ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.315.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 315

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
28 ta' Ottubru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 315/01

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2011 dwar Inizjattiva għall-Ipprogrammar Konġunt tar-Riċerka L-Isfida Mikrobika – Theddida għas-Saħħa tal-Bniedem li qed Titfaċċa

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 315/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6223 – Aegon/Banca Civica/Cajaburgos Vida) ( 1 )

4

2011/C 315/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 315/04

Rata tal-kambju tal-euro

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 315/05

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

9

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 315/06

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6404 – Hochtief Solutions/Ventizz/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

11

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

28.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Ottubru 2011

dwar Inizjattiva għall-Ipprogrammar Konġunt tar-Riċerka “L-Isfida Mikrobika – Theddida għas-Saħħa tal-Bniedem li qed Titfaċċa”

2011/C 315/01

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 181 u 292 tiegħu,

Billi:

(1)

L-isfida mikrobika, minħabba r-reżistenza li qed tiżdied għal drogi antimikrobiċi, tirrapreżenta waħda mit-theddidiet ewlenin għas-saħħa tal-bniedem li qed jitfaċċaw fis-seklu 21 (1). Iktar minn 25 000 pazjent imutu kull sena fl-Unjoni minn infezzjonijiet ikkawżati minn batterji li huma reżistenti għal antibijotiċi multipli, hekk imsejħa batterji reżistenti għal ħafna mediċini (2). F'xi pajjiżi Ewropej ir-rati ta' reżistenza għal antibijotiku uniku jaqbżu l-40-50 % (3), u r-reżistenza għal antibijotiċi multipli hija problema komuni u li qed tikber.

(2)

Mard li jittieħed ikkawżat minn batterji reżistenti jwassal għal spejjeż addizzjonali tal-kura tas-saħħa u għal spejjeż indiretti, bħal-liv minħabba mard u l-produttività mitlufa minħabba mewt bikrija. L-ispejjeż diretti kumplessivi għas-soċjetà f'termini ta' spiża żejda tal-kura tas-saħħa u telf tal-produttività jammontaw għal EUR 1,5 biljun kull sena fl-Ewropa (4); u l-ispejjeż indiretti għall-pajjiżi Ewropej aktarx li jkunu ħafna ogħla (5).

(3)

Il-problema ta' reżistenza għal mediċini hija konsegwenza naturali li ma tistax tiġi evitata tat-trattament ta' mard li jittieħed b'mediċini antimikrobiċi. Madankollu, il-problema tikber minħabba użu mhux diskriminatorju ta' antimikrobiċi u t-tixrid fl-ambjent ta' batterji reżistenti għal antibijotiċi. Id-dinamiki ta' popolazzjonijiet umani, inkluż l-ivvjaġġar u t-tqassim tal-ikel madwar id-dinja kollha, jikkontribwixxu sinifikament għat-tferrix rapidu ta' mikroorganiżmi infettivi reżistenti (6). Barra minn hekk, l-użu żbaljat ta' antibijotiċi fil-bhejjem qiegħed iżid ir-riskju ta' tferrix ta' mikroorganiżmi reżistenti fil-bniedem permezz tal-konsum tal-ikel (7). Fl-istess waqt, l-iżvilupp ta' antimikrobiċi ġodda qed jonqos b'mod drammatiku.

(4)

Soluzzjoni komprensiva għal problema teħtieġ li jittieħdu miżuri minn bosta setturi fis-soċjetà: dawk li jfasslu l-politika, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-industrija, l-aġenziji ambjentali, l-agrikoltura, il-mediċina veterinarja, ir-riċerka u oqsma oħrajn.

(5)

Il-kollaborazzjoni transkonfinali hija kruċjali, meta wieħed iqis li r-reżistenza ta' mikroorganiżmi għall-antibijotiċi li qed tiżdied, mhix limitata għal pajjiżi individwali, iżda toħloq theddida reali għas-saħħa pubblika fuq skala globali. Jekk il-piż sabiex insolvu b'mod effiċjenti l-isfidi ta' quddiemna jinqasam, niksbu benefiċċji għall-pajjiżi kollha involuti u dan għandu jippermetti ġestjoni u trattament aħjar ta' mard li jittieħed fil-ġejjieni.

(6)

Waqt li qed titwettaq riċerka eċċellenti madwar l-Ewropa, is-sitwazzjoni attwali Ewropea għar-riċerka dwar ir-reżistenza antimikrobika tidher aktarx kumplessa u frammentata. Bosta netwerks ta' riċerka u organizzazzjonijiet fil-livell nazzjonali u Ewropew jiddefinixxu aġendi ta' riċerka dwar ir-reżistenza antimikrobika f'iżolament, li jwasslu għal attivitajiet ta' riċerka li jikkompetu jew li huma dduplikati u li ta' sikwit ma għandhomx massa kritika.

(7)

Id-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2009 dwar ir-reżistenza antimikrobika (8) stipula fil-qosor l-inizjattivi f'dan il-qasam fil-livell tal-Unjoni. Ġew proposti u segwiti bosta azzjonijiet, inkluż il-monitoraġġ u l-użu aħjar ta' reżistenza antimikrobika, kif ukoll miżuri bħall-ġestjoni tar-riskji.

(8)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fil-laqgħa tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2009 (9), talab lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex “jappoġġaw il-qsim ta' infrastrutturi ta' riċerka, ir-rekrutaġġ ta' riċerkaturi, l-istimulazzjoni ta' u l-appoġġ għal kooperazzjoni globali fir-riċerka, it-tqassim aħjar ta' riżultati ta' riċerka u għarfien permezz ta' strutturi ta' skambju ta' informazzjoni u l-kunsiderazzjoni ta' strumenti finanzjarji eżistenti u ġodda” dwar inċentivi innovattivi għal antibijotiċi effettivi [traduzzjoni mhux uffiċjali].

(9)

Fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta’ Mejju 2010 (10), il-Kunsill għall-Kompetittività identifika u ssostanzja sett ta’ Inizjattivi potenzjali għall-Ipprogrammar Konġunt (minn hawn ’il quddiem JPIs), fosthom dik imsejħa “L-Isfida Mikrobika – Theddida għas-Saħħa tal-Bniedem li qed titfaċċa”, bħala oqsma li fihom l-ipprogrammar konġunt fil-qasam tar-riċerka għandu jagħti valur miżjud ewlieni lill-isforzi fframmentati attwali tal-Istati Membri. Għalhekk, huwa adotta konklużjonijiet li fihom għaraf il-ħtieġa li titnieda inizjattiva għall-ipprogrammar konġunt dwar dan is-suġġett u li fihom stieden lill-Kummissjoni tagħti kontribut fit-tħejjija ta’ dik il-JPI.

(10)

L-Istati Membri kkonfermaw li huma se jieħdu sehem f'din il-JPI billi bagħtu ittri formali ta’ impenn.

(11)

L-ipprogrammar konġunt tar-riċerka fil-qasam ta' reżistenza antimikrobika bħal fl-inizjattiva proposta “L-Isfida Mikrobika – Theddida għas-Saħħa tal-Bniedem li qed Titfaċċa” ser jikkontribwixxi biex tissolva l-frammentazzjoni ta' sforzi għar-riċerka mill-Istati Membri u ser jistimula l-mobilizzazzjoni ta' snajja’, għarfien u riżorsi, bil-għan li t-tmexxija tal-Ewropa u l-kompetittività fir-riċerka ta' dan il-qasam jittejbu u jissaħħu. Barra minn hekk, billi jitratta sfida soċjali ewlenija, jikkumplimenta l-Istrateġija Ewropa 2020 (11) u l-Unjoni tal-Innovazzjoni (12).

(12)

Sabiex jintlaħqu l-miri stipulati b’din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni u s-sinerġija ma' inizjattivi ewlenin konċernati bħal: l-Inizjattiva dwar il-Mediċini Innovattivi; riċerka, żvilupp u innovazzjoni appoġġati mill-Programm ta' Qafas, inkluż fl-oqsma tas-saħħa, l-ikel, l-agrikoltura u l-ambjent, li meta meħtieġ huma appoġġati minn teknoloġija tal-informazzjoni, kif ukoll minn inizjattivi oħra, bħall ERA-NETs rilevanti.

(13)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar f'din il-JPI,

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

1.

L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw viżjoni komuni, abbażi ta' approċċ multidixxiplinarju, dwar kif il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-qasam tar-riċerka fil-livell Ewropew jistgħu jittejbu, jindirizzaw l-isfidi tar-reżistenza antimikrobika u jieħdu vantaġġ tal-opportunitajiet li jippreżenta, sabiex jiżguraw l-effiċjenza tal-isforzi konġunti tal-Istati Membri.

2.

L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw Aġenda Strateġika Komuni tar-Riċerka (SRA) li tistabbilixxi l-bżonnijiet u l-għanijiet fil-perjodu taż-żmien medju u fit-tul tar-riċerka fil-qasam tar-reżistenza antimikrobika. L-SRA għandha tkompli tiġi żviluppata biex tinkludi pjan ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-prijoritajiet u skeda ta' żmien u tispeċifika l-azzjonijiet, l-istrumenti u r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħha.

3.

L-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu l-azzjonijiet li ġejjin bħala parti mill-SRA u mill-pjan tal-implimentazzjoni:

(a)

l-identifikazzjoni tat-tagħrif dwar il-programmi nazzjonali u l-attivitajiet tar-riċerka rilevanti u l-iskambju ta’ dan it-tagħrif;

(b)

it-tisħiħ tal-eżerċizzji konġunti u tal-kapaċitajiet fil-valutazzjoni tat-teknoloġija;

(c)

l-iskambju tal-informazzjoni, tar-riżorsi, tal-aqwa prassi, tal-metodoloġiji u tal-linji gwida;

(d)

l-identifikazzjoni ta’ oqsma jew ta’ attivitajiet tar-riċerka li se jibbenefikaw mill-koordinazzjoni, mis-sejħiet konġunti għall-proposti jew mill-ġbir flimkien tar-riżorsi;

(e)

id-definizzjoni tal-proċeduri dettaljati li bihom għandha titwettaq ir-riċerka b’mod konġunt fl-oqsma msemmija fil-punt (d);

(f)

il-kunsiderazzjoni tal-bżonnijiet għat-trattament ta' pazjenti u ta' sistemi tal-kura tas-saħħa meta jiġu definiti l-għanijiet għal programmi tar-riċerka fil-qasam tar-reżistenza antimikrobika;

(g)

il-qsim, fejn ikun xieraq, tal-infrastrutturi tar-riċerka eżistenti, jew l-iżvilupp ta’ faċilitajiet ġodda bħalma huma l-banek tad-dejta kkoordinati jew l-iżvilupp ta’ mudelli sabiex jiġu studjati l-proċessi tar-reżistenza antimikrobika;

(h)

it-tħeġġiġ ta’ kollaborazzjoni mtejba bejn is-settur pubbliku u dak privat, kif ukoll ta’ innovazzjoni miftuħa bejn attivitajiet differenti fil-qasam tar-riċerka u setturi tan-negozju marbutin mar-reżistenza antimikrobika;

(i)

l-esportazzjoni u t-tqassim tal-għarfien, l-innovazzjoni u l-approċċi metodoloġiċi interdixxiplinarji, kif ukoll l-identifikazzjoni u l-indirizzar ta' ostakli fis-sistema tar-riċerka u l-innovazzjoni li ma jippermettux soluzzjonijiet innovattivi b'benefiċċju għas-soċjetà milli jilħqu s-suq aktar malajr;

(j)

il-ħolqien ta’ netwerks bejn ċentri ddedikati għar-riċerka tar-reżistenza antimikrobika.

4.

L-Istati Membri huma mħeġġa jżommu struttura komuni effiċjenti ta' tmexxija fil-qasam tar-riċerka dwar ir-reżistenza antimikrobika, bis-setgħa li jistabbilixxu kundizzjonijiet, regoli u proċeduri adattati għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni, u biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-SRA. Din l-istruttura ta' tmexxija għandha tkun ħafifa, effiċjenti u flessibbli, u għandha tqis il-Linji Gwida Volontarji dwar il-Kundizzjonijiet ta' Qafas għall-Ipprogrammar Konġunt tar-Riċerka żviluppati mill-Grupp ta' Livell Għoli dwar l-Ipprogrammar Konġunt (GPC).

5.

L-Istati Membri huma mħeġġa jimplimentaw b'mod konġunt l-SRA komuni, inkluż permezz tal-programmi nazzjonali tar-riċerka tagħhom skont il-Linji Gwida Volontarji dwar il-Kundizzjonijiet ta' Qafas għall-Ipprogrammar Konġunt tar-Riċerka żviluppati mill-GPC jew attivitajiet nazzjonali ta' riċerka oħrajn.

6.

L-Istati Membri huma mħeġġa jibnu fuq l-għarfien espert eżistenti fi ħdan il-Kummissjoni u jqisu l-Linji Gwida Volontarji dwar il-Kundizzjonijiet ta' Qafas meta jiżviluppaw u jimplimentaw l-SRA, u bil-għan li l-JPIs jiġu kkoordinati ma' programmi u inizjattivi oħrajn f'dan il-qasam.

7.

L-Istati Membri huma mħeġġa jirraportaw regolarment lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-progress u r-riżultati ta' din il-JPI, inkluż il-lezzjonijiet li ntgħallmu dwar il-kisba tal-aqwa effiċjenza.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kummissjoni

Máire GEOGHEGAN-QUINN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Priority Medicines for Europe and the World, Kaplan W, Laing R. Geneva: L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) (2004).

(2)  The bacterial challenge (L-isfida tal-batteriċi): time to react (jeħtieġ li nirreaġixxu). Rapport tekniku konġunt tal-ECDC/EMA (Settembru 2009).

(3)  Goldstein FW. Penicillin-resistant Streptococcus pneumoniae: selection by both beta lactam and non-beta lactam antibiotics (għażla ta' antibijotiċi betalattamiċi u kif ukoll mhux betalattamiċi). J Antimicrob Chemother 44:141-144 (1999).

(4)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 2.

(5)  Rapport ta' Konferenza; Innovative Incentives for Effective Antibacterials (Inċentivi Innovattivi għal Antibatteriċi Effettivi) (2009).

(6)  World health report (Rapport dinji dwar is-saħħa) 2007. A safer future (Ġejjieni iktar sikur): global public health security in the 21st century (sigurtà globali tas-saħħa pubblika fis-seklu 21). WHO (2007).

(7)  Joint opinion on antimicrobial resistance (AMR) focused on zoonotic infections. EFSA Journal 7(11):1372 (2009).

(8)  SANCO/6867/2009r6.

(9)  Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar inċentivi innovattivi għal antibijotiċi effettivi. Adottati fl-2980 Laqgħa tal-Kunsill dwar Impjieg, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2009.

(10)  10246/10.

(11)  COM(2010) 2020.

(12)  COM(2010) 546.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6223 – Aegon/Banca Civica/Cajaburgos Vida)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 315/02

Fl-20 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6223. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


28.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/5


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2011/C 315/03

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.9.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32899 (11/N)

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Podpora vybraných činností zaměřených na ozdravování chovů prasat

Il-bażi legali

Zákon č. 252/1997 Sb., o zemědělství

Zákon č. 166/1999 Sb., o veterinární péči a o změnách některých souvisejících zákonů

Zásady, kterými se stanovují podmínky pro poskytování dotací na základě paragrafu 2 a paragrafu 2d zákona č. 252/1997 Sb., o zemědělství

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Mard tal-annimali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: CZK 3 017 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: CZK 431 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2017

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo zemědělství

Těšnov 17

117 05 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.9.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32900 (11/N)

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Podpora vybraných činností zaměřených na ozdravování chovů drůbeže zvýšením biologické bezpečnosti

Il-bażi legali

Zákon č. 252/1997 Sb., o zemědělství

Zákon č. 166/1999 Sb., o veterinární péči a o změnách některých souvisejících zákonů

Zásady, kterými se stanovují podmínky pro poskytování dotací na základě paragrafu 2 a paragrafu 2d zákona č. 252/1997 Sb., o zemědělství

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Mard tal-annimali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: CZK 2 429 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: CZK 347 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2017

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo zemědělství

Těšnov 17

117 05 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

20.9.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32928 (11/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Bayern

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Richtlinie des Bayerischen Staatsministeriums für Ernährung, Landwirtschaft und Forsten zur Einzelbetrieblichen Investitionsförderung

Il-bażi legali

Ziffer IV.A. „Beihilfen für Investitionen in landwirtschaftliche Betriebe“ sowie IV.B „Beihilfen für Investitionen zur Verarbeitung und Vermarktung landwirtschaftlicher Erzeugnisse“ der Rahmenregelung der Gemeinschaft für staatliche Beihilfen im Agrar- und Forstsektor 2007-2013 (2006/C 319/01).

Richtlinienentwurf des Bayerischen Staatsministeriums für Landwirtschaft und Forsten zur Einzelbetrieblichen Investitionsförderung

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Investiment fl-intrapriżi agrikoli

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 345 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 72 (f'miljuni)

L-intensità

20 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Staatliche Führungsakademie für Ernährung, Landwirtschaft und Forsten

Am Lurzenhof 3c

84036 Landshut

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

22.9.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.32939 (11/N)

Stat Membru

Ir-Repubblika Ċeka

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Lesnická infrastruktura

Il-bażi legali

1)

Program rozvoje venkova České republiky na období 2007–2013

2)

Pravidla, kterými se stanovují podmínky pro poskytování dotace na projekty Programu rozvoje venkova ČR na období 2007–2013 (podopatření I.1.2.3 Lesnická infrastruktura)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: CZK 500 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministerstvo zemědělství

Těšnov 17

117 05 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Ottubru 2011

2011/C 315/04

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,4038

JPY

Yen Ġappuniż

106,39

DKK

Krona Daniża

7,4441

GBP

Lira Sterlina

0,87630

SEK

Krona Żvediża

9,0280

CHF

Frank Żvizzeru

1,2213

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,6560

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,833

HUF

Forint Ungeriż

302,20

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7043

PLN

Zloty Pollakk

4,3420

RON

Leu Rumen

4,3323

TRY

Lira Turka

2,4798

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3188

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3964

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,9113

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7231

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7555

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 558,65

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,9256

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,9284

HRK

Kuna Kroata

7,4900

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 381,61

MYR

Ringgit Malażjan

4,3405

PHP

Peso Filippin

60,146

RUB

Rouble Russu

42,3128

THB

Baht Tajlandiż

42,872

BRL

Real Brażiljan

2,4341

MXN

Peso Messikan

18,5408

INR

Rupi Indjan

69,5020


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

28.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/9


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuniet mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat- Trattat tal-KE għall-għajnuniet mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

2011/C 315/05

Għajnuna Nru: SA.33762 (11/XA)

Stati Membri: L-Olanda

Reġjun: Nederland

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Steunmaatregelen technische ondersteuning en kwaliteitsbevordering bloemkwekerijproducten

Bażi legali: Ontwerp-verordening PT heffing handel bloemkwekerijproducten 2010

Ontwerp-verordening PT heffing aanbod bloemkwekerijproducten 2010

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 14,10 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mis-26 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2014

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006), Il-produzzjoni ta' prodotti agrikoli ta' kwalità (Art. 14 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Productschap Tuinbouw

Postbus 280

2700 AG Zoetermeer

NEDERLAND

Louis Pasteurlaan 6

2719 EE Zoetermeer

NEDERLAND

Indirizz tal-Internet: http://www.tuinbouw.nl/files/page/Ontwerp-Verordening%20PT%20heffing%20handel%20bloemkwekerijproducten%202010.pdf

http://www.tuinbouw.nl/files/page/Ontwerp-Verordening%20PT%20heffing%20aanbod%20bloemkwekerijproducten%202010.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.33813 (11/XA)

Stati Membri: Franza

Reġjun: Moselle

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: aides aux audits sanitaires des élevages et aux programmes pluriannuels d’intervention en Moselle.

Bażi legali: Articles L 1511-2 et L 1511-5 du code général des collectivités territoriales,

délibération du Conseil général de la Moselle (Commission permanente du 13 décembre 2010).

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: EUR 0,20 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 100 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mis-26 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2014

Għan tal-għajnuna: Mard tal-annimali (Art. 10 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Produzzjoni ta' annimali, Biedja mħallta

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Monsieur le Président du Conseil général de la Moselle

Direction de l'environnement et de l'aménagement du territoire

Division de l'environnement et de l'espace rural/SAEN

Hôtel du Département

1 rue du Pont Moreau

BP 11096

57036 Metz Cedex 1

FRANCE

Indirizz tal-Internet: http://www.cg57.fr/SiteCollectionDocuments/LaMoselleEtVous/Agriculture/FichesUE/audit_sanitaire_et_programme_pluriannuel_elevages.pdf

Informazzjoni oħra: —

Għajnuna Nru: SA.33826 (11/XA)

Stati Membri: Il-Bulgarija

Reġjun: Bulgaria

Titolu tal-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Помощ за участие в изложение по овцевъдство-Специализирано регионално есенно изложение на Бели и Вакли Маришки овце с. Избегли общ. Асеновград обл. Пловдив

Bażi legali: Чл. 12, ал. 1, т. 10 от Закона за подпомагане на земеделските производители; Указания, приети с Решение на Управителния съвет на Държавен фонд „Земеделие“ за схема на държавна помощ за участие в изложение

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont totali tal-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Ammont komplessiv annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema: BGN 0,02 (f'miljuni)

Intensità massima tal-għajnuna: 70 %

Data tal-implimentazzjoni: —

Tul ta' żmien tal-għajnuna individwali: mit-8 ta’ Novembru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013

Għan tal-għajnuna: Għajnuna teknika (Art. 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006)

Settur jew setturi benefiċjarji: Agrikoltura, forestrija u sajd

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Държавен фонд „Земеделие“

бул. „Цар Борис III“ № 136

1618 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/ВULGАRIА

Indirizz tal-Internet: http://www.dfz.bg/bg/darzhavni-pomoshti/shemi_durjavni_pomoshti_reglament_1857_2006/

Informazzjoni oħra: —


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6404 – Hochtief Solutions/Ventizz/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 315/06

1.

Fil-21 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Hochtief Solutions AG (“Hochtief Solutions”, il-Ġermanja) u Ventizz Capital Fund IV L.P. (“Ventizz IV”, Jersey) jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (“JV”, il-Lussemburgu) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Hochtief Solutions: attiva f’għadd ta’ oqsma ta’ negozju differenti, inklużi soluzzjonijiet ta’ servizzi, soluzzjonijiet ta’ proprjetà immobbli, soluzzjonijiet tal-enerġija u tal-infrastruttura, soluzzjonijiet ta’ proġetti internazzjonali, soluzzjonijiet klassiċi u soluzzjonijiet tal-inġinerija. Hochtief Solutions tagħmel parti mill-grupp ta' kumpaniji Hochtief Aktiengesellschaft, li huwa kkontrollat minn Actividades de Construcción y Servicios, SA (Spanja),

għal Ventizz IV: fond ta' ekwità privata li jinvesti primarjament f'reġjuni li jitkellmu bil-Ġermaniż f’kumpaniji ta’ livell teknoloġiku għoli u li jipprovdi lil dawn il-kumpaniji b’ekwità addizzjonali,

għal JV: attiva fl-iżvilupp ta’ proġetti għal turbini tar-riħ fuq il-baħar primarjament fil-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Baltiku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6404 – Hochtief Solutions/Ventizz/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).