ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.279.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 279

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
23 ta' Settembru 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2011/C 279/01

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar ir-rapport ta’ Evalwazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew rigward id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data (Direttiva 2006/24/KE)

1

2011/C 279/02

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u li jirrevoka r-Regolament (Euratom) Nru 1074/1999

11

2011/C 279/03

Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija

20

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 279/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6349 – Motherson/Cross Industries/Peguform/Wethje) ( 1 )

28

2011/C 279/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6218 – Ineos/Tessenderlo Group S-PVC Assets) ( 1 )

28

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 279/06

Rata tal-kambju tal-euro

29

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 279/07

MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ – Sejħa għall-proposti – EACEA/21/11 – Appoġġ għall-Iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni – Finzjoni (narrativa), Dokumentarji Kreattivi u Animazzjoni – Proġetti Waħdiena, Slate Funding u t-tieni fażi ta’ Slate Funding

30

2011/C 279/08

MEDIA 2007 – Żvilupp, distribuzzjoni, promozzjoni u taħriġ – Sejħa għall-proposti – EACEA/22/11 – Appoġġ għall-Iżvilupp ta' xogħolijiet interattivi fuq kull pjattaforma kemm online kif ukoll offline

33

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2011/C 279/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6348 – Arla Foods/Allgäuland) ( 1 )

36

2011/C 279/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6392 – Gores/Mexx) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

37

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/1


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar ir-rapport ta’ Evalwazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew rigward id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data (Direttiva 2006/24/KE)

2011/C 279/01

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 u 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (2),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA

I.   INTRODUZZJONI

I.1.   Pubblikazzjoni tar-rapport

1.

Fit-18 ta’ April 2011, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta’ evalwazzjoni tagħha rigward id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data (minn hawn ’il quddiem: “ir-rapport ta’ Evalwazzjoni”) (4). Ir-rapport ta’ Evalwazzjoni ntbagħat bħala informazzjoni lill-EDPS fl-istess jum. Għar-raġunijiet stabbiliti fil-Parti I.2 hawn taħt, l-EDPS qed jippubblika din l-opinjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess, skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.

Qabel ma ġiet adottata l-Komunikazzjoni, l-EDPS ingħata l-possibbiltà li jipprovdi kummenti informali. L-EDPS bi pjaċir jinnota li ħafna minn dawn il-kummenti ġew ikkunsidrati mill-Kummisjoni meta din kienet qed tabbozza l-verżjoni finali tad-dokument.

3.

Il-Kummissjoni ppreparat ir-rapport ta’ Evalwazzjoni biex tissodisfa l-obbligu tagħha previst fl-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data sabiex tevalwa l-applikazzjoni tad-Direttiva u l-impatt tagħha fuq l-operaturi ekonomiċi u l-konsumaturi, bil-għan li jiġi stabbilit jekk hemmx bżonn li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (5). L-EDPS bi pjaċir jinnota li, għalkemm mhux strettament meħtieġ bl-Artikolu 14, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll fir-rapport “l-implikazzjonijiet tad-Direttiva għad-drittijiet fundamentali, minħabba l-kritika li saret b’mod ġenerali dwar iż-żamma tad-dejta” (6).

I.2.   Raġunijiet għal u l-għan ta’ din l-opinjoni tal-EDPS

4.

Id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data kienet tikkostitwixxi reazzjoni tal-UE għall-isfidi urġenti ta’ sikurezza, wara l-attakki terroristiċi qawwija li saru f’Madrid fl-2004 u f’Londra fl-2005. Minkejja l-għan leġittimu li tkun stabbilita skema ta’ żamma tad-dejta, il-kritika li saret kienet tikkonċerna l-impatt kbir li l-miżura kellha fuq il-privatezza taċ-ċittadini.

5.

L-obbligu taż-żamma tad-dejta skont id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex jintraċċaw sa perjodu ta’ sentejn l-imġiba taċ-ċittadini kollha fl-UE kull meta dawn jagħmlu użu mit-telefon jew l-internet.

6.

Iż-żamma tad-dejta tat-telekomunikazzjonijiet manifestament tikkostitwixxi interferenza għad-dritt tal-privatezza tal-persuni kkonċernati kif stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (minn hawn ’il quddiem: l-“ECHR”) u l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

7.

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (minn hawn ’il quddiem: l-“ECtHR”) iddikjarat kemm-il darba li “l-ħażna tad-dejta biss li tikkonċerna l-ħajja privata ta’ persuna tammonta għal interferenza skont it-tifsira tal-Artikolu 8 [ECHR]” (7). Rigward id-dejta telefonika b’mod partikolari, l-ECtHR iddikjarat li “r-rilaxx ta’ dik l-informazzjoni lill-pulizija mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-abbonat ukoll jammonta […] għal interferenza ma’ dritt garantit bl-Artikolu 8 [ECHR]” (8).

8.

Mill-Artikolu 8(2) ECHR u mill-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE wieħed jiddeduċi li interferenza tista’ tkun iġġustifikata jekk din tkun prevista bil-liġi, tkun isservi bħala għan leġittimu u tkun meħtieġa f’soċjetà demokratika sabiex jinkiseb dak l-għan leġittimu.

9.

L-EDPS irrikonoxxa li d-disponibbiltà ta’ ċerta dejta dwar it-traffiku u dwar il-lok tista’ tkun kruċjali għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-ġlieda tagħhom kontra t-terroriżmu u kriminalità serja oħra. Madankollu, fl-istess waqt, l-EDPS esprima kemm-il darba d-dubji dwar il-ġustifikazzjoni biex tinżamm id-dejta f’dik l-iskala fil-kuntest tad-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta (9). Dawn id-dubji kienu kondiviżi minn ħafna organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (10).

10.

L-EDPS ilu jsegwi mill-qrib il-ħolqien, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tad-Direttiva mill-2005 b’modi differenti. L-EDPS ippubblika opinjoni kritika fl-2005, wara li l-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha għad-Direttiva (11). Wara l-adozzjoni tad-Direttiva, l-EDPS sar membru tal-Grupp Espert taż-Żamma tad-Dejta, imsemmi fil-Premessa 14 tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta (12). Barra minn hekk, l-EDPS jieħu sehem fix-xogħol tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29, li ppubblika diversi dokumenti dwar il-mertu tal-każ, bl-aktar wieħed reċenti minn Lulju 2010 jkun rapport dwar kif id-Direttiva ġiet applikata fil-prattika (13). Fl-aħħar nett, l-EDPS aġixxa bħala medjatur f’kawża quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li fih ġiet ikkontestata l-validità tad-Direttiva (14).

11.

L-importanza tar-rapport ta’ Evalwazzjoni u tal-proċess ta’ evalwazzjoni ma tistax tiġi enfasizzata żżejjed (15). Id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta tikkostitwixxi eżempju prominenti ta’ miżura tal-UE li għandha l-għan li tiżgura d-disponibbiltà tad-dejta ġġenerata u pproċessata fil-kuntest tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għal attivitajiet ta’ infurzar tal-liġi. Issa li l-miżura ilha fis-seħħ għal bosta snin, evalwazzjoni tal-applikazzjoni prattika tagħha għandha turi fil-fatt il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-miżura fil-kuntest tad-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. F’dan ir-rigward l-EDPS sejjaħ l-evalwazzjoni bħala “il-mument tal-verità” għad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta (16).

12.

Il-proċess ta’ evalwazzjoni attwali għandu wkoll implikazzjonijiet għal strumenti oħra li jirregolaw il-ġestjoni tal-informazzjoni, inkluż l-ipproċessar ta’ ammonti kbar ta’ dejta personali, fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. F’Komunikazzjoni tal-2010, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-mekkaniżmi ta’ evalwazzjoni tad-diversi strumenti juru varjetà wiesgħa (17). L-EDPS jemmen li l-proċedura tal-evalwazzjoni attwali għandha tintuża sabiex jiġi stabbilit l-istandard għall-evalwazzjoni ta’ strumenti oħra tal-UE u biex tiżgura li dawk il-miżuri biss li huma tabilħaqq iġġustifikati għandhom jibqgħu fis-seħħ.

13.

F’dan l-isfond, l-EDPS jixtieq jikkondividi r-riflessjonijiet tiegħu dwar is-sejbiet ippreżentati fir-rapport ta’ Evalwazzjoni f’opinjoni pubblika. Dan isir f’fażi bikrija tal-proċess sabiex jipprovdi kontribut effettiv u kostruttiv għad-diskussjonijiet li għad iridu jsiru, possibbilment fil-kuntest ta’ proposta leġiżlattiva ġdida kif indikat il-Kummissjoni fir-rapport ta’ Evalwazzjoni (18).

I.3.   Struttura tal-opinjoni

14.

Din l-opinjoni għandha tanalizza u tiddiskuti l-kontenut tar-rapport ta’ Evalwazzjoni mill-perspettiva tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. L-analiżi għandha tiffoka dwar jekk id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta li hemm fis-seħħ tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti b’dawn iż-żewġ drittijiet fundamentali. Dan jinkludi analiżi dwar jekk il-ħtieġa taż-żamma ta-dejta kif regolata fid-Direttiva ntwerietx biżżejjed.

15.

Din l-opinjoni hija maqsuma kif ġej. Il-Parti II tippreżenta l-kontenut prinċipali tad-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta u r-relazzjoni tagħha mad-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (minn hawn ’il quddiem: “id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika”) (19). Il-Parti III tistabbilixxi fil-qosor il-bidliet li seħħew bit-Trattat ta’ Lisbona, minħabba li dawn huma rilevanti b’mod partikolari għal din il-kwistjoni u għandhom konsegwenzi diretti għall-mod kif ir-regoli tal-UE dwar iż-żamma tad-dejta għandhom jiġu preżunti, evalwati u possibilment riveduti. L-akbar parti tal-opinjoni, il-Parti IV, tinkludi l-analiżi dwar il-validità tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data fil-kuntest tad-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta u mil-lat tas-sejbiet ippreżentati fir-rapport ta’ Evalwazzjoni. Il-Parti V tiddiskuti l-iżvilupp ’il quddiem li jista’ jsir. L-opinjoni tintemm, fil-Parti VI, b’konklużjoni.

II.   IR-REGOLI TAL-UE DWAR IŻ-ŻAMMA TAD-DEJTA

16.

Fil-kuntest ta’ din l-opinjoni, iż-żamma tad-dejta tirreferi għall-obbligu tal-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli għall-pubbliku jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjonijiet pubbliċi li iżommu dejta dwar it-traffiku u dwar il-lok kif ukoll dejta relatata li tkun meħtieġa biex jiġi identifikat l-abbonat jew l-utent għal ċertu perjodu. Dan l-obbligu huwa stabbilit fid-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta, li jispeċifika wkoll fl-Artikolu 5(1) il-kategoriji ta’ dejta li għandha tinżamm. Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-dejta għandha tinżamm għal perjodu ta’ mhux anqas minn sitt xhur u mhux aktar minn sentejn mid-data tal-komunikazzjoni.

17.

Id-dejta għandha tinżamm sakemm din tiġi ġġenerata jew ipproċessata mill-fornituri fil-proċess ta’ forniment tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet ikkonċernati (Art. 3). Hija tinkludi wkoll dejta relatata ma’ tentattivi ta’ sejħiet mingħajr suċċess. Skont id-Direttiva (Art. 5(1)) l-ebda dejta li tiżvela l-kontenut tal-komunikazzjonijiet ma għandha tinżamm.

18.

Id-dejta għandha tinżamm sabiex ikun żgurat li d-dejta tkun disponibbli għall-finijiet ta’ “investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ reati serji, kif definita minn kull Stat Membru fil-liġi nazzjonali tiegħu” (Art. 1(1)).

19.

Id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data ma tinkludi l-ebda regola oħra skont il-kundizzjonijiet ta’ liema, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jista’ jkollhom aċċess għad-dejta miżmuma. Dan jitħalla għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri u jaqa’ barra mill-ambitu tad-Direttiva. L-Artikolu 4 tad-Direttiva jenfasizza li dawn ir-regoli nazzjonali għandhom ikunu skont il-ħtieġa u r-rekwiżiti tal-proporzjonalità kif previst, b’mod partikolari, mill-ECHR.

20.

Id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta hija relatata mill-qrib mad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika. Din id-Direttiva, li hija relatata b’mod partikolari ma’ u tikkumplementa d-Direttiva dwar il-Protezzjoni ta’ Dejta 95/46/KE ġenerali, tistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalitzà tal-komunikazzjonijiet u d-dejta dwar it-traffiku relatata (20). Id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika teħtieġ li d-dejta dwar it-traffiku u dwar il-lok li tiġi ġġenerata bl-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għandha titħassar jew issir anonima meta ma tkunx aktar meħtieġa għall-finijiet tat-trasmissjoni ta’ komunikazzjoni, ħlief fejn u sakemm biss, din tkun meħtieġa għall-finijiet biex jitħallsu l-kontijiet (21). Sakemm ikun hemm awtorizzazzjoni, ċertu dejta tista’ tiġi proċessata għall-perjodu meħtieġ għad-dispożizzjoni ta’ servizz ta’ valur miżjud.

21.

Abbażi tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika huwa possibbli għall-Istati Membri li jadottaw miżuri leġiżlattivi sabiex jillimitaw l-ambitu tal-obbligi msemmija aktar ’il fuq jekk din tkun “tikkostitwixxi miżura neċessarja, xierqa u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà nazzjonali (jiġifieri s-sigurtà tal-Istat), id-difiża, is-sigurtà pubblika, u l-prevenzjoni, investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ reati kriminali […]”. Il-punt dwar iż-żamma tad-dejta huwa msemmi b’mod espliċitu fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika. L-Istati Membri jistgħu “jadottaw miżuri leġiżlattivi li jipprevedu ż-żamma tal-informazzjoni għal perjodu limitat” li jkun ġustifikat għar-raġunijiet li ssemmew.

22.

Id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta kienet intenzjonata sabiex tallinja l-inizjattivi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 15(1), sakemm din tkun tikkonċerna ż-żamma tad-dejta għal investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ reati serji. Ta’ min jenfasizza li d-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta tikkostitwixxi eċċezzjoni għall-obbligu ġenerali previst fid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika biex id-dejta titħassar ladarba ma tkunx aktar meħtieġa (22).

23.

Bl-adozzjoni tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta, iddaħħal paragrafu ieħor 1(a) fl-Artikolu 15 tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika li fih ġie stabbilit li l-paragrafu 15(1) m’għandux japplika għal dejta li tkun meħtieġa b’mod speċifiku bid-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta sabiex tinżamm għall-finijiet msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dik id-Direttiva.

24.

Ta’ min jinnota fir-rapport ta’ Evalwazzjoni, kif diskuss aktar ’il quddiem fil-Parti IV.3 hawn taħt, li l-Artikolu 15(1) u 15(1)(b) intużaw minn diversi Stati Membri biex jużaw id-dejta miżmuma skont id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta anke għal finijiet oħrajn (23). L-EDPS irrefera għal dan bħala “vojt legali” fil-qafas legali, li jfixkel l-għan tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta, jiġifieri li toħloq kundizzjonijiet ugwali għall-industrija (24).

III.   IL-KUNTEST LEGALI ĠENERALI TAL-UE INBIDEL WARA T-TRATTAT TA’ LISBONA

25.

Il-kuntest legali ġenerali tal-UE rilevanti għad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta nbidel b’mod konsiderevoli mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Bidla kbira kienet it-tneħħija tal-istruttura ta’ pilastri, li kienet stabbiliet proċeduri leġiżlattivi u mekkaniżmi ta’ reviżjoni differenti għall-oqsma differenti ta’ kompetenza Komunitarja.

26.

L-istruttura ta’ pilastri ta’ qabel kienet tqajjem diskussjonijiet regolari dwar il-bażi legali korretta ta’ strument Komunitarju f’każ li kwistjoni partikolari kellha tinvolvi l-kompetenza Komunitarja f’pilastri differenti. L-għażla ta’ bażi legali ma kinitx mingħajr importanza minħabba li din wasslet għal proċeduri leġiżlattivi differenti rigward, pereżempju, ir-rekwiżiti ta’ votazzjoni fil-Kunsill (maġġoranza kwalifikata jew unanimità) jew l-involviment tal-Parlament Ewropew.

27.

Dawn id-diskussjonijiet kienu rilevanti ħafna għaż-żamma tad-dejta. Minħabba li d-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta kellha l-għan li tarmonizza l-obbligu għall-operaturi, u b’hekk kellha telimina l-ostakli għas-suq intern, il-bażi legali tinstab fl-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE preċedenti (l-ewwel pilastru ta’ qabel). Madankollu, il-kwistjoni setgħet tiġi trattata mill-perspettiva tal-infurzar tal-liġi, fejn seta’ jiġi argumentat li l-għan sabiex tinħażen id-dejta kien li jiġu miġġielda reati ta’ kriminalità serji, fil-qafas tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-qrati f’materji kriminali fit-Trattat tal-KE preċedenti (it-tielet pilastru ta’ qabel) (25).

28.

Sadanittant, id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta ġiet adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE preċedenti, li jirregola biss l-obbligi għall-operaturi. Id-Direttiva ma kinitx tinkludi regoli dwar l-aċċess għal u l-użu tad-dejta miżmuma mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

29.

Wara l-adozzjoni tagħha, il-validità tad-Direttiva ġiet ikkontestata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Ġie argumentat li d-Direttiva kellha tkun ibbażata fuq it-tielet pilastru minflok l-ewwel pilastru, minħabba li l-għan li għalih id-dejta kellha tinżamm (investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta’ reati serji) kien jaqa’ taħt il-kompetenza tal-UE fit-tielet pilastru (26). Madankollu, minħabba li l-imġiba tal-awtoritajiet kompetenti tħalliet barra b’mod espliċitu mill-ambitu tad-Direttiva, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li d-Direttiva kienet ibbażata b’mod korrett fuq it-Trattat tal-KE (27).

30.

Sa mill-bidu nett, l-EDPS argumenta li jekk l-UE tadotta strument dwar iż-żamma tad-dejta dan għandu jirregola l-obbligu tal-operaturi kif ukoll l-aċċess għal u l-użu ulterjuri tad-dejta mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Fl-opinjoni tiegħu tal-2005 dwar il-proposta tal-Kummissjoni, l-EDPS enfasizza li l-aċċess għal u l-użu ulterjuri tad-dejta mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kienu jikkostitwixxu parti essenzjali u mhux separabbli mill-mertu tal-każ (28).

31.

Kif spjegat f’aktar dettall hawn taħt, l-effetti negattivi tal-UE li jirregolaw biss nofs il-mertu in kwistjoni ġew ikkonfermati f’dan ir-rapport ta’ Evalwazzjoni. Il-Kummissjoni tikkonkludi li d-differenzi fil-liġijiet nazzjonali dwar l-aċċess għal u l-użu ulterjuri tad-dejta mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti wasslu għal “diffikultajiet konsiderevoli” għall-operaturi (29).

32.

Bit-tneħħija tal-istruttura ta’ pilastri wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, iż-żewġ oqsma rilevanti ta’ kompetenza tal-UE tpoġġew flimkien fit-TFUE li jippermetti l-adozzjoni ta’ tema ta’ leġiżlazzjoni tal-UE għall-istess proċedura leġiżlattiva. Dan il-kuntest ġdid jippermetti l-adozzjoni ta’ strument ġdid u uniku dwar iż-żamma tad-dejta li jirregola l-obbligi tal-operaturi kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-aċċess u l-użu ulterjuri tad-dejta mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Kif spjegat fil-Parti IV.3 t’hawn taħt, id-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta jeħtieġu li jekk tiġi kkunsidrata miżura Komunitarja riveduta dwar iż-żamma tad-dejta, din għandha minn tal-anqas tirregola l-kwistjoni fl-intier tagħha.

33.

It-Trattat ta’ Lisbona mhux biss neħħa l-istruttura ta’ pilastri, iżda ta wkoll lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE li qabel ma kinitx vinkolanti, u li kienet tinkludi d-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta fl-Artikolu 7 u 8, l-istess valur legali bħat-Trattati (30). Dritt suġġettiv għall-protezzjoni tad-dejta kien ġie nkluż ukoll fl-Artikolu 16 tat-TFUE, li ħoloq bażi legali separata għal strumenti Komunitarji dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali.

34.

Il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ilha għal żmien twil isservi bħala bażi għall-politika Komumitarja, u t-Trattat ta’ Lisbona wassal għal impenn ferm aktar b’saħħtu għal dawn id-drittijiet fil-kuntest tal-UE. Il-bidliet li ġab miegħu t-Trattat ta’ Lisbona wassal lill-Kummissjoni f’Ottubru tal-2010 biex tħabbar il-promozzjoni ta’ “kultura ta’ drittijiet fundamentali” fil-fażijiet kollha tal-proċess leġiżlatittv u biex tiddikjara li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE “għandha sservi bħala boxxla għall-politika Komunitarja” (31). L-EDPS jemmen li l-proċess ta’ evalwazzjoni attwali joffri lill-Kummissjoni opportunità tajba biex tagħti prova tal-impenn tagħha.

IV.   ID-DIRETTIVA DWAR IŻ-ŻAMMA TA’ DEJTA TISSODISFA R-REKWIŻITI TAL-PRIVATEZZA U L-PROTEZZJONI TAD-DEJTA?

35.

Ir-rapport ta’ Evalwazzjoni juri diversi nuqqasijiet fid-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data li hemm fis-seħħ. L-informazzjoni pprovduta fir-rapport turi li d-Direttiva naqset milli tissodisfa l-għan ewlieni tagħha, jiġifieri li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw iż-żamma tad-dejta. Il-Kummissjoni tinnota li jeżistu differenzi “konsiderevoli” bejn it-traspożizzjoni tal-liġijiet fir-rigward tal-limitazzjoni tal-iskop, l-aċċess għad-dejta, il-perjodi taż-żamma, il-protezzjoni tad-dejta kif ukoll is-sigurtà tad-dejta u l-istatistika (32). Skont il-Kummissjoni, id-differenzi huma parzjalment minħabba l-varjazzjoni prevista b’mod espliċitu fid-Direttiva. Il-Kummissjoni tiddikjara, madankollu, li anke lil hinn minn dan, “id-differenzi fl-applikazzjoni nazzjonali taż-żamma tad-dejta kienu jippreżentaw diffikultajiet konsiderevoli għall-operaturi' u li 'se jkompli jkun hemm nuqqas ta’ ċertezza legali għall-industrija” (33). Ma hemmx għalfejn wieħed joqgħod jgħid li n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni huwa ta’ detriment għall-partijiet kollha involuti: iċ-ċittadini, l-operaturi tan-negozju kif ukoll l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

36.

Minn perspettiva ta’ privatezza u protezzjoni tad-dejta, ir-rapport ta’ Evalwazzjoni jiġġustifika wkoll il-konklużjoni li d-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta ma tissodisfax ir-rekwiżiti imposti bid-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. Jeżistu diversi nuqqasijiet: il-ħtieġa għaż-żamma tad-dejta kif previst fid-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta ma ngħatatx prova tagħha biżżejjed, iż-żamma tad-dejta setgħet, fi kwalunkwe każ, tiġi regolata b’mod inqas invażiv għall-privatezza, u li d-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta ma għandhiex “prevedibbilta”. Dawn it-tliet punti sejrin jiġu elaborati hawn taħt.

IV.1.   Il-ħtieġa li ż-żamma tad-dejta kif previst fid-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta ma ngħatatx prova tagħha biżżejjed

37.

Interferenza mad-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta hija awtorizzata biss jekk il-miżura tkun meħtieġa sabiex jinkiseb l-għan leġittimu. Il-ħtieġa taż-żamma tad-dejta bħala miżura ta’ infurzar tal-liġi ilha b’mod regolari s-suġġett ewlieni għal diskussjoni (34). Fil-proposta għad-Direttiva kien iddikjarat li l-limitazzjonijiet dwar id-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta kienu “meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet rikonoxxuti b’mod ġenerali tal-prevenzjoni u l-ġlieda tal-kriminalità u t-terroriżmu” (35). Madankollu, fl-opinjoni tal-2005, l-EDPS kien indika li mhuwiex konvint b’din id-dikarazzjoni, minħabba li kienet meħtieġa aktar evidenza (36). Xorta waħda, mingħajr evidenza ulterjuri kien iddikjarat fil-Premessa 9 tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta li “ż-żamma tad-dejta wriet li hija […] għodda ta’ investigazzjoni tant neċessarja u effettiva għall-infurzar tal-liġi f’diversi Stati Membri”.

38.

Minħabba n-nuqqas ta’ evidenza biżżejjed, l-EDPS argumenta li d-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta kienet ibbażata biss fuq il-preżunzjoni li ż-żamma tad-dejta kif żviluppata fid-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta kienet tikkostitwixxi miżura meħtieġa (37). Għalhekk l-EDPS appella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jużaw l-okkażjoni tar-rapport ta’ Evalwazzjoni ħalli jipprovdu iżjed evidenza li tikkonferma li l-preżunzjoni dwar il-ħtieġa tal-miżura taż-żamma tad-dejta u l-mod kif din hija regolata fid-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta kienet fil-fatt korretta.

39.

Dwar dan il-punt, il-Kummissjoni tiddikjara fir-rapport ta’ Evalwazzjoni tagħha li “ħafna mill-Istati Membri huma tal-opinjoni li r-regoli tal-UE dwar iż-żamma tad-dejta jibqgħu meħtieġa bħala għodda għall-infurzar tal-liġi, il-protezzjoni ta’ vittmi u għas-sistemi tal-ġustizzja kriminali”. Iż-żamma tad-dejta hija kkunsidrata wkoll li għandha “rwol importanti ħafna” fl-investigazzjoni kriminali, li hija “għall-inqas importanti u f’ċerti każijiet indispensabbli” u li mingħajr iż-żamma tad-dejta ċerti reati kriminali “qatt ma setgħu jiġu solvuti” (38). Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-UE għandha, għaldaqstant, “tappoġġa u tirregola ż-żamma tad-dejta bħala miżura ta’ sigurtà” (39).

40.

Madankollu jeżisti dubju kemm il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi fil-fatt li ħafna mill-Istati Membri jikkunsidraw iż-żamma tad-dejta bħala għodda meħtieġa. Mhuwiex indikat liema Stati Membri jikkostitwixxu l-maġġoranza, li fl-UE ta’ 27 Stat Membru għandha tkun mill-anqas ta’ 14 sabiex wieħed ikun jista’ jitkellem dwar ħafna mill-Istati Membri. In-numru ta’ Stati Membri li ssemmew b’mod konkret fil-Kapitolu 5, li fuqhom huma bbażati l-konklużjonijiet, huwa l-aktar ta’ disgħa (40).

41.

Barra minn hekk, jidher li l-Kummissjoni tibbaża ruħha l-aktar fuq id-dikjarazzjonijiet tal-Istati Membri dwar jekk dawn jikkunsidrawx iż-żamma tad-dejta bħala għodda meħtieġa għall-infurzar tal-liġi. Dawn id-dikjarazzjonijiet, madankollu, jindikaw li l-Istati Membri kkonċernati jixtiequ li jkollhom regoli Komunitarji dwar iż-żamma tad-dejta, iżda ma jistgħux jistabbilixxu l-ħtieġa għaż-żamma tad-dejta bħala miżura ta’ infurzar tal-liġi, appoġġata u regolata mill-UE. Id-dikjarazzjonijiet dwar il-ħtieġa għandhom jiġu appoġġati b’evidenza suffiċjenti.

42.

Wieħed jammetti li sabiex tintwera l-ħtieġa ta’ miżura li tinvadi l-privatezza mhuwiex kompitu faċli. B’mod partikolari mhuwiex għall-Kummissjoni, li tiddependi ħafna fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

43.

Madankollu, jekk miżura tkun diġà fis-seħħ, bħalma hija d-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta, u tkun inkisbet esperjenza prattika, irid ikun hemm informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva biżżejjed li tippermetti evalwazzjoni dwar jekk il-miżura hix fil-fatt tiffunzjona u jekk riżultati komparabbli setgħux jinkisbu mingħajr l-istrument jew permezz ta’ mezzi alternattivi li jinvadu inqas il-privatezza. Din l-informazzjoni għandha tikkostitwixxi prova ġenwina u turi r-relazzjoni bejn l-użu u r-riżultat (41). Minħabba li din tikkonċerna Direttiva tal-UE, l-informazzjoni għandha tirrappreżenta wkoll il-prattika tal-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE.

44.

Wara analiżi bir-reqqa, l-EDPS jikkunsidra li, għalkemm il-Kummissjoni għamlet sforz kbir biex tiġbor l-informazzjoni mingħand il-gvernijiet tal-Istati Membri, l-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva fornuta mill-Istati Membri mhix biżżejjed biex tikkonferma l-ħtieġa ta’ żamma tad-dejta kif inhi żviluppata fid-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta. Ġew ipprovduti eżempji interessanti dwar l-użu tagħha, madankollu hemm wisq nuqqasijiet fl-informazzjoni ppreżentata fir-rapport sabiex ikunu jistgħu jinsiltu konklużjonijiet ġenerali dwar il-ħtieġa tal-istrument. Barra minn hekk, għad trid issir aktar investigazzjoni dwar mezzi alternattivi. Dawn iż-żewġ punti sejrin jiġu elaborati hawn taħt.

L-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva pprovduta fir-rapport ta’ Evalwazzjoni

45.

Rigward l-informazzjoni statistika, kwantitattiva li ġiet ippreżentata l-aktar fil-Kapitolu 5 u fl-Anness tar-rapport ta’ Evalwazzjoni, hemm informazzjoni kruċjali li hija nieqsa. Pereżempju, l-istatistika ma tindikax l-għanijiet li għalihom id-dejta kienet qiegħda tintalab. Barra minn hekk, in-numri ma jiżvelawx jekk id-dejta kollha li għaliha ntalab l-aċċess kinitx dejta li ġiet maħżuna bħala konsegwenza tal-obbligu legali li tinżamm id-dejta jew għal raġunijiet ta’ negozju. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar ir-riżultati tal-użu tad-dejta. Fit-tfassil ta’ konklużjonijiet kien hemm problema akbar minħabba li l-informazzjoni mill-Istati Membri differenti mhux dejjem setgħet titqabbel b’mod sħiħ u f’ħafna mill-każijiet id-dijagrammi kienu jirrappreżentaw disa’ Stati Membri biss.

46.

L-eżempji kwalitattivi fornuti fir-rapport iservu bħala stampa aktar ċara dwar l-irwol importanti li d-dejta miżmuma kellha f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi u għall-benefiċċji potenzjali li jista’ jkollha sistema ta’ żamma tad-dejta. Madankollu, mhux fil-każijiet kollha huwa ċar jekk l-użu tad-dejta miżmuma kienx l-uniku mezz sabiex jissolva r-reat involut.

47.

Ċerti eżempji juru l-indispensabbiltà tal-miżura taż-żamma tad-dejta biex tiġi miġġielda ċ-ċiberkriminalità. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-istrument internazzjonali prinċipali f’dan il-qasam, il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità, ma jikkunsidrax iż-żamma tad-dejta bħala miżura biex tkun miġġielda ċ-ċiberkriminalità, iżda bħala li tirreferi biss għall-preservazzjoni tad-dejta bħala għodda investigattiva (42).

48.

Il-Kummissjoni tidher li tagħti importanza konsiderevoli lill-eżempji fornuti mill-Istati Membri li fihom, id-dejta miżmuma tkun inżammet biex jiġu esklużi suspetti minn xeni ta’ kriminalità u biex jiġu vverifikati l-alibi (43). Għalkemm dawn huma eżempji interessanti dwar kif id-dejta tintuża mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, dawn ma jistgħux jintużaw biex juru l-ħtieġa taż-żamma tad-dejta. Dan l-argument għandu jintuża b’kawtela minħabba li jista’ jinftiehem ħażin, li jfisser li ż-żamma tad-dejta tkun meħtieġa biex tiġi ppruvata l-innoċenza taċ-ċittadini, li għaldaqstant ikun diffiċli li din tiġi rikonċiljata mal-preżunzjoni tal-innoċenza.

49.

Ir-rapport ta’ Evalwazzjoni jiddiskuti fil-qosor biss il-valur taż-żamma tad-dejta fir-rigward ta’ żviluppi teknoloġiċi, u b’mod aktar speċifiku l-użu ta’ SIM cards imħallsa minn qabel (44). L-EDPS jenfasizza li aktar informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar l-użu ta’ teknoloġiji ġodda mhux koperti b’din id-direttiva (dan jista’ jkun il-każ għall-VoIP u netwerks soċjali) kienet tkun ta’ għajnuna biex tiġi vvalutata l-effikaċja tad-Direttiva.

50.

Ir-rapport ta’ Evalwazzjoni huwa limitat għaliex jiffoka l-aktar fuq informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva fornuta mill-Istati Membri li implimentaw id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta. Madankollu kien ikun interessanti li wieħed jara jekk kienx hemm differenzi konsiderevoli bejn dawk l-Istati Membri u l-oħrajn li ma implimentawx id-Direttiva. B’mod speċjali għal dawk l-Istati Membri li fihom il-leġiżlazzjoni implimentattiva ġiet annullata (il-Ġermanja, ir-Rumanija u r-Repubblika Ċeka) kien ikun interessanti li wieħed jara jekk hemmx xi evidenza taż-żieda jew it-tnaqqis ta’ investigazzjonijiet kriminali b’suċċess, jew qabel jew wara dawn l-annullamenti.

51.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-istatistika u l-eżempji fornuti fir-rapport ta’ Evalwazzjoni huma “limitati f’ċertu aspetti”, iżda minkejja dan tikkonkludi li l-evidenza tikkonferma “l-irwol importanti ħafna tad-dejta miżmuma għal investigazzjonijiet kriminali” (45).

52.

L-EDPS iħoss li l-Kummissjoni kellha tkun aktar kritika lejn l-Istati Membri. Kif spjegat diġà, id-dikjarazzjonijiet politiċi minn ċerti Stati Membri dwar il-ħtieġa għal tali miżura ma jistgħux waħedhom jiġġustifikaw azzjoni Komunitarja. Il-Kummissjoni kellha tinsisti li l-Istati Membri kellhom jipprovdu evidenza biżżejjed li turi l-ħtieġa tal-miżura. Skont l-EDPS, il-Kummissjoni kellha minn tal-inqas tappoġġa ż-żamma tad-dejta bħala miżura ta’ sigurtà (ara p. 31 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni) bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jipprovdu aktar evidenza matul l-evalwazzjoni tal-impatt.

Mezzi alternattivi

53.

Il-ħtieġa għaż-żamma tad-dejta kif stabbilit fid-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta tiddependi wkoll fuq jekk jeżistux mezzi alternattivi li jinvadu inqas il-privatezza li setgħu jwasslu għal riżultati komparabbli. Dan ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-deċiżjoni tagħha Schecke f’Novembru 2010, li fiha l-liġi tal-UE dwar il-pubblikazzjoni ta’ ismijiet ta’ benefiċjarji ta’ fondi agrikoli ġiet annullata (46). Waħda mir-raġunijiet għall-annullament kienet li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma kkunsidrawx miżuri alternattivi li setgħu jkunu konsistenti mal-għan tal-pubblikazzjoni filwaqt li fl-istess ħin jikkawżaw inqas interferenza mad-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta tal-persuni kkonċernati (47).

54.

L-alternattiva ewlenija li ssemmiet fid-diskussjonijiet dwar id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta huwa l-metodu ta’ preservazzjoni tad-dejta (“iffriżar malajr” u “iffriżar malajr plus”) (48). Dan jikkonsisti f’li tiġi żgurata b’mod temporanju jew f’li tiġi “iffriżata” ċerta dejta dwar it-traffiku u dwar il-lok tat-telekomunikazzjonijiet li tkun tirrigwarda mhux biss suspetti speċifiċi ta’ attività kriminali, li mbagħad tista’ ssir disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi b’awtorizzazzjoni ġudizzjarja.

55.

Il-preservazzjoni tad-dejta tissemma fir-rapport ta’ Evalwazzjoni fil-kuntest tal-Konvenzjoni taċ-Ċiberkriminalità li hemm referenza għaliha aktar ’il fuq, iżda hija kkunsidrata bħala mhux xierqa għaliex din “ma tagħtix garanzija li wieħed ikun jista' jistabbilixxi traċċi ta' evidenza preċedenti għall-ordni tal-preservazzjoni, ma tippermettix investigazzjonijiet fejn il-mira mhix magħrufa, u ma tippermettix li tinġabar evidenza dwar il-movimenti pereżempju tal-vittmi jew ta' xhieda f'delitt”. (49).

56.

L-EDPS jirrikonoxxi li inqas informazzjoni tkun disponibbli meta sistema ta’ preservazzjoni tad-dejta tintuża minflok sistema wiesgħa ta’ żamma tad-dejta. Madankollu, huwa preċiżament minħabba n-natura aktar immirata tagħha li l-preservazzjoni tad-dejta tikkostitwixxi strument li jinvadi inqas il-privatezza f’termini ta’ skala u numru ta’ persuni affettwati. L-evalwazzjoni m’għandhiex tiffoka biss fuq id-dejta disponibbli, iżda wkoll fuq ir-riżultati differenti miksuba miż-żewġ sistemi. L-EDPS jikkunsidra investigazzjoni aktar dettaljata dwar din il-miżura bħala waħda ġustifikata u indispensabbli. Din tista’ ssir matul l-evalwazzjoni tal-impatt fix-xhur li ġejjin.

57.

F’dan ir-rigward, hija ħasra li fil-konklużjonjijiet tar-rapport, il-Kummissjoni timpenja ruħha li teżamina jekk – u jekk inhu hekk kif – metodu Komunitarju dwar il-preservazzjoni tad-dejta jistax jikkumplementa (jiġifieri, ma jissostitwixxix) iż-żamma tad-dejta (50). Il-possibbiltà li tiġi miġġielda kwalunkwe għamla ta’ skema ta’ żamma mas-salvagwardji proċedurali li jikkonċernaw diversi metodi ta’ preservazzjoni ta’ dejta fil-fatt teħtieġ aktar investigazzjoni. Madankollu, l-EDPS jirrakkomanda li matul l-evalwazzjoni tal-impatt il-Kummissjoni tikkunsidra wkoll jekk sistema ta’ preservazzjoni ta’ dejta, jew mezzi alternattivi oħra, jistgħux jissostitwixxu kompletament jew parzjalment l-iskema ta’ żamma tad-dejta li hemm fis-seħħ.

IV.2.   Iż-żamma tad-dejta kif regolata fid-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data, fi kwalunkwe każ, tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ

58.

Skont l-EDPS, l-informazzjoni fir-rapport ta’ Evalwazzjoni ma tinkludix evidenza biżżejjed li turi l-ħtieġa tal-miżura taż-żamma tad-dejta kif stabbilit fid-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta. Madankollu, ir-rapport ta’ Evalwazzjoni jippermetti l-konklużjoni li d-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta rregolat iż-żamma tad-dejta b’tali mod li jmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ, jew, tal-inqas, ma żguratx li ż-żamma tad-dejta ma ġietx applikata b’tali mod. F’dan ir-rigward, jistgħu jiġu enfasizzati erba’ elementi.

59.

L-ewwel nett, l-għan mhux ċar tal-miżura u l-perċezzjoni wiesgħa tal-“awtoritajiet nazzjonali kompetenti” wasslu biex id-dejta miżmuma tintuża għal sensiela ta’ għanijiet wiesgħin ħafna u minn numru kbir ħafna ta’ awtoritajiet. Barra minn hekk, mhemmx konsistenza fis-salvagwardji u l-kundizzjonijiet rigward l-aċċess għad-dejta. Pereżempju, l-aċċess ma jiddependix minn approvazzjoni minn qabel minn awtorità ġudizzjarja jew oħra indipendenti fl-Istati Membri kollha.

60.

It-tieni nett, il-perjodu massimu taż-żamma ta’ sentejn jidher li jmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ. L-informazzjoni statistika minn numru ta’ Stati Membri ppubblikata fir-rapport ta’ Evalwazzjoni turi li l-maġġoranza l-kbira tat-talbiet għall-aċċess jirrigwardaw dejta sa sitt xhur, jiġifieri 86 % (51). Barra minn hekk, sittax-il Stat Membru għażlu perjodu ta’ żamma ta’ sena jew inqas fil-liġijiet tagħhom (52). Dan jissuġġerixxi b’mod qawwi li perjodu massimu ta’ sentejn imur lil hinn minn dak li huwa kkunsidrat bħala meħtieġ mill-maġġoranza tal-Istati Membri.

61.

Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ perjodu wieħed fiss għall-Istati Membri kollha ħoloq varjetà ta’ liġijiet nazzjonali differenti li jistgħu jikkawżaw kumplikazzjonijiet minħabba li mhux dejjem ikun ċar liema liġi nazzjonali – dwar iż-żamma tad-dejta kif ukoll dwar il-protezzjoni tad-dejta – għandha tapplika meta l-operaturi jaħżnu dejta fi Stat Membru għajr dak li fih id-dejta tkun inġabret.

62.

It-tielet nett, il-livell ta’ sigurtà mhuwiex armonizzat biżżejjed. Waħda mill-konklużjonijiet ewlenin tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 fir-rapport tiegħu ta’ Lulju 2010 kienet li fir-rigward ta’ miżuri ta’ sigurtà fl-Istati Membri differenti jeżisti ħafna traqqigħ. Il-Kummissjoni jidher li qed tikkunsidra l-miżuri ta’ sigurtà f’din id-Direttiva bħala biżżejjed, minħabba li “m’hemm l-ebda eżempju konkret ta’ ksur serju tal-privatezza” (53). Madankollu jidher li l-Kummissjoni talbet lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex jirrapportaw biss dwar dan. Sabiex tiġi evalwata l-adattabbiltà tar-regoli u l-miżuri tas-sigurtà li hemm fis-seħħ, hemm bżonn ta’ konsultazzjoni usa’ u investigazzjoni aktar konkreta f’każijiet ta’ abbuż. Anke jekk fil-kuntest tar-rapport ma jissemma’ l-ebda eżempju speċifiku dwar ksur ta’ sigurtà, il-ksur tas-sigurtà tad-dejta u l-iskandli fil-qasam tad-dejta dwar it-traffiku u tal-komunikazzjonijiet elettroniċi f’ċerti Stati Membri jservu wkoll bħala twissijiet importanti. Il-kwistjoni ma tistax tittieħed biċ-ċajt, minħabba li s-sigurtà tad-dejta miżmuma hija ta’ importanza kbira għal sistema ta’ żamma tad-dejta bħala tali, minħabba li din tiżgura r-rispett lejn is-salvagwardji l-oħra kollha (54).

63.

Ir-raba’ nett, mhuwiex ċar mir-rapport dwar jekk ingħatatx prova li l-kategoriji kollha ta’ dejta miżmuma humiex meħtieġa. Isiru xi distinzjonijiet ġenerali biss bejn id-dejta telefonika u dik tal-internet. Ċerti Stati Membri għażlu li jimponu perjodu iqsar għaż-żamma tad-dejta tal-internet (55). Madankollu, l-ebda konklużjoni ġenerali ma tista’ tinħareġ minn din.

IV.3.   Id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Dejta m’għandhiex prevedibbiltà

64.

Nuqqas ieħor tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data jikkonċerna n-nuqqas ta’ prevedibbiltà. Ir-rekwiżit tal-prevedibbiltà jirriżulta mir-rekwiżit ġenerali tal-Artikolu 8(2) ECHR u l-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE li kwalunkwe interferenza trid tkun prevista bil-liġi. Skont il-ECtHR, dan ifisser li l-miżura għandu jkollha bażi legali fil-liġi u għandha tkun kompatibbli mal-istat tad-dritt. Dan jimplika li l-liġi tkun aċċessibbli u previdibbli b’mod adegwat (56). Ġie enfasizzat ukoll mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-deċiżjoni tagħha Österreichischer Rundfunk li l-liġi għandha tkun ifformulata bi preċiżjoni biżżejjed li tippermetti liċ-ċittadini biex jaġġustaw l-imġiba tagħhom kif xieraq (57). Il-liġi għandha tindika b’ċarezza biżżejjed l-ambitu tad-diskrezzjoni mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti kif ukoll il-mod ta’ kif din għandha tiġi eżerċitata (58).

65.

Barra minn hekk, fil-lista ta’ verifika stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, waħda mill-mistoqsijiet li jridu jitwieġbu hija jekk kwalunkwe restrizzjoni fid-drittijiet fundamentali hix stabbilita b’“mod ċara u prevedibbli” (59). Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-ħarsa ġenerali lejn il-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li ċ-ċittadini “għandhom id-dritt li jkunu jafu liema dejta personali tagħhom tkun qiegħda tiġi pproċessata u skambjata, minn min u għal liema finijiet” (60).

66.

Fil-każ ta’ Direttiva tal-UE, ir-responsabbiltà għall-konformità mad-drittijiet fundamentali, inkluż ir-rekwiżit tal-prevedibbiltà, tkun primarjament tal-Istati Membri li jimplimentaw id-Direttiva fil-liġijiet nazzjonali tagħhom. Huwa rekwiżit magħruf sew li din l-implimentazzjoni għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali (61).

67.

Barra minn hekk fir-rapport ta’ Evalwazzjoni, il-Kummissjoni tenfasizza li d-Direttiva “fiha nfisha ma tagħti l-ebda garanzija li d-dejta miżmuma tkun qed tinħażen, tiġi rkuprata u użata f’konformità sħiħa mad-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali”. Dan ifakkar li “r-responsabbiltà sabiex ikunu żgurati dawn id-drittijiet hija tal-Istati Membri” (62).

68.

Madankollu, l-EDPS jemmen li direttiva tal-UE għandha, sa ċertu punt, tissodisfa wkoll ir-rekwiżit tal-prevedibbiltà. Jew, fi kliem differenti mid-deċiżjoni Lindqvist tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-reġim li direttiva tipprovdi m’għandux ikollu “nuqqas ta’ prevedibbiltà” (63). Dan huwa partikolarment il-każ ta’ miżura Komunitarja li tkun teħtieġ lill-Istati Membri sabiex jorganizzaw interferenza fuq skala wiesgħa mad-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta taċ-ċittadini. L-EDPS jikkunsidra li l-UE għandha r-responsabbiltà li tiżgura mill-inqas għan definit b’mod ċar u indikazzjoni ċara dwar min għandu jkollu aċċess għad-dejta u taħt liema kundizzjonijiet.

69.

Din il-pożizzjoni hija awtorizzata bil-kuntest legali ġdid li nħoloq bit-Trattat ta’ Lisbona, li, kif spjegat diġà, saħħaħ il-kompetenza tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji f’reati kriminali u stabbilixxa impenn aktar b’saħħtu biex l-UE tħares id-drittijiet fundamentali.

70.

L-EDPS jixtieq ifakkar li r-rekwiżit ta’ għan speċifiku u l-projbizzjoni konsegwenti li tiġi proċessata dejta b’mod mhux kompatibbli ma’ dak l-għan (“il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-għan”) huma ta’ importanza kbira ħafna għall-protezzjoni ta’ dejta personali, kif jikkonferma l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (64).

71.

Ir-rapport ta’ Evalwazzjoni juri li l-għażla li titħalla d-definizzjoni preċiża ta’ x’jikkawża “reat serju” u konsegwentement ta’ x’għandu jiġi kkunsidrat bħala “awtoritajiet kompetenti” fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri, wasslet għal varjetà wiesgħa ta’ għanijiet li għalihom intużat id-dejta (65).

72.

Il-Kummissjoni ddikjarat li “ħafna mill-Istati Membri ta’ traspożizzjoni, skont il-liġijiet tagħhom, jippermettu l-aċċess għal u l-użu tad-dejta miżmuma għal finijiet li jmorru lil hinn minn dawk koperti bid-Direttiva, inkluż li tiġi evitata u miġġielda l-kriminalità b’mod ġenerali kif ukoll ir-riskju ta’ ħajja u mewt” (66). L-Istati Membri jistgħu jużaw il-“vojt legali” previst fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (67). Il-Kummissjoni tikkunsidra li din is-sitwazzjoni tista’ ma tipprevedix biżżejjed il-“prevedibbilità li hija rekwiżit fi kwalunkwe miżura leġiżlattiva li tillimita d-dritt għall-privatezza” (68).

73.

F’dawn iċ-ċirkostanzi ma jistax jiġi ddikjarat li d-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data, moqrija b’mod partikolari fir-rigward tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika, tipprovdi ċ-ċarezza meħtieġa sabiex tissodisfa l-prinċipju tal-prevedibbilità f’livell Komunitarju.

V.   IL-PASS ’IL QUDDIEM: L-GĦAŻLIET KOLLHA GĦANDHOM JIĠU KKUNSIDRATI

74.

L-analiżi fil-parti preċedenti tiġġustifika l-konklużjoni li d-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti bid-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. Għaldaqstant jidher ċar li d-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data ma tistax tkompli teżisti fil-forma attwali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni b’mod korrett qed tipproponi li ssir reviżjoni tal-qafas attwali dwar iż-żamma tad-dejta (69).

75.

Madankollu, qabel ma tipproponi verżjoni riveduta tad-Direttiva:

(a)

Matul l-evalwazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni għandha tirsisti biex tiġbor aktar evidenza prattika mill-Istati Membri sabiex turi l-ħtieġa taż-żamma tad-dejta bħala miżura skont il-liġi Komunitarja.

(b)

Jekk maġġoranza ta’ Stati Membri tikkunsidra ż-żamma tad-dejta bħala waħda meħtieġa, dawn l-Istati Membri għandhom kollha kemm huma jipprovdu lill-Kummissjoni b’evidenza kwantitattiva u kwalitattiva li turi dan.

(c)

L-Istati Membri li jopponu tali miżura ta’ żamma tad-dejta għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni biex tkun tista’ ssir evalwazzjoni usa’ tal-kwistjoni.

76.

Fl-evalwazzjoni tal-impatt irid jiġi eżaminat ukoll jekk mezzi alternattivi li jinvadu inqas il-privatezza setgħux iwasslu jew jistgħux iwasslu għal riżultati komparabbli. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-inizjattiva dwar dan, u għandha tkun appoġġata, jekk ikun meħtieġ, minn parir espert estern.

77.

L-EDPS bi pjaċir jinnota lil l-Kummissjoni ħabbret li sejra ssir konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha li huma kkonċernati matul l-evalwazzjoni tal-impatt (70). F’dan ir-rigward, l-EDPS iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex issib mezzi biex tinvolvi b’mod dirett liċ-ċittadini f’dan l-eżerċizzju.

78.

Ta’ min jenfasizza li evalwazzjoni dwar il-ħtieġa u l-analiżi ta’ mezzi alternattivi li jinvadu inqas il-privatezza jistgħu jsiru b’mod ġust biss jekk l-għażliet l-oħra għall-futur tad-Direttiva jibqgħu miftuħin. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni jidher li qed teskludi l-possibbiltà li tirrevoka d-Direttiva, jew per se jew b’mod kombinat ma’ proposta għal miżura Komunitarja alternattiva li tkun aktar fil-mira. L-EDPS għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra b’mod serju dawn l-għażliet fil-valutazzjoni tal-impatt ukoll.

79.

Jekk ikun hemm ftehim biss dwar il-ħtieġa għal regoli Komunitarji mill-perspettiva tas-suq intern u l-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji f’reati kriminali u jekk, matul il-valutazzjoni tal-impatt, il-ħtieġa għaż-żamma tad-dejta, appoġġata u regolata mill-UE, tkun tista’ tintwera biżżejjed, li jinkludi kunsiderazzjoni bir-reqqa ta’ miżuri alternattivi, tista’ tiġi kkunsidrata Direttiva futura dwar iż-Żamma ta’ Data.

80.

L-EDPS ma jiċħadx il-valur importanti tad-dejta miżmuma għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi kif ukoll ir-rwol kruċjali li din jista’ jkollha f’każijiet speċifiċi. Bħall-Bundesverfassungsgericht tal-Ġermanja, l-EDPS ma jeskludix li obbligu definit tajjeb għaż-żamma tad-dejta tat-telekomunikazzjonijiet jista’ jkun ġustifikat taħt ċerti kundizzjonijiet stretti ħafna (71).

81.

Kwalunkwe strument Komunitarju futur dwar iż-żamma tad-dejta għandu għalhekk jissodisfa r-rekwiżiti bażiċi li ġejjin:

Dan irid ikun komprensiv u jarmonizza b’mod ġenwin ir-regoli dwar l-obbligu biex tinżamm id-dejta, kif ukoll dwar l-aċċess u l-użu ulterjuri tad-dejta mill-awtoritajiet kompetenti.

Dan irid ikun eżawrijenti, li jfisser li jkollu għan ċar u preċiż li l-vojt legali li jeżisti fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika jingħalaq.

Dan irid ikun proporzjonat u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ (ara f’dan ir-rigward il-kummenti magħmula fil-Parti IV.2 aktar ’il fuq).

82.

Ovvjament, l-EDPS sejjer jistħarreġ bir-reqqa kollha kwalunkwe proposta futura dwar iż-żamma tad-dejta fil-kuntest ta’ dawn il-kundizzjonijiet bażiċi.

VI.   KONKLUŻJONI

83.

L-EDPS bi pjaċir jinnota li, għalkemm ma kinitx strettament meħtieġa bl-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data, il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll fir-rapport ta’ Evalwazzjoni l-implikazzjonijiet tad-Direttiva għad-drittijiet fundamentali.

84.

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni juri li d-Direttiva naqset milli tissodisfa l-għan ewlieni tagħha, jiġifieri li tarmonizza l-liġi nazzjonali li tikkonċerna ż-żamma tad-dejta. Dan in-nuqqas ta’ armonizzazzjoni huwa ta’ detriment għall-partijiet kollha involuti: ċittadini, opertauri tan-negozju kif ukoll l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

85.

Abbażi tar-rapport ta’ Evalwazzjoni wieħed jikkonkludi li d-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti bid-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta, għar-raġunijiet li ġejjin:

il-ħtieġa għall-protezzjoni tad-dejta kif previst fid-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta ma ġietx ippruvata biżżejjed;

iż-żamma tad-dejta setgħet ġiet regolata b’mod li jinvadi inqas il-privatezza;

id-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta hija nieqsa mill-prevedibbiltà.

86.

L-EDPS jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra b’mod serju l-għażliet kollha fil-valutazzjoni tal-impatt, inkluż il-possibbiltà li tiġi revokata d-Direttiva, jew per se jew b’mod kombinat ma’ proposta għal miżura Komunitarja alternattiva li tkun aktar fil-mira.

87.

Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data fil-futur tista’ tiġi kkunsidrata biss jekk ikun hemm qbil dwar il-ħtieġa għal regoli Komunitarji mill-perspettiva tas-suq intern u l-kooperazzjoni bejn il-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji f’każijiet kriminali u jekk, matul il-valutazzjoni tal-impatt, tingħata prova biżżejjed tal-ħtieġa taż-żamma tad-dejta, appoġġata u regolata mill-UE, li tinkludi kunsiderazzjoni bir-reqqa ta’ miżuri alternattivi. Tali strument għandu jissodisfa r-rekwiżiti bażiċi li ġejjin:

Dan irid ikun komprensiv u jarmonizza b’mod ġenwin ir-regoli dwar l-obbligu biex tinżamm id-dejta, kif ukoll dwar l-aċċess u l-użu ulterjuri tad-dejta mill-awtoritajiet kompetenti.

Dan irid ikun eżawrjenti, li jfisser li jkollu għan ċar u preċiż li l-vojt legali li jeżisti fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika jingħalaq.

Dan irid ikun proporzjonat u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2011.

Peter HUSTINX

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(2)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37 kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  COM(2011) 225 finali.

(5)  Id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data (Direttiva 2006/24/KE) kienet adottata fil-15 ta’ Marzu 2006 u ppubblikata fil-ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54. Id-data tal-għeluq għall-pubblikazzjoni tar-rapport kienet stabbilita għall-15 ta’ Settembru 2010, ara l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta.

(6)  Ara p. 1 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(7)  Ara f.i. ECHR l-4 ta’ Diċembru 2008, S. u Marper v. UK, 30562/04 u 30566/04, para 67.

(8)  Ara ECHR it-2 ta’ Awwissu 1984, Malone v. UK, A-82, para 84.

(9)  Ara l-opinjoni tal-EDPS tas-26 ta’ Settembru 2005, ĠU C 298, 29.11.2005, p. 1. Matul konferenza organizzata mill-Kummissjoni f’Diċembru 2010, l-EDPS irrefera għall-istrument bħala “l-istrument li l-aktar jinvadi l-privatezza li qatt ġie adottat mill-UE f’termini ta’ skala u n-numri ta’ persuni li dan jaffettwa”, ara d-Diskors tat-3 ta’ Diċembru 2010, li huwa disponibbli permezz tal-websajt tal-EDPS (http://www.edps.europa.eu) taħt “Pubblikazzjonijiet” >> “Diskorsi & Artikoli” >> “2010”.

(10)  Ara f’dak ir-rigward l-ittra tat-22 ta’ Ġunju 2010 minn grupp kbir ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lill-Kummissarji Malmström, Reding u Kroes (http://www.vorratsdatenspeicherung.de/images/DRletter_Malmstroem.pdf)

(11)  Ara l-opinjoni tal-EDPS msemmija fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna.

(12)  Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Marzu 2008, ĠU L 111, 23.4.2008, p. 11.

(13)  Ara WP 172 tat-13 ta’ Lulju 2010, Rapport 1/2010 dwar it-tieni azzjoni ta’ infurzar konġunt.

(14)  Ara ECJ 10 ta’ Frar 2009, L-Irlanda v. Il-Parlament u l-Kunsill, C-301/06. Ara wkoll dwar il-każ il-pt. 29 hawn taħt.

(15)  Fl-opinjoni tiegħu tal-2005, l-EDPS kien enfasizza diġà l-importanza tal-obbligu li jiġi vvalutat l-istrument (ara n-nota 9 f’qiegħ il-paġna, pti. 72-73).

(16)  Ara d-diskors tat-3 ta’ Diċembru 2010 msemmi fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna.

(17)  COM(2010) 385 tal-20 ta’ Lulju 2010, Deskrizzjoni ġenerali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, p. 24. Ara dwar din il-Komunikazzjoni l-opinjoni tal-EDPS tat-30 ta’ Settembru 2010, li hija disponibbli permezz tal-websajt tal-EDPS (http://www.edps.europa.eu) taħt “Konsultazzjoni” >> “Opinjonijiet” >> “2010”.

(18)  Ara p. 32 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(19)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 2.

(20)  Ara l-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika.

(21)  Ara l-Artikoli 6 u 9 tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika.

(22)  Ara wkoll il-WP29 fir-Rapport tat-13 ta’ Lulju 2010, imsemmi fin-nota 13 f’qiegħ il-paġna, p. 1.

(23)  Ara p. 4 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni. Ara f’dan ir-rapport ukoll il-Premessa 12 tad-Direttiva dwar iż-Żamma tad-Dejta.

(24)  Ara d-diskors tat-3 ta’ Diċembru 2010 imsemmi fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna, p. 4.

(25)  Il-proposta preliminari għar-regoli Komunitarji dwar iż-żamma tad-dejta (deċiżjoni qafas) kienet ibbażata fuq it-Trattat tal-UE preċedenti, imressqa minn Franza, l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit. Ara d-dokument tal-Kunsill 8958/04 tat-28 ta’ April 2004. Din il-proposta kienet segwita minn proposta tal-Kummissjoni bbażata fuq it-Trattat tal-KE. Ara KUMM(2005) 438 tal-21 ta’ Settembru 2005.

(26)  Dan l-argument kien ibbażat fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-“każijiet-PNR”, ara ECJ tat-30 ta’ Mejju 2006, Il-Parlament vs. il-Kunsill u l-Kummissjoni, C-317/05 u C-318/04.

(27)  Ara ECJ l-10 ta’ Frar 2009, L-Irlanda vs. Il-Parlament u l-Kunsill, C-301/06, para 82-83.

(28)  Ara l-opinjoni tal-2005, pt. 80. Ara dwar dan ukoll il-parti IV.3 ta’ din l-opinjoni.

(29)  Ara p. 31 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(30)  Ara l-Artikolu 6(1) TUE.

(31)  COM(2010) 573 tad-19 ta’ Ottubru 2010, Strateġija għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, p. 4.

(32)  Ara p. 31 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(33)  Ara p. 31 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(34)  Ara l-opinjoni tal-EDPS tal-2005. Ara wkoll l-ittra tat-22 ta’ Ġunju 2010 minn grupp kbir tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, imsemmija fin-nota 10 f’qiegħ il-paġna.

(35)  COM(2005) 438 tal-21 ta’ Settembru 2005, p. 3.

(36)  Ara l-opinjoni tal-2005, pti. 17-22.

(37)  Ara d-diskors tat-3 ta’ Diċembru 2010 imsemmi fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna.

(38)  Il-kwotazzjonijiet kollha jinstabu minn p. 23 sa 31 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(39)  Ara p. 31 tar-Rapport ta’ Evalwazzjoni.

(40)  Ir-Repubblika Ċeka, is-Slovenja, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, il-Polonja, il-Finlandja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Irlanda u l-Ungerija.

(41)  Dwar il-prinċipju tal-ħtieġa u l-proporzjonalità ara wkoll l-opinjoni tal-EDPS tal-25 ta’ Marzu 2011 dwar il-proposta PNR tal-UE, li hija disponibbli fuq il-websajt tal-EDPS (http://www.edps.europa.eu) taħt “Konsultazzjoni” >> “Opinjonijiet” >> “2011”.

(42)  Ara wkoll p. 5 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(43)  Ara p. 24 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(44)  Ara p. 25 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(45)  Ara p. 31 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(46)  ECJ id-9 ta’ Novembru 2010, Volker und Markus Schecke, C-92/09 u C-93/09.

(47)  ECJ, Schecke, para 81.

(48)  “Iffirżar malajr” jikkonċerna l-“iffriżar” ta’ dejta dwar it-traffiku u dwar il-lok li tirrigwarda suspett speċifiku mid-data tal-awtorizzazzjoni ġudizzjarja. “Iffirżar malajr plus” jinkludi wkoll l-'iffirżar' ta’ dejta li tkun inżammet diġà mill-operaturi għal finijiet ta’ ħlas ta’ kontijiet u ta’ trażmissjoni.

(49)  Ara p. 5 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(50)  Ara p. 32 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(51)  Ara p. 22 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni. 12 % jikkonċernaw dejta li għandha bejn sitta u tnax-il xahar u 2 % jikkonċernaw dejta li għandha aktar minn sena.

(52)  Ara p. 14 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(53)  Ara p. 30 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(54)  Ara wkoll dwar din l-opinjoni tal-EDPS tal-2005, pt. 29-37. Ara wkoll id-diskors tal-Assistent Kontrollur tal-4 ta’ Mejju 2011 li huwa disponibbli permezz tal-websajt tal-EDPS (http://www.edps.europa.eu) taħt “Pubblikazzjonijiet” >> “Diskorsi & Artikoli” >> “2011”.

(55)  Ara p. 14 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(56)  Ara ECtHR, S. u Marper, imsemmija fin-nota 7 f’qiegħ il-paġna, para 151.

(57)  ECJ l-20 ta’ Mejju 2003, Österreichischer Rundfunk, C-465/00, para 77, u ECtHR, S. u Marper, imsemmija fin-nota 7 f’qiegħ il-paġna, para 95.

(58)  Ara ECtHR, Malone, imsemmija fin-nota 8 f’qiegħ il-paġna, para 66-68.

(59)  COM(2010) 573, imsemmija fin-nota 31 f’qiegħ il-paġna, p. 5.

(60)  COM(2010) 385, imsemmija fin-nota 17 f’qiegħ il-paġna, p. 3.

(61)  Ara, pereżempju, ECJ is-6 ta’ Novembru 2003, Lindqvist, para 87.

(62)  Ara p. 31 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(63)  ECJ, Lindqvist, para 84.

(64)  Ara wkoll l-Artikolu 6 tad-Direttiva 95/46/KE.

(65)  Ara p. 8 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(66)  Ara p. 8 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(67)  Kif ġie diskuss fil-pt. 24 aktar ’il fuq.

(68)  Ara p. 9 u 15 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(69)  Ara p. 32-33 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(70)  Ara p. 32-33 tar-rapport ta’ Evalwazzjoni.

(71)  Ara Bundesverfasssungsgericht, 1 BvR 256/08.


23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/11


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u li jirrevoka r-Regolament (Euratom) Nru 1074/1999

2011/C 279/02

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(2) tiegħu,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

1.   INTRODUZZJONI

1.

Fis-17 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u li jirrevoka r-Regolament (Euratom) Nru 1074/1999 (minn hawn ’il quddiem “il-Proposta”).

1.1.   Konsultazzjoni mal-KEPD

2.

Il-Proposta ntbagħtet lill-Kunsill mill-KEPD fit-8 ta’ April 2011. Il-KEPD qed jifhem din il-komunikazzjoni bħala talba biex jingħata parir lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità, kif previst fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament (KE) Nru 45/2001”). Il-KEPD jilqa’ r-referenza espliċita għal din il-konsultazzjoni fil-preambolu tal-Proposta.

3.

Il-Proposta għandha l-għan li temenda l-Artikoli 1-14 u li tħassar l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999. Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 tal-25 ta’ Mejju 1999 li jikkonċerna investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) huwa mistenni li jiġi revokat.

4.

Preċedentament (3), qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-KEPD kellu l-possibbiltà mill-Kummissjoni li jipprovdi kummenti informali. Il-KEPD jilqa’ l-ftuħ tal-proċess, li għen biex jittejjeb it-test minn perspettiva ta’ protezzjoni tad-dejta fi stadju bikri. Fil-fatt xi wħud minn dawk il-kummenti ġew ikkunsidrati fil-Proposta.

5.

Dan it-test il-ġdid huwa r-riżultat ta’ proċess twil ta’ reviżjoni u analiżi. Fl-2006, il-Kummissjoni ressqet proposta biex ikun emendat ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999. Il-proposta leġiżlattiva iffokat “fuq il-kisba ta’ effiċjenza operattiva aħjar u governanza mtejba għall-Uffiċċju”.

6.

Din il-proposta preċedenti ġiet diskussa kemm fil-Kunsill kif ukoll fil-Parlament Ewropew taħt il-proċedura ta’ kodeċiżjoni. Il-KEPD ħareġ l-Opinjoni tiegħu f’April 2007, inklużi diversi osservazzjonijiet immirati biex irendu t-test tal-proposta aktar koerenti mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (4). Il-Parlament adotta riżoluzzjoni fl-20 ta’ Novembru 2008 (5) fl-ewwel qari li kienet tinkludi bejn wieħed u ieħor mitt emenda għall-proposta.

7.

Fuq talba tal-Presidenza Ċeka tal-Kunsill (Jannar-Ġunju 2009), f’Lulju 2010, il-Kummissjoni ppreżentat Dokument ta’ Riflessjoni aġġornat dwar ir-riforma tal-Uffiċċju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. F’Ottubru 2010, il-Parlament Ewropew laqa’ d-Dokument ta' Riflessjoni u talab lill-Kummissjoni biex tkompli taħdem fuq il-proċedura leġiżlattiva. Fis-6 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta l-Konklużjonijiet tiegħu dwar d-Dokument ta' Riflessjoni ppreżentat mill-Kummissjoni. Il-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF ikkontribwixxa għad-diskussjoni bl-opinjonijiet tiegħu dwar id-Dokument ta’ riflessjoni u dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-garanziji proċedurali fl-investigazzjonijiet tal-OLAF.

1.2.   L-importanza tal-Proposta u l-parir tal-KEPD

8.

Il-Proposta tinkludi dispożizzjonijiet li għandhom impatt b’saħħtu fuq id-drittijiet tal-individwi. L-OLAF ser ikompli jiġbor u jipproċessa aktar dejta sensittiva relatata ma’ reati suspetti, reati, sentenzi kriminali kif ukoll informazzjoni li sservi biex teskludi lill-individwi minn dritt, benefiċċju jew kuntratt sakemm din l-informazzjoni tippreżenta riskju partikolari għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta. Id-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali hu rilevanti mhux biss fih innifsu iżda wkoll għandu konnessjonijiet b’saħħithom ma’ drittijiet fundamentali oħrajn, bħan-non-diskriminazzjoni u l-proċess dovut tal-liġi, inkluż id-dritt għal difiża fl-investigazzjonijiet mill-OLAF. Ir-rispett tal-proċess dovut għandu impatt fuq il-validità tax-xhieda u għandu jkun ikkunsidrat bħala prijorità mill-OLAF biex isaħħaħ ir-responsabbiltà tiegħu. Hu għalhekk essenzjali li jkun żgurat li, fit-twettiq tal-investigazzjonijiet tiegħu, jiġu ggarantiti kif dovut id-drittijiet fundamentali inklużi d-drittijiet għall-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza tal-persuni implikati.

1.3.   Elementi primarji tal-Proposta

9.

L-għan iddikajarat tal-Proposta hu li jiżdiedu l-effiċjenza, l-effikaċja u r-responsabbiltà tal-OLAF waqt li tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza investigattiva tiegħu. Dan il-għan jintlaħaq primarjament billi: (i) jiżdiedu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni ma’ istituzzjonijiet, uffiċċji, korpi u aġenziji oħrajn tal-UE kif ukoll mal-Istati Membri; (ii) jiġi rraffinat l-approċċ de minimis  (6) għall-investigazzjonijiet; (iii) jissaħħu l-garanziji proċedurali għall-persuni li jkunu qegħdin jiġu investigati mill-OLAF; (iv) tkun inkluża l-possibbiltà għall-OLAF li jikkonkludi arranġamenti amministrattivi biex ikun iffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni mal-Europol, l-Eurojust, l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u (v) ikun iċċarat ir-rwol ta’ monitoraġġ tal-Kumitat ta’ Sorveljanza.

10.

Il-KEPD jappoġġa l-objettivi tal-emendi proposti u, f’dan ir-rigward, jilqa’ l-Proposta. Il-KEPD japprezza partikolarment l-introduzzjoni tal-Artikolu 7(a) ġdid li hu ddedikat għall-garanziji proċedurali mogħtijin lill-individwi. Rigward id-drittijiet individwali għall-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza tagħhom, il-KEPD jikkunsidra li ġeneralment, il-Proposta tinkludi titjib meta mqabbla mas-sitwazzjoni preżenti. B’mod partikolari, il-KEPD jilqa’ r-rikonoxximent ċar tal-importanza tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta skont l-Art. 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (7).

11.

Madankollu, minkejja l-impressjoni ġenerali pożittiva, il-KEPD iqis li mill-prospettiva tal-protezzjoni tad-dejta personali, il-Proposta tista’ tittejjeb aktar mingħajr ma jitpoġġew f’periklu l-objettivi li hi trid tilħaq. B’mod partikolari, il-KEPD hu mħasseb li, minħabba n-nuqqas ta’ koerenza ta’ ċerti aspetti, il-Proposta tista’ tkun interpretata bħala lex specialis li tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali miġbura fl-ambitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF, li tieħu preċedenza fuq l-applikazzjoni tal-qafas ġenerali dwar il-protezzjoni tad-dejta li jinsab fir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Għalhekk hemm riskju li l-istandards tal-protezzjoni tad-dejta li jinsabu fil-Proposta jistgħu jiġu interpretati ex contrario bħala li huma aktar baxxi minn dawk li jinsabu fir-Regolament, u dan hu mingħajr ebda ġustifikazzjoni apparenti kemm fil-Proposta nnifisha u lanqas fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni.

12.

Sabiex ikun evitat dan l-eżitu, it-taqsimiet li ġejjin jipprovdu analiżi tal-Proposta li, fuq naħa, jiddeskrivu n-nuqqasijiet u, fuq oħra, jissuġġerixxu modi speċifiċi biex isir titjib. L-iskop ta’ din l-analiżi hu limitat għad-dispożizzjonijiet li għandhom impatt dirett fuq il-protezzjoni tad-dejta personali, partikolarment l-Artikolu 1, il-paragrafi (8), (9), (10) (11) u (12) li b’segwitu għalihom, l-Artikoli 7a, 7b, 8, 9, 10 u 10a huma miżjuda jew emendati.

2.   ANALIŻI TAL-PROPOSTA

2.1.   Kuntest ġenerali

13.

L-OLAF kien stabbilit fl-1999 (8) biex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE u l-flus ta’ min iħallas it-taxxi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra. L-Uffiċċju huwa relatat mal-Kummissjoni iżda huwa indipendenti minnha. L-OLAF iwettaq investigazzjonijiet, li jistgħu jkunu esterni (9) (b’mod partikolari investigazzjonijiet li jistgħu jsiru fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi) u interni (10) (investigazzjonijiet fl-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE) bil-għan li jiġġieled il-frodi u attività illegali li tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

14.

Barra dan, l-OLAF jista’ (i) jgħaddi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti informazzjoni mhux koperta waqt l-investigazzjonijiet esterni tiegħu; (ii) jgħaddi lill-korpi ġudizzjarji nazzjonali informazzjoni li tinstab waqt l-investigazzjonijiet interni fi kwistjonijiet li jistgħu jirriżultaw fi proċedimenti kriminali u (iii) jgħaddi lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernati l-informazzjoni miksuba waqt l-investigazzjonijiet interni (11).

15.

L-OLAF jista’ jikkoopera wkoll mill-qrib mal-Eurojust (12) u l-Europol (13) biex iwettaq id-dover statutorju tiegħu li jiġġieled kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività oħra li tista’ taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, l-Europol (14) u l-Eurojust (15) jistgħu jiskambjaw informazzjoni operattiva, strateġika jew teknika mal-OLAF, inkluża dejta personali.

16.

Abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999, l-OLAF jista’ jinvestiga wkoll f’pajjiżi terzi skont id-diversi ftehimiet ta’ kooperazzjoni fis-seħħ bejn l-Unjoni Ewropea u dawn il-pajjiżi terzi. L-attivitajiet frodulenti għad-detriment tal-baġit tal-Unjoni jistgħu jsiru wkoll barra t-territorju tal-Unjoni Ewropea, pereżempju rigward l-għajnuna barranija mogħtija mill-Unjoni Ewropea lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, jew rigward ksur tal-leġiżlazzjoni doganali. Sabiex isib u jittratta dan il-ksur b’mod effettiv l-OLAF jeħtieġ li jwettaq spezzjonijiet u kontrolli fuq il-post ukoll f’pajjiżi terzi. Sabiex nagħtu eżempju tal-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali u wkoll tal-iskambju tad-dejta, bħalissa l-Unjoni Ewropea għandha aktar minn 50 ftehim ta’ assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali, inklużi mal-imsieħba kbar fin-negozju bħaċ-Ċina, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Ġappun, it-Turkija, il-Federazzjoni Russa u l-Indja.

17.

L-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 fl-attivitajiet tal-OLAF kienet is-suġġett ta’ numru ta’ interventi mill-KEPD f’dawn l-aħħar snin. F’relazzjoni mal-fokus tal-Proposta (investigazzjonijiet mill-OLAF), ta’ min jinnota l-Opinjoni tat-23 ta’ Ġunju 2006 dwar in-notifika ta’ kontroll minn qabel dwar l-investigazzjonijiet interni mill-OLAF (16); l-Opinjoni tal-4 ta’ Ottubru 2007 dwar ħames notifiki għal kontroll minn qabel dwar investigazzjonijiet esterni (17) u l-Opinjoni tad-19 ta’ Lulju 2007 dwar in-notifika ta’ kontroll minn qabel dwar monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-funzjoni investigattiva (18), relatata mal-attivitajiet tal-Kumitat ta’ Sorveljanza.

2.2.   Privatezza u valutazzjoni tal-impatt

18.

La l-Proposta u lanqas il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni mehmuż magħha ma jirreferu għall-impatt tal-Proposta fuq ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta. Lanqas ma tirreferi għal valutazzjoni tal-impatt fuq il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. Spjega ta’ kif l-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta kien trattat ċertament iżżid it-trasparenza tal-valutazzjoni ġenerali tal-Proposta. Il-KEPD hu sorpriż li l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni hu għal kollox nieqes minn kapitlu dwar “Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati u l-valutazzjonijiet tal-impatt”.

2.3.   Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001

19.

Kif imsemmi fl-Opinjoni preċedenti dwar il-proposta tal-2006 (19), il-KEPD jilqa’ r-rikonoxximent tal-Proposta li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplika għall-attivitajiet kollha tal-ipproċessar tad-dejta mwettqin mill-OLAF. B’mod partikolari, il-formulazzjoni l-ġdida tal-Art. 8(4) (20) issemmi b’mod ċar ir-rwol tar-Regolament fil-kuntest tad-diversi attivitajiet tal-OLAF. Dan jikkostitwixxi aġġornament tat-test tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999, li semma biss id-Direttiva 95/46/KE bħala referenza għall-obbligi tal-protezzjoni tad-dejta. L-aħħar sentenza tal-Art. 8(4) tintroduċi l-implimentazzjoni tal-ħtieġa li jinħatar uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta: “L-Uffiċċju għandu jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001”.

20.

L-aħħar sentenza tal-Art. 8(4) tintroduċi l-implimentazzjoni tal-ħtieġa li jinħatar uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta: “L-Uffiċċju għandu jaħtar Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001”. Din l-inserzjoni, li tifformalizza l-ħatra attwali tad-DPO tal-OLAF, hi milqugħa wkoll mill-KEPD.

21.

Madankollu l-KEPD hu mħasseb li l-implimentazzjoni tal-istandards tal-protezzjoni tad-dejta fit-test propost ma hijiex għal kollox f’konformità mal-ħtiġiet tar-Regolament u dan jista’ jwassal għal tħassib rigward il-koerenza tiegħu.

3.   KUMMENTI SPEĊIFIĊI

3.1.   L-OLAF u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, inklużi l-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta

22.

L-investigazzjonijiet tal-OLAF jista’ jkollhom impatt serju fuq id-drittijiet fundamentali tal-individwi. Kif indikat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Kadi  (21), dawn id-drittijiet huma protetti mill-ordni legali Komunitarju. B’mod aktar preċiż, fis-sentenza Schecke  (22), il-Qorti, b’referenza għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) (23), u b’mod partikolari fl-Artikoli 8 u 52 tagħha, jissottolinjaw li kull limitazzjoni tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali tista’ tkun iġġustifikata biss jekk hi prevista mil-liġi, jekk tirrispetta l-essenza tad-dritt, u jekk hi soġġetta għall-proporzjonalità u tilħaq l-objettivi ta’ interess ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Il-KEPD jagħti ħafna piż lir-rispett tad-drittijiet fundamentali fil-qasam tal-attività tal-OLAF.

23.

Il-premessa 13 tal-Proposta tiċċara li d-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati minn investigazzjoni għandhom dejjem jiġu rispettati u, b’mod partikolari, meta tingħata informazzjoni dwar investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin. Il-premessa mbagħad tissottolinja l-ħtieġa li fl-investigazzjonijiet tkun rispettata l-kunfidenzjalità, id-drittijiet leġittimi tal-persuni kkonċernati, id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-proċedimenti legali u, fl-aħħar, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta. Hu speċifikat li l-iskambju tal-informazzjoni għandu jkun regolat mill-proporżjonalità u l-prinċipji tal-ħtieġa tal-għarfien (need-to-know principles).

24.

Din il-premessa tidher li tintroduċi limitazzjoni għall-applikabbiltà tad-drittijiet fundamentali kemm ratione personae (limitata għal persuni kkonċernati fl-investigazzjoni) u ratione materiae (limitata għall-iskambju tal-informazzjoni). Dan jista’ jwassal għal interpretazzjoni inkorretta tat-test skont liema d-drittijiet fundamentali fil-qasam tal-attivitajiet tal-OLAF ikunu applikati b’mod “restrittiv” (24)

25.

Il-KEPD għalhekk jissuġġerixxi li t-test tal-premessa jiġi modifikat sabiex jiġu evitati l-interpretazzjonijiet ħżiena possibbli: il-premessa ssemmi li d-drittijiet fundamentali tal-“persuni kkonċernati f’investigazzjoni” għandhom dejjem jiġu rispettati. Minħabba li l-OLAF ma jittrattax biss ma’ persuni kkonċernati f’investigazzjoni (“suspetti”) iżda wkoll ma informanti (persuni li jipprovdu l-informazzjoni dwar il-fatt tal-każ possibbli jew attwali), whistleblowers (25) (persuni fl-istituzzjonijiet tal-UE li jirrapportaw lill-OLAF fatti relatati ma’ każ possibbli jew attwali), u xhieda, id-dispożizzjoni għandha tiddefinixxi b’mod aktar elaborat il-kategoriji ta’ “persuni” li jgawdu mid-drittijiet fundamentali.

26.

Barra dan, il-premessa 13 tikkonċerna r-rispett tad-drittijiet fundamentali b’mod partikolari fil-kuntest tal-“iskambju tal-informazzjoni”. Il-premessa ssemmi, barra d-drittijiet fundamentali u l-kunfidenzjalità, li l-“Informazzjoni mibgħuta jew miksuba matul investigazzjonijiet għandha tkun ittrattata skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta”. Il-post fejn tinsab din is-sentenza jista’ jwassal għal konfużjoni u hi għandha titpoġġa fi premessa separata biex jiġi ċċarat li r-rispett tal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta hu separat u jistrieħ fuqu nnifsu u mhuwiex biss relatat mal-iskambju tal-informazzjoni.

27.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li l-Artikolu 7(a) hu speċifikament iddedikat lill-garanziji proċedurali waqt l-investigazzjonijiet. Din id-dispożizzjoni l-ġdida hi konformi mal-għan iddikjarat tal-Proposta li tkun imsaħħa r-responsabbiltà tal-OLAF. L-Artikolu jirreferi wkoll għall-Karta, li tinkludi dispożizzjonijiet li huma rilevanti fir-rigward tal-investigazzjonijiet tal-OLAF, jiġifieri l-Art. 8 (“Protezzjoni tad-dejta personali”) u l-Kapitolu VI sħiħ (“Ġustizzja”).

28.

L-Artikolu 7(a)(1) tal-Proposta jeħtieġ li l-uffiċċju jfittex l-evidenza favur u kontra l-persuna kkonċernata, u jfakkar fid-dover li l-investigazzjonijiet jitwettqu b’mod oġġettiv u imparzjali. Dawn il-prinċipji għandhom impatt pożittiv fuq il-prinċipju tal-“kwalità tad-dejta” (26) stabbilit fl-Art. 4 tar-Regolament (KE) 45/2001, fejn il-kriterju jeħtieġ li d-dejta tkun eżatta, konformi mar-realtà oġġettiva, kompluta u aġġornata. Għaldaqstant, il-KEPD jilqa’ l-inserzjoni ta’ dan il-paragrafu.

Dritt għall-informazzjoni, aċċess u rettifika

29.

Il-paragrafi li ġejjin tal-Art. 7(a) jikkonċernaw il-passi differenti tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. Dawn il-passi jistgħu jitqassru kif ġej: (i) intervisti max-xhieda jew persuni kkonċernati (il-paragrafu 7(a)(2)); (ii) il-persuna misjuba li hi kkonċernata mill-investigazzjonijiet (il-paragrafu 7(a)(3)); (iii) il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni li tirreferi għall-isem tal-persuna (il-paragrafu 7(a)(4)).

30.

Il-KEPD jinnota li l-obbligu li tkun ipprovduta l-informazzjoni skont l-Art. 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 hu msemmi (biss) darba fir-rigward tal-pass (iii) hawn fuq. Il-KEPD huwa kuntent li l-Proposta integrat ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu mogħtija fl-Opinjoni leġiżlattiva tiegħu tal-2006 (27).

31.

Madankollu, tismija selettiva bħal din tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta fir-rigward ta’ stadju proċedurali uniku tista’ tkun interpretata b’mod li l-istess informazzjoni ma għandhiex tingħata lis-suġġett tad-dejta (xhud jew persuna kkonċernata) meta hu jew hi jkunu mistednin għal intervista jew meta l-membru tal-persunal ikun informat li hu jew hi jistgħu jkunu kkonċernati f’investigazzjoni. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, il-KEPD għalhekk jissuġġerixxi li r-referenzi għall-artikoli rilevanti għandhom jiddaħħlu fir-rigward tat-tliet sitwazzjonijiet kollha msemmijin fil-punti (i), (ii) u (iii) hawn fuq. Madankollu, ladarba l-informazzjoni relatata mal-Art. 11 jew 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tkun ingħatat lis-suġġett tad-dejta, ma jkunx meħtieġ li l-istess informazzjoni tingħata fil-passi segwenti.

32.

Barra dan, it-test ma jintroduċi l-ebda speċifikazzjoni rigward id-drittijiet ta’ aċċess u rettifika tas-suġġetti tad-dejta għad-dejta skont l-Art. 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Dawn id-drittijiet huma protetti bl-Artikolu 8(2) tal-Karta u għalhekk għandhom prominenza speċjali fost id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta. Il-KEPD diġà talab (28) biex tiddaħħal speċifikazzjoni aktar ċara tad-drittijiet ta’ aċċess u rettifika tas-suġġett tad-dejta sabiex ikun evitat ir-riskju li t-test jiġi interpretat bħala li qed jintroduċi reġim tal-protezzjoni tad-dejta speċjali “bi standard aktar baxx” għall-persuni kkonċernati minn investigazzjonijiet tal-OLAF. Il-KEPD jiddispjaċih li dawn l-aspetti mhumiex indirizzati fil-Proposta.

33.

Il-KEPD jixtieq ukoll jinnota l-possibbiltà li jkunu limitati d-drittijiet tal-informazzjoni, l-aċċess u r-rettifika f’każijiet speċifiċi, kif previst fl-Art. 20 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Il-konformità tal-OLAF mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta tista’ għalhekk tikkoeżisti mal-ħtieġa li tinżamm il-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet tiegħu. Dan l-aspett ser ikun żviluppat aktar fil-paragrafi ta’ hawn isfel.

Kunfidenzjalità tal-investigazzjoni u drittijiet tas-suġġett tad-dejta

34.

Bħala rimarka ġenerali, il-KEPD jagħraf li l-irwol investigattiv tal-OLAF jeħtieġ l-abbiltà li tkun protetta l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet tiegħu bil-għan li jkunu indirizzati b’mod effettiv il-frodi u l-attivitajiet illegali li hu meħtieġ li jsegwi. Il-KEPD madankollu jenfasizza li din l-abbiltà għandha impatt fuq ċerti drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, u li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 jistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi li skont liema dawn id-drittijiet jistgħu jkunu ristretti f’dan il-kuntest (Art. 20).

35.

Skont l-Art. 20 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, id-drittijiet previsti mill-Artikoli 4 (kwalità tad-dejta) u 11 sa 17 (informazzjoni li għandha tingħata, dritt ta’ aċċess, rettifika, twaqqif, tħassir, dritt li tinkiseb notifika lil partijiet terzi) jistgħu jkunu ristretti sakemm dan ikun meħtieġ biex ikunu salvagwardjati fost l-oħrajn: “(a) il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-kxif jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali” jew “(b) interess importanti ekonomiku jew finanzjarju ta’ Stat Membru jew tal-Komunitajiet Ewropej” u “(d) is-sorveljanza, l-ispezzjoni jew il-kompitu regolatorju konness, ukoll jekk ta’ kull tant, mal-eżerċizzju tal-awtorità uffiċjali fil-każi msemmija fl-(a) u l-(b).” L-istess Artikolu jipprevedi li r-raġunijiet prinċipali għaliex tkun imposta restrizzjoni għandhom ikunu kkomunikati lis-suġġett tad-dejta u li s-suġġett tad-dejta għandu jitgħarraf bil-possibbiltà li jirrikkorri għand il-KEPD (Art. 20(3)). Barra dan, l-Art. 20(5) jipprevedi li komunikazzjoni bħal din tista’ tkun differita sakemm l-għoti tal-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta ma tiċħadx ir-restrizzjoni imposta tal-effett tagħha.

36.

It-test tal-Proposta essenzjalment jintroduċi eċċezzjonijiet għad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet. L-Art. 7(a)(4) jipprevedi li “Mingħajr ħsara għall-Artikoli 4(6) u 6(5)” (29), ma jistgħu “ikunu mfassla ladarba l-investigazzjoni tkun lesta mingħajr ma’ dik il-persuna kkonċernata tkun ingħatat l-opportunità tikkummenta fuq il-fatti li jikkonċernawha bil-miktub jew waqt intervista mal-persunal magħżul mill-Uffiċċju, u tkun pprovduta bl-informazzjoni rikjesta mill-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001”. It-test jidher għalhekk jissuġġerixxi li, fil-każijiet previsti fl-Art. 4(6) u 6(5), id-dritt tas-smigħ u d-dritt tal-informazzjoni tas-suġġett tad-dejta jistgħu jkunu limitati.

37.

Il-Proposta tistabbilixxi wkoll li jekk ikun meħtieġ biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet u f’każijiet li jinkludu l-użu ta’ investigazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu ta’ awtorità ġudizzjarja nazzjonali, id-Direttur Ġenerali tal-OLAF jista’ jiddeċiedi li jiddifferixxi l-possibbiltà għall-persuna li tagħmel l-opinjoni tagħha magħrufa. It-test ma jispeċifikax jekk f’dan il-kuntest għandhiex tkun iddifferita wkoll l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

38.

Il-formulazzjoni tat-test mhijiex ċara. L-ewwel nett, il-konnessjoni bejn il-limitazzjonijiet possibbli tad-drittijiet tal-persuna li qed tiġi investigata fir-rigward tal-konklużjonijiet konnessi ma’ isimha u t-tip ta’ informazzjoni li l-OLAF għandu jikkomunika lill-entità rilevanti tal-UE fl-investigazzjoni reali ma huma ċari xejn. It-tieni nett, mhuwiex ċar liema kategoriji tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta huma l-oġġett ta’ restrizzjoni potenzjali u t-tielet, l-Artikolu jonqos milli jinserixxi s-salvagwardja meħtieġa tal-Art. 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

39.

Il-konsegwenza tista’ tkun li l-individwi f’xi każijiet jistgħu jkunu ffaċċjati bil-konklużjonijiet tal-investigazzjoni mingħajr ma jkunu konxji li huma s-suġġett ta’ investigazzjoni u mingħajr ma jirċievu l-ebda informazzjoni dwar ir-raġunijiet għaliex drittijiethom u d-drittijiet tal-informazzjoni skont l-Art. 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 kienu ristretti milli jinstemgħu.

40.

Jekk l-Art. 20(3) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jiġu rispettati, xenarju bħal dan fih innifsu ma jkunx per se f’kunflitt mar-Regolament. Madankollu, n-nuqqas ta’ referenza ċara għall-artikoli tar-Regolament fit-test ma tidhirx li hi konsistenti mal-iskop tal-Proposta biex tirrinforza l-garanziji proċedurali favur il-persuni kkonċernati minn investigazzjonijiet tal-OLAF u biex issaħħaħ ir-responsabbiltà tal-OLAF.

41.

Għalhekk il-KEPD jissuġġerixxi li għandha tkun espliċitament introdotta limitazzjoni possibbli tad-dritt tas-suġġett tad-dejta skont it-tifsira tal-Art. 20 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Barra dan, fit-test għandhom jissemmew is-salvagwardji proċedurali tal-Art. 20(3), kif ukoll l-eċċezzjoni possibbli tal-Art. 20(5). Dispożizzjoni ċara bħal din ittejjeb iċ-ċertezza legali tas-suġġett tad-dejta u r-responsabbiltà tal-OLAF.

42.

Bħala konklużjoni, sabiex ikun stabbilit sett ċar ta’ drittijiet tas-suġġett tad-dejta u biex ikunu introdotti l-eċċezzjonijiet possibbli dovuti għall-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet skont l-Art. 20 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-KEPD jissuġġerixxi li t-test għandu jindika b’mod ċar:

l-informazzjoni li għandha tingħata lis-suġġett tad-dejta sabiex ikun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta (Art. 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001) fil-kuntest tad-diversi passi tal-investigazzjonijiet tal-OLAF (30): (i) l-investigazzjonijiet (il-paragrafu 7(a)(2)); (ii) l-għoti tal-informazzjoni meta persuna tista’ tkun ikkonċernata fl-investigazzjoni (il-paragrafu 7(a)(3)) u (iii) fi tmiem l-investigazzjoni (il-paragrafu 7(a)(4));

it-tip ta’ informazzjoni li tista’ tkun iddifferita mill-OLAF għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità tal-informazzjoni, bil-kundizzjonijiet u l-kategoriji tas-suġġetti tad-dejta kkonċernati fid-differiment stabbiliti b’mod ċar;

l-informazzjoni għandha tingħata lis-suġġett tad-dejta sabiex ikun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni tal-protezzjoni tad-dejta f’każ li l-komunikazzjoni skont l-Art. 11 jew 12 tkun iddifferita jew jekk id-dritt tal-aċċess u tar-rettifika jkunu limitati (jiġifieri, l-informazzjoni skont l-Art. 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001), inkluża l-eċċezzjoni relatata mal-possibbiltà li jkun hemm aktar differiment tal-informazzjoni skont l-Art. 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3.2.   Politika tal-informazzjoni

43.

Il-KEPD jenfasizza li kull informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet li jistgħu jsiru pubbliċi mill-OLAF jistgħu jinvolvu dejta personali sensittiva, u l-ħtieġa li kull pubblikazzjoni bħal din għandha tkun evalwata bir-reqqa. Il-Qorti tal-Prim’Istanza (issa l-Qorti Ġenerali), fis-sentenza tagħha fil-każ Nikolaou fl-2007 (31), tat sentenza li l-OLAF kien kiser l-Art. 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 (32) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 billi ma infurzax kif suppost l-obbligu tiegħu li jiżgura l-protezzjoni tad-dejta personali fil-kuntest ta’ rilaxx mhux intenzjonat ta’ informazzjoni (“leak”) (33) u bil-pubblikazzjoni ta’ stqarrija għall-istampa (34).

44.

Għalhekk il-KEPD jilqa’ l-introduzzjoni tal-paragrafu 8(5) li espliċitament jipprevedi li d-Direttur Ġenerali għandu jiżgura li l-informazzjoni lill-pubbliku tingħata b’mod newtrali u imparzjali u skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 8 u l-Artikolu 7(a). Fid-dawl tal-kummenti magħmulin hawn fuq dwar l-Artikolu 7(a) fir-rigward tal-approċċ restrittiv tiegħu għar-regoli tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-KEPD jilqa’ partikolarment ir-referenza fil-paragrafu 8(5) għal dispożizzjoni aktar ġenerali tal-Artikolu 8, li jimplika li kull ipproċessar tad-dejta personali fil-kuntest tal-informazzjoni lill-pubbliku għandu jsir f’konformità mal-prinċipji kollha tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

3.3.   Kunfidenzjalità tal-identità tal-whistleblowers u tal-informanti

45.

Fil-kuntest tar-reviżjoni li qed issir, il-KEPD jixtieq jinsisti fuq il-ħtieġa li tkun introdotta dispożizzjoni speċifika li tiggarantixxi l-kunfidenzjalità tal-identità tal-whistleblowers u tal-informanti. Il-KEPD jenfasizza li l-pożizzjoni tal-whistleblowers hi waħda sensittiva. Il-persuni li jipprovdu informazzjoni bħal din għandu jkollhom il-garanzija li l-identità tagħhom tinżamm kunfidenzjali, b’mod partikolari rigward il-persuna li dwarha qed jirrapportaw li allagatament wettqet xi ħaġa ħażina (35). Il-garanziji preżenti (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni SEC/2004/151/2) ma jidhrux li huma biżżejjed minn perspettiva legali. Il-KEPD jinnota li dispożizzjoni bħal din tkun konformi mal-Opinjoni tal-Artikolu 29 tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Dejta dwar l-iskemi interni dwar il-whistleblowing (36).

46.

Il-KEPD jirrakkomanda li l-Proposta preżenti tiġi emendata u li jkun żgurat li l-identità tal-whistleblowers u tal-informanti tinżamm kunfidenzjali waqt l-investigazzjonijiet sakemm dan ma jiksirx ir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-proċeduri ġudizzjarji. B’mod partikolari, is-suġġett tal-allegazzjonijiet jista’ jkun intitolat li jkun jaf l-identità tal-whistleblower u/jew l-informant biex jinstiga proċeduri legali kontrihom jekk ikun stabbilit li huma taw stqarrijiet foloz dwaru/ha b’mod malizzjuż (37).

3.4.   Trasferimenti ta’ dejta personali mill-OLAF

Kooperazzjoni mal-Eurojust u l-Europol

47.

IL-KEPD jilqa’ l-ispeċifikazzjonijiet magħmulin fil-Premessa 6 u fl-Artikolu 10(a), u b’mod partikolari l-introduzzjoni tal-ħtieġa li jkun hemm bażi legali ċara li tirregola l-kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Europol, li hu konformi għal kollox mar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Madankollu, il-Proposta għandha tkun aktar dettaljata sabiex tirrifletti r-reġimi differenti tal-protezzjoni tad-dejta għall-Eurojust u l-Europol.

48.

Sa issa, l-OLAF għandu Ftehim Prattiku mal-Eurojust (38) li jispjega fid-dettall il-kundizzjonijiet skont liema jista’ jsir it-trasferiment tad-dejta personali. Il-kooperazzjoni bejn l-OLAF u l-Eurojust b’mod partikolari tinkludi l-iskambju tat-taqsiriet tal-każijiet, ta’ informazzjoni strateġika u operattiva relatata mal-każijiet, il-parteċipazzjoni f’laqgħat u l-assistenza reċiproka li tista’ tkun utli biex jiġu ssodisfatti l-kompiti rispettivi tagħhom b’mod effiċjenti u effettiv. Il-Ftehim Prattiku (39) jiddefinixxi l-aktar il-modus operandi għall-iskambju tal-informazzjoni, inkluża d-dejta personali, u f’xi każijiet jenfasizza jew jispeċifika wkoll ċerti elementi tal-qafas legali eżistenti.

49.

Rigward l-Europol, ma hemmx stabbilit ftehim bħal dan mal-OLAF (40), iżda d-deċiżjoni tal-Europol tippermetti li l-Europol jirċievi direttament, juża u jittrasmetti l-informazzjoni, inkluża d-dejta personali, minn, fost l-oħrajn, l-OLAF anke qabel il-konklużjoni ta’ ftehim formali ta’ skambju sakemm dan hu meħtieġ għall-prestazzjoni leġittima tal-kompiti tal-Europol u tal-OLAF (41). L-iskambju huwa wkoll soġġett għall-eżistenza ta’ ftehim ta’ kunfidenzjalità bejn iż-żewġ entitajiet. L-Art. 24 tad-Deċiżjoni tal-Europol jispeċifika ċerti salvagwardji li l-Europol għandu josserva fir-rigward ta’ kull trasferiment tad-dejta li jsir qabel il-konklużjoni ta’ ftehim formali ta’ skambju: “L-Europol għandu jkun responsabbli għal-legalità tat-trasmissjoni tad-data. L-Europol għandu jżomm rekord tat-trasmissjonijiet kollha ta’ dejta skont dan l-Artikolu u tar-raġunijiet għal tali trasmissjonijiet. Id-data għandha tintbagħat biss jekk min jirċeviha jintrabat li d-data ser tintuża biss għall-fini li għalih tkun intbagħtet.” L-Art. 29 tal-istess deċiżjoni jispeċifika wkoll meta r-responsabbiltà għad-dejta ttrasferita minn partijiet terzi taqa’ fuq l-Europol.

50.

Il-konklużjoni ta’ ftehim speċifiku mal-Europol dwar it-trasferimenti tad-dejta hu appoġġjat bil-qawwi mill-KEPD, u l-fatt li sa issa għadu ma ġiex konkluż jirrinforza l-ħtieġa għal garanziji speċifiċi fit-test tal-Proposta. Fid-dawl tar-reġimi differenti għall-protezzjoni tad-dejta fir-rigward tat-trasferiment tad-dejta personali mill-OLAF għall-Eurojust u l-Europol u viċi versa, il-KEPD jemmen li l-Proposta għandha tindirizza b’mod aktar ċar il-garanziji u l-istandards meħtieġa li għandhom jirregolaw il-kooperazzjoni bejn l-OLAF u dawk il-korpi u dan għandu jitqies fil-ftehimiet ta’ ħidma preżenti u futuri ta’ bejniethom.

51.

Sabiex tissaħħaħ il-ħtieġa għall-konklużjoni ta’ ftehim amministrattiv, id-dispożizzjoni tal-Art. 10(a)(2) għandha tinbidel biex taqra “L-Uffiċċju għandu jaqbel dwar arranġamenti amministrattivi (…)”. B’dan il-mod hi tirrifletti d-dispożizzjoni simili tad-deċiżjoni tal-Europol (42), li tistabbilixxi li l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet jew arranġamenti ta’ ħidma ma’ istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħrajn tal-Unjoni. Barra dan, il-Proposta tista’ tiċċara fl-Art. 10(a) li, bħala prinċipju ġenerali, l-iskambju tad-dejta personali mal-Eurojust u l-Europol għandu jkun limitat għal u ma għandux jeċċedi dak li huwa meħtieġ għall-prestazzjoni leġittima tal-kompiti fdati f’idejn l-OLAF, l-Europol u l-Eurojust. Il-Proposta għandha tintroduċi wkoll l-obbligu għall-OLAF li jżomm reġistrazzjoni tat-trasmissjonijiet tad-dejta kollha u r-raġunijiet għal dawn it-trasmissjonijiet, sabiex tissaħħaħ ir-responsabbiltà tal-OLAF dwar l-implimentazzjoni tal-obbligi imposti mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar it-trasferimenti tad-dejta personali.

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

52.

Il-paragrafu 3 tal-Art. 10(a) jsemmi li “L-Uffiċċju jista’ jaqbel ukoll, kif jixraq, dwar arranġamenti amministrattivi ma’ servizzi kompetenti f’pajjiżi terzi u f’organizzazzjonijet internazzjonali. L-Uffiċċju għandu jikkoordina mas-servizzi tal-Kummissjoni kkonċernati u mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.”

53.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li l-kooperazzjoni tal-OLAF ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali hi konnessa mal-konklużjoni ta’ arranġamenti amministrattivi. Madankollu, l-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta li jirriżultaw mill-iskambju possibbli tad-dejta ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu indirizzati b’mod aktar speċifiku fil-Proposta.

54.

Il-Proposta għandha tkun aktar preċiża dwar ir-rekwiżiti u l-kundizzjonijiet speċifiċi għat-trasferimenti possibbli tad-dejta minn u lejn pajjiżi u organizzazzjonijiet terzi. Il-KEPD jagħti l-parir li t-test tal-Art. 10(a)(3) għandu jinkludi l-formulazzjoni li ġejja: “Safejn il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi tinkludi t-trasferiment ta’ dejta personali mill-OLAF għal entitajiet oħrajn, kull trasferiment bħal dan għandu jsir skont il-kriterji tal-Art. 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001”.

Aċċess mill-Kumitat ta’ Sorveljanza għad-dejta personali

55.

Il-KEPD jilqa’ l-formulazzjoni tal-Art. 11 tal-Proposta skont liema, “Il-Kumitat ta’ Sorveljanza jista’ jitlob lill-Uffiċċju għal informazzjoni addizzjonali dwar investigazzjonijiet f’sitwazzjonijiet iġġustifikati kif imiss, mingħajr, iżda, ma jindaħal fit-tmexxija ta’ investigazzjonijiet” għaliex formulazzjoni bħal din tesprimi l-prinċipju ta’ ħtieġa fir-rigward ta’ kull trasferiment possibbli ta’ dejta personali mill-OLAF għall-Kumitat ta’ Sorveljanza.

56.

Il-kwistjoni ta’ aċċess mill-Kumitat ta’ Sorveljanza għad-dejta personali ta’ persuni implikati jew possibbilment implikati f’investigazzjonijiet għandha tkun iċċarata fil-kuntest tar-regoli ta’ proċedura li ser jkunu adottati mill-Kumitat abbażi tal-Art. 11 par. 6 l-ġdid. Il-KEPD japprezza kieku jkun involut fil-proċess li jwassal għall-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura tal-Kumitat ta’ Sorveljanza. Il-Konsultazzjoni tal-KEPD tista’ wkoll tiddaħħal fit-test tal-Proposta bħala ħtieġa għall-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura.

4.   IPPJANAR STRATEĠIKU

57.

Minbarra l-punti speċifiċi kollha msemmijin hawn fuq, il-KEPD jixtieq jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tipproponi approċċ aktar miftuħ min-naħa tal-OLAF għar-reġim tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE. Ikun il-mument tajjeb għall-OLAF biex jiżviluppa ppjanar strateġiku tal-konformità tiegħu għall-protezzjoni tad-dejta billi volontarjament jiċċara l-approċċ prattiku għat-trattament tad-diversi fajls tiegħu li jinkludu dejta personali. L-OLAF jista’ b’mod proattiv u pubblikament jispjega kif hu jittratta d-dejta personali fid-diversi attivitajiet tiegħu. Il-KEPD jemmen li approċċ globali u espliċitu bħal dan jirriżulta fi trasparenza msaħħa tat-trattament tad-dejta personali mill-OLAF u fi proċessi investigattivi mtejbin rigward il-faċilità tal-użu min-naħa tal-utent.

58.

Għalhekk, il-KEPD jissuġġerixxi li d-dispożizzjonijiet tal-Proposta jagħtu lid-Direttur Ġenerali l-kompitu li jiżgura li titwettaq u tkun aġġornata dehra ġenerali komprensiva tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar differenti kollha tal-OLAF jew li tal-inqas dan ikun spjegat fi premessa. Din id-dehra ġenerali – li r-riżultati tagħha għandhom ikunu trasparenti permezz ta’, ngħidu aħna, rapport annwali jew permezz ta’ għażliet oħrajn – mhux biss issaħħaħ l-effikaċja tal-attivitajiet differenti tal-OLAF u l-interazzjoni tagħhom, iżda tinkoraġġixxi wkoll lill-OLAF biex jieħu approċċ aktar globali dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar. Tkun ukoll ta’ għajnuna għall-OLAF biex juri aħjar li hu jimplimenta kif suppost il-prinċipji tal-privatezza skont pjan u b’responsabbiltà.

5.   KONKLUŻJONI

59.

Bħala konklużjoni, il-KEPD jilqa’ dawk il-modifiki introdotti fit-test li jsaħħu l-konformità tal-Proposta mar-reġim tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta.

60.

Madankollu, il-KEPD jixtieq jenfasizza wkoll numru ta’ nuqqasijiet li għandhom ikunu indirizzati bil-modifika tat-test, u l-aktar importanti:

Il-Proposta għandha b’mod ċar issemmi d-dritt għall-informazzjoni tal-kategoriji differenti tas-suġġetti tad-dejta, kif ukoll id-dritt għal aċċess u rettifika f’relazzjoni mal-fażijiet kollha tal-investigazzjonijiet imwettqin mill-OLAF;

il-Proposta għandha tiċċara r-relazzjoni bejn il-ħtieġa għall-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet u r-reġim tal-protezzjoni tad-dejta applikabbli waqt l-investigazzjonijiet: il-KEPD jissuġġerixxi li d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta għandhom ikunu ddefiniti u sseparati b’mod ċar kif ukoll l-eċċezzjonijiet possibbli dovuti għall-ħtiġiet ta’ kunfidenzjalità, u li s-salvagwardji previsti fl-Art. 20 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom ikunu introdotti b’mod espliċitu;

il-Proposta għandha tiċċara l-politika ta’ informazzjoni tal-OLAF lill-pubbliku f’relazzjoni mal-protezzjoni tad-dejta;

il-Proposta għandha tintroduċi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kunfidenzjalità tal-whistleblowers u tal-informanti;

il-Proposta għandha tiċċara l-prinċipji ġenerali tal-protezzjoni tad-dejta li abbażi tagħhom l-OLAF jista’ jittrasmetti u jirċievi l-informazzjoni, inkluża d-dejta personali, ma’ korpi u aġenziji oħra tal-UE, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;

id-dispożizzjonijiet tal-Proposta għandhom jagħtu lid-Direttur Ġenerali l-kompitu li jiżgura li titwettaq, tinżamm aġġornata u ssir trasparenti dehra ġenerali strateġika u komprensiva tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar differenti tal-OLAF, jew tal-inqas li l-ħtieġa għal dan tkun spjegata fi premessa.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2011.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 015 P. 355-374.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 26 P. 102-124.

(3)  F'Jannar 2011.

(4)  Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (Opinion of the European Data Protection Supervisor on the Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 1073/1999 concerning investigations conducted by the European Anti-Fraud Office (OLAF)), ĠU C 91, 26.4.2007, p. 1 (mhux disponibbli bil-Malti).

(5)  Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta’ Novembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (COM(2006) 0244 – C6-0228/2006 – 2006/0084(COD)) P6_TA-PROV(2008) 553.

(6)  Jiġifieri l-OLAF għandu jiddefinixxi u jiffoka fuq il-prijoritajiet investigattivi tiegħu sabiex juża r-riżorsi b'mod effiċjenti.

(7)  Ara l-Proposta, l-Art. 7(a) u 8(4) ġodda.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 1999 li Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (notifikata fid-dokument numru SEC(1999) 802) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 03 P. 110-112. Ara wkoll ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 03 P. 91-97.

(9)  Ara l-Art. 3, Regolament (KE) Nru 1073/1999.

(10)  Ara l-Art. 1 u 4, Regolament (KE) Nru 1073/1999.

(11)  Ara l-Art. 10, Regolament (KE) Nru 1073/1999.

(12)  L-Eurojust twaqqfet bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA (sussegwentement emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/659/JHA, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/JHA tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust) bħala korp tal-Unjoni Ewropea b'personalità legali biex tistimula u ttejjeb il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tal-Istati Membri. B'mod partikolari, l-Art. 26.4 ta' din id-deċiżjoni jistabbilixxi li “Għal dak il-għan, l-OLAF jista' jikkontribwixxi għax-xogħol tal-Eurojust għal kordinazzjoni ta' investigazzjonijiet u proċeduri ta' prosekuzzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, jew fuq l-inizjattiva tal-Eurojust jew fuq talba tal-OLAF fejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali konċernati mhumiex kontra din il-parteċipazzjoni.” Fl-2008, l-Eurojust u l-OLAF ikkonkludew ftehim amministrattiv (Ftehim prattiku dwar arranġamenti ta' kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-OLAF tal-24 ta' Settembru 2008) li hu mmirat li jtejjeb il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ entitajiet u jinkludi dispożizzjoni speċifika dwar it-trasferiment tad-dejta personali.

(13)  L-Europol hu l-Aġenzija tal-Infurzar tal-Liġi Ewropea li jimmira li jtejjeb l-effikaċja u l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri fil-prevenzjoni u l-ġlieda tat-terroriżmu, l-ittraffikar illegali tad-drogi u forom serji oħrajn ta' kriminalità organizzata. L-Art. 22 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (2009/371/JHA) jipprevedi li “Sa fejn dan ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Europol jista’ jistabbilixxi u jżomm relazzjonijiet koperattivi (…) l-OLAF”. Dan l-artikolu jipprevedi wkoll li l-Europol jista’, qabel id-dħul fis-seħħ ta' ftehimiet jew ftehimiet ta' ħidma mad-diversi entitajiet tal-UE li magħhom l-Europol hu appellat biex jikkoopera, “jirċievi u juża l-informazzjoni, inkluża dejta personali (…) sa fejn dan ikun meħtieġ għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tiegħu, u jista’ (…) direttament jittrasmetti l-informazzjoni, inkluża dejta personali, lit-tali entitajiet, sa fejn dan ikun meħtieġ għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tar-riċevitur”.

(14)  Ara l-Art. 22 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (2009/371/JHA), ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(15)  Ara l-Art. 1(26) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/426/JHA tas-16 ta' Diċ. 2008 dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/JHA.

(16)  Każ 2005-418, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu

(17)  Każijiet 2007-47, 2007-48, 2007-49, 2007-50, 2007-72, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu

(18)  Każ 2007-73, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu

(19)  Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (Opinion of the European Data Protection Supervisor on the Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 1073/1999 concerning investigations conducted by the European Anti-Fraud Office (OLAF)), ĠU C 91, 26.4.2007, p. 1 (mhux disponibbli bil-Malti).

(20)  “L-Uffiċċju għandu jipproċessa biss dik id-dejta personali li tkun meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament. Tali pproċessar tad-dejta personali għandu jsir f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001, inkluż l-għoti tal-informazzjoni relevanti lis-soġġett tad-dejta kif rikjest mill-Artikoli 11 u 12 ta’ dak ir-Regolament. Din l-informazzjoni ma għandhiex tkun ikkomunikata lil persuni oħra ħlief lil dawk fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew fl-Istati Membri li minħabba l-funzjonijiet tagħhom jeħtieġu li jkunu jafu, u l-anqas ma tista' tintuża għal skopijiet oħrajn minbarra għall-prevenzjoni ta' frodi, korruzzjoni jew kull attività oħra illegali. (…)”.

(21)  Is-sentenza tat-3 ta' Settembru 2008 fil-każijiet konġunti C-402/05 P u C-415/05 P, Kadi v. Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, para 283: “(…) Id-drittijiet fundamentali jifformaw parti integrali mill-prinċipji ġenerali tad-dritt li l-osservanza tagħhom hija żgurata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja tispira ruħha mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni tal-Istati Membri kif ukoll mill-indikazzjonijiet mogħtija mill-istrumenti internazzjonali li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u li l-Istati Membri kkooperaw fihom jew aderixxew magħhom.” Ara wkoll il-para. 304.

(22)  Is-sentenza tad-9 ta' Novembru 2010 fil-każijiet konġunti C-92/09 u C-93/09, Volker und Markus Schecke, paragrafu 44 et seqq.

(23)  Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-KEDB hu applikabbli fl-oqsma kollha ta' attività tal-Unjoni Ewropea.

(24)  Ara wkoll il-paragrafu 36 hawn isfel.

(25)  Ara l-Opinjoni dwar notifika ta’ kontroll minn qabel riċevuta mill-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) dwar investigazzjonijiet interni tal-OLAF (Opinion on a notification for prior-checking received from the Data Protection Officer of the European Anti-Fraud Office (OLAF) on OLAF internal investigations), 23 ta' Ġunju 2006, Każ 2005/0418, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu (mhux disponibbli bil-Malti).

(26)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 25.

(27)  Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (Opinion of the European Data Protection Supervisor on the Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending Regulation (EC) No 1073/1999 concerning investigations conducted by the European Anti-Fraud Office (OLAF)), ĠU C 91, 26.4.2007, p. 1 paragrafu 14 et seqq. (mhux disponibbli bil-Malti).

(28)  Fl-Opinjoni tiegħu tal-2006, ara n-nota 19 ta' qiegħ il-paġna hawn fuq.

(29)  L-Artikolu 4(6) – “Investigazzjoni interna” – jaqra kif ġej: “Meta investigazzjonijiet jiżvelaw li membru jew membru tal-persunal jistgħu jkunu soġġetti għal investigazzjoni interna, l-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija ta’ min ikunu għandhom jiġu infurmati. F’każijiet eċċezzjonali fejn il-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni ma tistax tkun żgurata, l-Uffiċċju għandu juża mezzi alternattivi adatti ta’ informazzjoni.” L-Artikolu 6(5) – “Proċedura tal-investigazzjonijiet” – jaqra kif ġej: “Meta investigazzjonijiet juru li jista’ jkun xieraq li jittieħdu miżuri amministrattivi ta’ prekawzjoni biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Uffiċju għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija kkonċernata bl-investigazzjoni li tkun qed issir. L-informazzjoni mogħtija għandha tinkludi dan li ġej: (a) l-identità ta’ kwalunkwe membru jew membru tal-persunal ikkonċernati u ġabra fil-qosor tal-fatti inkwistjoni; (b) kull informazzjoni li tista’ tgħin lill-istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija biex jiddeċiedu jekk ikunx floku li jittieħdu miżuri amministrattivi prekawzjonarji biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; (c) kwalunkwe miżuri speċjali ta’ kunfidenzjalità rakkomandati f’każijiet partikolari li jinvolvu l-użu ta’ miżuri investigattivi li jaqgħu fil-kompetenza ta’ awtorità ġudizzjarja nazzjonali jew, fil-każ ta’ investigazzjoni esterna, fil-kompetenza ta’ awtorità nazzjonali, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli għal investigazzjonijiet.(…)”, bl-enfasi miżjuda.

(30)  Kif imsemmi hawn fuq, ladarba l-informazzjoni tkun ingħatat lis-suġġett tad-dejta, ma jkunx meħtieġ li l-istess informazzjoni tiġi ripetuta fil-passi ta’ wara.

(31)  Każ T-259/03, Nikolaou v. Commission, 12 ta' Lulju 2007, ĠU C 247,20.10.2007, p. 23.

(32)  L-artikolu jirreferi speċifikament għal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta.

(33)  Nikolaou, paragrafu 213.

(34)  Nikolaou, paragrafu 232.

(35)  L-importanza li l-identità tal-whistleblower tinżamm kunfidenzjali diġa’ kienet sottolinjata mill-KEPD f’ittra lill-Ombudsman Ewropew tat-30 ta’ Lulju 2010 fil-każ 2010-0458, li tinsab fuq is-sit elettroniku tal-KEPD (http://www.edps.europa.eu). Ara wkoll l-Opinjonijiet tal-KEPD ta’ kontroll minn qabel tat-23 ta’ Ġunju 2006, dwar l-investigazzjonijiet interni tal-OLAF (Każ 2005-0418), u tal-4 ta’ Ottubru 2007 dwar l-investigazzjonijiet esterni tal-OLAF (Każijiet 2007-47, 2007-48, 2007-49, 2007-50, 2007-72).

(36)  Ara l-Opinjoni 1/2006 tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 tal-1 ta’ Frar 2006 dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data fl-iskemi interni ta’ kxif ta’ abbużi fl-oqsma tal-kontabbiltà, il-kontrolli interni ta’ kontabbiltà, il-verifika, il-ġlieda kontra t-tixħim, il-kriminalità bankarja u finanzjarja, disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice/policies/privacy/workinggroup/index_en.htm

(37)  Ara l-Opinjoni dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni 15 ta’ April 2011, disponibbli fuq http://www.edps.europa.eu

(38)  Ftehim prattiku dwar l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn l-Eurojust u l-OLAF tal-24 ta’ Settembru 2008: ara n-nota 12 ta’ qiegħ il-paġna hawn fuq.

(39)  Il-Ftehim Prattiku bejn Eurojust-OLAF, il-punt 4.1.

(40)  L-Arranġament Amministrattiv tat-8 ta’ April 2004 hu ristrett għall-iskambju tal-informazzjoni strateġika u espressament jeskludi l-iskambju tal-dejta personali u jħalli l-kwistjoni għal aktar ftehim bejn l-Europol u l-OLAF.

(41)  Deċiżjoni tal-Europol, art. 22.3, nota 14 ta’ qiegħ il-paġna hawn fuq.

(42)  Deċiżjoni tal-Europol, art. 22.2, ara nota 14 ta’ qiegħ il-paġna hawn fuq: “L-Europol għandu jikkonkludi ftehim ta’ ftehim ta’ ħidma mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1” (jiġifieri l-Eurojust, l-OLAF, il-Frontex, is-CEPOL, il-BĊE u l-EMCDDA).


23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/20


Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija

2011/C 279/03

IL-KONTROLLUR EWROPEW GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 8 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

ADOTTA L-OPINJONI LI ĠEJJA:

I.   INTRODUZZJONI

1.

Fit-8 ta' Diċembru 2010 l-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija (3) (“il-Proposta”).

2.

Il-Kummissjoni ma kkonsultatx lill-KEPD, għalkemm l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 kien jeħtieġ dan. Waqt li aġixxa fuq inizjattiva proprja tiegħu, il-KEPD adotta din l-Opinjoni abbażi tal-Artikolu 41(2) ta' dan ir-Regolament. Il-KEPD hu konxju li dan il-parir qed jingħata fi stadju tard fil-proċess leġiżlattiv. Madankollu, hu jemmen li huwa xieraq u utli li tinħareġ din l-Opinjoni, minħabba l-impatt potenzjali sinifikanti tal-Proposta fuq id-dritt tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-dejta personali. Fil-preambolu għall-Proposta għandha tiddaħħal referenza għal din l-Opinjoni.

3.

L-għan primarju tal-Proposta hu li jkun hemm prevenzjoni mill-manipulazzjoni tas-suq u l-insider trading (abbuż minn informazzjoni privileġġata) fuq is-swieq tal-enerġija (gass u elettriku) bl-ingrossa. L-integrità u t-trasparenza tas-suq fis-swieq bl-ingrossa, fejn il-gass u l-elettriku huma nnegozjati bejn il-kumpaniji li jipproduċu l-enerġija u n-negozjanti, huma strumentali għall-prezz li finalment iħallsu l-konsumaturi.

4.

Għal dan il-għan, il-Proposta timmira li tistabbilixxi regoli komprensivi fil-livell tal-UE sabiex in-negozjanti ma jitħallewx jużaw informazzjoni interna għall-benefiċċju proprju tagħhom u ma jitħallewx jimmanipulaw is-suq billi artifiċjalment jikkawżaw prezzijiet aktar għoljin milli jkunu ġustifikabbli skont id-disponibbiltà, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-kapaċità tal-ħżin jew biex l-enerġija tiġi ttrasportata. B'mod partikolari, ir-regoli proposti jipprojbixxu dan li ġej:

l-użu ta' informazzjoni interna meta tinbiegħ jew tinxtara l-enerġija fil-livell tas-suq bl-ingrossa; l-informazzjoni esklużiva u sensittiva dwar il-prezzijiet għandha tingħata qabel ikun jista’ jsir in-negozju;

it-tranżazzjonijiet li jagħtu sinjali foloz jew qarrieqa dwar il-forniment, id-domanda jew il-prezzijiet tal-prodotti tas-suq tal-enerġija bl-ingrossa; u

id-distribuzzjoni ta' aħbarijiet jew qlajjiet foloz li jagħtu sinjali qarrieqa dwar dawn il-prodotti.

5.

Il-monitoraġġ tas-swieq fil-livell Ewropew biex jinkixef il-ksur possibbli ta' dawn il-projbizzjonijiet ser ikun ir-responsabbiltà tal-Aġenzija Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-“ACER”) (4).

6.

Skont il-Proposta, l-ACER ser ikollha aċċess f'waqtu għal informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet li jkunu qed isiru fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa. Dan jinkludi informazzjoni dwar il-prezz, il-kwantità mibjugħa u l-partijiet involuti. Din il-bulk dejta ser tkun ukoll kondiviża mar-regolaturi nazzjonali li mbagħad ikunu responsabbli għall-investigazzjoni tal-abbużi suspettati. Fil-każijiet ta' impatt transkonfinali, l-ACER ikollha s-setgħa li tikkoordina l-investigazzjonijiet. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri jinfurzaw il-pieni.

7.

Il-Proposta ssegwi numru ta' proposti leġiżlattivi reċenti oħrajn bil-għan li ssaħħaħ l-arranġamenti superviżorji finanzjarji eżistenti u ttejjeb il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell tal-UE, inkluża d-Direttiva dwar l-Insider Dealing u l-Manipulazzjoni tas-Swieq (“MAD”) (5), u d-Direttiva dwar is-Swieq fi Strumenti Finanzjarji (“MiFID”) (6). Il-KEPD reċentament ikkummenta dwar proposta reċenti oħra. (7)

II.   KUMMENTI U RAKKOMANDAZZJONIJIET TAL-KEPD

8.

Il-Proposta tinkludi diversi dispożizzjonijiet rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta personali:

l-Artikoli 6 sa 8 dwar il-monitoraġġ u l-irrapportar tas-swieq,

l-Artikolu 9 dwar “il-protezzjoni tad-dejta u l-affidabbiltà operattiva”,

l-Artikoli 10 u 11 dwar l-investigazzjoni u l-infurzar, u

l-Artikolu 14 dwar “ir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi”.

II.1.   Monitoraġġ u rapportar tas-swieq (l-Artikoli 6 sa 8)

Dispożizzjonijiet rilevanti

9.

Il-Proposta hi bbażata fuq il-premessa li sabiex jinqabad l-abbuż fis-swieq (i) hu meħtieġ li jkun hemm sistema ta' monitoraġġ tas-swieq li tiffunzjona b'mod effettiv b'aċċess f'waqtu għad-dejta tranżitorja kompluta u li (ii) dan għandu jinkludi l-monitoraġġ fil-livell tal-UE. Għalhekk, ir-Regolament propost jipprevedi li l-ACER tista' tiġbor, tirrevedi u tiskambja (mal-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE rilevanti) ammont kbir ta' bulk dejta mis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa.

10.

B'mod partikolari, ir-Regolament propost jeħtieġ li l-parteċipanti fis-swieq jipprovdu lill-ACER b' “reġistrazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet tagħhom” fil-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa. Barra r-reġistrazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet, il-parteċipanti fis-swieq huma meħtieġa wkoll li jipprovdu lill-ACER b'informazzjoni relatata mal-“kapaċitajiet ta' faċilitajiet għall-produzzjoni, il-ħżin, il-konsum jew it-trażmissjoni tal-elettriku jew il-gass naturali”.

11.

Il-forma, il-kontenut u l-ħin tal-informazzjoni li għandha tingħata ser ikunu stabbiliti f'atti delegati tal-Kummissjoni.

Kummenti u rakkomandazzjonijiet tal-KEPD

12.

Meta jitqies li l-Proposta tħalliha għal kollox f'idejn l-atti delegati biex jiddefinixxu l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tinġabar fil-qafas ta' dan l-eżerċizzju ta' monitoraġġ u rapportar, ma jistax ikun eskluż li tkun inkluża dejta personali — jiġifieri kull informazzjoni relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (8). Skont il-liġi preżenti tal-UE dan hu permess biss fejn meħtieġ u proporzjonat fid-dawl tal-iskop speċifiku (9). Ir-Regolament propost għandu għalhekk jispeċifika b'mod ċar jekk u sa fejn ir-reġistrazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet u l-informazzjoni ta' kapaċità li jinġabru għal skopijiet ta' monitoraġġ għandhom jinkludu dejta personali (10).

13.

Jekk hu previst l-ipproċessar tad-dejta personali, jistgħu jkunu meħtieġa wkoll salvagwardji speċifiċi, pereżempju rigward il-limitazzjoni tal-iskop, il-perjodu ta' retenzjoni u r-riċevituri potenzjali tal-informazzjoni. Meta titqies in-natura essenzjali tagħhom, dawn is-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta għandhom imbagħad ikunu stabbiliti direttament fit-test tar-Regolament propost aktar milli fl-atti delegati.

14.

Jekk, min-naħa l-oħra, ma jkun mistenni l-ebda proċessar tad-dejta personali (jew ipproċessar bħal dan ikun biss eċċezzjonali u jkun ristrett biss għal każijiet rari, fejn negozjant tal-enerġija bl-ingrossa jista' jkun individwu aktar milli entità legali), dan għandu jkun stabbilit b'mod ċar fil-Proposta, tal-inqas fi premessa.

II.2.   Protezzjoni tad-dejta u affidabbiltà operattiva (Artikolu 9)

Dispożizzjonijiet rilevanti

15.

L-Artikolu 9(1) jeħtieġ li l-ACER “tiżgura l-kunfidenzjalità, l-integrità u l-protezzjoni” tal-informazzjoni li tirċievi taħt l-Artikolu 7 (jiġifieri reġistrazzjonijiet ta' tranżazzjonijiet u informazzjoni ta' kapaċità miġburin fil-qafas tal-eżerċizzju tal-monitoraġġ tas-swieq). L-Artikolu 9 jipprevedi wkoll li “fejn ikun rilevanti”, l-ACER għandha “tkun konformi” mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 meta tipproċessa dejta personali taħt l-Artikolu 7.

16.

Barra dan, l-Artikolu 9(1) jeħtieġ ukoll li l-ACER “tidentifika sorsi ta' riskju operattiv u timminimizzahom billi tiżviluppa sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa”.

17.

Finalment, l-Artikolu 9(2) jippermetti lill-ACER li tippubblika partijiet tal-informazzjoni li hi għandha, “sakemm ma tiġix rilaxxata informazzjoni sensittiva mil-lat kummerċjali dwar parteċipanti individwali fis-suq jew dwar tranżazzjonijiet individwali”.

Kummenti u rakkomandazzjonijiet tal-KEPD

18.

Il-KEPD jilqa' l-fatt li l-Artikolu 9 hu ddedikat, parzjalment, għall-protezzjoni tad-dejta u li r-Regolament propost jeħtieġ speċifikament li l-ACER tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(a)   Applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u tad-Direttiva 95/46/KE

19.

Irrispettivament minn dan, il-KEPD jenfasizza li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplika fl-intier tiegħu għall-ACER bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament kull meta hi tipproċessa dejta personali. Għalhekk, il-Proposta għandha tfakkar li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandu japplika għall-ACER mhux biss meta hi tipproċessa dejta taħt l-Artikolu 7, iżda wkoll fis-sitwazzjonijiet l-oħrajn kollha: l-aktar importanti, anke meta l-ACER tipproċessa dejta personali rigward abbuż/ksur suspett fis-swieq taħt l-Artikolu 11. Barra dan, biex ikun aktar preċiż, il-KEPD jirrakkomanda li minflok jintuża t-terminu “fejn ikun rilevanti” biex ikunu deskritti s-sitwazzjonijiet fejn l-ACER hi meħtieġa li tikkonforma tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, tintuża l-frażi “kull meta tkun ipproċessata dejta personali”.

20.

Għandha ssir referenza wkoll għad-Direttiva 95/46/KE, meta wieħed iqis li din id-Direttiva tapplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali involuti. Fil-fatt, għall-iskop ta’ ċarezza, il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament propost għandu jsemmi, b'mod ġenerali (tal-inqas fi premessa), li waqt li l-ACER għandha tkun soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 45/2001, id-Direttiva 95/46/KE għandha tapplika għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati.

(b)   Responsabbiltà

21.

Il-KEPD jilqa' r-rekwiżit li l-ACER għandha tidentifika u timminimizza r-riskji operattivi permezz tal-iżvilupp ta' sistemi, kontrolli u proċeduri xierqa. Sabiex jissaħħaħ aktar il-prinċipju tar-responsabbiltà, (11) jekk l-ipproċessar tad-dejta personali jkollu rwol strutturali, ir-Regolament propost għandu speċifikament jeħtieġ li l-ACER tistabbilixxi qafas ċar għar-responsabbiltà li jiżgura konformità mal-protezzjoni tad-dejta u jipprovdi xhieda tal-konformità. Dan il-qafas ċar stabbilit mill-ACER għandu jinkludi numru ta' elementi, bħal:

l-adozzjoni u l-aġġornament, kif meħtieġ, ta' politika tal-protezzjoni tad-dejta abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt (li għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tar-riskju għas-sigurtà). Din il-politika dwar il-protezzjoni tad-dejta għandha tinkludi wkoll pjan ta' sigurtà;

it-twettiq ta' verifiki perjodiċi biex ikun ivvalutat li l-adegwatezza tkompliet u li hemm konformità mal-politika għall-protezzjoni tad-dejta (inkluż verifika tal-pjan tas-sigurtà);

il-pubblikazzjoni (tal-inqas parzjali) tar-riżultati ta' dawn il-verifiki sabiex il-partijiet interessati jingħataw assigurazzjoni rigward il-konformità mal-protezzjoni tad-dejta; u

in-notifika ta’ vjolazzjonijiet ta’ dejta u kull inċident tas-sigurtà ieħor lill-UPD tal-Kummissjoni, lis-suġġetti tad-dejta affettwati, u fejn rilevanti lill-partijiet interessati u l-awtoritajiet oħrajn (12).

22.

Il-ħtiġiet ekwivalenti għandhom japplikaw ukoll għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u għall-awtoritajiet oħrajn tal-UE kkonċernati.

(c)   Informazzjoni pubblika mill-ACER

23.

Rigward il-ħtieġa fl-Artikolu 9(2) li l-ACER għandha tippubblika partijiet tal-informazzjoni li hi għandha, il-KEPD jifhem li l-għan ta' din id-dispożizzjoni mhuwiex li jawtorizza lill-ACER li tippubblika dejta għall-finijiet ta' “naming and shaming” u biex tikxef pubblikament l-għemejjel ħżiena tal-kumpaniji jew tal-individwi.

24.

Il-Proposta ma tgħid xejn dwar jekk hemmx xi intenzjoni li kull dejta personali tinħareġ għall-pubbliku. Għalhekk, biex ikun evitat kull dubju, ir-Regolament propost għandu speċifikament jipprevedi li l-informazzjoni ppubblikata ma għandhiex tinkludi dejta personali jew jiċċara liema, jekk hemm, dejta personali tista' tinħareġ.

25.

Jekk ser tkun ippubblikata xi dejta personali, il-ħtieġa għall-ħruġ tagħha (eż. għal raġunijiet ta' trasparenza) għandha tkun ikkunsidrata sew u bbilanċjata ma' tħassib ieħor li jikkontrobilanċjaha minħabba l-ħtieġa li jkunu protetti d-drittijiet tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-dejta personali tal-individwi kkonċernati.

26.

Għaldaqstant, qabel kull ħruġ ta' dejta, għandha titwettaq valutazzjoni tal-proporzjonalità, li tieħu kont tal-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea f'Schecke  (13). F'dan il-każ il-QĠE ssottolinjat li d-derogi u l-limitazzjonijiet f'relazzjoni mal-protezzjoni tad-dejta personali għandhom japplikaw biss safejn hu strettament meħtieġ. Il-QĠE kkunsidrat ukoll li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jesploraw metodi differenti ta' pubblikazzjoni sabiex isibu dak il-metodu li jkun konsistenti mal-iskop tal-pubblikazzjoni waqt li jikkawża l-inqas interferenza fid-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta għall-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-dejta personali.

II.3.   Setgħat investigattivi (Artikolu 10)

Dispożizzjonijiet rilevanti

27.

Il-Proposta tipprevedi li l-monitoraġġ tas-swieq ikun segwit minn investigazzjoni fejn hu suspettat li hemm abbuż fis-swieq u li dan jista' jwassal għal sanzjonijiet xierqa. L-Artikolu 10(1), b'mod partikolari, jeħtieġ li l-Istati Membri jagħtu lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali s-setgħat investigattivi meħtieġa biex jiżguraw li qed jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-insider trading u l-manipulazzjoni tas-swieq (14).

Kummenti u rakkomandazzjonijiet tal-KEPD

28.

Il-KEPD jilqa' l-ispeċifikazzjoni fl-Artikolu 10(1) li (i) is-setgħat investigattivi għandhom ikunu eżerċitati (biss) biex ikun żgurat li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-insider trading u l-manipulazzjoni tas-swieq (l-Artikoli 3 u 4) u li (ii) dawn is-setgħat ikunu eżerċitati b'mod proporzjonat.

29.

Madankollu l-Proposta għandha tmur aktar lil hinn biex tiżgura ċ-ċertezza legali u livell adegwat ta' protezzjoni tad-dejta personali. Kif jidher hawn isfel, hemm żewġ problemi primarji fit-test tal-Artikolu 10 kif propost. L-ewwel nett, l-Artikolu 10 ma joħroġx ċar biżżejjed l-iskop tas-setgħat investigattivi; pereżempju, mhuwiex ċar biżżejjed jekk ikunux meħtieġa reġistrazzjonijiet tat-telefon privat jew jekk tistax titwettaq spezzjoni fuq il-post f'dar privata. It-tieni nett, l-Artikolu 10 ma jipprevedix is-salvagwardji proċedurali meħtieġa kontra r-riskju ta' intrużjoni inġustifikata fil-privatezza jew l-użu żbaljat tad-dejta personali; pereżempju, ma jeħtiġx mandat minn awtorità ġudizzjarja.

30.

Kemm l-ambitu tas-setgħat investigattivi u s-salvagwardji meħtieġa probabbilment qed jitħallew biex jiġu speċifikati mil-liġi nazzjonali. Fil-fatt, l-Artikolu 10(1) iħalli bosta għażliet miftuħin għall-Istati Membri billi jipprevedi li s-setgħat investigattivi “jistgħu jiġu eżerċitati (a) direttament, (b) f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħra jew intrapriżi tas-swieq, jew (c) b’applikazzjoni għand l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti”. Dan jidher li jippermetti diverġenzi fil-prattiki nazzjonali, pereżempju, jekk għandux ikun meħtieġ u taħt liema ċirkustanzi hu meħtieġ mandat minn awtorità ġudizzjarja.

31.

Waqt li xi liġijiet nazzjonali diġà jipprevedu salvagwardji xierqa proċedurali u tal-protezzjoni tad-dejta, sabiex tkun żgurata ċ-ċertezza legali għas-suġġetti tad-dejta, għandhom isiru ċerti kjarifiki u għandhom ikunu stabbiliti ċerti rekwiżiti minimi rigward is-salvagwardji proċedurali u tal-protezzjoni tad-dejta fil-livell tal-UE, fir-Regolament propost, kif ser ikun diskuss hawn isfel.

32.

Bħala prinċipju ġenerali, il-KEPD jenfasizza li fejn il-leġiżlazzjoni tal-UE teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri fil-livell nazzjonali li jkollhom effett fuq id-drittijiet fundamentali (bħad-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali), il-leġiżlazzjoni għandha teħtieġ ukoll miżuri effettivi li jittieħdu simultanjament mal-miżuri restrittivi biex tkun żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali involuti. Fi kliem ieħor l-armonizzazzjoni ta' miżuri li potenzjalment jistgħu jkunu intrużivi fuq il-privatezza, bħal setgħat investigattivi, għandha tkun akkumpanjata mill-armonizzazzjoni ta' salvagwardja adegwata proċedurali u tal-protezzjoni tad-dejta bbażata fuq l-aħjar prattika.

33.

Approċċ bħal dan jista' jgħin biex jiġu evitati diverġenzi wesgħin wisq fil-livell nazzjonali u biex ikun żgurat livell ta' protezzjoni ogħla u aktar uniformi għad-dejta personali fl-Unjoni Ewropea kollha.

34.

Jekk f'dan l-istadju hi possibbli l-armonizzazzjoni tas-salvagwardji minimi, f'livell minimu, il-KEPD jirrakkomanda li r-Regolament propost għandu speċifikament jeħtieġ lill-Istati Membri li jadottaw miżuri implimentattivi nazzjonali biex ikunu żgurati s-salvagwardji proċedurali u tal-protezzjoni tad-dejta meħtieġa. Dan hu importanti aktar peress li l-forma tal-istrument legali hi Regolament, li hu applikabbli direttament, u, bħala regola ġenerali, mhux neċessarjament ikun jeħtieġ aktar miżuri implimentattivi fl-Istati Membri.

II.4.   Spezzjonijiet fuq il-post (Artikolu 10(2)(c))

Dispożizzjonijiet rilevanti

35.

Il-Proposta teħtieġ li s-setgħat investigattivi li jingħataw lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali speċifikament jinkludu s-setgħa li jitwettqu spezzjonijiet fuq il-post (Artikolu 10(2)(c)).

Kummenti u rakkomandazzjonijiet tal-KEPD

36.

Mhuwiex ċar jekk dawn l-ispezzjonijiet għandhomx ikunu limitati għal proprjetà tan-negozju (bini, art u vetturi) tal-parteċipant fis-swieq jew jekk jistgħux jitwettqu wkoll fi proprjetà privata (bini, art jew vetturi) tal-individwi. Lanqas mhuwa ċar jekk l-ispezzjonijiet jistgħux jitwettqu wkoll mingħajr ebda avviż minn qabel (tiftix fil-post mingħajr avviż minn qabel (“dawn raids”)).

37.

Jekk il-Kummissjoni qed tipprevedi li tippermetti lill-Istati Membri biex jawtorizzaw lill-awtoritajiet regolatorji biex iwettqu spezzjonijiet fil-post ta' proprjetajiet privati tal-individwi, jew li jwettqu tiftix fil-post mingħajr avviż minn qabel, dan għandu, l-ewwel nett, ikun speċifikat b'mod ċar.

38.

It-tieni nett, il-KEPD enfasizza wkoll li l-proporzjonalità tal-ispezzjonijiet fuq il-post fi proprjetà privata (bħal fid-djar privati ta' individwi) mhijiex evidenti minnha nfisha u, jekk hi prevista, għandha tkun iġġustifikata speċifikament.

39.

It-tielet nett, għal dan il-każ ikunu meħtieġa wkoll salvagwardji addizzjonali, partikolarment rigward il-kundizzjonijiet li taħthom ser isiru spezzjonijiet bħal dawn. Pereżempju, u mingħajr limitazzjoni, il-Proposta għandha tispeċifika li spezzjoni fuq il-post tista' ssir biss f'dar ta' individwu jekk hemm suspett raġonevoli u speċifiku li f'dik id-dar partikolari qed jinżammu xi provi, li huma rilevanti biex ikun ippruvat ksur serju tal-Artikoli 3 jew 4 tar-Regolament (jiġifieri id-dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni ta' insider trading u manipulazzjoni tas-swieq). Hu importanti wkoll li l-Proposta għandha teħtieġ ukoll mandat ġudizzjarju fl-Istati Membri kollha (15).

40.

Ir-raba', biex tkun żgurata l-proporzjonalità u tkun evitata l-interferenza eċċessiva fil-ħajja privata, l-ispezzjonijiet mhux imħabbra minn qabel fid-djar privati għandhom ikunu suġġett għal kundizzjoni addizzjonali li fil-każ ta' żjara mħabbra minn qabel, ix-xhieda probabbilment tinqered jew titbiddel. Dan għandu jkun previst b'mod ċar fir-Regolament propost.

II.5.   Setgħat biex jintalbu “reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u r-reġistri tat-traffiku tad-dejta eżistenti” (Artikolu 10(2)(d))

Dispożizzjonijiet rilevanti

41.

L-Artikolu 10(2)(d) jeħtieġ li s-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom speċifikament jinkludu wkoll is-setgħa li “jintalbu r-reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u r-reġistri tat-traffiku tad-dejta eżistenti”.

Kummenti u rakkomandazzjonijiet tal-KEPD

42.

Il-KEPD jirrikonoxxi l-valur tar-reġistrazzjonijiet tat-telefon u tat-traffiku tad-dejta f'każijiet ta' insider trading, partikolarment sabiex ikunu stabbiliti l-konnessjonijiet bejn l-insiders u l-kummerċjanti. Madankollu, l-ambitu ta' din is-setgħa mhuwiex ċar biżżejjed u l-anqas mhuma ċari s-salvagwardji proċedurali u tal-protezzjoni tad-dejta xierqa previsti. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li l-Proposta għandha tkun iċċarata kif diskuss hawn isfel. B'mod partikolari, għandhom ikunu indirizzati l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)   X'tip ta' reġistrazzjonijiet tat-telefon u tat-traffiku tad-dejta jistgħu jintalbu?

43.

Għall-finijiet ta’ ċertezza legali, il-Proposta għandha l-ewwel nett tiċċara liema tipi ta' reġistrazzjonijiet jistgħu, fejn meħtieġ, jintalbu mill-awtoritajiet.

44.

Il-Proposta għandha speċifikament tillimita l-ambitu tas-setgħat investigattivi għal (i) il-kontenut tar-reġistrazzjonijiet tat-telefon, posta elettronika u traffiku ieħor tad-dejta li diġà jinġabru bħala rutina u legalment mill-kummerċjanti għal raġunijiet ta' negozju biex ikun hemm xhieda tat-tranżazzjonijiet, u għal (b) dejta dwar it-traffiku (eż. min ċempel jew bagħat l-informazzjoni, lil min, meta) li hi diġà disponibbli direttament mill-parteċipanti fis-swieq (kummerċjanti) ikkonċernati.

45.

Barra dan, il-Proposta għandha tispeċifika wkoll li r-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu nġabru għal skop legali u f'konformità mal-liġijiet applikabbli tal-protezzjoni tad-dejta, inkluża d-dispożizzjoni ta' informazzjoni adegwata lis-suġġetti tad-dejta taħt l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE.

(b)   Il-kwalifikazzjoni “eżistenti” għal xiex tirreferi?

46.

Il-KEPD jilqa' l-fatt li l-Proposta tillimita din is-setgħa għal reġistrazzjonijiet “eżistenti” u għalhekk ma teħtiġx is-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji li jobbligaw lill-kummerċjant jew lil parti terza biex speċifikament jinterċettaw, jimmonitorjaw, jirreġistraw it-telefon jew it-traffiku tad-dejta għall-finijiiet tal-investigazzjoni.

47.

Madankollu, għall-fini li jkun evitat kull dubju, din l-intenzjoni għandha ssir aktar ċara, tal-inqas fi premessa. Għandu jkun evitat li jitħalla lok li r-Regolament propost jiġi interpretat li jagħti bażi legali lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jinterċettaw, jimmonitoraw jew jirreġistraw komunikazzjonijiet bit-telefon jew tad-dejta, apertament jew le, b’mandat jew mingħajr.

(c)   Il-kontenut tal-konverżazzjonijiet bit-telefon u tat-traffiku ta' dejta wkoll jista’ jintalab jew jista’ jintalab biss it-traffiku tad-dejta?

48.

It-test tal-proposta jirreferi għal “reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u r-reġistri tat-traffiku tad-dejta eżistenti”. Mhuwiex ċar biżżejjed jekk iż-żewġ kontenuti tad-dejta eżistenti u tal-komunikazzjonijiet bit-telefon u d-dejta dwar it-traffiku (eż. min ċempel jew bagħat l-informazzjoni, lil min, meta) humiex meħtieġa.

49.

Dan għandu jsir aktar ċar fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament propost. Kif diskuss fil-paragrafi 43 sa 45, għandu jkun speċifikat b'mod ċar liema tip ta' reġistrazzjonijiet jistgħu jintalbu, u għandu jkun żgurat li fil-fatt dawn ir-reġistrazzjonijiet kienu nġabru f'konformità mal-liġijiet applikabbli tal-protezzjoni tad-dejta.

(d)   Ir-reġistrazzjonijiet jistgħu jintalbu mingħand fornituri tas-servizz tal-internet u l-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni?

50.

Il-Proposta għandha tispeċifika b’mod ċar mingħand min l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jitlobu r-reġistrazzjonijiet. F'dan ir-rigward il-KEPD jifhem li l-Artikolu 10(2)(d) mhuwiex intenzjonat li jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali jitolbu dejta dwar it-traffiku mingħand fornituri ta' “servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku” (16) (bħal kumpaniji tat-telefon jew fornituri tas-servizz tal-internet).

51.

Fil-fatt il-Proposta ma tirreferix għal fornituri bħal dawn, u għalhekk ma tużax it-terminu “dejta dwar it-traffiku”. B’mod importanti, lanqas ma tirreferi, impliċitament jew espliċitament, għall-fatt li tista’ tintalab deroga mir-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika (17), li tistabbilixxi l-prinċipju ġenerali li d-dejta dwar it-traffiku tista' tkun ipproċessata ulterjorment biss għall-fini ta' ħruġ ta' kontijiet u pagamenti ta' interkonnessjoni.

52.

Sabiex ikun evitat kull dubju, il-KEPD jirrakkomanda li l-fatt li l-Proposta ma tipprovdi ebda bażi legali għad-dejta li għandha tintalab mill-fornituri ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku għandu jissemma espliċitament fit-test tar-Regolament propost, tal-inqas fi premessa.

(e)   Ir-reġistrazzjonijiet jistgħu jintalbu minn partijiet terzi oħrajn?

53.

Barra dan, il-Proposta għandha tiċċara jekk l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħux jitolbu reġistrazzjonijiet mill-parteċipant fis-swieq taħt investigazzjoni jew jekk għandhomx is-setgħa li jitolbu reġistrazzjonijiet minn partijiet terzi (bħal minn parti fi tranżazzjoni mal-parteċipant fis-swieq taħt investigazzjoni, jew lukanda fejn individwu suspettat ta' insider trading kien qed joqgħod) biex jipprovdu r-reġistrazzjonijiet proprji tagħhom.

(f)   Jistgħu jintalbu reġistrazzjonijiet privati?

54.

Finalment, il-Proposta għandha tiċċara wkoll jekk l-awtoritajiet jistgħux jitolbu wkoll reġistrazzjonijiet privati ta' individwi, bħal impjegati jew eżekuttivi tal-parteċipant fis-swieq taħt investigazzjoni (eż. SMS mibgħutin minn apparat mobbli personali jew rekord tal-ibbrawżjar tal-użu tal-internet id-dar maħżun fuq kompjuter id-dar).

55.

Il-proporzjonalità għall-ħtieġa tar-reġistrazzjonijiet privati hi dibattibbli u — jekk hi prevista — għandha tkun ġustifikata b'mod speċifiku.

56.

Bħal fir-rigward tal-każ tal-ispezzjonijiet fuq il-post (ara l-paragrafi 35 sa 40 fuq), il-Proposta għandha teħtieġ mandat minn awtorità ġudizzjarja kif ukoll aktar salvagwardji speċifiċi jekk l-awtoritajiet jeħtieġu kwalunkwe reġistrazzjoni privata.

II.6.   Rapportar ta' abbuż tas-swieq suspettat (Artikolu 11): limitazzjoni tal-iskop u żamma tad-dejta

Dispożizzjonijiet rilevanti

57.

Rigward il-kooperazzjoni transkonfinali, l-ACER tingħata rwol importanti, li twissi lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b'abbuż potenzjali fis-swieq u li tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni. Biex tkun faċilitata l-kooperazzjoni, l-Artikolu 11(2) b'mod speċifiku jeħtieġ ukoll li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinformaw lill-ACER “b'mod kemm jista' jkun speċifiku” fejn għandhom bażijiet raġjonevoli biex jissuspettaw kull ksur tar-Regolament propost. Sabiex ikun żgurat approċċ koordinat, l-Artikolu 11(3) jeħtieġ ukoll li tiġi kondiviża l-informazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti, l-ACER kif ukoll l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (l-“ESMA”) (18).

Kummenti u rakkomandazzjonijiet tal-KEPD

58.

Skont il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-fini (19), il-Proposta għandha tipprevedi espliċitament li kull dejta personali ttrasferita abbażi tal-Artikolu 11 tar-Regolament propost (rapporti ta' abbuż tas-swieq suspettat) għandha tintuża biss għall-finijiet tal-investigazzjoni li l-abbuż tas-swieq suspettat irrapporta. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni m’għandhiex tintuża għal xi skop ieħor li mhuwiex kompatibbli ma' dak il-fini.

59.

Id-dejta lanqas m’għandha tinżamm għal perjodi twal ta' żmien. Dan hu aktar importanti f'dawk il-każijiet fejn jista' jintwera li s-suspett inizjali kien bla bażi. F'dawk il-każijiet jeħtieġ li jkun hemm ġustifikazzjoni speċifika għal żamma ulterjuri tad-dejta (20).

60.

F'dan ir-rigward, il-Proposta għandha l-ewwel tistabbilixxi perjodu ta' żamma minimu li fih l-ACER u r-riċevituri l-oħrajn tal-informazzjoni jistgħu jżommu d-dejta, b'kont meħud tal-finijiet tal-ħżin tad-dejta. Sakemm abbuż tas-swieq suspettat ma wassalx għal investigazzjoni speċifika u l-investigazzjoni għadha għaddejja, id-dejta personali kollha relatata mal-abbuż tas-swieq suspettat għandha titħassar mir-reġistrazzjonijiet tar-riċevituri kollha wara li jiskadi l-perjodu speċifikat. Sakemm perjodu itwal ta' żamma ma jkunx ġustifikat, il-KEPD jikkunsidra li t-tħassir għandu jitwettaq l-aktar tard sentejn wara d-data meta jiġi rrapportat is-suspett (21).

61.

Fil-każ li suspett ikun ippruvat li hu bla bażi u/jew l-investigazzjoni tingħalaq mingħajr ma tittieħed ebda azzjoni oħra, il-Proposta għandha tobbliga lill-awtorità regolatorja li qed tirrapporta, lill-ACER u lil kwalunkwe parti terza li għandha aċċess għall-informazzjoni rigward l-abbuż tas-swieq suspettat, biex malajr tinforma lil dawn il-partijiet sabiex ikunu jistgħu jaġġornaw ir-reġistrazzjonijiet proprji tagħhom kif meħtieġ (u/jew iħassru l-informazzjoni rigward is-suspett rapportat mir-reġistrazzjonijiet tagħhom b'effett immedjat jew wara li jiskadi l-perjodu ta' żamma proporzjonat kif xieraq) (22).

62.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jgħinu biex ikun żgurat li fil-każijiet fejn is-suspett ma kienx ikkonfermat (jew saħansitra investigat aktar), jew fejn kien stabbilit li s-suspett hu bla bażi, l-individwi innoċenti ma jinżammewx fuq il-lista s-sewda u taħt suspett għal perjodu ta' żmien twil mhux dovut (ara l-Artikolu 6(e) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 4(e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 korrispondenti).

II.7.   Trasferimenti ta' dejta lil pajjiżi terzi (Artikolu 14)

Dispożizzjonijiet rilevanti

63.

L-Artikoli 7, 8 u 11 tar-Regolament propost jipprevedu l-iskambji tad-dejta u tal-informazzjoni bejn l-ACER, l-ESMA u l-awtoritajiet tal-Istati Membri. L-Artikolu 14 (“Relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi”) jipprevedi li l-ACER “tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi tista’ tidħol f’arranġamenti amministrattivi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-amministrazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi”. Dan jista' jwassal għal trasferiment ta' dejta personali mill-ACER u possibbilment ukoll mill-ESMA u/jew mill-awtoritajiet tal-Istati Membri lil organizzazzjonijiet internazzjonali u l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi.

Kummenti u rakkomandazzjonijiet tal-KEPD

64.

Il-KEPD jirrakkomanda li l-Artikolu 14 tal-Proposta jiċċara li t-trasferimenti tad-dejta personali jistgħu jsiru biss skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva 95/46/KE. B'mod partikolari, it-trasferimenti internazzjonali għandhom isiru biss jekk il-pajjiż terz inkwistjoni jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni, jew lil entitajiet jew individwi f'pajjiżi terzi li ma għandhomx protezzjoni adegwata jekk il-kontrollur iressaq provi li hemm salvagwardji adegwati rigward il-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi u rigward l-eżerċizzju tad-drittijiet korrispondenti.

65.

Il-KEPD jenfasizza li d-derogi (bħal dawk imsemmijin fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u 26(1) tad-Direttiva) ma għandhomx jintużaw, fil-prinċipju, biex jiġġustifikaw trasferimenti tad-dejta lejn pajjiżi terzi f'massa, sistematiċi u/jew strutturali.

II.8.   Kontroll minn qabel tal-attivitajiet ta' koordinazzjoni mill-ACER rigward l-investigazzjonijiet

66.

Xi dejta skambjata fost l-ACER, l-ESMA u diversi awtoritajiet fl-Istati Membri rigward ksur suspettat x'aktarx tinkludi dejta personali bħall-identità ta' dawk suspettati li wettqu att kriminali jew ta' individwi oħrajn involuti (eż. xhieda, whistleblowers, impjegati jew individwi oħrajn li jaġixxu f'isem negozji involuti fil-kummerċ).

67.

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jipprevedi li “l-operazzjonijiet tal-ipproċessar li x’aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data minħabba n-natura tagħhom, l-iskop tagħhom jew l-għanijiet tagħhom għandhom ikunu s-suġġett ta’ verifika minn qabel mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data”. L-Artikolu 27(2) speċifikament jikkonferma li l-“ipproċessar tad-dejta relatata ma' ‘reati suspettati’ u ‘reati’ jippreżenta riskji bħal dawn, u jeħtieġ kontroll minn qabel. Meta jkun ikkunsidrat ir-rwol previst għall-ACER fil-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet, jidher li probabbilment hi tipproċessa dejta relatata ma' ‘reati suspettati’ u għalhekk l-attivitajiet tagħha ser ikunu soġġetti għal kontroll minn qabel” (23).

68.

Fil-qafas tal-proċedura tal-kontroll minn qabel, il-KEPD jista' jipprovdi lill-ACER bi gwida ulterjuri u b'rakkomandazzjonijiet speċifiċi rigward il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta. Il-kontroll minn qabel tal-attivitajiet tal-ACER jista' jġib miegħu wkoll valur miżjud meta jkun ikkunsidrat il-fatt li r-Regolament (KE) Nru 713/2009, li stabbilixxa l-ACER, ma jinkludix referenzi għall-protezzjoni tad-dejta personali u ma kienx suġġett għal Opinjoni leġiżlattiva tal-KEPD.

III.   KONKLUŻJONIJIET

69.

Il-Proposta għandha tiċċara jekk kwalunkwe dejta personali tistax tkun ipproċessata fil-kuntest tal-monitoraġġ u tar-rapportar tas-swieq u liema salvagwardji ser japplikaw. Jekk, mill-banda l-oħra, l-ebda proċessar tad-dejta ma hu mistenni (jew ipproċessar bħal dan isir biss b'mod eċċezzjonali u jkun ristrett biss għal każijiet rari, fejn kummerċjant tal-enerġija bl-ingrossa jista' jkun individwu aktar minn entità legali), dan għandu jkun stabbilit b'mod ċar fil-Proposta, tal-inqas fi premessa.

70.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta, is-sigurtà tad-dejta u r-responsabbiltà għandhom ikunu ċċarati u msaħħin aktar, speċjalment jekk l-ipproċessar tad-dejta personali ser ikollu rwol aktar strutturali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkunu stabbiliti kontrolli adegwati biex tkun żgurata konformità mal-protezzjoni tad-dejta u jkun hemm xhieda ta' dan (“responsabbiltà”).

71.

Il-Proposta għandha tiċċara jekk l-ispezzjonijiet fil-post għandhomx ikunu limitati għal proprjetà tan-negozju (bini u vetturi) tal-parteċipant fis-swieq jew jekk japplikawx ukoll għall-proprjetajiet privati (bini jew vetturi) tal-individwi. Fl-aħħar każ, il-ħtieġa u l-proporzjonalità ta' din is-setgħa għandhom ikunu ġustifikati b'mod ċar u għandhom ikunu meħtieġa mandat ġudizzjarju u aktar salvagwardji. Dan għandu jkun previst b'mod ċar fir-Regolament propost.

72.

Għandu jkun iċċarat l-ambitu tas-setgħat biex jintalbu “reġistrazzjonijiet telefoniċi eżistenti u r-reġistri tat-traffiku tad-dejta eżistenti”. Il-Proposta għandha tispeċifika b’mod ċar liema reġistrazzjonijiet jistgħu jintalbu u minn min. Il-fatt li l-ebda dejta ma tista' tintalab mingħand il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku għandu jissemma espliċitament fit-test tar-Regolament propost, tal-inqas fi premessa. Il-Proposta għandha tiċċara wkoll jekk l-awtoritajiet jistgħux jitolbu wkoll reġistrazzjonijiet privati ta' individwi, bħal impjegati jew eżekuttivi tal-parteċipant fis-swieq taħt investigazzjoni (eżempju, SMS mibgħutin minn apparat mobbli personali jew rekord tal-ibbrawżjar tal-użu tal-internet id-dar maħżun fuq kompjuter id-dar). Jekk dan hu l-każ, il-ħtieġa u l-proporzjonalità ta' din is-setgħa għandhom ikunu ġustifikati b'mod ċar u l-Proposta għandha teħtieġ ukoll mandat minn awtorità ġudizzjarja.

73.

Rigward l-irrapportar tal-abbuż tas-swieq suspettat, il-Proposta għandha tipprevedi espliċitament li kull dejta personali li tinsab f'dawn ir-rapporti għandha tintuża biss għall-finijiet li jkun investigat l-abbuż tas-swieq suspettat irrapportat. Sakemm abbuż tas-swieq suspettat ma wassalx għal investigazzjoni speċifika u l-investigazzjoni għadha għaddejja (jew is-suspett kien ippruvat li għandu bażi u wassal għal investigazzjoni b'suċċess), id-dejta personali kollha relatata mal-abbuż tas-swieq suspettat rapportat għandha titħassar mir-reġistrazzjonijiet tar-riċevituri kollha wara li jiskadi l-perjodu speċifikat (sakemm mhux ġustifikat mod ieħor, l-aktar tard sentejn wara d-data tar-rapport). Barra dan, il-partijiet ta' skambju ta' informazzjoni għandhom ukoll jibagħtu lil xulxin aġġornament fil-każ li s-suspett jinsab li hu bla bażi u/jew l-investigazzjoni ngħalqet mingħajr ma ttieħed ebda azzjoni oħra.

74.

Rigward it-trasferimenti tad-dejta personali lil pajjiżi terzi, il-Proposta għandha tiċċara li fil-prinċipju, it-trasferimenti jistgħu jsiru biss lil entitajiet jew individwi f'pajjiż terz li ma għandhomx protezzjoni xierqa jekk il-kontrollur iressaq provi li hemm salvagwardji adegwati rigward il-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi u rigward l-eżerċizzju tad-drittijiet korrispondenti.

75.

L-ACER għandu jissottometti lill-KEPD, għal kontroll minn qabel, l-attivitajiet tal-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu rigward il-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament propost.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2011.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31 (minn hawn 'il quddiem, “id-Direttiva 95/46/KE”).

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1 (minn hawn 'il quddiem, “ir-Regolament (KE) Nru 45/2001”.).

(3)  KUMM(2010) 726 finali.

(4)  L-ACER hi korp tal-Unjoni Ewropea stabbilit fl-2010. Il-missjoni tagħha hi li tassisti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-enerġija biex jeżerċitaw, fil-livell tal-UE, il-kompiti regolatorji li huma jwettqu fl-Istati Membri u, fejn meħtieġ, li jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom.

(5)  Id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq), ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.

(6)  Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.

(7)  Għal aktar dwar il-kuntest usa' ta' proposti leġiżlattivi relatati, ara l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-proposta għal Regolament tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet, maħruġa fid-19 ta' April 2011; b'mod partikolari il-paragrafi 4, 5, u 17-20.

(8)  Ara l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(9)  Ara l-Artikoli 6(1)(c) u 7(c) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 4(1)(c) u 5(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(10)  L-Artikolu 9(1) tal-Proposta – li jirreferi għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 – jissuġġerixxi li dan jista' jkun il-każ, iżda ma jipprovdix aktar dettalji. Ara aktar dwar dan fit-Taqsima II.2 ta' din l-Opinjoni.

(11)  Ara t-Taqsima 7 tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni – “Approċċ komprensiv dwar il-protezzjoni tad-data personali fl-Unjoni Ewropea”, maħruġa fl-14 ta' Jannar 2011 (http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Opinions/2011/11-01-14_Personal_Data_Protection_EN.pdf).

(12)  Ara t-Taqsima 6.3 tal-Opinjoni tal-KEPD tal-14 ta' Jannar 2011 imsemmija hawn fuq.

(13)  Sentenza tal-QĠE tad-9 ta' Novembru 2010, Kawżi C-92/09 u C-93/09 (Schecke u Eifert); ara, b'mod partikolari, il-punti 81, 65 u 86.

(14)  Hu importanti li jkun innotat li r-Regolament propost ma jagħtix setgħat investigattivi simili lill-ACER. Fir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi Ewropej, ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1 ma humiex previsti setgħat bħal dawn.

(15)  Ara, pereżempju, is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f'Funke v Franza (Każ Nru 82/1991/334/407), 25 ta' Frar 1993, il-paragrafi 55 sa 57.

(16)  Ara l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Kwadru), ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 29 p. 349-366.

(17)  Ara l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 29 p. 514-524.

(18)  L-ESMA hi Awtorità indipendenti tal-UE li tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni Ewropea billi tiżgura l-integrità, it-trasparenza, l-effiċjenza u l-funzjonament fl-ordni tas-swieq tat-titoli, kif ukoll issaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri.

(19)  Ara l-Artikolu 6(1)(b) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

(20)  Bħala eżempju, il-KEPD isemmi f'dan il-kuntest is-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-każ S and Marper v ir-Renju Unit (2008) (4 ta' Diċembru, 2008) (Nri tal-applikazzjoni 30562/04 u 30566/04), li skontha ż-żamma għat-tul tad-dejta ta' persuni mhux ikkundannati għal reat kriminali kienet ksur tad-dritt tagħhom għall-privatezza taħt l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

(21)  Fejn suspett ikun ippruvat li għandu bażi u jwassal għal investigazzjoni b'suċċess, il-Proposta għandha tistabbilixxi perjodu ta' żamma wara li tkun ingħalqet l-investigazzjoni li jkun speċifiku iżda mhux eċċessiv.

(22)  Din l-informazzjoni għandha tingħata lis-suġġett tad-dejta kkonċernat.

(23)  Għandu jkun innotat li l-ipproċessar tad-dejta mwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali jista' wkoll ikun soġġett għal kontroll minn qabel mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali għall-protezzjoni tad-dejta taħt il-liġijiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta adottati skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 95/46/KE.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/28


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6349 – Motherson/Cross Industries/Peguform/Wethje)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 279/04

Fis-16 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6349. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/28


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6218 – Ineos/Tessenderlo Group S-PVC Assets)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 279/05

Fis-26 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32011M6218. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/29


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Settembru 2011

2011/C 279/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3448

JPY

Yen Ġappuniż

102,59

DKK

Krona Daniża

7,4458

GBP

Lira Sterlina

0,87325

SEK

Krona Żvediża

9,2762

CHF

Frank Żvizzeru

1,2275

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

7,8270

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

24,878

HUF

Forint Ungeriż

293,06

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7093

PLN

Zloty Pollakk

4,4863

RON

Leu Rumen

4,3055

TRY

Lira Turka

2,4636

AUD

Dollaru Awstraljan

1,3691

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3894

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,4904

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7185

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7547

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 605,66

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

11,0754

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,6040

HRK

Kuna Kroata

7,4845

IDR

Rupiah Indoneżjan

12 246,50

MYR

Ringgit Malażjan

4,2744

PHP

Peso Filippin

58,919

RUB

Rouble Russu

43,2059

THB

Baht Tajlandiż

41,379

BRL

Real Brażiljan

2,4887

MXN

Peso Messikan

18,6738

INR

Rupi Indjan

66,6720


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/30


MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ

Sejħa għall-proposti – EACEA/21/11

Appoġġ għall-Iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni – Finzjoni (narrativa), Dokumentarji Kreattivi u Animazzjoni – Proġetti Waħdiena, Slate Funding u t-tieni fażi ta’ Slate Funding

2011/C 279/07

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ Sejħa għall-Proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Wieħed mill-għanijiet tal-programm huwa li jippromwovi, billi jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju, l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni maħsuba għas-swieq Ewropej u internazzjonali ppreżentati minn kumpaniji ta’ produzzjoni Ewropej indipendenti fil-kategoriji li ġejjin: id-drama, id-dokumentarji kreattivi u l-animazzjoni.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa maħsub għal kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet imsemmija fuq, u b’mod partikolari għal kumpaniji ta’ produzzjoni indipendenti.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

il-pajjiżi fiz-ZEE, l-Iżvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-attivitajiet ta’ żvilupp għax-xogħlijiet awdjoviżivi li ġejjin (ta’ darba jew sensiela) huma eliġibbli:

Proġetti ta’ drama maħsuba għal użu kummerċjali ta’ mhux inqas minn 50 minuta

Dokumentarji kreattivi maħsuba għal użu kummerċjali ta’ mhux inqas minn 25 minuta (it-tul ta’ ħin għal kull episodju f’każ ta’ sensiela)

Proġetti ta’ animazzjoni maħsuba għal użu kummerċjali ta’ mhux inqas minn 24 minuta

L-attivitajiet ta’ żvilupp u produzzjoni għall-kategoriji ta’ xogħol li ġejjin huma ineliġibbli:

irrekordjar ta’ xandiriet diretti, logħob fuq it-televiżjoni, programmi televiżivi ta’ diskussjoni, programmi televiżivi tal-ħajja reali jew programmi edukattivi, ta’ tagħlim u ta’ tagħrif;

dokumentarji li jippromwovu t-turiżmu, “kif isir…” (“making-of”), rapporti, rappurtaġġi dwar l-annimali, programmi tal-aħbarijiet u “docu-soaps”;

proġetti li jippromwovu, direttament jew indirettament, messaġġi li ma jaqblux mal-linji politiċi tal-Unjoni Ewropea. Per eżempju, proġetti li jistgħu jmorru kontra l-interessi tas-saħħa pubblika (alkoħol, tabakk, drogi), ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà tan-nies, il-libertà tal-espressjoni eċċ.;

proġetti li jippromwovu l-vjolenza u/jew ir-razziżmu u/jew li għandhom kontenut pornografiku;

xogħlijiet ta’ natura promozzjonali;

produzzjonijiet istituzzjonali li jippromwovu organizzazzjoni speċifika jew l-attivitajiet tagħha.

Is-Sejħa għall-Proposti 21/11 għandha żewġ dati tal-għeluq. Sabiex tiġi inkluża fl-ewwel data tal-għeluq, l-applikazzjoni għall-appoġġ għandha tintbagħat lill-Aġenzija bejn id-data tal-pubblikazzjoni tas-Sejħa għall-Proposti u l-25 ta’ Novembru 2011. Sabiex tiġi inkluża fit-tieni data tal-għeluq, l-applikazzjoni għall-appoġġ għandha tintbagħat lill-Aġenzija bejn is-26 ta’ Novembru 2011 u t-13 ta’ April 2012, id-data tal-għeluq tas-Sejħa għall-Proposti.

It-tul ta' żmien massimu tal-proġett huwa sat-30 ta' Ġunju 2014 għal talbiet għal appoġġ sottomessi fi żmien l-ewwel data tal-għeluq u sat-30 ta’ Novembru 2014 għal dawk it-talbiet sottomessi fi żmien it-tieni data tal-għeluq jew sad-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-proġett, skont liema waħda tkun l-aktar kmieni.

4.   Kriterji tal-għoti

Ser jiġu allokati l-punti minn total ta’ 100 abbażi tal-weighting li ġej:

Għal Proġett Waħdieni

Kriterji relatati mal-kumpanija applikanti (40 punt).

Il-kwalità tal-istrateġija tal-iżvilupp (10);

Il-konsistenza tal-baġit tal-iżvilupp (10);

Il-kwalità tal-istrateġija ta’ finanzjament (10);

Il-kwalità tal-istrateġija tad-distribuzzjoni (10)

Kriterji relatati mal-proġett sottomess (60 punt).

Il-kwalità tal-proġett (40);

Il-potenzjal għall-produzzjoni u l-fattibilità tal-proġett (10);

Il-potenzjal għad-distribuzzjoni Ewropea u Internazzjonali (10).

Għal Slate Funding u t-tieni fażi ta’ Slate Funding

Kriterji relatati mal-kumpanija applikanti (60 punt).

Il-kapaċità tal-kumpanija li tiżviluppa u tipproduċi fuq livell Ewropew (15-il punt għal Slate Funding – 30 punt għat-tieni fażi ta’ Slate Funding);

Il-kwalità tal-istrateġija tal-iżvilupp u l-konsistenza tal-baġit tal-iżvilupp (15-il punt għal Slate Funding – 10 punti għat-tieni fażi ta’ Slate Funding);

Il-kwalità tal-istrateġija tal-finanzjament (15-il punt għal Slate Funding – 10 punti għat-tieni fażi ta’ Slate Funding);

Il-kwalità tal-istrateġija tad-distribuzzjoni (15-il punt għal Slate Funding – 10 punti għat-tieni fażi ta’ Slate Funding)

Kriterji relatati mal-proġetti sottomessi (40 punt).

Il-kwalità tal-proġetti (10);

Il-potenzjal tat-tim kreattiv (10)

Il-potenzjal għall-produzzjoni u l-fattibilità tal-proġett (10);

Il-potenzjal għad-distribuzzjoni Ewropea u Internazzjonali (10).

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa ta’ EUR 17-il miljun. Il-kontribut finanzjarju mogħti huwa sussidju.

Il-kontribut finanzjarju massimu li jista’ jingħata għal Proġett Waħdieni huwa bejn EUR 10 000 u EUR 60 000 għajr għal animazzjonijiet b’tul ta’ silta qasira biex jintwera fit-teatru, li l-massimu għalihom huwa ta’ EUR 80 000. Il-kontribut finanzjarju mogħti fl-ebda każ mgħandu jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli sottomessi mill-produttur (60 % għal proġetti li juru interess fil-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea).

Il-kontribut finanzjarju massimu li jista’ jingħata għal Slate Funding u għat-tieni fażi ta’ Slate Funding huwa bejn EUR 70 000 u EUR 190 000. Il-kontribut finanzjarju mogħti fl-ebda każ mgħandu jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli sottomessi mill-produttur.

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tiddistribwix il-fondi kollha disponibbli.

6.   Data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzjia Eżekuttiva (EACEA) billi tintuża l-formola ta’ applikazzjoni online u billi tibgħat il-pakket tal-applikazzjoni stampata mhux aktar tard mill-25 ta’ Novembru 2011 u t-13 ta’ April 2012 (ara l-punt 3) fl-indirizz li ġej:

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) – MEDIA

Constantin DASKALAKIS

BOUR 3/30

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet sottomessi fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali, iffirmati mill-persuna awtorizzata biex tidħol f’impenji li huma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni li qed tapplika biss ikunu aċċettati.

Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew email mhux ser jiġu milqugħa.

7.   Dettalji kollha

It-test sħiħ tal-linji gwida flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jiġu kkonsultati fl-indirizz elettroniku li ġej: http://www.ec.europa.eu/media

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-linji gwida u jintbagħtu fuq il-formoli pprovduti.


23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/33


MEDIA 2007 – ŻVILUPP, DISTRIBUZZJONI, PROMOZZJONI U TAĦRIĠ

Sejħa għall-proposti – EACEA/22/11

Appoġġ għall-Iżvilupp ta' xogħolijiet interattivi fuq kull pjattaforma kemm online kif ukoll offline

2011/C 279/08

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ Sejħa għall-Proposti huwa bbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).

Wieħed mill-għanijiet tal-programm huwa li jippromwovi, billi jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju, l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni maħsuba għas-swieq Ewropej u internazzjonali ppreżentati minn kumpaniji ta’ produzzjoni Ewropej indipendenti.

2.   Applikanti eliġibbli

Dan l-avviż huwa maħsub għal kumpaniji Ewropej li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet imsemmija fuq, u b’mod partikolari għal kumpaniji ta’ produzzjoni indipendenti.

L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:

is-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea

il-pajjiżi fiż-ŻEE, l-Iżvizzera u l-Kroazja.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-attivitajiet għax-xogħlijiet interattivi li ġejjin huma eliġibbli:

Il-kunċett ta’ żvilupp (sal-ewwel applikazzjoni) ta’ kontenut interattiv diġitali li jikkumplimenta proġett awdjoviżiv (drama, dokumentrarju kreattiv jew animazzjoni) żviluppat speċifikatament għal mill-anqas waħda mill-pjattaformi li ġejjin:

Internet

PC

konsowl

apparat li joqgħod fl-id

televiżjoni interattiv

Dan il-kontenut diġitali għandu jippreżenta:

interattività sostanzjali b’komponent narrattiv

originalità, kreatività u innovazzjoni kontra xogħolijiet eżistenti

potenzjal ta’ kummerċ Ewropew

It-tipi ta’ proġett awdjoviżiv li ġejjin biss intiżi għall-esplojtazzjoni kummerċjali jistgħu jiġu kkumplimentati mix-xogħol interattiv sottomess:

drama ta’ mill-anqas 50 minuta (it-tul sħiħ tas-serje fil-każ ta’ serje);

dokumentarju kreattiv ta’ mill-anqas 25 minuta (tul ta’ kull episodju fil-każ ta’ serje);

animazzjoni ta’ mill-anqas 24 minuta (it-tul totali tas-serje fil-każ ta’ serje).

L-attivitajiet li ġejjin huma ineliġibbli:

L-attivitajiet ta’ żvilupp u produzzjoni għall-kategoriji ta’ xogħol li ġejjin huma ineliġibbli:

xogħlijiet ta’ referenza (enċiklopediji, atlasis, katalogi, databases …);

xogħlijiet li jgħallmu kif wieħed jagħmel xi ħaġa (“how-to” – programmi edukattivi, manwali …);

servizzi ta’ strumenti u softwer;

servizzi ta’ tagħrif jew dawk li huma speċifikament tranżattivi;

programmi u rivisti ta’ tagħrif;

proġetti li jippromwovu t-turiżmu;

proġetti ta’ arti bl-użu ta’ multimedia;

websajts li huma jew ġew maħluqa speċifikament għal pjattaformi soċjali, networking soċjali, internet forums, blogs jew attivitajiet simili;

proġetti li jippromwovu, direttament jew indirettament, messaġġi li ma jaqblux mal-linji politiċi tal-Unjoni Ewropea. Per eżempju, proġetti li jistgħu jmorru kontra l-interessi tas-saħħa pubblika (alkoħol, tabakk, drogi), ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà tan-nies, il-libertà tal-espressjoni eċċ. huma projbiti;

proġetti li jippromwovu l-vjolenza u/jew ir-razziżmu u/jew li għandhom kontenut pornografiku;

xogħlijiet ta’ natura promozzjonali (partikolarment kontenut b’ditta);

produzzjonijiet istituzzjonali li jippromwovu organizzazzjoni speċifika jew l-attivitajiet tagħha.

Is-Sejħa għall-Proposti 22/11 għandha żewġ dati tal-għeluq. Sabiex tiġi inkluża fl-ewwel data tal-għeluq, l-applikazzjoni għall-appoġġ għandha tintbagħat lill-Aġenzija bejn id-data tal-pubblikazzjoni tas-Sejħa għall-Proposti u s-25 ta’ Novembru 2011. Sabiex tiġi inkluża fit-tieni data tal-għeluq, l-applikazzjoni għall-appoġġ għandha tintbagħat lill-Aġenzija bejn it-26 ta’ Novembru 2011 u s-13 ta’ April 2012, id-data tal-għeluq tas-Sejħa għall-Proposti.

It-tul ta' żmien massimu tal-proġett huwa sat-30 ta' Ġunju 2014 għal talbiet għal appoġġ sottomessi fi żmien l-ewwel data tal-għeluq u sat-30 ta’ Novembru 2014 għal dawk it-talbiet sottomessi fi żmien it-tieni data tal-għeluq jew sad-data tal-bidu tal-produzzjoni tal-proġett, skont liema waħda tkun l-aktar kmieni.

4.   Il-Kriterji tal-għoti

Ser jiġu allokati l-punti minn total ta’ 100 abbażi tal-weighting li ġej:

Kriterji relatati mal-kumpanija applikanti (40 punt).

Il-kwalità tal-istrateġija tal-iżvilupp (10);

Il-konsistenza tal-baġit tal-iżvilupp (10);

Il-kapaċità tal-kumpanija biex tirnexxi fil-proġett (10);

Il-kwalità tal-istrateġija ta’ finanzjament (10)

Kriterji relatati mal-proġett sottomess (60 punt).

Il-kwalità tal-kontenut u l-oriġinalità tal-kunċett mqabbla ma’ xogħlijiet eżistenti (20);

Innovazzjoni, kemm huma xierqa t-tekniki wżati fix-xogħol u l-kwalità tal-interattività (20);

Potenzjal għall-esplojtazzjoni Ewropea u kemm ikun xieraq għall-udjenza fil-mira (20).

5.   Baġit

Il-baġit totali disponibbli huwa EUR 2,5 miljun. Il-kontribut finanzjarju jingħata bħala sussidju.

Il-kontribut finanzjarju massimu li jista’ jingħata huwa bejn EUR 10 000 u EUR 150 000.

Il-kontribut finanzjarju mogħti fl-ebda każ mgħandu jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli sottomessi mill-produttur (60 % għal proġetti li juru interess fil-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea).

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tiddistribwix il-fondi kollha disponibbli.

6.   Data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-Aġenzjia Eżekuttiva (EACEA) billi tintuża l-formola ta’ applikazzjoni online u billi tibgħat il-pakkett tal-applikazzjoni stampata mhux aktar tard mill-25 ta’ Novembru 2011 u t-13 ta’ April 2012 (ara l-punt 3) fl-indirizz li ġej:

L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) – MEDIA

Constantin DASKALAKIS

BOUR 3/30

Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1

1140 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

L-applikazzjonijiet sottomessi fuq il-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali, iffirmati mill-persuna awtorizzata biex tidħol f’impenji li huma legalment vinkolanti f’isem l-organizzazzjoni li qed tapplika biss ikunu aċċettati.

Applikazzjonijiet mibgħuta b’fax jew email mhux ser jiġu milqugħa.

7.   Dettalji kollha

It-test sħiħ tal-linji gwida flimkien mal-formoli tal-applikazzjoni, jistgħu jiġu kkonsultati fl-indirizz elettroniku li ġej:

http://ec.europa.eu/media

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-linji gwida u jintbagħtu fuq il-formoli pprovduti.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/36


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6348 – Arla Foods/Allgäuland)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 279/09

1.

Fil-15 ta’ Settembru 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Hansa-Milch AG (“Hansa”, il-Ġermanja) li tappartjeni għal Arla Foods Amba (“Arla”, id-Danimarka) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Allgäuland-Käsereien GmbH u AL Dienstleistungs-GmbH (flimkien msejħa bħala “Allgäuland”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Arla hija kooperattiva tal-ħalib li s-sidien tagħha huma raħħala. Il-kumpanija hija attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' diversi prodotti tal-ħalib. Fil-Ġermanja Arla hija attiva prinċipalment permezz tas-sussidjarja tagħha Hansa,

Allgäuland hija kooperattiva tal-ħalib u tipproduċi diversi ġobnijiet ta' kwalità kif ukoll prodotti tal-ħalib oħra, prinċipalment fil-Ġermanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6348 – Arla Foods/Allgäuland, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


23.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/37


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6392 – Gores/Mexx)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 279/10

1.

Fil-15 ta’ Settembru 2011 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li bih Gores Group LLC (“Gores”, l-Istati Uniti) jikseb kontroll uniku fuq Mexx European Holding BV (“Mexx”, il-Pajjiżi l-Baxxi), fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Gores: investitur ta' ekwità privata fis-setturi tat-teknoloġija, tat-telekomunikazzjonijiet, tas-servizzi tan-negozju, tal-ħwejjeġ u f'dawk industrijali, primarjament fl-Istati Uniti u fl-Ewropa tal-Punent,

għal Mexx: bejgħ bl-imnut ta' ħwejjeġ, bejgħ bl-imnut ta' żraben u aċċessorji u bejgħ bl-ingrossa ta' ħwejjeġ u żraben fl-Ewropa u fl-Amerika ta' Fuq.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6392 – Gores/Mexx, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).