ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2011.301.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 301

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
12 ta' Ottubru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 301/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6366 – RWE Innogy/Conetwork) ( 1 )

1

2011/C 301/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6270 – Berkshire Hathaway/Lubrizol) ( 1 )

1

 

III   Atti preparatorji

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2011/C 301/03

Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Ottubru 2011 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2011/77)

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 301/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/670/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1002/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 301/05

Rata tal-kambju tal-euro

4

2011/C 301/06

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2011/C 301/07

Pubblikazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

6

2011/C 301/08

Lista ta’ awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra (L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE) – Valida mis-sena 2010

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 301/09

Sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2012 tas-Seba’ Programm Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 301/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6388 – Ecolab/Nalco Holding Company) ( 1 )

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 301/11

Notifika dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Estensjoni tad-data ta’ skadenza – Talba mingħand entità kontraenti

12

 

Rettifika

2011/C 301/12

Rettifika għall-Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/667/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU C 299, 11.10.2011)

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6366 – RWE Innogy/Conetwork)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 301/01

Fil-5 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6366. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6270 – Berkshire Hathaway/Lubrizol)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 301/02

Fl-24 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6270. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


III Atti preparatorji

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-Bank Ċentrali Ewropew

12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/2


OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-6 ta’ Ottubru 2011

dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(CON/2011/77)

2011/C 301/03

Introduzzjoni u bażi legali

Fl-4 ta’ Ottubru 2011, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2011 (1) dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew, u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda illi Jörg Asmussen jinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin.

2.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni li l-kandidat propost huwa persuna ta’ awtorità u ta’ esperjenza professjonali rikonoxxuta fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat.

3.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu l-ebda oġġezzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Jörg Asmussen bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Ottubru 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/3


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/670/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1002/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

2011/C 301/04

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/670/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1002/2011 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/235/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 359/2011.

Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 359/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni biex huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq għandha terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Koordinazzjoni DG K

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 267, 12.10.2011, p. 13.

(2)  ĠU L 267, 12.10.2011, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Ottubru 2011

2011/C 301/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3607

JPY

Yen Ġappuniż

104,26

DKK

Krona Daniża

7,4435

GBP

Lira Sterlina

0,87020

SEK

Krona Żvediża

9,1202

CHF

Frank Żvizzeru

1,2380

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,7810

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,779

HUF

Forint Ungeriż

295,05

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7056

PLN

Zloty Pollakk

4,3284

RON

Leu Rumen

4,3290

TRY

Lira Turka

2,5075

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3684

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3988

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5882

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7462

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7485

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 593,88

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,8185

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6758

HRK

Kuna Kroata

7,4720

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 159,79

MYR

Ringgit Malażjan

4,2746

PHP

Peso Filippin

59,111

RUB

Rouble Russu

42,9280

THB

Baht Tajlandiż

42,100

BRL

Real Brażiljan

2,4120

MXN

Peso Messikan

18,1467

INR

Rupi Indjan

67,1170


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/5


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2011/C 301/06

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta' EUR 2 maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti tal-euro ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta’ muniti euro huma awtorizzati li joħorġu muniti euro kommemorattivi ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni b’ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti ta’ EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż tal-ħruġ: il-Belt tal-Vatikan

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-26 Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Deskrizzjoni tad-disinn: Fiċ-ċentru tal-parti ta’ ġewwa tal-munita hemm ftit żgħażagħ u bnadar, kif ukoll il-marka taż-żekka “R” u s-sena “2011”. Fuq nett, tul il-parti ta’ barra taċ-ċirku ta’ ġewwa, mix-xellug għal-lemin, hemm “XXVI” u “G.M.G” minn Giornata Mondiale della Gioventù (Jum Dinji taż-Żgħażagħ). Fil-qiegħ, hemm l-isem tal-Pajjiż tal-ħruġ “CITTÀ DEL VATICANO”.

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta' muniti li se jinħarġu:

Data tal-ħruġ: Ottubru 2011


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/6


Pubblikazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

2011/C 301/07

RIGWARD L-IRISH LIFE AND PERMANENT GROUP HOLDING PLC (“ILPGH”) U RIGWARD L-IRISH LIFE AND PERMANENT PLC (“ILP”) U RIGWARD L-ISTITUZZJONIJIET TA' KREDITU ATT TA' (STABILIZZAZZJONI) TAL-2010 (“L-ATT”)

Fis-26 ta' Lulju 2011, il-Qorti Għolja tal-Irlanda tat Ordinanza skont is-Sezzjoni 9 tal-Att skont it-termini li ġejjin:

Tordna lill-ILPGH biex inter alia tieħu ċerti passi fir-rigward ta' u biex tippermetti l-investiment mill-Ministru tal-Finanzi tal-Irlanda (il-“Ministru”) ta' valur li jilħaq EUR 3 800 000 000 fl-ILPGH, liema passi jinkludu iżda mhux limitati għaż-żieda fil-kapital azzjonarju ordinarju awtorizzat tal-ILPGH u l-modifikazzjoni fil-kapital azzjonarju maħruġ u l-kapital azzjonarju awtorizzat iżda mhux maħruġ, l-adozzjoni ta' artikoli ġodda ta' assoċjazzjoni u l-modifikazzjoni tal-memorandum eżistenti ta' assoċjazzjoni, il-ħruġ ta' ishma ordinarji mill-ILPGH lill-Ministru u biex tidħol għal certi ftehimiet mal-ILP u ma' oħrajn sabiex tiffaċilita l-investiment.

Tordna lill-ILP (bħala istituzzjoni ta' kreditu lliċenzjata fl-Irlanda) biex inter alia tieħu ċerti passi fir-rigward tal-investiment mill-Ministru msemmi hawn fuq, inkluż il-ħruġ ta' noti ta' kapital kontinġenti (contingent capital notes) lill-Ministru u biex tidħol għal ċerti ftehimiet mal-ILPGH u ma' oħrajn sabiex tiffaċilita l-investiment.

Il-Qorti ddikjarat, inter alia, li l-Ordinanza u kull parti li hemm fiha sakemm hija indirizzata lil u ssir fir-rigward tal-ILP hija miżura ta’ riorganizzazzjoni għall-finijiet tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001.

Skont it-Taqsima 11 tal-Att, tista’ ssir applikazzjoni sabiex l-Ordinanza titwarrab skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fiha, lill-Qorti Għolja tal-Irlanda, li tinsab f’Four Courts, Inns Quay, Dublin 7, l-Irlanda, sa mhux iktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara li tkun saret l-Ordinanza. Skont it-Taqsima 64(2) tal-Att, ma jista’ jsir l-ebda appell bis-saħħa tal-Ordinanza quddiem il-Qorti Suprema mingħajr il-kunsens tal-Qorti Għolja.

Il-kopji sħaħ tal-Ordinanza huma disponibbli mill-Uffiċċju Ċentrali tal-Qorti Għolja permezz tal-posta elettronika fuq l-indirizz: listroomhighcourt@courts.ie


12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/7


Lista ta’ awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra

(L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE)

Valida mis-sena 2010

2011/C 301/08

NOTA TA’ SPJEGAZZJONI

(a)

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE jistipula li kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu (minn hawn ‘il quddiem imsemmija rispettivament bħala l-“awtorità kompetenti”) għall-fini ta’ din id-Direttiva u għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fiha. Id-Direttiva tistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni li tirċievi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u tippubblika lista tal-awtoritajiet tal-Istati Membri fis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(b)

Din il-lista tirrifletti l-kontributi li ntbagħtu mill-Istati Membri.

Lista ta’ Awtoritajiet Kompetenti (ref. l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE)

L-awtorità kompetenti:

fil-Belġju:

de voorzitter van het Directiecomité van de Federale Overheidsdienst Financiën

le Président du Comité de direction du SPF finances

der Vorsitzender der Geschäftsleitung von Föderaler Öffentlicher Dienst Finanzen

fil-Bulgarija:

Министърът на финансите или оправомощено от него длъжностно лице

fir-Repubblika Ċeka:

Ministerstvo financí

fid-Danimarka:

Skatteministeriet

fil-Ġermanja:

Bundesministerium der Finanzen

fl-Irlanda:

Ministru tal-Finanzi

fl-Estonja:

Maksu- ja Tolliamet

fil-Greċja:

Υπουργείο Οικονομικών

Διεύθυνση Τελωνείων Αττικής

16η Διεύθυνση Είσπραξης Δημοσίων Εσόδων

fi Spanja:

Agencia Estatal de Administración Tributaria

fi Franza:

Ministère de l'agriculture, de l'alimentation, de la pêche, de la ruralité et de l'aménagement du territoire

Ministère du budget, des comptes publics, de la fonction publique et de la réforme de l’État

fl-Italja:

il Direttore Generale delle Finanze

f′Ċipru:

Υπουργείο Οικονομικών

Υπουργείο Εσωτερικών

Επίτροπος Κυπριακού Οργανισμού Αγροτικών Πληρωμών

fil-Latvja:

Finanšu ministrija

fil-Litwanja:

Lietuvos Respublikos finansų ministerija

fil-Lussemburgu:

le ministère des finances et le ministère de l'agriculture, de la viticulture et du développement rural

fl-Ungerija:

Nemzetgazdasági Minisztérium

f’Malta:

Uffiċċju Ċentrali għall-Kollegament fi ħdan id-Dipartiment tal-VAT tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment

fl-Olanda:

de minister van Financiën of zijn bevoegde vertegenwoordiger

fl-Awstrija:

der Bundesminister für Finanzen oder sein Vertreter bzw. seine Vertreterin

fil-Polonja:

Ministerstwo Finansów (Departament Administracji Podatkowej)

fil-Portugall:

Ministério das Finanças

fir-Rumanija:

Ministerul Finanțelor Publice, prin Agenția Națională de Administrare Fiscală și Autoritatea Națională a Vămilor, și Agenția de Plăți și Intervenții pentru Agricultură

fis-Slovenja:

Ministrstvo za finance

fis-Slovakkja:

Ministerstvo financií, Ministerstvo pôdohospodárstva

fil-Finlandja:

Valtiovarainministeriö

fl-Isvezja:

Kronofogdemyndigheten

fir-Renju Unit:

the Commissioners of Her Majesty’s Revenue and Customs


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/10


Sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2012 tas-Seba’ Programm Qafas tal-KE għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni

2011/C 301/09

Qiegħed jingħata b’dan avviż it-tnedija ta’ sejħa għal proposti taħt il-programm ta’ ħidma Ideat 2012 tas-Seba’ Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Attivitajiet ta’ Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Dimostrazzjoni (2007 sa 2013).

Huma mistiedna proposti għas-sejħa li ġejja. Iż-żmien perentorju tas-sejħa u l-baġit huma mogħtija fit-test tas-sejħa, li huwa ppubblikat fuq il-websajt tal-Portal tal-Parteċipant.

Programm ta’ Ħidma Ideat

Titlu tas-Sejħa

Sejħa għal proposti bħala appoġġ għall-monitoraġġ u l-istrateġija ta’ valutazzjoni tal-ERC (aspetti tal-ġeneru) – Azzjoni ta’ Appoġġ u Kooperazzjoni

Is-sejjieħ

ERC-2012-Support-1

Din is-sejħa għal proposti hija relatata mal-programm ta’ ħidma adottat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4961 tad-19 ta’ Lulju 2011.

Informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħa, il-programm ta’ ħidma, u l-gwida għall-applikanti dwar kif jiġu sottomessi proposti hija disponibbli permezz tal-websajt rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea:

http://ec.europa.eu/research/participants/portal/appmanager/participants/portal


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6388 – Ecolab/Nalco Holding Company)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 301/10

1.

Fl-4 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Ecolab Inc. (“Ecolab”, l-Istati Uniti) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Nalco Holding Company (“Nalco”, l-Istati Uniti) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Ecolab: attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti u servizzi tat-tindif, tal-iġjene, tas-sigurtà tal-ikel u tal-prevenzjoni tal-infenzzjonijiet lil klijenti attivi fl-oqsma tas-servizzi tal-ikel, tal-ipproċessar tal-ikel u l-bibiti, tal-kura tas-saħħa, u l-ospitalità,

għal Nalco: attiv fil-provvista ta’ teknoloġiji tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, l-arja u l-proċessi, b’attenzjoni partikolari fuq is-servizzi tat-trattament tal-ilma lil klijenti aħħarijia industrijal u istituzzjonali kif ukoll ta’ servizzi integrati ta’ titjib ta’ ilma u ta’ proċessi fl-industrija taż-żejt, tal-petrokemikali, u tal-polpa u tal-karta.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6388 – Ecolab/Nalco Holding Company, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/12


Notifika dwar talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Estensjoni tad-data ta’ skadenza

Talba mingħand entità kontraenti

2011/C 301/11

Fid-19 ta' Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (1).

Din it-talba, li nbagħtet minn RWE Gas Storage, s.r.o tikkonċerna l-ħżin tal-gass fir-Repubblika Ċeka. It-talba kienet ippubblikata fil-ĠU C 228, 3.8.2011, p. 9. Il-perjodu inizjali jiskadi fl-20 ta' Ottubru 2011.

Minħabba li s-servizzi tal-Kummissjoni għandhom bżonn jirċievu u jeżaminaw tagħrif supplimentari u skont id-dispożizzjonijiet previsti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 30(6), il-perjodu taż-żmien li l-Kummissjoni għandha sabiex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba qed jiġi estiż bi tliet xhur.

Id-data tal-għeluq għalhekk hija l-20 ta' Jannar 2012.


(1)  ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.


Rettifika

12.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/13


Rettifika għall-Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/235/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/667/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1000/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 299, tal-11 ta' Ottubru 2011 )

2011/C 301/12

Il-pubblikazzjoni tal-Avviż 2011/C 299/04 għandu jitqies null u bla effett.