżommu, għal perjodu predeterminat, dokumenti ta' ġustifikazzjoni relatati mal-ispejjeż tal-vjaġġ.

 

TWEĠIBIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

7.14.

Barra minn hekk, il-prattika li tippermetti l-għoti ta’ kumpens li jitħallas lill-kap maħtur tal-grupp bi flus kontanti minflok trasferiment bankarju tillimita l-possibbiltà li jiġu applikati proċeduri ta’ kontroll intern għal dawn it-tranżazzjonijiet. Pagamenti li jammontaw għal total ta’ EUR 55 236 saru bi flus kontanti f’erba’ każijiet minn kampjun ta’ sitta verifikati u pagamenti bi flus kontanti rrappreżentaw 78 % tal-pagamenti totali li saru lil gruppi ta’ viżitaturi fl-2010.

7.14.

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011 li saret mad-deċiżjoni ta' kwittanza, il-Parlament esprima x-xewqa “li jitwettaq studju biex jiġi eżaminat jekk is-sistema għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar imġarrba mill-gruppi ta' viżitaturi uffiċjali hijiex adegwata”. Dan l-istudju se jagħti l-opportunità li tiġi vvalutata sistema ġdida li fiha l-ispejjeż tal-ivvjaġġar jinqasmu fl-ispiża tal-vjaġġ, skont it-tul tal-vjaġġ, u l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni abbażi tan-numru ta' viżitaturi u limitu massimu għal kull viżitatur u għal kull lejl. L-użu ta' trasferimenti bankarji sistematiċi, għall-parti tas-sussidji li tirrappreżenta l-ispiża tal-vjaġġ, se jiġi vvalutat ukoll.

L-impjegar ta’ aġenti kuntrattwali

 

TWEĠIBIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

7.15.

Eżaminazzjoni tal-proċeduri għar-reklutaġġ ta’ persunal kuntrattwali stabbilixxiet li, f’erbgħa mill-ħames każijiet verifikati, dokumenti li juru l-eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet, it-twettiq ta’ intervisti u d-deċiżjoni li ttieħdet biex jintgħażel dak il-persunal ma kinux fil-fajl. L-aħjar prattika hija li wieħed jiżgura li hemm dokumentazzjoni sħiħa għal raġunijiet ta’ kontroll intern.

7.15.

Għall-għażla ta' aġenti kuntrattwali, ir-regoli interni applikabbli ma jeħtieġu la li jitfasslu minuti tal-intervisti u lanqas li jiġu ddikjarati formalment ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-għażla, peress li l-persuni magħżula għaddew mill-proċess ta' għażla għall-bażi ta' data tal-CAST tal-EPSO. Konsegwentament, m'hemm ebda dokumentazzjoni fid-dossier li fuqha huma bbażati dawn il-proċeduri.

L-akkwist

 

TWEĠIBIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

7.16.

F’ħamsa minn 20 proċedura ta’ akkwist, il-verifika sabet żbalji u inkonsistenzi fid-definizzjoni u l-applikazzjoni ta’ kriterji tal-għoti u fl-analiżi tad-dokumentazzjoni tas-sejħa għall-offerti. Dawn il-każijiet urew ukoll dgħufijiet: fit-tfassil ta’ kondizzjonijiet kuntrattwali; fil-qadi tar-rwoli rispettivi tal-uffiċjali ta’ awtorizzazzjoni u tal-kumitati ta’ evalwazzjoni; u fil-komunikazzjoni formali lill-offerenti dwar ir-riżultat tal-proċedura. L-istess dgħufijiet kienu nnutati, sa livell inqas, f’disa’ każijiet oħrajn.

7.16.

L-analiżi individwali tal-każijiet imsemmija wriet li l-ebda wieħed mir-riskji potenzjali ma seħħ u li l-kumplessità tar-regolamenti applikabbli tista' twassal għal interpretazzjonijiet diverġenti, speċjalment fil-kuntest ta' valutazzjonijiet ex post tal-proċeduri tas-sejħiet għall-offerti, li fuqhom tibbaża l-konklużjonijiet tagħha l-Qorti.

Barra minn hekk, ittieħdu miżuri differenti biex tittejjeb l-organizzazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist. Aparti l-ħolqien ta' direttorati għar-riżorsi, ġew approvati miżuri proposti mill-Forum għall-Akkwsit bl-għan li jkun hemm organizzazzjoni aħjar tal-proċeduri ta' akkwist, u l-Forum għall-Akkwsit għandu jħejji taħriġ speċifiku għal min jabbozza d-dokumenti tas-sejħiet u għall-membri tal-kumitati ta' valutazzjoni.

L-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-gruppi politiċi

 

TWEĠIBIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

7.17.

L-Artikoli 2.1.1 u 2.5.3 tar-Regoli Interni tal-Parlament għall-implimentazzjoni tal-baġit ġestit minn gruppi politiċi, adottati mill-Bureau fit-30 ta’ Ġunju 2003, jipprovdu li fis-snin fejn ikun hemm elezzjonijiet Ewropej (bħalma kien il-każ fl-2009) jinkludu żewġ perjodi distinti baġitarji u finanzjarji. L-Artikolu 2.1.6 ta’ dawn ir-Regoli Interni jistqarr li kwalunkwe approprjazzjonijiet mhux użati li jammontaw għal iktar minn 50 % ta’ dawk li waslu mill-baġit tal-Parlament għal kull perjodu se jitħallsu lura lill-Parlament. Din ir-regola ma ġietx applikata u EUR 2 355 955 kien imisshom mill-approprjazzjonijiet imħallsa lill-gruppi politiċi mill-Parlament fl-2010.

7.17.

Id-diviżjoni f'żewġ perjodi tas-sena li fihom isiru l-elezzjonijiet, stipulat fl-Artikolu 2.1.1 tar-regoli dwar il-linja baġitarja 400 huwa speċifiċità li tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-gruppi politiċi matul sena bħal din. Din l-ispeċifiċità ddaħħlet fir-regoli dwar il-linja baġitarja 400 biex tqis ix-xoljiment possibbli ta' gruppi wara l-elezzjonijiet, li jwassal għall-għeluq tal-kontijiet f'nofs is-sena. Għal gruppi li jibqgħu jeżistu wara l-elezzjonijiet, l-eżistenza tagħhom tkompli u l-allokazzjoni tagħhom għall-approprjazzjonijiet tiġi riveduta skont in-numru ta' MEPs li jkunu membri ta' dak il-grupp wara l-elezzjoni. Ir-regoli jinsistu dwar in-natura annwali tal-approprjazzjonijiet peress li jistipula li: “L-approprjazzjonijiet li ma jintużawx matul is-sena finanzjarja jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara sa massimu ta' 50 % tal-approprjazzjonijiet annwali li jkunu ġew mill-baġit tal-Parlament Ewropew.”

Minħabba din il-kontinwità, l-ispirtu tar-regoli u l-prattika kostanti huma li, għall-gruppi li jibqgħu jeżistu wara l-elezzjonijiet, tiġi kkunsidrata s-somma taż-żewġ nofsijiet tas-sena finanzjarja bħala sena finanzjarja waħda u li jiġu applikati r-regoli tar-riport abbażi ta' dan. Biex titneħħa l-ambigwità tal-interpretazzjoni nnutata mill-Qorti, se tiġi proposta kjarifika adegwata tar-regoli fi żmien biżżejjed qabel is-sena elettorali li jmiss.

Ix-xogħol tal-verifikazzjoni ex ante

 

TWEĠIBIET TAL-PARLAMENT EWROPEW

7.18.

L-Artikolu 47 tar-Regoli ta’ Implimentazzjon tar-Regolament Finanzjarju jipprovdi li kull att li jimplimenta l-baġit irid ikun suġġett għal verifikazzjoni ex ante. Fil-każ ta’ pagamenti li saru lil gruppi ta’ viżitaturi (ara l-paragrafu 7.13 u 7.14), proċeduri ta’ akkwist (ara l-paragrafu 7.16) u pagamenti li saru taħt ir-Regoli Interni tal-Parlament għall-implimentazzjoni tal-baġit ġestit minn gruppi politiċi (ara l-paragrafu 7.17), il-programm sabiex isiru kontrolli ex ante ma jinkludix kontrolli mfassla apposta għat-tip u l-profil ta’ riskju tat-tranżazzjonijiet eżaminati. Fil-każ ta’ proċeduri ta’ reklutaġġ (ara l-paragrafu 7.15), kontrolli speċifiċi huma applikati imma ma jkoprux il-fażi ta’ għażla. L-effettivita tal-verifika ex ante b’hekk hi limitata.

7.18.

Il-verifika ex ante se tiġi adattata biex jiġi żgurat il-kontroll sistematiku tad-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-attivitajiet differenti msemmija mill-Qorti, u biex jiġu inklużi kontrolli mfassla skont in-natura u l-profil tar-riskju tal-operazzjonijiet eżaminati.

Minħabba r-regoli speċjali għall-finanzjament tal-gruppi politiċi, jagħmlu sens biss li jsiru kontrolli dettaljati wara l-għeluq tas-sena finanzjarja, jiġifieri matul is-sena ta' wara, abbażi tar-rendikonti finanzjarji tagħhom. Għal din ir-raġuni, sar kontroll ex post fl-2009 (sena finanzjarja 2008) u kontroll ex post ieħor huwa inkluż fil-Pjan ta' Ħidma tas-Servizz għall-2011 (sena finanzjarja 2010).

Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

Il-finanzjar tal-proġett tal-bini “Residence Palace”

 

IR-RISPOSTA MILL-KUNSILL

7.19.

Il-konvenzjoni għall-kostruzzjoni tal-Bini Residence Palace fi Brussell, iffirmata mal-Istat Belġjan fl-2008 bi tlestija ppjanata fl-2013 u għal nefqa totali stmata ta’ EUR 310 miljun (prezzijiet stmati għall-2013), tipprovdi għall-possibbiltà li jsiru pagamenti bil-quddiem. Fil-perjodu 2008-2010, il-Kunsill għamel pagamenti bil-quddiem b’total ta’ EUR 235 miljun, li minnhom EUR 30 miljun kienu inklużi fil-linja tal-baġit għall-akkwist ta’ binjiet fil-baġit inizjali tal-Kunsill. Il-fondi addizzjonali ta’ EUR 205 miljuni (jiġifieri 87 % tal-fondi totali mħallsa bil-quddiem) ġew minn trasferimenti baġitarji li saru fl-aħħar ta’ kull sena mill-2007 sal-2010 (l-aktar minn linji tal-baġit għal nefqiet ta’ interpretar u spejjeż ta’ ivvjaġġar ta’ delegazzjonijiet).

7.19.

L-approprjazzjonijiet li kienu disponibbli minn trasferimenti tal-baġit ġew ippreżentati lill-awtorità tal-baġit f’konformità mal-proċeduri previsti fl-Artikolu 22 u l-Artikolu 24 tar-Regolament Finanzjarju.

 

IR-RISPOSTA MILL-KUNSILL

7.20.

In-nuqqas ta’ utilizzazzjoni ripetut ta’ dawn il-linji tal-baġit mal-perjodu kollu 2008-2010 u d-daqs tal-ammonti trasferiti b’rispett għat-total ta’ pagamenti bil-quddiem mhumiex konformi mal-prinċipju tal-eżatezza tal-baġit. Barra hekk, il-pagament fl-ewwel tliet snin ta’ EUR 235 miljun mill-valur totali tal-konvenzjoni ta’ EUR 310 miljun ma qabilx mal-pagamenti lill-progress tax-xogħol ta’ bini.

7.20.

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jaqbel mal-analiżi tal-Qorti li l-ammonti għal-linji tal-baġit għall-ispejjeż tal-interpretar u l-ivvjaġġar tad-delegazzjonijiet għandhom ikunu aktar konformi mal-konsum reali. F’dan il-kuntest, id-dispożizzjonijiet għal dawn il-kategorji ġew imnaqqsa b’mod sinifikanti fl-abbozz ta’ baġit għall-2012. Barra minn hekk, l-ammont previst fil-baġit għall-2012 għall-ħlasijiet bil-quddiem għall-bini Residence Palace ġie mnaqqas.

Il-Kummissjoni

L-akkwist

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.21.

Il-kriterji tal-għażla applikati f’sejħa għal espressjonijiet ta’ interess (SEI) għal servizzi ta’ sigurtà organizzati mid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni (id-DĠ RELEX) fl-2008 u validi sa April 2011 mhumiex preċiżi biżżejjed biex jiżguraw għażla ta’ kumpaniji objettiva u xierqa. Pereżempju, ma ġew stabbiliti l-ebda limiti aktar baxxi għad-dħul annwali jew għall-ħaddiema meħtieġa biex jintgħażel il-kandidat għal-lista tas-SEI. Barra minn hekk, is-SEI ma tirriflettix id-diversità ta’ kondizzjonijiet ta’ sigurtà fil-bosta partijiet mid-dinja li hija tkopri (L-Amerika ta’ Fuq u t’isfel, il-biċċa l-kbira tal-Afrika, l-Asja, l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u l-Oċeanja).

7.21-7.22.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS) huwa responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tan-nefqa operatorja tad-Delegazzjonijiet. Skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Finanzjarju, għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament dan huwa servizz li jiġi trattat daqs li kieku kien istituzzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 147a jipprovdi li l-EEAS huwa kompletament suġġett għall-proċeduri tal-kwittanza.

7.22.

Fi tliet proċeduri għat-tfigħ tal-offerti organizzati mid-Delegazzjonijiet li jiffurmaw parti mid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni, il-verifika sabet inkonsistenzi u interpretazzjoni ħażina tar-regoli dwar il-ħtieġa għal rapport separat mill-kumitat għall-ftuħ tal-offerti, l-użu ta’ kriterji tal-għoti u l-obbligu għall-kumitat ta’ evalwazzjoni li jippoduċi rapport formali ta’ evalwazzjoni.

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.23.

Il-Qorti m’għandha l-ebda osservazzjoni x’tagħmel dwar il-Qorti tal-Ġustizzja.

 

Il-Qorti tal-Awdituri

7.24.

Ir-rapport tal-awditur estern (5) jistqarr li, fl-opinjoni tal-awdituri, “dawn ir-rendikonti finanzjarji jagħtu stampa reali u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-31 ta’ Diċembru, 2010, u tal-likwidità tagħha għas-sena li għalqet f’dik id-data skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi u r-Regoli tal-Kontabilità tal-Unjoni Ewropea. Ir-rapport se jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Ir-rimborż tal-ispejjeż ta’ ivvjaġġar lil Membri tal-Kumitat

 

IR-RISPOSTA TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI

7.25.

Ir-regoli dwar ir-rimborż tal-ispejjeż ta’ ivvjaġġar jippermettu Membri tal-Kumitat biex jagħżlu bejn l-Għażla A, ibbażata fuq spejjeż attwali ta’ ivvjaġġar imġarrba wara l-produzzjoni tad-dokumenti ta’ prova, u l-Għażla B (60 % ta’ missjonijiet imwettqa bejn Jannar u Novembru 2010), li huwa l-pagament ta’ konċessjoni b’rata fissa bbażata fuq id-distanza f’kilometri. Taħt l-Għażla B, il-laqgħa għandha ssir fi Brussell u l-kumpens ma jistax ikun iktar mill-prezz standard ta’ biljett ta’ ferrovija jew tal-ajru tal-ewwel klassi determinat taħt l-Għażla A.

7.25.

Skont ir-regola u d-definizzjoni, l-Għażla B tista’ tiġi applikata biss jekk l-ammont ma jaqbiżx l-ispejjeż ikkalkulati taħt l-Għażla A. Il-prezzijiet sħaħ tal-IATA fil-“business class” għall-pajjiżi msemmija mill-Qorti tal-Awdituri kollha ġew ikkontrollati u kollha huma ogħla mir-rimborż b’rata fissa tal-Għażla B, f’xi każijiet ogħla b’mod pjuttost konsiderevoli.

 

IR-RISPOSTA TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI

7.26.

Il-pagament ta’ konċessjoni b’rata fissa, taħt l-Għażla B, hija ġeneralment ogħla mill-prezz attwali ta’ biljett ta’ ferrovija jew tal-ajru tal-klassi ekonomika użata minn benefiċjarji fil-biċċa l-kbira. Rimborż taħt l-Għażla B b’hekk jista’ jiġġenera pagament ogħla mill-ispejjeż attwali ta’ ivvjaġġar imġarrba. Għalkemm legali u regolari, din il-proċedura ma tikkorispondix mal-prattika tal-Istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej oħrajn, li hija li jiġu rimborżati l-ispejjeż ta’ ivvjaġġar fuq il-bażi tal-ispejjeż attwali mġarrba.

7.26.

B’konformità ma’ diskussjonijiet preċedenti fi ħdan il-KESE u mar-riforma li l-PE stess wettaq dan l-aħħar, il-Bureau tal-KESE, fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2011, ikkonferma li ser ikun hemm riforma tal-Istatut Finanzjarju tal-membri tal-KESE, fuq il-bażi ta’ dawn il-prinċipji:

ir-rispett tad-dinjità tal-membri, l-ekwità fost il-membri, it-trasparenza u s-sostenibbiltà finanzjarja,

ir-rimborż tal-biljetti tat-trasport fuq il-bażi tal-ispejjeż reali biss; l-arranġamenti tat-trasport għandhom jipprovdu biżżejjed flessibbiltà u kumdità, bi spiża raġonevoli,

l-allinjament tal-konċessjonijiet ta’ kuljum u dawk tal-ivvjaġġar mal-konċessjonijiet tal-MEPs,

il-konċessjonijiet bħala kumpens għall-ħin u għall-ispejjeż amministrattivi jiġu kkalkulati bi ftehim mal-PE u l-Kunsill u f’livell raġonevoli.

L-akkwist

 

IR-RISPOSTA TAL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI

7.27.

Fi proċedura waħda ristretta mis-seba’ proċeduri eżaminati, l-offerenti li kienu tefgħu offerti f’żewġ lottijiet differenti ma ġewx trattati b’mod ekwu meta tefgħu kjarifiki dwar l-offerta tagħhom. F’żewġ proċeduri negozjati, żbalji u inkonsistenzi ġew innotati għat-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti u l-kriterji tal-għoti, għall-kuntatti mal-offerenti, l-evalwazzjoni ta’ offerti u l-formalitajiet għar-riżultat aħħari tal-proċedura.

7.27.

Il-KESE ħa nota tal-osservazzjonijiet tal-Qorti u ntbagħtet tfakkira dwar l-elementi importanti li għandhom jiġu osservati fil-proċeduri tal-akkwist lill-uffiċjali tal-awtorizzazzjoni kollha b’sottodelega. Barra minn hekk, ser jissaħħu l-isforzi biex jiġi żgurat li l-esperjenza neċessarja fl-akkwist pubbliku tkun preżenti fil-kumitati ta’ valutazzjoni.

Il-Kumitat tar-Reġjuni

L-impjegar ta’ persunal permanenti

 

IR-RISPOSTA TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

7.28.

L-avviż ta’ post vakanti għar-reklutaġġ ta’ uffiċjal wieħed stipulat bħala kriterju ta’ eliġibbiltà li kandidati esterni għall-Kumitat ikunu uffiċjali jew f’lista ta’ riżerva tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) ta’ kandidati li kellhom suċċess f’kompetizzjoni tal-grad xieraq għar-reklutaġġ ta’ uffiċjali. Il-kandidat magħżul intgħażel fuq il-bażi ta’ trasferiment interistituzzjonali. F’dak il-punt, ma kienx ġie formalment maħtur bħala uffiċjal fil-prova fl-Istituzzjoni tiegħu ta’ oriġni u l-fajl personali tiegħu ma kienx jinkludi evidenza li dan it-trasferiment kien formalment endorsjat fil-livell ġerarkiku xieraq fl-Istituzzjoni ta’ oriġni.

7.28.

Il-Kumitat tar-Reġjuni tejjeb il-proċedura tiegħu biex jiżgura li qabel ma jinħatar uffiċjal fuq perjodu ta’ prova minn istituzzjoni oħra, din il-persuna tkun inħatret b’mod formali bħala uffiċjal fuq perjodu ta’ prova f’dik l-istituzzjoni u trasferita b’mod formali lill-Kumitat tar-Reġjuni. Fil-kuntest tal-każ speċifiku, sadattant waslet deċiżjoni formali tal-ħatra u tat-trasferiment mill-Qorti tal-Ġustizzja u ġiet klassifikata fil-fajl individwali tal-uffiċjal.

L-akkwist

 

IR-RISPOSTA TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

7.29.

Il-verifika sabet li, f’żewġ proċeduri negozjati mill-erbgħa konklużi taħt id-diżpożizzjonijiet tal-Artikolu 129 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, li jippermetti l-użu ta’ proċedura negozjata għal kuntratti b’valur ta’ inqas minn jew daqs EUR 60 000, l-uffiċjali ta’ awtorizzazzjoni ma fasslux stima formali tal-valur tal-kuntratt sabiex jiġġustifikaw l-użu ta’ proċedura negozjata.

7.29.

Iż-żewġ kuntratti ta’ valur baxx li għalihom ġew applikati l-proċeduri negozjati jkopru x-xiri ta’ servizzi biex tiġi akkomodata l-interpretazzjoni għal seminars politiċi li saru barra l-Belġju. Għalkemm l-istimi tal-valur tal-kuntratt ma ġewx inklużi b’mod fomali f’dokument, tali stimi twettqu fil-qafas tal-esperjenzi bis-sejħat għall-offerti għal servizzi komparabbli fl-Unjoni Ewropea. Sabiex itejjeb iktar is-sistema tiegħu ta’ superviżjoni u kontroll fuq l-istimi tal-valur tal-kuntratt fir-rigward tal-koerenza bejn is-servizzi tiegħu, il-Kumitat tar-Reġjuni ser jiżviluppa u jimplimenta format standard għad-dokumentazzjoni tal-istimi.

 

IR-RISPOSTA TAL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

7.30.

Fl-istess żewġ proċeduri negozjati, diżpożizzjonijiet relatati mal-applikazzjoni tal-kriterji ta’ għoti, il-kunsiderazzjoni tal-prezz kwotat, il-kunfidenzjalità tal-offerti u l-kuntatti mal-offerenti ma kinux applikati b’mod korrett.

7.30.

Fil-każ ta’ wieħed mill-kuntratti ta’ interpretazzjoni, il-prezz tas-servizz ġie stabbilit u ma kienx soġġett għar-reviżjoni. It-tħejjija għas-seminar għaddiet minn ħafna bidliet u kellha sistema lingwistika kbira u kumplessa b’10 lingwi u b’10 kabini tal-interpretazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-provvista tas-servizzi, il-Kumitat tar-Reġjuni ma kellu l-ebda għażla oħra ħlief li jaċċetta żieda żgħira fil-prezz ikkwotat. Minħabba d-diffikultajiet li ġew iffaċċjati fl-applikazzjoni tal-kriterju tal-għoti tal-aħjar valur għall-flus, il-Kumitat tar-Reġjuni ser ibiddel il-kriterji bil-għan li juża biss l-inqas prezz għal tali seminars. B’riżultat tal-osservazzjoni tal-Qorti dwar il-kunfidenzjalità tal-offerti, is-sistema ta’ superviżjoni u kontroll tal-Kumitat tar-Reġjuni għar-riċeviment tal-offerti ttejbet bil-ħolqien ta’ mailbox funzjonali b’aċċess limitat.

L-Ombudsman Ewropew

7.31.

Il-Qorti m’għandha l-ebda osservazzjoni x’tagħmel dwar l-Ombudsman Ewropew.

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

L-organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni interna

7.32.

Kompetizzjoni interna f’erba’ oqsma differenti (il-qasam legali b’esperjenza fil-protezzjoni ta’ data, il-qasam teknoloġiku b’esperjenza fil-ħarsien ta’ data, riżorsi umani u assistenza segretarjali) ġiet organizzata mill-Uffiċċju tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) fl-2009. Waqt li n-natura speċjalizzata tal-funzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju KEPD tista’ tiġġustifika l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjoni interna, din il-politika m’għandhiex tiġi kkunsidrata bħala n-norma. L-aħjar prattika hija li jintużaw is-servizzi tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), li jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa fuq bażi regolari.

 

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Konklużjonijiet

7.33.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-pagamenti għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 għan-nefqa amministrattiva u nefqa oħra tal-Istituzzjonijiet u tal-korpi kienu ħielsa minn żbalji materjali (ara l-paragrafu 7.9).

 

7.34.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll għal nefqa amministrattiva u nefqa oħra kienu effettivi fl-iżgurar tar-regolarità ta’ pagamenti. L-osservazzjonijiet li saru fil-paragrafi 7.13 sa 7.32 ma jixħtux dubju fuq din il-konklużjoni. Madankollu l-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-iżbalji u d-dgħufijiet misjuba fl-eżaminzazzjoni ta’ kampjun ta’ proċeduri ta’ akkwist (ara l-paragrafi 7.16, 7.21, 7.22, 7.27, 7.29 u 7.30), u n-nuqqas ta’ utilizzazzjoni ripetut ta’ ċerti linji tal-baġit, li jirriżulta fi trasferimenti baġitarji mfassla għall-finanzjar ta’ proġetti ta’ bini (ara l-paragrafi 7.19 u 7.20).

 

Rakkomandazzjonijiet

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.35.

L-osservazzjonijiet li saru bħala riżultat tal-eżaminazzjoni tal-ġestjoni ta’ riżorsi umani u kuntratti ta’ akkwist (ara l-paragrafu 7.12) iwasslu għar-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

fil-qasam ta’ reklutaġġ, l-Istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara l-paragrafi 7.15 u 7.28) għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni xierqa hija stabbilita biex tiġġustifika d-deċiżjonijiet ta’ reklutaġġ li saru u li l-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti fl-avviżi ta’ postijiet vakanti huma rispettati,

l-Istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati (ara l-paragrafi 7.16, 7.21, 7.22, 7.27, 7.29 u 7.30) għandhom jiżguraw li l-uffiċjali ta’ awtorizzazzjoni għandhom il-kontrolli xierqa u gwida aħjar għad-dispożizzjoni tagħhom biex itejbu t-tfassil, il-kordinazzjoni u x-xogħol tal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku.

7.35.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni fir-rigward tal-paragrafi 7.21-7.22.

 

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

7.36.

L- Anness 7.4 juri r-riżultat tar-reviżjoni tal-Qorti tal-progress fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport annwali għall-2009.

7.36.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni fir-rigward tal-paragrafi 7.21-7.22.

(1)  Ir-Rapport Annwali Speċifiku tal-Qorti dwar l-Iskejjel Ewropej huwa mogħti lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej, u huwa mogħti wkoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(2)  Kontrolli ex-ante u ex-post, funzjoni ta’ verifika interna, rappurtar ta’ eċċezzjonijiet u standards ta’ kontroll intern.

(3)  PricewaterhouseCoopers, Société à responsabilité limitée, Réviseur d’Entreprises.

(4)  Sistemi huma meħudin bħala ħaġa sħiħa mal-Istituzzjonijiet u l-korpi li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 7.1.

(5)  Ara r-rapport ta’ verifika dwar ir-rendikonti finanzjarji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 7.8.

L-ANNESS 7.1

IR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAN-NEFQA AMMINISTRATTIVA

 

2010

2009

2008

2007

L-ispejjeż relatati ma’ persunal

L-ispejjeż relatati ma’ bini

Spejjeż oħrajn

Total

ID-DAQS U L-ISTRUTTURA TAL-KAMPJUN

It-tranżazzjonijiet totali (li minnhom):

33

7

18

58

57

57

56

il-pagamenti bil-quddiem

0

1

3

4

2

0

0

il-pagamenti interim/finali

33

6

15

54

55

57

56

IR-RIŻULTATI TA' ITTESTJAR  (1)  (2)

Il-proporzjon ta’ tranżazzjonijiet ittestjati li nstabu:

Mingħajr żbalji

94 %

(31)

100 %

(7)

89 %

(16)

93 %

(54)

93 %

91 %

95 %

Affettwati minn żball wieħed jew iktar

6 %

(2)

0 %

(0)

11 %

(2)

7 %

(4)

7 %

9 %

5 %

L-analiżi ta’ tranżazzjonijiet affettwati bi żball

L-analiżi skont it-tip ta’ nefqa

Il-pagamenti bil-quddiem

0 %

(0)

0 %

(0)

50 %

(1)

25 %

(1)

N/A

N/A

N/A

Il-pagamenti interim/finali

100 %

(2)

0 %

(0)

50 %

(1)

75 %

(3)

N/A

N/A

N/A

L-analiżi skont it-tip ta’ żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

50 %

(1)

0 %

(0)

100 %

(2)

75 %

(3)

N/A

N/A

N/A

Żbalji kwantifikabbli:

50 %

(1)

0 %

(0)

0 %

(0)

25 %

(1)

N/A

N/A

N/A

Eliġibbiltà

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

N/A

N/A

N/A

Okkorrenza

0 %

(0

0 %

(0)

0 %

(0)

0 %

(0)

N/A

N/A

N/A

Akkuratezza

100 %

(1)

0 %

(0)

0 %

(0)

100 %

(1)

N/A

N/A

N/A

L-IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

L-istima tar-rata tal-iżbalji l-aktar probabbli

0,4 %

 

 

 

Ir-rata aktar baxxa tal-iżbalji

0,0 %

 

 

 

Ir-rata ogħla tal-iżbalji

1,1 %

 

 

 


(1)  Għal titjib fl-intuwitu f'oqsma bi profili differenti ta’ riskju fi ħdan grupp ta’ politika, il-kampjun kien maqsum f'segmenti.

(2)  Numri kkwotati f'parentesi jirrappreżentaw in-numru attwali ta’ tranżazzjonijiet.

L-ANNESS 7.2

IR-RIŻULTATI TAL-EŻAMINAZZJONI TAS-SISTEMI GĦAN-NEFQA AMMINISTRATTIVA

Valutazzjoni ġenerali tas-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll

Il-valutazzjoni ġenerali

2010

2009

2008

2007

Effettiva

Effettiva

Effettiva

Effettiva

L-ANNESS 7.3

IR-RIŻULTATI TAR-REVIŻJONI TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TA' ĠESTJONI TAL-KUMMISSJONI GĦAN-NEFQA AMMINISTARTTIVA

Id-Direttorati Ġenerali ewlenin ikkonċernati

In-natura tad-dikajarazzjoni mogħtija mid-direttur ġenerali (1)

Ir-riżervi mogħtija

L-osservazzjonijiet tal-Qorti

Il-valutazzjoni ġenerali ta’ affidabbiltà

2010

2009

PMO

mingħajr riżervi

N/A

A

A

OIB

mingħajr riżervi

N/A

A

A

OIL

mingħajr riżervi

N/A

A

A

DIGIT

mingħajr riżervi

N/A

A

A

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta ta’ ġestjoni finanzjarja b'relazzjoni mar-egolarità.

B:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta ta’ ġestjoni finanzjarja b'relazzjoni mar-regolarità.

C:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni mhux ġusta ta’ ġestjoni finanzjarja b'relazzjoni mar-regolarità.


(1)  B'referenza għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali, hu/hi għandu/għandha assigurazzjoni raġonevoli li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji neċessarji li jikkonċernaw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta ta’ ġestjoni finanzjarja b'relazzjoni mar-egolarità.

B:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta ta’ ġestjoni finanzjarja b'relazzjoni mar-regolarità.

C:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni mhux ġusta ta’ ġestjoni finanzjarja b'relazzjoni mar-regolarità.

L-ANNESS 7.4

IS-SEGWITU TA’ RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAN-NEFQA AMMINISTRATTIVA

Is-sena

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Qorti

Il-progress li sar

It-tweġiba istituzzjonali

L-analiżi tal-Qorti

2009

Il-Parlament

Pagament ta’ allowances soċjali lil membri ta’ persunal

Membri tal-persunal għandhom jintalbu li jagħtu f'intervalli xierqa dokumenti li jikkonfermaw is-sitwazzjoni personali tagħhom. Barra hekk, il-Parlament għandu jimplimenta sistema għall-monitoraġġ u kontroll f'waqtu ta’ dawn id-dokumenti.

Il-Parlament implimenta miżuri li jtaffu r-riskju: il-varatura ta’ kampanja għall-kontroll ta’ eliġibbiltà għal xi allowances, li wasslet għall-irkupru ta’ iktar minn EUR 70 000; l-implimentazzjoni ta’ għodda ta’ kontroll awtomatizzata (fiche elettronika) li tippermetti verifikazzjoni annwali tad-data personali u amministrattiva tal-persunal; u t-twettiq ta’ kontrolli fuq l-istabbiliment ta’ intitolamenti individwali waqt proċeduri ta’ reklutaġġ jew meta persunal ibiddel kategorija.

Il-Parlament se jkompli jissorvelja mill-qrib dawn il-kwistjonijiet, partikolarment l-effiċjenza tal-verifika annwali.

Il-Qorti tieħu nota tal-miżuri meħuda mill-Parlament.

Il-Kummissjoni - DĠ Relex

Pagament ta’ allowances soċjali u benefiċċji lil membri ta’ persunal

Persunal għandu jintalab li jagħti f'intervalli xierqa lis-servizzi tal-Kummissjoni dokumenti bħala xhieda tas-sitwazzjoni personali tagħhom. Barra hekk, id-DĠ RELEX għandu jimplimenta sistema għall-monitoraġġ u kontroll f'waqtu ta’ dawn id-dokumenti.

Għall-Kummissjoni, id-DĠ Relex stqarr li l-ħolqien tas-SEAE se jagħti opportunità biex ifakkar lill-persunal dwar l-obbligi biex jaġġornaw fajls meta huma kkonċernati drittijiet. Il-persunal ġie infurmat dwar dan. Aktar kontrolli se jsiru u se jkun hemm kuntatti bejn il-funzjoni ta’ kontroll ex-post u l-unitajiet responsabbli biex jaraw jekk is-softwer ACL li ġie installat riċentament se jippermetti l-qtigħ ta’ eżempji statistiċi għal kontrolli li jridu jsiru mill-unitajiet li għandhom x'jaqsmu ma’ persunal f'Delegazzjonijiet.

 

Il-Qorti tieħu nota tal-miżuri meħuda mill-Kummissjoni.

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Pagament ta’ allowances soċjali lil membri ta’ persunal

Il-persunal għandu jintalab li jagħti f'intervalli xierqa dokumenti bħala xhieda li juru s-sitwazzjoni personali tagħhom. F'dan ir-rigward, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jtejjeb is-sistema tiegħu għall-monitoraġġ u kontroll f'waqtu ta’ dawn id-dokumenti.

Il-KEPD ikkoreġa l-iżbalji li ġew innotati fid-DAS tal-2009 u fl-2010 u fl-2011 implimenta għodda għall-ġestjoni aħjar tal-allowances (kuntatti formali fi ħdan il-KEPD u mal-PMO u fiche annwali ta’ informazzjoni).

Il-formola relatata mal-konċessjoni għad-dar mingħajr tfal tintbagħat lill-PMO għall-verifika u l-aġġornament tal-informazzjoni. Kopja tagħha tinżamm fil-fajl personali. Il-KEPD ser ikompli jtejjeb il-ġestjoni ta’ dawk il-konċessjonijiet.

Il-Qorti tieħu nota tal-miżuri meħuda mill-KEPD.


IL-KAPITOLU 8

L-ilħuq tar-riżultati mill-baġit tal-UE

WERREJ

Introduzzjoni

Il-valutazzjoni proprja tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni

Introduzzjoni

Ir-rappurtar tad-Direttorati Ġenerali fuq il-kisbiet tas-sena

L-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Il-Politika reġjonali

Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

L-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar ir-rappurtar tad-Direttorati Ġenerali

Ir-relevanza tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni

Il-komparabbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni

L-affidabbiltà ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni

Ir-Rapporti Speċjali tal-Qorti dwar il-prestazzjoni

Introduzzjoni

L-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar il-proċess ta’ produzzjoni ta’ riżultati

L-ippjanar strateġiku

L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet

Ir-rabta bejn l-objettivi u l-miżuri

Mezzi relevanti, suffiċjenti u proporzjonati

Il-baġit u l-iskeda ta’ ħin

Il-kontrolli u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni

L-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar kisbiet u rappurtar

L-ilħuq tal-objettivi stabbiliti

Ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

8.1.

Dan il-Kapitolu jippreżenta l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar il-valutazzjoni proprja tal-Kummissjoni fuq il-prestazzjoni kif hemm iddikjarat fir-Rapporti Annwali tal-Attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni (1), (2) u r-riżultati tal-verifika tal-prestazzjoni prinċipali għall-aħħar sena finanzjarja kif ippreżentati fir-Rapporti Speċjali tal-Qorti (3).

8.1.

Il-Kummissjoni tilqa' r-reviżjoni magħmula mill-Qorti dwar l-informazzjoni fuq il-prestazzjoni, fi żmien meta qiegħda tingħata iżjed attenzjoni fuq il-ħtieġa li jintwera l-valur miżjud u l-impatt tal-infiq tal-UE.

8.2.

Il-prestazzjoni hija vvalutata abbażi tal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba (ekonomija, effiċjenza u effettività) (4). Il-kejl tagħha huwa ewlieni matul il-proċess ta’ intervent pubbliku, u jkopri riżorsi (mezzi finanzjarji, umani, materjali, organizzattivi jew regolatorji meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm), prodotti (dak li l- jista’ jitwassal mill-programm), riżultati (l-effetti immedjati tal-programm fuq min qiegħed ikun indirizzat jew jirċievi direttament) u impatti (bidliet fuq medda ta’ żmien twil fis-soċjetà li huma, għallinqas parzjalment, attribwibbli lill-azzjoni tal-UE).

8.2.

Il-kejl tal-effetti ta’ politiki kumplessi mhux dejjem huwa faċli, minħabba l-firxa tal-fatturi li jikkontribwixxu, kif ukoll l-effetti magħquda tal-programmi integrati. Il-monitoraġġ jaqbad dak li jista' jiġi osservat (u li jiġi rapportat, fost oħrajn, permezz tar-Rapporti Annwali tal-Attività), u teħtieġ evalwazzjoni sabiex jiġu determinati l-effetti maħluqa mill-politika.

IL-VALUTAZZJONI PROPRJA TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-PRESTAZZJONI

Introduzzjoni

8.3.

Id-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni jistabbilixxu objettivi tal-prestazzjoni fil-Pjanijiet ta’ Ġestjoni annwali tad-Direttorat Ġenerali u mbagħad jirrappurtaw dwar il-kisbiet fir-Rapporti Annwali tal-Attività.

 

8.4.

Il-Qorti vvalutat l-informazzjoni tal-prestazzjoni mogħtija fir-Rapporti Annwali tal-Attività tad-Direttorati Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (id-DĠ AGRI), għall-Politika Reġjonali (id-DĠ REGIO) u għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (id-DĠ RTD) (5). Dawn huma rispettivament iż-żewġ l-akbar oqsma ta’ nefqa ta’ ġestjoni maqsuma u l-akbar qasam ta’ nefqa direttament ġestit mill-Kummissjoni. Il-Qorti ffukat partikolarment fuq objettivi u indikaturi tal-prestazzjoni relatati, b’valutazzjoni tar-relevanza (6), tal-komparabbiltà (7) u tal-affidabbiltà (8) tagħhom.

8.4.

Rapport Annwali tal-Attività (RAA) huwa biss wieħed mill-għodod sabiex isir rapport dwar il-prestazzjoni. Il-Kummissjoni saħħet il-kapaċità ta’ evalwazzjoni tagħha u konklużjonijiet utli jiġu ppreżentati u spjegati fir-rapporti tal-evalwazzjoni (ara t-tweġiba għall-paragrafu 8.23) magħmula mill-atturi kollha involuti, pereżempju l-Istati Membri taħt ftehimiet ta’ ġestjoni kkombinata, evalwaturi esterni, eċċ.

Ir-rappurtar tad-Direttorati Ġenerali fuq il-kisbiet tas-sena

L-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

8.5.

Fir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha, id-DĠ AGRI ppreżenta f’tabella, għal kull “objettiv ġenerali”, ċifri fuq is-sitwazzjoni kurrenti tal-“indikaturi tal-impatt” bi tqabbil mal-miri stabbiliti. Id-DĠ AGRI rrapporta riżultati pożittivi fil-qasam ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Id-DĠ irrefera għall-obbligu l-ġdid għall-Istati Membri li jivvalutaw is-Sistemi ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba', u għall-possibbiltà biex l-Istati Membri jitolbu l-korpi taċ-ċertifikazzjoni tagħhom jikkonfermaw, wara kontrolli ta’ prestazzjoni mill-ġdid, l-affidabbiltà tal-istatistika tal-kontroll. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni kieku tillimita kwalunkwe korrezzjonijiet finanzjarji għar-rata ta’ żball miġjuba mill-istatistika tal-kontroll ikkonċernata.

 

8.6.

Għall-Iżvilupp Rurali, id-DĠ AGRI rrapporta progress fl-implimentazzjoni tal-94 programm, b’EUR 33,9 biljun minn baġit totali ta’ EUR 96,2 biljun esegwit, għalkemm b’pass li jvarja bejn l-Istati Membri u l-miżuri. Peress li l-2010 kienet il-punt nofsani tal-perjodu tal-ipprogrammar, id-DĠ AGRI semma li eżerċizzju ta’ rendikont ta kontribut għar-riflessjonijiet dwar il-ġejjieni tal-politika għall-iżvilupp rurali, bl-inklużjoni ta’ 90 evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programmi għall-Iżvilupp Rurali mogħtija lill-Kummissjoni sa tmiem is-sena.

 

8.7.

L-“objettivi speċifiċi”, l-“indikaturi tar-riżultati” relatati, u l-prodotti ta’ politika prinċipali mwassla għal kull attività ta’ Bbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività (ABB) kienu inklużi fl-Anness 6 tar-Rapport Annwali tal-Attività.

 

Il-Politika reġjonali

8.8.

Fir-Rapport Annwali tal-Attività, id-Direttur Ġenerali rrapporta li d-DĠ REGIO wassal fuq il-prijoritajiet operazzjonali stabbiliti għas-sena fil-Pjan ta’ Ġestjoni tiegħu u kompla jagħmel progress sinifikanti lejn l-objettivi tiegħu fuq medda ta’ żmien twil u dawk multiannwali. B’mod aktar ġenerali, id-DĠ REGIO rrapporta li l-Politika ta’ Koeżjoni (9) kienet uriet l-effettività u l-evidenza konsolidata tagħha dwar il-valur miżjud tagħha.

8.8.

Fir-Rapport Annwali tal-Attività tiegħu, id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali (DĠ REGIO) jirraporta l-prestazzjoni dwar ħafna aspetti: eżekuzzjoni baġitarja, żvilupp tal-politika, ksib ta’ riżultati fl-operat konness mal-kwalità tal-intervent u l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-irkupru, ġestjoni finanzjarja tajba. eċċ Il-prijoritajiet tal-operat, definiti fil-Pjan ta’ Ġestjoni (PĠ), huma wieħed mill-elementi sabiex tiġi evalwata l-prestazzjoni.

8.9.

Id-DĠ REGIO ta aktar informazzjoni dwar il-kontrolli fis-seħħ biex jiġu żgurati l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività. Dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, id-DĠ REGIO vvaluta li 73 % tal-ammonti deċiżi għall-2007-2013 kienu ġew implimentati b’mod sodisfaċenti abbażi ta’ erba’ kriterji (progress fi proċeduri tal-għażla ta’ proġetti, tħejjija u implimentazzjoni ta’ proġetti kbar, strumenti ta’ inġinerija finanzjarja: stabbiliment u investiment, pagamenti lill-benefiċjarji). Barra dan, id-DĠ REGIO ppreżenta evidenza reċenti tal-valur miżjud tal-Politika ta’ Koeżjoni b’ċitazzjoni tal-evalwazzjonijiet ex post tal-programmi FEŻR 2000-2006, il-konklużjonijiet tan-Netwerk ta’ evalwazzjoni tal-esperti fuq il-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013 u l-ħames Rapport ta’ Koeżjoni (10).

 

8.10.

Id-DĠ REGIO ppreżenta l-aħħar żviluppi dwar l-implimentazzjoni tal-perjodi ta’ pprogrammar relevanti separatament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni, l-interventi ta’ qabel l-adeżjoni u l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u inkluda indikaturi tal-prestazzjoni relatati fl-Anness 7 tar-Rapport Annwali tal-Attività.

 

Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

8.11.

Fir-Rapport Annwali tal-Attività, id-Direttur Ġenerali rrefera għall-objettiv tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri li jmexxu ’l quddiem sistema ta’ riċerka integrata u ta’ klassi dinjija fl-Ewropa. Is-sitwazzjoni ppreżentata kienet li b’mod ġenerali l-kompetittività xjentifika u teknoloġika tal-UE baqgħet b’saħħitha, u kienet tirrappreżenta 23,4 % tal-investiment tar-riċerka totali tad-dinja, 22 % tar-riċerkaturi, 32,4 % tal-pubblikazzjonijiet ta’ impatt għoli u 31,3 % tal-privattivi kollha. Madankollu kien hemm tnaqqis favur il-qawmien tal-investimenti tar-riċerka fl-ekonomiji emerġenti.

 

8.12.

Fir-rigward tas-Seba’ Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku (FP7), l-istrument prinċipali tal-UE għall-implimentazzjoni u s-sostenn tal-politika tar-riċerka tal-UE, id-DĠ RTD irrapporta li kkonkluda total ta’ 38 (11) sejħa għall-proposti fl-2010 u li impenja ’l fuq minn EUR 5,2 biljun.

 

8.13.

L-evalwazzjoni interim tal-FP7 għall-2010 kkonkludiet li dan ikkontribwixxa għall-iżvilupp ta’ Żona Ewropea tar-Riċerka, u li l-ilħuq ġeografiku tiegħu fil-koperazzjoni transkonfinali u l-promozzjoni tiegħu tal-eċċellenza fir-riċerka komplew jagħmlu differenza fix-xenarju tar-riċerka Ewropea.

 

8.14.

Ir-Rapport Annwali tal-Attività ppreżenta wkoll il-kisbiet prinċipali għal kull attività u rrapporta dwar objettivi u indikaturi relatati fl-Anness 8 tiegħu.

 

L-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar ir-rappurtar tad-Direttorati Ġenerali

Ir-relevanza tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni

Sett koerenti ta’ objettivi, indikaturi u miri li jiffukaw fuq l-effettività, iżda r-riżultati jeħtieġ li jiġu analizzati b'mod aktar rigoruż

8.15.

Id-DĠ eżaminati ppreżentaw sett ta’ objettivi, indikaturi u miri fil-Pjanijiet ta’ Ġestjoni tagħhom, b’fowkus prinċipali fuq l-effettività. Objettivi ġenerali ġew definiti f’livell ta’ politika strateġika. L-ilħuq tagħhom kien jitkejjel bl-użu ta’ indikaturi tal-impatt u miri relatati. Objettivi speċifiċi definiti fil-livell operazzjonali ġew marbuta ma’ indikaturi tar-riżultati u miri.

8.15.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-Rapporti Annwali tal-Attività (RAA) eżaminati mill-Qorti huma konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju.

Il-grupp ta’ għanijiet, indikaturi u miri fil-Pjan ta’ Ġestjoni ġie maħsub sabiex jiffoka fuq l-effikaċja tal-politika jew il-programm.

8.16.

Fir-Rapporti Annwali tal-Attività madankollu d-differenzi bejn il-miri u r-riżultati milħuqa ma ġewx analizzati (id-DĠ REGIO, id-DĠ RTD) jew inkella parzjalment biss (id-DĠ AGRI). Għalhekk l-informazzjoni ppreżentata fir-Rapporti Annwali tal-Attività ma kinitx biżżejjed biex wieħed jifhem għalfejn mira ma ntlaħqitx jew inkella għalfejn inqabżet b’mod sinifikanti.

8.16.

L-istruzzjonijiet stabbiliti jitolbu lis-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiġġustifikaw kwalunkwe diskrepanza bejn ir-riżultati milħuqa u dawk ippjanati.

Għal ċertu każijiet, għalkemm evalwazzjoni sħiħa tad-differenzi bejn il-miri u r-riżultati milħuqa ma ġietx ippreżentata, id-dejta dwar is-sitwazzjoni attwali tiġi pprovduta annwalment u turi biċ-ċar it-tendenza lejn l-ilħuq tal-għanijiet.

Il-Kummissjoni taqbel li d-distanza tar-riżultati li effettivament ikunu nkisbu mill-miri ppjanati tista' tiġi spjegata aħjar f'Rapporti Annwali tal-Attivitàfuturi, u, fil-ġejjieni, tingħata attenzjoni partikolari għal iżjed żvilupp tal-analiżi tar-riżultati meta mqabbla mal-miri stabbiliti.

Bħalissa l-Pjan ta’ Ġestjoni ma jipprevedix objettivi u indikaturi biex jitkejlu l-ekonomija u l-effiċjenza

8.17.

Fil-Pjan ta’ Ġestjoni, id-DĠ ma stabbilixxewx objettivi u indikaturi relatati biex jivvalutaw l-ekonomija (l-ispejjeż tar-riżorsi) jew l-effiċjenza (ir-relazzjoni bejn ir-riżorsi, il-prodotti u r-riżultati), la fil-livell tal-politika tal-UE, u lanqas fil-livell tan-nefqa taħt kontroll dirett tad-DĠ. Għalhekk fir-Rapport Annwali tal-Attività ma kienx possibbli li jiġi vvalutat jekk il-kisbiet ippreżentati kinux ir-riżultat ta’ ġestjoni ekonomika u effiċjenti tar-riżorsi jew inkella jekk kienx ġie rreġistrat kwalunkwe progress f’dan il-qasam.

8.17.

Fl-ambitu tal-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività, il-PĠ kien l-għodda magħżula mill-Kummissjoni għas-servizzi tagħha sabiex tittraduċi l-istrateġija tal-Kummissjoni fuq perjodu twil f'għanijiet ġenerali u speċifiċi.

Għal dak li jikkonċerna l-għanijiet ġenerali, l-istruzzjonijiet stabbiliti jistiednu lis-servizzi sabiex jillimitaw in-numru tagħhom, ikunu konformi b'mod partikolari mal-Istrateġija tal-UE 2020 u jiddefinixxu l-prijoritajiet fosthom.

Għal dak li jirrigwarda l-għanijiet speċifiċi, is-servizzi għandhom struzzjonijiet biex jistabbilixxu għanijiet li jkunu konformi mal-għanijiet ġenerali u li jindirizzaw l-effett dirett tal-azzjonijiet tal-UE fuq il-popolazzjoni mmirata minnhom.

Bħala konklużjoni, il-PĠ jiffoka fuq l-effikaċja tal-politika (il-grad sa fejn jintlaħqu l-għanijiet).

Għal dak li jirrigwarda r-rapportaġġ, is-servizzi tal-Kummissjoni jirrapurtaw, fl-RAA tagħhom, dwar l-effikaċja, l-effiċjenza u l-aspetti tal-ekonomija tas-sistemi tal-kontroll tagħhom, b'konformità mal-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju. Il-Parti 2 tar-RAA tiffoka fuq l-effikaċja tas-sistema interna tal-kontroll waqt li l-Parti 3 tinkludi indikaturi ewlenin dwar il-legalità u r-regolarità li jiġu stabbiliti taħt il-format “inputs, produzzjoni, riżultati u impatt”.

F’xi oqsma l-miri mhumiex kwantifikati jew speċifiċi biżżejjed

8.18.

Għad-DĠ AGRI erbgħa mill-għaxar miri għall-indikaturi tal-impatt, u għad-DĠ RTD tlieta minn għaxra, ma ġewx kwantifikati, u ssemmiet biss xejra. Spjegazzjonijiet ma ngħatawx għall-bażi li fuqha ġew stabbiliti l-miri għal ħames indikaturi tal-impatt minn għaxra fid-DĠ AGRI, u għal erbgħa minn għaxar indikaturi tal-impatt kif ukoll l-indikaturi tar-riżultati kollha għall-koperazzjoni fl-oqsma tar-riċerka differenti fid-DĠ RTD. Għad-DĠ REGIO, filwaqt li l-miri għall-indikaturi tal-impatt u tar-riżultati kienu kwantifikati, il-biċċa l-kbira tal-prijoritajiet u tal-prodotti operazzjonali għall-2010 stabbiliti fil-Pjan ta’ Ġestjoni ma kinux speċifiċi (12) jew li jistgħu jitkejlu.

8.18.

L-istruzzjonijiet stabbiliti tal-Kummissjoni ma jeħtiġux li l-indikaturi kollha jkunu kwantitattivi u lanqas li jispjegaw il-miri billi l-PĠ primarjament huwa għodda għall-ġestjoni. Jeħtieġ li l-indikaturi jkunu jistgħu jitkejlu sabiex isir il-monitoraġġ tal-progress lejn l-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti; u t-tendenzi huma adegwati għal dan il-fini.

Għad-DĠ REGIO, l-għanijiet ġenerali u speċifiċi konnessi mal-attivitajiet ta’ bbaġitjar ibbażat fuq l-attività (ABB) huma “SMART” (speċifiku, li jista' jitkejjel u jinkiseb, realistiku u marbut mal-ħin) u d-definizzjoni tal-produzzjonijiet tal-politika hija ċara wkoll. Id-DĠ REGIO introduċa l'hekk imsejħa “prijoritajiet tal-operat”. Dawn huma mmirati sabiex jintroduċu stil ta’ ġestjoni bbażat fuq approċċ tat-tip “ħsieb li jqis sistemi” li jiffoka fuq it-titjib tal-kwalità. Bħala tali, l-attenzjoni hija iżjed fuq il-proċessi u l-progress, pjuttost milli l-ksib ta’ produzzjoni u miri speċifiċi.

8.19.

Id-DĠ RTD uża indikaturi simili f’seba’ attivitajiet differenti ta’ Bbaġitjar ibbażat fuq l-Attività ffinanzjati u ma kkonsolidax ir-riżultati tagħhom. Għalhekk il-valutazzjoni ġenerali kienet iebsa. Ir-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ RTD ma sseparax biċ-ċar l-impatti ta’ proġetti ffinanzjati permezz ta’ Programm ta’ Qafas taħt ir-responsabbiltà diretta tiegħu minn dawk tal-azzjoni tiegħu biex jikkordina l-isforzi tal-Istati Membri għar-riċerka taħt politika tal-UE komuni u koerenti, fejn li l-influwenza tal-Kummissjoni hija indiretta biss.

8.19.

Anke jekk jintużaw l-istess indikaturi għal ħafna attivitajiet, l-istruzzjonijiet stabbiliti jitolbu lis-servizzi tal-Kummissjoni jippreżentaw l-għanijiet u l-indikaturi tagħhom permezz ta’ attività ABB, u mhux jaggregaw l-informazzjoni fuq l-attivitajiet kollha.

Huwa estremament diffiċli li l-impatti jiġu separati skont in-natura tal-intervent tad-Direttorat-Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD), billi l-impatti jirreferu għat-tibdil l-akar reċenti fis-soċjetà tal-UE. Dan it-tibdil fis-soċjetà jiddependi essenzjalment mill-azzjoni ta’ atturi oħra (Stati Membri, reġjuni, impriżi…).

Passi importanti interim għal miri multiannwali mhumiex definiti f’xi oqsma

8.20.

Fil-politika reġjonali, ir-riċerka, u sa punt inqas, partijiet tal-agrikoltura, filwaqt li d-DĠ kienu stabbilixxew objettivi u miri fuq perjodi ta’ pprogrammar multiannwali, ma użawx il-passi importanti interim xierqa.

8.20.

Għall-programmi multiannwali mhux dejjem jagħmel sens li jiġu stabbilitipassi importanti interim, billi l-impatti jkunu jistgħu jinkisbu biss b'mod mhux linejari fl-aħħar tal-perjodu tal-programmazzjoni. Skont l-istruzzjonijiet stabbiliti tal-Kummissjoni, miri importanti jkunu meħtieġa biss għall-għanijiet ġenerali. Ir-rappurtar annwali fuq l-inputs, il-produzzjoni u r-riżultati, jiġifieri l-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programm, ma jippermettix li ssir evalwazzjoni tal-progress lejn l-ilħuq tal-għanijiet.

Barra dan, fil-qasam tal-iżvilupp rurali, l-evalwazzjoni intermedja tal-programmi ta’ żvilupp rurali (PŻR) tipprovdi opinjoni oħra kwantitattiva u kwalitattiva dettaljata indipendenti dwar jekk il-programmi jkunux qegħdin fit-triq it-tajba sabiex jilħqu l-għanijiet tagħhom u liema aġġustamenti jistgħu jkunu meħtieġa.

Rigward l-indikaturi li jkejlu l-għanijiet aħħarija tal-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE u rigward dawk tal-Attività “L-Iżvilupp taż-ŻER”, id-dejta normalment tiġi aġġornata kull sena iżda b'ċertu intervall ta’ sentejn jew iżjed skont l-indikatur. Is-suġġeriment tal-Qorti li jiġu pprovduti spjegazzjonijiet iżjed speċifiċi dwar jekk ikunux qegħdin jintlaħqu l-għanijiet jista' jiġi esplorat fil-ġejjieni.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 8.21.

8.21.

Għall-programmi multiannwali, il-pass standard ta’ progress għandu mnejn ikun relattivament bil-mod, u b’hekk ilħuq ta’ inqas minn 10 % tal-mira wara għadd ta’ snin jista’ f’ċertu każijiet jitqies normali, filwaqt li f’każijiet oħrajn ifisser dewmien. Pereżempju fil-qasam tal-FEŻR, il-mira għal popolazzjoni addizzjonali koperta mill-aċċess broadband f’sitt Stati Membri ġiet stabbilita għal 10 miljuni matul l-2007-2013. L-aħħar riżultat magħruf kien 550 000 għall-2007-2009, li jirrappreżenta 5,5 % tal-mira ġenerali wara tliet snin minn sebgħa. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ jekk dan il-livell tqiesx biżżejjed biex tintlaħaq il-mira multiannwali. F’każijiet bħal dawn mhuwiex se jkun possibbli, sat-tmiem nett tal-perjodu, li jiġi ċċekkjat jekk id-DĠ għadhomx fi triqthom lejn l-ilħuq ta’ miri multiannwali.

8.21.

Ir-rata tal-progress għall-programmi multiannwali tista' tabilħaqq tkun relattivament baxxa. Ir-raġunijiet huma tnejn: l-implimentazzjoni tal-programmi timplika bini inizjali tal-kapaċità u l-impatt meħtieġ jieħu ħafna snin sakemm jilħaq ċertu veloċità.

Rigward is-sostenn tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għal aċċess għall-broadband, il-miri msemmija għall-indikaturi varji ta’ riżultat għall-2007-2013 mhumiex se jinkisbu f'sebgħa snin iżda fl-aħħar tal-perjodu ta’ eliġibbiltà sentejn wara. Id-DĠ REGIO enfasizza f'dokumenti ewlenin, kollha msemmija fir-Rapport Annwali tal-Attività, il-ħtieġa li l-Istati Membri jaċċeleraw l-ilħuq tal-għanijiet tal-UE 2020 għall-aċċess tal-broadband (31).

Ara wkoll it-tweġiba għall-punt 8.20.

Id-deskrizzjoni tal-kisbiet tal-politika tat informazzjoni limitata dwar ir-riżultati u l-impatti

8.22.

Flimkien mal-indikaturi tal-prestazzjoni, id-Diretturi Ġenerali ddeskrivew il-kisbiet tal-politika tas-sena fir-Rapporti Annwali tal-Attività. It-test kellu l-ħabta jiffoka aktar fuq prodotti (dak li għamel id-DĠ, b’deskrizzjoni tal-azzjonijiet meħuda, l-iskop tagħhom, il-prodotti mwassla), u fuq il-prodotti (l-ammonti gross ta’ riżorsi involuti), aktar milli fuq il-valutazzjoni tal-eżiti tal-azzjonijiet (ir-riżultati fuq dawk indirizzati direttament u/jew l-impatt tal-programmi).

8.22.

Huwa inerenti għan-natura annwali taċ-ċiklu tar-rapport annwali tal-attività li, fil-perjodu multiannwali li waqtu jkunu qegħdin jiġu implimentati l-politika u/jew il-programm, fil-parti tal-ġestjoni tar-rapport dwar l-attività annwali l-Uffiċjal Awtorizzanti b'Delega (UAD) jiffoka fuq l-inputs u l-produzzjoni li jkunu taħt l-ambitu tal-ġestjoni pjuttost milli f'perjodu hekk bikri fuq ir-riżultati u l-impatti fuq perjodu twil tal-politiki u l-programmi, li jistgħu jsiru magħrufa biss fit-tmiem tal-programm u li jistgħu jiġu influwenzati wkoll minn fatturi oħra lil hinn mill-ambitu tal-ġestjoni tiegħu.

Ara wkoll il-paragrafu 8.23.

8.23.

Dan kien il-każ speċjalment għad-DĠ AGRI, li ta, fid-deskrizzjoni tiegħu tal-kisbiet tal-politika, kważi l-ebda indikazzjoni tal-eżiti tal-azzjonijiet tiegħu (13). Bi tqabbil ma’ dan, mid-DĠ REGIO ngħata ftit aktar informazzjoni sinifikanti dwar riżultati u impatti (valutazzjoni kwalitattiva tal-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali), u sa livell inqas mid-DĠ RTD (preżentazzjoni ta’ riżultati prinċipali tal-evalwazzjoni interim tal-FP7).

8.23.

Proċeduri estensivi tal-valutazzjonijiet għandhom kif iktar xieraq isiru permezz ta’ rapporti tal-evalwazzjoni immirati, li jsiru matul id-DĠ u jinvolvu iżjed minn Uffiċjal Awtorizzanti b'Delega (UAD) wieħed. Il-format tal-RAA, minħabba n-natura tiegħu ta’ rapport dwar il-ġestjoni, mhuwiex adatt sabiex jinkludi rappurtar estensiv dwar ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ evalwazzjoni. Minkejja dan, jekk waħda minn dawk l-evalwazzjonijiet tipprovdi indikazzjonijiet li l-aspetti tal-politika u/jew il-ġestjoni għandhom jiġu kkunsidrati mill-ġdid, allura għandha tittieħed azzjoni. F'każijiet bħal dawn biss, dan għandu wara jiġi senjalat ukoll permezz tal-RAA (ara r-rappurtar ibbażat fuq l-eċċezzjonijiet).

Fid-deskrizzjoni tar-riżultati milħuqa fil-politika tad-Direttorat-Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI) l-attenzjoni primarja ngħatat lir-rappurtar dwar il-ksib tal-prijoritajiet biż-żieda ta’ xi dejta kwantifikabbli kif ukoll ċerti eżempji kwalitattivi rilevanti sabiex jintwerew dawn ir-riżultati milħuqa skont l-attività ABB. Madankollu, l-informazzjoni ġiet ippreżentata billi tqieset l-udjenza mmirata – il-pubbliku in ġenerali – u għalhekk saru ċerti konċessjonijiet għall-iffaċilitar tal-interpretazzjoni, fejn il-parti l-kbira tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fuq ir-riżultati ingħatat fl-Anness 6 tal-RAA.

Il-komparabbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni

Għad-DĠ AGRI u d-DĠ RTD, l-objettivi, l-indikaturi u l-miri stabbiliti fil-Pjan ta’ Ġestjoni kienu ġeneralment dawk użati għar-rappurtar

8.24.

Fir-rigward tad-DĠ AGRI u d-DĠ RTD, l-objettivi, l-indikaturi u l-miri ddikjarati fil-Pjan ta’ Ġestjoni kienu ġeneralment dawk użati għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni fir-Rapport Annwali tal-Attività. Madankollu kien hemm għadd żgħir ta’ każijiet (14) fejn ma kien hemm ebda spjegazzjoni għall-modifikazzjoni ta’ indikaturi jew miri, minħabba raġunijiet varji, bħall-għażla ta’ indikatur aktar speċifiku u li jista’ jitkejjel, prijoritajiet ġodda ta’ politika, jew informazzjoni aġġornata.

8.24.

Id-DĠ AGRI jidhirlu li hemm stabilità ġenerali tajba matul is-snin rigward l-indikaturi u l-miri. Kif enfasizzat mill-Qorti, il-bidla fl-indikaturi u l-miri hija eċċezzjoni li tirriżulta minn ħafna raġunijiet bħall-għażla ta’ indikatur iżjed speċifiku u li jista' jitkejjel aħjar u/jew informazzjoni aġġornata. Fil-ġejjieni, se tingħata attenzjoni partikolari sabiex ir-raġuni għat-tibdil fl-indikaturi/reviżjoni tal-miri tkun iżjed espliċita.

Il-każijiet kollha ta’ tibdil bejn l-għanijiet, l-indikaturi, u l-miri fil-Pjan ta’ Ġestjoni u fir-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ RTD huma ġustifikati. Din il-ġustifikazzjoni tista' tabilħaqq issir iżjed espliċita fl-RAA tal-ġejjieni.

Għad-DĠ REGIO, ta’ sikwit ma ngħatawx spjegazzjonijet fir-Rapport Annwali tal-Attività dwar l-aġġustamenti li saru lill-indikaturi u l-miri

8.25.

L-objettivi ddikjarati fil-Pjan ta’ Ġestjoni 2010 kienu dawk użati għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni fir-Rapport Annwali tal-Attività. Madankollu meta d-DĠ REGIO ried jirrifletti l-evoluzzjoni tal-politika u aġġusta l-indikaturi u l-miri, ma ġewx ippreżentati l-ispjegazzjonijiet korrispondenti fl-14 mis-16-il aġġustament eżaminati li ġejjin:

8.25.

B'mod ġenerali, teżisti stabilità tajba matul is-snin rigward l-indikaturi u l-miri għad-DĠ REGIO. Fir-Rapport Annwali tal-Attività tal-2010, saru sforzi biex tiġi ppreżentata l-evoluzzjoni tar-riżultati magħrufa sabiex jinkisbu b'mod progressiv il-miri multiannwali.

Ir-reviżjonijiet tal-indikaturi u l-miri jirriflettu l-progress li qed isir lejn rappurtar dwar informazzjoni aġġornata disponibbli fid-dokumenti uffiċjali u l-użu tagħha– u huma indikati b'noti f'qiegħ il-paġna korrispondenti, b'dik il-kwantità ta’ informazzjoni li hija meqjusa meħtieġa. Dan il-proċess ġie spjegat fl-RAA tal-2009 (paġna 21) li jiddikjara li l-indikaturi ewlenin jistgħu jintużaw b'mod progressiv sabiex isir segwitu tar-riżultati milħuqa fil-Politika ta’ Koeżjoni.

B'riżultat tal-kriżi, ċerti programmi adottaw l-istrateġiji u l-allokazzjonijiet tal-finanzjament tagħhom matul prijoritajiet li kellhom konsegwenzi għall-miri relatati, kif spjegat fil-paġna 7 tar-Rapport Annwali tal-Attività. Id-DĠ REGIO se jfittex li jiżgura li modifikazzjonijiet bħal dawn ikunu inklużi fl-RAA.

Fil-livell tas-seba’ indikaturi tal-impatt, mira waħda kienet ġiet inbidlet bejn il-Pjan ta’ Ġestjoni u r-Rapport Annwali tal-Attività mingħajr ma ngħataw spjegazzjonijiet għad-differenza.

 

Fir-rigward tal-indikaturi tar-riżultati tal-FEŻR, pereżempju, sitta (15) ġew miżjuda u wieħed (16) twaqqa’ mingħajr ma ġew spjegati r-raġunijiet għal dawn l-aġġustamenti.

Żdiedu ħafna indikaturi tar-riżultati ambjentali għall-attività FEŻR (tnaqqis tal-emissjonijiet f'effett serra, il-protezzjoni mill-għargħar, eċċ). Hija reviżjoni pożittiva konformi mal-paragrafu 8.18.

Sitt miri tal-FEŻR ġew mibdula mingħajr spjegazzjoni. Dawn kienu jinkludu ż-żieda ta’ mira ta’ 170 000 proġett ta’ sostenn għall-SMEs kofinanzjati matul il-perjodu 2007-2013. Għall-ħames indikaturi l-oħra mibdula għall-FEŻR (17), Stati Membri differenti kienu koperti fl-istadju tal-ippjanar. Pereżempju, il-mira għal popolazzjoni addizzjonali moqdija bi proġetti ġodda/rinnovati ta’ ilma mormi ġiet stabbilita għal 31,5 miljun għal 16-il Stat Membru fil-Pjan ta’ Ġestjoni, u saret 12,5 miljun għal 13-il Stat Membru fir-Rapport Annwali tal-Attività. Id-differenzi ma ġewx spjegati fir-rapport.

Il-figuri tal-Pjan ta’ Ġestjoni jirreferu għall-figuri fiż-żmien tan-negozjati, waqt li fir-Rapport Annwali tal-Attività, id-DĠ REGIO kien kapaċi jirraporta dwar miri u riżultati li effettivament intlaħqu kif irrapurtat fir-Rapporti Annwali tal-Implimentazzjoni tal-2009. Fejn xieraq, żdiedu noti f'qiegħ il-paġna sabiex tingħata dejta addizzjonali u jinżamm il-perimetru msemmi fil-PĠ tal-2010).

Il-mira l-ġdida ta’ 170 000 SMEs tirrappreżenta titjib tal-proċess ta’ rappurtar billi fil-bidu ma kienx possibbli li tiġi stabbilita mira meta l-Pjan ta’ Ġestjoni kien ġie abbozzat.

Fin-nuqqas ta’ indikaturi kompluti fil-livell tal-UE, huwa aċċettabbli li jiġu ppreżentati indikaturi għal ċerti Stati Membri biss skont l-istruzzjonijiet tal-Kummissjoni u fil-passat din is-sitwazzjoni ġiet aċċettata mill-awtorità baġitarja.

Fil-Pjan ta’ Ġestjoni, il-miri u r-riżultati li jkunu ġew magħrufa l-aħħar xi drabi ġew ippreżentati għal żewġ serje differenti ta’ Stati Membri. Sabiex titjieb il-paragunabbiltà tar-riżultati magħrufa l-aktar reċenti u l-miri d-DĠ REGIO aġġusta l-figuri bl-użu tal-istess grupp ta’ Stati Membri.

L-affidabbiltà ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni

17 minn 31 indikatur traċċati lura għal sors affidabbli ta’ informazzjoni

8.26.

Il-Qorti eżaminat kampjun ta’ 31 indikatur magħżula fuq it-tliet DĠ (18). Għal 17 minn dawn, l-informazzjoni dwar riżultati milħuqa setgħet tkun traċċata lura għal sors affidabbli. Ġeneralment kellha x’taqsam ma’ data li ġejja minn fornituri esterni u rikonoxxuti għal statistika jew inkella databases amministrati b’mod intern, inkluża informazzjoni dwar il-kontabilità.

8.26.-8.27.

In-nota f'qiegħ il-paġna 19. L-indikatur imsemmi mill-Qorti tabilħaqq jirreferi għan-“Numru ta’ infrastrutturi ta’ riċerka b'rilevanza ta’ klassi dinjija mnedija b'mod konġunt fil-livell tal-UE” u għaldaqstant se jiġi emendat.

Dgħufijiet fis-sistema ta’ kontroll li jdgħajfu l-affidabbiltà fl-oqsma tal-politika reġjonali u tal-iżvilupp rurali

8.27.

Mill-14-il indikatur l-oħrajn, tmien indikaturi tar-riżultati għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u erba’ indikaturi tal-impatt għall-iżvilupp rurali (19) ġew konsolidati mid-DĠ rispettivi abbażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-programmi. L-abilità tal-Kummissjoni li tiżgura li l-informazzjoni mogħtija kienet affidabbli u komparabbli kienet imxekkla minn limitazzjonijiet legali (ara l-paragrafu 8.28) u restrizzjonijiet prattiċi (ara l-paragrafu 8.29).

8.27.

Ara t-tweġiba fil-paragrafu 8.29.

8.28.

Fil-qasam tal-FEŻR ma kien hemm l-ebda rekwiżit legali għall-implimentazzjoni ta’ sett komuni ta’ indikaturi tal-prestazzjoni, u b’hekk l-awtoritajiet ta’ ġestjoni ma kinux obbligati jużaw is-sett ta’ indikaturi prinċipali għall-FEŻR u għall-Fond ta’ Koeżjoni definiti fil-linji gwida indikattivi dwar metodi ta’ evalwazzjoni: indikaturi tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni mill-Kummissjoni f’Awwissu 2006. Konsegwentement kien hemm riskju kbir li d-data miġbura dwar l-indikaturi prinċipali u użati fl-Anness 7 tar-Rapport Annwali tal-Attività għandha mnejn ma tkunx eżawrjenti jew komparabbli (20).

8.28.

Ir-restrizzjonijiet identifikati mill-Qorti għandhom jirrigwardaw kwistjonijiet li għandhom jitqegħdu f'perspettiva. Id-DĠ REGIO żviluppa u tejjeb b'mod kontinwu l-arranġamenti għar-rappurtar dwar il-prestazzjoni. Dan mar lil hinn mir-rekwiżiti regolatorji maħsuba mil-leġiżlatur, b'mod partikolari bit-twaqqif ta’ “indikaturi ewlenin”. Madankollu, id-DĠ REGIO huwa kompletament konxju ta’ dawn il-punti dgħajfa u ilu jaħdem sabiex itejjeb ir-rappurtar dwar l-indikaturi ewlenin rakkomandati permezz ta’ ħidma kollaborativa mal-Istati Membri. Se jiġu introdotti aġġustamenti fil-bażijiet legali futuri.

8.29.

Kemm għad-data tal-FEŻR kif ukoll għal dik tal-iżvilupp rurali, il-Kummissjoni ma kkonfermatx l-affidabbiltà tad-data mogħtija mill-korpi inkarigati fl-Istati Membri, lil hinn minn kontrolli ta’ plawżibbiltà (21). L-informazzjoni rċevuta permezz tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informatika użati għar-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni kienet aggregata fil-livell tal-programm jew tal-miżura. Il-Kummissjoni ma kellha l-ebda aċċess dirett għal data fil-livell tal-proġetti u b’hekk ma setgħetx twettaq kontrolli fil-fond aktar sistematiċi.

8.29.

Id-DĠ REGIO qed jivverifika l-figuri li rċieva mill-Istati Membri (SM) u qed juża s-sħubija b'saħħitha magħhom u r-Reġjuni sabiex iħeġġiġhom u jikkonvinċihom jirrapurtaw figuri iżjed affidabbli. Madankollu r-rekwiżiti legali jitfgħu r-responsabbiltajiet ewlenin fuq l-awtoritajiet ta’ Ġestjoni f'dawk li huma l-għażla tal-proġetti, it-twaqqif ta’ għanijiet u monitoraġġ dettaljat. F'termini tat-traċċar tal-użu tematiku tal-finanzjament tal-UE r-riżultati tal-eżerċizzju annwali ta’ rappurtar tal-programm tal-2009 ġie diskuss f'fora differenti li jinvolvu awtoritajiet nazzjonali (COCOF, laqgħat tekniċi annwali jew kumitati tal-monitoraġġ) li jirriżultaw f'korrezzjonijiet fid-dejta. Il-verifika tal-kwalità tar-rappurtar tal-Kummissjoni f'din is-sistema ta’ informazzjoni se titkompla u tiġi intensifikata.

Fl-iżvilupp rurali, il-Kummissjoni stabbiliet Qafas Komuni tal-Monitoraġġ u l-Evalwazzjoni (CMEF) għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007/2013. Hija tipprovdi għall-ewwel darba qafas uniku għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-interventi kollha dwar l-iżvilupp rurali fuq il-bażi ta’ indikaturi komuni.

Il-Kummissjoni ddedikat ħafna sforzi, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, sabiex torqom il-kwalità u l-affidabilità tal-informazzjoni pprovduta taħt dan il-qafas. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programmi dwar l-iżvilupp rurali tissuġġerixxi li għadhom jeżistu diffikultajiet fil-kwantifikazzjoni tal-indikaturi tal-impatt għal ħafna programmi. Fuq dawn għadu għaddej iżjed xogħol, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, kemm rigward il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, kif ukoll bi tħejjija għall-ġejjieni.

F'dan il-qafas, ir-responsabbiltà għall-provvista ta’ dejta affidabbli tal-monitoraġġ tiddependi fuq l-Istati Membri, b'konformità mar-ripartizzjoni tal-kompetenzi taħt ġestjoni konġunta. Meta wieħed jikkunsidra n-numru għoli ta’ proġetti u l-firxa wiesgħa tal-ispeċifitajiet tal-proġetti tal-Istati Membri, la huwa vijabbli u lanqas kost-effettiv għall-Kummissjoni li tivverifika fil-livell tal-proġett id-dejta li jipprovdu l-Istati Membri.

IR-RAPPORTI SPEĊJALI TAL-QORTI DWAR IL-PRESTAZZJONI

Introduzzjoni

8.30.

Ir-Rapporti Speċjali tal-Qorti jeżaminaw jekk l-intervent tal-UE kienx ġestit skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. Meta tagħżel it-temi għar-Rapporti Speċjali, il-Qorti tqis il-materjalità tal-qasam ivverifikat, ir-riskji għall-ġestjoni finanzjarja tajba, il-kopertura preċedenti ta’ temi relatati mill-Qorti u evalwazzjonijiet oħra, u r-relevanza tas-suġġett, jiġifieri l-punt safejn ir-riżultati tal-verifika se jgħinu jtejbu l-effettività, l-effiċjenza u/jew l-ekonomija tan-nefqa tal-UE.

 

8.31.

Ir-Rapporti Speċjali adottati mill-Qorti fl-2010 huma ppreżentati kif ġej:

 

Ir-Rapporti Speċjali adottati mill-Qorti tal-Awdituri fl-2010  (22)

Nru 1/2010 “Il-proċeduri ssimplifikati doganali għall-importazzjoni huma kkontrollati b’mod effettiv?”

Nru 2/2010 “L-effettività tal-iskemi ta’ sostenn għall-Istudji fid-Disinn u l-Kostruzzjoni ta’ Infrastrutturi Ġodda taħt is-Sitt Programm ta’ Qafas għar-Riċerka”

Nru 3/2010 “Il-Valutazzjonijiet tal-Impatt fl-istituzzjonijiet tal-UE huma ta’ appoġġ għat-teħid tad-deċiżjonijiet?”

Nru 4/2010 “Hemm probabbiltà li t-tfassil u l-ġestjoni tal-iskema ta’ mobbiltà tal-programm Leonardo da Vinci jwasslu għal riżultati effettivi?”

Nru 5/2010 “L-implimentazzjoni tal-approċċ Leader għall-iżvilupp rurali”

Nru 6/2010 “Ir-riforma tas-suq taz-zokkor laħqet l-għanijiet prinċipali tagħha?”

Nru 7/2010 “Verifika tal-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet”

Nru 8/2010 “It-titjib tal-prestazzjoni tat-trasport fuq l-assi ferrovjarji trans-Ewropej: L-investiment tal-UE fl-infrastruttura ferrovjarja kien effettiv?”

Nru 9/2010 “L-infiq tal-Miżuri Strutturali tal-UE fuq il-provvista tal-ilma għall-konsum domestiku qed jintużaw bl-aqwa mod?”

Nru 10/2010 Il-miżuri speċifiċi favur l-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod u tal-gżejjer minuri tal-Eġew”

Nru 11/2010 “Il-ġestjoni, mill-Kummissjoni, tas-Sostenn Baġitarju Ġenerali fil-pajjiżi AKP, tal-Amerika Latina u tal-Asja”

Nru 12/2010 “L-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-UE għall-Edukazzjoni Bażika fl-Afrika tas-sub-Saħara u fin-Nofsinhar tal-Asja”

Nru 13/2010 “L-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija l-Ġdid (ENPI) ġie varat b’suċċess u qiegħed jilħaq ir-riżultati fil-Kawkasu tan-Nofsinhar (l-Armenja, l-Azerbajġan u l-Ġeorġja)?”

Nru 14/2010 “Il-ġestjoni tal-Kummissjoni tas-sistema tal-kontrolli veterinarji għal importazzjonijiet tal-laħam wara r-riformi fil-leġiżlazzjoni tal-iġjene tal-2004”

 

8.32.

L-14-il Rapport Speċjali adottati mill-Qorti fl-2010 għamlu l-osservazzjonijiet li ġejjin dwar il-prestazzjoni miksuba u l-proċess ta’ produzzjoni ta’ riżultati bl-infiq ta’ fondi tal-UE, mill-ippjanar tal-bidu sar-rappurtar dwar il-prestazzjoni.

 

L-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar il-proċess ta’ produzzjoni ta’ riżultati

L-ippjanar strateġiku

8.33.

F’għadd ta’ Rapporti Speċjali tagħha (RS) (23), il-Qorti saħqet fuq il-prinċipji li jirregolaw l-ippjanar tajjeb: l-inizjattivi għandhom ikunu stabbiliti f’kuntest strateġiku u mogħtija prijorità; għandhom ikunu stabbiliti objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jisgħu jintlaħqu, relevanti u f’waqthom (SMART), u mfissra biċ-ċar u b’mod konsistenti fid-dokumenti varji ta’ ppjanar; valutazzjoni tajba ex ante taf taqdi rwol importanti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

 

8.34.

F’dan ir-rigward, fil-qasam ta’ għajnuna għall-iżvilupp għal edukazzjoni bażika, il-Qorti sabet ippjanar strateġiku mhux xieraq fl-inizjattivi ta’ żvilupp tal-kapaċità (RS 12/2010, il-paragrafu 69), prijoritizzazzjoni u definizzjoni insuffiċjenti tal-objettivi fil-politika ta’ viċinat (RS 13/2010, il-paragrafu 68), u għall-approċċ Leader, nuqqas ta’ objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u li jistgħu jintlaħqu fi ħdan skeda ta’ ħin stabbilita (RS 5/2010, il-paragrafu 26). Fir-rapport tagħha dwar l-iskema ta’ mobbiltà tal-programm Leonardo da Vinci, il-Qorti sabet li l-Kummissjoni ma kinitx iffinalizzat l-istabbiliment ta’ objettivi SMART u indikaturi tal-impatt biex jiġi evalwat is-suċċess tal-programm bi tqabbil mal-objettivi tiegħu u, b’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ma kinitx instabet f’pożizzjoni li tkejjel kif l-objettivi kienu qegħdin jintlaħqu tliet snin wara l-bidu tal-programm (RS 4/2010, il-paragrafi 48, 50, 61 u 62).

8.34.

L-ippjanar strateġiku fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet jiddependi fuq domanda ċara mill-pajjiż imsieħeb u t-tmexxija tal-gvern. It-tagħlimiet mittieħda f'dan il-qasam juru li, mingħajrdan l-involviment, mhuwiex probabbli li jintuża s-sostenn estern istituzzjonali bħala bażi għal żvilupp effettiv tal-kapaċitajiet.

Rigward l-iskema tal-mobilità Leonardo da Vinci, il-Kumitat tal-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja adotta l-indikaturi fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2010. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Kumitat l-ewwel rapport dwar dawn l-indikaturi matul l-2011.

Rigward l-approċċ Leader, il-Kummissjoni taqbel li l-għanijiet tal-istrateġiji individwali tal-iżvilupp lokali għandhom jiġu stabbiliti b'konformità mal-kriterji SMART sakemm ikun possibbli. Sabiex jiġu megħjuna l-gruppi lokali ta’ azzjoni f'dan ix-xogħol, il-finanzjament għall-iżvilupp rurali isostni permezz tas-submiżura “il-ksib ta’ ħiliet”, kemm l-attivitajiet ta’ assistenza kif ukoll dawk ta’ taħriġ.

8.35.

Madankollu l-Qorti rrappurtat titjib fid-definizzjoni ta’ objettivi fil-qasam ta’ sostenn tal-baġit lil pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (RS 11/2010, il-paragrafi 56 u 96), u każ ta’ prattika tajba fil-qasam ta’ regolamentazzjoni aħjar fejn il-valutazzjonijiet tal-impatt kienu sostnew it-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-UE b’mod effettiv (RS 3/2010, il-paragrafu 87).

8.35.

Il-Kummissjoni tilqa' r-rikonoxximent tat-titjib magħmul fid-definizzjoni tal-għanijiet tas-sostenn baġitarju. Ir-Rapport Annwali tal-FEŻ jikkonferma wkoll il-progress sinifikanti magħmul mill-Kummissjoni sabiex turi l-konformità mal-kriterji ta’ eliġibbiltà stabbiliti bil-Ftehim Cotonou u fl-introduzzjoni ta’ oqfsa formali ta’ evalwazzjoni għall-prestazzjoni tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi.

L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet

8.36.

F’xi wħud mill-osservazzjonijiet tagħha (24), il-Qorti wriet ukoll li, jekk iridu jiġu prodotti riżultati tajbin, huwa importanti biċ-ċar li jiġu identifikati l-ħtiġijiet li l-programmi bi ħsiebhom jissodisfaw.

 

8.37.

Għalhekk il-Qorti osservat li d-definizzjoni ta’ Proġetti ta’ Prijorità għall-assi ferrovjarji trans-Ewropej għandhom jirriflettu ħtiġijiet preżenti u antiċipati (RS 8/2010, il-paragrafu 63).

8.37.

Rigward id-definizzjoni tal-Proġetti Prijoritarji tal-assi ferrovjarju trans-Ewropej, l-esperjenza wriet li biex wieħed jasal għaldeskrizzjoni definittiva tal-assi ferrovjarji ewlenin trans-Ewropew, waqt li hija ħaġa tajba bħala ispirazzjoni, huwa partikolarment diffiċli minħabba li dawn huma fi istat kostanti ta’ fluss li jiddependi mill-migrazzjoni, il-mudelli kummerċjali u l-kuntest politiku. Saru studji li janalizzawil-flussi tat-traffiku eżistenti u dawk mistennija, kemm għal proġetti individwali kif ukoll għan-netwerk u għad iridu jwasslu għal riżultati konklużivi. Bħala riżultat ta’ dan, tali definizzjoni attwalment mhijiex possibbli u l-Proġetti Prijoritarji għandhom ikomplu jkunu bbażati fuq ftehimiet politiċi bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ibbażati fuq l-aħjar evidenza disponibbli.

8.38.

Hija ġibdet l-attenzjoni wkoll għall-fatt li analiżi tajba tal-ħtiġijiet tevita li jiġu stabbiliti objettivi li jmorru lil hinn minn dak li huwa verament rikjest, filwaqt li fl-istess ħin tinkoraġġixxi soluzzjonijiet alternattivi u li jiswew inqas flus (RS 9/2010, il-paragrafu 72).

 

Ir-rabta bejn l-objettivi u l-miżuri

8.39.

F’għadd ta’ rapporti tagħha (25) l-Qorti enfasizzat li trid tkun ċara r-rabta bejn l-objettivi segwiti u l-miżuri magħżula għall-ilħuq ta’ dawk l-objettivi.

 

8.40.

Meta din ir-rabta mhijiex speċifikata, x’aktarx li t-tfassil tal-miżuri magħżula mhuwiex se jkun kapaċi jilħaq l-objettivi segwiti (ara RS 10/2010, il-paragrafu 34, dwar il-każ speċifiku tal-gżejjer minuri tal-Eġew). Fil-qasam ta’ regolamentazzjoni aħjar, il-Qorti osservat li r-rapporti tal-valutazzjoni tal-impatt ma tawx preżentazzjoni standardizzata ta’ kif l-objettivi u r-riżultati mistennija tal-intervent propost setgħu jintlaħqu bil-mekkaniżmi tat-twassil intenzjonati u, fir-rigward tal-programmi tan-nefqa, bil-baġit stmat (RS 3/2010, il-paragrafu 60).

8.40.

Il-Kummissjoni taqbel li l-programm ta’ sostenn għall-gżejjer żgħar tal-Eġew jista' jittejjeb u qiegħda taħdem f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet Griegi għal dan il-għan.

Mezzi relevanti, suffiċjenti u proporzjonati

8.41.

Xi osservazzjonijiet tal-Qorti (26) jenfasizzaw l-importanza ta’ għażla adegwata ta’ mezzi għall-ilħuq tal-objettivi stabbiliti.

 

8.42.

Fil-qasam ta’ għajnuna għall-iżvilupp għall-edukazzjoni bażika fl-Afrika tas-sub-Saħara l-Qorti indikat id-diffikultà li l-Kummissjoni esperjenzat fl-assenjazzjoni tal-persunal bil-profili xierqa għad-delegazzjonijiet, li ddgħajjef l-abilità tagħhom li jġestu l-programmi b’mod effettiv (RS 12/2010, il-paragrafu 66). Fil-kuntest differenti tal-approvazzjoni tal-proċedura tal-kontijiet, il-Qorti indikat li l-korrezzjonijiet imposti, biex ikunu verament effettivi, għandhom ikollhom konsegwenzi ta’ impediment jew dissważjoni diretti fuq dawk responsabbli għall-irregolarità (RS 7/2010, il-paragrafu 90).

8.42.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li kompetenza kwalifikata adatta fil-qasam tal-edukazzjoni hija essenzjali. Meta l-edukazzjoni hija prijorità għal delegazzjoni, il-Kummissjoni tieħu passi sabiex tiżgura li kompetenza adegwata tkun disponibbli, pereżempju billi tiddelega taħt il-politika tal-UE tat-tqassim tax-xogħol ir-responsabbiltà lil Stat Membru li jkollu kompetenza settorjali rilevanti, jew billi tipprovdi kompetenza xierqa mill-Kwartieri Ġenerali permezz tad-direttorati ġeografiċi bl-għajnuna tal-unitajiet tematiċi. Huwa ppjanat ukoll li jiġu żviluppati netwerks tematiċi sabiex il-kompetenzi fid-direttorati tematiċi u ġeografiċi fil-Kwartieri Ġenerali b'Delegazzjonijiet jiġu konnessi aħjar.

L-approvazzjoni tal-konformità hija maħsuba sabiex teskludi mill-finanzjamenti tal-UE l-ispiża li ma tikkonformax mar-regoli tal-UE. Mhuwiex mekkaniżmu li bih ħlasijiet irregolari lil benefiċjarji jiġu rkuprati, li skont il-prinċipju tal-ġestjoni konġunta hija responsabbiltà unika tal-Istati Membri.

Fejn ikunu jistgħu jiġu identifikati ħlasijiet mhux dovuti lil benefiċjarji bħala riżultat tal-approvazzjoni tal-konformità, l-Istati Membri jridu jsegwuhom b'azzjonijiet ta’ rkupru kontra dawn il-benefiċjarji. Fejn ma jkunux meħtieġa rkupri peress li l-korrezzjoni finanzjarja tirrigwarda nuqqasijiet fis-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll ta’ Stat Membru, il-korrezzjonijiet huma mezz importanti sabiex isir titjib f'dawk is-sistemi u għalhekk jiġu evitati jew skoperti u rkuprati ħlasijiet irregolari lil benefiċjarji.

Barra dan, il-leġiżlazzjoni agrikola tipprovdi sanzjonijiet effikaċi, dissważivi u proporzjonali li għandhom jiġu imposti fuq benefiċjarji li jkunu irċevew ħlasijiet irregolari.

Il-baġit u l-iskeda ta’ ħin

8.43.

Fir-rapporti tagħha (27) l-Qorti ġibdet l-attenzjoni għall-importanza ta’ ppjanar matul il-fażi ta’ implimentazzjoni ta’ proġetti, biex jiġi evitat infiq żejjed jew dewmien.

 

8.44.

F’dan ir-rigward il-Qorti osservat li, fir-rigward tal-investiment tal-infrastruttura tal-ferroviji tal-UE, proġetti bi tħejjija inqas rigoruża u dettaljata ffaċċjaw riskju ogħla li jesperjenzaw eskalazzjonijiet aktar sinifikanti fl-ispejjeż (RS 8/2010, il-paragrafu 46). Il-Qorti nnutat ukoll li dewmien fl-implimentazzjoni ta’ proġetti li jikkonċernaw provvisti ta’ ilma għal konsum domestiku kkawżat minn talbiet addizzjonali imposti minn valutazzjonijiet ta’ impatt ambjentali, diffikultajiet fil-kisba ta’ permessi amministrattivi, estimi jew kalkolazzjonijiet mhux preċiżi setgħu ġew parzjalment evitati permezz ta’ ppjanar aħjar (RS 9/2010, il-paragrafu 51).

8.44.

Il-Kummissjoni kemm-il darba enfasizzat l-importanza tal-ippjanar tal-proġetti min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali fil-kuntest tal-proġetti tal-Fond ta’ Koeżjoni u l-proġetti l-kbar taħt il-Fondi Strutturali. Fil-kuntest tal-perjodu ta’ programmazzjoni tal-fondi strutturali tal-2007-2013 il-faċilità tal-assistenza teknika JASPERS ġiet stabbilita b'mod speċifiku sabiex issostni, l-aktar fl-UE 12, id-disinn u l-ippjanar aħjar tal-proġetti.

Madankollu, l-ippjanar huwa element wieħed biss li jaffettwa l-infiq żejjed u d-dewmien. Billi l-Qorti kkonkludiet ukoll fil-paragrafu 45 tar-Rapport Speċjali tagħha dwar l-investiment tal-infrastruttura ferrovjarja tal-UE li, “Kważi fil-każijiet kollha, din iż-żieda [fl-ispejjeż] inħolqot għal raġunijiet konnessi ma’ fatturi li ma kinux previsti li ġew skoperti waqt il-fażi tal-kostruzzjoni, bħal kundizzjonijiet ġeografiċi li ħolqu diffikultajiet mhux mistennija, rekwiżiti ta’ ħarsien ambjentali, rekwiżiti ta’ sigurtà u offerti ogħla minn dawk mistennija min-naħa tal-kuntratturi”.

Il-kontrolli u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni

8.45.

Xi wħud mill-osservazzjonijiet tal-Qorti (28) ħeġġew lill-maniġers itejbu s-sistemi ta’ kontroll intern, u jimmonitorjaw il-prestazzjoni bl-istabbiliment ta’ mekkaniżmi xierqa għar-reġistrazzjoni ta’ informazzjoni u data dwar l-eżiti miksuba jew fuq il-livell tal-prestazzjoni.

 

8.46.

Pereżempju l-Qorti osservat li r-reviżjonijiet imwettqa għall-monitoraġġ ta’ interventi ffinanzjati mill-UE fl-edukazzjoni bażika fl-Afrika tas-sub-Saħara ffukaw inġenerali fuq il-proċessi u l-kwistjonijiet finanzjarji marbuta ma’ kundizzjonijiet ta’ speċifiċi ta’ żborż aktar milli fuq eżiti ta’ edukazzjoni (RS 12/2010, il-paragrafu 62). B’mod simili, hija osservat li l-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programm Leader ma ġabrux data dwar, u lanqas ma vvalutaw jekk intlaħqux, l-objettivi ta’ strateġija lokali (RS 5/2010, il-paragrafu 31).

8.46.

Għal dak li jirrigwarda l-programmi ta’ sostenn tal-politika tas-settur tal-edukazzjoni ffinanzjati minn sostenn baġitarju settorjali, il-progress meta mqabbel mal-indikaturi tar-riżultati (ir-reġistrazzjoni, it-tlestija, is-sopravvivenza u f'ċerti każi l-progress fit-tagħlim) jiġi evalwat f'Reviżjonijiet Konġunti ma’ donaturi oħra, immexxija mill-pajjiż imsieħeb. Meta tilħaq qbil dwar arranġamenti għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni mal-imsieħba, il-Kummissjoni tikkunsidra li taħlita tajba ta’ indikaturi tar-riżultati u tal-proċess tipprovdi l-kwadru komprensiv meħtieġ tal-progress tal-pajjiż fl-implimentazzjoni tal-politika tas-settur tiegħu.

Rigward Leader, il-Kummissjoni pprovdiet iżjed gwida lill-Istati Membri dwar kif l-istrateġiji tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali(GAL) u r-riżultati rispettivi tagħhom jistgħu aħjar jiġu sorveljati, evalwati u mtejba. Kmieni fl-2011 nediet ukoll Focus Group dwar il-kwalità ta’ strateġiji lokali dwar l-iżvilupp, inkluż kwistjonijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, taħt in-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali. Ir-riżultati, li se jkunu disponibbli sal-aħħar tas-sena, se jipprovdu iżjed għodod u prattika tajba kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-GAL.

8.47.

Madankollu l-Qorti nnutat ukoll aspetti effiċjenti tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll bħall-irwol tal-verifikazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew għall-Ikel u s-Servizzi Veterinarji għaż-żamma ta’ pressjoni ta’ kontroll xierqa (RS 14/2010, il-paragrafu 67), jew l-iżvilupp mill-Kummissjoni ta’ approċċ tajjeb għall-kontrolli fuq il-proċeduri ssimplifikati doganali (RS 1/2010, il-paragrafu 81).

8.47.

L-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju qed jivvaluta b'mod kostanti kemm l-effikaċja kif ukoll l-effiċjenza tax-xogħol ta’ kontroll tiegħu sabiex jiggarantixxi li r-riżorsi jintużaw bl-aħjar mod.

8.48.

F’wieħed mir-rapporti tagħha (RS 10/2010 il-paragrafu 40) il-Qorti enfasizzat is-siwi ta’ valutazzjoni annwali tal-implimentazzjoni tal-programmi, u indikat li din il-valutazzjoni ppermettiet lill-maniġers iġibu modifikazzjonijiet effettivi lill-programmi li kienu għadhom għaddejjin.

8.48.

Il-Kummissjoni stabbiliet indikaturi komuni tal-prestazzjoni li l-evalwazzjoni tagħhom se tgħin biex jittejbu iżjed l-iskemi POSEI u dawk tal-gżejjer żgħar tal-Eġew.

L-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar kisbiet u rappurtar

L-ilħuq tal-objettivi stabbiliti

8.49.

Tnejn mir-rapporti tal-Qorti jikkonkludu b’mod pożittiv dwar ir-riżultati milħuqa bl-interventi ffinanzjati mill-baġit tal-UE (RS 8/2010 u 10/2010). Il-Qorti sabet li l-proġetti infrastrutturali tal-ferroviji konfinanzjati mill-UE wasslu l-infrastruttura ppjanata skont l-ispeċifikazzjonijiet, u ladarba tlestew ħolqu possibbiltajiet ġodda u mtejba fit-trasport ferrovjarju f’sezzjonijiet ewlenin tal-Proġetti Prijoritarji (RS 8/2010, il-paragrafu 65). Dwar miżuri speċifiċi favur l-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar ’il bogħod u tal-gżejjer minuri tal-Eġew, il-programmi inġenerali ġew implimentati b’mod effettiv u b’hekk laħqu l-ħtiġijiet ta’ dawk ir-reġjuni (RS 10/2010, il-paragrafu 82).

 

8.50.

Rapporti speċjali oħrajn jippreżentaw riżultati aktar imħallta, u xi objettivi importanti ma ntlaħqux (RS 6/2010, 9/2010, 12/2010 u 13/2010). Il-Qorti osservat li fejn hemm objettivi konfliġġenti huwa diffiċli li jintlaħqu b’mod simultanju (RS 6/2010, il-paragrafu 93 u 99). Waqt li n-nefqiet tal-miżuri strutturali kkontribwixxew għat-titjib tal-provvista tal-ilma għall-użu domestiku, setgħu jintlaħqu riżultati aħjar b’inqas spejjeż għall-baġit tal-UE (RS 9/2010, il-paragrafu 71).

8.50.

L-għanijiet tar-riforma tal-2006 tas-suq taz-zokkor tal-UE huma konnessi direttament mal-għanijiet tal-politika agrikola komuni (PAK), li jinsabu fit-Trattati. Mhuwiex nuqqas tar-riforma li jkun hemm għanijiet parzjalment diverġenti, iżda pjuttost riżultat tal-għan komprensiv tagħha. Il-Kummissjoni tikkunsidra li r-riforma taz-zokkor kellha suċċess fil-ġestjoni tar-ristrutturament tas-settur, billi pprovdietu b'qafas ta’ politika fuq perjodu twil u tejbet b'mod konsiderevoli l-kompetittività tiegħu.

Ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni

8.51.

Fir-rapporti tagħha, il-Qorti ġibdet l-attenzjoni (29) għall-ħtieġa ta’ strutturi xierqa ta’ rappurtar u data relevanti, komparabbli u affidabbli biex tkun tista’ ssir valutazzjoni tal-korrispondenza bejn l-objettivi stabbiliti u r-riżultati milħuqa.

 

8.52.

Fir-rapport tagħha dwar l-iskema ta’ mobbiltà Leonardo da Vinci, il-Qorti nnutat li peress li l-programm ta’ ħidma annwali kien strutturat b’mod differenti mir-rapport annwali tal-attività, ma kienx possibbli li jsir tqabbil bis-sens tar-riżultati mal-prestazzjoni ppjanata (RS 4/2010, il-paragrafu 41). Il-Qorti osservat ukoll li l-Kummissjoni u l-Istati Membri ma setgħux jistabbilixxu l-effettività tal-programmi Leader fin-nuqqas, jew inkella n-nuqqas ta’ affidabbiltà, ta’ data fit-twassil ta’ eżiti ta’ żvilupp rurali, jew f’termini assoluti jew relatati mal-effettività ta’ metodi oħra ta’ twassil (RS 5/2010, il-paragrafu 100).

8.52.

Rigward l-iskema tal-mobilità Leonardo da Vinci, - kif imħabbar fil-pjan ta’ azzjoni bħala risposta għar-rapport tal-Qorti – grupp ta’ ħidma intern tal-Edukazzjoni u l-Kultura tad-DĠ irreveda r-rekwiżiti u l-formola tar-Rapport Annwali tal-Aġenzija Nazzjonali fit-tieni tliet xhur tal-2011. Il-formola tar-rapport rivedut issa hija konformi mal-istruttura u l-kontenut tal-programm ta’ ħidma tal-Aġenzija Nazzjonali rivedut fl-2011. Bħala konsegwenza r-Rapport Annwali tal-AN dwar is-sena 2011 (li għandu jiġi riċevut mill-Kummissjoni fl-2012) għandu jippermetti paragun li jagħmel sens tar-riżultati meta mqabbla mal-prestazzjoni ppjanata.

L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu ta’ Leader+ saret fi stadju bikri fl-implimentazzjoni tal-istrateġija GAL. Madankollu, l-evalwazzjoni ex-post ta’ Leader+, li ġiet finalizzata f'Diċembru tal-2010, tipprovdi informazzjoni utli dwar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-interventi ta’ Leader. Din l-informazzjoni se tkun utli fil-kuntest tax-xogħol li għaddej fuq il-qafas tal-politika PAK post-2013.

KONKLUŻJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

8.53.

Bħalma ġie nnutat fil-bidu ta’ dan il-kapitolu, ir-Regolament Finanzjarju jipprovdi li r-Rapporti Annwali tal-Attività għandhom jindikaw ir-riżultati tal-operati b’referenza għall-objettivi dikjarati, ir-riskji assoċjati ma’ dawn l-operati, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern (30). Il-Qorti osservat li d-differenzi bejn miri u kisbiet ippjanati ta’ sikwit ma kinux analizzati (ara l-paragrafu 8.16) u li l-qafas għar-rappurtar dwar l-effettività ma kopriex l-ekonomija u l-effiċjenza tal-infiq (ara l-paragrafu 8.17).

8.53.

Il-Kummissjoni taqbel li d-differenzi bejn ir-riżultati li effettivament jinkisbu u l-miri ppjanati jkunu jistgħu jiġu spjegati aħjar f'Rapporti Annwali tal-Attività futuri.

Skont l-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju, huma l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema tal-kontroll intern li għandhom jiġu rrapurtati fl-RAA u mhux l-effiċjenza u l-effikaċja tal-azzjonijiet tal-UE. Il-kontenut tal-RAA huwa definit skont ir-rekwiżiti ta’ din id-dispożizzjoni. Fi kwalunkwe każ, grazzi għal-linja ta’ konsistenza pprovduta min-nomenklatura tal-ABB, ir-riżorsi umani u finanzjarji (kif muri fl-Annessi 2 u 3) allokati lil kull attività ABB huma identifikati b'mod ċar u jistgħu jiġu konnessi mal-indikaturi fl-anness korrispondenti, u b'hekk ikun possibbli li tiġi evalwata l-ekonomija u l-effiċjenza fil-ġestjoni tar-riżorsi disponibbli.

8.54.

In-nuqqas ta’ passi importanti interim xierqa xekkel il-valutazzjoni ta’ jekk setax jitqies il-progress skont il-pjan lejn l-ilħuq ta’ objettivi multiannwali (ara l-paragrafi 8.20 u 8.21).

8.54.

Għal programmi multiannwali mhux dejjem jagħmel sens li jiġu stabbiliti passi importanti interim, billi l-impatti jinkisbu biss b'mod mhux lineari fl-aħħar tal-perjodu tal-programmazzjoni. Ir-rappurtar annwali dwar l-inputs, il-produzzjoni u r-riżultati, jiġifieri l-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programm, ma jippermettix evalwazzjoni regolari tal-progress biex jintlaħqu l-għanijiet.

8.55.

Il-Qorti nnutat li l-objettivi, l-indikaturi u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet ta’ Ġestjoni ġeneralment kienu dawk użati għar-rappurtar fir-Rapporti Annwali tal-Attività (ara l-paragrafi 8.24 u 8.25).

 

8.56.

Limitazzjonijiet legali u restrizzjonijiet prattiċi dgħajfu l-affidabbiltà tal-informazzjoni ta’ ppjanar u ta’ rappurtar miġbura mid-Direttorati Ġenerali tal-Istati Membri dwar programmi taħt ġestjoni maqsuma (ara l-paragrafi 8.27 sa 8.29).

8.56.

Għall-iżvilupp rurali, il-Kummissjoni stabbiliet Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (QKME) għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007/2013. Dan jipprovdi għall-ewwel darba qafas uniku għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-interventi kollha fl-iżvilupp rurali fuq il-bażi ta’ indikaturi komuni.

Fl-ambitu ta’ dan il-qafas, ir-responsabbiltà għall-provvista ta’ dejta affidabbli dwar il-monitoraġġ taqa' fuq l-Istati Membri, b'konformità mar-ripartizzjoni tal-kompetenzi taħt ġestjoni konġunta. Meta wieħed jikkunsidra n-numru għoli ta’ proġetti u l-firxa wiesgħa tal-ispeċifitajiet tal-proġetti tal-Istati Membri, la huwa vijabbli u lanqas kost-effettiv għall-Kummissjoni li tivverifika fil-livell tal-proġett id-dejta pprovduta mill-Istati Membri.

Ara wkoll it-tweġiba għall-punt 8.29.

8.57.

Il-Qorti tikkonkludi li l-kwalità tal-fażi ta’ ppjanar hija importanti biex ikun determinat kif ir-riżultati maħsuba jistgħu jintlaħqu. Ippjanar insuffiċjenti jew dgħajjef, bl-inklużjoni tan-nuqqas ta’ objettivi SMART, jista’ jipproduċi dewmien, spejjeż addizzjonali, u jolqot ir-riżultati milħuqa (ara l-paragrafi 8.33 sa 8.44).

8.57.

Il-Kummissjoni taqbel dwar l-importanza tal-fażi tal-ippjanar u l-ħtieġa li tiddependi fuq għanijiet SMART.

8.58.

Huwa importanti għall-obbligu ta’ rendikont mill-maniġment li r-riżultati rrappurtati jikkorrispondu mal-objettivi u l-indikaturi stabbiliti fil-pjan ta’ ġestjoni u li sistemi xierqa ta’ monitoraġġ u kontroll ikunu fis-seħħ sabiex tinkiseb informazzjoni affidabbli għar-rappurtar dwar ir-riżultati (ara l-paragrafi 8.45 sa 8.48 u 8.51 sa 8.52).

8.58.

Il-Kummissjoni taqbel ukoll li huwa importanti għar-reponsabbiltà tal-ġestjoni li r-riżultati rrapurtati jikkorrispondu mal-għanijiet u l-indikaturi stabbiliti fil-pjan ta’ ġestjoni u li sistemi xierqa ta’ monitoraġġ u kontroll għandhom ikunu stabbiliti sabiex tinkiseb informazzjoni affidabbli għar-rappurtar dwar ir-riżultati.

Il-Kummissjoni hija impenjata li ttejjeb b'mod kostanti s-sistemi tal-monitoraġġ u l-kontroll tagħha sabiex tiżgura li jkunu xierqa u adegewati sabiex jipproduċu l-informazzjoni meħtieġa b'mod affidabbli.

8.59.

Il-Qorti tagħmel ir-rakkomandazzjonijet li ġejjin:

8.59.

Ir-Rakkomandazzjoni 1: Għandu jitpoġġa aktar fowkus fuq il-prestazzjoni fir-Rapporti Annwali tal-Attività tad-DĠ, partikolarment b’analiżi tad-differenzi bejn miri u kisbiet ippjanati kif ukoll bir-rappurtar dwar l-ekonomija u l-effiċjenza tal-finanzjament tal-UE (ara l-paragrafu 8.53).

Id-differenzi bejn il-miri ppjanati u r-riżultati li effettivament jinkisbu meta mqabbla mal-għanijiet stabbiliti jistgħu tabilħaqq jiġu spjegati aħjar.

Madankollu, il-PĠ u r-RAA mhumiex maħsuba li jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-ekonomija u l-effiċjenza (Ara t-tweġibiet għall-paragrafi 8.17 u 8.53).

Għall-programmi fil-qasam tal-fondi strutturali, il-valutazzjoni tal-ekonomija u l-effiċjenza tal-iskemi ta’ finanzjament tiddependi ħafna fuq ir-rieda u l-ħila tal-Istati Membri li jirrapurtaw dwar kwistjonijiet bħal spejjeż tal-unitajiet jew il-konnessjonijiet bejn il-produzzjoni u l-kategoriji tal-infiq. Dan mhuwiex possibbli fil-programmi kollha b'mod sintetiku taħt il-qafas legali attwali.

Ir-Rakkomandazzjoni 2: Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jiddefinixxu passi importanti interim xierqa għal miri multiannwali sabiex il-progress ikun jista’ jiġi vvalutat b’mod adegwat (ara l-paragrafu 8.54).

Għall-produzzjoni, ir-riżultat u, fejn ikun xieraq, l-indikaturi tal-impatt, jistgħu tabilħaqq jiġu definiti avvenimenti importanti temporanji.

Għall-produzzjoni, huwa possibbli li jiġu definiti avvenimenti importanti għal miri multiannwali mill-inqas fil-livell tal-programm. Madankollu, dan jidher li huwa iżjed artifiċjali għall-indikaturi tar-riżultati minħabba l-fatturi differenti li jikkontribwixxu. Minkejja dan, il-Kummissjoni hija lesta li tinkludi ċertu rekwiżiti oħra fir-regolamenti tal-ġejjieni sabiex titlob għal rapporti dwar il-progress tal-kuntratti ta’ sħubija li ġew proposti għall-ewwel darba b'mod partikolari rigward avvenimenti importanti stabbilti fil-qafas tal-prestazzjoni.

Ir-Rakkomandazzjoni 3: Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, fi ħdan il-kuntest tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom taħt ġestjoni maqsuma, għandhom jaqblu dwar indikaturi tal-prestazzjoni konsistenti u jiżguraw l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar miri ppjanati u riżultati milħuqa (ara l-paragrafu 8.56).

Taħt ġestjoni konġunta, il-Kummissjoni tassumi rwol superviżorju billi taċċerta li l-arranġamenti li jamministraw is-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll ikunu konformi, u billi tivverifika l-funzjonament effettiv tas-sistemi.

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni diġà involviet ruħha fi proċess bħal dan mal-Istati Membri.

Għall-iżvilupp rurali, il-Kummissjoni diġà stabbiliet Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (QKME) għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007/2013 li jipprovdi għall-ewwel darba qafas uniku għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-interventi kollha għall-iżvilupp rurali fuq il-bażi ta’ indikaturi komuni.

Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li taħdem iżjed mill-qrib mal-Istati Membri sabiex ittejjeb iżjed il-QKME għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss. Diġà ġie ppjanat li jsir l-ewwel seminar dwar l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-PAK f'Settembru tal-2011.

Għall-Fondi Strutturali, il-Kummissjoni se tipproponi li tilħaq qbil dwar indikaturi komuni tal-produzzjoni għar-regolament tal-ġejjieni ta’ wara l-2013 u se tilħaq qbil dwar metodoloġija għall-identifikazzjoni ta’ indikaturi xierqa tar-riżultati li għandhom ikunu speċifiċi għall-kuntest. Il-verifika tal-miri ppjanati u r-rappurtar tar-riżultati milħuqa se jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri (ara t-tweġiba għar-rakkomandazzjoni 6).

Ir-Rakkomandazzjoni 4: Matul l-ippjanar tal-programmi tan-nefqa tal-UE, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom joqogħdu aktar attenti biex jiddefinixxu objettivi SMART, kif ukoll biex jidentifikaw u jtaffu r-riskji li jistgħu jkun hemm matul l-implimentazzjoni (ara l-paragrafu 8.57).

Il-Kummissjoni dejjem tisħaq biex tiddefinixxi għanijiet SMART u biex tagħti attenzjoni għall-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji li jistgħu jseħħu waqt l-implimentazzjoni. Dawn l-isforzi għandhom ikomplu jissaħħu fil-ġejjieni.

Ir-Rakkomandazzjoni 5: L-obbligu ta’ rendikont mill-maniġment għandu jinftiehem ukoll bħala li jinkludi rappurtar dwar ir-riżultati b’korrispondenza bejn il-kisbiet mistennija fil-pjan ta’ ġestjoni u l-kisbiet irrappurtati fir-rapport annwali tal-attività (ara l-paragrafu 8.58).

Il-Kummissjoni taqbel li huwa importanti għar-responsabbiltà tal-ġestjoni li r-riżultati rrapurtati jikkorrispondu mal-għanijiet u l-indikaturi stabbiliti fil-pjan ta’ ġestjoni, kif diġà huwa l-każ għall-parti l-kbira tagħhom, u li sistemi xierqa ta’ segwitu u kontroll għandhom ikunu stabbiliti sabiex tinkiseb informazzjoni affidabbli għar-rappurtar fuq ir-riżultati.

Il-Kummissjoni għandha żżomm approċċ flessibbli sabiex fir-Rapport Annwali tal-Attività tkun tista' tiżvela d-dejta l-iżjed reċenti anke jekk ma tiġix antiċipata fil-Pjan ta’ Ġestjoni. Madankollu, se tippreżenta dejta sabiex tippermetti l-paragunabbiltà taż-żewġ eżerċizzji.

Ir-Rakkomandazzjoni 6: Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri fejn xieraq fil-kuntest ta’ ġestjoni maqsuma, għandha tfassal u tħaddem sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll biex tipproduċi informazzjoni sħiħa u preċiża dwar ir-riżultati (ara l-paragrafu 8.58).

Għall-programmi taħt ġestjoni konġunta, il-Kummissjoni se tipproponi ċerti rekwiżiti ewlenin għad-disinn tas-sistemi sabiex tipproduċi informazzjoni dwar riżultati fil-kwadru tar-regolamenti futuri ta’ wara l-2013. Ir-responsabbiltà għall-operat ta’ dawk is-sistemi sabiex tiġi pprovduta informazzjoni kompluta u korretta dwar ir-riżultati taqa' fuq l-Istati Membri b'konformità mat-tqassim tal-kompetenzi taħt ġestjoni konġunta.

(1)  Bl-inklużjoni, fil-paragrafi 8.5 sa 8.14, ta’ sommarju tar-rappurtar tad-Direttur Ġenerali fir-Rapporti Annwali tal-Attività għall-kampjun magħżul.

(2)  L-Artikolu 60(7) tar-Regolament Finanzjarju jipprovdi li r-Rapporti Annwali tal-Attività “għandu jindika r-riżultati tal-operati b’referenza għall-objettivi dikjarati, ir-riskji assoċjati ma’ dawn l-operati, l-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern”.

(3)  Ir-Rapporti Speċjali tal-Qorti jkopru l-baġit tal-UE, kif ukoll il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.

(4)  L-Artikolu 27(3) tar-Regolament Finanzjarju jistipula li:

“1.

L-approprjazzjonijiet tal-budget [baġit] għandhom ikunu wżati [użati] b'konformità mal-prinċipju ta’ amministrazzjoni soda finanzjarja, jiġiefiri [jiġifieri] bi qbil mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċċjenza [effiċjenza] u l-effettività.

2.

Il-prinċipju tal-ekonomija jeħtieġ li r-riżorsi użati mill-istituzzjoni fit-twettieq [twettiq] tal-attivitajiet tagħha għandhom ikunu disponibbli f'waqt xieraq, fi kwantità u kwalità xierqa u fl-aħjar prezz.

Il-prinċipju tal-effiċjenza huwa kkonċernat mal-aħjar relezzjoni [relazzjoni] bejn ir-riżorsi użati u r-riżultati milħuqa.

Il-prinċipju tal-effettività huwa kkonċernat mal-akkwist ta’ obbjettivi [objettivi] speċifiċi kif stabbiliti u l-akkwist tar-riżultati intiżi.”

(5)  Il-kampjun ta’ tliet Direttorati Ġenerali rrappreżenta aktar minn 70 % tal-pagamenti magħmula mill-UE fl-2010 (id-DĠ AGRI: EUR 55,5 biljun, id-DĠ REGIO EUR 30,6 biljun, id-DĠ RTD EUR 3,5 biljun).

(6)  Jekk l-indikaturi kinux koerenti mal-objettivi tal-politika u l-mod ta’ ġestjoni, u marbuta ma’ mira kwantifikata.

(7)  Jekk l-indikaturi magħżula fl-istadju tal-ippjanar intużawx aktar tard għar-rappurtar u jekk ġietx spjegata kwalunkwe bidla.

(8)  Jekk id-Direttur Ġenerali setax isostni li kellu assigurazzjoni raġonevoli dwar l-informazzjoni rrappurtata.

(9)  Il-Politika ta’ Koeżjoni tiggruppa mill-ġdid il-Politika Reġjonali mmexxija mid-DĠ REGIO u l-Fond Soċjali Ewropew immexxi mid-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni.

(10)  http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docoffic/official/reports/cohesion5/index_en.cfm

(11)  Din iċ-ċifra tirreferi għall-perjodu bejn Jannar sa Ottubru 2010 (ara n-nota 4 f'qiegħ il-paġna tar-Rapport Annwali tal-Attività).

(12)  Bħal pereżempju l-prijoritajiet operazzjonali 2010 1.1 Biex jittieħdu azzjonijiet sabiex tkun faċilitata l-implimentazzjoni ta’ programmi bi kwalità għolja minn korpi nazzjonali u reġjonali jew 1.2 Biex jittieħdu azzjonijiet flimkien mal-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati biex jiġu żgurati assorbiment u użu tar-riżorsi b’mod tajjeb.

(13)  Ħlief fil-qasam tal-legalità tan-nefqa, fejn l-ilħuq ta’ rata ta’ żball ta’ madwar 2 % ssemma bħala eżitu tas-sistemi fis-seħħ.

(14)  Mill-11-il indikatur tal-impatt fil-Pjan ta’ Ġestjoni tad-DĠ AGRI, tnejn ġew sostitwiti minn ieħor u mira ġiet modifikata fir-Rapport Annwali tal-Attività. Id-DĠ RTD immodifika żewġ indikaturi tar-riżultati u waqqa’ ieħor. L-ebda waħda minn dawn il-bidliet ma ġew spjegati fir-Rapporti Annwali tal-Attività rispettivi.

(15)  Tnaqqis f’emissjonijiet ta’ gassijiet serra, kapaċità addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, għadd ta’ nies li jgawdu minn miżuri ta’ ħarsien mill-għargħar, għadd ta’ nies li jgawdu minn ħarsien minn nirien fil-foresti, popolazzjoni addizzjonali koperta minn aċċess għal broadband, għadd ta’ proġetti li jirrispettaw tnejn mill-kriterji transkonfinali.

(16)  Għadd ta’ skejjel mibnija mill-ġdid.

(17)  It-twaqqif ta’ impriżi, il-kisba ta’ aċċessibbiltà (km ta’ ferroviji u toroq mibnija mill-ġdid), il-popolazzjoni addizzjonali moqdija minn proġetti ġodda/rinnovati ta’ ilma mormi, l-impjiegi maħluqa fir-Riċerka u l-għadd ta’ studenti li jgawdu minn infrastruttura tal-edukazzjoni mtejba.

(18)  L-indikaturi ntgħażlu sabiex jiżguraw kopertura għolja tal-objettivi prinċipali ta’ kull DĠ.

(19)  Iż-żewġ indikaturi l-oħra kienu indikatur dwar il-konverġenza lejn l-objettivi ta’ Lisbona fir-reġjuni abbażi ta’ data tal-Eurostat li kienet irreveduta b’mod sinifikanti matul is-sena, u indikatur dwar l-ammont ta’ infrastruttura tar-riċerka mibnija u mħaddma b'mod konġunt fil-livell tal-UE, li kienet tinkludi data dwar infrastruttura li għadha ma nbnietx.

(20)  Din il-kwistjoni ma kinitx tikkonċerna l-indikaturi għall-iżvilupp rurali li għalihom sett komuni ta’ indikaturi kien ġie definit fl-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15).

(21)  Il-verifikazzjoni ta’ skali ta’ unità, l-identifikazzjoni ta’ żbalji ta’ ttajpjar, u t-tqabbil ta’ data rrappurtata fil-livell tal-programm jew tal-miżura ma’ informazzjoni oħra mogħtija fir-rappurtar.

(22)  Ir-Rapporti Speċjali huma disponibbli fuq il-websajt tal-Qorti fl-indirizz li ġej: http://eca.europa.eu/portal/page/portal/publications/auditreportsandopinions/specialreports

(23)  RS 12/2010, il-paragrafu 69; RS 13/2010, il-paragrafu 68; RS 5/2010, il-paragrafu 26; RS 11/2010, il-paragrafi 56 u 96; RS 3/2010, il-paragrafu 87; RS 4/2010, il-paragrafi 48, 50, 61 u 62.

(24)  RS 8/2010, il-paragrafu 63; RS 9/2010, il-paragrafu 72; RS 13/2010, il-paragrafu 70; RS 5/2010, il-paragrafu 48.

(25)  RS 10/2010, il-paragrafu 34; RS 3/2010, il-paragrafu 60; RS 6/2010, il-paragrafi 94 u 96.

(26)  RS 12/2010, il-paragrafu 66; RS 7/2010 il-paragrafu 90; RS 9/2010, il-paragrafu 53.

(27)  RS 8/2010, il-paragrafu 46; RS 9/2010, il-paragrafu 51; RS 5/2010, il-paragrafu 71.

(28)  RS 12/2010, il-paragrafu 62; RS 5/2010, il-paragrafu 31; RS10/2010, il-paragrafu 79; RS 10/2010 il-paragrafu 40.

(29)  RS 4/2010, il-paragrafu 41; RS 5/2010, il-paragrafu 100.

(30)  L-Artikolu 60(7), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament Finanzjarju.

(31)  Komunikazzjoni “Politika tal-koeżjoni: Rapport Strateġiku tal-2010 dwar l-implimentazzjoni tal-programmi 2007-2013” (COM(2010) 110 finali, 31.3.2010), p. 13; Komunikazzjoni “Politika Reġjonali li tikkontribwixxi għal żvilupp intelliġenti fl-Ewropa 2020” (COM(2010) 553 finali, 6.10.2010), p. 7.


ANNESS

Informazzjoni finanzjarja dwar il-baġit ġenerali

WERREJ

INFORMAZZJONI TA' SFOND DWAR IL-BAĠIT

1.

L-istabbiliment tal-baġit

2.

Il-bażi legali

3.

Il-prinċipji baġitarji kif stabbiliti fit-Trattati u fir-Regolament Finanzjarju

4.

Il-kontenut u l-istruttura tal-baġit

5.

Il-finanzjament tal-baġit (dħul baġitarju)

6.

It-tipi ta' approprjazzjonjiet mill-baġit

7.

L-implimentazzjoni tal-baġit

7.1.

Ir-responsabbilità għall-implimentazzjoni

7.2.

L-implimentazzjoni tad-dħul

7.3.

L-implimentazzjoni tan-nefqa

7.4.

Ir-rendikonti konsolidati tal-implimentazzjoni tal-baġit u d-determinazzjoni tal-bilanċ tas-sena finanzjarja

8.

Il-preżentazzjoni tal-kontijiet

9.

Il-verifika esterna

10.

Il-kwittanza u s-segwitu

NOTI TA' SPJEGAZZJONI

Is-sorsi ta' data finanzjarja

L-unità monetarja

Abbrevjazzjonijiet u simboli

DIJAGRAMMI RELATATI MAL-BAĠIT U L-KONTIJIET KONSOLIDATI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2010

INFORMAZZJONI TA' SFOND DWAR IL-BAĠIT

1.   L-ISTABBILIMENT TAL-BAĠIT

Il-baġit jinkludi d-dħul u n-nefqa tal-Unjoni Ewropea kif approvati mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Huwa jinkludi wkoll il-politika komuni tal-affarijiet barranin u s-sigurtà, kif ukoll kwalunkwe nefqa oħra illi l-Kunsill jikkunsidra bħala waħda illi għandha tiġi sostnuta mill-baġit bl-iskop tal-implimentazzjoni ta' din il-politika.

2.   IL-BAŻI LEGALI

Il-baġit huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattati (l-Artikoli 310 sa 325 TFUE u 106a KEEA) (1) u mir-regolamenti finanzjarji (2).

3.   IL-PRINĊIPJI BAĠITARJI KIF STABBILITI FIT-TRATTATI U FIR-REGOLAMENT FINANZJARJU

Id-dħul u l-infiq kollu tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi inkluż ġo baġit wieħed (unità u preċiżjoni). Il-baġit huwa awtorizzat għal sena finanzjarja waħda biss (annwalità). Id-dħul u l-infiq tal-baġit għandhom jibbilanċjaw (ekwilibriju). Il-kontijiet huma stabbiliti, implimentati u ppreżentati fl-euro (unità ta' kont). Id-dħul għandu jiġi użat mingħajr distinzjoni sabiex jiffinanzja n-nefqa kollha u, bħan-nefqa, għandu jiġi rreġistrat sħiħ fil-baġit u sussegwentement fir-rendikonti finanzjarji mingħajr l-aġġustament ta' punt partikolari kontra ieħor (universalità). L-approprjazzjonijiet huma mmirati għal skopijiet speċifiċi skont it-titolu u l-kapitolu, il-kapitoli huma suddiviżi f'artikoli u punti (speċifikazzjoni). L-approprjazzjonijiet baġitarji għandhom jintużaw skont il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività (ġestjoni finanzjarja tajba). Il-baġit huwa stabbilit u implimentat u l-kontijiet huma ppreżentati fl-osservanza tal-prinċipju tat-trasparenza (trasparenza). Hemm ċerti eċċezzjonijiet għal dawn il-prinċipji ġenerali.

4.   IL-KONTENUT U L-ISTRUTTURA TAL-BAĠIT

Il-baġit jikkonsisti f'’Rendikont sommarju tad-dħul u l-infiq’ u f'taqsimiet diviżi f'’Rendikonti tad-dħul u l-infiq’ għal kull istituzzjoni. It-tmien taqsimiet huma: (I) il-Parlament; (II) il-Kunsill; (III) il-Kummissjoni; (IV) il-Qorti tal-Ġustizzja; (V) il-Qorti tal-Awdituri; (VI) il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali; (VII) il-Kumitat tar-Reġjuni (VIII) l-Ombudsman Ewropew u (IX) l-Uffiċjal Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

F’kull taqsima, punti ta' dħul u ta' nfiq huma klassifikati taħt intestaturi tal-baġit (titoli, kapitoli, artikoli, u fejn applikabbli, punti) skont it-tip tagħhom jew skont l-użu li għalih ikunu ser jiġu applikati.

5.   IL-FINANZJAMENT TAL-BAĠIT (DĦUL BAĠITARJU)

Il-baġit huwa ffinanzjat prinċipalment mir-riżorsi tal-Unjoni Ewropea stess: riżorsi proprji bbażati fuq id-DGN, riżorsi proprji li jiġu mill-VAT, dazji doganali, dazji agrikoli u imposti fuq iz-zokkor u l-isoglukosju (3).

Minbarra r-riżorsi proprji, hemm ukoll punti oħra ta' dħul marġinali; (ara d-Dijagramma I ).

6.   IT-TIPI TA' APPROPRJAZZJONJIET MILL-BAĠIT

Sabiex tiġi koperta n-nefqa stmata, it-tipi ta' approprjazzjonijiet mill-baġit li ġejjin huma distinti fil-baġit:

a)

approprjazzjonijiet differenzjati (DA) jintużaw sabiex jiġu ffinanzjati attivitajiet multi-annwali f'ċerti oqsma tal-baġit. Huma jinkludu approprjazzjonjiet ta' impenji (CA) u approprjazzjonijiet ta' pagamenti (PA):

l-approprjazzjonijiet ta' impenji jippermettu illi jiġu kuntrattati obbligazzjonijiet legali waqt sena finanzjarja għal attivitajiet illi l-implimentazzjoni tagħhom tkun testendi fuq numru ta' snin finanzjarji;

l-approprjazzjonijiet ta' pagamenti jippermettu illi tiġi koperta nefqa illi toħroġ minn impenji li jkunu ġew assunti waqt is-snin finanzjarji kurrenti jew preċedenti;

b)

approprjazzjonijiet mhux differenzjati (NDA) jippermettu illi jiġi assigurat l-impenn u l-pagament tan-nefqa relatata mal-attivitajiet annwali waqt kull sena finanzjarja.

Għalhekk huwa importanti illi jiġu stabbiliti ż-żewġ somom totali li ġejjin għal kull sena finanzjarja:

a)

it-total ta' approprjazzjonijiet għall-impenji (AFC) (4) = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati (NDA) + approprjazzjonjiet ta' impenji (CA) (4);

b)

it-total ta' approprjazzjonijiet għall-pagament (AFP) (4) = approprjazzjonijiet mhux differenzjati (NDA) + approprjazzjonijiet ta' pagamenti (PA) (4).

Id-dħul miġbur fil-baġit huwa maħsub sabiex jiġu koperti l-approprjazzjonijiet għall-pagamenti kollha. L-approprjazzjonijiet ta’ impenji m'għandhomx bżonn jiġu koperti mid-dħul.

Il-preżentazzjoni simplifikata li ġejja (bl-ammonti illustrattivi) turi l-impatt ta' dawn it-tipi ta' approprjazzjonijiet f'kull sena tal-baġit.

Image

7.   L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

7.1.   Ir-responsabbilità għall-implimentazzjoni

Il-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ir-responsabbiltà tagħha stess skont ir-Regolament Finanzjarju u fil-parametri tal-approprjazzjonijiet allokati; hija wkoll tikkonferixxi lill-istituzzjonijiet l-oħra l-poteri neċessarji għall-implimentazzjoni tat-taqsimiet tal-baġit relatati magħhom (5). Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi l-proċeduri tal-implimentazzjoni u, partikolarment, ir-responsabbilitajiet tal-uffiċċjali li jawtorizzaw, l-uffiċjali tal-kontabilità, l-amministraturi ta' kontijiet imprest u l-awdituri interni tal-istituzzjonijiet. Fl-akbar żewġt oqsma tan-nefqa (il-Garanzija FAEGG u l-Fondi Strutturali), il-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni Ewropea hija maqsuma mal-Istati Membri.

7.2.   L-implimentazzjoni tad-dħul

Id-dħul stmat jiġi mdaħħal fil-baġit soġġett għal tibdil li joħroġ minn baġits ta' emenda.

L-implimentazzjoni baġitarja tad-dħul tikkonsisti fl-istabbiliment ta’ intitolazzjonijiet u l-irkupru tad-dħul dovut lill-Unjoni Ewropea (riżorsi proprji u dħul ieħor). Hija rregolata minn ċerti dispożizzjonijiet speċjali (6). Id-dħul reali ta' sena finanzjarja jikkonsisti fit-total tas-somom miġbura kontra l-intitolazzjonjiet stabbiliti waqt is-sena finanzjarja kurrenti, u s-somom miġbura kontra l-intitolazzjonijiet illi għad iridu jiġu rkuprati minn snin finanzjarji preċedenti.

7.3.   L-implimentazzjoni tan-nefqa

In-nefqa stmata hija mdaħħla fil-baġit.

L-implimentazzjoni baġitarja tan-nefqa, jiġifieri l-evoluzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet, tista' tiġi deskritta fil-qasir b'dan il-mod:

a)

approprjazzjonijiet għall-impenji:

i)   evoluzzjoni ta' approprjazzjonijiet: l-approprjazzjonijiet totali għall-impenji disponibbli f'sena finanzjarja huma magħmulha kif ġej: baġit inizjali (NDA u CA) + baġits ta' emenda + dħul assenjat + trasferimenti + approprjazzjonijiet għal impenji trasferiti mis-sena finanzjarja preċedenti + approprjazzjonijiet ta' impenji meħlusa minn snin finanzjarji preċedenti u li saru disponibbli mill-ġdid;

ii)   utilizzazzjoni ta' approprjazzjonijiet: l-approprjazzjonijiet finali għall-impenji huma disponibbli fis-sena finanzjarja għall-użu taħt forma ta' impenji assunti (approprjazzjonijiet għall-impenji utilizzati = l-ammont ta' impenji assunti);

iii)   approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem minn sena finanzjarja għas-sena finanzjarja li jmiss: approprjazzjonjiet ta’ sena finanzjarja li ma ġewx użati jistgħu jinġiebu ’l quddiem għas-sena finanzjarja li jmiss wara deċiżjoni mill-istituzzjoni kkonċernata. Approprjazzjonijiet disponibbli bħala dħul assenjat huma awtomatikament miġjuba ’l quddiem;

iv)   annullament ta' approprjazzjonijiet: il-bilanċ huwa annullat;

b)

approprjazzjonijiet għall-pagament:

(i)   evoluzzjoni tal-approprjazzjonijiet: it-total tal-approprjazzjonijiet għall-pagament disponibbli għas-sena finanzjarja huma magħmulin kif ġej: baġit inizjali (NDA u PA) + baġits ta' emenda + dħul assenjat + trasferimenti + approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti fil-forma ta' ammonti miġjuba ’l quddiem awtomatikament jew ammonti miġjuba ’l quddiem mhux awtomatikament.

(ii)   l-użu ta' approprjazzjonijiet tas-sena finanzjarja: l-approprjazzjonijiet għall-pagament tas-sena finanzjarja huma disponibbli fis-sena finanzjarja għall- użu bħala pagamenti. Huma ma jinkludux approprjazzjonijiet miġjuba ‘l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti (approprjazzjonijiet użati għall-pagamenti = ammont tal-pagamenti mwettqa kontra l-approprjazzjonijiet tas-sena finanzjarja);

(iii)   approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem minn sena finanzjarja għas-sena finanzjarja li jmiss: approprjazzjonijiet mhux użati tas-sena finanzjarja jistgħu jinġiebu ’l quddiem għas-sena finanzjarja li jmiss wara deċiżjoni tal-istituzzjoni kkonċernata. Approprjazzjonijiet disponibbli bħala dħul assenjat jinġiebu ’l quddiem awtomatikament;

(iv)   annullament ta' approprjazzjonijiet: il-bilanċ huwa annullat;

(v)   pagamenti totali waqt is-sena finanzjarja: pagamenti kontra approprjazzjonijiet għall-pagamenti tas-sena finanzjarja + pagamenti kontra approprjazzjonijiet għall-pagamenti miġjuba ’l quddiem mis-sena finanzjarja preċedenti;

(vi)   nefqa reali attribwita għal sena finanzjarja: nefqa fir-rendikonti konsolidati fuq l-implimentazzjoni baġitarja (ara l-paragrafu 7.4) = pagamenti kontra approprjazzjonijiet għall-pagamenti tas-sena finanzjarja + approprjazzjonijiet għall-pagamenti tas-sena finanzjarja miġjuba ’l quddiem għas-sena finanzjarja li jmiss.

7.4.   Ir-rendikonti konsolidati tal-implimentazzjoni tal-baġit u d-determinazzjoni tal-bilanċ tas-sena finanzjarja

Ir-rendikonti konsolidati tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu ppreparati wara l-għeluq ta' kull sena finanzjarja. Huma jiddeterminaw il-bilanċ tas-sena, li jiddaħħal fil-baġit tas-sena finanzjarja li jmiss permezz ta' baġit ta’ emenda.

8.   IL-PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET

Il-kontijiet għal sena finanzjarja partikolari jiġu mibgħuta lill-Parlament, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri; dawn il-kontijiet jinkludu rendikonti finanzjarji u rendikonti fuq l-implimentazzjoni tal-baġit, flimkien ma' rapport fuq il-ġestjoni tal-baġit u dik finanzjarja. Il-kontijiet provviżorji jintbagħtu mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara; ir-rendikonti finali jridu jiġu ppreżentati sal-31 ta’ Lulju ta’ dik is-sena.

9.   IL-VERIFIKA ESTERNA

Sa mill-1977 il-verifika esterna tal-baġit ġiet imwettqa mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (7). Il-Qorti tal-Awdituri teżamina l-kontijiet tad-dħul u tan-nefqa kollha tal-baġit. Hija għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u fuq il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Hija tikkunsidra wkoll jekk id-dħul ġiex irċevut u n-nefqa ġietx magħmula b'mod legali u regolari, u jekk il-ġestjoni finanzjarja kinitx waħda tajba. Il-verifiki jistgħu jsiru qabel l-għeluq tas-sena finanzjarja involuta u jiġu magħmula fuq bażi ta' reġistri u, fejn hemm bżonn, fuq il-post mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi. Il-Qorti tal-Awdituri tagħmel rapport annwali għal kull sena finanzjarja u tista' wkoll, fi kwalunkwe żmien, tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha fuq kwistjonijiet speċifiċi u tagħti opinjonijiet fuq talba ta' kwalunkwe istituzzjoni tal-Unjoni.

10.   IL-KWITTANZA U S-SEGWITU

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma applikabbli sa mill-1977 (8): il-Parlament, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, qabel it-30 ta' April tat-tieni sena li ssegwi s-sena finanzjarja kkonċernata, jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħha tal-baġit. Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Parlament wara xulxin jeżaminaw il-kontijiet ippreżentati mill-Kummissjoni u r-rapport annwali u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri. L-isitituzzjonijiet għandhom jieħdu l-azzjoni adattata b'risposta għall-kummenti li jidhru fid-deċiżjonijiet ta’ kwittanza u jirrappurtaw fuq il-miżuri li jkunu ttieħdu.

NOTI TA' SPJEGAZZJONI

IS-SORSI TA' DATA FINANZJARJA

Id-data finanzjarja li tinsab f'din l-Appendiċi ġiet meħuda mill-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea u minn reġistri finanzjarji oħra pprovduti mill-Kummissjoni. Id-distribuzzjoni ġeografika hija skont il-kodiċi tal-pajjiżi fis-sistema ta' informazzjoni tal-kontabilità tal-Kummissjoni (ABAC). Kif tinnota l-Kummissjoni, il-figuri kollha mogħtija mill-Istati Membri — kemm għad-dħul kif ukoll għall-infiq, — huma r-riżultat ta' aritmetika illi tagħti stampa inkompleta tal-benefiċċji illi kull Stat jieħu mill-Unjoni. Għalhekk huma għandhom jiġu interpretati bi prudenza.

L-UNITÀ MONETARJA

Id-data finanzjarja kollha hija ppreżentata f'miljuni ta' euro. It-totali huma mqarrba sal-eqreb numru sħiħ u għalhekk ma jirrappreżentawx neċessarjament is-somma taċ-ċifri proprja.

ABBREVJAZZJONIJIET U SIMBOLI

AFC

Approprjazzjonijiet għall-impenji

AFP

Approprjazzjonijiet għall-pagament

AT

L-Awstrija

BE

Il-Belġju

BG

Il-Bulgarija

CA

Approprjazzjonijiet ta' impenji

CY

Ċipru

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DA

Approprjazzjonijiet Differenzjati

DE

Il-Ġermanja

DIA

Dijagramm li ssir referenza għalih f’dijagrammi oħrajn (eż. DIA III)

DK

Id-Danimarka

EE

L-Estonja

EFTA

Assoċjazzjoni Ewropea ta' Kummerċ Ħieles

EL

Il-Greċja

ES

Spanja

FI

Il-Finlandja

FR

Franza

FINREG

Regolament Finanzjarju tal-25 ta' Ġunju 2002

ĠU

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

GNI

Dħul Gross Nazzjonali

HU

L-Ungerija

IE

L-Irlanda

IT

L-Italja

KE

Komunità Ewropea/Komunitajiet Ewropej

KEEA jew Euratom

Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

LV

Il-Latvja

MT

Malta

NDA

Approprjazzjonjiet mhux differenzjati

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

PA

Approprjazzjonijiet ta' pagamenti

PL

Il-Polonja

PT

Il-Portugall

RO

Ir-Rumanija

S

Taqsima tal-Baġit

SE

L-Isvezja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

T

Titolu tal-baġit

TFUE

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Eeropea

UE

L-Unjoni Ewropea

UE-27

Total għas-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

UK

Ir-Renju Unit

VAT

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

0,0

Data bejn 0 u 0,05

Nuqqas ta' data

DIJAGRAMMI RELATATI MAL-BAĠIT U L-KONTIJIET KONSOLIDATI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2010

DIA I

Baġit 2010 – Dħul stmat u approprjazzjonijiet għall-pagamenti finali

DIA II

Baġit 2010 – Approprjazzjonijiet għall-impenji

DIA III

Approprjazzjonijiet għall-impenji disponibbli fl-2010 u l-użu tagħhom,

DIA IV

Approprjazzjonijiet għall-pagamenti disponibbli fl-2010 u l-użu tagħhom,

DIA V

Rizorsi propji fl-2010, mill-Istat Membru

DIA VI

Pagamenti mwettqa fl-2010, f'kull Stat Membru

DIA VII

Karta tal-bilanċ konsolidata

DIA VIII

Kont tar-riżultat ekonomiku konsolidat

Image

Image

Id-Dijagramma III

L-approprjazzjonijiet għall-impenji disponibbli fl-2010 u l-użu tagħhom

(EUR miljun u %)

It-Taqsimiet (S) u t-Titoli (T) li jikkorrispondu man-nomenklatura baġitarja tal-2010 u l-intestaturi tal-qafas finanzjarju

L-approprjazzjonijiet finali

Użu tal-approprjazzjonijiet

Ammont (9)

L-impenji rreġistrati

Ir-rata ta' utilizzazzjoni

(%)

miġjuba 'l quddiem għall-2011

Rata

(%)

Annullamenti

Rata

(%)

(a)

(b)

(b)/(a)

(c)

(c)/(a)

(d) = (a) – (b) – (c)

(d)/(a)

In-nomenklatura baġitarja

I

Il-Parlament (S. I)

1 752,4

1 585,8

90,5

110,6

6,3

55,9

3,2

II

Il-Kunsill (S. II)

703,3

633,5

90,1

29,1

4,1

40,7

5,8

III

Il-Kummissjoni (S. III)

144 100,2

139 832,5

97,0

3 645,3

2,5

622,4

0,4

III.1

L-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji (T.01)

455,0

450,8

99,1

1,5

0,3

2,7

0,6

III.2

L-intrapriża (T.02)

907,0

844,7

93,1

51,5

5,7

10,7

1,2

III.3

Il-kompetizzjoni (T.03)

95,3

92,3

96,9

2,1

2,2

0,9

1,0

III.4

L-impjiegi u l-affarijiet soċjali (T.04)

11 414,0

11 378,1

99,7

25,9

0,2

10,0

0,1

III.5

L-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (T.05)

60 878,5

58 880,4

96,7

1 967,2

3,2

30,8

0,1

III.6

L-enerġija u t-trasport (T.06)

5 089,4

4 863,9

95,6

215,3

4,2

10,1

0,2

III.7

L-ambjent (T.07)

494,3

458,7

92,8

12,9

2,6

22,8

4,6

III.8

Ir-riċerka (T.08)

5 911,7

5 544,6

93,8

366,0

6,2

1,1

0,0

III.9

Is-soċjetà tal-informazzjoni u l-midja (T.09)

1 816,9

1 692,0

93,1

121,0

6,7

4,0

0,2

III.10

Ir-riċerka diretta (T.10)

847,2

461,7

54,5

385,2

45,5

0,4

0,0

III.11

Is-sajd u l-affarijiet marittimi (T.11)

1 005,2

977,1

97,2

3,2

0,3

25,0

2,5

III.12

Is-suq intern (T.12)

77,6

76,2

98,2

1,3

1,6

0,1

0,1

III.13

Il-politika reġjonali (T.13)

39 020,1

38 980,7

99,9

23,4

0,1

16,0

0,0

III.14

It-tassazzjoni u l-unjoni doganali (T.14)

139,0

132,8

95,5

1,6

1,1

4,6

3,3

III.15

L-edukazzjoni u l-kultura (T.15)

1 816,7

1 641,0

90,3

173,0

9,5

2,7

0,2

III.16

Il-komunikazzjoni (T.16)

222,8

217,3

97,5

1,8

0,8

3,7

1,7

III.17

Is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur (T.17)

703,5

676,0

96,1

8,7

1,2

18,7

2,7

III.18

Il-qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (T.18)

1 128,1

1 070,0

94,8

53,1

4,7

5,0

0,4

III.19

Ir-relazzjonijiet esterni (T.19)

4 449,7

4 358,8

98,0

85,8

1,9

5,0

0,1

III.20

Il-kummerċ (T.20)

80,5

78,2

97,1

1,3

1,6

1,1

1,4

III.21

L-iżvilupp u r-relazzjonijiet mal-pajjiżi AKP (T.21)

1 737,1

1 686,2

97,1

49,1

2,8

1,8

0,1

III.22

It-tkabbir (T.22)

1 035,2

1 023,4

98,9

10,1

1,0

1,6

0,2

III.23

L-għajnuna umanitarja (T.23)

1 069,7

1 058,0

98,9

2,1

0,2

9,6

0,9

III.24

Il-ġlieda kontra l-frodi (T.24)

77,7

76,7

98,8

0,0

0,0

0,9

1,2

III.25

Il-politika ta' koordinazzjoni u parir legali tal-Kummissjoni (T.25)

198,6

192,9

97,1

4,4

2,2

1,4

0,7

III.26

L-amministrazzjoni tal-Kummissjoni (T.26)

1 111,3

1 070,4

96,3

38,2

3,4

2,6

0,2

III.27

Il-baġit (T.27)

67,0

63,5

94,7

2,7

4,0

0,9

1,3

III.28

Il-verifika (T.28)

11,6

11,2

96,3

0,3

2,6

0,1

1,2

III.29

L-istatistika (T.29)

152,9

138,7

90,7

7,8

5,1

6,4

4,2

III.30

Il-pensjonijiet u n-nefqa relatata (T.30)

1 209,6

1 205,2

99,6

0,0

0,0

4,5

0,4

III.31

Is-servizzi tal-lingwa (T.31)

461,7

431,2

93,4

28,8

6,2

1,7

0,4

III.40

Ir-riżervi (T.40)

415,3

415,3

100,0

IV

Il-Qorti tal-Ġustizzja (S. IV)

331,5

324,5

97,9

1,5

0,4

5,5

1,7

V

Il-Qorti tal-Awdituri (S. V)

148,6

138,2

93,0

0,4

0,3

10,0

6,7

VI

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (S. VI)

127,2

124,7

98,0

0,2

0,1

2,4

1,9

VII

Il-Kumitat tar-Reġjuni (S. VII)

90,8

90,3

99,4

0,0

0,0

0,5

0,6

VIII

L-Ombudsman Ewropew (S. VIII)

9,3

8,4

89,7

1,0

10,3

IX

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (S. IX)

7,1

5,9

82,7

1,2

17,3

It-total ġenerali tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

147 270,4

142 743,8

96,9

3 787,0

2,6

739,6

0,5

Il-Qafas Finanzjarju

1

It-Tkabbir Sostenibbli

66 243,2

64 453,3

97,3

1 311,9

2,0

478,0

0,7

2

Il-Preżervazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

62 311,6

60 250,8

96,7

1 969,9

3,2

91,0

0,1

3

Iċ-Ċittadinanza, il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja

1 905,8

1 795,2

94,2

97,5

5,1

13,1

0,7

4

L-UE bħala parteċipanta globali

8 417,9

8 247,2

98,0

154,2

1,8

16,5

0,2

5

L-amministrazzjoni

8 391,9

7 997,3

95,3

253,7

3,0

141,0

1,7

6

Il-kumpens

It-total ġenerali tal-approprjazzjonijiet għall-impenji

147 270,4

142 743,8

96,9

3 787,0

2,6

739,6

0,5

It-total ġenerali tal-approprjazzjonijiet għall-pagamenti

130 527,0

122 230,7

93,6

5 557,4

4,3

2 739,0

2,1


Id-Dijagramma IV

L-approprjazzjonijiet għall-pagamenti disponibbli fl-2010 u l-użu tagħhom

(EUR miljun u %)

Taqsimiet (S) u titoli (T) li jikkorrispondu man-nomenklatura baġitarja tal-2010 u l-intestaturi tal-qafas finanzjarju

approprjazzjonijiet finali (10)

L-użu tal-approprjazzjonijiet

Il-pagamenti magħmula fl-2010

Ir-rata ta' użu

(%)

It-trasferimenti għall-2011

Rata

(%)

Kanċellazzjonijiet

Rata

(%)

(a)

(b)

(b)/(a)

(c)

(c)/(a)

(d) = (a) – (b) – (c)

(d)/(a)

In-nomenklatura tal-baġit

I

Il-Parlament (S. I)

1 938,1

1 506,6

77,7

350,9

18,1

80,7

4,2

II

Il-Kunsill (S. II)

748,4

620,3

82,9

80,5

10,8

47,5

6,3

III

Il-Kummissjoni (S. III)

127 031,1

119 373,9

94,0

5 073,0

4,0

2 584,2

2,0

III.1

L-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji (T.01)

400,5

288,8

72,1

67,4

16,8

44,3

11,1

III.2

L-intrapriża (T.02)

770,9

658,0

85,4

98,7

12,8

14,2

1,8

III.3

Il-kompetizzjoni (T.03)

103,5

91,9

88,8

9,8

9,5

1,8

1,7

III.4

L-impjiegi u l-affarijiet soċjali (T.04)

8 543,3

7 481,1

87,6

43,4

0,5

1 018,9

11,9

III.5

L-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (T.05)

58 421,2

55 611,3

95,2

2 324,8

4,0

485,1

0,8

III.6

L-enerġija u t-trasport (T.06)

3 369,2

2 858,9

84,9

187,2

5,6

323,1

9,6

III.7

L-ambjent (T.07)

438,0

358,2

81,8

23,8

5,4

56,0

12,8

III.8

Ir-riċerka (T.08)

5 369,2

4 506,5

83,9

848,2

15,8

14,5

0,3

III.9

Is-soċjetà tal-informazzjoni u midja (T.09)

1 986,3

1 786,3

89,9

196,9

9,9

3,1

0,2

III.10

Ir-riċerka diretta (T.10)

789,3

438,2

55,5

344,0

43,6

7,2

0,9

III.11

L-affarijiet marittimi u s-sajd (T.11)

827,4

655,6

79,2

39,2

4,7

132,6

16,0

III.12

Is-suq intern (T.12)

79,9

70,8

88,7

7,0

8,8

2,0

2,5

III.13

Il-politika reġjonali (T.13)

30 709,4

30 622,6

99,7

79,1

0,3

7,7

0,0

III.14

It-tassazzjoni u l-unjoni doganali (T.14)

135,7

125,6

92,5

9,5

7,0

0,7

0,5

III.15

L-edukazzjoni u l-kultura (T.15)

1 782,8

1 571,7

88,2

205,3

11,5

5,9

0,3

III.16

Il-komunikazzjoni (T.16)

230,8

206,0

89,2

14,1

6,1

10,8

4,7

III.17

Is-saħħa u l-protezzjoni tal-konsumatur (T.17)

664,5

590,4

88,8

44,5

6,7

29,6

4,5

III.18

Il-qasam ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (T.18)

839,8

744,9

88,7

71,2

8,5

23,7

2,8

III.19

Ir-relazzjonijiet esterni (T.19)

3 867,5

3 683,0

95,2

83,5

2,2

101,0

2,6

III.20

Il-kummerċ (T.20)

90,4

76,9

85,1

6,3

7,0

7,2

7,9

III.21

L-iżvilupp u r-relazzjonjiet mal-Istati AKP (T.21)

1 818,8

1 707,8

93,9

55,2

3,0

55,8

3,1

III.22

It-tkabbir (T.22)

1 152,5

1 130,2

98,1

16,0

1,4

6,3

0,5

III.23

L-għajnuna umanitarja (T.23)

977,8

970,9

99,3

5,9

0,6

0,9

0,1

III.24

Il-ġlieda kontra l-frodi (T.24)

82,3

72,7

88,3

7,0

8,5

2,6

3,1

III.25

Il-politika ta' koordinazzjoni u parir legali tal-Kummissjoni (T.25)

214,5

188,7

87,9

22,3

10,4

3,6

1,7

III.26

L-amministrazzjoni tal-Kummissjoni (T.26)

1 239,4

1 044,0

84,2

176,8

14,3

18,5

1,5

III.27

Il-Baġit (T.27)

77,2

64,7

83,8

11,2

14,5

1,3

1,7

III.28

Il-verifika (T.28)

12,3

10,6

86,6

1,4

11,8

0,2

1,6

III.29

L-istatistika (T.29)

148,0

125,8

85,0

16,6

11,2

5,6

3,8

III.30

Il-pensjonijiet u n-nefqa relatata (T.30)

1 209,6

1 205,2

99,6

0,0

0,0

4,5

0,4

III.31

Is-Servizzi tal-Lingwa (T.31)

486,1

426,5

87,7

56,6

11,6

2,9

0,6

III.40

Ir-Riżervi (T.40)

192,9

192,9

100,0

IV

Il-Qorti tal-Ġustizzja (S. IV)

349,7

323,1

92,4

18,3

5,2

8,3

2,4

V

Il-Qorti tal-Awdituri (S. V)

209,8

182,4

86,9

16,7

7,9

10,8

5,2

VI

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (S. VI)

134,4

121,5

90,4

9,3

7,0

3,6

2,7

VII

Il-Kumitat tar-Reġjuni (S. VII)

97,2

89,4

92,0

6,7

6,9

1,0

1,1

VIII

L-Ombudsman Ewropew (S. VIII)

10,1

8,5

84,3

0,5

5,2

1,1

10,5

IX

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (S. IX)

8,2

5,0

61,1

1,4

16,8

1,8

22,1

It-total ġenerali tal-approprjazzjonijiet għall-pagamenti

130 527,0

122 230,7

93,6

5 557,4

4,3

2 739,0

2,1

Il-Qafas Finanzjarju

1

It-Tkabbir Sostenibbli

52 103,0

48 828,0

93,7

1 905,3

3,7

1 369,7

2,6

2

Il-Preżervazzjoni u l-Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali

59 630,4

56 647,3

95,0

2 381,9

4,0

601,2

1,0

3

Iċ-ċittadinanza, il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja

1 616,6

1 373,0

84,9

199,3

12,3

44,4

2,7

4

L-UE bħala parteċipanta globali

8 101,2

7 486,5

92,4

114,1

1,4

500,6

6,2

5

L-amministrazzjoni

9 075,8

7 895,8

87,0

956,8

10,5

223,1

2,5

6

Il-kumpens

It-total ġenerali tal-approprjazzjonijiet għall-pagamenti

130 527,0

122 230,7

93,6

5 557,4

4,3

2 739,0

2,1


Id-Dijagramma V

Ir-riżorsi proprji fl-2010, skont l-Istat Membru

(EUR miljun u %)

Ir-riżultat tad-dħul

Image

 

BE

BG

CZ

DK

DE

EE

IE

EL

ES

FR

IT

CY

LV

LT

LU

HU

MT

NL

AT

PL

PT

RO

SI

SK

FI

SE

UK (11)

EU-27 (13)

Ir-riżorsi proprji tradizzjonali

1 489,6

42,4

189,4

306,8

3 064,5

17,2

185,6

215,4

1 158,1

1 407,3

1 668,0

26,4

16,8

39,1

12,7

92,6

9,8

1 749,2

166,6

317,8

134,2

100,9

66,6

107,3

127,0

434,3

2 513,5

15 659,3

Ir-riżorsi mill-VAT

439,2

46,0

180,9

256,9

1 586,9

19,7

193,8

293,6

760,4

2 380,6

1 558,9

24,9

13,7

31,6

39,3

119,4

8,1

202,3

287,1

518,3

281,7

124,1

50,1

53,4

226,7

149,5

2 629,0

12 475,9

Ir-riżorsi mid-DGN

2 662,4

247,2

1 051,4

1 705,7

18 703,8

98,9

950,1

1 616,9

7 611,3

14 762,0

11 386,6

124,3

133,9

186,4

196,6

702,2

40,4

4 219,2

2 131,7

2 630,9

1 344,0

859,6

250,9

450,1

1 256,0

2 771,6

12 963,4

91 057,7

Il-korrezzjoni għar-Renju Unit

168,4

14,7

66,8

95,2

249,6

5,6

56,1

168,5

496,2

897,6

615,7

7,7

9,5

10,2

10,7

34,6

2,6

54,9

22,7

167,0

77,2

50,6

16,6

32,3

80,6

36,2

–3 562,7

– 114,8

It-tnaqqis għal NL u SV (12)

23,6

2,2

9,2

15,9

167,8

0,9

8,6

15,6

69,4

133,4

103,1

1,1

1,2

1,8

1,9

6,2

0,4

– 612,1

18,9

22,9

10,8

8,0

2,3

4,4

11,8

– 148,5

116,1

–3,2

Aġġustamenti tal-2007 u l-2008

TOTAL

4 783,2

352,6

1 497,7

2 380,5

23 772,6

142,4

1 394,3

2 310,1

10 095,4

19 580,8

15 332,4

184,5

175,0

269,1

261,2

955,0

61,2

5 613,6

2 626,9

3 656,8

1 847,9

1 143,1

386,6

647,3

1 702,2

3 243,1

14 659,4

119 074,9

 

4,0 %

0,3 %

1,3 %

2,0 %

20,0 %

0,1 %

1,2 %

1,9 %

8,5 %

16,4 %

12,9 %

0,2 %

0,1 %

0,2 %

0,2 %

0,8 %

0,1 %

4,7 %

2,2 %

3,1 %

1,6 %

1,0 %

0,3 %

0,5 %

1,4 %

2,7 %

12,3 %

100,0 %


Id-Dijagramma VI

Il-pagamenti mwettqa fl-2010, f'kull Stat Membru  (14)

Nota: Pagamenti mwettqa fl-2010 = pagamenti kontra approprjazzjonijiet operattivi 2010 u pagamenti kontra ammonti miġjuba 'l quddiem mill-2009.

(EUR miljun u %)

L-intestaturi tal-qafas finanzjarju

Image

 

BE

BG

CZ

DK

DE

EE

IE

EL

ES

FR

IT

CY

LV

LT

LU (16)

HU

MT

NL

AT

PL

PT

RO

SI

SK

FI

SE

UK

Pajjiżi terzi u varji. (15)

Total

It-Tkabbir Sostenibbli

1 005,0

466,0

2 315,3

301,3

4 202,7

605,4

278,5

2 710,7

5 957,1

2 943,6

3 208,0

86,7

540,0

1 025,4

110,9

2 164,2

72,1

745,7

367,1

7 958,0

3 051,0

566,1

518,8

1 208,9

349,7

449,6

2 459,1

3 161,2

48 828,0

Il-Kompetittività

803,4

68,8

83,0

234,5

1 199,1

39,6

180,2

163,4

831,9

1 469,2

640,5

19,8

31,0

122,6

102,3

78,0

6,2

513,1

204,9

177,0

167,1

53,9

43,0

112,8

196,3

252,0

789,2

3 066,1

11 648,9

Il-Koeżjoni

201,5

397,1

2 232,3

66,8

3 003,7

565,8

98,3

2 547,2

5 125,2

1 474,5

2 567,5

66,9

509,0

902,8

8,6

2 086,2

66,0

232,6

162,2

7 781,0

2 883,9

512,2

475,8

1 096,1

153,4

197,5

1 669,8

95,0

37 179,1

Il-Preż. tar-Riżorsi Nazzjonali

841,5

575,1

1 062,2

1 153,9

6 968,5

179,7

1 718,4

2 942,5

7 185,3

9 889,1

5 832,6

72,8

287,2

544,1

58,0

1 430,3

22,1

1 125,5

1 356,7

3 697,9

1 267,8

1 439,5

209,1

679,9

909,8

1 064,4

3 978,7

154,9

56 647,3

Iċ-ċitt., libertà, sigurtà u ġustizzja

147,0

21,6

14,4

13,2

86,4

9,4

27,5

42,3

54,7

139,0

166,0

5,8

8,7

18,1

12,8

23,3

10,8

148,6

47,7

108,0

29,6

14,6

12,9

8,8

15,6

78,2

68,7

39,3

1 373,0

L-UE bħala parteċipanta globali

184,9

144,2

3,5

1,6

71,4

4,1

1,3

4,2

34,4

43,8

37,3

40,3

1,9

2,0

0,4

3,1

12,8

20,4

30,1

3,1

278,3

4,2

1,1

6,4

16,9

30,2

6 504,4

7 486,5

L-amministrazzjoni

4 294,5

14,6

18,7

52,5

193,4

9,1

44,4

41,7

88,6

337,0

269,8

8,2

10,0

11,8

1 346,0

33,0

7,7

87,4

20,8

31,7

30,3

22,5

9,4

11,5

23,4

28,8

139,3

709,9

7 895,8

Il-Kumpens

TOTAL

6 472,8

1 221,5

3 414,1

1 522,6

11 522,5

807,7

2 070,1

5 741,3

13 320,1

13 352,6

9 513,7

213,8

847,7

1 601,4

1 528,1

3 653,9

112,6

2 120,0

1 812,7

11 825,7

4 381,8

2 321,1

754,3

1 910,2

1 304,9

1 637,8

6 675,9

10 569,7

122 230,7

 

5,3 %

1,0 %

2,8 %

1,2 %

9,4 %

0,7 %

1,7 %

4,7 %

10,9 %

10,9 %

7,8 %

0,2 %

0,7 %

1,3 %

1,3 %

3,0 %

0,1 %

1,7 %

1,5 %

9,7 %

3,6 %

1,9 %

0,6 %

1,6 %

1,1 %

1,3 %

5,5 %

8,6 %

100,0 %


Id-Dijagramma VII

Il-karta tal-bilanċ konsolidata  (17)

(EUR miljun)

 

31.12.2010

31.12.2009

L-attivi mhux kurrenti:

L-attivi fissi mhux tanġibbli

108

72

Il-proprjetà, l-impjanti u l-apparat

4 813

4 859

L-investimenti ta' skadenza twila

2 555

2 379

Is-self

11 640

10 764

Il-prefinanzjament ta' skadenza twila

44 118

41 544

Ir-riċevibbli ta' skadenza twila

40

55

 

63 274

59 673

L-attivi kurrenti:

L-inventarji

91

77

L-investimenti ta' skadenza qasira

2 331

1 791

Il-prefinanzjament ta' skadenza qasira

10 078

9 436

Ir-riċevibbli ta' skadenza qasira

13 501

8 958

Il-flus likwidi u ekwivalenti

22 063

23 372

 

48 064

43 634

L-attivi totali

111 338

103 307

Il-passivi mhux kurrenti:

Il-benefiċċji tal-impjegati

(37 172)

(37 242)

Il-proviżjonijiet ta' skadenza twila

(1 317)

(1 469)

Il-passivi finanzjarji ta' skadenza twila

(11 445)

(10 559)

Il-passivi oħra fit-tul

(2 104)

(2 178)

 

(52 038)

(51 448)

Il-passivi kurrenti:

Il-proviżjonijiet ta' skadenza qasira

(214)

(213)

Il-passivi finanzjarji ta' skadenza qasira

(2 004)

(40)

Il-kontijiet pagabbli

(84 529)

(93 884)

 

(86 747)

(94 137)

Il-passivi totali

(138 785)

(145 585)

L-attivi netti

(27 447)

(42 278)

Ir-riżervi

3 484

3 323

L-ammonti li għandhom jissejħu mill-Istati Membri

(30 931)

(45 601)

L-attivi netti

(27 447)

(42 278)


Id-Dijagramma VIII

Il-kont tar-riżultat ekonomiku konsolidat  (18)

(EUR miljun)

 

2010

2009

Id-dħul operattiv

Id-dħul minn riżorsi proprji u l-kontribuzzjonijiet

122 328

110 537

Dħul operattiv ieħor

8 188

7 532

 

130 516

118 069

L-ispejjeż operattivi

L-ispejjeż amministrattivi

(8 614)

(8 133)

L-ispejjeż operattivi

(103 764)

(102 504)

 

(112 378)

(110 637)

Il-bilanċ favur minn attivitajiet operattivi

18 138

7 432

Id-dħul finanzjarju

1 178

835

L-ispejjeż finanzjarji

(661)

(594)

Il-moviment fl-obbligi tal-pensjonijiet tal-impjegati

(1 003)

(683)

Is-sehem tal-bilanċ favur (kontra) nett ta' intrapriżi assoċjati u konġunti

(420)

(103)

Ir-riżultat ekonomiku għas-sena

17 232

6 887


(1)  Ara l-lista ta’ abbrevjazzjonijiet fin-Noti ta’ Spjegazzjoni.

(2)  Prinċipalment ir-Regolament Finanzjarju (FINREG) tal-25 ta’ Ġunju 2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(3)  Atti legali prinċipali dwar ir-riżorsi proprji: id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom (ĠU L 163, 23.06.2007, p. 17); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom (ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42); ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1).

(4)  Huwa importanti li wieħed jinnota d-differenzi bejn “approprjazzjonijiet għall-impenji” u “approprjazzjonijiet ta’ impenji” u bejn “approprjazzjonijiet għall-pagamenti” u “approprjazzjonijiet ta’ pagamenti”. Dawn iż-żewġ termini “approprjazzjonijiet ta’ impenji” u “approprjazzjonijiet ta’ pagamenti” huma użati esklussivament fil-kuntest ta’ approprjazzjonijiet differenzjati.

(5)  Ara l-Artikoli 317 TFUE, 106a KEEA u 50 tar-REGFIN.

(6)  Ara l-Artikoli 69 sa 74 tar-REGFIN u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

(7)  Ara l-Artikoli 285 sa 287 TFUE, 160a KEEA, u l-Artikoli 139 sa 147 tal-REGFIN.

(8)  Ara l-Artikoli 319 TFUE u 106a KEEA.

(9)  L-approprjazzjonjiet finali tal-baġit wara li ttieħdu inkonsiderazzjoni trasferimenti bejn l-intestaturi tal-baġit, l-approprjazzjonjiet li jikkorrispondu ma' dħul assenjat jew simili u approprjazzjonjiet trasferiti approprjazzjonijiet miġjuba 'l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel.

(10)  L-approprjazzjonjiet finali tal-baġit wara li ttieħdu inkonsiderazzjoni trasferimenti bejn l-intestaturi tal-baġit, approprjazzjonjiet li jikkorrispondu ma' dħul assenjat jew simili u approprjazzjonijiet miġjuba ’l quddiem mis-sena finanzjarja ta' qabel.

(11)  Għar-Renju Unit, tiġi applikata korrezzjoni (EUR 3 562,7 miljun) għall-ammont gross tar-riżorsi proprji (EUR 18 222 miljun). Il-finanzjament ta' dan l-aġġustament jiġġarrab mill-Istati Membri l-oħra.

(12)  Għall-Pajjiżi l-Baxxi u għall-Isvezja tnaqqis gross għall-kontribuzzjoni tad-DGN annwali tagħhom jingħata għall-perjodu 2007-2013. Għall-2010 l-ammonti tagħhom huma rispettivament EUR 612,1 u 148,5 miljun.

(13)  Id-differenzi bejn l-ammonti ppreżentati fid-dijagramma u dawk ippreżentati fil-kapitolu 2 - it-tabella 2.1 jirrappreżentaw l-aġġustamenti għall-bilanċi tal-VAT, tad-DGN u l-korrezzjoni tal-UK allokata lit-titoli u lill-pajjiżi korrispondenti.

(14)  L-analiżi ġeografika mhix skont il-pagamenti magħmula lill-Istati Membri imma skont in-nefqa skont id-data fis-sistema tal-kontabilità komputerizzata ABAC (għajr l-intestatura Amministrazzjoni li ġiet ipprovduta direttament mid-DĠ Baġit)

(15)  L-ammonti taħt “Pajjiżi Terzi u varji” prinċipalment jinkludu nefqa relatata mal-proġetti implimentati barra l-Unjoni u parteċipazzjoni minn pajjiżi terzi. Nefqa li ma setgħetx issir distribuzzjoni ġeografika dwarha hija inkluża wkoll.

(16)  L-ammont ippreżentat għal-Lussemburgu jinkludi aġġustament negattiv ta' EUR 136 miljun, li jirrappreżenta pagamenti operazzjonali li l-Lussemburgu mhuwiex il-benefiċjarju attwali tagħhom.

(17)  Il-karta tal-bilanċ hija ppreżentata billi jintuża l-format simili għal dak tal-Kontijiet Annwali tal-Unjoni Ewropea.

(18)  Il-kont tar-riżultat ekonomiku huwa ppreżentat billi jintuża l-format simili għal dak tal-Kontijiet Annwali tal-Unjoni Ewropea.


10.11.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/251


IR-RAPPORT ANNWALI DWAR L-ATTIVITAJIET IFFINANZJATI MIT-TMIEN, ID-DISA’ U L-GĦAXAR FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP (FEI)

2011/C 326/02

Ir-Rapport Annwali dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa’ u l-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEI)

WERREJ

Introduzzjoni

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

Il-kapitolu I — l-implimentazzjoni tat-tmien, id-disa’ u l-għaxar FEI

L-implimentazzjoni finanzjarja

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien sal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp

IL-Kapitolu II — Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni mill-qorti tal-awdituri dwar il-FEI

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri dwar it-tmien, id-disa' u l-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEI) għas-sena finanzjarja 2010

Informazzjoni ta’ sostenn għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

L-affidabbiltà tal-kontijiet

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

L-effettività tas-sistemi

L-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

Rakkomandazzjonijiet

L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-QORTI

IR-RISPOSTI MILL-KUMMISSJONI

INTRODUZZJONI

1.

Dan ir-Rapport Annwali jippreżenta l-valutazzjoni tal-Qorti dwar il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEI). Informazzjoni prinċipali dwar l-attivitajiet koperti u l-infiq għall-2010 hija mogħtija fit- Tabella 1 .

 

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

2.

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEI) huwa l-istrument prinċipali għall-għoti ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea għal koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u Pajjiżi u Territorji ekstra-Ewropej (OCTs). Huwa nħoloq fl-1957 skont it-Trattat ta’ Ruma. Il-ftehim ta’ sħubija, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 għal perjodu ta’ 20 sena (“il-Ftehim ta’ Cotonou”), huwa l-qafas għar-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mal-istati AKP u l-OCTs. Huwa ċentrat fuq l-objettiv tat-tnaqqis u eventwalment tal-eradikazzjoni tal-faqar, konsistenti mal-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli u l-integrazzjoni gradwali tal-pajjiżi AKP u l-OCTs fl-ekonomija dinjija. Huwa bbażat fuq tliet pilastri komplementari:

il-koperazzjoni għall-iżvilupp,

il-koperazzjoni ekonomika u tal-kummerċ, u

id-dimensjoni politika.

 

3.

L-operazzjonijiet iffinanzjati minn kull FEI huma pprogrammati fil-bidu tal-perjodu kopert. Dokument ta’ Strateġija għall-Pajjiż, imħejji mill-Istat AKP jew l-OCT ikkonċernat u mill-UE wara konsultazzjonijiet ma’ firxa wiesgħa ta’ atturi fil-proċess tal-iżvilupp, jistabbilixxi l-objettivi u l-istrateġiji għall-iżvilupp tal-pajjiż fuq medda ta’ żmien medju u jindika l-allokazzjoni finanzjarja programmabbli tal-UE li minnha jista’ jgawdi l-pajjiż.

 

It-Tabella 1 —   Il-Fondi Ewropew għall-Iżvilupp — Informazzjoni prinċipali 2010

(miljuni ta’ euro)

Titolu tal-Baġit

Qasam tal-Politika

Deskrizzjoni

Pagamenti 2010

Mod ta’ Ġestjoni

Il-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

It-8 FEI

Nefqa amministrattiva

0

 

Nefqa operazzjonali

 

 

Proġetti

21

Ċentralizzat u dirett

Sostenn tal-Baġit

0

Ċentralizzat u dirett

Proġetti

133

Deċentralizzat

Proġetti

2

Ġestjoni konġunta

 

157

 

Id-9 FEI

Nefqa amministrattiva

8

 

Nefqa operazzjonali

 

 

Proġetti

204

Ċentralizzat u dirett

Sostenn tal-Baġit

63

Ċentralizzat u dirett

Proġetti

29

Ċentrali u indirett

Proġetti

921

Deċentralizzat

Proġetti

81

Ġestjoni konġunta

 

1 305

 

L-10 FEI

Nefqa amministrattiva

78

 

Nefqa operazzjonali

 

 

Proġetti

181

Ċentralizzat u dirett

Sostenn tal-Baġit

1 017

Ċentralizzat u dirett

Proġetti

11

Ċentrali u indirett

Proġetti

215

Deċentralizzat

Proġetti

271

Ġestjoni konġunta

 

1 772

 

Total tan-nefqa amministrattiva

86

 

Total tan-nefqa operazzjonali

3 147

 

Proġetti

2 068

 

Sostenn tal-Baġit

1 079

 

Total ta’ pagamenti  (43)

3 233

 

Total ta’ impenji individwali  (43)

3 304

 

Total ta’ impenji globali  (43)

2 187

 

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri abbażi tad-data pprovduta minn EuropeAid DataWarehouse.

4.

Il-FEI huma ffinanzjati mill-Istati Membri, irregolati mir-regolament finanzjarju tagħhom stess u ġestiti minn kumitat speċifiku. Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli mill-implimentazzjoni finanzjarja tal-operazzjonijiet iffinanzjati bir-riżorsi mill-FEI. Fi ħdan il-Kummissjoni, fl-2010 kważi l-programmi kollha tal-FEI kienu ġestiti mill-Uffiċċju tal-Koperazzjoni EuropeAid (EuropeAid), li huwa wkoll responsabbli mill-ġestjoni tal-parti l-kbira tan-nefqa tar-Relazzjonijiet Esterni u l-Iżvilupp iffinanzjata mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (1). Proporzjon żgħir tal-proġetti (2) tal-FEI għandu x’jaqsam mal-għajnuna umanitarja u huwa ġestit mid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja (id-DĠ ECHO). Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iġesti l-Faċilità ta’ Investiment. Il-Faċilità ta’ Investiment mhijiex koperta mid-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti jew mill-proċedura ta’ kwittanza tal-Parlament Ewropew (3)  (4), għalkemm l-operazzjonijiet isiru mill-BEI f’isem u għar-riskju tal-Unjoni Ewropea, bl-użu tar-riżorsi tal-FEI.

 

5.

Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, ġie varat is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna fl-1 ta’ Diċembru 2010. Il-missjoni tiegħu hija li ssostni r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea fit-twettiq tal-mandat tagħha biex timplimenta l-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Unjoni Ewropea u oqsma oħra ta’ rappreżentanza esterna. F’dan il-kuntest, il-EuropeAid u d-DĠ għall-Iżvilupp ingħaqdu fi tmiem l-2010 u saru d-DĠ għall-Iżvilupp u l-Koperazzjoni – EuropeAid (id-DĠ DEVCO) li ilu jimplimenta l-biċċa l-kbira tal-programmi tal-FEI minn Jannar 2011.

 

6.

Il-kontribuzzjoni tal-FEI hija implimentata permezz ta’ proġetti (66 % tal-pagamenti għall-2010) u sostenn tal-baġit (5) (34 % tal-pagamenti għall-2010) u ġestita skont tliet arranġamenti prinċipali ( it-Tabella 1 ): ġestjoni ċentralizzata, konġunta u deċentralizzata (6).

 

7.

Taħt ġestjoni ċentralizzata (49 % tal-pagamenti fl-2010), il-Kummissjoni timplimenta l-attivitajiet tal-għajnuna direttament. Taħt ġestjoni konġunta (11 % tal-pagamenti fl-2010), l-organizzazzjonijiet internazzjonali huma responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, bil-kundizzjoni li l-proċeduri tal-kontabilità, tal-verifika, ta’ kontroll u ta’ akkwist tal-organizzazzjonijiet joffru garanziji ekwivalenti għal standards aċċettati internazzjonalment. L-imsieħba prinċipali tal-EuropeAid huma l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Bank Dinji. Taħt ġestjoni deċentralizzata (40 % tal-pagamenti fl-2010), il-Kummissjoni tista’ tafda l-ġestjoni ta’ ċerti kompiti lill-awtoritajiet tal-pajjiżi benefiċjarji. Il-prinċipju tal-ġestjoni deċentralizzata tal-FEI jintwera fid- Dijagramma 1 .

 

8.

L-interventi tal-FEI huma implimentati f’pajjiżi u minn pajjiżi li fihom is-sistemi ta’ kontroll intern huma ġeneralment dgħajfa. Hemm nuqqas ta’ kapaċità fil-maġġoranza tal-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Awtorizzazzjoni f’pajjiżi benefiċjarji, u dgħufijiet fl-istabbiliment u fl-applikazzjoni ta’ proċeduri u kontrolli finanzjarji minn organizzazzjonijiet u superviżuri li jimplimentaw. Dan jikkostitwixxi riskju kbir għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Il-fatt illi ħafna siti tal-proġetti huma f’postijiet remoti u l-eżistenza ta’ kunflitti f’ċerti reġjuni wkoll iżid id-diffikultà li jitwettqu verifikazzjonijiet.

8.

Il-Kummissjoni ttaffi dawn ir-riskji permezz ta’ identifikazzjoni sostanzjalment ex ante u ta’ interventi ta’ korrezzjoni. EuropeAid (fil-QĠ u fid-delegazzjonijiet) twettaq kontroll minn qabel ta’ livell għoli kemm ftermini ta’ kopertura kif ukoll f'termini tan-natura ta’ dawn il-kontrolli, billi tmur lil hinn mis-salvagwardji finanzjarji meħtieġa mil-leġiżlazzjoni. Il-miżuri preventivi għandhom ukoll rwol sinifikattiv ħafna fl-istrateġija ta’ kontroll inkluż l-għoti ta’ taħriġ sostanzjali lill-persunal tal-Kummissjoni kif ukoll taħriġ imfassal b'mod speċjali għall-persunal NAO. Barra minn hekk, twaqqaf “appoġġ għall-NAO” f'għadd ta’ pajjiżi. F'dawk l-aħħar snin il-gwida twessgħet ukoll b'mod sinifikattiv inkluż permezz tal-publikazzjoni fl-2010 ta’ “Struzzjonijiet għall-Ġestjoni Finanzjarja” għal dawk li jirċievu l-fondi tal-UE.

IL-KAPITOLU I —   L-IMPLIMENTAZZJONI TAT-TMIEN, ID-DISA’ U L-GĦAXAR FEI

L-implimentazzjoni finanzjarja

9.

Fl-2010, it-tmien, id-disa’ u l-għaxar FEI kienu implimentati flimkien. Kull ftehim tal-FEI s-soltu jiġi konkluż għal perjodu ta’ impenn ta’ madwar ħames snin, iżda l-pagamenti jistgħu jsiru fuq perjodu itwal. It-tmien FEI jkopri l-perjodu mill-1995 sal-2000 u jagħti għajnuna mill-Unjoni Ewropea li tammonta għal EUR 14 625 miljun. Id-disa’ FEI jkopri l-perjodu mill-2000 sal-2007 u jipprovdi għal għajnuna mill-Unjoni Ewropea li tammonta għal EUR 15 200 miljun.

 

10.

L-għaxar FEI li jkopri l-perjodu ta’ impenn mill-2008 sal-2013 jipprovdi għal għajnuna mill-Unjoni Ewropea li tammonta għal EUR 22 682 miljun. Daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008. Minn dan l-ammont, EUR 21 967 miljun jiġu allokati lill-pajjiżi AKP u EUR 285 miljun lill-OCTs. Dawn l-ammonti jinkludu EUR 1 500 miljun u EUR 30 miljun għall-Faċilità ta’ Investiment ġestita mill-BEI għall-pajjiżi AKP u OCT rispettivament. Fl-aħħar nett, EUR 430 miljun huma assenjati għan-nefqa tal-Kummissjoni għall-ipprogrammar u għall-implimentazzjoni tal-FEI.

 

Id-dijagramma 1 — il-prinċipju tal-ġestjoni deċentralizzata

Image

11.

It-total tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri ammonta għal EUR 3 500 miljun li ġie rċevut fl-2010. Kien għad hemm kontribuzzjonijiet li kienu qegħdin jissejħu mid-disa’ FEI. Fl-2011, se ssir l-aħħar sejħa taħt id-disa’ FEI u se jissejħu l-ewwel kontribuzzjonijiet taħt l-għaxar FEI, li fiha s-27 Stat Membru se jipparteċipaw ilkoll.

 

12.

It-Tabella 2 turi l-użu kumulattiv ta’ riżorsi tal-FEI ġestiti mill-Kummissjoni u l-implimentazzjoni finanzjarja tagħhom. Fl-2010, saru impenji globali gross għal ammont ta’ EUR 2 662 miljun (EUR 2 187 miljun nett) li huwa 13 % taħt it-tbassir ta’ implimentazzjoni finanzjarja mill-Kummissjoni (7). Dan huwa spjegat prinċipalment mid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ma tkomplix b’bosta deċiżjonijiet ta’ finanzjament taħt il-programm Intra-AKP (8) u xi attivitajiet V-FLEX (9), u dewmien fit-tlestija tad-dokumenti tal-ipprogrammar tal-għaxar FEI għall-OCTs u r-Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu tad-Dokumenti ta’ Strateġija għall-Pajjiż mill-għaxar FEI. Il-EuropeAid jirrapporta li impenji individwali (10) li saru fl-2010 laħqu EUR 3 710 miljun (EUR 3 304 miljun nett), u b’hekk inqabeż it-tbassir ta’ implimentazzjoni finanzjarja b’EUR 410 miljun jew 13 %. Madankollu, mill-inqas EUR 305 miljun ġejjin mill-korrezzjoni ta’ data li għandha x’taqsam ma’ impenji li saru fis-snin ta’ qabel.

12.

Il-Kummissjoni tikkonferma li ttardjat intenzjonalment għadd ta’ proġetti li ma kinux avvanzati biżżejjed; dan jispjega għaliex il-livell tal-impenji totali użati kien kemxejn inqas minn dak previst.

13.

Minkejja li kienu 8 % taħt il-mira, il-pagamenti gross laħqu livell għoli rekord ta’ EUR 3 321 miljun (EUR 3 233 miljun nett) fl-2010. Impenji mhux minfuqa naqsu bi 8 % minn EUR 12 490 miljun għal EUR 11 444 miljun, u dan huwa spjegat mil-livell għoli ta’ pagamenti fl-2010 meta mqabbel ma’ impenji ġodda tal-2010. Impenji qodma u inattivi li baqgħu ma ntnefqux (11) komplew żdiedu bi 11 % minn EUR 1 217-il miljun għal EUR 1 353 miljun.

13.

Kif ġie ddikjarat mill-Qorti, il-ħlasijiet laħqu livelli rekord, b'hekk tnaqqsu l-impenji pendenti. Il-Kummissjoni wettqet ukoll il-kompitu importanti tal-għeluq ta’ proġetti antiki fi ħdan it-tmien FEŻ.

Iż-żieda f'impenji antiki jew inattivi tista tiġi spjegata mil-livell għoli ta’ impenji fis-snin ta’ qabel, u b'mod partikolari fl-2007 meta beda l-għaxar FEŻ.

It-Tabella —   Użu kumulattiv tar-riżorsi tal-FEI fil-31 ta’ Diċembru 2010

(miljuni ta’ euro)

 

Sitwazzjoni fi tmiem l-2009

Implimentazzjoni tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2010 (nett)

Sitwazzjoni fi tmiem l-2010

Ammont globali

Rata ta’ implimentazzjoni (45)

It-8 FEI (46)

Id-9 FEI (46)

L-10 FEI

Ammont globali

It-8 FEI

Id-9 FEI

L-10 FEI

Ammont globali

Rata ta’ implimentazzjoni (45)

A —

RIŻORSI  (44)

48 746

 

–85

– 151

282

46

10 701

16 482

21 609

48 792

 

B —   UŻU

1.

Impenji globali

35 591

73,0 %

–46

– 116

2 349

2 187

10 698

16 463

10 617

37 778

77,4 %

2.

Impenji individwali

29 021

59,5 %

8

476

2 820

3 304

10 507

15 683

6 134

32 324

66,2 %

3.

Pagamenti

23 101

47,4 %

157

1 304

1 772

3 233

10 240

13 121

2 973

26 334

54,0 %

C —

Pagamenti Pendenti (B1-B3)

12 490

25,6 %

 

 

 

 

458

3 342

7 644

11 444

23,5 %

D —

Bilanċ disponibbli (A-B1)

13 155

27,0 %

 

 

 

 

3

19

10 992

11 014

22,6 %

Sors: Il-Qorti tal-Awdituri, abbażi tar-Rapporti tal-FEI dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u r-rendikonti Finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru 2010.

Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja tat-tmien sal-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp

14.

Ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar FEI (12) jeħtieġ lill-Kummissjoni li tirrapporta kull sena dwar il-ġestjoni finanzjarja tal-FEI. Fl-opinjoni tal-Qorti, dan ir-rapport jippreżenta deskrizzjoni preċiża tal-ilħuq tal-objettivi operazzjonali tal-Kummissjoni għas-sena finanzjarja (b’mod partikolari dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u l-attivitajiet tal-kontroll), kif ukoll tas-sitwazzjoni finanzjarja u l-avvenimenti li kellhom influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet imwettqa fl-2010. Il-Qorti tiġbed l-attenzjoni għall-osservazzjoni tagħha fil-paragrafu 12 dwar il-korrezzjoni kontabilistika fl-2010 ta’ data relatata ma’ impenji ta’ sostenn tal-baġit individwali li saru fis-snin ta’ qabel.

 

IL-KAPITOLU II —   ID-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI DWAR IL-FEI

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni mill-Qorti dwar it-tmien, id-disa' u l-għaxar Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEI) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — ir-Rapport tal-Awditur Indipendenti

L-affidabbiltà tal-kontijiet

Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijet

Id-dħul

L-impenji

Il-pagamenti

L-1 ta’ Settembru 2011

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

12, rue Alcide De Gasperi, 1615 Luxembourg, LUXEMBOURG

Informazzjoni ta’ sostenn għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni

L-ambitu u l-approċċ tal-verifika

15.

L-osservazzjonijiet dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet tal-FEI stabbiliti fil-paragrafi VI tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, huma bbażati fuq verifika tar-rendikonti finanzjarji konsolidati (16) u r-rapport konsolidat dwar l-implimentazzjoni finanzjarja tat-tmien, id-disa' u l-għaxar FEI (17). Abbażi ta’ testijiet il-verifika eżaminat evidenza li għandha x’taqsam mal-ammonti u l-iżvelar. Hija inkludiet valutazzjoni tal-prinċipji tal-kontabilità użati, l-istimi sinifikanti magħmula mill-maniġment u l-preżentazzjoni ġenerali tal-kontijiet konsolidati.

 

16.

L-approċċ u l-metodoloġija tal-verifika ġenerali tal-Qorti fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet fil-bażi tal-kontijiet huma deskritti fil-Parti 2 tal-Anness 1.1 tal-Kapitolu 1 tar-Rapport Annwali tal-2010 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit. L-osservazzjonijiet dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet tal-FEI, stabbiliti fil-paragrafi VII sa X tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni huma bbażati fuq il-komponenti li ġejjin:

 

(a)

verifika ta’ kampjun ta’ 195 tranżazzjoni, li jikkorrispondi għal 30 impenn individwali u 165 pagament interim u finali magħmula mid-Delegazzjonijiet jew mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni (18). Fejn kien neċessarju, l-organizzazzjonijiet implimentattivi u l-benefiċjarji finali ġew miżjura fuq il-post sabiex jiġu kkonfermati l-pagamenti ta’ bażi ddikjarati fir-rapporti finanzjarji jew fir-rendikonti tal-ispejjeż;

 

(b)

valutazzjoni tal-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid u fid-delegazzjonijiet; din kopriet l-elementi li ġejjin:

(i)

l-ambjent tal-kontroll u l-Istandards tal-Kontroll Intern;

(ii)

il-kontrolli ex ante ta’ kuntratti u pagamenti mill-uffiċjali ta’ awtorizzazzjoni, inklużi l-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Awtorizzazzjoni;

(iii)

il-monitoraġġ u s-sorveljanza;

(iv)

il-verifiki esterni;

(v)

il-verifika interna;

 

(c)

reviżjoni tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni, li kopriet il-valutazzjoni tar-rapport annwali tal-attività tal-EuropeAid.

 

L-affidabbiltà tal-kontijiet

17.

Il-Qorti tikkonkludi li l-kontijiet tal-FEI għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010 b’mod ġust jippreżentaw, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEI u r-riżultati tal-operazzjonijiet u tal-likwidità tagħhom, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju rispettiv u r-regoli tal-kontabilità relevanti adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità.

17.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-konkluzjoni tal-Qorti li l-kontijiet tal-FEŻ fl-2010, bħal fis-snin ta’ qabel, kienu ħielsa minn żbalji materjali.

18.

Madankollu bħal fl-2009, il-kontrolli ex post tat-tranżazzjonijiet tal-EuropeAid u l-kontrolli proprja tal-Qorti identifikaw frekwenza ta’ kodifikazzjoni ta’ żbalji, li baqgħet għolja (19). Filwaqt li l-verifika tal-Qorti tar-rendikonti finanzjarji ma żvelatx żball materjali minħabba tali żbalji, dawn jibqgħu sors ta’ tħassib peress li jistgħu jolqtu l-preċiżjoni tad-data użata għat-tħejjija tal-kontijiet annwali, b’mod partikolari fir-rigward tal-eżerċizzju annwali tal-qtugħ fi tmiem is-sena (20). Żbalji bħal dawn jolqtu wkoll l-affidabbiltà tad-data tal-ġestjoni finanzjarja tal-EuropeAid.

18.

Sa mill-2009, il-EuropeAid għamlet sforzi partikolari biex ittejjeb il-kwalità tad-dħul tad-dejta tat-Teknoloġija Informatika (IT). Fid-dawl ta’ dan, fl-2010/11 inbdew reviżjonijiet maġġuri tal-moduli ta’ kuntratti u verifika tas-sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni (CRIS) kif ukoll inizjattivi ta’ kwalità tad-dejta orizzontali.

Kif tosserva l-Qorti, dan ma kellu l-ebda impatt materjali fuq il-kontijiet annwali fl-2010.

Ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

19.

L-Anness 1 fih sommarju tar-riżultati ta’ ttestjar tat-tranżazzjonijiet. L-ittestjar mill-Qorti tal-kampjun ta’ pagamenti sab 27 % milquta minn żball. Ir-rata l-aktar probabbli ta’ żball stmata mill-Qorti hija 3,4 % (21). Il-Qorti tiddeskrivi osservazzjonijiet sinifikanti f’aktar dettall hawn taħt.

19.

Il-Kummissjoni tosserva li l-Qorti kkonkludiet li fis-sena ta’ qabel (2009) il-parti tal-FEŻ tal-portafoll EuropeAid ma kellha l-ebda żball materjali (jiġifieri inqas minn 2 %) filwaqt li fil-każ tal-portafoll tal-Baġit ġiet stmata rata ta’ żball ta’ 2–5 %. Fl-2010, il-Qorti kkonkludiet li l-parti tal-Baġit tal-portafoll EuropAid ma kienx fiha żbalji materjali (1,7 %) imma t-tranżazzjonijiet ta’ attivitajiet tal-FEŻ kienu ogħla mil-livell minimu ta’ 2 % (3,4 %). Għaldaqstant, jidher li l-prestazzjoni tal-istruttura ta’ kontroll tal-EuropeAid kienet relattivament stabbli f'dawn l-aħħar sentejn meta mqabbel mal-verifika tal-Qorti, u qed ikun hemm iktar titjib fir-rigward tal-perjodu ta’ qabel l-2009.

Id-dħul

20.

Il-verifika tal-Qorti tat-tranżazzjonijiet tad-dħul sabithom ħielsa minn żball materjali.

 

L-impenji

21.

Il-verifika tal-Qorti tal-pagamenti ma sabet ebda żball materjali. Madankollu, impenji individwali li saru għal proġetti implimentati skont il-mod ta’ ġestjoni deċentralizzat ntlaqtu minn frekwenza sinifikanti (erbgħa minn 14) ta’ żbalji mhux kwantifikabbli dwar konformità ma’ regoli ta’ tfigħ ta’ offerti u skadenzi legali għall-iffirmar ta’ kuntratti.

21.

Il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex tintensifika t-taħriġ speċifiku fil-proċeduri kuntrattwali kemm għall-uffiċċji tal-Uffiċjali Awtorizzanti Nazzjonali kif ukoll għad-dipartimenti tal-Kummissjoni.

22.

Ma nstabu l-ebda żbalji fl-impenji individwali li saru taħt modi ta’ ġestjoni oħra. Fir-rigward tas-sostenn tal-baġit, il-Qorti sabet li, fil-kuntest tal-interpretazzjoni dinamika tal-Kummissjoni (22), il-EuropeAid wera il-konformità mar-rekwiżiti tal-Ftehim ta’ Cotonou b'mod strutturat u formalizzat.

22.

Il-Kummissjoni tilqa’ r-rikonoxximent tat-titjib sinifikanti li sar waqt is-snin 2009/10 fir-rigward tal-istrutturar u l-formalizzazzjoni tal-proċess ta’ valutazzjoni tar-rekwiżiti ta’ eleġibbilità u ta’ wiri ta’ konformità magħhom.

Il-pagamenti

23.

Il-verifika tal-Qorti sabet li l-pagamenti kienu milquta minn żball materjali.

23.

Ara r-risposta għall-paragrafu 19.

Il-pagamenti tal-proġetti

24.

Instabu żbalji kwantifikabbli u mhux kwantifikabbli għat-tipi kollha ta’ proġetti, ħlief għal kuntratti ta’ forniment.

 

25.

It-tipi prinċipali ta’ żbalji kwantifikabbli misjuba fil-pagamenti tal-proġetti kienu dawn li ġejjin:

25.

(a)

ta’ preċiżjoni: żbalji ta’ kalkolu;

 

(b)

ta’ okkorrenza: nuqqas ta’ fatturi jew dokumenti oħra ta’ sostenn għal servizzi li ngħataw jew oġġetti pprovduti, kwantitajiet ikklejmjati minbarra x-xogħlijiet imwettqa;

 

(c)

ta’ eliġibbiltà: konformità ma’ proċeduri tal-akkwist, nefqa mġarrba barra l-perjodu ta’ implimentazzjoni jew li għandha x’taqsam ma’ attivitajiet u s-servizzi mhux stipulati fil-kuntratt u pagament tal-VAT li ma kellux isir.

(c)

Il-Kummissjoni ħarġet istruzzjonijiet ġodda dwar il-problema tat-taxxi imposti mill-pajjiżi benefiċjarji. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jissimplifikaw l-ipproċessar ta’ xi fatturi suġġetti għall-VAT.

26.

It-tipi l-aktar frekwenti ta’ żbalji mhux kwantifikabbli kellhom x’jaqsmu ma’ garanziji tal-prestazzjoni (23) li ma ġewx aġġustati wara ż-żieda ta’ ammonti ta’ kuntratti; nuqqas ta’ konformità mal-awtorizzazzjoni u l-proċeduri kontraenti għan-nefqa amministrattiva awtorizzata mid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni; nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn insuffiċjenti; u inkonsistenzi fi ħdan regoli kuntrattwali.

 

Il-pagamenti ta’ sostenn tal-baġit

27.

Il-verifika tal-Qorti sabet li l-pagamenti ta’ sostenn tal-baġit kienu milquta minn frekwenza għolja ta’ żbalji mhux kwantifikabbli minħabba li ma ntweriex b’mod biżżejjed strutturat il-progress sodisfaċenti li sar mill-gvernijiet li jirċievu fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. L-ispjegazzjoni prinċipali kienet in-nuqqas ta’ qafas xieraq ta’ valutazzjoni peress li ċertu programmi tar-riforma tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-gvernijiet li jirċievu kienu biss fil-proċess ta’ tħejjija jew inkella ma kellhomx objettivi realistiċi, ċari u prijoritizzati. Fi ftit każijiet, ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tad-Delegazzjonijiet ma vvalutawx il-progress bi tqabbil mal-objettivi stabbiliti għall-perjodu ta’ referenza. Madankollu, wara l-introduzzjoni ta’ qafas rivedut għall-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi f’Ġunju 2010, ma nstabu l-ebda żbalji fit-tranżazzjonijiet mgħarbla għat-tieni nofs tal-2010.

27.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-osservazzjoni li sa mid-dħul tal-qafas rivedut għall-evalwazzjoni tal-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi f'Ġunju 2010, ma kienx hemm żbalji marbuta mal-wiri ta’ progress fil-ġestjoni tal-finanzji pubbliċi. Il-Kummissjoni qed tapplika dan il-metodu b'mod strett.

L-effettività tas-sistemi

28.

L-Anness 2 fih sommarju tar-riżultati tat-tgħarbil tas-sistemi. Il-Qorti sabet li s-sistemi kienu parzjalment effettivi biex jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

 

29.

Kif iddikjarat fil-paragrafu 4, il-missjoni tal-EuropeAid hija li jimplimenta l-maġġoranza tal-istrumenti tal-għajnuna esterna (24) ffinanzjata mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tal-FEI. Għaldaqstant, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, l-osservazzjonijiet tal-Qorti li jikkonċernaw kemm l-effettività tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll u kif ukoll l-affidabbiltà tar-rapport ta’ attività annwali u d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali jirreferu għall-qasam kollu ta’ responsabbiltà tal-EuropeAid.

 

L-ambjent tal-kontroll

30.

L-ambjent tal-kontroll tal-EuropeAid huwa vvalutat bħala effettiv fil-livell kemm tad-delegazzjonijiet kif ukoll tas-servizzi ċentrali.

 

31.

Il-EuropeAid għandu strateġija ta’ kontroll ċar biex jimpedixxi jew isib u jikkoreġi żbalji, u l-Istandards tal-Kontroll Intern fil-biċċa l-kbira huma implimentati. Fl-2010, il-EuropeAid segwa l-isforzi tiegħu biex isaħħaħ aktar is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tiegħu. Kif stabbilit fir-risposti tal-Kummissjoni għar-Rapporti Annwali tal-Qorti għall-2008 (25) u l-2009 (26) dwar il-FEI, il-EuropeAid stabbilixxa u beda jimplimenta Pjan ta’ Azzjoni għal piramida msaħħa ta’ ġestjoni u kontroll tal-EuropeAid (Pjan ta’ Azzjoni) (27). Il-pjan jindirizza l-biċċa l-kbira tal-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet mir-Rapporti Annwali preċedenti tal-Qorti u jinkludi wkoll azzjonijiet biex il-persunal jiġi allinjat aħjar ma’ objettivi korporattivi (28). Madankollu l-pjan kien għadu fi stadju bikri ta’ implimentazzjoni fl-2010.

31.

Qed isir progress kif maħsub fil-“Pjan ta’ Azzjoni għal ġestjoni msaħħa tal-EuropeAid u ġerarkija ta’ kontroll imsaħħa”, fejn ħafna mill-azzjonijiet diġà kienu ġew implimentati sa nofs l-2011. F'Lulju 2011 se titnieda attività ta’ importanza kbira, l-istabbiliment ta’ għodda għall-irrappurtar darbtejn fis-sena bbażata fuq l-Internet (Rapport Amministrattiv dwar l-Assistenza Esterna) permezz ta’ indikaturi prinċipali tal-prestazzjoni misluta mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-ġestjoni.

Il-kontrolli ex ante

32.

Il-Qorti vvalutat il-kontrolli ex ante mill-uffiċjali ta’ awtorizzazzjoni fis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid u fid-Delegazzjonijiet bħala parzjalment effettivi fl-impediment jew fid-detezzjoni u fil-korrezzjoni ta’ żbalji.

 

Proġetti

33.

Fir-rigward ta’ pagamenti ta’ proġetti, instabu dgħufijiet fil-kontrolli dwar il-preċiżjoni, l-okkorrenza u l-eliġibbiltà tan-nefqa (ara l-paragrafu 25). Skont it-tip ta’ kuntratti, il-kontrolli ex ante tal-EuropeAid ta’ sikwit jiddependu fil-biċċa l-kbira fuq ċertifikati minn superviżuri esterni (għal kuntratti ta’ xogħlijiet) jew verifiki esterni u verifikazzjonijiet tan-nefqa (għal stimi ta’ programmi, għotjiet u kuntratti ta’ servizz ibbażati fuq onorarji). Madankollu l-frekwenza ta’ żbalji misjuba mill-Qorti f’nefqa li kienet ġiet soġġetta għal tali ċertifikazzjonijiet, verifiki u verifikazzjonijiet esterni turi li hija limitata l-assigurazzjoni li tista’ tinġieb minnhom. Pereżempju l-Qorti sabet żbalji fi 12-il tranżazzjoni relatati ma’ kuntratti ta’ għotja li kienu kollha awtorizzati wara verifiki esterni jew verifikazzjonijiet tan-nefqa.

33.

Il-Kummissjoni mhux qed tistrieħ biss fuq dawn il-verifikazzjonijiet ta’ nfiq biex tikseb assigurazzjoni. Il-metodoloġija ta’ verifika tal-EuropeAid (obbligatorja) tinkludi evalwazzjoni annwali tar-riskju fir-rigward ta’ proġetti biex jintgħażlu l-attivitajiet li għandhom ikunu suġġetti għal verifika ‘imsejsa fuq ir-riskju’ — spiss dan isir flimkien ma’ verifikazzjonijiet obbligatorji tal-infiq. Barra minn hekk, EuropeAid qed tkompli bl-isforzi tagħha biex iżżid il-kwalità tal-verifiki tal-infiq — reċentement permezz ta’ Termini ta’ Referenza standard u obbligatorji għall-awdituri (kemm jekk ikunu mqabbda mill-Kummissjoni kif ukoll jekk ikunu mqabbda minn benefiċjarji). Id-Delegazzjonijiet u l-KĠ ukoll għandhom rwol fir-reviżjoni tal-kwalità tal-verifikazzjonijiet li jiġu ppreżentati.

Is-sostenn tal-baġit

34.

Fir-rigward tas-sostenn tal-baġit, titjib wieħed sinifikanti kien l-introduzzjoni ta’ format u skema ġdida għar-rappurtar annwali tad-Delegazzjonijiet dwar riformi tas-sistemi ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi f’pajjiżi li jirċievu matul it-tieni nofs tal-2010. Dan ifittex li jiżgura li l-iżborżi jkunu bbażati fuq valutazzjoni strutturata ta’ kundizzjonijiet għall-pagament. Madankollu ċertu programmi ta’ riforma tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi ta’ gvernijiet li jirċievu kienu biss fil-proċess ta’ tħejjija jew inkella ma kellhomx objettivi realistiċi, ċari u prijoritizzati, u dan xekkel valutazzjoni strutturata tal-progress tar-riforma (ara l-paragrafu 27).

34.

Il-Kummissjoni tilqa’ r-rikonoxximent tat-titjib introdott permezz tal-forma l-ġdida għar-rapport annwali dwar il-progress fir-riformi tal-ġestjoni finanzjarja pubblika. Huwa mistenni li jekk dan il-metodu jiġi kkonsolidat se jkun hemm iktar ċarezza fl-għanijiet u fl-użu ta’ perjodi ta’ referenza xierqa għall-evalwazzjoni.

Il-monitoraġġ u s-sorveljanza

35.

Il-Qorti vvalutat il-monitoraġġ u s-sorveljanza bħala effettivi għas-servizzi ċentrali tal-EuropeAid u bħala parzjalment effettivi għad-Delegazzjonijiet.

 

Is-servizzi ċentrali tal-EuropeAid

36.

Fis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid, hemm għadd ta’ għodod stabbiliti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet operazzjonali u t-tħaddim ta’ kontrolli prinċipali.

 

37.

Is-servizzi ċentrali janalizzaw ir-Rapporti ta’ darbtejn fis-sena, tal-Ġestjoni tal-Għajnuna Esterna sabiex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti f’pajjiżi li jirċievu u aspetti oħrajn bħall-kontrolli interni u r-riżorsi interni tad-Delegazzjonijiet. Għad-Delegazzjonijiet miżjura fl-2010, il-Qorti sabet li r-rapporti taw informazzjoni relevanti u affidabbli. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-EuropeAid jimmira li jsaħħaħ aktar l-irwol tagħhom bħala kontroll prinċipali u li jpoġġi dawn ir-rapporti bħala s-sies tal-piramida ta’ kontroll u l-għodda prinċipali ta’ obbligu ta’ rendikont bejn id-Delegazzjonijiet u l-kwartieri ġenerali. F’dan il-kuntest, għas-sena finanzjarja 2011, il-Kapijiet ta’ Delegazzjonijiet se jkunu meħtieġa għall-ewwel darba jagħtu assigurazzjoni annwali dwar il-prestazzjoni u dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet biex isostnu d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni annwali tad-Direttur Ġenerali (29).

 

38.

Missjonijiet ta’ verifikazzjoni lid-Delegazzjonijiet jgħinu lis-servizzi ċentrali tal-EuropeAid jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-proġetti u l-adegwatezza tal-organizzazzjoni, is-sistemi u l-proċessi interni tad-Delegazzjonijiet. Minbarra l-14-il missjoni ta’ verifikazzjoni mwettqa matul is-sena, il-EuropeAid għamel analiżi tar-riżultati ta’ 14-il missjoni ta’ verifikazzjoni mwettqa fl-2008 u fl-2009. L-analiżi tisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar bini ta’ kapaċità ta’ taqsimiet operazzjonali u finanzjarji tad-Delegazzjonijiet u li jittejbu l-monitoraġġ u s-sjieda ta’ proġetti mill-pajjiżi msieħba.

 

39.

Fi tmiem l-2009 s-servizzi ċentrali tal-EuropeAid ħarġu gwida addizzjonali għaż-żjarat ta’ monitoraġġ mid-Delegazzjonijiet fuq il-post, inklużi kriterji ta’ għażla biex tkun żgurata kopertura xierqa kemm tal-aspetti operazzjonali kif ukoll ta’ dawk finanzjarji. Madankollu l-biċċa l-kbira tad-Delegazzjonijiet miżjura mill-Qorti fl-2010 kienu għadhom mhux qegħdin isegwu l-proċeduri rakkomandati (ara l-paragrafu 44). Il-Qorti sabet ukoll li, sabiex jittejbu l-monitoraġġ u s-sjieda ta’ proġetti minn pajjiżi msieħba, is-servizzi ċentrali u d-Delegazzjonijiet tal-EuropeAid baqgħu jagħtu sostenn lis-servizzi tal-Uffiċjali ta’ Awtorizzazzjoni Nazzjonali (ara l-paragrafu 43).

39.

Il-linji gwida attwali tal-EuropeAid dwar iż-żjarat fuq il-post mhumiex istruzzjonijiet obbligatorji. EuropeAid bħalissa qed tirrifletti dwar kif jista' jiġi sistematizzat aħjar il-qafas tal-monitoraġġ (inklużi ż-żjarat fuq il-post), fid-dawl tar-restrizzjonijiet attwali ta’ riżorsi fir-rigward tal-persunal, tal-baġit għall-missjonijiet u meta jitqiesu l-kwistjonijiet ta’ sigurtà. B'mod partikolari, EuropeAid qed tippjana li tintroduċi pjanijiet multiannwali għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u li ssaħħaħ il-gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtar — b'mod partikolari fl-iddisinjar mill-ġdid fl-2011 tar-Rapporti Esterni dwar l-Assistenza fl-Immaniġġjar (li jsiru darbtejn fis-sena mid-delegazzjonijiet) u fil-Linji Gwida l-ġodda dwar iċ-Ċiklu tal-Immaniġġjar tal-Programmi u l-Proġetti.

40.

Il-verifiki meħtieġa mill-EuropeAid skont il-ftehim ta’ kuntratt qafas jipprovdu informazzjoni siewja dwar id-dgħufijiet sistematiċi li jolqtu s-sistemi ta’ kontroll tal-proġetti u dwar il-livell u n-natura ta’ nefqa potenzjalment ineliġibbli. Is-servizzi ċentrali tal-EuropeAid janalizzaw u jsegwu dawn ir-riżultati tal-verifika kull sena. Il-biċċa l-kbira tas-sejbiet huma ta’ natura rikorrenti u jinkludu dokumentazzjoni nieqsa jew inadegwata u l-użu ta’ proċeduri skorretti tal-akkwist minn organizzazzjonijiet implimentattivi. F’dan il-kuntest, kisba sinifikanti kienet il-Pakkett ta’ Għodda ta’ Ġestjoni Finanzjarja għal dawk li jirċievu fondi tal-UE għal azzjonijiet esterni, li ġie finalizzat u mxerred fi tmiem l-2010 sabiex itejjeb l-għarfien tal-organizzazzjonijiet implimentattivi dwar il-ġestjoni finanzjarja u r-regoli ta’ eliġibbiltà.

 

41.

Is-servizzi ċentrali tal-EuropeAid ukoll jimmonitorjaw kwistjonijiet ta’ konformità wkoll permezz ta’ kontrolli ex post tat-tranżazzjonijiet. Bħal fis-snin ta’ qabel, dawn il-kontrolli ta’ sikwit sabu żbalji rigward data mhux kompluta u impreċiża fis-sistema ta’ informazzjoni CRIS (30) tal-EuropeAid. Sejbiet ġew identifikati wkoll dwar id-dokumentazzjoni dgħajfa ta’ proċeduri tal-akkwist. Madankollu, żbalji b’impatt finanzjarju kellhom x’jaqsmu l-aktar ma’ approvazzjonijiet mhux ġustifikati ta’ pagamenti bil-quddiem, li x’aktarx li kienu se jiġu kkoreġuti xorta waħda qabel ma jingħalqu l-kuntratti. Għalkemm il-EuropeAid matul is-snin żviluppat aktar is-sistema kurrenti ta’ kontrolli ex post tat-tranżazzjonijiet għadu mhuwiex effettiv biex isib żbalji fir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u dgħufijiet fil-kontrolli ex ante mwettqa minn uffiċjali ta’ awtorizzazzjoni.

41.

Bħalissa EuropeAid qed tirrevedi l-istruttura tal-kontroll intern tagħha u se tevalwa mill-ġdid l-effiċjenza f'termini ta’ spejjeż tas-sistema ta’ kontroll tranżazzjonali ex post.

42.

Il-EuropeAid ma waqqafx sistemi ta’ informazzjoni tal-ġestjoni għall-monitoraġġ tar-riżultati u għas-segwitu ta’ żjarat fuq il-post, verifiki esterni u verifikazzjonijiet tan-nefqa, li jagħmilha diffiċli għad-Direttur Ġenerali u l-Kapijiet tad-Delegazzjoni biex ikollhom assigurazzoni li ttieħdet azzjoni ta’ rimedju f’waqtha, l-aktar fir-rigward tal-korrezzjoni ta’ żbalji misjuba. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ informazzjoni tal-EuropeAid – Verifika CRIS u Ordnijiet ta’ Rkupru CRIS - għad mhumiex marbuta, u dan jikkomplika l-monitoraġġ ta’ azzjonijiet korrettivi.

42.

In-nuqqas ta’ għodda tal-IT standardizzati ma jfissirx li ma kienx hemm tkomplija wara r-riżultati tal-verifika u tal-monitoraġġ. Kull uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega jsegwi l-verifiki u joħroġ ordnijiet ta’ rkupru jekk dan ikun meħtieġ.

EuropeAid tistenna li sa tmiem l-2011 il-moduli tas-sistema għall-ipproċessar tar-riżultati tal-verifika u dawk biex jiġu stabbiliti l-ordnijiet ta’ rkupru jkunu marbuta mas-sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni (CRIS).

Ara wkoll it-tweġibiet għall-paragrafi 31 u 62(c).

Id-Delegazzjonijiet

43.

Bħal fis-snin ta’ qabel, il-Qorti sabet kontrolli ddokumentati b’mod fqir u ineffettivi għand il-biċċa l-kbira tal-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Awtorizzazzjoni f’pajjiżi benefiċjarji tal-FEI. Is-servizzi ċentrali tal-EuropeAid u d-Delegazzjonijiet spiss jipprovdu għajnuna teknika biex isaħħu dawn il-kontrolli, iżda ta’ sikwit b’riżultati limitati, jew minħabba li l-Uffiċjali Nazzjonali ta’ Awtorizzazzjoni ma jwettqux il-kompiti tagħhom b’mod adegwat jew inkella minħabba limitazzjonijiet tar-riżorsi jew rati għoljin ta’ ċaqliq tal-persunal.

43.

Ara r-risposta għall-paragrafu 8.

44.

Il-biċċa l-kbira tad-Delegazzjonijiet miżjura mill-Qorti fl-2010 ma kinux qegħdin isegwu l-linji gwida tal-EuropeAid dwar it-twettiq ta’ żjarat ta’ monitoraġġ fuq il-post (ara l-paragrafu 39). Il-konklużjonijiet fil-qosor li saru mill-EuropeAid fl-2010 minn 14-il missjoni ta’ verifikazzjoni lid-Delegazzjonijiet, imwettqa fil-perjodu bejn Marzu 2008 sa Settembru 2009 (31), huma li d-Delegazzjonijiet huma soġġetti għal restrizzjonijiet tar-riżorsi li ta’ sikwit jillimitaw il-kapaċità tagħhom li jwettqu ċertu attivitajiet ta’ monitoraġġ prinċipali, bħall-monitoraġġ tal-proġetti fuq il-post, partikolarment fir-rigward ta’ aspetti finanzjarji. Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-EuropeAid jindirizza l-ħtieġa ta’ titjib fil-monitoraġġ ta’ proġetti (32).

44.

Ara t-tweġiba għall-paragrafi 39 u 62(c).

Il-verifiki esterni

45.

Il-Qorti vvalutat il-funzjoni ta’ verifika esterna bħala effettiva fir-rigward tas-servizzi ċentrali tal-EuropeAid, u parzjalment effettiva fir-rigward tad-Delegazzjonijiet.

 

Is-servizzi ċentrali tal-EuropeAid

46.

Is-servizzi ċentrali tal-EuropeAid żviluppaw metodoloġija komuni dwar l-istabbiliment, l-implimentazzjoni u s-segwitu ta’ pjanijiet tal-verifika annwali li huma obbligatorji għas-servizzi ċentrali tal-EuropeAid u għad-Delegazzjonijiet. Titjib sinifikanti għall-2010 kien l-introduzzjoni ta’ valur referenzjarju li jipprovdi għal kopertura tal-verifika annwali ta’ 5 %. Is-servizzi ċentrali tal-EuropeAid ikkonformaw ma’ din il-metodoloġija.

46.

Il-Kummissjoni tilqa’ r-rikonoxximent tal-Qorti fir-rigward tat-titjib sinifikanti li qed isir kull sena fil-metodoloġija tal-verifika esterna ta’ EuropeAid.

47.

Is-servizzi ċentrali tal-EuropeAid jimmonitorjaw mill-qrib il-funzjonijiet tal-verifika interna tad-Delegazzjonijiet u l-kwalità ta’ verifiki esterni mwettqa skont il-kuntratt ta’ qafas tal-Kummissjoni. Reviżjonijiet tal-kwalità komprensivi jagħtu informazzjoni siewja dwar il-ħtieġa ta’ aktar titjib u jservu ta’ bażi għal aktar istruzzjonijiet u gwida għal awdituri esterni.

 

Id-Delegazzjonijiet

48.

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet id-Delegazzjonijiet wettqu l-verifiki esterni tagħhom skont il-metodoloġija. Madankollu, il-Qorti sabet li għad hemm oqsma fejn jinħtieġ it-titjib. Bħalma ġie indikat diġà fir-Rapport Annwali tal-Qorti għall-2009 dwar il-FEI (33), ir-restrizzjonijiet tal-persunal fid-Delegazzjonijiet jillimitaw il-kapaċità tagħhom li jvaraw verifiki bbażati fuq ir-riskju, u l-prijorità tingħata lil verifiki obbligatorji. Huma għandhom ukoll impatt negattiv fuq il-puntwalità tal-proċess tal-approvazzjoni tal-verifika, li jinvolvi riskju li n-nefqa ineliġibbli taf ma tkunx tista' tiġi rkuprata.

48.

Filwaqt li huwa minnu li n-nuqqas ta’ persunal jista' jkollu impatt negattiv fuq it-tul tal-proċess tal-kwittanza tal-verifika, ir-rapporti kollha obbligatorji tal-verifika jridu jaslu qabel ma l-Kummissjoni tagħmel il-pagament aħħari u għalhekk ir-riskju li l-fondi jsiru irrikoverabbli huwa estremament limitat.

Il-Verifika Interna

49.

Il-Qorti vvalutat il-verifika interna bħala effettiva.

 

50.

Il-Kapaċità tal-Verifika Interna (IAC) (34) ħadmet b’konformità mal-objettiv tagħha li tipprovdi assigurazzjoni lid-Direttur Ġenerali fir-rigward tal-effettività u l-effiċjenza tal- proċessi tal-ġestjoni tar-riskju, il-kontroll u t-tmexxija interna. Nuqqas ta’ persunal fl-2009 ġie solvut u l-IAC setgħet timplimenta għal kollox il-pjan ta’ ħidma tagħha għall-2010.

 

51.

Fl-2010, kien hemm tnaqqis sinifikanti fil-medja ta’ ħin li ħadu s-servizzi tal-EuropeAid biex jikkumentaw fuq abbozzi ta’ rapporti tal-verifika u biex jagħmlu segwitu tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-IAC u mis-Servizz tal-Verifika Interna (IAS) (35). Kien għad hemm dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni ta’ xi wħud mir-rakkomandazzjonijiet mis-snin ta’ qabel, l-aktar dwar riżorsi umani u kwistjonijiet ta’ IT.

51.

Hemm dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-verifika fil-qasam tal-politika dwar ir-riżorsi umani u s-sistemi ta’ teknoloġija informatika, li t-tnejn li huma huwa diffiċli biex jiġu implimentati f'qasir żmien, minħabba l-perjodu ta’ żmien li huwa meħtieġ biex ikun hemm bidla fil-politika u biex din tiġi implimetata f'ċiklu annwali ta’ ppjanar. Madankollu, l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha qed tiġi segwita bir-reqqa u regolarment fil-EuropeAid, anki permezz tar-rappurtar dwar il-ġestjoni tal-“verifika” li jsir kull sitt xhur.

L-affidabbiltà tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni

52.

L-Anness 3 fih sommarju tar-riżultati tar-reviżjoni tar-rappreżentazzjonijiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni.

 

53.

Ir-rapport annwali tal-attività jagħti stampa ġusta tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tad-diversi sistemi ta’ sorveljanza u kontroll fis-seħħ. Huwa ċar u informattiv, b’mod partikolari permezz tal-użu tiegħu ta’ indikaturi kwantitattivi. Ir-rapport jiddikjara li, minħabba t-tfassil u r-riżultati tal-arkitettura tal-kontroll multiannwali tiegħu, il-EuropeAid ma jemminx li r-rata ta’ żball residwu (36) fuq il-portafoll tiegħu jistħoqqilha riżerva fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali. Madankollu, huwa xorta waħda ma jipprovdix evidenza biex isostni din id-dikjarazzjoni.

53.

Il-Kummissjoni temmen li l-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi stabbiliti fl-erba' moduli ta’ assigurazzjoni għar-Rapport dwar l-Attività Annwali tal-EuropeAid fil-fatt jipprovdu l-evidenza meħtieġa sabiex tissaħħaħ id-dikjarazzjoni tad-Direttur-Ġenerali għall-Assigurazzjoni Raġonevoli u jagħtu valutazzjoni preċiża tal-ġestjoni finanzjarja f'EuropeAid fir-rigward tar-regolarità.

54.

Biex juri kif safef differenti ta’ kontroll jikkontribwixxu għad-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji, il-EuropeAid ippreżenta għall-ewwel darba sommarju tal-iżbalji misjuba u kkoreġuti minn kontrolli ex ante u ex post tat-tranżazzjonijiet (37). Madankollu, din id-data għadha mhijiex kompluta peress li m’hemm ebda informazzjoni komprensiva dwar żbalji misjuba u kkorreġuti wara verifiki u verifikazzjonijiet tan-nefqa varati mill-EuropeAid barra l-kuntratt ta’ qafas tal-verifika jew varati minn benefiċjarji.

54.

Ir-Rapport dwar l-Attività Annwali jiddokumenta b'mod ċar li d-dejta li tissottolinea l-iżbalji individwati u korretti mill-awdituri tkopri biss dawk l-awdituri mqabbda permezz tal-kuntratt ta’ qafas tal-verifika tal-EuropeAid, jiġifieri ċ-ċifra monetarja reali tal-identifikazzjoni u l-korrezzjoni annwali tal-iżbalji fil-EuropeAid hija ħafna ogħla minn dak iddikjarat fir-rapport. Fuq tul ta’ żmien medju permezz tal-iżviluppi fl-IT jista’ jkun possibbli li jkun hemm reġistru ċentrali tar-riżultati finanzjarji anki għall-awdituri mqabbda lokalment, imma l-effiċjenza f'termini ta’ spejjeż ta’ dan l-iżvilupp għadha trid tiġi evalwata b'mod sħiħ.

55.

IL-EuropeAid għadu ma żviluppax indikatur prinċipali għall-impatt finanzjarju stmat ta’ żbalji residwi wara li twettqu l-kontrolli ex ante u ex post kollha. Kif hemm diġà indikat fir-Rapport Annwali tal-Qorti għall-2009 dwar il-FEI (38), fin-nuqqas ta’ indikatur bħal dan, il-EuropeAid mhuwiex f’pożizzjoni juri li l-impatt finanzjarju ta’ nuqqasijiet u żbalji huwa taħt il-kriterji tal-materjalità stabbiliti. Il-Qorti tinnota li l-EuropeAid qiegħed jiżviluppa metodoloġija biex jagħti din l-informazzjoni (39).

55.

Il-ħidma ta’ EuropeAid fl-iżvilupp ta’ metodoloġija li tagħmel stima tar-rata ta’ żbalji residwali fil-portafoll tad-DĠ (ladarba l-kontrolli jkunu twettqu) tnediet fl-2010 kif pjanat u qed tkompli skont il-pjan fl-2011. Il-metodoloġija ġiet approvata f'Marzu 2011 u f'Mejju 2011 sar studju pilota biex tiġi ttestjata u biex jitfassal pjan ta’ ħidma dettaljat għall-implimentazzjoni kompleta tagħha.

56.

Fir-rigward tas-sena finanzjarja 2010, id-Direttur Ġenerali tal-EuropeAid iddikjara li kien kiseb assigurazzjoni raġonevoli li l-proċeduri tal-kontroll eżistenti taw il-garanziji meħtieġa dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Il-verifika tal-Qorti ma tikkorroborax din id-dikjarazzjoni. Hija sabet li s-sistemi tal-EuropeAid kienu parzjalment effettivi u li l-pagamenti li saru mill-EuropeAid mill-FEI u mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għar-Relazzjonijiet u l-Iżvilupp Esterni kienu milquta b’mod ġenerali minn żball materjali (40).

56.

Il-Kummissjoni ddisinjat il-kontrolli tagħha biex ikopru ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-proġetti multiannwali tagħha. Temmen li dawn is-sistemi ta’ superviżjoni u kontroll huma effettivi u kull sena sar titjib sinifikattiv fihom. Ittieħdet azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Qorti fis-snin li għaddew. Ħafna mit-titjib li sar ġie rikonoxxut mill-Qorti, fejn irriżulta li elementi sinifikattivi tas-sistema prinċipali ta’ kontroll tqiesu li huma “effettivi”, biex b'hekk fl-2010 l-kontroll ambjentali ta’ EuropeAid ingħata l-grad ta’ “effettiv”.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 19.

57.

Il-Qorti tqis li d-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

57.

Ara risposta għall-paragrafu 53.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Konklużjonijiet

58.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li l-kontijiet tal-FEI għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010, b’mod ġust jippreżentaw, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-FEI u r-riżultati tal-operazzjonijiet u tal-likwidità tagħhom għas-sena li ntemmet, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u r-regoli tal-kontabilità adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità.

 

59.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2010:

59.

(a)

id-dħul tal-FEI kien ħieles minn żball materjali;

 

(b)

l-impenji individwali li daħlu għalihom il-FEI kienu ħielsa minn żball materjali iżda ġew milquta minn frekwenza sinifikanti ta’ żbalji mhux kwantifikabbli; u

 

(c)

il-pagamenti magħmula mill-FEI kienu milquta minn żball materjali.

(c)

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 19.

60.

Abbażi tax-xogħol tal-verifika tagħha, il-Qorti tikkonkludi li s-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid kienu parzjalment effettivi fl-assigurazzjoni tar-regolarità tal-pagamenti.

60.

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 56.

61.

Bħalma ġie nnutat f’Rapporti Annwali ta’ qabel dwar il-FEI, il-EuropeAid stabbilixxa strateġija ta’ kontroll komprensiva, iżda għad hemm dgħufijiet f’ċertu oqsma. Fi tmiem l-2010, il-EuropeAid vara Pjan ta’ azzjoni għal piramida msaħħa ta’ ġestjoni u kontroll tal-EuropeAid. Il-pjan jindirizza ħafna osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet mir-Rapport Annwali preċedenti u kurrenti tal-Qorti u jista’ jġib titjib sinifikanti lit-tfassil u lill-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-EuropeAid.

61.

Ara t-tweġiba għall-paragrafu 31.

Rakkomandazzjonijiet

62.

L-Annex 4 juri r-riżultat tar-reviżjoni mill-Qorti tal-progress fl-indirizzar ta’ rakkomandazzjonijiet li saru f’rapporti annwali ta’ qabel. Wara din ir-reviżjoni u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2010, il-Qorti tirrakkomanda li l-EuropeAid għandu jiffinalizza l-azzjonijiet li ġejjin previsti fil-Pjan ta’ Azzjoni:

62.

(a)

Jiżviluppa indikatur prinċipali għall-impatt finanzjarju stmat ta’ żbalji residwi wara li l-kontrolli ex ante u ex post kollha jkunu ġew implimentati (ara l-paragrafu 55) (41).

(a)

Il-ħidma ta’ EuropeAid fl-iżvilupp ta’ metodoloġija li tagħmel stima tar-rata ta’ żbalji residwali fil-portafoll tad-DĠ (ladarba l-kontrolli jkunu twettqu) tnediet fl-2010 kif pjanat u qed tkompli skont il-pjan fl-2011. Il-metodoloġija ġiet approvata f'Marzu 2011 u f'Mejju 2011 sar studju inizjali biex tiġi ttestjata u biex jitfassal pjan ta’ ħidma dettaljat għall-implimentazzjoni kompleta tagħha.

(b)

Jivvaluta l-kost-effettività tal-bosta kontrolli, l-aktar tas-sistemi ta’ kontroll ex post tat-tranżazzjonijiet (ara l-paragrafi 41 u 61) (42).

(b)

Il-Kummissjoni bdiet ħidma fuq l-effettività f'termini ta’ spejjeż tal-kontrolli fi ħdan reviżjoni iktar wiesgħa tal-istrateġija ta’ kontroll tal-EuropeAid fl-2010. Din il-ħidma se tiġi reviżjonata u mnedija mill-ġdid fl-2011/12 fil-kuntest tar-riżultat finali tar-reviżjoni attwali tar-Regolament Finanzjarju.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 41.

(c)

Isaħħaħ l-effettività tal-monitoraġġ tal-proġetti, inklużi żjarat fuq il-post, abbażi ta’ pjanijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni multiannwali (ara l-paragrafu 44).

(c)

EuropeAid qed tippjana li tintroduċi pjanijiet multiannwali għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u li ssaħħaħ il-gwida għall-monitoraġġ u r-rappurtar – notabilment fl-iddisinjar mill-ġdid fl-2011 tar-Rapporti dwar l-Immaniġġjar tal-Assistenza Esterna (li jsiru darbtejn fis-sena mid-Delegazzjonijiet) u fil-Linji Gwida l-ġodda dwar l-Immaniġġjar taċ-Ċiklu tal-Programmi u l-Proġetti.

63.

Il-Qorti tirrakkomanda wkoll li l-EuropeAid għandu:

63.

(a)

jirrevedi l-affidabbiltà ta’ ċertifikati minn superviżuri esterni, verifiki u verifikazzjonijiet tan-nefqa (ara l-paragrafu 33);

(a)

Il-persunal tal-Kummissjoni bħalissa jagħmel reviżjoni taċ-ċertifikati minn superviżuri, verifiki, u verifikazzjonijiet ta’ spejjeż esterni fir-rigward tal-kwalità u l-affidabilità tagħhom. Barra minn hekk, fl-2008, il-Kummissjoni għamlet obbligatorju t-twettiq ta’ verifiki tekniċi tal-appalti kollha 'l fuq minn EUR 15-il miljun u iktar tard ħarġet termini ta’ referenza standard. Il-verifiki tekniċi jkopru ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-proġett, mill-iddisinjar sal-implimentazzjoni, inkluża l-verifikazzjoniji taċ-ċertifikati tas-superviżuri. Jista' jkun li l-benefiċċji kollha ta’ dawn il-bidliet ma kinux għadhom viżibbli fl-2010. Il-Kummissjoni bħalissa qed tirrifletti wkoll dwar il-possibilità ta’ mekkaniżmi li jgħollu l-kwalità tal-verifikazzjonijiet tal-ispejjeż ikkummissjonati mill-benefiċjarji.

(b)

jintroduċi sistemi ta’ informazzjoni tal-ġestjoni li jippermettu lid-Direttur Ġenerali u lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet jimmonitorjaw aħjar is-segwitu tar-riżultati minn żjarat fuq il-post, verifiki esterni u verifikazzjonijiet tan-nefqa (ara l-paragrafu 42);

(b)

Il-Kummissjoni qed tiżviluppa sistemi ta’ informazzjoni tal-ġestjoni (b'mod partikolari permezz ta’ sistema bbażata fuq l-Internet għar-rappurtar tad-delegazzjonijiet) li jippermettu lill-maniġment jissorveljaw aħjar id-dejta operazzjonali u finanzjarja dwar il-ġestjoni li tkun disponibbli fuq il-post.

Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 62(c).

(c)

jorbot flimkien is-sistemi ta’ informazzjoni Verifika CRIS u Ordnijiet ta’ Rkupru CRIS (ara l-paragrafu 42);

(c)

EuropeAid tistenna li sa tmiem l-2011 il-moduli tas-sistema għall-ipproċessar tar-riżultati tal-verifika u dawk biex jiġu stabbiliti l-ordnijiet ta’ rkupru jkunu marbuta mas-sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni (CRIS).

(d)

ikompli fl-isforzi tiegħu biex jiżgura li d-data tkun irreġistrata b’mod preċiż, komprensiv u f’waqtu fis-sistema ta’ informazzjoni CRIS (ara l-paragrafi 18 u 41).

(d)

EuropeAid se tkompli fuq l-isforzi sinifikattivi li bdiet fl-2009 biex ittejjeb il-kwalità tad-dħul tad-dejta. Fid-dawl ta’ dan, fl-2010/11 inbdew reviżjonijiet maġġuri tal-moduli ta’ kuntratti u verifika tas-sistema ta’ informazzjoni tal-ġestjoni (CRIS).

64.

F’dak li għandu x’jaqsam mas-sostenn tal-baġit, il-Qorti tirrakkomanda li l-EuropeAid għandu:

64.

(a)

Jiżgura li d-Delegazzjonijiet japplikaw b’mod konsistenti l-format u l-iskema l-ġdida għar-rappurtar annwali tad-Delegazzjonijiet dwar riformi ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi f’pajjiżi li jirċievu sabiex jintwera b’mod aktar strutturat u formalizzat il-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi (il-paragrafu 34).

(a)

Il-Kummissjoni se tiżgura li l-forma riveduta tiġi applikata bmod rigoruż sabiex jisaħħaħ il-metodu stutturat u formalizzat tagħha fl-evalwazzjoni tal-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi.

(b)

Jippromovi, permezz ta’ djalogu ta’ politika, l-istabbiliment ta’ oqfsa ċari ta’ valutazzjoni fil-programmi ta’ riforma ta’ pajjiżi li jirċievu, dwar il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi (il-paragrafu 34).

(b)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza li jiġu stabbiliti, sa mill-bidu tal-operazzjonijiet marbuta mal-appoġġ tal-baġit, oqfsa ta’ evalwazzjoni ċari għall-istrateġiji ta’ riforma għall-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-benefiċjarji. Dan il-metodu se jissaħħaħ permezz ta’ djalogu regolari dwar il-politiki mal-awtoritajiet rilevanti.

(1)  Ara l-Kapitolu 5 “L-Għajnuna esterna, l-Iżvilupp u t-Tkabbir” tar-Rapport Annwali tal-Qorti għall-2010 dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE.

(2)  Jirrappreżenta 1,1 % tal-pagamenti li saru fl-2010.

(3)  Ara l-Artikoli 118, 125 u 134 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1) u l-Opinjoni tal-Qorti Nru 9/2007 dwar il-proposta għal dan ir-Regolament (ĠU C 23, 28.1.2008).

(4)  Ftehim tripartitiku bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti (l-Artikolu 134 tar-Regolament Finanzjarju tat-18 ta’ Frar 2008 applikabbli għall-għaxar FEI li hemm referenza għalih hawn fuq) jiffissa r-regoli għall-verifika ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-Qorti.

(5)  Is-sostenn tal-baġit jinvolvi t-trasferiment ta’ fondi mill-Kummissjoni għat-teżor nazzjonali tal-pajjiż sieħeb bil-għan li jkunu pprovduti iżjed riżorsi baġitarji sabiex jingħata sostenn lil strateġija għall-iżvilupp nazzjonali.

(6)  L-Artikoli 21 sa 29 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar FEI.

(7)  Impenji globali għandhom x’jaqsmu ma’ deċiżjonijiet ta’ finanzjament. Id-differenza bejn ammonti gross u nett ġejja minn diżimpenji.

(8)  Skont il-Ftehim ta’ Cotonou, il-koperazzjoni intra-AKP hija mħawla fil-qafas ta’ koperazzjoni u integrazzjoni reġjonali u tkopri l-operazzjonijiet reġjonali kollha li jgawdu minnhom ħafna stati AKP jew kollha kemm huma.

(9)  Is-sostenn għal pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, biex ikampaw mal-impatt tal-kriżi finanzjarja.

(10)  Għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratti individwali. Id-differenza bejn ammonti gross u nett ġejja minn diżimpenji.

(11)  Impenji qodma li ma ntefqux huma fondi impenjati aktar minn ħames snin ilu, u li baqgħu ma ntefqux. Impenji inattivi li ma ntefqux huma fondi impenjati iżda li ilhom aktar minn sentejn ma jiġu kkuntrattati jew minfuqa.

(12)  L-Artikoli 118 u 124.

(13)  Ir-rendikonti finanzjarji konsolidati jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rendikont tar-riżultat ekonomiku, ir-rendikont ta’ likwidità u t-tabella ta’ oġġetti pagabbli lill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.

(14)  Skont l-Artikoli 2, 3, 4, 125(4) u 134 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-għaxar FEI din id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni ma testendix għall-parti tar-riżorsi tal-FEI li huma ġestiti mill-BEI u li għalihom hu responsabbli.

(15)  Ir-regoli ta’ kontabilità adottati mill-uffiċjal ta’ kontabilità tal-FEI huma ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali ta’ Kontabilisti jew, fin-nuqqas tagħhom, Standards Internazzjonali ta’ Kontabilità (IAS)/ Standards Internazzjonali għall-Irrappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità. Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-rendikonti finanzjarji konsolidati għas-sena finanzjarja 2010 kienu ppreparati abbażi ta’ dawn ir-regoli ta’ kontabilità adottati mill-uffiċjal ta’ kontabilità tal-FEI, li jadattaw il-prinċipji tal-kontabilità bbażata fuq id-dovuti għall-ambjent speċifiku tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li r-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-FEI jkomplu jkunu bbażati primarjament fuq ċaqliq tal-likwidità.

(16)  Ara l-Artikolu 122 tar-Regolament Finanzjarju tat-18 ta’ Frar 2008 applikabbli għall-għaxar FEI: ir-rapporti finanzjarji għandhom jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rendikont tar-riżultat ekonomiku, ir-rendikont tad-dħul u l-infiq tal-flus, u t-tabella ta’ elementi pagabbli lill-FEI.

(17)  Ara l-Artikolu 123 tar-Regolament Finanzjarju tat-18 ta’ Frar 2008 applikabbli għall-għaxar FEI: Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għandhom jinkludu tabelli li jiddeskrivu l-approprjazzjonijiet, l-impenji u l-pagamenti.

(18)  Il-EuropeAid: 128 proġett u 20 tranżazzjoni ta’ sostenn tal-baġit; id-DĠ ECHO: 7 tranżazzjonijiet ta’ proġetti dwar għajnuna umanitarja; id-DĠ għar-Relazzjonijiet Esterni: 10 tranżazzjonijiet dwar nefqa amministrattiva.

(19)  Pereżempju: it-tip ta’ kuntratt, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt.

(20)  L-eżerċizzju ta’ qtugħ ifittex li jiżgura li kemm id-dħul kif ukoll in-nefqa huma rreġistrati bis-sħiħ u b’mod preċiż fil-perjodu korrett tal-kontabilità.

(21)  Il-Qorti tikkalkula l-istima ta’ żball tagħha minn kampjun statistiku rappreżentattiv. Iċ-ċifra kwotata hija l-aqwa stima (magħrufa bħala l-MLE). Il-Qorti għandha 95 % kunfidenza li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni tinsab bejn 1,0 % u 5,9 % (il-limiti aktar baxxi u ogħla ta’ żball rispettivament).

(22)  Ara l-paragrafi 28 u 29 tar-Rapport Speċjali Nru 2/2005 rigward għajnuna mill-baġit tal-EDF [FEI ]lill-pajjiżi ACP [AKP.] (ĠU C 249, 7.10.2005).

(23)  Garanzija tal-prestazzjoni (għal kuntratti ta’ xogħlijiet u ta’ forniment) titħallas lill-Awtorità Kontraenti għal kwalunkwe telf li jirriżulta min-nuqqas tal-Kuntrattur li jwettaq l-obbligi tiegħu bis-sħiħ u sew skont il-kuntratt.

(24)  Ħlief għall-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni, għajnuna għall-Balkani tal-Punent, għajnuna umanitarja, għajnuna makrofinanzjarja, Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u l-Mekkaniżmu ta’ Reazzjoni Rapida.

(25)  Il-paragrafu 54.

(26)  Il-paragrafu 54(b).

(27)  Pjan ta’ Azzjoni għal piramida msaħħa ta’ ġestjoni u kontroll tal-EuropeAid tad-19.11.2010.

(28)  Pjan ta’ Azzjoni għal piramida msaħħa ta’ ġestjoni u kontroll tal-EuropeAid tad-19.11.2010, l-azzjonijiet 7.1 u 7.2.

(29)  Pjan ta’ Azzjoni għal piramida msaħħa ta’ ġestjoni u kontroll tal-EuropeAid, 19/11/2010, l-azzjonijiet 2.1 u 2.2.

(30)  Sistema Komuni ta’ Informazzjoni RELEX.

(31)  Il-EuropeAid 01: Missjonijiet ta’ Verifikazzjoni minn Marzu 2008 sa Settembru 2009: sommarju tar-rakkomandazzjonijiet prinċipali, datat is-17.12.2010.

(32)  Pjan ta’ azzjoni għal piramida msaħħa ta’ ġestjoni u kontroll tal-EuropeAid, datat id-19.11.2010, l-azzjoni 6.2.

(33)  Il-paragrafu 47.

(34)  L-IAC hija unità tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni. Hija mmexxija minn Kap ta’ Unità li jirrapporta direttament lid-Direttur Ġenerali. Il-missjoni tagħha hija li tagħti assigurazzjoni indipendenti dwar l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern u bil-ħsieb li ttejjeb l-operat tad-Direttorat Ġenerali.

(35)  L-IAS huwa Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni. Huwa mmexxi mill-Awditur Intern tal-Kummissjoni u jirrapporta lill-Kumitat ta’ Progress tal-Verifika tal-Kummissjoni. Il-missjoni tiegħu hija li jagħti assigurazzjoni indipendenti dwar l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern u li jgħin lill-Kummissjoni permezz ta’ opinjonijiet, pariri u rakkomandazzjonijiet.

(36)  Ir-rata ta’ żball wara li l-kontrolli ex ante u ex post kollha jkunu ġew implimentati.

(37)  Ir-Rapport Annwali tal-Attività tal-EuropeAid 2010, il-paragrafu 3.1.2.2.4, p. 30.

(38)  Il-paragrafu 50.

(39)  Ir-Rapport Annwali tal-Attività tal-EuropeAid 2010, il-paragrafu 3.1.2.2.4, p. 30.

(40)  Ara l-Kapitolu 5 “Għajnuna esterna, Żvilupp u Tkabbir” tar-Rapport Annwali għall-2010 tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, il-paragrafu 5.35 u 5.36 u l-Anness 5.1.

(41)  Ara wkoll ir-Rapport Annwali tal-Qorti għall-2009 dwar il-FEI, il-paragrafu 54(a).

(42)  Ara wkoll ir-Rapport Annwali tal-Qorti għall-2009 dwar il-FEI, il-paragrafu 54(b).

(43)  Ammonti nett għas-Sena Finanzjarja 2010.

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri abbażi tad-data pprovduta minn EuropeAid DataWarehouse.

(44)  Jinkludu allokazzjonijiet tal-bidu lit-8, id-9 u l-10 FEI, kofinanzjament, interessi, riżorsi varji u trasferimenti minn FEI preċedenti.

(45)  Bħala perċentwal tar-riżorsi.

(46)  Ammonti negattivi jikkorrispondu għad-diżimpenji.

Sors: Il-Qorti tal-Awdituri, abbażi tar-Rapporti tal-FEI dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u r-rendikonti Finanzjarji fil-31 ta’ Diċembru 2010.


L-ANNESS 1

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET TAL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP

 

2010

2009

2008

2007

Proġetti

Sostenn tal-Baġit

Total

DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

Total ta’ impenji:

20

10

30

50

45

60

Total ta’ pagementi (li minnhom):

145

20

165

170

170

148

Pagamenti bil-quddiem

0

0

0

0

40

0

Pagamenti interim/finali

145

20

165

170

130

148

RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR GĦALL-PAGAMENTI (1)  (2)

Il-proporzjon ta’ pagamenti ttestjati misjuba li kienu:

Ħielsa minn żball

74 %

(107)

65 %

(13)

73 %

(120)

78 %

76 %

63 %

Milquta minn żball wieħed jew aktar

26 %

(38)

35 %

(7)

27 %

(45)

22 %

24 %

37 %

Analiżi ta’ tranżazzjonijiet milquta minn żball

Analiżi skont it-tip ta’ żball

Żbalji mhux kwantifikabbli:

39 %

(15)

100 %

(7)

49 %

(22)

65 %

61 %

49 %

Żbalji kwantifikabbli:

61 %

(23)

0 %

(0)

51 %

(23)

35 %

39 %

51 %

Eliġibbiltà

70 %

(16)

0 %

(0)

70 %

(16)

23 %

44 %

68 %

Okkorrenza

17 %

(4)

0 %

(0)

17 %

(4)

23 %

38 %

21 %

Eżattezza

13 %

(3)

0 %

(0)

13 %

(3)

54 %

19 %

11 %

STIMA TAL-IMPATT TAL-IŻBALJI KWANTIFIKABBLI FIL-PAGAMENTI

Ir-rata tal-iżbalji l-aktar probabbli

3,4 %

 

 

 

Limitu tar-rata aktar baxxa ta’ żball

1,0 %

 

 

 

Limitu tar-rata ogħla ta’ żball

5,9 %

 

 

 


(1)  Biex jitjieb l-intuwitu f'oqsma bi profili tar-riskju differenti fi ħdan il-grupp tal-politika, il-kampjun inqasam f'segmenti.

(2)  In-numri kkwotati fil-parentesi jirrappreżentaw l-għadd attwali ta’ tranżazzjonijiet.


L-ANNESS 2

IR-RIŻULTATI TAT-TGĦARBIL TAS-SISTEMI GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP U L-GĦAJNUNA GĦALL-IŻVILUPP TAĦT IL-BAĠIT ĠENERALI

Valutazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll magħżula

Sistema kkonċernata

Ambjent tal-Kontroll

Kontrolli ex ante

Monitoraġġ u sorveljanza

Verifiki esterni

Verifiki interni

Valutazzjoni ġenerali

Sistemi Ċentrali tal-EuropeAid

Effettivi

Parzjalment effettivi

Effettivi

Effettivi

Effettivi

Parzjalment effettivi

Delegazzjonijiet

Effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

N/A

Parzjalment effettivi


Valutazzjoni ġenerali tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll

Valutazzjoni ġenerali

2010

2009

2008

2007

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi

Parzjalment effettivi


L-ANNESS 3

IR-RIŻULTATI TAR-REVIŻJONII TAR-RAPPREŻENTAZZJONIJIET TAL-ĠESTJONI TAL-KUMMISSJONI GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP U L-GĦAJNUNA GĦALL-IŻVILUPP TAĦT IL-BAĠIT ĠENERALI

Id-DĠ prinċipali kkonċernati

Natura tad-dikjarazzjoni magħmula mid-direttur ġenerali  (1)

Riżervi mogħtija

Osservazzjonijiet tal-Qorti

Valutazzjoni ġenerali tal-affidabbiltà

2010

2009

AIDCO

bla riżervi

N/A

Il-EuropeAid waqqaf strateġija ta’ kontroll komprensiv u kompla jġib titjib sinifikanti fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tiegħu. Madankollu, il-verifika tal-Qorti sabet li għad hemm dgħufijiet f'ċerti kontrolli u li l-pagamenti kienu affettwati minn żbalji materjali.

B

B

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

B:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

C:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività ma jagħtux valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.


(1)  B'riferenza għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttur Ġenerali, hu/hi għandu/għandha assigurazzjoni raġonevoli li l-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jipprovdu l-garanziji meħtieġa dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

A:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

B:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni parzjalment ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.

C:

id-dikjarazzjoni tad-Direttur Ġenerali u r-rapport annwali tal-attività ma jagħtux valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja fir-rigward tar-regolarità.


L-ANNESS 4

SEGWITU TA' RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦALL-FONDI EWROPEJ GĦALL-IŻVILUPP

Sena

Ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti

Il-progress li sar

Ir-risposta tal-Kummissjoni

L-analiżi tal-Qorti

2009

Il-EuropeAid għandu, fil-kuntest tar-reviżjoni ppjanata tiegħu tal-istrateġija ta’ kontroll ġenerali tiegħu, jiżviluppa indikatur prinċipali għall-impatt finanzjarju stmat ta’ żbalji residwi wara li l-kontrolli kollha ex ante u ex post ikunu ġew implimentati, ibbażat pereżempju f'tgħarbil ta’ kampjun statistiku rappreżentattiv ta’ proġetti magħluqa (ir-Rapport Annwali għall-2009, il-paragrafu 54(a)).

Il-EuropeAid jinsab fil-proċess li jirrevedi l-istrateġija ta’ kontroll ġenerali tiegħu; issir referenza għall-“Pjan ta’ Azzjoni għal piramida msaħħa ta’ ġestjoni u kontroll tal-EuropeAid”. Il-EuropeAid ikkuntratta lil konsulent estern biex jiżviluppa metodoloġija affidabbli u fattibbli. L-adozzjoni mill-EuropeAid hija prevista għall-ewwel nofs tal-2011.

Il-ħidma ta’ EuropeAid fl-iżvilupp ta’ metodoloġija li tagħmel stima tar-rata ta’ żbalji residwali fil-portafoll tad-DĠ (ladarba l-kontrolli kollha jkunu twettqu) tnediet fl-2010 kif pjanat u qed tkompli skont il-pjan fl-2011. Il-metodoloġija ġiet approvata f'Marzu 2011 u f'Mejju 2011 sar studju pilota biex tiġi ttestjata u biex jitfassal pjan ta’ ħidma dettaljat għall-implimentazzjoni kompleta tagħha.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni.

Il-EuropeAid għandu, fil-kuntest ta’ din ir-reviżjoni, jivvaluta l-effettività tal-ispejjeż tad-diversi kontrolli, speċjalment tas-sistema ta’ kontroll tat-tranżazzjonijiet ex post (ir-Rapport Annwali għall-2009, il-paragrafu 54(b)).

Bħalma ssemma fir-rakkomandazzjoni ta’ qabel, il-EuropeAid jinsab fil-proċess li jirrevedi l-istrateġija ta’ kontroll ġenerali tiegħu; Tħejjiet stima tal-ispejjeż tal-kontrolli.

Fl-2010, il-Kummissjoni bdiet il-ħidma tagħha fuq l-effettività tal-kontrolli f'termini ta’ spejjeż. Din il-ħidma se tiġi riveduta u mnedija mill-ġdid fl-2011/12 fil-kuntest tar-riżultat finali tar-reviżjoni attwali tar-Regolament Finanzjarju.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni.

Il-EuropeAid għandu jiffinalizza u jxerred is-sett ta’ għodod tal-ġestjoni finanzjarja mmirat lejn ir-riskju għoli inerenti ta’ żbalji fil-livell ta’ organizzazzjonijiet implimentattivi, kuntratturi u benefiċjarji biex jiżgura għarfien adegwat tal-ġestjoni finanzjarja u r-regoli tal-eliġibbiltà (ir-Rapport Annwali għall-2009, il-paragrafu 54(c)).

Pakkett ta’ Għodda Finanzjarju ġie finalizzat u t-tixrid beda f'Diċembru 2010. Ilu disponibbli onlajn minn Frar 2011.

Din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata kompletament.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni.

Il-EuropeAid għandu jkompli fl-isforzi tiegħu biex jiżgura li d-Delegazzjonijiet jirreġistraw data fil-Verifika CRIS b'mod komprensiv u f'waqtu (ir-Rapport Annwali 2009, il-paragrafu 54(d)).

Minkejja l-isforzi tal-EuropeAid biex jindirizza din il-kwistjoni, xorta waħda nstabet kwalità limitata ta’ data fil-verifika CRIS għal tlieta mis-seba' Delegazzjonijiet miżjura fl-2010.

EuropeAid nediet reviżjoni tal-modulu ta’ verifika tas-CRIS fl-2011. Flimkien mal-ħidma orizzontali li għaddejja bħalissa fuq il-kwalità tad-dejta CRIS, dan għandu jwassal għal titjib sinifikattiv fil-kwistjonijiet ta’ kwalità tad-dejta fil-modulu tal-verifika fuq tul ta’ żmien medju.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni.

2009

It-tfassil tal-Verifika CRIS għandu jkun modifikat biex jagħti informazzjoni dwar l-ammonti ta’ nefqa ineliġibbli finali u l-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula wara li jkun tlesta l-proċess ta’ approvazzjoni tal-verifika (ir-Rapport Annwali għall-2009, il-paragrafu 54(e)).

L-ebda progress dwar din il-kwistjoni ma ġie osservat matul l-2010.

Din ir-rakkomandazzjoni nħarġet fir-Rapport Annwali tal-ECA 2009 ippubblikat f'Novembru 2010 u ġiet aċċettata mill-Kummissjoni. Madankollu, iż-żmien meħtieġ biex isiru żviluppi fl-IT li għadhom ma ġewx integrati fiċ-ċiklu ta’ pjanifikazzjoni annwali huwa sinifikanti ħafna. Minkejja li fl-2011 inbdiet il-ħidma dwar il-kunċett/id-disinn tar-reviżjoni tal-verifika CRIS, x'aktarx li t-tibdil fis-sistema ma jiġix implimentat qabel l-2012.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni.

EuropeAid should ensure that the specific conditions for performance-based variable tranches clearly specify the indicators, targets, calculation methods and verification sources (ir-Rapport Annwali għall-2009, il-paragrafu 55(a)).

Il-ftehimiet ta’ Finanzjament tas-Sostenn tal-Baġit tal-10 FEI vverifikati fl-2010 jispeċifikaw l-indikaturi, il-miri, il-metodi ta’ kalkolu u l-għejun ta’ verifikazzjoni b'mod ċar u mhux ambigwu.

Din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata kompletament.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni.

Il-EuropeAid għandu jiżgura li r-rapporti tad-Delegazzjonjiet juru b'mod strutturat u formalizzat il-progress fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi billi jistabbilixxi biċ-ċar il-kriterji li bihom kellu jiġi valutat il-progress (jiġifieri r-riżultati li l-Gvern li jirċievi kellu jilħaq matul il-perjodu kkonċernat), il-progress li sar u r-raġunijiet għalfejn jista' jkun li l-programm ta’ riforma ma ġiex implimentat skont il-pjan (ir-Rapport Annwali għall-2009, il-paragrafu 55(b)).

F'Ġunju 2010 ġie introdott format ġdid għar-Rapporti ta’ Monitoraġġ Annwali tal-PFM tad-Delegazzjoni, bl-inklużjoni ta’ skema ta’ valutazzjoni ġdida għall-progress tar-riforma tal-PFM. It-tqabbil tal-kisbiet b'objettivi ċari u realistiċi fuq terminu qasir (it-12-il xahar segwenti) u medju (it-tliet snin segwenti), mill-gvern li jirċievi, jippromovi valutazzjoni strutturata u formalizzata. Madankollu, il-Qorti sabet każijiet fl-2010 fejn il-Programmi tar-Riforma tal-PFM/pjanijiet ta’ azzjoni kienu biss fil-proċess ta’ adozzjoni jew inkella ma kellhomx objettivi realistiċi, ċari u prijoritizzati. Dan xekkel valutazzjoni strutturata u formalizzata bħal din.

Din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata kompletament. Barra mil-linja gwida dwar ir-rappurtar f'Ġunju 2010, il-Kummissjoni żviluppat qafas strutturat għall-evalwazzjoni tar-relevanza u l-kredibilità tal-istrateġiji ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tal-benefiċjarji, li għandu jiġi applikat qabel jinbdew il-programmi ta’ appoġġ għall-baġit. Dan jenfasizza b'mod partikolari t-twaqqif ta’ qafas ta’ evalwazzjoni li jkollu bażi u objettivi ċari li jkunu jistgħu jiġu sorveljati waqt il-programm kollu. Fi Frar 2011 dan il-qafas ġie mgħoddi lid-Delegazzjonijiet tal-AKP biex jintuża fit-tħejjija ta’ programmi ġodda.

Il-Qorti tieħu nota tar-risposta tal-Kummissjoni.