ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2011.322.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 54 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
2011/C 322/01 |
||
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 322/02 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 322/03 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 322/04 |
Sejħa għall-Proposti – EACEA/35/11 – MEDIA 2007 – Promozzjoni/Aċċess għas-Swieq |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2011/C 322/05 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6397 – G4S/ISS) ( 1 ) |
|
2011/C 322/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6423 – Carlyle/H&F/Pharmaceutical Product Development) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
5.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/1 |
Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi tal-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri
2011/C 322/01
IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),
Wara li kkunsidra l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (2),
ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:
1. INTRODUZZJONI
1.1. Konsultazzjoni mal-KEPD
1. |
Fid-19 ta’ Mejju 2011 il-Kummissjoni adottat Proposta għall-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment tad-dejta fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri (3). Il-proposta ntbagħtet lill-KEPD fit-23 ta’ Mejju. |
2. |
Il-KEPD ġie kkonsultat b’mod informali tul Mejju 2011, fil-kuntest ta’ proċedura mgħaġġla, dwar il-proposta relatata ma’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment tad-dejta tal-PNR. |
3. |
Meta jitqies li l-kummenti tiegħu jibqgħu validi fir-rigward tas-sustanza tal-proposta adottata mill-Kummissjoni u ppreżentata lill-Kunsill u lill-Parlament, il-KEDP iddeċida li jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu disponibbli b’mod aktar mifrux fl-għamla ta’ opinjoni pubblika. B’dan il-mod, l-osservazzjonijiet jistgħu jiġu kkunsidrati waqt aktar dibattiti dwar il-proposta. |
4. |
Il-KEPD juża din l-okkażjoni biex iqajjem ċerti kwistjonijiet oħra, u jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Parlament biex iqisu dawn l-opinjonijiet meta jiddeċiedu dwar il-proposta skont l-Artikolu 218 tat-TFUE. |
1.2. Il-kuntest tal-Proposta
5. |
Il-ftehim bejn l-UE u l-Awstralja dwar id-dejta tal-PNR huwa pass ieħor fl-aġenda tal-UE, li jinkludi linji gwida globali tal-PNR, li jwaqqaf skema tal-UE-PNR u jinnegozja ftehimiet ma’ pajjiżi terzi (4). |
6. |
Il-KEPD segwa mill-qrib l-iżviluppi relatati mal-PNR u riċentement adotta żewġ Opinjonijiet dwar il-“pakkett tal-PNR” tal-Kummissjoni u dwar il-Proposta għal Direttiva dwar l-UE-PNR (5). L-opinjonijiet imfissra mill-KEPD dwar l-iskemi tal-PNR jikkumplimentaw u huma fil-parti l-kbira tagħhom konsistenti ma’ dawk tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (6), iżda wkoll ma’ dokumenti riċenti oħra, inkluża l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (7) u l-opinjoni tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali (8). |
7. |
Kif żviluppat hawn taħt, l-approċċ konsistenti tal-KEPD minn dejjem kien li jikkonfronta l-iskop tal-iskemi tal-PNR mar-rekwiżiti fundamentali tan-neċessità u l-proporzjonalità, u li janalizza f’tieni stadju d-dettalji tad-dispożizzjonijiet biex jissuġġerixxi titjib fejn rilevanti. |
1.3. Osservazzjoni preliminari
8. |
Il-KEPD jilqa’ l-approċċ ġenerali li għandu l-għan li jarmonizza salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta fid-diversi ftehimiet tal-PNR ma’ pajjiżi terzi. Madankollu, xorta jeħtieġ li jitqajmu ċerti osservazzjonijiet. |
9. |
Rimarka konsistenti mtennija fl-Opinjonijiet tal-KEPD u fl-Opinjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 tapplika bl-istess mod għall-proposta tal-PNR Awstraljan: in-neċessità u l-proporzjonalità tal-iskemi tal-PNR għandhom jintwerew. |
10. |
Dawn iż-żewġ rekwiżiti fundamentali huma aspetti essenzjali tal-liġi tal-protezzjoni tad-dejta, skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFUE. L-UE għandha tiżgura li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-liġi tal-protezzjoni tad-data tal-UE, f’każijiet ukoll fejn id-dejta taċ-ċittadini Ewropej tiġi pproċessata u ttrasferita mit-territorju tal-UE għal pajjiż terz. F’każijiet bħal dawn, in-neċessità u l-proporzjonalità għandhom jiġu evalwati u stabbiliti, qabel ikun jista’ jiġi ffirmat xi ftehim. Minbarra l-elementi ta’ sostenn tan-neċessità tal-iskema tal-PNR, il-proporzjonalità teħtieġ bilanċ adegwat bejn l-għan segwit u l-ipproċessar ta’ ammonti kbar ħafna ta’ dejta li jirriżulta f’indħil serju fil-ħajja privata tal-individwi. |
11. |
Safejn huma kkonċernati l-iskemi tal-PNR, l-għan huwa l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-reati (transnazzjonali) serji, permezz tal-ġbir ta’ ammonti kbar ħafna ta’ dejta relatata mal-passiġġieri kollha, sabiex titwettaq valutazzjoni tar-riskju fuq dawn il-passiġġieri. Sa issa, il-KEPD ma ra ebda elementi konvinċenti fil-ġustifikazzjonijiet ippreżentati għall-iskemi eżistenti tal-PNR jew għal dawk li qed jiġu previsti, bħalma huma l-iskema PNR tal-UE li huwa analizza fid-dettall fl-opinjoni tiegħu ta’ Marzu 2011 (9). |
12. |
Barra minn hekk, jekk tiġi stabbilita n-neċessità, il-KEPD jenfasizza li t-test ta’ proporzjonalità xorta jeħtieġ li jiġi ssodisfat. Huwa jesprimi dubji dwar il-bilanċ bejn l-ipproċessar ta’ dejta personali fuq skala kbira u l-għan segwit, speċjalment fid-dawl tal-varjetà ta’ reati inklużi fl-ambitu ta’ applikazzjoni tal-abbozz tal-ftehim. Huwa jikkunsidra li għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati serji, huma disponibbli strumenti effettivi oħrajn. |
13. |
Il-kummenti speċifiċi hawn taħt huma mingħajr preġudizzju għal din l-osservazzjoni preliminari u fundamentali. Il-KEPD jilqa’ d-dispożizzjonijiet li jipprevedu garanziji speċifiċi bħas-sigurtà tad-dejta, l-infurzar u s-sorveljanza, kif ukoll dawk relatati ma’ trasferimenti ’l quddiem. Fl-istess ħin, huwa jesprimi tħassib, minbarra n-neċessità u l-proporzjonalità tal-iskema, rigward l-ambitu tad-definizzjonijiet u l-kundizzjonijiet taż-żamma tad-dejta. |
2. ANALIŻI TAL-PROPOSTA
2.1. Bażi legali
14. |
Il-KEPD jinnota li l-ftehim huwa bbażat fuq l-Artikolu 82(1)(d), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa jfakkar li l-fatturi oġġettivi li għandhom jiġu kkunsidrati għall-għażla tal-bażi legali jinkludu b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-miżura (10). Jekk l-eżami ta’ miżura tal-UE juri li dan isegwi għan doppju jew li għandu komponent doppju u jekk wieħed ikun identifikabbli bħala l-għan jew komponent prinċipali jew predominanti, filwaqt li l-ieħor ikun sempliċiment inċidentali, il-miżura għandha tkun ibbażata fuq bażi legali waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew komponent ewlieni jew predominanti (11). B’eċċezzjoni, jekk jiġi stabbilit li l-miżura ssegwi simultanjament diversi għanijiet li huma marbuta flimkien b’mod inseparabbli mingħajr ma wieħed ikun sekondarju u indirett fir-rigward tal-ieħor, il-miżura tista’ tkun ibbażata fuq il-bażijiet legali korrispondenti (12). |
15. |
Fl-isfond tal-ġurisprudenza stabbilita, kif miġbura fil-qosor, u apparti mill-Artikolu 218(6)(a), il-KEPD isostni li l-ftehim m’għandux ikun ibbażat fuq l-Artikolu 82(1)(d) u l-Artikolu 87(2)(a), iżda fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE. |
16. |
F’dak li jirrigwarda l-għan, għandu jiġi mfakkar li l-ftehimiet tal-PNR li qegħdin jiġu nnegozjati mill-UE kollha nbdew mill-bżonn li jiġi rikonċiljat l-obbligu tal-linji tal-ajru li jipprovdu dejta tal-PNR lill-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi mad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta (13). Barra minn hekk, it-test tal-proposta f’diversi okkazjonijiet jirreferi għall-għan tal-protezzjoni tad-dejta personali (14). |
17. |
Fir-rigward tal-kontenut, il-predominanza tad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta fil-ftehim hija evidenti minnha nnifsha. Minbarra mill-Artikoli 3, 4 u 6, jidher li l-protezzjoni tad-dejta hija preżenti tista’ tgħid fid-dispożizzjonijiet kollha tal-ftehim. Dan huwa evidenti fl-Artikolu 1 (l-għan), l-Artikolu 2 (id-definizzjonijiet), l-Artikolu 5 (l-adegwatezza), l-Artikolu 7 sa 19 (salvagwardji applikabbli għall-ipproċessar tad-dejta tal-PNR). |
18. |
Meta niġu għad-disposizzjonijiet tas-salvagwardji (l-Artikoli 7 sa 19), għandu jiġi osservat li dawn jinkludu dispożizzjonijiet tipiċi għal leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-data (15). Il-fatt li att fih dispożizzjonijiet li jappartjenu tipikament għal qasam speċifiku tal-liġi kien ikkunsidrat mill-Qorti bħala element li jiġġustifika bażi legali speċifika waħda (16). |
19. |
Fil-qosor, il-KEPD iqis li l-għan tal-ftehim, aktar milli t-titjib tal-kooperazzjoni tal-pulizija, huwa l-mandat u l-awtorizzazzjoni għal trasferiment ta’ dejta personali minn operaturi privati fid-dawl tat-talba ta’ pajjiż terz. Filwaqt li tali trasferiment lejn pajjiż terz fil-prinċipju ma jkunx possibbli skont ir-regoli tal-UE, il-ftehim tal-PNR jimmmira li jippermetti t-trasferiment ta’ dejta personali skont ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE permezz tal-adozzjoni ta’ salvagwardji speċifiċi. |
20. |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-KEPD jemmen li l-ftehim għandu – fi kwalunkwe każ primarjament – ikun ibbażat fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE (17). |
2.2. L-għan u d-definizzjonijiet
21. |
Il-KEPD jinnota l-fatt li l-għanijiet li għalihom id-dejta tal-PNR tista’ tiġi pproċessata huma definiti b’mod preċiż fl-Artikolu 3 tal-Proposta. Madankollu, huwa jiddispjaċih mill-fatt li d-definizzjonijiet attwali huma usa’ mid-definizzjonijiet tal-Proposta għal Direttiva dwar l-UE-PNR, li hi stess xorta jmissha ġiet aktar ristretta, speċjalment f’dak li jirrigwarda r-reati minuri. |
22. |
Filwaqt li fil-Proposta tal-UE-PNR, id-definizzjonijiet iqisu l-konsegwenzi tal-attivitajiet definiti bħala “terroristiċi”, bħal danni konkreti lil persuni jew gvernijiet (mewt, attakki fuq l-integrità fiżika, il-qerda ta’ sistema tat-trasport, faċilità ta’ infrastruttura, eċċ), din il-Proposta hija inqas speċifika u iktar orjentata lejn l-għan meta tirreferi għall-intimidazzjoni tal-persuni, gvernijiet, jew id-destabbilizzar serju ta’ strutturi politiċi jew ekonomiċi fundamentali. |
23. |
Il-KEPD iqis li hija meħtieġa preċiżjoni akbar fir-rigward tal-kunċetti “intimidatorji, li jisfurzaw jew li jikkostrinġu”, kif ukoll “l-istrutturi politiċi, kostituzzjonali, ekonomiċi jew (speċjalment) soċjali fundamentali ta’ pajjiż jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali”. Dan jevita l-applikazzjoni tal-iskema tal-PNR f’każijiet fejn fi kwalunkwe każ m’għandhomx ikunu fil-mira, bħalma huma attivitajiet leġittimi (pereżempju dimostrazzjonijiet paċifiċi) f’kuntest soċjali, kulturali jew politiku (18). |
24. |
Il-possibbiltà li tiġi pproċessata dejta f’każijiet eċċezzjonali oħrajn tqajjem mistoqsijiet addizzjonali, speċjalment minħabba li testendi għal “theddida għas-saħħa”. Il-KEPD iqis li estensjoni tal-għan bħal din hija sproporzjonata, speċjalment billi proċeduri alternattivi u aktar speċifiċi jistgħu jkunu disponibbli biex jittrattaw theddid importanti għas-saħħa fejn ikun meħtieġ fuq il-bażi ta’ każ b’każ. Barra minn hekk, id-dejta tal-PNR mhijiex l-aktar għodda xierqa biex jiġu identifikati l-passiġġieri: teżisti dejta aktar affidabbli, b’mod partikolari dejta tal-API. |
25. |
Il-KEPD jinnota wkoll li l-lista tad-dejta tal-PNR annessa mal-Proposta teċċedi dak li ġie kkunsidrat bħala proporzjonali mill-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data fl-Opinjonijiet tal-Parti ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 (19). Din il-lista għandha titqassar. B’mod partikolari l-inklużjoni tat-taqsima “Rimarki ġenerali” li tista’ tinkludi dejta irrilevanti – u potenzjalment sensittiva – mhijiex iġġustifikata u għandha titħassar. |
2.3. Dejta sensittiva
26. |
Il-KEPD jilqa’ l-esklużjoni tal-ipproċessar ta’ dejta sensittiva mill-ambitu ta’ applikazzjoni, kif iddikjarat fl-Artikolu 8 tal-Proposta. Madankollu, l-abbozzar ta’ din id-dispożizzjoni xorta jissuġġerixxi li dejta sensittiva tista’ tiġi “ipproċessata”. Id-dispożizzjoni tippermetti li din id-dejta tintbagħat l-ewwel mil-linji tal-ajru, u mbagħad titħassar mill-awtoritajiet pubbliċi fit-tieni stadju. Il-fatt li tintbagħat mil-linji tal-ajru huwa att ta’ pproċessar. Il-KEPD iqis li l-linji tal-ajru għandhom ikunu obbligati li jiffiltraw dejta sensittiva fis-sors tal-ipproċessar. |
2.4. Is-sikurezza tad-dejta
27. |
Il-Proposta tinkludi fl-Artikolu 9 dispożizzjoni komprensiva dwar is-sikurezza u l-integrità tad-data, li hija milqugħa. Il-KEPD jappoġġa b’mod partikolari l-obbligu li jiġi rrapportat ksur tas-sigurtà lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni Awstraljan. Fir-rigward tat-trasmissjoni ulterjuri ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, ikunu meħtieġa aktar spjegazzjonijiet dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita. Barra minn hekk, il-KEPD iqis li l-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Dejta huma wkoll riċevituri rilevanti ta’ din it-tip ta’ informazzjoni u għandhom jissemmew b’mod espliċitu fil-Proposta. |
2.5. Superviżjoni u infurzar
28. |
Is-sistema ta’ superviżjoni, inkluż il-miżuri ta’ sorveljanza u ta’ responsabbiltà u l-insistenza fuq in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità jew il-post ta’ residenza, hija milqugħa. Il-KEPD jappoġġja bis-sħiħ ukoll id-dritt fundamentali ta’ kull individwu għar-rimedju amministrattiv u protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Huwa jikkunsidra l-irwol tal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni Awstraljan bħala garanzija importanti safejn huma kkonċernati l-possibiltajiet ta’ rimedju u l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta. |
2.6. Deċiżjonijiet individwali awtomatizzati
29. |
Skont l-Artikolu 15, interpretat a contrario, deċiżjoni awtomatizzata li ma “taffettwa[x] b’mod sinifikanti lil xi passiġġier jew li [ma] tipproduċi[x] effett legali negattiv fuqu” tista’ tittieħed fuq il-bażi tal-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta. Is-salvagwardji japplikaw biss meta d-deċiżjoni taffettwa lill-passiġġier b’mod sinifikanti. Meta wieħed iqis l-ambitu wiesa’ tal-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta personali previst fl-iskema tal-PNR, din ir-restrizzjoni hija dubjuża fil-fehma tal-KEPD. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni flessibbli ta’ din id-dispożizzjoni, huwa jirrakkomanda li titħassar “b’mod sinifikanti” u li jiġi żgurat li ma tiġi awtorizzata l-ebda deċiżjoni awtomatizzata li tipproduċi effett negattiv fuq individwu. |
2.7. Żamma tad-dejta
30. |
Il-KEPD iqis it-tul tal-perjodu taż-żamma tad-dejta kif previst fl-Artikolu 16 bħala waħda mill-akbar diffikultajiet fil-proposta. Perjodu ta’ żamma ta’ ħames snin u nofs, inklużi tliet snin mingħajr l-ebda ħabi tad-dejta, huwa b’mod ċar spropozjonat, speċjalment jekk dan il-perjodu taż-żamma jitqabbel mal-iskema preċedenti tal-PNR Awstraljana li ma kinitx tipprevedi l-ħażna tad-dejta ħlief fuq il-bażi ta’ każ b’każ (20). Għandha tingħata ġustifikazzjoni estensiva biex jiġi spjegat għaliex issa huwa previst dan il-perjodu twil ta’ żamma, li ma kienx meqjus meħtieġ fl-ewwel iskema tal-PNR Awstraljana. |
31. |
F’konformità mal-pożizzjoni sostnuta fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Proposta għal Direttiva għal UE-PNR, il-KEPD iqis li għandha ssir l-anonimimizzazzjoni sħiħa (jiġifieri irriversibbli) tad-dejta kollha, jekk mhux immedjatament wara l-analiżi, wara 30 jum bħala massimu. |
2.8. Trasferimenti ’l quddiem
32. |
Il-garanziji pprovduti fl-Artikoli 18 u 19 huma milqugħa, b’mod speċjali peress li dawn jipprovdu għal lista ta’ riċevituri tad-dejta trasferita ġewwa l-Awstralja, għal trasferiment fuq bażi ta’ każ b’każ u valutazzjoni tan-neċessità tat-trasferiment f’kull każ. Il-KEPD madankollu jinnota li din id-dispożizzjoni tista’ tinqabeż bl-eċċezzjoni tal-Art. 18.1(c) li jippermetti l-kondiviżjoni ta’ dejta depersonalizzata anki jekk mhux fuq bażi ta’ każ b’każ. Madankollu, depersonalizzazzjoni ma jimplikax it-tħassir ta’ elementi li jippermettu identifikazzjoni għal aċċess ta’ dejta kompluta meta jkun meħtieġ, iżda li dawn jinħbew biss, sabiex l-aċċess sħiħ għad-dejta jibqa’ possibbli. Għal din ir-raġuni, il-KEPD jirrakkomanda li l-ebda eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ trasferimenti “każ b’każ” ma għandha tiġi awtorizzata. Bħala salvagwardja addizzjonali, il-KEPD jissuġġerixxi li t-trasferimenti jiġu limitati għal awtoritajiet “li l-kompitu tagħhom huwa li jiġġieldu kontra t-terroriżmu jew il-kriminalità transnazzjonali”, pjuttost milli dawk l-awtoritajiet li l-funzjonijiet huma “direttament relatati mal-prevenzjoni ta’ (dawn ir-)reati”. |
33. |
Il-fatt li t-trasferimenti lejn pajjiżi terzi huma soġġetti għall-kundizzjoni li dawn jipprovdu l-“istess” salvagwardji bħall-ftehim oriġinali huwa appoġġjat. Meta wieħed iqis il-fatt li trasferimenti ulterjuri madankollu jimplikaw telf ta’ kontroll fuq il-mod kif id-dejta tista’ tiġi pproċessata, u fin-nuqqas ta’ ftehim internazzjonali li jiggarantixxi l-applikazzjoni effettiva tas-salvagwardji minn dawn il-benefiċjarji l-ġodda, il-KEPD jissuġġerixxi wkoll li dawn it-trasferimenti jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel. |
34. |
Il-Proposta tipprevedi li meta d-dejta ta’ persuna residenti fi Stat Membru tal-UE tiġi trasferita lejn pajjiż terz, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiġi infurmat jekk is-Servizz Awstraljan tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri jkunx konxju ta’ din is-sitwazzjoni (l-Artikolu 19 1.(F)). Il-KEPD iqis li għandhom jiġu inklużi aktar dettali li jispjegaw l-għan ta’ trasmissjoni bħal din lil Stat Membru. Jekk trażmissjoni ta’ informazzjoni bħal din ikollha impatt fuq is-suġġett tad-dejta, għandhom jiġu inklużi ġustifikazzjoni u salvagwardji addizzjonali. |
35. |
Fl-aħħa rnett, fir-rigward ta’ trasferimenti ġewwa l-Awstralja u lil pajjiżi terzi, kemm l-Artikolu 18 u l-Artikolu 19 jipprevedu dispożizzjoni ġenerali li tgħid li xejn m’għandu jimpedixxi l-iżvelar ta’ dejta tal-PNR jekk dan ikun meħtieġ għall-finijiet tal-Artikolu 3(4) (21), fi kliem ieħor fil-każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali bil-għan li jitħares l-interess vitali ta’ kwalunkwe individwu, inkluż theddid għas-saħħa. Il-KEPD diġà qajjem dubji dwar ir-riskju ta’ interpretazzjoni wiesgħa ta’ din l-eċċezzjoni. Barra minn hekk, huwa ma jarax għala kwalunkwe trasferiment f’ċirkostanzi eċċezzjonali ma għandux ikun soġġett għas-salvagwardji previsti fl-Artikolu 18 u l-Artikolu 19, speċjalment fir-rigward tal-limitazzjoni tal-għan jew il-minimizzazzjoni tad-dejta, kif ukoll fir-rigward tal-protezzjoni tal-identità tar-riċevituri u l-livell ta’ protezzjoni mogħtija għad-dejta personali. |
2.9. Trasferimenti permezz tal-linji tal-ajru
36. |
Skont l-Artikolu 21.3, it-trasferimenti ta’ dejta tal-PNR lill-awtoritajiet jista’ sseħħ aktar minn ħames darbiet għal kull titjira f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fil-każ ta’ theddid speċifiku. Sabiex titjieb iċ-ċertezza legali, il-kundizzjonijiet ta’ trasferimenti addizzjonali bħal dawn għandhom ikunu aktar dettaljati u għandhom jinkludu b’mod partikolari l-ħtieġa addizzjonali ta’ theddida immedjata. |
2.10. Reviżjoni tal-ftehim
37. |
Il-KEPD iqis li l-kundizzjonijiet għar-reviżjoni għandhom ikunu aktar dettaljati dwar diversi aspetti. Il-frekwenza tar-reviżjonijiet wara r-reviżjoni inizjali għandha tkun speċifikata. Barra minn hekk, l-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Dejta għandhom ikunu inklużi espliċitament fit-tim ta’ reviżjoni, u mhux sempliċiment b’mod kondizzjonali. |
38. |
Il-KEPD jissuġġerixxi li r-reviżjoni tikkonċentra wkoll fuq il-valutazzjoni tan-neċessità u l-proporzjonalità tal-miżuri, permezz tal-ġbir ta’ statistika dwar in-numru ta’ individwi affettwati u kkundannati effettivament fuq il-bażi tad-dejta tal-PNR, u dwar l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta: il-valutazzjoni għandha tinkludi l-verifika tal-mod kif it-talbiet tas-suġġetti tad-dejta qed jiġu pproċessati fil-prattika, speċjalment meta ma jkun awtorizzat ebda aċċess dirett. |
3. KONKLUŻJONI
39. |
Il-KEPD jilqa’ s-salvagwardji previsti fil-proposti speċjalment rigward l-implimentazzjoni konkreta tal-ftehim. B’mod partikolari, l-aspetti tas-sigurtà tad-dejta, id-dispożizzjonijiet ta’ superviżjoni u ta’ infurzar huma żviluppati b’mod sodisfaċenti. Il-KEPD jenfasizza li kull individwu jkollu aċċess għall-Awtorità Awstraljana għall-Protezzjoni tad-Data, kif ukoll għall-awtoritajiet ġudizzjarji Awstraljani. Dawn huma fost il-garanziji essenzjali pprovduti mill-proposti. |
40. |
Madankollu, il-KEPD identifika wkoll marġni sinifikanti għal titjib, b’mod speċjali rigward l-ambitu tal-ftehim, id-definizzjoni tat-terroriżmu u l-inklużjoni ta’ xi għanijiet eċċezzjonali, kif ukoll il-perjodu ta’ żamma tad-dejta tal-PNR. Meta mqabbel mal-iskema preċedenti tal-PNR Awstraljana, kif ukoll lill-Proposta tal-UE-PNR, dan il-perjodu ta’ żamma huwa sproporzjonat. |
41. |
Il-bażi legali għall-ftehim għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Fl-isfond tal-ġurisprudenza stabbilita, u apparti mill-Artikolu 218(6)(a), il-KEPD jemmen li l-ftehim għandu – almenu primarjament – ikun ibbażat fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE u mhux fuq l-Artikolu 82(1)(d) u l-Artikolu 87(2)(a) tat-TFUE. Dan huwa kompletament konformi mad-Dikjarazzjoni 21 tat-Trattat ta’ Lisbona. |
42. |
Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jinqraw fil-kuntest usa’ tal-leġittimità ta’ kwalunkwe skema tal-PNR, li tidher bħala l-ġbir sistematiku ta’ dejta tal-passiġġieri għal finijiet ta’ valutazzjoni tar-riskju. Jekk l-iskema tirrispetta r-rekwiżiti fundamentali ta’ neċessità u proporzjonalità skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFUE biss, il-proposta tkun tista’ tissodisfa r-rekwiżiti l-oħrajn tal-qafas tal-protezzjoni tad-dejta. |
43. |
Il-KEPD għalhekk jikkonkludi wkoll li għandha tingħata aktar attenzjoni lil dawn ir-rekwiżiti fundamentali fl-evalwazzjonijiet finali li jiġu qabel il-konklużjoni tal-ftehim. |
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2011.
Peter HUSTINX
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(3) KUMM(2011) 281 finali.
(4) Ara b’mod partikolari l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar l-approċċ globali għal trasferimenti ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjżi terzi, KUMM(2010) 492 finali.
(5) Iż-żewġ opinjonijiet huma disponibbli f’http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/edps/cache/off/Consultation
— |
Opinjoni tal-KEPD tal-25 ta’ Marzu 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serji; |
— |
Opinjoni tal-KEPD tad-19 ta’ Ottubru 2010 dwar l-approċċ globali għal trasferimenti ta’ dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNR) lil pajjiżi terzi. |
(6) L-Opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 10/2011 tal-5 ta’ April 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-data fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serji:
http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/workinggroup/wpdocs/2011_en.htm
(7) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-data fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji (KUMM(2011) 32 finali)
(8) Opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tal-14 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva dwar l-użu tad-data fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u delitti serji (KUMM(2011) 32 finali).
(9) Opinjoni tal-KEPD tal-25 ta’ Marzu 2011 dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tad-dejta tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u reati serji; ara wkoll l-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29, imsemmi hawn fuq.
(10) Kawża C-491/01, British American tobacco, b’mod partikolari l-paragrafi 92-93.
(11) Kawża C-42/97 il-Parlament vs il-Kunsill, paragrafi 39 u 40.
(12) Ara, f’dak ir-rigward, il-Kawża C-491/01, British American tobacco, paragrafi 92-93, il-Kawża C-42/97 il-Parlament vs il-Kunsill, paragrafu 38.
(13) Dan huwa rikonoxxut mill-Qorti fil-parti fattwali tas-sentenzi tal-PNR, Kawżi Konġunti C-317/04 u C-318/04, paragrafu 33.
— |
Il-memorandum ta’ spjegazzjoni jirrikonoxxi li l-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-UE ma jippermettux li t-trasportaturi jittrażmettu dejta tal-PNR lil pajjiżi li ma jiżgurawx livell adegwat ta’ protezzjoni. Għalhekk, “hija meħtieġa soluzzjoni li se tipprovdi l-bażi legali għat-trasferiment […] sabiex jiġi żgurat […] rispett tad-drittijiet tal-individwi għall-protezzjoni ta’ dejta personali”. |
— |
L-għan li jiġi żgurat rispett għad-dritt għal protezzjoni tad-dejta personali jirriżulta wkoll b’mod pjuttost ċar mill-preambolu, jiġifieri l-premessa li tikkwota l-Artikolu 6 tat-TFUE, l-Artikolu 16 tat-TFUE, l-Artikolu 8 tal-KEDB, il-Konvenzjoni 108, eċċ. |
— |
Il-preambolu jikkwota wkoll id-dispożizzjonijiet relevanti Awstraljani għall-protezzjoni tad-dejta tal-liġi Awstraljana, u jirrikonoxxi li dawn jipprovdu għall-protezzjoni tad-dejta, id-drittijiet ta’ aċċess u rimedju, rettifika u annotazzjoni u r-rimedji u s-sanzjoni għall-użu ħażin tad-data personali. |
— |
L-Artikolu 1 tal-Ftehim – intitolat “Għan tal-Ftehim”- jiddikjara li l-ftehim jipprovdi għat-trasferiment tad-dejta tal-PNR. Huwa jkompli li l-ftehim “jistipula l-kondizzjonijiet li bihom din id-dejta tista’ tiġi trasferita u użata, u l-mod kif id-dejta għandha tiġi protetta” (enfasi miżjuda). |
(15) Bħal dispożizzjonijiet dwar dejta sensittiva, sigurtà tad-dejta, responsabbiltà, trasparenza, dritt ta’ aċċess, rettifika u tħassir, dritt għal rimedju, ipproċessar awtomatizzat, eċc.
(16) Opinjoni 2/2000, il-Protokoll ta’ Kartaġena, paragrafu 33.
(17) F’dan il-kuntest, għandha ssir referenza wkoll għad-Dikjarazzjoni 21 “dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali”, mehmuża mat-Trattat ta’ Lisbona. Il-kliem ċar tad-Dikjarazzjoni 21 jikkonferma li, anki f’każijiet fejn hemm xi element ta’ koperazzjoni tal-pulizija, strument għall-protezzjoni tad-data f’dan il-qasam xorta għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE (fejn xieraq ma’ dispożizzjonijiet oħrajn). Din l-analiżi bl-ebda mod ma tippreġudika d-diviżjoni tal-kompiti fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea.
(18) F’dan ir-rigward, pereżempju id-dritt fundamentali għal-libertà tal-assemblea (l-Artikolu 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali) m’għandux jiġi mwaqqaf permezz ta’ abbozzar esaġerat.
(19) Opinjoni tat-23 ta’ Ġunju 2003 dwar il-Livell ta’ Protezzjoni żgurat fl-Istati Uniti għat-Trasferiment ta’ Data tal-Passiġġieri, Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 78.
(20) Ara f'dan ir-rigward l-opinjoni pożittiva tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29: Opinjoni 1/2004 tas-16 ta’ Jannar 2004 dwar il-livell ta’ protezzjoni żgurat fl-fl-Awstralja għat-trasmissjoni ta’ data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri mil-linji tal-Ajru, Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 85. L-opinjoni tikkunsidra l-fatt li d-“Dwana tapplika politika ġenerali ta’ nuqqas ta’ żamma ta’ din id-dejta. Għal dawk l-0,05 % għal 0,1 % tal-passiġġieri li jiġu riferuti lid-Dwana għal aktar evalwazzjoni, id-dejta tal-PNR tal-linji tal-ajru tinżamm b’mod temporanju, iżda ma tinħażinx, sakemm ikun hemm riżoluzzjoni tal-evalwazzjoni fuq il-fruntiera. Wara r-riżoluzzjoni, id-dejta tal-PNR tagħhom titħassar mill-PC tal-uffiċjal tal-PAU tad-Dwana kkonċernat u ma tiddaħħalx fid-databases Awstraljani”.
(21) Kif ukoll għall-finijiet tal-Artikolu 10 meta d-dejta tiġi ttrasferita fl-Awstralja.
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
5.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/7 |
Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE
Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 322/02
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
23.12.2009 |
||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
N 638/09 |
||||
Stat Membru |
L-Irlanda |
||||
Reġjun |
— |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Broadcasting Funding Scheme |
||||
Il-bażi legali |
Broadcasting Act 2009 |
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
L-għan |
Kultura |
||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
L-estimi |
|
||||
L-intensità |
95 % |
||||
It-tul ta' żmien |
1.1.2010-31.12.2014 |
||||
Setturi ekonomiċi |
Il-Midja |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
9.9.2011 |
||||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32650 (11/N) |
||||||
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
||||||
Reġjun |
Freistaat Sachsen |
||||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Zukunftsinitiativen Sachsen |
||||||
Il-bażi legali |
|
||||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||||
L-għan |
Innovazzjoni, Ir-riċerka u l-iżvilupp |
||||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||||
L-estimi |
Baġit globali: EUR 3 miljun |
||||||
L-intensità |
100 % |
||||||
It-tul ta' żmien |
sal-31.12.2015 |
||||||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni |
1.6.2011 |
||||
In-numru ta' referenza tal-għajnuna |
SA.32795 (11/N) |
||||
Stat Membru |
Il-Ġermanja |
||||
Reġjun |
— |
||||
Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju) |
Photonik Forschung Deutschland |
||||
Il-bażi legali |
Jährliches Haushaltsgesetz, Einzelplan 30, Kapitel 3004, Titel 68325; Allgemeine Nebenbestimmungen für Zuwendungen zur Projektförderung; Besondere Nebenbestimmungen für Zuwendungen des Bundesministeriums für Bildung und Forschung zur Projektförderung auf Ausgabenbasis; Nebenbestimmungen für Zuwendungen auf Kostenbasis des Bundesministeriums für Bildung und Forschung an Unternehmen der gewerblichen Wirtschaft für Forschungs- und Entwicklungsvorhaben; Förderprogramm „Photonik Forschung Deutschland“ |
||||
It-tip tal-miżura |
Skema ta' għajnuna |
||||
L-għan |
Ir-riċerka u l-iżvilupp |
||||
Il-forma tal-għajnuna |
Għotja diretta |
||||
L-estimi |
Baġit globali: EUR 846 miljun |
||||
L-intensità |
100 % |
||||
It-tul ta' żmien |
1.1.2012-31.12.2017 |
||||
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi kollha |
||||
Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna |
|
||||
Aktar informazzjoni |
— |
It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:
http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
5.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/10 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-4 ta’ Novembru 2011
2011/C 322/03
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3773 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
107,55 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4427 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,86125 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,1113 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2217 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
7,7640 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
24,992 |
HUF |
Forint Ungeriż |
304,05 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7030 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,3611 |
RON |
Leu Rumen |
4,3566 |
TRY |
Lira Turka |
2,4225 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3280 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4040 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,6997 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7401 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7460 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 530,65 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
10,8341 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,7321 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4948 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
12 328,18 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,3018 |
PHP |
Peso Filippin |
59,064 |
RUB |
Rouble Russu |
42,1120 |
THB |
Baht Tajlandiż |
42,228 |
BRL |
Real Brażiljan |
2,3957 |
MXN |
Peso Messikan |
18,4317 |
INR |
Rupi Indjan |
67,6323 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
5.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/11 |
SEJĦA GĦALL-PROPOSTI – EACEA/35/11
MEDIA 2007 – Promozzjoni/Aċċess għas-Swieq
2011/C 322/04
1. Objettivi u Deskrizzjoni
Dan l-avviż ta’ sejħa għall-proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
L-objettivi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill hawn fuq imsemmija jinkludu:
— |
l-iffaċilitar u t-tħeġġiġ tal-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv u ċinematografiku Ewropew waqt wirjiet kummerċjali, fieri u festivals awdjoviżivi fl-Ewropa u madwar id-dinja, sakemm avvenimenti bħal dawn jista’ jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej u fin-netwerking ta’ professjonisti; |
— |
it-tħeġġiġ tal-ħolqien ta’ netwerks ta’ operaturi Ewropej, billi jiġu appoġġati attivitajiet konġunti fis-swieq Ewropej u dawk internazzjonali permezz ta’ korpi ta’ promozzjoni nazzjonali jew privati. |
Is-Sejħa għall-proposti 35/11 toffri ftehim ta’ qafas ta’ sħubija ta’ tliet snin.
2. Applikanti Eleġibbli
Dan l-avviż huwa indirizzat lill-organizzazzjonijiet Ewropej; dawk reġistrati fi u kkontrollati minn ċittadini mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u mill-pajjiżi tal-Ftehim Ekonomiku Ewropew li qegħdin jipparteċipaw fil-Programm MEDIA 2007 (l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja), l-Isvizzera u l-Kroazja.
3. Azzjonijiet Eliġibbli
L-objettiv ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa li jappoġġja azzjonijiet u attivitajiet li jseħħu fi u barra mill-pajjiżi membri tal-Programm MEDIA.
L-objettivi huma li jiġu appoġġati azzjonijiet li għandhom l-għanijiet li ġejjin:
— |
li jtejbu ċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej billi jiżguraw li s-settur awdjoviżiv Ewropew ikollu aċċess għas-swieq awdjoviżivi Ewropej u internazzjonali professjonali; |
— |
li jinkoraġġixxu attivitajiet komuni bejn organizzazzjonijiet nazzjonali li jippromwovu films u programmi awdjoviżivi; |
— |
li jinkoraġġixxu l-bini ta’ sħubija ekonomika bejn pajjiżi u professjonisti ġewwa u barra l-programm MEDIA u li jiffaċilitaw għarfien reċiproku u fehim aħjar. |
Il-proġetti għandhom idumu għaddejjin għal perjodu massimu ta’ 12-il xahar.
L-attivitajiet għandhom jibdew mhux qabel l-1 ta’ Ġunju 2012 u għandhom jintemmu mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012.
4. Kriterji għall-Għoti
Applikanti/proġetti eliġibbli sejrin jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ punteġġ ta’ 100 punt skont il-kriterji li ġejjin:
Dimensjoni Ewropea tal-azzjoni |
30 punt |
Impatt fuq il-promozzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej |
30 punt |
Il-kwalità u l-kost-effikaċja tal-pjan ta’ azzjoni sottomess |
25 punt |
Aspetti innovattivi tal-azzjoni |
5 punti |
Promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi li ġejjin minn pajjiżi Ewropej li għandhom kapaċità żgħira ta’ produzzjoni awdjoviżiva |
10 punti |
5. Baġit
Il-baġit totali stmat allokat għall-kofinanzjament ta’ proġetti jammonta għal EUR 2 000 000 (Fuq il-kundizzjoni li jiġi adottat il-baġit tal-2012).
L-għajnuna massima finanzjarja ma tistax tkun aktar minn 50 % tal-ispejjeż totali tal-azzjoni.
L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.
6. Data ta’ Skadenza Għas-Sottomissjonijiet
Id-dati ta’ skadenza biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet huma:
22 ta’ Diċembru 2011 għall-attivitajiet li se jibdew bejn l-1 ta’ Ġunju 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
Education, Audiovisual and Culture Executive Agency (EACEA) |
Unit Programme MEDIA — P8 |
Call for proposals EACEA/35/11 Promotion/Access to markets |
Mr Constantin DASKALAKIS |
BOUR 3/30 |
Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Sejrin jiġu aċċettati biss applikazzjonijiet li jiġu sottomessi fuq il-formola t-tajba, mimlija kif suppost, iddatati u ffirmati mill-persuna bis-setgħa ġuridika li torbot lill-organizzazzjoni li qiegħda tapplika.
Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew b’email ma jiġux aċċettati.
7. Tagħrif Sħiħ
Il-linji gwida għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll il-formoli tal-applikazzjoni, huma disponibbli fl-indirizz li ġej:
http://ec.europa.eu/culture/media/programme/promo/markt/forms/index_en.htm
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi permezz tal-formola pprovduta u għadu jkun fihom l-appendiċi u l-informazzjoni kollha mitluba.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
5.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/14 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6397 – G4S/ISS)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 322/05
1. |
Fis-27 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża G4S plc (“G4S”, Ir-Renju Unit) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża kollha ISS A/S (“ISS”, id-Danimarka) permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6397 – G4S/ISS, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
5.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6423 – Carlyle/H&F/Pharmaceutical Product Development)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2011/C 322/06
1. |
Fis-26 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Carlyle Partners V, L.P. (l-Istati Uniti tal-Amerika), fond amministrat mill-Grupp Carlyle (“Carlyle”), u fond ta' investimenti affiljati kkontrollati mill-H&F Corporate Investors VII, Ltd. (il-Gżejjer Kajman) u ffinanzjati minn Hellman & Friedman (“H&F”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-Pharmaceutical Product Development, Inc (l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz tax-xiri tal-ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6423 – Carlyle/H&F/Pharmaceutical Product Development, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).