ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.289.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 289

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
1 ta' Ottubru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 289/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2011/C 289/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6347 – DOW/UBE/JV) ( 2 )

2

2011/C 289/03

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-allokazzjoni totali ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni Ewropea għal prodotti tas-settur tar-ross fis-sena 2011

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2011/C 289/04

Avviż għall-attenzjoni tal-persuna li għaliha japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/639/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 968/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 289/05

Rata tal-kambju tal-euro

6

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 289/06

Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Settembru 2011 dwar il-preżentata u r-riċezzjoni ta’ atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia

7

2011/C 289/07

Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2011 dwar il-preżentata u r-riċezzjoni ta’ atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia

9

2011/C 289/08

Deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku Nru 3/2011 meħuda fil-Laqgħa Plenarja tal-20 ta’ Settembru 2011 dwar il-preżentata u r-riċezzjoni ta’ atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia

11

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop)

2011/C 289/09

Sejħa pubblika għall-proposti – GP/RPA/ReferNet-FPA/002/11 – ReferNet – In-Netwerk Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop

13

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 289/10

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

15

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

 

(2)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2011/C 289/01

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

2.9.2011

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.33142 (11/N)

Stat Membru

L-Italja

Reġjun

Calabria

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Non aiuto misura 226 (Enti Pubblici)

Il-bażi legali

PSR Calabria 2007-2013, allegato X – Scheda di misura 226 [articolo 36, b), vi); articolo 48, regolamento (CE) n. 1698/2005]

Decisione della Commissione C(2010) 1164 del 26 febbraio 2010 di approvazione del PSR Calabria 2007-2013

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Forestrija, Protezzjoni tal-Ambjent

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 8 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 8 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

sal-31.12.2013

Setturi ekonomiċi

Forestrija u qtugħ u trasport ta' siġar għall-injam

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Regione Calabria

Dipartimento Agricoltura, Foreste e Forestazione

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/community_law/state_aids/state_aids_texts_mt.htm


1.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6347 – DOW/UBE/JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 289/02

Fil-21 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6347. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


1.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/3


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-allokazzjoni totali ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni Ewropea għal prodotti tas-settur tar-ross fis-sena 2011

2011/C 289/03

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2009 (1) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-pajjiżi u t-territoriji extra-Ewropej (OCT).

L-allokazzjoni totali għas-sena 2011 ta' kull kwota pprovduta mill-istess Regolament hija stabbilita fl-Anness għal din il-Komunikazzjoni.


(1)  ĠU L 344, 23.12.2009, p. 3.


ANNESS

Allokazzjoni totali għas-sena 2011 tal-kwoti skont ir-Regolament (UE) Nru 1274/2009

Oriġni

Numru tas-serje

Applikazzjonijiet għal liċenzja tal-importazzjoni milqugħa għas-subperjodu ta' Settembru 2011

Allokazzjoni totali tal-kwota għas-sena 2011

L-Antilli Olandiżi u Aruba

09.4189

 (1)

0 %

OCTs l-inqas żviluppati

09.4190

 (1)

0 %


(1)  Ma japplikax il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

1.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/4


Avviż għall-attenzjoni tal-persuna li għaliha japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/639/PESK, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 968/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

2011/C 289/04

KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/639/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 968/2011 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1988 (2011), li timponi miżuri restrittivi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet nominati, qabel id-data tal-adozzjoni ta' din ir-Riżoluzzjoni, bħala t-Taliban, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif speċifikat fit-Taqsima A (“Individwi assoċjati mat-Taliban”) u t-Taqsima B (“entitajiet u gruppi u impriżi oħrajn assoċjati mat-Taliban”) tal-Lista Konsolidata tal-Kumitat stabbilita skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000), kif ukoll individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati mat-Taliban.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 30 tal-UNSCR 1988 (2011), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjonijiet li huma jiġu inklużi fil-lista tan-NU jkunu kkunsidrati mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:

United Nations — Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room S-3055 E

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/751/comguide.shtml

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuna nominata fir-Riżoluzzjoni msemmija hawn fuq għandha tiġi inkluża fil-listi ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/486/PESK u r-Regolament (UE) Nru 753/2011. Ir-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 753/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

Koordinazzjoni DG K

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 257, 1.10.2011, p. 24.

(2)  ĠU L 257, 1.10.2011, p. 1.


Il-Kummissjoni Ewropea

1.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Settembru 2011

2011/C 289/05

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3503

JPY

Yen Ġappuniż

103,79

DKK

Krona Daniża

7,4417

GBP

Lira Sterlina

0,86665

SEK

Krona Żvediża

9,2580

CHF

Frank Żvizzeru

1,2170

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8880

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,754

HUF

Forint Ungeriż

292,55

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,4050

RON

Leu Rumen

4,3575

TRY

Lira Turka

2,5100

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3874

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4105

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5213

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7660

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7589

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 594,92

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

10,9085

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6207

HRK

Kuna Kroata

7,4995

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 253,97

MYR

Ringgit Malażjan

4,3112

PHP

Peso Filippin

59,039

RUB

Rouble Russu

43,3500

THB

Baht Tajlandiż

42,048

BRL

Real Brażiljan

2,5067

MXN

Peso Messikan

18,5936

INR

Rupi Indjan

66,1190


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/7


DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

tat-13 ta’ Settembru 2011

dwar il-preżentata u r-riċezzjoni ta’ atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia

(000/2011/)

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,

Wara li rat ir-Regoli tal-Proċedura u, b’mod partikolari, l-Artikoli 37(7) u 79(3) tagħhom,

Billi:

(1)

Sabiex l-evoluzzjoni ta’ teknoloġiji ta’ komunikazzjoni tittieħed inkunsiderazzjoni, ġiet żviluppata applikazzjoni informatika li tippermetti l-preżentata u r-riċezzjoni ta’ atti proċedurali b’mod elettroniku.

(2)

Din l-applikazzjoni, li hija bbażata fuq mekkaniżmu ta’ awtentifikazzjoni elettronika u li tagħmel użu minn kodiċi ta’ awtentifikazzjoni u password, tissodisfa r-rekwiżiti ta’ awtentiċità, ta’ integrità u ta’ kunfidenzjalità tad-dokumenti skambjati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Applikazzjoni informatika msemmija “e-Curia”, komuni għat-tliet qrati li jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandha tippermetti l-preżentata u n-notifika ta’ atti proċedurali b’mod elettroniku skont il-kundizzjonijiet previsti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-użu ta’ din l-applikazzjoni għandu jirrikjedi kodiċi ta’ identifikazzjoni u password.

Artikolu 3

Att proċedurali ppreżentat permezz tal-e-Curia għandu jitqies li huwa l-oriġinal ta’ dan l-att, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(1) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-kodiċi ta’ identifikazzjoni u l-password tar-rappreżentant ikunu ntużaw għal din il-preżentata. Din l-identifikazzjoni tiswa bħala firma tal-att inkwistjoni.

Artikolu 4

L-att ippreżentat permezz tal-e-Curia għandu jkollu mehmuż miegħu l-annessi msemmija fih kif ukoll l-iskeda li telenka dawn l-annessi.

Il-preżentata ta’ kopji awtentikati tal-att ippreżentat permezz tal-e-Curia u tal-annessi eventwali tiegħu ma hijiex neċessarja.

Artikolu 5

Il-mument li fih att proċedurali jitqies li ġie ppreżentat fis-sens tal-Artikolu 37(3) tar-Regoli tal-Proċedura għandu jkun dak tal-validazzjoni, mir-rappreżentant, tal-preżentata ta’ dan l-att.

Il-ħin li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni huwa dak tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Artikolu 6

L-atti proċedurali, inklużi s-sentenzi u d-digrieti, għandhom jiġu nnotifikati permezz tal-e-Curia lir-rappreżentanti tal-partijiet ladarba jkunu aċċettaw espliċitament dan il-mod ta’ notifika jew, fil-kuntest ta’ kawża, ladarba jkunu taw il-kunsens tagħhom għal dan il-mod ta’ notifika billi jkunu ppreżentaw att proċedurali permezz tal-e-Curia.

L-atti proċedurali għandhom jiġu nnotifikati wkoll lill-Istati Membri, lill-Istati l-oħra li huma parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u lill-istituzzjonijiet, korpi jew organi tal-Unjoni li jkunu aċċettaw dan il-mod ta’ notifika.

Artikolu 7

Id-destinatarji tan-notifiki msemmija fl-artikolu preċedenti għandhom jiġu avżati, permezz ta’ messaġġ elettroniku, b’kull notifika indirizzata lilhom bl-e-Curia.

L-att proċedurali għandu jitqies li ġie nnotifikat fil-mument meta d-destinatarju (rappreżentant jew assistent ta’ dan tal-aħħar) jitlob aċċess għall-att inkwistjoni. Fin-nuqqas ta’ talba għal aċċess, l-att għandu jitqies li ġie nnotifikat wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ sebat ijiem mid-data meta jkun intbagħat il-messaġġ elettroniku ta’ avviż.

Fil-każ li parti hija rrappreżentata minn diversi aġenti jew avukati, il-mument li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tat-termini għandu jkun dak li fih tkun saret l-ewwel talba għal aċċess.

Il-ħin li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni huwa dak tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Artikolu 8

Ir-Reġistratur għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ użu tal-e-Curia u jiżgura l-osservanza tagħhom. Użu tal-e-Curia li ma huwiex konformi ma’ dawn il-kundizzjonijiet jista’ jwassal għad-diżattivazzjoni tal-kont ta’ aċċess ikkonċernat.

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li ma jkun hemm ebda abbuż jew użu ħażin tal-e-Curia.

L-utent għandu jiġi avżat permezz ta’ messaġġ elettroniku dwar kull miżura meħuda skont dan l-artikolu u li twaqqfu milli juża l-kont ta’ aċċess tiegħu.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Settembru 2011.

Ir-Reġistratur

A. CALOT ESCOBAR

Il-President

V. SKOURIS


1.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/9


DEĊIŻJONI TAL-QORTI ĠENERALI

tal-14 ta’ Settembru 2011

dwar il-preżentata u r-riċezzjoni ta’ atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia

2011/C 289/07

IL-QORTI ĠENERALI,

Wara li rat ir-Regoli tal-Proċedura u, b’mod partikolari, l-Artikoli 43(7) u 100(3) tagħhom,

Billi:

(1)

Sabiex l-evoluzzjoni ta’ teknoloġiji ta’ komunikazzjoni tittieħed inkunsiderazzjoni, ġiet żviluppata applikazzjoni informatika li tippermetti l-preżentata u r-riċezzjoni ta’ atti proċedurali b’mod elettroniku.

(2)

Din l-applikazzjoni, li hija bbażata fuq mekkaniżmu ta’ awtentifikazzjoni elettronika u li tagħmel użu minn kodiċi ta’ awtentifikazzjoni u password, tissodisfa r-rekwiżiti ta’ awtentiċità, ta’ integrità u ta’ kunfidenzjalità tad-dokumenti skambjati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Applikazzjoni informatika msemmija “e-Curia”, komuni għat-tliet qrati li jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandha tippermetti l-preżentata u n-notifika ta’ atti proċedurali b’mod elettroniku skont il-kundizzjonijiet previsti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-użu ta’ din l-applikazzjoni għandu jirrikjedi kodiċi ta’ identifikazzjoni u password.

Artikolu 3

Att proċedurali ppreżentat permezz tal-e-Curia għandu jitqies li huwa l-oriġinal ta’ dan l-att, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-kodiċi ta’ identifikazzjoni u l-password tar-rappreżentant ikunu ntużaw għal din il-preżentata. Din l-identifikazzjoni tiswa bħala firma tal-att inkwistjoni.

Artikolu 4

L-att ippreżentat permezz tal-e-Curia għandu jkollu mehmuż miegħu l-annessi msemmija fih kif ukoll l-iskeda li telenka dawn l-annessi.

Il-preżentata ta’ kopji awtentikati tal-att ippreżentat permezz tal-e-Curia u tal-annessi eventwali tiegħu ma hijiex neċessarja.

Artikolu 5

Il-mument li fih att proċedurali jitqies li ġie ppreżentat fis-sens tal-Artikolu 43(3) tar-Regoli tal-Proċedura għandu jkun dak tal-validazzjoni, mir-rappreżentant, tal-preżentata ta’ dan l-att.

Il-ħin li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni huwa dak tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Artikolu 6

L-atti proċedurali, inklużi s-sentenzi u d-digrieti, għandhom jiġu nnotifikati permezz tal-e-Curia lir-rappreżentanti tal-partijiet ladarba jkunu aċċettaw espliċitament dan il-mod ta’ notifika jew, fil-kuntest ta’ kawża, ladarba jkunu taw il-kunsens tagħhom għal dan il-mod ta’ notifika billi jkunu ppreżentaw att proċedurali permezz tal-e-Curia.

L-atti proċedurali għandhom jiġu nnotifikati wkoll lill-Istati Membri, lill-Istati l-oħra li huma parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u lill-istituzzjonijiet, korpi jew organi tal-Unjoni li jkunu aċċettaw dan il-mod ta’ notifika.

Artikolu 7

Id-destinatarji tan-notifiki msemmija fl-artikolu preċedenti għandhom jiġu avżati, permezz ta’ messaġġ elettroniku, b’kull notifika indirizzata lilhom bl-e-Curia.

L-att proċedurali għandu jitqies li ġie nnotifikat fil-mument meta d-destinatarju (rappreżentant jew assistent ta’ dan tal-aħħar) jitlob aċċess għall-att inkwistjoni. Fin-nuqqas ta’ talba għal aċċess, l-att għandu jitqies li ġie nnotifikat wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ sebat ijiem mid-data meta jkun intbagħat il-messaġġ elettroniku ta’ avviż.

Fil-każ li parti hija rrappreżentata minn diversi aġenti jew avukati, il-mument li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tat-termini għandu jkun dak li fih tkun saret l-ewwel talba għal aċċess.

Il-ħin li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni huwa dak tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Artikolu 8

Ir-Reġistratur għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ użu tal-e-Curia u jiżgura l-osservanza tagħhom. Użu tal-e-Curia li ma huwiex konformi ma’ dawn il-kundizzjonijiet jista’ jwassal għad-diżattivazzjoni tal-kont ta’ aċċess ikkonċernat.

Il-Qorti Ġenerali għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li ma jkun hemm ebda abbuż jew użu ħażin tal-e-Curia.

L-utent għandu jiġi avżat permezz ta’ messaġġ elettroniku dwar kull miżura meħuda skont dan l-artikolu u li twaqqfu milli juża l-kont ta’ aċċess tiegħu.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Settembru 2011.

Ir-Reġistratur

E. COULON

Il-President

M. JAEGER


1.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/11


DEĊIŻJONI TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

Nru 3/2011

meħuda fil-Laqgħa Plenarja tal-20 ta’ Settembru 2011

dwar il-preżentata u r-riċezzjoni ta’ atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia

2011/C 289/08

IT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li ra r-Regoli tal-Proċedura u, b’mod partikolari, l-Artikoli 34(7) u 99(3) tagħhom,

Billi:

(1)

Sabiex l-evoluzzjoni ta’ teknoloġiji ta’ komunikazzjoni tittieħed inkunsiderazzjoni, ġiet żviluppata applikazzjoni informatika li tippermetti l-preżentata u r-riċezzjoni ta’ atti proċedurali b’mod elettroniku.

(2)

Din l-applikazzjoni, li hija bbażata fuq mekkaniżmu ta’ awtentifikazzjoni elettronika u li tagħmel użu minn kodiċi ta’ awtentifikazzjoni u password, tissodisfa r-rekwiżiti ta’ awtentiċità, ta’ integrità u ta’ kunfidenzjalità tad-dokumenti skambjati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Applikazzjoni informatika msemmija “e-Curia”, komuni għat-tliet qrati li jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għandha tippermetti l-preżentata u n-notifika ta’ atti proċedurali b’mod elettroniku skont il-kundizzjonijiet previsti f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-użu ta’ din l-applikazzjoni għandu jirrikjedi kodiċi ta’ identifikazzjoni u password.

Artikolu 3

Att proċedurali ppreżentat permezz tal-e-Curia għandu jitqies li huwa l-oriġinal ta’ dan l-att, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-kodiċi ta’ identifikazzjoni u l-password tar-rappreżentant ikunu ntużaw għal din il-preżentata. Din l-identifikazzjoni tiswa bħala firma tal-att inkwistjoni.

Artikolu 4

L-att ippreżentat permezz tal-e-Curia għandu jkollu mehmuż miegħu l-annessi msemmija fih kif ukoll l-iskeda li telenka dawn l-annessi.

Il-preżentata ta’ kopji awtentikati tal-att ippreżentat permezz tal-e-Curia u tal-annessi eventwali tiegħu ma hijiex neċessarja.

Artikolu 5

Il-mument li fih att proċedurali jitqies li ġie ppreżentat fis-sens tal-Artikolu 34(3) tar-Regoli tal-Proċedura għandu jkun dak tal-validazzjoni, mir-rappreżentant, tal-preżentata ta’ dan l-att.

Il-ħin li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni huwa dak tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Artikolu 6

L-atti proċedurali, inklużi s-sentenzi u d-digrieti, għandhom jiġu nnotifikati permezz tal-e-Curia lir-rappreżentanti tal-partijiet ladarba jkunu aċċettaw espliċitament dan il-mod ta’ notifika jew, fil-kuntest ta’ kawża, ladarba jkunu taw il-kunsens tagħhom għal dan il-mod ta’ notifika billi jkunu ppreżentaw att proċedurali permezz tal-e-Curia.

L-atti proċedurali għandhom jiġu nnotifikati wkoll lill-Istati Membri, lill-Istati l-oħra li huma parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u lill-istituzzjonijiet, korpi jew organi tal-Unjoni li jkunu aċċettaw dan il-mod ta’ notifika.

Artikolu 7

Id-destinatarji tan-notifiki msemmija fl-artikolu preċedenti għandhom jiġu avżati, permezz ta’ messaġġ elettroniku, b’kull notifika indirizzata lilhom bl-e-Curia.

L-att proċedurali għandu jitqies li ġie nnotifikat fil-mument meta d-destinatarju (rappreżentant jew assistent ta’ dan tal-aħħar) jitlob aċċess għall-att inkwistjoni. Fin-nuqqas ta’ talba għal aċċess, l-att għandu jitqies li ġie nnotifikat wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ sebat ijiem mid-data meta jkun intbagħat il-messaġġ elettroniku ta’ avviż.

Fil-każ li parti hija rrappreżentata minn diversi aġenti jew avukati, il-mument li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tat-termini għandu jkun dak li fih tkun saret l-ewwel talba għal aċċess.

Il-ħin li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni huwa dak tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Artikolu 8

Ir-Reġistratur għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ użu tal-e-Curia u jiżgura l-osservanza tagħhom. Użu tal-e-Curia li ma huwiex konformi ma’ dawn il-kundizzjonijiet jista’ jwassal għad-diżattivazzjoni tal-kont ta’ aċċess ikkonċernat.

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li ma jkun hemm ebda abbuż jew użu ħażin tal-e-Curia.

L-utent għandu jiġi avżat permezz ta’ messaġġ elettroniku dwar kull miżura meħuda skont dan l-artikolu u li twaqqfu milli juża l-kont ta’ aċċess tiegħu.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta’ Settembru 2011.

Ir-Reġistratur

W. HAKENBERG

Il-President

P. MAHONEY


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (Cedefop)

1.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/13


Sejħa pubblika għall-proposti – GP/RPA/ReferNet-FPA/002/11

ReferNet – In-Netwerk Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop

2011/C 289/09

1.   Objettivi u deskrizzjoni

Stabbilit fl-1975 u bbażat fil-Greċja sa mill-1995, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea (UE). Rikonoxxut bħala sors awtorevoli ta’ informazzjoni u kompetenza dwar il-VET, il-ħiliet u l-kompetenzi, il-missjoni tiegħu huwa li jappoġġa l-iżvilupp ta’ politika Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) u li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħha.

Refernet huwa n-netwerk Ewropew ta’ Cedefop għall-VET. Il-missjoni ddedikata għal ReferNet hija li dan jappoġġa lil Cedefop billi jirrapporta dwar sistemi nazzjonali tal-VET u dwar żviluppi ta’ politika u billi jgħolli l-viżibbiltà tal-VET u tal-prodotti ta’ Cedefop. Huwa jinkludi 29 membru magħrufin bħala l-imsieħba nazzjonali ta’ ReferNet minn xi Stat Membru tal-UE, mill-Islanda u min-Norveġja. L-imsieħba nazzjonali ta’ ReferNet huma l-istituzzjonijiet ewlenin involuti fil-VET fil-pajjiż li jirrappreżentaw.

Bil-għan li tistabbilixxi netwerk Ewropew għall-VET – ReferNet, din is-sejħa għandha l-għan li tagħżel applikant wieħed minn kull pajjiż eliġibbli li magħhom Cedefop sejjer jikkonkludi ftehim qafas ta’ sħubija ta’ erba’ snin; u li jikkonkludi ma’ kull applikant rebbieħ ftehim tal-għoti speċifiku għal pjan ta’ ħidma li għandu jitwettaq fl-2012.

Ftehimiet qafas ta’ sħubija huma implimentati permezz ta’ ftehimiet ta’ għotjiet speċifiċi. Għalhekk, l-applikanti mhux biss sejrin jissottomettu proposta għall-qafas ta’ sħubija ta’ 4 snin (li, jekk tirnexxi, sejra twassal għall-iffirmar ta’ Ftehim Qafas ta’ Sħubija għas-snin 2012 sa 2015) iżda wkoll applikazzjoni għall-għotja għall-azzjoni tal-2012 (li tista’ twassal għall-iffirmar ta’ Ftehim tal-Għoti Speċifiku għas-sena 2012). L-applikant irid juri l-kapaċità tiegħu li jwettaq l-attivitajiet kollha previsti matul il-perjodu ta’ erba’ snin u għandu jassigura kofinanzjament adegwat tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma.

2.   Baġit u tul tal-proġett

Il-baġit stmat li huwa disponibbli għat-tul tal-erba’ snin tal-ftehimiet qafas ta’ sħubija jammonta għal EUR 4 000 000, jiddependi mid-deċiżjonijiet annwali tal-Awtorità Baġitarja.

Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma annwali tal-2012 (dewmien tal-proġett: 12-il xahar) huwa ta’ EUR 955 000 għas-27 Stat Membru, l-Islanda u n-Norveġja.

L-għotja tvarja skont il-popolazzjoni tal-pajjiż u tingħata għat-twettiq ta’ pjan ta’ ħidma annwali. Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma tal-2012 sejjer jitqassam fuq bażi ta’ tliet gruppi ta’ pajjiżi skont il-popolazzjoni tal-pajjiż:

—   Grupp ta’ pajjiżi 1: Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, is-Slovenja u l-Islanda. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 23 615.

—   Grupp ta’ pajjiżi 2: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka, l-Isvezja u n-Norveġja. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 33 625.

—   Grupp ta’ pajjiżi 3: Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, Spanja, ir-Renju Unit. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 43 620.

L-għotja tal-Unjoni hija kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż tal-benefiċjarju (u/jew tal-kobenefiċjarji) li jridu jiġu ssupplimentati bil-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom stess u/jew kontribuzzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew privati. Il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż 70 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Cedefop jirriserva d-dritt li ma jagħtix il-baġit totali disponibbli.

3.   Kriterji ta’ eliġibbilità

Biex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jissodifaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu organizzazzjoni pubblika jew privata, bi status legali u b’personalità ġuridika (persuni fiżiċi, jiġifieri individwi, ma humiex eliġibbli).

(b)

ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

il-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja, Spanja, n-Norveġja.

4.   Data tal-għeluq

L-applikazzjonijiet għall-ftehim qafas ta’ sħubija U għall-pjan ta’ ħidma tal-2012 għandhom jiġu sottomessi sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Ottubru 2011.

Il-pjan ta’ ħidma tal-2012 li jsegwi l-għoti tal-ftehim speċifiku tal-għoti tal-2012 sejjer jibda f’Jannar 2012 u għandu jdum 12-il xahar.

5.   Aktar informazzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tas-sejħa għall-proposti, il-formola tal-applikazzjoni u l-annessi tagħha sejrin ikunu disponibbli mit-30 ta’ Settembru 2011 mill-websajt ta’ Cedefop fl-indirizz li ġej:

http://www.cedefop.europa.eu/EN/working-with-us/public-procurements/calls-for-proposals.aspx

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-test sħiħ tas-sejħa u għandhom jiġu sottomessi fuq il-formoli uffiċjali pprovduti.

L-evalwazzjoni tal-proposti sejra tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.

L-applikazzjonijiet kollha sottomessi sejrin jiġu evalwati minn kumitat ta’ esperti fuq il-kriterji tal-eliġibbilità, tal-esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fil-verżjoni tat-test komplet tas-sejħa.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

1.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/15


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 289/10

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“VADEHAVSSTUDE”

Nru tal-KE: DK-PGI-0005-0770-25.03.2009

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem:

“Vadehavsstude”

2.   Stat membru jew pajjiż terz:

Id-Danimarka

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.1.:

Laħam frisk ( u ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt (1):

Il-“Vadehavsstude” huwa laħam frisk minn annimali bovini ta' età żgħira mrobbija fiż-żona ġeografika definita. L-annimali huma ta' razza Daniża Sewda u Bajda, magħrufin ukoll bħala Danish Holstein, jew ta' razza mnissla mit-taħlit ta' bejn id-Danish Holstein u l-Belgian Blue. “Il-Vadehavsstude” huwa prodott esklussivament minn annimali kkastrati tas-sess maskili, li jridu jkunu mwielda fiż-żona ġeografika speċifika.

Laħam frisk

:

Karkassa sħiħa, nofs karkassa, kwart ta' karkassa jew biċċiet.

Piż mal-qatla

:

200-380 kg

Età ta' meta jinqatel

:

Mill-inqas 18-il xahar – mhux iktar minn 30 xahar

Forma

:

minimu 3,50

Kulur

:

3-4

Simna

:

3-4

L-iskala tal-kulur u tas-simna tikkorrispondi għall-iskala ta' kwalità minima meħtieġa skont in-notifika tal-kumpanija “Danish Crown” għaċ-ċanga.

3.3.   Materja Prima:

3.4.   Għalf (għal prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

Fix-xitwa mill-inqas 50 % tal-għalf tal-annimali għandu jkun prodott fiż-żona identifikata.

Fix-xhur tax-xitwa, l-għalf ikun jikkonsisti f'ħaxix u qamħirrum maħżun.

L-annimali għandhom jirgħu f'imraġ tal-melħ (imraġ mgħarrqa minn żmien għall-ieħor bl-ilma baħar) taż-żona ġeografika speċifika għal mill-inqas erba' xhur u nofs fis-sena.

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

L-annimali kollha għandhom jitrabbew fiż-żona ġeografika speċifika u għandhom ikunu mwielda fiż-żona speċifika.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, il-ħakk, l-ippakkjar, eċċ.:

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

L-annimali kollha maqtula jiġu ttimbrati bil-logo tal-Vadehav Marsk og Mad. Il-logo għandu jiġi mmarkat fuq l-ippakkjar tal-prodott finali u ttimbrat fuq l-annimal maqtul sabiex tiġi garantita t-traċċabbiltà.

Image

Image

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika hija r-reġjun tal-Baħar Wadden fil-Lbiċ tad-Danimarka. Ir-reġjun tal-Baħar Wadden jinkludi t-tliet ġżejjer Romø, Mandø u Fanø, kif ukoll it-terraferma fejn ir-reġjun Daniż tal-Baħar Wadden imiss mal-fruntiera Ġermaniża fuq in-naħa ta' Nofsinhar. Il-fruntiera tat-Tramuntana hija l-istess waħda tal-fruntiera tat-Tramuntana tal-Park Nazzjonali tal-Baħar Wadden. Fuq in-naħa tal-Lvant iż-żona hija definita mill-awtostrada A11.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Il-Belt ta' Ribe twaqqfet bejn wieħed u ieħor fis-sena 710, u l-iskavi arkeoloġiċi żvelaw l-oġġetti li kienu jinbiegħu hemmekk. L-annimali bovini jirrappreżentaw wieħed mill-prodotti li nstabu fuq is-suq sa minn żmienijiet bikrija. L-annimali bovini kienu ġejjin mill-irħula fl-imraġ tal-melħ li jinsabu ħdejn il-Baħar Wadden, li jfisser li l-bdiewa tal-lokal kienu jrabbu l-annimali sa minn żmien il-Ħadid. Matul il-Medjuevu, l-annimali bovini baqgħu jinbiegħu f'Ribe u għal sekli sħaħ dawn l-annimali mir-Reġjun tal-Baħar Wadden kienu l-iktar prodott importanti għall-esportazzjoni min-negozju f'Ribe.

Il-produzzjoni tal-“Vadehavsstude” (Ċanga tal-Baħar Wadden) issawret fuq it-tradizzjoni twila tat-trobbija tal-annimali bovini fl-imraġ tal-melħ. Il-ħajja tal-bdiewa f'dan ir-reġjun kienet pjuttost waħda iebsa. Kull sena ż-żona kienet tintlaqat minn għargħar ta' maltemp li kien jgħarraq l-art agrikola. Il-baħar kien iħalli ħama fertili, li minnu kien jinħoloq ġmiel ta' mraġ fl-artijiet mielħa fejn l-annimali kienu jirgħu fis-sajf, u minn fejn kien seta' jinġabar l-għalf tax-xitwa.

Fl-artiklu ‘Jordbundsundersøgelser i marsken’ (Studji Agrikoli dwar l-Imraġ tal-Melħ) mit-‘Tidsskrift for planteavl’ (Ġurnal dwar il-Produzzjoni tal-Uċuh tar-Raba') tal-1968, Lorens Hansen jistudja kampjuni tal-ħamrija meħuda biss mill-mergħat tal-melħ. L-artiklu jgħid li l-ħamrija tal-imraġ tal-melħ hija ovvjament mimlija potassju, li jikkorrispondi għall-kontenut għoli ta' tafal u t-tip ta' formazzjoni. Il-kontenut tas-sodju rari jiġi ddeterminat f'art normali għall-kultivazzjoni minħabba li jkun baxx ħafna u ma jkollu l-ebda impatt fuq il-ħamrija. Fl-imraġ tal-melħ, minħabba li l-melħ kien depożitat fihom meta dawn inħolqu oriġinarjament, jinstab kontenut għoli ta' sodju.

Il-ħxejjex pjuttost raffi, li huma addattati sew għall-imraġ tal-melħ, fihom ħafna sustanzi u fl-istess ħin kapaċi jissaportu kull tip ta' klima. Fil-fatt, huwa propju l-impatt aħrax u mielaħ tal-Baħar Wadden li jagħmel uniku ir-ragħa f'din iż-żona. Meta l-art tkun mgħarrqa bl-ilma baħar, il-melħ u l-minerali jiġu ddepożitati fil-ħamrija. Il-pjanti u l-ħxejjex li ġejjin jinstabu partikolarment fuq l-artijiet ta' mal-kosta:

Jikber ħafna ħaxix fin, ix-xnien abjad li jikber waħdu (Trifolium nigrescens), Lotus corniculatus, pjanti bil-fjuri sofor tal-ġenus Rhinanthus, ranunkli (Ranunculus), u armerija (Armerija maritima/mauritanica) fil-partijiet 'il ġewwa, lejn id-diga.

Fiż-żona li tinsab iktar fil-baxx jikbru l-ispika tal-baħar (Limonium vulgare) u pjanta oħra li tikber f'artijiet mistagħdra tal-ġenus Triglochin (Triglochin maritima) flimkien ma' xi ħaxix raff.

Il-ħaxix tat-tip Puccinellia maritima u s-salikornja jikbru fl-iktar żoni imbiegħda tal-partijiet il-baxxi tal-art ta' mal-kosta.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Test li twettaq ma' persuni mgħammdin li kellhom iduqu l-laħam tal-annimali bovini mrobbija fl-imraġ tal-melħ urew li l-laħam kien:

iktar tari

iktar immerraq

iktar mielaħ

ta' konsistenza aħjar

iktar aromatiku

minn laħam ta' bovini konvenzjonali.

Il-laħam konvenzjonali ġie kkwalifikat b'punti ogħla minn dak tal-laħam tal-Baħar Wadden biss fix-xaħam u fil-kulur.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP).:

L-ambjent tal-madwar huwa aħrax u impenjattiv ħafna għall-bdiewa li jrabbu l-annimali bovini fir-reġjun tal-Baħar Wadden. Deskrizzjoni antika ta' dawn il-kundizzjonijiet tgħid hekk Ħemm ħaġa waħda partikolari għal din iż-żona: l-imraġ kbar fejn kien jikber ammont kbir ta' ħaxix għall-annimali mġewħa, u fejn il-ħuxlief kien jinħasad għax-xitwa. Il-ħaxix tal-imraġ tal-melħ kien partikolarment sustanzjuż għaliex kien jitgħarraq fl-ilma baħar għal bosta drabi fis-sena u għalhekk kien jieħu minnu iktar melħ u minerali naturali. Ħafna għoġġiela twieldu f'irziezet 'il ġewwa mill-kosta u kienu jintbagħtu fl-imraġ tal-melħ biex jissemnu għall-bejgħ fis-swieq ta' Hosum jew Hamburg. Spiss l-għoġġiela l-kbar kienu jkunu dgħajfin jew saħansitra morda meta kienu jittieħdu fl-imraġ, imma l-ħaxix sabiħ tal-mergħa matul is-sajf kien itihom is-saħħa u jibdilhom f'bovini mitmugħin tajjeb.

Għal ħafna snin, iċ-ċanga prodotta fir-reġjun tal-Baħar Wadden kienet magħrufa bħala prodott tajjeb u ta' kwalità għolja, il-laħam ikollu togħma partikolari mielħa minħabba l-kundizzjonijiet speċjali tat-trobbija tal-annimal fiż-żona. Meta l-baħar jimla u jgħarraq iż-żona, il-melħ u l-minerali jiġu depożitati fil-ħamrija. L-annimali jirgħu fl-imraġ tal-melħ fejn il-kontenut għoli tal-potassju u tas-sodju fil-ħaxix jaffettwa t-togħma tal-laħam, u jagħti lil “Vadehavsstude” il-kwalità speċjali u t-togħma mielħa partikolari tiegħu.

Il-“Vadehavsstude” jinbiegħ bħala prodott speċjali mill-Park Nazzjonali tal-Baħar Wadden, u l-isem jintuża kemm mill-produtturi lokali kif ukoll mid-distributuri tal-laħam.

Il-produzzjoni tal-“Vadehavsstude” hija ppreżentata fil-fuljett tat-turisti tar-reġjun tal-Baħar Wadden u tal-Park Nazzjonali tal-Baħar Wadden bħala karatteristika importanti taż-żona.

Referenza għal pubblikazzjoni għall-ispeċifikazzjoni:

http://www.foedevarestyrelsen.dk/SiteCollectionDocuments/25_PDF_word_filer%20til%20download/06kontor/Maerkning/Oprindelsesmaerkning_af_foedevarer/Varespecifikation%20for%20Vadehavsstude.pdf


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.