ISSN 1725-5198

doi:10.3000/17255198.C_2011.238.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 238

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 54
13 ta' Awwissu 2011


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2011/C 238/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 232, 6.8.2011

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2011/C 238/02

Kawża C-97/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Palermo fit-28 ta’ Frar 2011 — Amia Spa, fi stralċ vs Provincia Regionale di Palermo

2

2011/C 238/03

Kawża C-104/11 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2011 minn Stichting Nederlandse Publieke Omroep, preċedentement Nederlandse Omroep Stichting (NOS), mis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fil-Kawża magħquda T-231/06 u T-237/06, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (T-231/06) u Nederlandse Omroep Stichting (T-237/06) vs Il-Kummissjoni Ewropea

2

2011/C 238/04

Kawża C-105/11 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2011 mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kontra s-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fil-Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (T-231/06) u Nederlandse Omroep Stichting (NOS) (T-237/06) vs Il-Kummissjoni Ewropea

3

2011/C 238/05

Kawża C-113/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Ragusa (l-Italja) fis-7 ta’ Marzu 2011 — Proċeduri kriminali kontra Mohamed Ali Cherni

4

2011/C 238/06

Kawża C-236/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

4

2011/C 238/07

Kawża C-251/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Rennes (Franza) fit-23 ta’ Mejju 2011 — Martial Huet vs Université de Bretagne occidentale

4

2011/C 238/08

Kawża C-257/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Mejju 2011 — SC Gran Via Moinești srl vs Agenția Naționala de Administrare Fiscala (ANAF), Administrația Finanțelor Publice București

4

2011/C 238/09

Kawża C-261/11: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

5

2011/C 238/10

Kawża C-276/11 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2011 minn Viega GmbH & Co. KG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-375/06, Viega GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

5

2011/C 238/11

Kawża C-280/11 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2011 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-22 ta’ Marzu 2011 mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-Kawża T-233/09, Access Info Europe vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

6

2011/C 238/12

Kawża C-284/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven Administrativen Sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Ġunju 2011 — EMS-Bulgaria TRANSPORT Ltd vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto grad Plovdiv, pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

7

2011/C 238/13

Kawża C-285/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad (Varna, il-Bulgarija fis-8 ta’ Ġunju 2011 — BONIK EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia po prihodite, Varna (Direttur tad-Direttorat Appelli u ġestjoni tal-eżekuzzjoni Varna fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa, Varna)

8

2011/C 238/14

Kawża C-286/11 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2011 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-382/06, Tomkins plc vs Il-Kummissjoni Ewropea

9

2011/C 238/15

Kawża C-287/11 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2011 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-385/06, Aalberts Industries NV, Comap SA, li kienet Aquatis France SAS, Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

10

2011/C 238/16

Kawża C-297/11: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

11

2011/C 238/17

Kawża C-306/11 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2011 minn XXXLutz Marken GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-54/09 — XXXLLutz Marken GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); parti oħra fil-proċeduri: Natura Selection S.L.

12

2011/C 238/18

Kawża C-314/11 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2011 mill-Kummissjoni Ewropea kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ April 2011 fil-Kawża T-320/09, Planet AE vs Il-Kummissjoni

12

 

Il-Qorti Ġenerali

2011/C 238/19

Kawża T-161/04: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2011 — Valero Jordana vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni ġenerali u deċiżjonijiet individwali dwar il-ħatra ta’ uffiċjali — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-bniedem — Protezzjoni ta’ data ta’ natura personali — Regolament (KE) Nru 45/2001)

14

2011/C 238/20

Kawża T-283/08 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2011 — Longinidis vs Cedefop (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien indeterminat — Tkeċċija — Motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża)

14

2011/C 238/21

Kawża T-436/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Imagion vs UASI (DYNAMIC HD) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DYNAMIC HD — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu — Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

15

2011/C 238/22

Kawża T-258/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2011 — i-content vs UASI (BETWIN) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BETWIN — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trattament ugwali — Artikolu 49 KE)

15

2011/C 238/23

Kawża T-318/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2011 — Audi u Volkswagen vs UASI (TDI) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali TDI — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(1)(ċ) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 75 u Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

15

2011/C 238/24

Kawża T-235/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2011 — Timehouse vs UASI (Forma ta’ arloġġ bit-truf ippizzjati) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali — Forma ta’ arloġġ bit-truf ippizzjati — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

16

2011/C 238/25

Kawża T-343/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2011 — Amecke Fruchtsaft vs UASI — Uhse (69 Sex up) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

16

2011/C 238/26

Kawża T-409/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali — Preskrizzjoni — Terminu ta’ distanza — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

16

2011/C 238/27

Kawża T-452/09 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2011 — Rosenbaum vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Klassifikazzjoni fi grad waqt ir-reklutaġġ — Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali tal-persuna kkonċernata — Artikolu 31 tar-Regolamenti tal-Persunal — Obbligu ta’ motivazzjoni)

16

2011/C 238/28

Kawża T-12/10 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rimbors ta’ spejjeż — Nota tal-Kummissjoni li tinforma lir-rikorrent bl-intenzjoni tagħha li tagħmel tnaqqis mill-allowance ta’ diżabbiltà tiegħu — Nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

17

2011/C 238/29

Kawża T-125/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2011 — Amecke Fruchtsaft vs UASI — Uhse (69 Sex up) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Ċessjoni tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

17

2011/C 238/30

Kawża T-256/10 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Trasferiment tal-effetti personali — Rifjut impliċitu u espliċitu tat-talbiet tal-appellant — Obbligu ta’ motivazzjoni — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

17

2011/C 238/31

Kawża T-160/10: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2011 — J vs Il-Parlament

18

2011/C 238/32

Kawża T-231/11: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2011 — Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, blu ċar, blu skur, okra u beġ)

18

2011/C 238/33

Kawża T-247/11: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2011 — FairWild Foundation vs UASI — Wild (FAIRWILD)

18

2011/C 238/34

Kawża T-263/11: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — Bopp vs UASI (Ottagonu b’bordura ħadra)

19

2011/C 238/35

Kawża T-277/11: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2011 — Hotel Reservation Service Robert Ragge vs UASI — Promotora Imperial (iHotel)

19

2011/C 238/36

Kawża T-280/11: Rikors ippreżentat fil-31 ta' Mejju 2011 — Ewald vs UASI — Kin Cosmetics (Keen)

20

2011/C 238/37

Kawża T-281/11 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2011 minn Diego Canga Fano kontra s-sentenza mogħtija fl-24 ta’ Marzu 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-104/09, Canga Fano vs Il-Kunsill

20

2011/C 238/38

Kawża T-285/11: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2011 — Gooré vs Il-Kunsill

21

2011/C 238/39

Kawża T-287/11: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2011 — Heitkamp BauHolding vs Il-Kummissjoni

21

2011/C 238/40

Kawża T-289/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2011 — Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni

22

2011/C 238/41

Kawża T-290/11: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2011 — Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni

22

2011/C 238/42

Kawża T-292/11: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Cemex et vs Il-Kummissjoni

23

2011/C 238/43

Kawża T-293/11: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Holcim (il-Ġermanja) u Holcim vs Il-Kummissjoni

24

2011/C 238/44

Kawża T-294/11: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

25

2011/C 238/45

Kawża T-295/11: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Duscholux Ibérica vs UASI — Duschprodukter i Skandinavien (duschy)

26

2011/C 238/46

Kawża T-296/11: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2011 — Cementos Portland Valderrivas vs Il-Kummissjoni

26

2011/C 238/47

Kawża T-298/11: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2011 — Ghost Brand vs UASI — Procter & Gamble International Operations (GHOST)

27

2011/C 238/48

Kawża T-300/110: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2011 — Otto vs UASI — Nalsani (TOTTO)

27

2011/C 238/49

Kawża T-302/11: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2011 — HeidelbergCement vs Il-Kummissjoni

28

2011/C 238/50

Kawża T-303/11: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2011 — Leopardi Dittajuti vs UASI — Llopart Vilarós (CONTE LEOPARDI DITTAJUTI)

29

2011/C 238/51

Kawża T-306/11: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2011 — Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni

29

2011/C 238/52

Kawża T-308/11: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2011 — Eurallumina vs Il-Kummissjoni

30

2011/C 238/53

Kawża T-312/11: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2011 — Süd-Chemie vs UASI — BYK-Cera (CERATIX)

32

2011/C 238/54

Kawża T-313/11: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2011 — Günter Heede vs UASI (Matrix-Energetics)

32

2011/C 238/55

Kawża T-314/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Fortress Participations vs UASI — Fortress Investment Group and Fortress Investment Group (UK) (FORTRESS)

32

2011/C 238/56

Kawża T-315/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Fortress Participations vs UASI — Fortress Investment Group u Fortress Investment Group (UK) (FORTRESS)

33

2011/C 238/57

Kawża T-321/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2011 — Morelli vs UASI Associazione Nazionale Circolo del Popolo della Libertà (PARTITO DELLA LIBERTA')

33

2011/C 238/58

Kawża T-322/11: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2011 — Morelli vs UASI — Brambilla (Partito della Libertà)

34

2011/C 238/59

Kawża T-330/11: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2011 — MasterCard et vs Il-Kummissjoni

34

2011/C 238/60

Kawża T-331/11: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2011 — Besselink vs Il-Kunsill

35

2011/C 238/61

Kawża T-522/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2011 — Gemmi Furs vs UASI — Lemmi-Fashion (GEMMI)

35

2011/C 238/62

Kawża T-484/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2011 — Gas Natural Fenosa SDG vs Il-Kummissjoni

36

2011/C 238/63

Kawża T-486/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2011 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni

36

2011/C 238/64

Kawża T-490/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2011 — Endesa u Endesa Generación vs Il-Kummissjoni

36

2011/C 238/65

Kawża T-14/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2011 — Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni

36

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2011/C 238/66

Kawża F-14/11: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2011 — Strohm vs Il-Kummissjoni

37

 

Rettifika

2011/C 238/67

Rettifika għall-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-242/11 (ĠU C 211, 16.7.2011, p. 27)

38

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/1


2011/C 238/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 232, 6.8.2011

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 226, 30.7.2011

ĠU C 219, 23.7.2011

ĠU C 211, 16.7.2011

ĠU C 204, 9.7.2011

ĠU C 194, 2.7.2011

ĠU C 186, 25.6.2011

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Palermo fit-28 ta’ Frar 2011 — Amia Spa, fi stralċ vs Provincia Regionale di Palermo

(Kawża C-97/11)

2011/C 238/02

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Palermo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Amia Spa, fi stralċ

Konvenuta: Provincia Regionale di Palermo

Domanda preliminari

Fid-dawl tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-172/08 (1), huwa possibbli li tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-paragrafi 26 u 31 tal-Artikolu 3 tal-Liġi Nru 549, tat-28 ta’ Diċembru 1995, billi dawn imorru kontra l-Artikolu 10 tad-Direttiva 1999/31/KE (2), kif ukoll li tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-paragrafi 26 u 31 tal-Artikolu 3 tal-Liġi Nru 549, tat-28 ta’ Diċembru 1995, billi dawn imorru kontra l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva 2000/35/KE (3)?


(1)  Sentenza tal-25 ta’ Frar 2010, Pontina Ambiente (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/2


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2011 minn Stichting Nederlandse Publieke Omroep, preċedentement Nederlandse Omroep Stichting (NOS), mis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fil-Kawża magħquda T-231/06 u T-237/06, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (T-231/06) u Nederlandse Omroep Stichting (T-237/06) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-104/11 P)

2011/C 238/03

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Stichting Nederlandse Publieke Omroep, preċedentement Stichting Nederlandse Omroep Stichting (NOS) (rappreżentant: J.J. Feenstra, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06;

peress li l-kawża hija fi stat li tiġi deċiża, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/136/KE (1), tat-22 ta’ Ġunju 2006, dwar il-finanzjament ad hoc tax-xandara tas-servizz pubbliku Olandiż; u

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż fl-ewwel istanza u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

 

L-ewwel aggravju: ksur tal-Artikoli 107, 108 u 296 tat-TFUE billi l-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat u abbażi ta’ motivazzjoni insuffiċjenti, ikkunsidrat il-fondi li ġejjin mill-FOR  (2) u l-ħlas lura lill-NPO  (3), mill-entitajiet differenti ta’ xandara Olandiżi, ta’ ċerti riżervi ta’ kontinġenza bħala forma ta’ għotja ta’ għajnuna ġdida.

Il-Qorti interpretat u applikat b’mod żbaljat il-kunċetti ta’ għajnuna, ta’ għajnuna eżistenti u ta’ għajnuna ġdida skont it-tifsira tal-Artikoli 107 et seq. tat-TFUE billi kkonstatat id-disponibbiltà ta’ fondi mill-FOR u l-ħlas lura lill-NPO, mid-diversi entitajiet tax-xandara Olandiżi, ta’ ċerti riżervi stabbiliti, iridu jiġu kkwalifikati bħala għotja ta’ għajnuna ġdida, mingħajr ma tat motivazzjoni biżżejjed għal din il-konklużjoni;

 

It-tieni aggravju: ksur tad-drittijiet tad-difiża

Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ dritt tad-difiża stabbilit fid-dritt tal-UE, u l-proċedura taħt l-Artikolu 108(2) TFUE u r-Regolament (KE) Nru 659/1999 (4), li ċaħdet b’mod żbaljat u fuq il-bażi ta’ motivazzjoni mhux eżatta u mhux suffiċjenti, it-talba għar-rispett tad-drittijiet tad-difiża magħmula mir-rikorrenti u inkunsiderazzjoni tal-fatt li d-drittijiet tad-difiża tal-NPO ma kinux miksura.


(1)  ĠU L 49, p. 1.

(2)  Ndt: Fonds Omroep Reserve (Fondi ta’ Riżerva għax-Xandir).

(3)  Ndt: Nederlandse Publieke Omroep (Servizz Pubbliku tax-Xandir Olandiż).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339)


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/3


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2011 mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi kontra s-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2010 mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fil-Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (T-231/06) u Nederlandse Omroep Stichting (NOS) (T-237/06) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-105/11 P)

2011/C 238/04

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels u M. Noort, aġenti)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea, Stichting Nederlandse Publieke Omroep, li qabel kienet Nederlandse Omroep Stichting (NOS)

Talbiet tal-appellant

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawżi magħquda T-231/06 u T-237/06;

tiddeċiedi hija stess dwar din il-kawża billi tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/136/KE (1), tat-22 ta’ Ġunju 2006, sa fejn fiha din ikkonstatat li ammont ta’ EUR 42 457 miljun għandu jiġi kklassifikat bħala għajnuna ġdida u għandu jiġi rkuprat bħala parti minn somma totali ta’ EUR 76 327 miljun (flimkien mal-interessi);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Bl-aggravju tiegħu, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni peress li din adottat interpretazzjoni mhux eżatta tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 107(1) TFUE, 108(1) u (3) TFUE u 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (2) u peress li l-Qorti Ġenerali ma mmotivatx, jew ma mmotivatx biżżejjed, l-evalwazzjonijiet tagħha.

L-aggravju jikkonsisti fil-partijiet segwenti:

(1)

sabiex tiddeċiedi li t-trasferiment jikkostitwixxi għajnuna ġdida, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq il-fatt li l-Artikolu 109a tal-liġi dwar il-medja ġie introdott fiha wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat;

(2)

sabiex tiddeċiedi li t-trasferiment jikkostitwixxi għajnuna ġdida, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq il-kriterju li din l-għajnuna tirrispondi għal “bżonnijiet preċiżi” (tax-xandar pubbliku);

(3)

sabiex tiddeċiedi li t-trasferiment jikkostitwixxi għajnuna ġdida, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq il-kunsiderazzjoni li x-xandar pubbliku b’hekk ibbenefika minn kumpens żejjed (kumplimentari). L-ammont ta’ eventwali kumpens żejjed ma huwiex determinanti sabiex tingħata risposta għall-kwistjoni dwar jekk it-trasferiment jikkostitwixxix għajnuna ġdida. F’kull każ, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma ġietx immotivata biżżejjed;

(4)

il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li, sabiex tirrispondi għall-kwistjoni jekk it-trasferiment jikkostitwix għajnuna ġdida, is-sors tat-trasferiment huwa irrilevanti. B’hekk, il-Qorti Ġenerali tinjora d-distinzjoni bejn għajnuna ġdida u eżistenti. F’kull każ, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma ġietx immotivata biżżejjed;

(5)

il-Qorti Ġenerali ddeċidiet mingħajr motivazzjoni suffiċjenti li ma huwiex ammissibbli li r-riżervi ttrasferiti jipprovjenu mill-finanzjament annwali tax-xandir pubbliku u għalhekk minn għajnuna eżistenti;

(6)

il-Qorti Ġenerali ddeċidiet mingħajr motivazzjoni suffiċjenti li l-mezzi ttrasferiti jipprovjenu minn finanzjamenti ad hoc u konsegwentement jikkostitwixxu għajnuna ġdida;

(7)

anki kieku l-motivi tal-Qorti Ġenerali kkritikati iktar ’il fuq għandhom jinqraw flimkien, ma jistgħux jiġġustifikaw il-konklużjoni li t-trasferiment jikkostitwixxi għajnuna ġdida.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2006 dwar il-finanzjament ad hoc tax-xandara tas-servizz pubbliku Olandiż — Għajnuna tal-Istat C 2/2004 (ex NN 170/2003) (ĠU L 49, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill, tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339)


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Ragusa (l-Italja) fis-7 ta’ Marzu 2011 — Proċeduri kriminali kontra Mohamed Ali Cherni

(Kawża C-113/11)

2011/C 238/05

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Ragusa

Parti fil-kawża prinċipali

Mohamed Ali Cherni

Permezz ta’ digriet tas-26 ta’ Mejju 2011 il-Qorti tal-Ġustizzja ordnat it-tħassir tal-kawża.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/4


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-236/11)

2011/C 238/06

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Soulay u D. Recchia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstatata li, meta applikat l-iskema speċjali maħsuba għall-aġenziji tal-ivvjaġġar anki meta s-servizz tal-ivvjaġġar inbigħ lil persuna li ma hijiex il-vjaġġatur, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KEE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-applikazzjoni li saret mir-Repubblika Taljana tal-iskema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar, peress li ma hijiex limitata għas-servizzi pprovduti għall-vjaġġaturi, kif stabbilit mid-direttiva, iżda testendi wkoll għat-tranżazzjonijiet magħmula bejn l-aġenziji tal-ivvjaġġar, tikser id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni dwar il-VAT.


(1)  ĠU L 347, p. 1


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Rennes (Franza) fit-23 ta’ Mejju 2011 — Martial Huet vs Université de Bretagne occidentale

(Kawża C-251/11)

2011/C 238/07

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Rennes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Martial Huet

Konvenuta: Université de Bretagne occidentale

Domanda preliminari

Fil-każ fejn l-Istat jiddeċiedi li jġedded il-ħatra ta’ membru tal-persunal li kien irreklutat għal perijodu ta’ sitt snin b’kuntratt għal żmien determinat, l-obbligu li jintuża kuntratt għal żmien indeterminat previst fl-Artikolu 13 tal-Liġi tas-26 ta’ Lulju 2005 jimplika neċessarjament, fir-rigward tal-għanijiet tad-Direttiva Nru 1999/70 tat-28 ta’ Ġunju 1999 (1), ir-riproduzzjoni b’mod identiku fil-kuntratt il-ġdid tal-klawżoli prinċipali inklużi fl-aħħar kuntratt li ġie konkluż, b’mod partikolari dawk relatati mad-denominazzjoni tal-kariga u mar-remunerazzjoni?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368)


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Mejju 2011 — SC Gran Via Moinești srl vs Agenția Naționala de Administrare Fiscala (ANAF), Administrația Finanțelor Publice București

(Kawża C-257/11)

2011/C 238/08

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București (Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Gran Via Moinești srl.

Konvenuti: Agenția Naționala de Administrare Fiscala (ANAF, Aġenzija Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Fiskali) u Administrația Finanțelor Publice București (Amministrazzjoni tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Bukarest).

Domandi preliminari

(1)

Ix-xiri, minn kumpannija kummerċjali suġġetta għall-VAT, ta’ bini bl-intenzjoni li jitwaqqa’ flimkien mal-art fejn hu mibni, sabiex l-imsemmija art titqassam fi plotts, jista’ jirrappreżenta attività preparatorja, jiġifieri spiża ta’ investiment għall-bini ta’ kumpless residenzjali, b’mod li tagħti d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT relatata max-xiri ta’ dan il-bini, fid-dawl tal-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?

(2)

It-twaqqigħ tal-bini intiż għat-twaqqigħ, mixtri flimkien mal-art li huwa mibni fuqha, sabiex jinbena kumpless residenzjali fuq l-imsemmija art, huwa suġġett għall-aġġustament tal-VAT relatata max-xiri ta’ dan il-bini, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/5


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-261/11)

2011/C 238/09

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, N. Fenger, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka

Talbiet

tiddikjara li, billi adotta u żamm fis-seħħ leġiżlazzjoni dwar intaxxar immedjat fuq il-ħruġ ta’ trasferimenti ta’ assi ta’ kumpannija fi Stat Membru ieħor mingħajr intaxxar fuq trasferimenti simili ta’ assi fi ħdan it-territorju Daniż, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 31 tal-Ftehim ŻEE.

tikkundanna lir-Renju tad-Danimarka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont il-leġiżlazzjoni rilevanti Daniża, it-trasferiment ta’ assi ta’ kumpannija sabiex jintużaw barra mid-Danimarka huwa kkunsidrat bħala bejgħ u konsegwentement huwa ntaxxat, filwaqt li l-attivitajiet ta’ kumpannija ġewwa t-territorju ta’ Stat jiġu kkunsidrati li ntemmu meta l-assi effettivament jinbiegħu. Għaldaqstant, minn naħa, kumpannija li tittrasferixxi assi bejn diversi ċentri ta’ attività li jinsabu ġewwa d-Danimarka ma hijiex taxxabbli fuq il-valur ta’ tali assi marbuta mat-trasferiment. Min-naħa l-oħra, fil-każ fejn l-istess kumpannija tittrasferixxi assi lejn ċentru ta’ attività li huwa stabbilit barra mid-Danimarka, hija tiġi ntaxxata fuq il-valur bħallikieku kien sar bejgħ.

Fil-fehma tal-Kummissjoni, tali differenza fit-trattament tikkostitwixxi ostakolu għal-libertà ta’ stabbiliment li huwa inkompatibbli mal-Artikolu 49 TFUE. Il-Kummissjoni ma tikkontestax il-fatt li l-Istati Membri jimponu taxxa fuq il-qligħ kapitali akkumulat minn kumpannija meta hija stabbilita fid-Danimarka. Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-fatti li jwasslu għal obbligi ta’ taxxa għandhom ikunu l-istess — b’mod partikolari t-twettiq ta’ assi jew kwalunkwe fattur li jirriżulta fl-aġġustament taż-żieda — kemm jekk l-assi inkwistjoni jiġu ttrasferiti barra mit-territorju tad-Danimarka kemm jekk jibqgħu ġewwa d-Danimarka.

Skont il-Kummissjoni ma hemm ebda ġustifikazzjoni għall-irkupru immedjat ta’ qligħ kapitali mhux imwettaq meta jsir trasferiment ta’ assi mid-Danimarka lejn Stat Membru ieħor, fejn tali ntaxxar ma jeżistix f’sitwazzjonijiet nazzjonali paragunabbli. F’dan il-kuntest, ir-Renju tad-Danimarka jista’, pereżempju, jiddetermina l-valur tal-qligħ kapitali mhux imwettaq li fir-rigward tiegħu beħsiebu jħaddan il-ġurisdizzjoni fiskali tiegħu, sakemm dan la jimplika l-ħlas immedjat ta’ taxxa u lanqas rekwiżiti oħra relatati mad-differiment tal-ħlas tiegħu.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/5


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2011 minn Viega GmbH & Co. KG kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-375/06, Viega GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-276/11 P)

2011/C 238/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Viega GmbH & Co. KG (rappreżentanti: J. Burrichter, T. Mäger u M. Röhrig, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata sa fejn tikkawża preġudizzju lill-appellanti,

tannulla, f’dak li jirrigwarda l-appellanti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121 — Attrezzaturi)

sussidjarjament , tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fuq l-appellanti fl-Artikolu 2(j) ta’ din id-deċiżjoni,

sussidjarjament , għat-talbiet fil-paragrafi 1 u 2, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tieħu deċiżjoni,

tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż kollha relatati mal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

Dan l-appell huwa dirett kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, li tiċħad ir-rikors ippreżentat mill-appellanti kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F-1/38.121- Attrezzaturi).

L-appellanti tibbaża dan l-appell fuq l-aggravji li ġejjin.

Il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt għal smigħ tal-appellanti, il-prinċipji li jirregolaw l-amministrazzjoni tal-prova u l-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni mogħtija. Sabiex turi l-parteċipazzjoni tal-appellanti fl-akkordju, is-sentenza appellata hija prinċipalment ibbażata fuq in-noti miktuba ta’ xhud wieħed u fuq talba għal klemenza, mingħajr ma ssir ebda referenza għall-argumenti tal-appellanti fir-rigward ta’ dawn id-dokumenti. L-appellanti speċifikament qiegħdet fid-dubju l-eżattezza ta’ dawn id-dokumenti (ix-xhud ma pparteċipax għal-laqgħat fil-Ġermanja u ma jitkellimx bil-Ġermaniż).

Il-Qorti Ġenerali kellha tordna l-kumpilazzjoni tal-provi dwar l-eżattezza tan-noti tax-xhud u t-talba għal klemenza. Billi użat dawn in-noti u t-talba għal klemenza bħala prova mingħajr ma vverifikat l-eżattezza tagħhom, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipji li jirregolaw l-amministrazzjoni tal-prova.

Is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 81(1) KE billi l-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-appellanti kienet ipparteċipat, fit-30 ta’ April 1999, f’laqgħa “ta’ natura antikompetittiva”. Barra minn hekk, is-sentenza appellata tikser ukoll l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1/2003 billi l-parteċipazzjoni f’din il-laqgħa ġiet kkunsidrata fil-kuntest tal-ifissar tal-ammont tal-multa. Fir-rigward ta’ din il-laqgħa, il-Qorti Ġenerali sempliċement ikkonstatat li l-provi biss huma “pjuttost” referenza għal natura antikompetittiva milli għal natura konformi mar-regoli tal-kompetizzjoni. Il-Qorti Ġenerali għalhekk kisret il-kriterju ta’ evalwazzjoni tal-provi li stabbilixxiet għaliha stess, li jirrikjedi li l-ksur ikun ipprovat b’mod ċert u inekwivoku.

Il-konstatazzjoni tan-natura antikompetittiva tal-laqgħa tat-30 ta’ April 1999 teffettwa l-ammont tal-multa imposta. It-teħid inkunsiderazzjoni ta’ din il-laqgħa sservi bħala prova tal-parteċipazzjoni tal-appellanti f’akkordju dwar l-attrezzaturi b’furċella. Id-dħul mill-bejgħ tal-apppellanti fis-settur tal-attrezzaturi b’furċella konsegwentement jiġu stabbiliti, fil-kuntest tal-iffissar tal-ammont bażiku għall-kalkolu tal-multa, ammont 11-il darba ogħla.

F’dak li jirrigwarda t-teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ dwar l-attrezzaturi b’furċella, is-sentenza tindika wkoll nuqqas ta’ motivazzjoni u tinkludi żbalji ta’ motivazzjoni. L-impożizzjoni ta’ multa ta’ iktar minn EUR 50 miljun fl-aħħar mill-aħħar hija sempliċement ibbażata, fuq il-punt 85 tas-sentenza appellata, fuq żewġ laqgħat li jirreferu għall-attrezzaturi b’furċella f’żewġ nofs sentenzi u kkonstatati rrispettivament minn kull evalwazzjoni tal-provi. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali tassumi li l-appellanti pparteċipaw f’akkordji antikompetittivi li jirrigwardaw attrezzaturi b’furċella fil-laqgħa tat-30 ta’ April 1999, meta tinnota wkoll li l-kompetituri ta’ din tal-aħħar kienu ddiskutew sa Ġunju 2000 dwar jekk kienx jaqbel li l-attrezzaturi b’furċella (li fir-rigward tagħhom l-appellanti kellha monopolju) kellhomx ikunu suġġetti għal akkordju.

Fl-aħħar nett, is-sentenza appellata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-Kummissjoni applikat, bl-approvazzjoni tal-Qorti Ġenerali, il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi: l-ewwel nett hija tiffissa ammont bażiku, billi tikkunsidra d-dħul mill-bejgħ ta’ attrezzatturi b’furċella minkejja, li skont il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali nnifisha, l-attrezzaturi b’furċella setgħu biss ġew effettwati minn akkordju antikompetittiv fl-2000 u fl-2001. Imbagħad iżżid bi 90 % l-ammont bażiku sabiex dan jirrifletti t-tul globali tal-allegata parteċipazzjoni fl-akkordju tal-appellanti (disa’ snin u tliet xhur). Għalhekk, jekk id-dħul mill-bejgħ dwar l-attrezzaturi b’furċella jkun serva bħala l-bażi għall-perijodu kollu u mhux għall-aħħar perijodu, ta’ sena u ta’ trimestru, li jkun iktar rilevanti, il-kalkolu tal-ammont tal-multa jkun jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/6


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2011 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-22 ta’ Marzu 2011 mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-Kawża T-233/09, Access Info Europe vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-280/11 P)

2011/C 238/11

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Europea (rappreżentanti: G. Maganza, B. Driessen, Cs. Fekete, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Access Info Europe, Ir-Repubblika Ellenika, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kunsill li jirrifjuta l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti mitluba

tagħti sentenza finali dwar il-kwistjonijiet li huma s-suġġett tal-appell

tikkundanna lir-rikorrenti fil-Kawża T-233/09 għall-ispejjeż tal-Kunsill li jirriżultaw minn din il-kawża u mill-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fil-bidu nett, il-Kunsill jixtieq ifakkar li l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, fis-26 ta’ Frar 2009, hija preċedenti għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009. Konsegwentement, il-qafas applikabbli għal din il-kawża huwa dak tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.

Fl-ewwel lok, il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali kkommettiet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tagħha tal-eċċezzjoni stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1), peress li l-konstatazzjonijiet tagħha ma humiex konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli tat-Trattat u jinjoraw b’mod partikolari l-limiti tal-prinċipju tal-aċċess l-iktar wiesa’ għall-attivitajiet leġiżlattivi tal-istituzzjonijiet stipulat fit-Trattat u rifless fid-dritt sekondarju, fid-dawl tal-preżervazzjoni tal-effettività tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet.

Fit-tieni lok, il-Kunsill isostni li l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma hijiex konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tawtorizza lill-istituzzjoni sabiex tibbaża ruħha fuq kunsiderazzjonijiet ta’ natura ġenerali.

Fit-tielet lok, il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali kkommettiet żball ta’ liġi meta applikat l-istandard legali u fattwali għal din il-kawża sabiex teżamina l-motivi mressqa mill-Kunsill sabiex jiġġustifika l-użu tal-eċċezzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament. Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Qorti Ġenerali kkommettiet żbalji ta’ liġi inkwantu talbet provi tal-effett negattiv fuq il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, injorat l-importanza tal-istadju prekoċi tat-teħid ta’ deċiżjoni sabiex tevalwa l-impatt tal-iżvelar komplet u ma ħaditx inkunsiderazzjoni n-natura sensibbli tad-dokument mitlub.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol 3, p. 331)


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven Administrativen Sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Ġunju 2011 — EMS-Bulgaria TRANSPORT Ltd vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” grad Plovdiv, pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-284/11)

2011/C 238/12

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven Administrativen Sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EMS-Bulgaria TRANSPORT Ltd

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” grad Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite.

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 179(1), l-Artikolu 180 u l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), diskussi fis-sentenza tat-8 ta’Mejju 2008, fil-Kawżi magħquda C-95/07 u C-96/07, Ecotrade SpA Agenzia delle Entrate — Ufficio di Genova 3, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux terminu ta’ esklużjoni bħalma huwa dak fil-każ preżenti, imsemmi fl-Artikolu 72(1) tal-liġi fuq il-VAT (fil-verżjoni fis-seħħ fl-2008), li jibqa’ għaddej sal-aħħar tax-xahar ta’ April 2009 f’dak li jikkonċerna biss id-destinatarji tal-provvisti li fuqhom it-taxxa kienet dovuta sal-1 ta’ Jannar 2009, minħabba l-paragrafu 18 tad-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali tal-liġi li temenda u tikkompleta l-liġi fuq il-VAT fir-rigward taċ-ċirkustanzi tal-każ, jiġifieri:

fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ li l-persuna kkonċernata li wettqet akkwist intra-Komunitarju ta’ merkanzija li ma għandux jiġi rreġistrat skont il-liġi tal-VAT, għandha tirreġistra ruħha volontarjament, peress li hija ma hijiex suġġetta għall-obbligu ta’ reġistrazzjoni qabel l-eżerċizzju tad-dritt għall-kreditu ta’ taxxa;

id-dispożizzjoni legali l-ġdida, imniżżla fl-Artikolu 73a tal-liġi li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’Jannar 2009, li tirrikonoxxi d-dritt għat-tnaqqis, li t-terminu msemmi fl-Artikolu 72(1) ġiex rispettat jew le, meta t-taxxa hija dovuta mid-destinatarju tal-provvista, peress li l-provvista ma hijiex moħbija u l-informazzjoni relattiva hija disponibbli fil-kontijiet tagħha;

l-emenda ulterjuri tal-Artikolu 72(1) tal-liġi fuq il-VAT, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010, li skont din id-dritt għat-tnaqqis ta’ kreditu ta’ taxxa jista’ jkun eżerċitat matul il-perijodu fiskali li matulu dan jitnissel jew matul wieħed mit-12-il perijodu fiskali segwenti?

(2)

Il-prinċipju ta newtralità fiskali bħala prinċipju fundamentali, li huwa importanti għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-sistema komuni tal-VAT, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jippermetti l-prattika ta’ kontroll fiskali, bħalma huwa dak fil-kawża prinċipali, li tirrikonoxxi l-ħlas tardiv tat-taxxa u li timponi multa għall-ħlas tardiv li timmanifesta ruħha bl-obbligu li jitħallsu interessi u li timponi multa li timmanifesta ruħha bir-rifjut tad-dritt għall-kreditu fuq it-taxxa, f’ċirkustanzi konkreti li fihom tinsab ir-rikorrenti, fid-dawl tal-fatt li l-provvista ma hijiex moħbija, li l-informazzjoni relattiva tinsab fil-kontijiet, li l-amministrazzjoni fiskali għandha informazzjoni indispensabbli, li ma hemmx prattika abbużiva u li l-baġit ma huwiex imxekkel?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad (Varna, il-Bulgarija fis-8 ta’ Ġunju 2011 — BONIK EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia po prihodite, Varna (Direttur tad-Direttorat “Appelli u ġestjoni tal-eżekuzzjoni” Varna fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa, Varna)

(Kawża C-285/11)

2011/C 238/13

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BONIK EOOD

Konvenuti: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia po prihodite, Varna (Direttur tad-Direttorat “Appelli u ġestjoni tal-eżekuzzjoni” Varna fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa, Varna).

Domandi preliminari

(1)

Il-kunċett ta’ “nuqqas ta’ kunsinna effettiva” jista’ jiġi dedott mill-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 178(a) u (b), 14, 62, 63, 167 u 168 tad-Direttiva 2006/112 u, jekk dan ikun il-każ, il-kunċett ta’ “nuqqas ta’ kunsinna effettiva” jikkorrispondi għad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “evażjoni tat-taxxa” jew huwa inkluż f’dan il-kunċett? X’inhu l-kontenut tal-kunċett ta’ “evażjoni tat-taxxa” fis-sens tad-Direttiva?

(2)

Fid-dawl tad-definizzjoni ta’ evażjoni tat-taxxa u tad-dispożizzjonijiet tal-premessi 26 u 59 moqrija flimkien mal-Artikolu 178(b) tad-Direttiva, id-Direttiva teħtieġ li l-formalitajiet jiġu espressament implementati, fuq livell leġiżlattiv, permezz ta’ att tal-korp leġiżlattiv suprem tal-Istat Membru jew tawtorizza li tali formalitajiet ma jiġux implementati fuq livell leġiżlattiv, iżda li jiġu ppreżentati fil-forma ta’ prattiki amministrattivi (u ta’ kontroll fiskali) u ġudizzjarji? Il-formalitajiet jistgħu jiġu introdotti permezz ta’ atti regolatorji tal-korpi amministrattivi jew istruzzjonijiet tal-amministrazzjoni?

(3)

Jekk il-kunċett ta’ “nuqqas ta’ kunsinna effettiva” huwa differenti mill-kunċett ta’ “evażjoni tat-taxxa” u ma jaqax taħt id-definizzjoni tal-evażjoni tat-taxxa, dan jikkostitwixxi formalità fis-sens tal-Artikolu 178(b) jew miżura fis-sens tal-premessa 59 tad-Direttiva, li l-adozzjoni tagħha għandha bħala konsegwenza r-rifjut tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa u li timmina n-newtralità tal-VAT, li hija prinċipju fundamentali tas-sistema komuni tal-VAT, implementata mil-liġi Komunitarja f’dan il-qasam?

(4)

Jistgħu jiġu imposti fuq il-persuni suġġetti għat-taxxa formalitajiet dwar il-prova tal-kunsinna effettiva li tkun ippreċediet il-kunsinna bejniethom (jiġifieri l-aħħar xerrej u l-fornitur tiegħu), meta l-awtoritajiet tat-taxxa ma jikkontestawx l-eżekuzzjoni, mill-persuni suġġetti għat-taxxa (l-aħħar fornituri), ta’ kunsinni sussegwenti lix-xerrejja sussegwenti dwar l-istess merkanzija u dwar l-istess kwantitajiet?

(5)

Fil-kuntest tas-sistema komuni tal-VAT u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 168 u 178 tad-Direttiva 2006/112, id-dritt ta’ kummerċjant għar-rikonoxximent tal-ħlas li sar skont il-VAT fil-kuntest ta’ tranżazzjoni partikolari, għandu jiġi evalwat, fid-dawl ta’:

(a)

is-sempliċi tranżazzjoni konkreta, li l-kummerċjant jagħmel parti minnha, fid-dawl tal-intenzjoni tal-kummerċjant li jipparteċipa fit-tranżazzjoni u/jew

(b)

it-totalità tat-tranżazzjonijiet, inkluż it-tranżazzonijiet preċedenti u sussegwenti, li jiffurmaw serje ta’ kunsinni, li t-tranżazzjoni inkwistjoni tagħmel parti minnhom, inkluż l-intenzjonijiet tal-parteċipanti l-oħra fis-serje ta’ kunsinni, li l-kummerċant ma jkunx jaf bihom u/jew li ma għandux il-mezzi sabiex isir jaf bihom, jew atti u/jew omissjonijiet ta’ min jiffattura u parteċipanti oħra fis-serje ta’ kunsinni, jiġifieri fornituri li jkunu ppreċedewh, li fil-konfront tagħhom ix-xerrej tal-kunsinna ma għandux il-possibbiltà li jeżerċita kontroll u li jeżiġi l-osservanza ta’ aġir partikolari u/jew

(c)

atti u intenzjonijiet frawdolenti — indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk humiex preċedenti jew posterjuri għal tranżazzjoni partikolari — parteċipanti oħra għas-serje ta’ kunsinni, li l-kummerċjant ma kienx jaf bil-parteċipazzjoni tagħhom, peress li l-imsemmija atti u intenzjonijiet ma kinux ta’ natura li jippermettu li jiġi stabbilit li l-kummerċjant inkwistjoni seta’ jsir jaf bihom.

(6)

Fid-dawl tar-risposta għall-ħames domanda, għandu jiġi kkunsidrat li tranżazzjonijiet bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxu kunsinni li jsiru bi ħlas skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/112 jew parti mill-attività ekonomika tal-persuna suġġetta għat-taxxa skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112?

(7)

Tranżazzjonijiet bħal dawk fil-kawża prinċipali, iddokumentati u ddikjarati għal skopijiet tal-VAT mill-fornitur, li meta saru x-xerrej effettivament xtara d-dritt ta’ proprjetà fuq il-merkanzija ffatturata u li għalihom ma hemmx indikazzjoni li tistabbilixxi li fil-verità xtara l-merkanzija mingħand persuna differenti minn dik li ħarġet il-fattura, jistgħu jiġu kkunsidrati li ma jikkostitwux kunsinni bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/112 għas-sempliċi raġuni li l-fornitur ma kienx preżenti fl-indirizz iddikkjarat, li ma pproduċiex id-dokumenti mitluba meta sar il-kontroll fiskali jew li ma ressaqx il-prova lill-awtoritajiet tat-taxxa taċ-ċirkustanzi kollha meta kienu saru l-kunsinni, inkluż l-indikazzjoni tal-oriġni tal-merkanzija li hija s-suġġett tal-bejgħ?

(8)

Jikkostitwixxi miżura awtorizzata sabiex tiġi żgurata l-ġabra tat-taxxa u l-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa l-fatt li d-dritt li titnaqqas il-VAT iffatturata jkun jiddependi mill-aġir ta’ fornitur u/jew fornituri li ppreċedewh?

(9)

Fid-dawl tar-riposti għat-tieni, it-tielet u r-raba’ domandi, il-miżuri meħuda mid-dipartiment tat-taxxa, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jwasslu għall-esklużjoni tas-sistema tal-VAT fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet konklużi minn kummerċjant in bona fide jiksru l-prinċipji Komunitarji ta’ proporzjonalità, ta’ trattament ugwali u ta’ ċertezza legali?

(10)

Fid-dawl tar-risposti għad-domandi preċedenti, ix-xerrej tal-kunsinni għandu, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, id-dritt li jnaqqas it-taxxa ffatturata lilu mill-fornituri?


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/9


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2011 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-382/06, Tomkins plc vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-286/11 P)

2011/C 238/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, V. Bottka, R. Sauer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Tomkins plc

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

tiċħad, fit-totalità tiegħu, ir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjez kollha sostnuti kemm matul il-proċedura preżenti kif ukoll matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

 

Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet manifestament ultra petita meta annullat parti mill-perijodu stabbilit fid-deċiżjoni abbażi ta’ elementi li qatt ma tqajmu minn Tomkins. Il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni ma tirrikonoxxix eċċezzjonijiet għar-regola stabbilita fil-Kawża C-310/97 P, AssiDamän, abbażi tal-fatt li żewġ rikorrenti kienu jappartjenu għall-istess impriża. Reċentement, fis-sentenza AcelorMittal Luxembourg (Kawżi magħquda C-201/09 P u C-216/09 P), il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara li kawża mressqa minn entità waħda fi ħdan grupp ma taffettwax il-pożizzjoni legali ta’ entitajiet oħrajn fi ħdan l-istess impriża.

 

Permezz tat-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li t-talbiet ta’ Pegler (is-sussidjarja, fil-Kawża T-386/06) u ta’ Tomkins (il-kumpannija parent, fil-Kawża T-382/06) kellhom l-“istess suġġett”. Għalkemm il-perijodu kkontestat minn Tomkins kien ferm iqsar minn dak ikkontestat f’kawża separata minn Pegler, iż-żewġ kumpaniji ngħataw l-istess tnaqqis f’termini ta’ tul ta’ żmien. Madankollu mhux biss talli Pegler ikkontestat perijodu ferm itwal, iżda talli bbażat ir-rikors tagħha fuq motivi li kienu differenti jekk mhux saħansitra opposti għal dawk ta’ Tomkins. Billi kkontestat il-perijodu inizjali tat-tul, l-għan ta’ Pegler kien li tneħħi l-ħtija minn fuqha u li titfagħha fuq Tomkins, filwaqt li l-għan ta’ Tomkins kien pjuttost limitat, jiġifieri li tikkontesta l-evidenza relatata mal-ewwel 38 ġurnata (li lanqas ma kien jaffettwa t-tul meħud inkunsiderazzjoni għall-multa).

 

Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija bbażata fuq il-premessa fattwalment żbaljata li Tomkins kienet issostni li “jekk id-deċiżjoni kkontestata jkollha tiġi annullata fir-rigward ta’ Pegler, ikun hemm ukoll lok li l-imsemmija deċiżjoni tiġi annullata fil-konfront tagħha” (punt 42 tas-sentenza appellata). Tomkins imkien ma għamlet tali talba, la fir-rikors u lanqas fir-risposta tagħha (li f’kull każ kien ikun tard wisq). Dan jikkostitwixxi żnaturament tat-talba tal-appellata li hija suffiċjenti, waħedha, sabiex tiġi annullata s-sentenza appellata.

 

It-tielet aggravju jirrigwarda n-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li Tomkins kienet tifforma parti minn impriża li fuq ammissjoni tagħha stess wettqet ksur. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li naqqset ir-responsabbiltà ta’ entità (il-kumpannija parent Tomkins) fi ħdan l-impriża “Tomkins” għar-raġuni li parti oħra ta’ dik l-impriża, jiġifieri għas-sussidjarja Pegler, kien tnaqqas il-perijodu tal-ksur. Madankollu t-tnaqqis tar-responsabbiltà ta’ Pegler għall-ksur kien ibbażat fuq l-istatus ta’ Pegler bħal “kumpannija rieqda” u ma kienx ibbażat fuq il-fatt li l-grupp inkwistjoni ma pparteċipax fil-ksur. Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-fatt li din is-sussidjarja partikolari (Pegler) tal-grupp setgħet ma kinitx l-aħjar destinatarja fi ħdan il-grupp għal ċertu perijodu, jikkonċerna biss lis-sussidjarja u ma jeżentax lill-“impriża” kollha kemm hi. Dan huwa partikolament minnu f’sitwazzjoni fejn il-Qorti Ġenerali (u lanqas Tomkins innifisha) ma kinitx ikkontestat li l-impriża miżmuma minn Tomkins kienet ipparteċipat fil-ksur matul il-parti l-kbira tal-perijodu rilevanti.

 

Il-Kummissjoni tibbaża r-raba’ aggravju tagħha fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq kuntradizzjonijiet fis-sentenza appellata. Ir-raba’ aggravju huwa sussidjarju għall-ewwel wieħed, jiġifieri anki li kieku l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx ultra petita, is-sentenza għandha xorta waħda tiġi annullata minħabba li ma tinkludix motivi ċari u suffiċjenti (nuqqas ta’ motivazzjoni). B’mod partikolari hemm żewġ ċirkustanzi partikolari fejn is-sentenza appellata ma hijiex ċara.

 

o L-ewwel nett, fid-deskrizzjoni tal-eċċezzjoni li l-Qorti Ġenerali tqis li għandha ssir mill-ġurisprudenza AssiDomän, il-kundizzjonijiet għal tali tbegħid ma humiex ċari u huma kontradittorji.

 

o It-tieni nuqqas ta’ koerenza jew aspett mhux ċar fir-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa l-fatt li fil-punt 57 tas-sentenza appellata, fir-rigward tal-multiplikatur għal finijiet ta’ dissważjoni, il-Kummissjoni tintalab “skont l-Artikolu 266 TFUE, tislet il-konsegwenzi li jirriżultaw minn dan l-iżball u mir-responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa fir-rigward tar-rikorrenti.” Madankollu, fil-punt 59 il-Qorti Ġenerali teżerċità l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha fuq il-multa u tiddetermina l-ammont tal-multa applikabbli fil-konfront ta’ Tomkins. Id-dispożittiv tas-sentenza appellata jirrepeti l-ammont finali tal-multa mingħajr ma jsemmi xi ħtieġa li l-ammont jiġi emendat ulterjorment. Irrispettivament mit-tifsira preċiża tal-punt 57, il-Kummissjoni tosserva li l-annullament tal-multiplikatur għal finijiet ta’ dissważjoni fil-Kawża T-386/06 Pegler v Il-Kummissjoni ma kellux jaffetwa l-multiplikatur ta’ Tomkins.

 

Fl-aħħar nett, permezz tal-ħames aggravju tagħha, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret il-“prinċipju ta’ kontradittorju” u d-dritt għal smiegħ xieraq peress li naqset milli tagħti lill-Kummissjoni l-opportunita li tikkummenta fuq l-intenzjoni tagħha li tnaqqas il-multa ta’ Tomkins abbażi tat-talbiet imqajma minn Pegler f’kawża separata.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/10


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2011 mill-Kummissjoni Ewropea kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-385/06, Aalberts Industries NV, Comap SA, li kienet Aquatis France SAS, Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-287/11 P)

2011/C 238/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, V. Bottka, R. Sauer, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Aalberts Industries NV, Comap SA, li kienet Aquatis France SAS, Simplex Armaturen + Fittings GmbH & Co. KG

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti tilob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tiċħad ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali fl-intier tiegħu;

tikkundanna lit-tliet rikorrenti għall-ispejjeż kollha ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll tal-proċeduri tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tibbaża l-Appell tagħha fuq tliet aggravji:

 

Fil-kuntest tal-ewwel aggravju, hija ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret għadd ta’ regoli dwar l-oneru tal-prova kif ukoll regoli tal-proċedura dwar il-provi, żnaturat ċerti provi u ma mmotivatx il-konstatazzjonijiet fattwali tagħha. Għalkemm il-Qorti Ġenerali tfakkar il-ġurisprudenza dwar il-ħtieġa li jittieħed inkunsiderazzjoni l-korp kollu ta’ evidenza, l-evalwazzjoni li ssegwi tikxef approċċ frammentarju ħafna li fil-kuntest tiegħu, il-provi huma kkunsidrati b’mod iżolat u miċħuda waħda waħda. Dan jaffettwa l-analiżi tal-kuntatti individwali, li d-deċiżjoni tqis bħala manifestazzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-impriżi ta’ Aalberts fil-ksur kontinwu. Provi tal-parteċipazzjoni tal-kumpanniji sussidjarji Simplex u Aquatis fil-ksur kontinwu huma evalwati mill-Qorti Ġenerali b’mod iżolat, minkejja li dawn kienu jappartjenu lill-istess impriża (Aalberts). Barra minn hekk, u fir-rigward ta’ dawn il-kuntatti, il-Qorti Ġenerali tiżnatura ċerti provi ewlenin jew tal-inqas ma timmotivax il-konklużjonijiet tagħha dwar il-valur probatorju ta’ ċerti provi b’mod suffiċjenti. It-tieni aggravju huwa mressaq sussidjarjament, peress li jekk il-konstatazzjonijiet fattwali kellhom jiġu kkonfermati, il-Qorti Ġenerali tkun annullat b’mod żbaljat id-deċiżjoni fl-intier tagħha, meta hija tkun ikkonstatat biss żball parzjali fid-deċiżjoni. Is-sentenza appellata hija vvizjata minn tal-inqas żewġ żbalji ta’ liġi:

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għar-raġuni li, meta mqabbla mal-parteċipanti l-oħra fil-laqgħat tal-FNAS fi Franza, Aquatis kellha livell ta’ għarfien differenti dwar l-akkordju. Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, il-livell differenti ta’ għarfien minn parteċipant f’akkordju ma għandux iwassal għall-annullament totali tal-ksur uniku u kontinwu iżda, l-iktar l-iktar, jista’ wassal għal annullament parzjali tal-konstatazzjoni ta’ ksur, u probabbilment bi tnaqqis tal-multa.

It-tieni nett, meta annullat kompletament id-deċiżjoni għal Aalberts u għaż-żewġ sussidjarji tagħha meta annullament parzjali kien ikun iktar xieraq skont il-ġurisprudenza, il-Qorti Ġenerali eċċediet il-kompetenzi tagħha.

 

Fl-aħħar net, it-tielet aggravju huwa wkoll imressaq sussidjarjament, fil-każ fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-ewwel u t-tieni aggravji, peress li dan jikkonċerna l-multa fir-rigward ta’ Simplex u Aquatis matul l-ewwel perijodu fil-każ fejn il-konstatazzjoni ta’ ksur fit-tieni perijodu jkun annullat fl-intier tiegħu. Il-Kummissjoni ssostni li l-annullament tal-Artikolu 2(b)(2) tad-Deċiżjoni ma huwiex immotivat biżżejjed u li, jekk il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq l-hekk imsejjaħ limitu ta’ 10 % skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), hija ddeċidiet ultra petita u kisret il-prinċipju ta’ kontradittorju u, għaldaqstant, id-dritt għal smigħ peress li din ma kinitx diskussa matul il-proċeduri fl-ewwel istanza.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/11


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-297/11)

2011/C 238/16

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Chatzigianni u A. Margeli)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi sat-22 ta’ Diċembru 2009, ma stabbilixxietx il-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara (kemm għal dawk id-distretti tal-baċin tax-xmara li jaqgħu kollha kemm huma fi ħdan it-territorju tagħha kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali), u billi ma bagħtitx kopji tal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara lill-Kummissjoni sat-22 ta’ Marzu 2010, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 13(1), (2), (3) u (6) u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma. Barra minn hekk, billi ma nidietx proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-pubbliku marbuta mal-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara sat-22 ta’ Diċembru 2008, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 14(1)(ċ) tal-istess direttiva.

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-ewwel lok, taħt l-Artikoli 13(1), (2), (3) u (6) u 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2000, li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, l-Istati Membri kellhom jistabbilixxu, sat-22 ta’ Diċembru 2009, pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara (kemm għal dawk id-distretti tal-baċin tax-xmara li jaqgħu kollha kemm huma fi ħdan it-territorju tagħha kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali) u kellhom jibgħatu kopji ta’ dawn il-pjanijiet lill-Kummissjoni sat-22 ta’ Marzu 2010.

Mill-informazzjoni pprovduta sa issa mir-Repubblika Ellenika lill-Kummissjoni jirriżulta li l-imsemmi Stat Membru għadu ma stabbilixxa l-ebda pjan ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara (kemm għal dawk id-distretti tal-baċin tax-xmara li jaqgħu kollha kemm huma fi ħdan it-territorju tagħha kif ukoll għad-distretti tal-baċin tax-xmara internazzjonali) u għaldaqstant, evidentement, għadha ma bagħtet l-ebda kopja lill-Kummissjoni. Minn dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq kemm l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1), (2), (3) u (6) tad-Direttiva kif ukoll l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva.

Fit-tieni lok, taħt l-Artikolu 14(1)(ċ) tal-istess direttiva, l-Istati Membri kellhom l-obbligu li jissottomettu l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmara għall-osservazzjonijiet tal-pubbliku sa mhux iktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2008.

Mill-informazzjoni pprovduta sa issa mir-Repubblika Ellenika lill-Kummissjoni jirriżulta li din il-proċedura għadha ma nbdietx. Minn dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/12


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2011 minn XXXLutz Marken GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 fil-Kawża T-54/09 — XXXLLutz Marken GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni); parti oħra fil-proċeduri: Natura Selection S.L.

(Kawża C-306/11 P)

2011/C 238/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: XXXLutz Marken GmbH (rappreżentant: H. Pannen, avukat)

Partijiet oħra fil-proċeduri:

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Natura Selection S.L.

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) billi sostniet li kien hemm xebh bejn is-sinjali “Linea Natura hat immer Stil” u “natura selection” sempliċement abbażi tal-element verbali “natura” li huwa inkluż fiż-żewġ sinjali. Madankollu, dan l-element verbali ma huwiex element dominanti fit-trade mark preċedenti.

Fl-evalwazzjoni tagħha tax-xebh bejn is-sinjali, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fuq premessa ta’ komprensjoni legalment żbaljata tal-kunċetti ta’ “karattru distintiv” u ta’ “karattru deskrittiv”.

Barra minn hekk, l-evalwazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali rigward ix-xebh tas-sinjali huma kontradittorji u f’dan ir-rigward, huma nieqsa minn motivazzjoni.

Barra minn dan, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti meta tat deċiżjoni dwar is-sentenza appellata. Kuntrarjament għall-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali, l-appellanti stabbilixxiet, kemm fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell, kif ukoll fir-rikors tagħha, li hemm relazzjoni bejn il-prodotti inkwisjtoni u l-element verbali “natura”.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/12


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2011 mill-Kummissjoni Ewropea kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ April 2011 fil-Kawża T-320/09, Planet AE vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-314/11 P)

2011/C 238/18

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u D. Triantafyllou)

Parti oħra fil-proċedura: Planet AE

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ April 2011 fil-Kawża T-320/09;

tiddikkjara r-rikors inammissibbli;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

—   Interpretazzjoni żbaljata tad-Deċiżjoni 2008/969

It-tip ta’ reġistrazzjoni li kienet is-suġġett tagħha l-appellata fl-EWS, li (kuntrarjament għal reġistrazzjonijiet oħrajn) hija bbażata fuq sempliċi suspetti, tista’ timplika biss it-tisħiħ tal-miżuri ta’ sorveljanza (Artikolu 16 tad-deċiżjoni), li ma jipproduċux effetti vinkolanti fir-rigward tal-appellata. Id-digriet jikkonfondi, b’mod żbaljat, ir-reġistrazzjonijiet ikkontestati ma’ tipi oħra ta’ reġistrazzjonijiet li għandhom konsegwenzi distinti.

—   bidla mhux sostanzjali tas-sitwazzjoni legali tal-appellata minħabba r-reġistrazzjonijiet ikkontestati

Is-sorveljanza biss tal-entità li hija s-suġġett ta’ reġistrazzjoni ma tbiddilx manifestament, fiha nfisha, is-sitwazzjoni legali tagħha.

—   L-appellata ma hijiex direttament milquta mir-reġistrazzjonijiet ikkontestati.

Il-miżuri kollha adottati ġew deċiżi mill-uffiċjal responsabbli wara konsultazzjoni u negozjati mal-appellata u mal-bank tagħha. Dawn ma jikkostitwixxux effett dirett u awtomatiku tar-reġistrazzjonijiet. Madankollu, l-interess dirett jikkostitwixxi kundizzjoni indispensabbli tal-ammissibbiltà ta’ appell (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE).

—   Nuqqas ta’ eżami tal-argumenti u tal-provi rilevanti dwar l-interess dirett

Minkejja li l-konsultazzjonijiet u n-negozjati ċċitati iktar ’il fuq kienu deskritti fir-rikors, il-Qorti Ġenerali injorathom bi ksur tal-prinċipji ta’ imparzjalità u ta’ oġġettività.

—   Nuqqas ta’ motivazzjoni

Id-digriet ikkontestat ma jippreċiżax f’hiex tikkonsisti l-“bidla sfavorevoli” tas-sitwazzjoni tal-appellata, li ma ġietx imċaħħda minn benefiċċju finanzjarju, iżda meħlusa mill-obbligu li taqsam il-pagamenti.

L-istess japplika fir-rigward tal-effetti tar-reġistrazzjonijiet speċifiċi inkwistjoni, li n-natura vinkolati tagħhom ma hija spjegata bl-ebda mod.

—   Konfużjoni tar-rimedji

Ir-rwol tal-appellata fil-konsorzju kien jikkonċerna t-tħejjija tal-kuntratt. Bħala parti integrali tal-qafas kuntrattwali, dan seta’ jkun suġġett għal klawżola ta’ arbitraġġ (Artikolu 272 TFUE), iżda mhux għal rikors għal annullament, peress li r-rimedji inkwistjoni jeżistu flimkien b’mod awtonomu.

—   Ksur tal-libertà kuntrattwali u tal-prinċipju ta’ consensus

Min-naħa l-waħda, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata timpenja ruħha mingħajr ma tieħu ċerti miżuri ta’ prekawzjoni, min-naħa l-oħra, l-appellata kienet qablet mal-qafas kuntrattwali finali. Għaldaqstant, huwa b’mod żbaljat li l-Qorti Ġenerali teżiġi bażijiet legali, seduti etc. li huma meħtieġa f’każ ta’ “sanzjonijiet” u li ma humiex kompatibbli mal-ugwaljanza tal-partijiet kontraenti.

—   Klassifikazzjoni żbaljata tar-reġistrazzjonijiet bħala deċiżjonijiet

Ir-reġistrazzjonijiet fl-EWS jikkostitwixxu miżuri ta’ ordni interna, li huma miżuri kawtelatorji taħt il-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba (Artikolu 27 tar-regolament finanzjarju), li ġew previsti fid-Deċiżjoni 2008/969 bħala regoli interni tal-Kummissjoni (ara l-Artikolu 51 tar-regolament finanzjarju) għal finijiet ta’ informazzjoni u ta’ użu mill-uffiċjali responsabbli ddelegati kollha ta’ din l-istituzzjoni. Barra minn hekk, ir-reġistrazzjonijiet ikkontestati ma għandhomx ikunu konnessi mar-reġistrazzjonijiet li jwasslu għall-esklużjoni tal-proċedura, peress li, f’dan il-każ, il-kuntratt ġie konkluż mal-appellata.

—   Dipendenza tal-ammissibbiltà fuq il-fondatezza tar-rikors

Il-Qorti Ġenerali tiġġustifika d-digriet tagħha bin-neċessità li teżamina l-kompetenza tal-Kummissjoni biex tadotta d-Deċiżjoni 2008/969. Madankollu, il-kwistjoni tal-kompetenza tikkonċerna l-fondatezza tar-rikors u ma tistax tiddetermna l-ammissibbiltà tiegħu.


Il-Qorti Ġenerali

13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2011 — Valero Jordana vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-161/04) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni ġenerali u deċiżjonijiet individwali dwar il-ħatra ta’ uffiċjali - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-bniedem - Protezzjoni ta’ data ta’ natura personali - Regolament (KE) Nru 45/2001)

2011/C 238/19

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Gregorio Valero Jordana (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Aalto u E. Adserá Ribera, sussegwentement minn E. Adserá Ribera u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh u J. Jørgensen Søren, aġenti); Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Kruse u K. Norman, sussegwentement minn A. Falk, S. Johannesson, K. Petkovska u C. Meyer-Seitz, aġenti); u Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) (rappreżentanti: H. Hijmans, H. Kranenborg u R. Barceló, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2004, li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess għal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali A 7/A 6 COM/A/637 u għad-deċiżjonijiet individwali ta’ ħatra ta’ uffiċjali fil-grad A 6 mill-5 ta’ Ottubru 1995.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-10 ta’ Frar 2004, li tirrifjuta lil Gregorio Valero Jordana l-aċċess għal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali A 7/A 6 COM/A/637 u għad-deċiżjonijiet individwali ta’ ħatra ta’ uffiċjali fil-grad A 6 mill-5 ta’ Ottubru 1995, hija annullata.

(2)

Minbarra l-ispejjeż tagħha, il-Kummissjoni għandha wkoll tbati l-ispejjeż inkorsi minn G. Valero Jordana.

(3)

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 168, 26.06.2004.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2011 — Longinidis vs Cedefop

(Kawża T-283/08 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Tkeċċija - Motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża)

2011/C 238/20

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Pavlos Longinidis (Θεσσαλονίκη, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment P. Giatagantzidis u S. Stavropoulou, sussegwentement P. Giatagantzidis u K. Kyriazi, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit minn P. Anestis, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ April 2008, Longinidis vs Cedefop (F-74/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

P. Longinidis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali f’din l-istanza.


(1)  ĠU C 272, 25.10.2008, Rettifika ĠU C 313, 06.12.2008


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Imagion vs UASI (DYNAMIC HD)

(Kawża T-436/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DYNAMIC HD - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 238/21

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Imagion AG (Trierweiler, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Blatzheim, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 488/2008-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali proċedimenti DYNAMIC HD bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Imagion AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 327, 20.12.2008.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2011 — i-content vs UASI (BETWIN)

(Kawża T-258/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BETWIN - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trattament ugwali - Artikolu 49 KE)

2011/C 238/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: i-content Ltd Zweigniederlassung Deutschland (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Nordemann, sussegwentement minn A. Nordemann u T. Boddien, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors għal annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-4 ta’ Mejju 2009 (Każ R 1528/2008-4), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BETWIN bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Mejju 2009 (Każ R 1528/2008-4) hija annullata f’dak li jikkonċerna s-servizzi li ma humiex is-servizzi ta’ “ħolqien u żvilupp ta’ spettakli, ta’ logħob, ta’ lotteriji, ta’ kompetizzjonijiet, ta’ ballijiet, ta’ tlugħ bix-xorti, ta’ konkorsi; produzzjoni, organizzazzjoni u tmexxija ta’ logħob, lotteriji, kompetizzjonijiet, ballijiet, tlugħ bix-xorti, konkorsi ta’ kull tip; swali tal-logħob; operat ta’ każinos; servizzi ta’ stabbilimenti tal-isports, tal-logħob, tal-imħatri u tal-lotteriji, inklużi dawk fuq u permezz tal-internet; tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ faċilitajiet sportivi, tal-logħob, tal-imħatri u tal-lotteriji, inklużi dawk fuq u permezz tal-internet; operat ta’ swali tal-logħob; tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ logħob tal-kompjuter interattivi; tmexxija u organizzazzjoni ta’ każinos, ta’ logħob tal-ażżard, ta’ logħob tal-karti, ta’ mħatri, ta’ mħatri sportivi, ta’ logħob ta’ abbiltà; kaxxi tal-logħob; operat ta’ każinos, operat ta’ swali tal-logħob; operat ta’ ċentri tal-imħatri u ta’ lotteriji ta’ kull tip”, li jaqgħu taħt il-klassi 41 tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u s-servizzi “ħolqien u żvilupp ta’ spettakli, ta’ logħob, ta’ lotteriji, ta’ kompetizzjonijiet, ta’ ballijiet, ta’ tlugħ bix-xorti, ta’ kompetizzjonijiet f’termini ta’ negozju, tal-organizzazzjoni u tar-reklamar”, li jaqgħu taħt il-klassi 35 tal-imsemmi ftehim.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 205, 29.08.2009.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2011 — Audi u Volkswagen vs UASI (TDI)

(Kawża T-318/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali TDI - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(ċ) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 75 u Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

2011/C 238/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja) u Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kather, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Mejju 2009 (Każ R 226/2007-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TDI bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Audi AG u Volkswagen AG huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2011 — Timehouse vs UASI (Forma ta’ arloġġ bit-truf ippizzjati)

(Kawża T-235/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali - Forma ta’ arloġġ bit-truf ippizzjati - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2011/C 238/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Timehouse GmbH (Eystrup, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Knies, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Marzu 2010 (Każ R 0942/2009-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali magħmul mill-forma ta’ arloġġ bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Timehouse GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 209, 31.07.2010.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2011 — Amecke Fruchtsaft vs UASI — Uhse (69 Sex up)

(Kawża T-343/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 238/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Amecke Fruchtsaft GmbH & Co. KG (Menden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment S. Schäffner, sussegwentement S. Schäffner u B. Schmidt, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Beate Uhse Einzelhandels GmbH (Flensburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1728/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Beate Uhse Einzelhandels GmbH u Amecke Fruchtsaft GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 267, 07.11.2009.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-409/09) (1)

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali - Preskrizzjoni - Terminu ta’ distanza - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

2011/C 238/26

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u E. Manhaeve, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għal dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2004 li tiċħad l-offerta tiegħu u li kkonċediet il-kuntratt lil offerent ieħor, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħiet għall-offerti għall-provvista ta’ servizzi informatiċi u l-provvisti konnessi li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi ta’ informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali “Sajd”.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 11, 16.1.2010.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2011 — Rosenbaum vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-452/09 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Klassifikazzjoni fi grad waqt ir-reklutaġġ - Teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali tal-persuna kkonċernata - Artikolu 31 tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2011/C 238/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Eckehard Rosenbaum (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-J. Rüber, avukat)

Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zieléskiewicz u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Settembru 2009, Rosenbaum vs Il-Kummissjoni (F-9/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

E. Rosenbaum għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 11, 16.01.2010.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-12/10 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rimbors ta’ spejjeż - Nota tal-Kummissjoni li tinforma lir-rikorrent bl-intenzjoni tagħha li tagħmel tnaqqis mill-allowance ta’ diżabbiltà tiegħu - Nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2011/C 238/28

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-94/08, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 63, 13.3.2010.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2011 — Amecke Fruchtsaft vs UASI — Uhse (69 Sex up)

(Kawża T-125/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Ċessjoni tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

2011/C 238/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Amecke Fruchtsaft GmbH & Co. KG (Menden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Schäffner, sussegwentement minn S. Schäffner u B. Schmidt, aġenti)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Beate Uhse Einzelhandels GmbH (Flensburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Jannar 2010 (Każ R 612/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Beate Uhse Einzelhandels GmbH u Amecke Fruchtsaft GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-256/10 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Trasferiment tal-effetti personali - Rifjut impliċitu u espliċitu tat-talbiet tal-appellant - Obbligu ta’ motivazzjoni - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment infondat)

2011/C 238/30

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Curall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-25 ta’ Marzu 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-1020/08, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 221, 14.08.2010.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/18


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2011 — J vs Il-Parlament

(Kawża T-160/10)

2011/C 238/31

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: J (Marchtrenk, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Auer, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-kummissjoni tal-petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tat-2 ta’ Marzu 2010, li permezz tagħha ġiet miċħuda l-petizzjoni tar-rikorrent Nru 1673/2009 tad-19 ta’ Novembru 2009;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-kummissjoni tal-petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tat-2 ta’ Marzu 2010, li permezz tagħha l-petizzjoni tiegħu dwar l-allegata konfiska ta’ diversi dokumenti u xogħlijiet mill-awtoritajiet Awstrijaċi ġiet miċħuda bħala inammissibbli.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ksur tad-dritt għall-ammissibbiltà tal-petizzjonijiet. Il-konfiska ta’ xogħlijiet mill-awtoritajiet Awstrijaċi kkostitwixxiet ksur tad-dritt għal proprjetà skont l-Artikolu 6(1) TFUE u l-Artikoli 17(1) u 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/18


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2011 — Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, blu ċar, blu skur, okra u beġ)

(Kawża T-231/11)

2011/C 238/32

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (Rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tal-4 ta’ Marzu 2011 (Każ R 2041/2010-4) dwar l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 008 423 626 (trade mark figurattiva);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri griż skur, griż ċar, blu ċar, blu skur, okra u beġ, għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 8 423 626

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, billi t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv, u ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell ma eżaminax l-allegazzjonijiet estensivi ta’ fatt u ta’ dritt mqajma mir-rikorrenti.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/18


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2011 — FairWild Foundation vs UASI — Wild (FAIRWILD)

(Kawża T-247/11)

2011/C 238/33

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: FairWild Foundation (Weinfelden, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Neuwald u S. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rudolf Wild GmbH & Co. KG (Eppelheim, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ Marzu 2011, fil-Każ R 1383/2010-1;

tiċħad l-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark Nru 950 962“FAIRWILD”;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti li għamlet l-oppożizzjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “FAIRWILD” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 29 u 30 — Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 950 962

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Rudolf Wild GmbH & Co. KG.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “WILD” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 29, 30 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni parzjalment annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ippreżuma b’mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti. Ir-rikorrenti ssostni li, l-ewwel nett, il-Bord tal-Appell ippreżuma b’mod żbaljat li t-tifsira tas-sinjal “WILD” kienet familjari biss mal-pubbliku li jitkellem il-Ġermaniż u l-Ingliż, u t-tieni nett, wettaq evalwazzjoni abbażi tal-preżunzjoni li l-kelma ma hijiex deskrittiva tal-prodotti koperti mit-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni. Abbażi ta’ dan, il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi billi sostna li kien hemm karattru distintiv medju tat-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni u billi kkonkluda li kien hemm grad medju ta’ xebh bejn is-sinjali, bil-konsegwenza li l-evalwazzjoni tal-aspetti relatati tal-probabbiltà ta’ konfużjoni kellha eżitu sfavorevoli sa fejn hija kkonċernata r-rikorrenti.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/19


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2011 — Bopp vs UASI (Ottagonu b’bordura ħadra)

(Kawża T-263/11)

2011/C 238/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Carsten Bopp (Glashütten, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Russ, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Marzu 2011, fil-Każ R 605/2010-4.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tikkonsisti f’ottagonu b’bordura ħadra — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 8 248 965

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009, billi t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni hija distintiva minħabba li r-rappreżentazzjoni hija identifikabbli u laminari.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/19


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2011 — Hotel Reservation Service Robert Ragge vs UASI — Promotora Imperial (iHotel)

(Kawża T-277/11)

2011/C 238/35

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hotel Reservation Service Robert Ragge GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Koch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Promotora Imperial, SA (Pozuelo de Alarcón, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-24 ta’ Frar 2011 (Każ R 832/2010-1), b’tali mod li tilqa’ l-applikazzjoni prinċipali u tiċħad l-oppożizzjoni (Nru B 1458571). Tordna li l-parti l-oħra tbati l-ispejjeż tal-appell u tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni. Barra minn hekk, tikkonferma d-deċiżjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “iHotel” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39, 41, 42 u 43 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6912877

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Promotora Imperial, SA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark Komunitarja verbali “i-hotel” għal prodotti u servizzi fil-klassi 16, 41 u 43

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li ma teżisti ebda probabbiltà ta’ konfużjoni fost it-trade marks kunfliġġenti. Il-Bord tal-Appell afferma b’mod żbaljat li hemm xebh bejn il-prodotti u s-servizzi kkonċernati kif ukoll bejn it-trade marks kunfliġġenti.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/20


Rikors ippreżentat fil-31 ta' Mejju 2011 — Ewald vs UASI — Kin Cosmetics (Keen)

(Kawża T-280/11)

2011/C 238/36

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rita Ewald (Frauenwald, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Reinhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kin Cosmetics, SA (Sant Feliu de Guixols, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Marzu 2011 fil-Każ Nru R 1383/2010-1;

tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 1359944 magħmula quddiem l-UASI fl-24 ta’ Lulju 2008 minn KIN COSMETICS, SA kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark EM 006 498 621“Keen”;

sussidjarjament, fil-każ fejn il-Qorti Ġenerali ma tistax tieħu deċiżjoni abbażi tat-tieni inċiż: tirrinvija l-kawża quddiem l-UASI;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, kif ukoll lil KIN COSMETICS sa fejn din tal-aħħar tkun parti mill-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ewald

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Keen” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 44 — Reġistrazzjoni Nru 6 498 621

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kin Cosmetics, SA

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks Komunitarji u nazzjonali, verbali u figurattivi, “KIN”, “KinBooKs”, “KINWORKS” u “KINSTYLIUM” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 35 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/20


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2011 minn Diego Canga Fano kontra s-sentenza mogħtija fl-24 ta’ Marzu 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-104/09, Canga Fano vs Il-Kunsill

(Kawża T-281/11 P)

2011/C 238/37

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Diego Canga Fano (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-appell bħala ammissibbli;

tannulla s-sentenza mogħtija fl-24 ta’ Marzu 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, fil-Kawża F-104/09;

tilqa’ t-talbiet għal annullament u għal kumpens imressqa mill-appellant quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, filwaqt li jiġi ppreċiżat li l-appellant, sodisfatt bl-annullament tas-sentenza appellata, ikun dispost li jaċċetta EUR 1 simboliku bħala kumpens għad-danni li ġew ikkawżati lilu;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju wieħed maqsum fi tliet partijiet u bbażat fuq żball ta’ liġi.

Fir-rigward tal-ewwel parti, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku interpreta d-dispożizzjonijiet applikabbli kuntrarjament għal kif stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja u mill-Qorti Ġenerali fil-ġurisprudenza tagħhom dwar is-setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra (punti 35 u 36 tas-sentenza kkontestata).

Fir-rigward tat-tieni parti, l-appellant jinvoka li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wasal għal konklużjonijiet mhux fondati fid-dritt waqt l-istħarriġ tiegħu tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni (punti 48, 51, 52, 58, 78, u 79) u kkontradixxa l-kriterji tiegħu stess li bihom huwa għandu l-intenzjoni li jissostitwixxi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali.

Fir-rigward tat-tielet parti, l-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku vvizzja l-motivazzjoni tiegħu b’ineżattezzi materjali flimkien mal-iżnaturar jew in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-provi mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu (punti 80, 81, 85, 88 u 90 tas-sentenza kkontestata).


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/21


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2011 — Gooré vs Il-Kunsill

(Kawża T-285/11)

2011/C 238/38

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Charles Kader Gooré (Abidjan, Il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: F. L. Meynot, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment ir-Regolament tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE) Nru 330/2011, tas-6 ta’ April 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire, fir-rigward tal-inklużjoni tal-isem ta’ Charles Kader Gooré fil-lista tal-Anness II (u tiddikjara li dan ma japplikax fir-rigward tiegħu),

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lil Charles Kader Gooré s-somma ta’ ħamsin elf Euro (EUR 50 000) bħala kumpens għad-dannu subit,

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali. Ir-rikorrent jilmenta li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, naqas milli jipprovdi motivazzjoni u, min-naħa l-oħra, kiser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn il-miżuri restrittivi jeċċedu dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tat-Trattati. Ir-rikorrent jilmenta li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, kiser id-drittijiet tad-difiża sa fejn l-elementi kollha li jiġġustifikaw miżura qatt ma ġew ikkomunikati lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, kiser id-dritt ta’ proprjetà.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/21


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ġunju 2011 — Heitkamp BauHolding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-287/11)

2011/C 238/39

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heitkamp BauHolding GmbH (Herne, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Niemann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Jannar 2001, fil-verżjoni emendata tal-15 ta’ April 2011, fil-Każ C 72010 (li skont l-informazzjoni li għandha r-rikorrenti, għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti insostenn tar-rikors tagħha.

Ir-rikorrenti ssostni li l-klawżola dwar it-trasferiment ta’ telf (is-“Sanierungsklausel”) ipprovduta fl-Artikolu 8c(1a) tal-Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji (Körperschaftssteuergesetz, iktar ’il quddiem il-“KStG”) ma tikkostitwixxix għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE. Skont ir-rikorrenti, il-konvenuta wettqet żball meta kklassifikat taħt is-sistema ta’ riferiment “id-dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment ta’ telf fil-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma s-suġġett ta’ akkwist”. A contrario, ir-rikorrenti tikkunsidra li t-trasferiment ta’ telf għal żmien indeterminat huwa, fir-realtà, sistema ta’ riferiment, peress li tali trasferiment jista’ japplika wkoll għat-taxxi fuq il-kumpanniji bħala korollarju tal-prinċipju oġġettiv tan-nett.

Ir-rikorrenti ssostni li, konsegwentement, il-kanċellament tat-trasferiment ta’ telf, previst fl-Artikolu 8(c) tal-KStG għandu jiġi kklassifikat bħala eċċezzjoni, filwaqt li s-Sanierungsklausel fl-Artikolu 8c(1a), bħala eċċezzjoni għal dan il-kanċellament, sempliċement tistabbilixxi mill-ġdid ir-regola ġenerali, peress li din tippermetti li l-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-kapaċità kontributorja għal finanzjament ta’ piżijiet pubbliċi (Leistungsfähigkeitsprinzip) japplika wkoll fil-każ ta’ trasferiment.

Minkejja li l-konvenuta tindika li “l-KStG, fil-verżjoni fis-seħħ tagħha, tikkostitwixxi sistema ta’ riferiment”, hija tinjora l-fatt li, skont ir-rikorrenti, is-sitwazzjoni ġuridika nbidlet fil-Ġermanja wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar l-iżvilupp ekonomiku mgħaġġel(“Wachstumsbeschleunigungsgesetz”). Ir-rikorrenti ssostni li, sa mill-introduzzjoni tad-dispożizzjoni dwar ir-riżervi sigrieti (“Stille-Reserve-Klausel”) fl-Artikolu 8(c) tal-KStG, it-telf jista’, fl-impriżi sani, ikompli jitnaqqas u jiġi ttrasferit meta l-bidla tal-ishma hija limitata għal ammont iżgħar, jew daqs, ir-riżervi sigrieti. Ir-rikorrenti tikkunsidra li, minn din il-perspettiva, id-dispożizzjoni dwar ir-riżervi sigrieti ta’ impriżi sani tista’ titqies bħala l-korrispettiv tas-Sanierungsklausel tal-impriżi fi kriżi, li fin-nuqqas tiegħu l-impriżi li jeħtieġu trasferiment tat-telf ikunu żvantaġġati fuq livell strutturali.

B’mod kuntrarju għal ilment ippreżentat mill-Kummissjoni, ir-rikorrenti tqis li s-Sanierungsklausel, bl-inugwaljanza li hija timplika bejn l-impriżi ekonomikament sani u dawk li jeħtieġu trasferiment ta’ telf, ma hijiex miżura selettiva, iżda għal kuntrarju tikkonkretizza l-prinċipju ta’ proporzjonalità tal-kapaċità kontributorja għal finanzjament ta’ piżijiet pubbliċi, li minn dejjem ġie rikonoxxut mill-kostituzzjoni Ġermaniża (“Grundgesetz”). Skont ir-rikorrenti, tali inugwaljanza tikkonċerna l-loġika interna tas-sistema ta’ riferiment. Ir-rikorrenti tqis li, fuq dan il-punt, is-Sanierungsklausel hija konformi mal-prinċipji bażiċi u mal-prinċipji gwida tas-sistema fiskali Ġermaniża.

Ir-rikorrenti ssostni li, fid-dawl tal-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-Sanierungsklausel, l-inklużjoni ta’ tali klawżola fl-Artikolu 8(c) tal-KStG hija fi kwalunkwe każ miżura “ġġustifikata min-natura u mill-istruttura interna tas-sistema fiskali, u li barra minn hekk tagħti, parzjalment, validità lil tali struttura interna”.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/22


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2011 — Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-289/11)

2011/C 238/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja), DB Mobility Logistics AG (DB ML AG) (Berlin, il-Ġermanja), DB Energie GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja), DB Schenker Rail GmbH (Mainz, il-Ġermanja), DB Schenker Rail Deutschland AG (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Deselaers, J. S. Brückner u O. Mross, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu lil-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2011, innotifikata fid-29 ta’ Marzu 2011;

tannulla kull miżura meħuda abbażi tal-ispezzjoni li saret fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni illegali;

tordna lill-Kummissjoni, sabiex b’mod partikolari tagħti lura l-kopji kollha tad-dokumenti magħmula fil-kuntest tal-ispezzjonijiet, taħt piena ta’ annullament tad-deċiżjoni futura tal-Kummissjoni mill-Qorti Ġenerali; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1774, tal-14 ta’ Marzu 2011 (Każijiet COMP/39.678 u COMP/39.731), li tordna, taħt l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), spezzjonijiet tad-Deutsche Bahn AG kif ukoll tal-persuni ġuridiċi kollha li huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn din tal-aħħar minħabba fil-possibbiltà ta’ preferenza tas-sussidjarji billi hemm sistema ta’ tnaqqis għall-provvista ta’ enerġija elettrika li tmexxi ferrovija.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv: ksur tad-dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-dar minħabba n-nuqqas ta’ talba għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja a priori.

(2)

It-tieni motiv: ksur tad-dritt fundamentali għal rimedju legali effettiv minħabba n-nuqqas ta’ stħarriġ ġudizzjarju a priori tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, kemm mill-perspettiva fattwali kif ukoll mill-perspettiva ġuridika.

(3)

It-tielet motiv: ksur tad-drittijiet tad-difiża minħabba deskrizzjoni wiesgħa b’mod sproporzjonat u li ma tispeċifikax is-suġġett tal-ispezzjoni (“fishing expedition”).

(4)

Ir-raba’ motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Id-deċiżjoni ta’ spezzjoni hija sproporzjonata, għaliex is-sistema ta’ tnaqqis fil-qasam tal-enerġija elettrika li tmexxi ferrovija ilha tiġi pprattikata għal snin mir-rikorrenti, ġiet ripetutament eżaminata mill-awtoritajiet u l-qrati Ġermaniżi u nstabet konformi mal-liġi tal-kompetizzjoni, u li tweġiba għall-mistoqsija, li skont il-Kummissjoni hija fundamentali, ta’ jekk is-sistema ta’ tnaqqis hijiex “oġġettivament iġġustifikata” setax isir permezz ta’ miżura inqas restrittiva, jiġifieri talba għal informazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/22


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2011 — Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-290/11)

2011/C 238/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja), DB Mobility Logistics AG (DB ML AG) (Berlin, il-Ġermanja), DB Netz AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja), Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße mbH (DUSS) (Bodenheim, il-Ġermanja), DB Schenker Rail GmbH (Mainz, il-Ġermanja), DB Schenker Rail Deutschland AG (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Deselaers, J. S. Brückner u O. Mross, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2011 innotifikata fil-31 ta’ Marzu 2011;

tannulla kull miżura meħuda abbażi tal-ispezzjonijiet li saru fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni illegali;

tikkundanna b’mod partikolari lill-Kummissjoni sabiex tagħti lura l-kopji kollha ta’ dokumenti magħmula fil-kuntest tal-ispezzjonijiet, taħt piena ta’ annullament tad-deċiżjoni futura tal-Kummissjoni mill-Qorti Ġenerali, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)2365, tat-30 ta’ Marzu 2011 (Każijiet COMP/39.678 u COMP/39.731), li tordna, taħt l-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), spezzjonijiet tad-Deutsche Bahn AG kif ukoll tal-persuni ġuridiċi kollha li huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn din tal-aħħar minħabba mudell potenzjalment antikompetittiv ta’ użu strateġiku tal-infrastruttura amministrata mill-kumpanniji tal-grupp DB u tal-provvista ta’ servizzi fil-qasam ferrovjarju.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv: ksur tad-dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-dar minħabba n-nuqqas ta’ talba għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja a priori.

(2)

It-tieni motiv: ksur tad-dritt fundamentali għal rimedju legali effettiv minħabba n-nuqqas ta’ possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju a priori tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, kemm mill-perspettiva ta’ fatt kif ukoll mill-perspettiva ġuridika.

(3)

It-tielet motiv: illegalità tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni, peress li din hija bbażata fuq informazzjoni miksuba mill-Kummissjoni, fl-implementazzjoni tad-deċiżjoni ta’ spezzjoni fir-rigward tas-sistema ta’ tnaqqis fil-qasam tal-enerġija elettrika li tmexxi ferrovija, fl-ambitu ta’ riċerka wiesgħa ħafna (“fishing expedition”), u għalhekk bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

(4)

Ir-raba’ motiv: ksur tad-drittijiet tad-difiża minħabba deskrizzjoni wiesgħa b’mod sproporzjonat u li ma tispeċifikax is-suġġett tal-ispezzjoni.

(5)

Il-ħames motiv: ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-Kummissjoni ma għandhiex ġurisdizzjoni fuq is-suġġett tal-ispezzjoni u setgħet ukoll, fi kwalunkwe każ, tikseb l-informazzjoni rilevanti mingħand ir-rikorrenti permezz tal-Bundesnetzagentur [aġenzija federali tan-netwerk] kompetenti jew permezz ta’ sempliċi talba għal informazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/23


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Cemex et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/11)

2011/C 238/42

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cemex S.A.B. de C.V. (Monterrey, il-Messiku), New Sunward Holding BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), Cemex España, SA (Madrid, Spanja), CEMEX Deutschland AG (Düsseldorf, il-Ġermanja), Cemex UK (Egham, ir-Renju Unit), CEMEX Czech Operations s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka), Cemex France Gestion (Rungis, Franza), CEMEX Austria AG (Langenzersdorf, l-Awstrija) (rappreżentant: J. Folguera Crespo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2001; sussidjarjament, tannulla parzjalment din id-dispożizzjoni, waqt li teżenta lir-rikorrenti mill-obbligu li jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-mistoqsijiet tal-Anness I tad-Deċiżjoni sa fejn dawn imorru lil hinn mil-limiti tar-regoli u tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea imposti fuq il-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, adottata fir-rigward tal-Każ COMP/39.520 — Siment u prodotti reletati mas-siment.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

F’dan ir-rigward, huwa ddikjarat li l-Kummissjoni marret lil hinn mil-limiti stabbiliti permezz ta’ din id-dispożizzjoni u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-eżerċizzju tal-poteri tagħha, billi anki talbet għal informazzjoni, li l-Kummissjoni hija konxja li ma hijiex fil-pussess tar-rikorrenti. Min-naħa l-oħra, it-talba teħtieġ lir-rikorrenti mhux biss jipprovdu, iżda wkoll jipproċessaw miljuni ta’ data ta’ kontenut ekonomiku, biex b’hekk jiġi ttrasferit lilhom l-kompitu ta’ investigazzjoni li l-Kummissjoni għandha.

(2)

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni tirrikjedi l-provvista ta’ informazzjoni li ma hijiex meħtieġa għall-investigazzjoni ta’ prattiki allegatament restrittivi identifikati fid-deċiżjoni kkontestata: din hija informazzjoni mhux relatata mal-għan tal-investigazzjoni, jew informazzjoni pubblika, informazzjoni li diġà hija pprovduta bi tweġiba għal talbiet preċedenti, jew ukoll xogħol ta’ pproċessar ta’ data.

(3)

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

F’dan ir-rigward, huwa allegat li l-Kummissjoni talbet lir-rikorrenti jipprovdu informazzjoni, li l-ġbir u l-ipproċessar tagħha, minbarra li ma kienx meħtieġ f’ħafna każijiet, huwa ta’ piż eċċessiv u sproporzjonat, barra minn hekk bl-impożizzjoni ta’ terminu notevolment qasir sabiex tingħata risposta u li ċaħdet it-talbiet għal estensjonijiet tat-terminu.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE, sa fejn, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma mmotivatx biżżejjed il-bżonn u l-proporzjonalità tal-informazzjoni meħtieġa.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn it-termini tad-deċiżjoni kkontestata huma nieqsa minn ċertezza u preċiżjoni.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 1/1958, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea.

F’dan ir-rigward, huwa ddikjarat li l-Kummissjoni rrifjutat li tindirizza d-deċiżjoni kkontestata lis-sussidjarji destinatarji ta’ din id-deċiżjoni fil-lingwa tal-Istati Membri li għall-ġurisdizzjoni tagħhom dawn huma suġġetti, u b’hekk rendiet deliberatament iktar diffiċli il-ġbir ta’ data.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/24


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Holcim (il-Ġermanja) u Holcim vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/11)

2011/C 238/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz

Partijiet

Rikorrenti: Holcim AG (Hamburg, il-Ġermanja) u Holcim Ltd (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Niggemann u K. Gaßner, avukati).

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea.

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, Każ 39520 — Siment u prodotti konnessi;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

(1)

L-ewwel motiv: notifika invalida tad-deċiżjoni kkontestata

Skont ir-rikorrenti, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-konvenuta kisbet mingħand il-kumpanniji kollha kkonċernati tal-grupp Holcim mandati ta’ rappreżentazzjoni mogħtija favur l-ewwel rikorrenti kif ukoll dikjarazzjonijiet li jikkonfermaw li l-Ingliż intgħażel bħala l-lingwa tax-xogħol. Madankollu, id-deċiżjoni kkontestata, li tagħha d-destinatarju huwa t-tieni rikorrenti, ġiet “innotifikata” lill-ewwel rikorrenti li ma kienet qatt awtorizzata sabiex tirrapreżenta lit-tieni rikorrenti. Ir-rikorrenti jżidu li l-lingwa tax-xogħol tal-kumpannija Holcim Ltd u tal-parti l-kbira tal-kumpanniji l-oħra tal-grupp hija l-Ingliż, tant li ma kienx possibbli għalihom li jifhmu b’mod suffiċjenti d-deċiżjoni kkontestata.

(2)

It-tieni motiv: insuffiċjenza tat-terminu stabbilit għall-produzzjoni ta’ informazzjoni u rifjut mill-konvenuta li testendi t-terminu

Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata teżiġi ħafna informazzjoni dettaljata dwar il-ħmistax-il kumpannija tal-grupp (informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet, dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, dwar il-produzzjoni, dwar l-ishma mis-suq, etc.), u dan, fir-rigward ta’ perijodu ta’ 10 snin. Ir-rikorrenti, li kellhom għarfien tal-abbozz tad-deċiżjoni tal-konvenuta, isostnu li huma kienu indikawlha fid-dettall u suffiċjentement qabel li t-terminu ta’ tnax-il ġimgħa previst għall-produzzjoni tal-informazzjoni kien kjarament wisq qasir. Huma jikkunsidraw li, fid-dawl tat-tul tal-proċedura (kważi sentejn u nofs) u l-kooperazzjoni tajba li huma wrew, estensjoni tat-terminu kienet tkun xierqa. Filwaqt li r-rikorrenti aċċettaw li l-proċedura tkompli ssir bl-Ingliż, il-konvenuta stess ikkomplikat u dewmet il-ġbir tal-informazzjoni meta abbozzat id-deċiżjoni kkontestata bil-Ġermaniż: żewġ terzi tal-kumpanniji tal-grupp ma setgħux minħabba f’hekk jaħdmu sewwa.

(3)

It-tielet motiv: obbligu ta’ Holcim li tipprovdi informazzjoni li hija ma għandhiex fil-forma mitluba

Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata titlob informazzjoni sostanzjali li huma ma għandhomx fil-forma mixtieqa. Id-deċiżjoni kkontestata teżiġi wkoll informazzjoni li, għal diversi raġunijiet, fosthom, b’mod partikolari, tibdil fis-sistema tal-informatika, tista’ tinġabar biss permezz ta’ xogħol konsiderevoli, kemm f’termini ta’ żmien kif ukoll f’termini ta’ xogħol proprju. Ir-rikorrenti jqisu li dan ix-xogħol imur lil hinn mill-obbligu tagħhom li jipprovdu l-informazzjoni mitluba.

(4)

Ir-raba’ motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Skont ir-rikorrenti, la l-investigazzjoni bħala tali u lanqas l-għażla tal-mod ta’ investigazzjoni (talba għal informazzjoni taħt piena ta’ multi permezz ta’ deċiżjoni formali) ma huma suffiċjentement motivati fid-deċiżjoni kkontestata.

(5)

Il-ħames motiv: ksur tal-prinċipju tan-neċessità tal-metodi implementati

Ir-rikorrenti jsostnu li sa issa huma rrispondew b’mod eżawrjenti u ddettaljat għal kull talba għal informazzjoni indirizzata lilhom, tant li l-Kummissjoni ma kellha ebda raġuni għal xiex tippreferi l-proċedura tal-informazzjoni formali (li l-inosservanza tagħha tista’ twassal għal multa) minflok il-proċedura tal-informazzjoni informali inqas stretta.

(6)

Is-sitt motiv: ksur tal-prinċipju ta’ preċiżjoni tal-informazzjoni mitluba

Skont ir-rikorrenti, diversi punti tad-deċiżjoni kkontestata ma jippreċiżawx b’mod suffiċjenti l-informazzjoni mitluba, u dan bi preġudizzju għalihom.

(7)

Is-seba’ motiv: ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità

Wara proċedura ta’ sentejn u nofs, l-ilment tal-konvenuta jibqa’ fformulat b’mod tant vag u ftit konkret li r-rikorrenti jqisu li huwa sproporzjonat li l-konvenuta tirrikjedi li huma jiġbru tali volum ta’ informazzjoni dettaljata, iktar u iktar meta informazzjoni simili ntalbet f’diversi okkażjonijiet taħt forom differenti. Minbarra dawn ir-raġunijiet oġġettivi, ir-rifjut tal-konvenuta li testendi t-terminu huwa manifestament sproporzjonat fid-dawl tat-tul tal-proċedura (kważi sentejn u nofs).

(8)

It-tmien motiv: nuqqas ta’ kompetenza tal-konvenuta fir-rigward tal-kumpannija Holcim (Česko) a.s. f’dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet marbuta ma’ perijodu qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka mal-Unjoni Ewropea

Ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenuta ma tistax titlob informazzjoni għal perijodu qabel l-adeżjoni ta’ pajjiż mal-Unjoni Ewropea.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/25


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-294/11)

2011/C 238/44

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias u S. Papaiioannou)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors;

tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fil-parti li tirrigwarda l-korrezzjonijiet finanzjarji imposti fuq ir-Repubblika Ellenika, jew inkella, temendaha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-Repubblika Ellenika titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), innotifikata bin-numru C(2011) 2517 u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE L 102/33/16-4-2011 (ĠU L 102, p. 33) bin-Nru 2011/244/UE fil-parti li tirrigwarda l-korrezzjonijiet finanzjarji imposti fuq ir-Repubblika Ellenika, fis-setturi (a) tal-għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, (b) tal-infiq għall-istabbiliment tal-GIS, u (ċ) tal-għajnuna diretta (Prodotti tal-ħart).

Fir-rigward tal-korrezzjoni għas-settur tal-għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, ir-rikorrenti l-ewwel nett issostni, li l-Kummissjoni għamlet żball fl-evalwazzjoni tal-punti ta’ fatt peress li l-kontrolli fundamentali tas-sistema jiġu vverifikati regolarment b’nuqqasijiet żgħar, li ma jiġġustifikawx il-korrezzjoni rispettiva ta’10 % u ta’ 15 %, iktar u iktar peress li mill-1 ta’ Novembru 2003 daħlet fis-seħħ is-sistema ta’ informazzjoni ġeografika, li taħdem u hija affidabbli, għas-settur taż-żejt fil-Greċja (GIS taż-żejt), bħala l-istrument fundamentali ta’ kontroll tas-sistema sħiħa ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, u fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-tkabbir jiġu kkontrollati fid-dettall, kif jiġu kkontrollati l-produzzjoni mis-siġar taż-żebbuġ u l-funzjonament sħiħ tal-imtieħen taż-żejt.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li: a) id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex bażi legali valida u reali għaż-żieda tal-korrezzjoni minħabba reċidiva, u t-tifsira li l-Kummissjoni tagħti għal tali terminu hija żbaljata, peress li huwa evidenti li ma jeżistux nuqqasijiet ripetuti, fejn iż-żieda identifikata bħala tali mill-Kummissjoni hija bbażata fuq preżuppost żbaljat peress li l-Kummissjoni tagħti tifsira żbaljata lil dan it-terminu u minnu toħroġ valutazzjoni manifestament żbaljata tal-allegati nuqqasijiet ripetuti, peress li issa, l-istrument fundamentali ta’ kontroll tas-sistema, il-GIS taż-żejt, daħal fis-seħħ u b) il-Kummissjoni żbaljat fl-evalwazzjoni tal-fatti sa fejn, fi kwalunkwe każ, iż-żieda tal-korrezzjoni mill-10 % għall-perijodu 2003-2004 għal 15 % fil-perijodu 2004-2005 hija illegali u ma hijiex ġustifikata, peress li fl-imsemmi perijodu seħħ għadd ta’ titjib u aġġornament kontinwu tal-GIS taż-żejt u, għaldaqstant, mhux talli s-sistema ta’ kontroll ma marritx lura, talli tjiebet sostanzjalment.

Fir-rigward tal-korrezzjoni għas-settur tal-infiq tal-istabbiliment tal-GIS, ir-rikorrenti l-ewwelnett issostni, li ma hemmx bażi legali għall-korrezzjoni finanzarja tal-infiq relattiv għall-proċedura ta’ stabbiliment tal-GIS taż-żejt, peress li l-fondi għall-istabbiliment tagħha kienu tnaqqsu mill-għajnuna li kellha tingħata lill-produtturi Griegi, minħabba li n-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-infiq jikkostitwixxi motiv ta’ arrikkiment indebitu tal-FAEGG u piena finanzjarja doppja, filwaqt li, fi kwalunkwe każ, kull infiq li seħħ huwa eliġibbli sakemm ma jabiżx il-baġit kif approvat mill-Kummissjoni u l-ammont totali mnaqqas għall-produtturi Griegi, filwaqt li l-mument kruċjali sabiex jiġi evalwat jekk nefqa partikolari hijiex legali jew le huwa l-mument li fih seħħ impenn legali jew il-mument tal-applikazzjoni ta’ din in-nefqa, u mhux meta din in-nefqa ġiet iddikjarata.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni: a) il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għall-infiq ta’ EUR 2 920 191,03 li ġejjin minn kuntratti addizzjonali u b) l-evalwazzjoni żbaljata tal-fatti għall-infiq li ġej mill-kuntratt 5190/ES/2003.

Fir-rigward tal-korrezzjoni għas-settur tal-għajnuna diretta (Prodotti tal-ħart), ir-rikorrenti l-ewwel nett issostni li a) ma teżisti l-ebda bażi legali valida għall-applikazzjoni tal-linji-gwida l-qodma, li kienu jipprovdu għall-introduzzjoni ta’ ċerti ammonti ta’ korrezzjonijiet għall-Politika Agrikola Komuni l-ġdida, għas-sistema l-ġdida ta’ għoti waħdieni ta’ għajnuna u b) l-applikazzjoni tagħhom tippreġudika b’mod gravi l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni l-evalwazzjoni żbaljata tal-punti ta’ fatt: a) fir-rigward tan-nuqqasijiet allegati tal-LPIS-GIS, b) fir-rigward tal-fatt li juri li mit-tqabbil tad-data tal-LPIS-GIS, bl-użu tas-sena ta’ sottomissjonijiet tat-talbiet 2007, mad-data ta-LPIS-SIG tal-2009, kompleta u affidabbli, kif ikkonstatat mill-Kummissjoni permezz ta’ kontroll fuq il-post, jirriżulta li d-differenzi u n-nuqqasijiet huma minimi u ma jaqbżux it-2 %, u għaldaqstant, kwalunkwe korrezzjoni ma għandhiex taqbeż tali ċifra u (ċ) fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ kontrolli amministrattivi, kontroverifiki u verifiki fuq il-post u l-kwalità tagħhom, u, b’mod partikolari, fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ kejl tal-mergħa u għall-allegat twettiq tardiv tal-kontrolli fuq il-post, mill-mument li l-għadd ta’ titjib li seħħ matul is-sena ta’ sottomissjoni tat-talbiet 2007 għandhom iwasslu lill-Kummissjoni sabiex ma timponi l-ebda korrezzjoni.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 1290/05 (1) fir-rigward tal-korrezzjoni għall-infiq għall-iżvilupp rurali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/26


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Duscholux Ibérica vs UASI — Duschprodukter i Skandinavien (duschy)

(Kawża T-295/11)

2011/C 238/45

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Duscholux Ibérica, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Duschprodukter i Skandinavien AB (Hisings Backa, l-Isveżja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tbiddel id-deċiżjoni mogħtija fil-21 ta’ Marzu 2011 mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 662/2010-1;

sussidjarjament u biss fil-każ li tiġi rrifjutata l-ewwel talba, tannulla d-deċiżjoni mogħtija fil-21 ta’ Marzu 2011 mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Kawża R 662/2010-1 u

tikkundanna għall-ispejjeż lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva internazzjonali “duschy” għall-prodotti fil-klassijiet 11 u 20 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru W927073.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Komunitarja “DUSCHO Harmony” irreġistrata bin-Nru 2116820 għall-prodotti fil-klassijiet 6, 11 u 19.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni parzjalment miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata.

Motivi invokati: ksur tad-dritt għal smigħ xieraq skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali; ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn li l-Bord tal-Appell naqas milli josserva ċerti fatti u punti ta’ prova mressqa mir-rikorrenti fit-terminu stabbilit; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell qies b’mod żbaljat li ma kien hemm ebda probbabiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkontestati.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/26


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2011 — Cementos Portland Valderrivas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/11)

2011/C 238/46

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cementos Portland Valderrivas, SA (Pamplona, Spanja) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2011;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, adottata fir-rigward tal-Każ COMP/39.520 — Siment u prodotti reletati mas-siment.

(1)

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed għall-annullament, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 18 tar-regolament imsemmi iktar ’il fuq u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

F’dan ir-rigward, l-ewwel nett hija tallega li l-informazzjoni mitluba permezz tad-deċiżjoni kkontestata ma hijiex relatata mal-allegat ksur investigat u għalhekk ma tistax tikkonsentixxi lill-Kummissjoni tivverifika ebda prova li tiġġustifika l-investigazzjoni fir-rigward ta’ Valderrivas. Konsegwentement, ir-rikorrenti tqis li r-rekwiżit ta’ neċessità, li għalih l-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003 jissuġetta l-eżerċizzju ta-setgħa li tintalab informazzjoni, ma ġiex sodisfatt. Ir-rikorrenti ssostni ukoll li l-fatt li d-deċiżjoni ma fiha ebda referiment għal tali provi ma jistax jippermettilha tevita l-istħarriġ neċessarju tan-neċessità mill-Qorti Ġenerali.

It-tieni nett, ir-rikorrenti tindika li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn din timponilha oneru manifestament sproporzjonat fir-rigward tan-neċessità tal-investigazzjoni. Dan l-isproporzjon huwa rifless fin-natura, fil-portata mhux miżurata u fil-livell eċċessiv ta’ dettall tal-informazzjoni mitluba, fl-obbligu ta’ redazzjoni u ta’ preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fi format speċifiku u fit-terminu indikat sabiex din l-informazzjoni tiġi pprovduta.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/27


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2011 — Ghost Brand vs UASI — Procter & Gamble International Operations (GHOST)

(Kawża T-298/11)

2011/C 238/47

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ghost Brand Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Caddick, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Procter & Gamble International Operations SA (Genève, l-Isvizzera)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna li t-trasferiment tal-proprjetà tat-trade mark Komunitarja bin-Nru 000282350 “GHOST” lil Procter & Gamble Internazzjonali Operazzjonijiet S.A. għandu jiġi rreġistrat u ppubblikat biss fir-rigward ta’ “kosmetiċi”, u li l-proprjetà tar-reġistrazzjoni fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 25, u “spapen, fwejjaħ, żjut essenzjali, lozjonijiet għax-xagħar” fil-klassi 3 għandha tibqa’ fl-isem ta’ Ghost Brand Limited.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li għaliha saret applikazzjoni għal trasferiment ta’ proprjetà: it-trade mark verbali “GHOST”, għal prodotti fil-klassi 3 (“spapen, fwejjaħ, żjut essenzjali, kożmetiċi, lozjonijiet għax-xagħar”) — Trade mark Komunitarja Nru 282350

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob it-trasferiment ta’ proprjetà tat-trade mark Komunitarja: l-appellanti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni għal trasferiment parzjali ta’ proprjetà miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata hija annullata u d-Dipartiment tad-Disinni u tar-Reġistru għandu jirreġistra u jippubblika t-trasferiment ta’ proprjetà

Motivi invokati: Ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi: (i) it-Tieni Bord tal-Appell wettaq żball meta ma nnotifikax lir-rikorrenti bil-proċedimenti ta’ appell, jew bid-deċiżjoni tal-appell; (ii) it-Tieni Bord tal-Appell ma ngħatax l-informazzjoni kollha neċessarja, u l-appell tal-appellanti kien ibbażat fuq qerq, u, (iii) l-appellanti aaġixxiet in mala fide meta appellat mid-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/27


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2011 — Otto vs UASI — Nalsani (TOTTO)

(Kawża T-300/110)

2011/C 238/48

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Otto GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Schäuble u S. Müller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nalsani, SA (Bogota, il-Kolombja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta’ Marzu 2011, fil-Każ R 1291/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Nalsani SA.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “OTTO” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18 u 25 — Applikazzjoni Nru 6 212 451

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva nazzjonali “OTTO” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti. Fl-evalwazzjoni tiegħu tax-xebh viżwali bejn is-sinjali, il-Bord tal-Appell ibbaża ruħu fuq elementi essenzjali żbaljati.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/28


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2011 — HeidelbergCement vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-302/11)

2011/C 238/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HeidelbergCement AG (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Denzel und T. Holzmüller, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2011 fil-Każ COMP/39520 — siment u prodotti relatati skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (1)

Id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 18(3) tar-Regolament 1/2003 peress li ma tispeċifikax suffiċjentement is-suġġett tal-investigazzjoni u tirrikjedi informazzjoni kummerċjali li ma hijiex “neċessarja” fis-sens tal-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1/2003 sabiex toħroġ b’mod ċar il-fatti kkontestati.

Ir-rikorrenti ma ġietx informata fid-deċiżjoni kkontestata jew fi kwalunkwe stadju ieħor tal-proċedura ta’ investigazzjoni dwar liema mġiba konkreta tagħha kienet qiegħda tiġi kkontestata. Konsegwentement, id-deċiżjoni tikser l-obbligu tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003 li tindika s-suġġett tal-investigazzjoni. Skont ġurisprudenza stabbilita tal-qrati tal-Unjoni, il-fatti kkontestati għandhom jiġu indikati b’mod suffiċjentement preċiż fid-deċiżjoni sabiex id-destinatarji u l-qrati jkunu jistgħu jevalwaw in-neċessità tal-informazzjoni mitluba għall-finijiet tal-produzzjoni tal-prova.

Id-deċiżjoni tirrikjedi mill-ġdid volum kbir ta’ informazzjoni li kienet diġà ngħatat lill-Kummissjoni wara talbiet għal informazzjoni preċedenti. L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha diġà ma hijiex “neċessarja” fis-sens tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003.

Wieħed ma jistax jagħraf ir-rabta bejn l-informazzjoni mitluba u s-“suspett” tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tabbuża mill-poteri tagħha taħt l-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003 sabiex tinvestiga b’mod ġenerali lir-rikorrenti (“fishing expedition”). Għal tali investigazzjonijiet dwar is-suq hija għandha għad-dispożizzjoni l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1/2003.

Il-Kummissjoni teċċedi l-poteri tagħha taħt l-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003 peress li fid-deċiżjoni kkontestata hija ġġiegħel lir-rikorrenti tanalizza u tevalwa l-informazzjoni mitluba.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

L-estent tal-informazzjoni mitluba, l-għażla tal-metodi u ż-żmien qasir tat-terminu jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Il-ġbir u l-preparazzjoni tal-informazzjoni mitluba fil-formola preskritta joħolqu piż eċċessiv għar-rikorrenti. Dan il-piż huwa sproporzjonat fid-dawl tan-natura ġenerika tal-informazzjoni mitluba u tal-għan tal-investigazzjoni.

L-iffissar tat-terminu ta’ tnax-il ġimgħa għar-risposta u r-rifjut tal-Kummissjoni li testendi dan it-terminu huma sproporzjonati. Huwa oġġettivament impossibbli għar-rikorrenti li tosserva dan it-terminu.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Artikolu 296(2) TFUE

Id-deċiżjoni kkontestata tikser ukoll ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296(2) TFUE fir-rigward tal-motivazzjoni korretta ta’ att ġuridiku peress li din ma tippermettix li wieħed jagħraf ir-raġunijiet tal-Kummissjoni li jwassluha titlob daqstant informazzjoni, taġixxi skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003 u tiġġustifika r-restrizzjoni kbira taż-żmien fil-proċedura.

Id-deċiżjoni kkontestata ma tippreċiżax liema allegazzjonijiet konkreti għandha teżamina l-Kummissjoni jew ir-raġuni li għaliha l-Kummissjoni għandha bżonn informazzjoni eċċezzjonalment dettaljata u voluminuża.

Il-Kummissjoni ma tippreċiżax ir-raġunijiet b’mod kuntrarju, li għalihom hija tikkunsidra li huwa xieraq u neċessarju li taġixxi taħt l-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003 kontra r-rikorrenti.

Il-Kummissjoni ma tippreċiżax ir-raġunijiet għalfejn stabbilixxiet terminu daqshekk qasir għar-risposta u għalfejn għandha tirrifjuta li testendi dan it-terminu.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-preċiżjoni

Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata u l-formola mibgħuta magħha jiksru r-rekwiżiti tal-prinċipju ġenerali tal-preċiżjoni peress li dawn id-dokumenti huma f’diversi punti oskuri, indefiniti u kontradittorji u ma jinkludux indikazzjonijiet ċari ta’ mġiba għar-rikorrenti. Ir-rikorrenti ma tistax tagħraf mingħajr l-inqas dubju possibbli dak li hija għandha tagħmel sabiex tevita r-riskju ta’ sanzjoni. Il-Kummissjoni ma weġbitx jew ma weġbitx b’mod suffiċjenti għad-diversi talbiet għal preċiżjoni min-naħa tar-rikorrenti.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti

Id-deċiżjoni kkontestata tikser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti ggarantiti fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u fl-Artikolu 48(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, billi ġġiegħel lir-rikorrenti tipparteċipa b’mod attiv fl-evalwazzjoni ta’ informazzjoni kummerċjali li fil-fatt taqa’ taħt l-obbligu tal-produzzjoni tal-prova tal-Kummissjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/29


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2011 — Leopardi Dittajuti vs UASI — Llopart Vilarós (CONTE LEOPARDI DITTAJUTI)

(Kawża T-303/11)

2011/C 238/50

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Piervittorio Francesco Leopardi Dittajuti (Numana, l-Italja) (rappreżentanti: D. De Simone, D. Demarinis u G. Orsoni, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pedro Llopart Vilarós (Sant Sadurní D’Anoia, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ April 2011 fil-Każ R 1437/2010-2, u sussegwentement tordna lill-Uffiċċju sabiex jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma mas-sentenza mogħtija; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-istanzi kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “CONTE LEOPARDI DITTAJUTI”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 33, 35, 40 u 43 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6428338

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni ta’ trade mark Spanjola Nru 2073540 tat-trade mark figurattiva “Leopardi”, għal prodotti fil-klassi 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għal parti mill-prodotti u servizzi kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud bħala inammissibbli

Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 60 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, tar-Regoli 49(1) u 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, applikabbli għall-proċedimenti ta’ appell skont ir-Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell: (i) iddeċieda b’mod żbaljat li ma jissospendix il-proċeduri u li jippostponi t-terminu ta’ skadenza kif mitlub b’mod konġunt mill-partijiet; (ii) ħa inkunsiderazzjoni b’mod żbaljat it-talba konġunta tal-partijiet wara l-iskadenza tat-terminu għas-sottomissjoni tal-motivazzjonijiet, fejn b’hekk żamm lill-parti kkonċernata milli tissottometti l-istess sad-data stabbilita u b’hekk skada t-terminu taż-żmien; u (iii) ksur tar-rekwiżiti proċedurali mill-Bord tal-Appell, peress li huwa ma ħax inkunsiderazzjoni r-raġunijiet għall-appell, minkejja li l-istqarrijiet rilevanti kienu ġew sottomessi wara t-terminu ta’ skadenza, bi ksur ukoll tal-prinċipju ġenerali tal-ekonomija tal-ġudizzju u tal-preservazzjoni tal-validità tal-proċess.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/29


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2011 — Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/11)

2011/C 238/51

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schwenk Zement KG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Raible, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2367 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011 (Każ COMP/39520 — siment u prodotti relatati);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti, hekk kif stabbilit mill-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali,.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv: il-forma sproporzjonata tad-deċiżjoni

Id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità għaliex id-deċiżjoni tirrappreżenta l-ewwel miżura diretta ta‘ investigazzjoni kontra r-rikorrenti u r-rikorrenti kienet lesta li tipprovdi informazzjoni.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 ma jistabbilixxi l-ebda relazzjoni ġerarkika bejn sempliċi talba għall-informazzjoni u deċiżjoni sabiex tipprovdi informazzjoni. Madankollu, dan ma jbiddilx il-fatt li l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fl-għażla tal-miżuri istruttorji.

Talba għal informazzjoni taħt l-Artikolu 18(2) tar-Regolament Nru 1/2003 meta mqabbla ma deċiżjoni sabiex tipprovdi informazzjoni skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003 huwa mezz inqas aħrax u għall-kumpannija li lesta li tipprovdi informazzjoni dan huwa wkoll mezz effiċjenti.

(2)

It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003

Id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex konformi mar-rekwiżiti tal-bażi legali tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nru 1/2003.

Il-Kummissjoni ma ssemmi l-ebda ksur speċifiku u l-informazzjoni mitluba fit-talba għal informazzjoni ma hijiex relatata mal-allegat ksur.

Għalhekk, it-talba għal informazzjoni ma kinitx meħtieġa għall-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni. L-informazzjoni mitluba ma tipprovdix il-prova ta’ ksur tad-dritt tal-kartell.

(3)

It-tielet motiv: it-terminu sproporzjonat

It-terminu ta’ ġimgħatejn sabiex ir-rikorrenti twieġeb il-mistoqsija 11 ma kienx suffiċjenti.

Il-Kummissjoni qassret minn xahrejn għal ġimagħtejn, it-terminu għat-tweġiba għall-mistoqsija 11 tad-deċiżjoni kkontestata, meta mqabbel mal-abbozz tad-deċiżjoni.

Tweġiba fit-terminu stabbilit ta’ ġimgħatejn kien impossibbli. Madankollu, estensjoni tat-terminu ġie rrifjutat kategorikament mill-Kummissjoni.

Terminu itwal kien imperattiv minħabba l-portata tal-informazzjoni meħtieġa, id-diffikultà tal-ġbir ta’ informazzjoni kif ukoll is-sitwazzjoni individwali tar-rikorrenti.

(4)

Ir-raba’ motiv: ġustifikazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata

Id-deċiżjoni kkontestata ma kinitx iġġustifikata kif jixraq.

Id-deċiżjoni kkontestata ma tindikax l-allegat ksur tar-rikorrenti. Lanqas ma turi b’liema mod il-fatti kkontestati allegati huma marbuta mal-informazzjoni mitluba.

Lanqas ma hemm indikata ġustifikazzjoni adegwata għat-terminu totali kif ukoll għat-tqassir tat-terminu tal-abbozz tad-deċiżjoni, minn xahrejn għal ġimgħatejn, sabiex tingħata tweġiba għall-mistoqsija 11.

(5)

Il-ħames motiv: ksur tad-dritt tar-rikorrenti

Minħabba restrizzjonijiet ta’ żmien stabbiliti mill-Kummissjoni, il-kundizzjonijiet għal-libertà ta’ awtoinkriminazzjoni tar-rikorrenti ma humiex protetti.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/30


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2011 — Eurallumina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-308/11)

2011/C 238/52

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Eurallumina SpA (Portoscuso, l-Italja) (rappreżentant: V. Leone, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla in toto d-deċiżjoni kkontestata, fir-rigward ta’ Eurallumina.

Sussidjarjament:

tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, fir-rigward tal-Miżura tad-Digriet 2004 u, konsegwentement l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata dwar l-ordni ta’ rkupru fir-rigward ta’ Eurallumina.

Iktar sussidjarjament:

tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata, fil-parti li tikkonċerna l-ordni ta’ rkupru fir-rigward ta’ Eurallumina.

Fi kwalunkwe każ,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, li:

 

tikkwalifika bħala għajnuna ġdida illegali u mhux kompatibbli l-miżura li tinsab fl-Artikolu 1 tad-Digriet tal-Presidente del Consiglio dei Ministri Nru 14042 tas-6 ta’ Frar 2004 (id-“Digriet 2004”) u fir-riżoluzzjonijiet adottati mill-Awtorità tal-Enerġija Elettrika u l-Gas (l-“AEEG”) għat-twettiq tal-istess (flimkien il-“Miżura tad-Digriet 2004”), u li tordna l-irkupru tagħha;

 

tikkwalifika bħala għajnuna ġdida mhux kompatibbli l-miżura nnotifikata mill-Italja, li tinsab fl-Artikolu 11(12) tal-Liġi tal-14 ta’ Mejju 2005, Nru 80, li tikkonverti d-Digriet-Liġi tal-14 ta’ Mejju 2005, Nru 35 (il-“Liġi 80/2005”), u tar-riżoluzzjoni addottata mill-AEEG għall-applikazzjoni tal-istess (flimkien il-“Miżura tal-Liġi 80/2005”)

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni żbaljat meta evalwat iż-żewġ miżuri hawn fuq imsemmija, b’mod konġunt, meta kienu jinħtieġu evalwazzjoni separata u skont id-differenza oġġettiva tagħhom f’dak li jikkonċerna l-bażi legali, id-destinatarji u l-mekkaniżmu ta’ kumpens previst. Dan wassal għal sovrapożizzjoni tal-argumenti użati mill-Kummissjoni li wasslet sabiex id-difiża tkun iktar diffiċli.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE fir-rigward tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni żbaljat meta qieset iż-żewġ miżuri bħala għajnuna mill-Istat, għaliex, fiż-żewġ każijiet, huma nieqsa r-rekwiżiti tal-vantaġġ fuq il-kundizzjonjiet normali tas-suq, li jhedded li jkun hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni, u dawk tal-impatt fuq il-kummerċ Komunitarju. B’mod partikolari:

 

f’dak li jirrigwarda l-Miżura tad-Digriet 2004, din ma tagħti l-ebda vantaġġ għax tikostitwixxi sempliċi tkabbir suġġettiv tal-miżura li hija diġà meqjusa mill-Kummissjoni li ma hijiex għajnuna fil-Kawża “Alumix” (1), fejn il-Kummissjoni eskludiet li t-tariffa elettrika applikata lil Alumix kienet tikkostitwixxi vantaġġ għaliha. Barra minn hekk, il-Miżura tad-Digriet 2004 ma hijiex tali li tinfluwenza l-kummerċ bejn l-Istati Membri — f’dak li jirrigwarda Eurallumina — peress li s-suq tal-aluminju jinsab fi żbilanċ fl-UE u tnaqqis eventwali tal-attività tiegħu ma huwiex ikkumpensat minn żieda fl-esportazzjoni tal-operaturi tal-Istati Membri l-oħra li diġà qegħdin joperaw fil-kapaċità sħiħa tagħhom;

 

f’dak li jirrigwarda l-Miżura tal-Liġi 80/2005, din ma tagħti l-ebda vantaġġ fuq il-kundizzjonijiet normali tas-suq peress li, minħabba l-anomaliji tas-suq tal-enerġija fl-Italja, u speċjalment, f’Sardegna — fejn il-prezz tal-elettriku jinżamm għoli b’mod artifiċjali minħabba n-nuqqas ta’ inter-konnessjoni mal-kontinent — ir-riferiment għall-prezz li jiġi stabbilit fuq livell Ewropew fil-Boroż jikkostitiwixxi riferiment validu sabiex it-tariffa applikata tiġi kkunsidrata bħala dik “tas-suq”, għall-attività tal-benefiċċjarji. Fir-rigward tal-kummerċ Komunitarju, japplikaw l-istess kunsiderazzjonijiet tal-Miżura tad-Digriet 2004.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3) TFUE, fir-rigward tad-deroga dwar l-għajnuna għal skopijiet reġjonali msemmija fis-subparagrafu (a).

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni żbaljat meta qieset li ż-żewġ miżuri ma humiex kompatibbli bħala għajnuna għal skopijiet reġjonali. B’mod partikolari, taħt il-profili li ġejjin:

eżistenza ta’ żvantaġġ reġjonali minħabba n-nuqqas ta’ interkonnessjoni ta’ Sardegna mal-kontinent, li jrendi l-provvista tal-enerġija tal-benefiċċjarji żvantaġġuża, u l-fatt li l-benefiċċjarji “tal-enerġija” jikkostitwixxu l-qafas tal-istruttura produttiva tal-gżira, u b’hekk tiddetermina b’mod rilevanti il-livelli tal-impjiegi;

proporzjonalità u adegwatezza tal-miżuri inkwistjoni li jibbilanċjaw dan l-iżvantaġġ, peress li huma miżuri tranżitorji intiżi li jevitaw iċ-ċaqliq minn post għall-ieħor tal-benefiċċjarji, fl-istennija tal-bilanċ tas-sitwazzjoni ta’ żvantaġġ strutturali, permezz ta’ inizjattivi li diġà ttieħdu u — illum, — kompluti mill-Istat Taljan, li joħolqu kapaċità suffiċjenti ta’ interkonnessjoni għal Sardegna u permezz ta’ investimenti speċifiċi ta’ effiċjenza li l-impriżi stess impenjaw ruħhom li jwettqu;

natura temporanja u li dejjem tonqos de facto taż-żewġ miżuri.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — nuqqas ta’ motivazzjoni

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma mmotivatx id-deċiżjoni biżżejjed, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

 

id-differenza bejn il-Miżura tad-Digriet 2004 u l-miżura li tinsab fid-deċiżjoni “Alumix”;

 

l-eżistenza ta’ element tad-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri;

 

il-proporzjonalità tal-Miżura tad-Digriet 2004.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni fil-kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-aspettattivi leġittimi

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni żbaljat meta qieset li ma jeżistux ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-aspettattivi leġittimi — fir-rigward ta’ Eurallumina — dwar in-natura ta’ nuqqas ta’ għajnuna tal-Miżura tad-Digriet 2004.


(1)  ĠU C 288/4, 01.10.1996, p. 4


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/32


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2011 — Süd-Chemie vs UASI — BYK-Cera (CERATIX)

(Kawża T-312/11)

2011/C 238/53

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Süd-Chemie AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Baron von der Osten-Sacken u A. Wenninger-Lenz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: BYK-Cera BV (Deventer, il-Pajjizi l-Baxxi)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tat-8 ta’ April 2011 (Kaz R 1585/2010-4);

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: BYK-Cera BV

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CERATIX” għal prodotti fil-klassi 1 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 6 358 832

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark nazzjonali verbali “CERATOFIX” għal prodotti fil-klassi 1

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 15 u 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, billi l-konvenut:

issottovaluta b’mod żbaljat il-valur probatorju tal-provi prodotti mir-rikorrenti minħabba li dawn joriġinaw mill-isfera tal-attività tar-rikorrenti stess;

naqas milli jikkunsidra l-“użu ġenwin” tal-miżuri promozzjonali;

ma kkunsidrax il-fatti rilevanti kollha fl-evalwazzjoni tal-użu attwali u

ma evalwax l-użu tal-evidenza kollha kemm hi.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/32


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2011 — Günter Heede vs UASI (Matrix-Energetics)

(Kawża T-313/11)

2011/C 238/54

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Günter Heede (Walldorf-Baden, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Utz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ April 2011 fil-Każ R 1848/2010-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Matrix-Energetics” għas-servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 44 — Applikazzjoni Nru 8 339 798

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament 207/2009 peress li, minn naħa, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex effett deskrittiv u għandha l-karattru distintiv neċessarju, u min-naħa l-oħra, il-Bord tal-Appell b’mod żbaljat ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq stampi pprintjati mill-Internet li saru wara d-data li fiha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u li, barra minn hekk, użu iżolat, illegali u wara d-data tal-preżentata tal-applikazzjoni ta’ isem (immaġinarju) li oriġinarjament kien distintiv, minn terzi, ma jistax ikollu effett negattiv fuq in-natura reġistrabbli ta’ trade mark Komunitarja.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/32


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Fortress Participations vs UASI — Fortress Investment Group and Fortress Investment Group (UK) (FORTRESS)

(Kawża T-314/11)

2011/C 238/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fortress Participations BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti:: M.L.J. van de Braak, avukat, B. Ladas, solicitor, u S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Fortress Investment Group LLC (New York, l-Istati Uniti) u Fortress Investment Group (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ April 2011, fil-Każ R 354/2009-2; u

tordna lill-konvenut u lill-partijiet l-oħra fil-kawża jħallsu l-ispejjeż tagħhom tal-proċeduri quddiem l-Uffiċċju u l-Qorti Ġenerali u jħallsu dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark figurattiva “FORTRESS”, bil-kuluri aħmar, iswed u abjad, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3398451

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-partijiet l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Il-partijiet li qed jitolbu d-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażaw it-talba tagħhom fuq raġunijiet relattivi ta’ invalidità skont l-Artikoliu53(1)(c) flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009. Din kienet ukoll ibbażata fuq it-trade marks tar-Renju Unit mhux irreġistrati, “Fortress”, u “FORTRESS INVESTMENTS”, u “FORTRESS INVESTMENT GROUP”, użati fil-kors tal-kummerċ.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell ma analizzax korrettament il-kwistjoni ta’ avvjament taħt id-dritt tar-Renju Unit dwar l-abbuż tad-denominazzjoni (passing off) u naqas milli jevalwa korrettament ir-riskju ta’ preżentazzjoni żbaljata u d-dannu li jista’ jirriżulta.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/33


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Fortress Participations vs UASI — Fortress Investment Group u Fortress Investment Group (UK) (FORTRESS)

(Kawża T-315/11)

2011/C 238/56

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fortress Participations BV (Rotterdam, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentanti: M.L.J. van de Braak, avukat, B. Ladas, solicitor, u S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fortress Investment Group LLC (New York, l-Istati Uniti) u Fortress Investment Group (UK) Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-8 ta’ Marzu 2011, fil-Każ R 355/2009-2; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-partijiet l-oħra fil-proċeduri għall-ispejjeż tagħhom tal-proċeduri quddiem l-Uffiċċju u l-Qorti Ġenerali, kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark verbali “FORTRESS”, għal servizi fil-klassijiet 35, 36 u 42 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2095784

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-partijiet l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Il-partijiet li qed jitolbu d-dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażaw it-talba tagħhom fuq ir-raġunijiet relattivi ta’ invalidità taħt l-Artikoli 53(1)(c) u 8(4) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009. It-talba kienet ibbażata wkoll fuq it-trade marks mhux irreġistrati tar-Renju Unit “FORTRESS”, “FORTRESS INVESTMENTS”, u “FORTRESS INVESTMENT GROUP”, użati fil-kors tal-kummerċ.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli janalizza sew il-kwistjoni tal-avvjament taħt il-liġi Ingliża tal-abbuż tad-denominazzjoni, u naqas milli janalizza sew il-probabbiltà ta’ dikjarazzjoni qarrieqa u d-danni konsegwenti.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/33


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2011 — Morelli vs UASI Associazione Nazionale Circolo del Popolo della Libertà (PARTITO DELLA LIBERTA')

(Kawża T-321/11)

2011/C 238/57

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Raffaello Morelli (Livorno, l-Italja) (rappreżentant: G. Frenelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Associazione Nazionale Circolo del Popolo della Libertà (Milano, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tas-17 ta’ Marzu 2011 u dik tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-14 ta’ Mejju 2010

tiddikjara li l-oppożizzjoni tar-rikorrent għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 5 890 009 intlaqgħet u tiċħad l-applikazzjoni għal tali trade mark

tikkundanna lill-Associazione Nazionale del Popolo della Libertà għar-rimbors tal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Associazione Nazionale Circolo del Popolo della Libertà

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “PARTITO DELLA LIBERTA’” (applikazzjoni għal trade mark Nru 5 890 009) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 24, 25, 35, 36, 48, 41, 42 u 45

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Raffaello Morelli

Trade mark jew sinjal invokat: isem tad-dominju “partitodellaliberta.it” mogħti mill-awtorità proposta għall-assenjazzjoni tad-dominji “it” fid-9 ta’ Awwissu 2004 lil Raffaello Morelli, li l-opponenti jiddikjaraw li kienu użati fil-prassi kummerċjali normali għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 38, 41 u 45

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja, evalwazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ “użu normali fil-prassi kummerċjali” b’riferiment għal isem użat fil-kamp politiku u evalwazzjoni żbaljata tad-dokumenti li juru l-użu kummerċjali tas-sinjal preċedenti.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/34


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2011 — Morelli vs UASI — Brambilla (Partito della Libertà)

(Kawża T-322/11)

2011/C 238/58

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Raffaello Morelli (Livorno, l-Italja) (rappreżentant: G. Brenelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Michela Vittoria Brambilla (Milano, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannullla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tas-17 ta’ Mejju 2011 u dik tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-14 ta’ Mejju 2010

tiddikjara li l-oppożizzjoni tar-rikorrent kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 6 203 012 hija milqugħa u tiċħad l-applikazzjoni għal tali trade mark

tikkundanna lil M. V. Brambilla għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Michela Vittoria Brambilla

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali “Partito della Libertà” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 203 012), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 24, 25, 35, 36, 38, 41, 42 u 45.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Raffaello Morelli

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Isem tad-domain “partitodellaliberta.it”, assenjat mill-Awtorità proposta għall-assenjazzjoni tad-domains “it” fid-9 ta’ Awwissu 2004 lil Raffaello Morello, li l-opponenti sostnew li ġie użat fil-kors tal-kummerċ għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 38, 41 u 45.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja, evalwazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ “użat fil-kors tal-kummerċ” b’riferiment għal isem użat fil-qasam politiku, u evalwazzjoni żbaljata tad-dokumenti li jipprovaw l-użu kummerċjali tat-trade mark preċedenti.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/34


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2011 — MasterCard et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-330/11)

2011/C 238/59

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MasterCard, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti), MasterCard International, Inc. (Wilmington, l-Istati Uniti) u MasterCard Europe SPRL (Waterloo, il-Belġju) (rappreżentanti: B. Amory, V. Brophy u S. McInnes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla, fl-intier tagħha, id-deċiżjoni negattiva tal-Kummissjoni bbażata fuq l-eċċezzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331);

tiddikjara li l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 hija infondata fid-dritt; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

(1)

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegat ksur mill-Kummissjoni tal-Artikoli 4(3) u 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li:

Il-Kummissjoni ma stabbilixxietx li r-rekwiżiti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 huma ssodisfatti;

L-elementi li tibbaża ruħha fuqhom il-Kummissjoni huma fattwalment żbaljati; u

Hemm interess pubbliku superjuri fl-iżvelar tad-dokumenti pprovduti minn EIM Business and Policy Research fil-kuntest tal-istudju “Spejjeż u benefiċċji lil negozjaturi rigward l-aċċettazzjoni ta’ metodi differenti ta’ ħlas” (COMP/2009/D1/020)

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegat żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni bil-ksur tal-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kif ukoll tal-Artikolu 2 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament intern tagħha (ĠU 2010 L 55, p. 60), peress li:

Il-Kummissjoni illegalment bdiet mill-ġdid it-terminu ta’ stħarriġ; u

Il-Kummissjoni estendiet illegalment it-terminu ta’ stħarriġ bi 15-il jum ta’ xogħol.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/35


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2011 — Besselink vs Il-Kunsill

(Kawża T-331/11)

2011/C 238/60

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Leonard Besselink (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (irrappreżentat minn: O. Brouwer u J. Blockx, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

It-talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ April 2011 li tirrifjuta li tagħti aċċess komplet għad-dokument 9689/10 skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), skont kif ġie kkomunikat lir-rikorrent fis-7 ta’ April 2011 f’ittra bir-referenza “04/c/01/11”; u

tordna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż tar-rikorrent skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż tal-partijiet intervenjenti, jekk ikun il-każ.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li jikkonċerna l-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tar-relazzjonijeit internazzjonali, peress li:

Il-Kunsill żbalja meta ma ħax inkunsiderazzjoni n-natura kostituzzjonali tad-dokument li għalih qed jintalab aċċess mir-rikorrent;

Ir-rikorrent iqis li l-aċċess għad-dokument 9689/10 huwa wkoll iggarantit abbażi tal-libertà tal-espressjoni prevista fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Il-Kunsill naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi u s-suġġett speċifiku ta’ din il-kawża; u

Il-Kunsill irrefera b’mod żbaljat għall-konsegwenzi negattivi ipotetiċi ta’ żvelar fuq negozjati futuri li għandhom isiru mill-Unjoni.

(2)

It-tieni motiv, li jallega li l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 ġie applikat b’mod żbaljat, u li l-prinċipju ta’ proporzjonalità nkiser, sa fejn il-Kunsill naqas milli jikkunsidra jekk kienx xieraq li jingħata aċċess parzjali u li r-rifjut jiġi limitat għall-partijiet tad-dokument 9689/10 li kienu xierqa u strettament neċessarji.

(3)

It-tielet motiv, li jallega li l-Kunsill ma ssodisfax l-obbligi tiegħu li jagħti motivazzjoni suffiċjenti u adegwata għad-deċiżjoni kkontestata.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2011 — Gemmi Furs vs UASI — Lemmi-Fashion (GEMMI)

(Kawża T-522/09) (1)

2011/C 238/61

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2011 — Gas Natural Fenosa SDG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-484/10) (1)

2011/C 238/62

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 328, 4.12.2010.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2011 — Iberdrola vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-486/10) (1)

2011/C 238/63

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010.


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2011 — Endesa u Endesa Generación vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-490/10) (1)

2011/C 238/64

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010


13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2011 — Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-14/11) (1)

2011/C 238/65

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 80, 12.03.2011.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/37


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2011 — Strohm vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-14/11)

2011/C 238/66

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Strohm (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Schlenker, M. Heimburger, R. Bakker, U. Thanner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta, inkwantu din irrifjutat li tieħu responsabbiltà sħiħa għall-ispejjeż mediċi marbuta ma’ kura dentali.

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jogħġbu:

jannulla r-rendikonti tal-1 ta’ Ġunju, tal-4 tal-Ġunju u tal-25 ta’ Novembru 2010 (numri tal-lista rispettivi: 10003157, 10003164 u 10003383) kif ukoll id-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-4 u tal-11 ta’ Ġunju 2010 (numru ta’ referenza: 100525302817) filwaqt li jordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent EUR 4 251,49, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ ħamsa fil-mija;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


Rettifika

13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/38


Rettifika għall-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża T-242/11

( Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 211, tas-16 ta’ Lulju 2011, p. 27 )

2011/C 238/67

Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali li jikkonċerna l-Kawża T-242/11, Kaltenbach & Voigt vs UASI (3D eXam), għandu jinqara kif ġej:

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2011 — Kaltenbach & Voigt vs UASI (3D eXam)

(Kawża T-242/11)

2011/C 238/67

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kaltenbach & Voigt GmbH (Biberach an der Riß, Ġermanja) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-1 ta’ Marzu 2011 fil-Każ R 2361/2010-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali figurattiva “3D eXam” għal prodotti fil-klassi 10

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Protezzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali għall-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 7(1)(b), (c) u Artikolu 7(2) tar-RTMK irrifjutata.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u n-nuqqas li jittieħdu inkunsiderazzjoni reġistrazzjonijiet/għoti ta’ protezzjoni nazzjonali, peress li r-reġistrazzjoni internazzjonali inkwistjoni: (1) ma hijiex purament deskrittiva, u; (2) turi karattru distintiv peress li l-pubbliku rilevanti se jikkunsidra s-sinjal “3D eXam” bħala indikazzjoni tal-oriġini imprenditorjali.